EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02017D1218-20190315

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1218 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (notifikata bid-dokument C(2017) 4243) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1218/2019-03-15

02017D1218 — MT — 15.03.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1218

tat-23 ta' Ġunju 2017

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ

(notifikata bid-dokument C(2017) 4243)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 180 12.7.2017, p. 63)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/993 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-11 ta' Lulju 2018

  L 177

14

13.7.2018

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/418 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Marzu 2019

  L 73

188

15.3.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1218

tat-23 ta' Ġunju 2017

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ

(notifikata bid-dokument C(2017) 4243)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” għandu jinkludi d-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u l-aġenti ta' pretrattament li jneħħu t-tbajja' li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), li huma effettivi meta jintużaw f'temperatura ta' 30 °C jew inqas u li huma kkummerċjalizzati u maħsubin biex jintużaw għall-ħasil tat-tessuti primarjament fil-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi iżda dan ma jeskludix l-użu tagħhom f'londrijiet awtomatiċi pubbliċi u f'londrijiet komuni.

L-aġenti ta' pretrattament li jneħħu t-tbajja' jinkludu l-aġenti li jneħħu t-tbajja' użati għat-trattament dirett tat-tebgħa fuq it-tessuti qabel ma dawn jinħaslu fil-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ, iżda ma jinkludux l-aġenti li jneħħu t-tbajja' ddożati fil-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ u l-aġenti li jneħħu t-tbajja' li għandhom użi oħra minbarra l-pretrattament.

Dan il-grupp ta' prodotti m'għandux jinkludi l-prodotti tat-tlaħliħ tal-ħwejjeġ, il-prodotti li huma ddożati permezz ta' trasportaturi bħal folji, biċċiet ta' drapp jew materjali oħra, jew l-aġenti awżiljarji għall-ħasil li jintużaw mingħajr ħasil sussegwenti bħal, pereżempju, l-aġenti li jneħħu t-tbajja' għat-twapet u għat-tapizzerija tal-għamara.

Artikolu 2

1.  Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “sustanzi mdaħħlin” tfisser sustanzi miżjudin bi ħsieb, prodotti sekondarji u impuritajiet mill-materja prima fil-formulazzjoni finali tal-prodott [(inkluż il-fojl li jdub fl-ilma, jekk jintuża)];

(2) “deterġenti qawwija ħafna (heavy-duty)” tfisser deterġenti użati għall-ħasil normali ta' tessuti bojod fi kwalunkwe temperatura;

(3) “deterġenti sikuri għall-kuluri (colour-safe)” tfisser deterġenti użati għall-ħasil normali ta' tessuti kkuluriti fi kwalunkwe temperatura;

(4) “deterġenti mhux qawwija (light-duty)” tfisser deterġenti maħsubin għal tessuti delikati;

(5) “imballaġġ primarju” tfisser:

(a) għal dożi fi qratas individwali li jkunu maħsubin biex jitneħħew qabel l-użu, il-qratas tad-dożi individwali u l-imballaġġ maħsub biex jikkostitwixxi l-iżgħar unità tal-bejgħ għad-distribuzzjoni lill-utenti jew lill-konsumaturi finali fil-post fejn jinxtara, inkluża t-tikketta jekk dan ikun applikabbli;

(b) għat-tipi l-oħra kollha ta' prodotti, l-imballaġġ maħsub biex jikkostitwixxi l-iżgħar unità tal-bejgħ għad-distribuzzjoni lill-utenti jew lill-konsumaturi finali fil-post fejn jinxtara, inkluża t-tikketta jekk dan ikun applikabbli;

(6) “mikroplastiċi” tfisser partikoli tal-plastik makromolekulari li ma jinħallx b'daqs ta' inqas minn 5 mm, miksubin b'wieħed mill-proċessi li ġejjin:

(a) proċess ta' polimerizzazzjoni bħalma huma l-poliaddizzjoni, il-polikondensazzjoni jew proċess simili ieħor li fih jintużaw il-monomeri jew sustanzi oħra ta' bidu;

(b) il-modifika kimika ta' makromolekuli naturali jew sintetiċi;

(c) il-fermentazzjoni bil-mikrobi;

(7) “nanomaterjal” tfisser materjal naturali, inċidentali jew manifatturat li fih partikoli, fi stat maħlul jew bħala aggregat jew agglomerat, u fejn, għal 50 % jew iktar tal-partikoli fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika, dimensjoni esterna waħda jew aktar hija fil-firxa ta' daqs 1 nm-100 nm ( 2 ).

