EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02017D1792-20170915

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1792 tad- 29 ta' Mejju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1792/2017-09-15

02017D1792 — MT — 15.09.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1792

tad-29 ta' Mejju 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

(ĠU L 258 6.10.2017, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1793 tal-15 ta' Settembru 2017

  L 258

3

6.10.2017




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1792

tad-29 ta' Mejju 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni



Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huwa b'dan approvat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

▼M1

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni kif ukoll l-iskambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka fir-rigward tal-arranġamenti lingwistiċi. L-iffirmar tal-Ftehim għandu jsir flimkien mal-iffirmar tal-iskambju ta' ittri.

▼B

Artikolu 3

L-Artikoli 4 u 7 tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja f'konformità mal-Artikoli 9 u 10 tal-Ftehim, ( 1 ) sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tal-Ftehim.

▼M1

Artikolu 3a

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat bl-Ingliż. Skont il-liġi tal-Unjoni, il-Ftehim qiegħed jitfassal ukoll mill-Unjoni bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż. Dawn il-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali jenħtieġ li jiġu awtentikati permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka. Il-verżjonijiet awtentikati kollha għandu jkollhom valur ugwali.

▼B

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, wara li tkun semgħet il-fehmiet tal-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar is-servizzi finanzjarji, u għandha tgħarraf lil dak il-grupp ta' ħidma, kull meta jkun xieraq u mill-anqas kull sena, bil-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Artikolu 5

Kwalunkwe pożizzjoni li tiġi espressa f'isem l-Unjoni għandha tkun adottataf'konformità mat-Trattati u b'hekk mill-Kunsill kif previst fl-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.



( 1 ) Id-data minn meta l-Ftehim ser jiġi applikat b'mod provviżorju ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Top