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(2) u (3), deterġent għandu jitqies li huwa deterġent qawwi ħafna jew inkella li huwa deterġent sikur għall-kuluri ħlief meta jingħad biċ-ċar fuq l-imballaġġ tiegħu li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għat-tessuti delikati (jiġifieri li huwa deterġent mhux qawwi).

Artikolu 3

Sabiex jingħataw l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, id-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u l-aġenti ta' pretrattament li jneħħu t-tbajja' għandhom ikunu jiffurmaw parti mill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4

Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” għandu jkun “006”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE qed titħassar.

Artikolu 7

1.  B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” li jitressqu qabel id-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonjiiet stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE.

2.  L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” li jitressqu fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jissejsu jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom jissejsu.

▼M1

3.  Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/264/UE jistgħu jintużaw sas-26 ta' Diċembru 2018.

▼B

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

QAFAS

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal deterġenti tal-ħwejjeġ

KRITERJI

1. Rekwiżiti tad-dożaġġ

2. Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi

3. Bijodegradabbiltà

4. Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm, żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm u d-derivattivi tagħhom

5. Sustanzi esklużi u ristretti

6. Imballaġġ

7. Adegwatezza għall-użu

8. Informazzjoni għall-utenti

9. Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

VALUTAZZJONI U VERIFIKA

(a)    Rekwiżiti

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.

Meta l-applikant jintalab jipprovdi lill-organi kompetenti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur(i) tiegħu, kif ikun xieraq.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment iċ-ċertifikazzjonijiet li joħorġu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jagħmlu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi. L-akkreditament għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

Meta jkun jixraq, jistgħu jintużaw metodi oħra tal-ittestjar apparti dawk imniżżla għal kull kriterju, diment li l-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Meta jkun jixraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti jew żjarat fuq il-post.

Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti legali applikabbli kollha tal-pajjiż jew il-pajjiżi fejn il-prodott ikun intenzjonat li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.

Il-lista “Il-Bażi tad-Dejta ta' Ingredjenti ta' Deterġenti” (il-lista DID), li tinsab fis-sit tal-Ekotikketta tal-UE, fiha l-aktar sustanzi li jintużaw fil-formulazzjonijiet ta' deterġenti u kożmetiċi. Din għandha tintuża biex tinkiseb id-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabbiltà tas-sustanzi mdaħħla. Għas-sustanzi li mhumiex fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti.

Il-lista tas-sustanzi mdaħħla kollha għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti, u tindika l-isem kummerċjali (jekk ikun jeżisti), l-isem kimiku, in-numru tal-CAS, in-numru DID, il-kwantità mdaħħla, il-funzjoni u l-forma preżenti fil-formulazzjoni finali tal-prodott (inkluż folj li jinħall fl-ilma, jekk ikun hemm).

Priżervattivi, fwejjaħ u aġenti koloranti għandhom jiġu indikati irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom. Sustanzi mdaħħla oħra għandhom jiġu indikati meta jkunu f'konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew iktar tal-piż skont il-piż.

Is-sustanzi mdaħħla kollha preżenti fil-forma ta' nanomaterjali għandhom jiġu indikati b'mod ċar fil-lista, bil-kelma “nano” miktuba fil-parentesi.

Għal kull sustanza mdaħħla elenkata, għandhom jiġu pprovduti l-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). Meta ma jkunx hemm SDS għal xi sustanza partikolari minħabba li tkun parti minn taħlita, l-applikant għandu jipprovdi l-SDS tat-taħlita.

(b)    Limiti tal-kejl

Il-konformità mal-kriterji ekoloġiċi hi meħtieġa għal kull sustanza mdaħħla kif speċifikat fit-Table 1.



Tabella 1

Limiti tal-kejl applikabbli għas-sustanzi mdaħħla skont il-kriterju għad-deterġenti tal-ħwejjeġ (% piż skont il-piż)

Isem il-kriterju

Aġenti tensjoattivi

Priżervattivi

Aġenti koloranti

Fwejjaħ

Oħrajn (pereż. enżimi)

Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi

≥ 0,010

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

≥ 0,010

Bijodegradabbiltà

Aġenti tensjoattivi

≥ 0,010

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Sustanzi organiċi

≥ 0,010

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

≥ 0,010

Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm

≥ 0,010

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

≥ 0,010

Sustanzi esklużi jew limitati

Sustanzi esklużi u limitati speċifikati

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

Sustanzi perikolużi

≥ 0,010

≥ 0,010

≥ 0,010

≥ 0,010

≥ 0,010

SVHCs

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

l-ebda limitu (*1)

Fwejjaħ

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

l-ebda limitu (*1)

Mhux applikabbli

Priżervattivi

Mhux applikabbli

l-ebda limitu (*1)

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Aġenti koloranti

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

l-ebda limitu (*1)

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Enżimi

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

l-ebda limitu (*1)

(*1)    ►M2  “l-ebda limitu” tfisser: irrispettivament mill-konċentrazzjoni (limitu analitiku ta' detezzjoni) għas-sustanzi mdaħħlin kollha bl-eċċezzjoni tal-prodotti sekondarji u l-impuritajiet mill-materja prima, li jistgħu jkunu preżenti sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż fil-formulazzjoni finali. ◄

N/A mhux applikabbli

DOŻAĠĠ TA' REFERENZA

Dan id-dożaġġ għandu jitqies bħala d-dożaġġ ta' referenza għall-kalkoli intiżi li jiddokumentaw il-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u għall-ittestjar tal-kapaċità ta' ħasil:



Deterġent qawwi ħafna, deterġent sikur għall-kuluri

Doża rakkomandata mill-manifattur għal kilogramm ta' ħwejjeġ għall-ħasil nexfin normalment maħmuġa (indikata bħala g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil jew ml/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) ikkalkolata fuq il-bażi tad-doża rakkomandata għal ħasla ta' 4,5 kg b'ebusija tal-ilma ta' 2,5 mmol CaCO3/l.

Deterġent ħafif

Doża rakkomandata mill-manifattur għal kilogramm ta' ħwejjeġ għall-ħasil delikati normalment maħmuġa (indikata bħala g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil jew ml/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) ikkalkolata fuq il-bażi tad-doża rakkomandata għal ħasla ta' 2,5 kg b'ebusija tal-ilma ta' 2,5 mmol CaCO3/l.

Aġent li jneħħi t-tbajja' (pretrattament biss)

Doża rakkomandata mill-manifattur għal kilogramm ta' ħwejjeġ għall-ħasil nexfin (indikata bħala g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil jew ml/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) ikkalkolata fuq il-bażi ta' 6 applikazzjonjiet għal ħasla ta' 4,5 kg.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-tikketta tal-prodott jew l-iskeda tal-istruzzjonijiet għall-utenti li tinkludi l-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ.

Kriterju 1 — Rekwiżiti tad-dożaġġ

Id-dożaġġ ta' referenza ma għandux jaqbeż l-ammonti li ġejjin.



Tip ta' prodott

Dożaġġ

(g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil)

Deterġent qawwi ħafna, deterġent sikur għall-kuluri

16,0

Deterġent ħafif

16,0

Aġent li jneħħi t-tbajja' (pretrattament biss)

2,7

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-tikketta tal-prodott bl-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ u d-dokumentazzjoni li turi d-densità (g/ml) tal-prodotti likwidi u ġels.

Kriterju 2 — Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi

Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVkroniku) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin għad-doża ta' referenza.



Tip ta' prodott

Limitu tas-CDV

(l/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil)

Deterġent qawwi ħafna, deterġent sikur għall-kuluri

31 500

Deterġent ħafif

20 000

Aġent li jneħħi t-tbajja' (pretrattament biss)

3 500

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tas-CDVkroniku tal-prodott. Spreadsheet għall-kalkolu tal-valur CDVkroniku tinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Is-CDVkroniku huwa kkalkulat għas-sustanzi kollha li jiddaħħlu (i) fil-prodott, bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

image

Fejn:

id-dożaġġ(i)

:

il-piż (g) tas-sustanza (i) fid-doża ta' referenza;

DF(i)

:

il-fattur ta' degradazzjoni tas-sustanza (i);

TFkroniku(i)

:

il-fattur ta' tossiċità kronika tas-sustanza (i).

Il-valuri tad-DF(i) u t-TFkroniku(i) għandhom ikunu kif mogħtija fil-Parti A l-iktar aġġornata tal-lista DID. Jekk sustanza mdaħħla ma tiġix inkluża fil-Parti A, l-applikant għandu jagħmel stima tal-valuri billi jsegwi l-approċċ deskritt fil-Parti B ta' dik il-lista u jehmeż id-dokumentazzjoni assoċjata.

Kriterju 3 — Il-bijodegradabbiltà

(a)    Il-bijodegradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi

L-aġenti tensjoattivi kollha għandhom ikunu faċilment degrababbli (ajrobikament).

L-aġenti tensjoattivi kollha kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku: Il-Kategorija Akuta 1 (H400) jew il-Kategorija Kronika 3 (H412), skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), għandhom barra minn hekk ikunu bijodegradabbli anajrobikament.

(b)    Il-bijodegradabbiltà tal-komposti organiċi

Il-kontenut ta' sustanzi organiċi fil-prodott li huma ajrobikament mhux bijodegradabbli (mhux bijodegradabbli malajr, aNBO) jew anajrobikament mhux bijodegradabbli (anNBO) ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin għad-doża ta' referenza:

aNBO



Tip ta' prodott

aNBO

(g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil)

trab/tablets

aNBO

(g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil)

likwidi, kapsoli, ġels

Deterġent tal-ħwejjeġ qawwi ħafna, deterġent sikur għall-kuluri

1,00

0,45

Deterġent ħafif

0,55

0,30

Aġent li jneħħi t-tbajja' (pretrattament biss)

0,10

0,10

anNBO



Tip ta' prodott

anNBO

(g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil)

trab/tablets

anNBO

(g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil)

likwidi, kapsuli, ġels

Deterġent tal-ħwejjeġ qawwi ħafna, deterġent sikur għall-kuluri

1,10

0,55

Deterġent ħafif

0,55

0,30

Aġent li jneħħi t-tbajja' (pretrattament biss)

0,10

0,10

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi, kif ukoll għall-kalkolu tal-aNBO u tal-anNBO għall-prodott. Spreadsheet għall-kalkolu tal-valuri aNBO u anNBO tinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi u għall-valuri aNBO u anNBO tal-komposti organiċi, għandha ssir referenza għal-lista DID l-iktar aġġornata.

Għas-sustanzi mdaħħla li ma jkunux fil-Parti A tal-lista DID, għandha tingħata informazzjoni rilevanti mil-letteratura teknika jew minn sorsi oħra, jew jingħataw ir-riżultati xierqa tat-testijiet, li jkunu juru li huma ajrobikament u anajrobikament bijodegradabbli, kif tiddeskrivi l-Parti B ta' dik il-lista.

Fin-nuqqas ta' dokumentazzjoni dwar id-degradabbiltà deskritta hawn fuq, sustanza mdaħħla li ma tkunx aġent tensjoattiv tista' tiġi eżentata mir-rekwiżit tal-degradabbiltà anajrobika diment li tiġi ssodisfata waħda minn dawn it-tliet alternattivi:

(1) tkun faċilment degradabbli u jkollha assorbiment baxx (A < 25 %);

(2) tkun faċilment degradabbli u jkollha desorbiment għoli (D > 75 %);

(3) tkun faċilment degradabbli u ma tkunx bijoakkumulattiva ( 6 ).

L-ittestjar għall-assorbiment jew għad-desorbiment għandu jsir skont il-Linji Gwida tal-OECD Nru 106.

Kriterju 4 — Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm, żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm u d-derivattivi tagħhom

Is-sustanzi mdaħħla li jintużaw fil-prodotti li ġejjin miż-żejt tal-palm jew miż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm għandhom jinkisbu minn pjantaġġuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' skema ta' ċertifikazzjoni għall-produzzjoni sostenibbli li hija bbażata fuq organizzazzjonijiet b'diversi partijiet interessati u li għandha sħubija mifruxa, inklużi l-NGOs, l-industrija u l-gvern u li tindirizza l-impatti ambjentali inklużi dawk fuq il-ħamrija, il-bijodiversità, il-ħażniet tal-karbonju organiku u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi evidenza permezz ta' ċertifikati mingħand partijiet terzi u katina ta' kustodja li ż-żejt tal-palm u ż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm li jintużaw fil-manifattura tas-sustanzi mdaħħla jkunu ġejjin minn pjantaġġuni li huma mmaniġġjati b'mod sostenibbli.

Ċertifikati aċċettati jinħtieġ li jinkludu d-Diskussjonijiet Madwar Mejda Tonda dwar iż-Żejt tal-Palm Sostenibbli msejħa “Roundtable for Sustainable Palm Oil (RSPO)” (b'identità ppriżervata, segregata jew bilanċ tal-massa) jew kwalunkwe skema ta' produzzjoni sostenibbli ekwivalenti jew aktar stretta.

Għad-derivattivi kimiċi taż-żejt tal-palm u għaż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm, għandu jkun biżżejjed li tintwera sostenibbiltà permezz ta' sistemi “book&claim” bħalma huma ċ-ċertifikati GreenPalm jew ekwivalenti billi jingħataw l-ammonti ddikjarati tal-ACOP (l-Kommunikazzjonijiet ta' Progress Annwali) taċ-ċertifikati GreenPalm akkwistati jew mifdija matul il-perjodu ta' negozjar annwali l-aktar riċenti.

Kriterju 5 — Sustanzi esklużi u ristretti

(a)    Sustanzi esklużi u ristretti speċifikati

(i)    Sustanzi esklużi

Is-sustanzi indikati hawn taħt ma għandhomx jiġu inklużi fil-formulazzjoni tal-prodott irrispettivament mill-konċentrazzjoni:

 Alkilfenoletossilati (APEOs) u derivattivi oħra tal-alkilfenol;

 Atranol;

 Kloroatranol;

 Aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku (DTPA);

 Aċidu etilendiamminatetraaċetiku (EDTA) u l-imluħa tiegħu;

 Il-formaldeid u r-rilaxxaturi tiegħu (pereż. 2-bromo-2-nitropropan-1,3-diol, 5-bromo-5-nitro-1,3-diossan, idrossimetilgliċinat tas-sodju, diażolidinilurea) bl-eċċezzjoni ta' impuritajiet tal-formaldeid f'aġenti tensjoattivi bbażati fuq il-kimika tal-polialkoksi sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż skont il-piż fis-sustanza mdaħħla;

 Glutaraldeid;

 Idrossisoeżil 3-ċikloeżen karboksaldeid (HICC);

 Mikroplastiċi;

 Nanofidda;

 Nitromiski u miski poliċikliċi;

 Fosfati;

 Alkaliti perfluworurati;

 Imluħa kwaternarji tal-ammonju mhux faċilment bijodegradabbli;

 Komposti reattivi tal-kloru;

 Rodamina B;

 Triklosan;

 Butilkarbamat tat-3-jodo-2-propinil.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-formulazzjoni tal-prodott, irrispettivament mill-konċentrazzjoni.

(ii)    Sustanzi ristretti

Is-sustanzi indikati hawn taħt ma għandhomx jiġu inklużi fil-formulazzjoni tal-prodott f'konċentrazzjonijiet ikbar minn dawk indikati:

 2-Metil-2H-iżotijażol-3-on: 0,0050 % tal-piż skont il-piż;

 1,2-Benżiżotijażol-3(2H)-on: 0,0050 % tal-piż skont il-piż;

 5-kloro-2-metil-4-iżotijażolin-3-on/2-metil-4-iżotijażolin-3-on: 0,0015 % tal-piż skont il-piż.

Il-kontenut totali ta' fosforu (P) ikkalkolat bħala P elementali għandu jkun limitat għal:

 0,04 g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil għad-deterġenti tal-ħwejjeġ;

 0.005 g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil għall-aġenti li jneħħu t-tbajja'.

Sustanzi tal-fwejjaħ soġġetti għar-rekwiżit ta' dikjarazzjoni stipulat fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0,010 % tal-piż skont il-piż għal kull sustanza.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dawn id-dokumenti:

(a) Jekk jintużaw l-isotijażolinoni, dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw li l-kontenut ta' isotijażolinoni użati huwa ekwivalenti għal-limiti stabbiliti jew inqas;

(b) Dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw li l-ammont totali ta' P elementali huwa ekwivalenti għal-limiti stabbiliti jew inqas; Id-dikjarazzjoni għandha tiġi appoġġjata bil-kalkoli tat-total ta' kontenut P tal-prodott;

(c) Dikjarazzjoni tal-konformità ffirmata, u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet jew dokumentazzjoni mingħand il-fornituri, li jikkonfermaw li ma hemmx sustanzi tal-fwejjaħ soġġetti għar-rekwiżit tad-dikjarazzjoni stipulat fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 li jaqbżu l-limiti stabbiliti.

(b)    Sustanzi perikolużi

(i)    Prodott finali

Il-prodott finali ma għandux jiġi klassifikat u tikkettat bħala tossiku akut, bħala sustanza tossika speċifika għal organi ta' mira, bħala sensitizzatur respiratorju jew tal-ġilda jew bħala prodott karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni, jew bħala prodott perikoluż għall-ambjent akkwatiku, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u skont il-lista fit-Tabella 2.

(ii)    Sustanzi mdaħħla

Il-prodott ma għandux ikollu sustanzi mdaħħla f'limitu tal-konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew iktar tal-piż skont il-piż fil-prodott finali li jilħqu l-kriterji tal-klassifikazzjoni bħala tossiċi, perikolużi għall-ambjent akkwatiku, sensitizzaturi respiratorji jew tal-ġilda jew karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni, skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u skont il-lista fit-Table 2.

Meta jkunu aktar stretti, il-limiti ġeneriċi jew speċifiċi tal-konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jieħdu preċedenza.



Tabella 2

Il-klassifikazzjonijiet ristretti tal-periklu u t-tqassim tagħhom f'kategoriji

Tossiċità akuta

Kategoriji 1 u 2

Kategorija 3

H300 Fatali jekk jinbela'

H301 Tossiku jekk jinbela'

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda

H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda

H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs

H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs

H304 Jaf ikun fatali jekk jinbela' u jmur fil-pajp tan-nifs

EUH070 Tossiku jekk imiss mal-għajnejn

Tossiċità speċifika għal organi ta' mira

Kategorija 1

Kategorija 2

H370 Jagħmel ħsara lill-organi

H371 Jaf jagħmel ħsara lill-organi

H372 Jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba

H373 Jaf jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba

Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda

Kategorija 1 A/1

Kategorija 1B

H317 Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

H317 Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda

H334 Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu

H334 Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu

Karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni

Kategoriji 1 A u 1B

Kategorija 2

H340 Jaf jikkawża difetti ġenetiċi

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

H350 Jaf jikkawża l-kanċer

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

H350i Jaf jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs

 

H360F Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

H360D Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

H360FD Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

H360Fd Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

H362 Jaf jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa

H360Df Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

 

Perikoluż għall-ambjent akkwatiku

Kategoriji 1 u 2

Kategoriji 3 u 4

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul

H413 Jaf iħalli effetti fil-tul lill-organiżmi akkwatiċi

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul

 

Perikoluż għas-saff tal-ożonu

H420 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

 

Dan il-kriterju ma japplikax għal sustanzi mdaħħla li jkopri l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi kriterji għall-eżenzjoni ta' sustanzi li hemm l-Annessi IV u V ta' dan ir-Regolament mir-reġistrazzjoni, mill-obbligi tal-utent downstream u mir-rekwiżiti tal-evalwazzjoni. Sabiex isib jekk dik l-esklużjoni tkunx tapplika, l-applikant għandu jgħarrex għal kull sustanza mdaħħla li tkun preżenti f'konċentrazzjoni aktar minn 0,010 % tal-piż skont il-piż.

Is-sustanzi u t-taħlitiet fit-Table 3 huma eżentati mill-punt (b)(ii) tal-Kriterju 5.



Tabella 3

Sustanzi derogati

Sustanza

Klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

Dikjarazzjoni tal-Periklu

Aġenti tensjoattivi

Perikolużi għall-ambjent akkwatiku — Periklu Akut, il-Kategorija 1

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

Perikoluż għall-ambjent akkwatiku — Periklu Kroniku, il-Kategorija 3

H412: Jagħmel il-ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema

Subtiliżina

Perikoluża għall-ambjent akkwatiku — Periklu Akut, il-Kategorija 1

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

Perikoluż għall-ambjent akkwatiku — Periklu Kroniku, il-Kategorija 2

H411: Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema

Enżimi (1)

Sensitizzazzjoni tal-ġilda, il-Kategoriji tal-Perikli 1, 1 A, 1B

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

Sensitizzazzjoni Respiratorja, il-Kategoriji tal-Perikli 1, 1 A, 1B

H334: Jista' jikkawża sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet tan-nifs jekk jinġibed man-nifs

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (2)

Karċinoġeniċità, il-Kategorija tal-Perikli 2

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

(1)   Inklużi l-istabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħra fil-preparazzjonijiet.

(2)   F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 0,2 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.

▼B

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu juri konformità ma' dan il-kriterju għall-prodott finali u għal kull sustanza mdaħħla li jkun hemm f'konċentrazzjoni akbar minn 0,010 % tal-piż skont il-piż fil-prodott finali. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ tad-dikjarazzjonijiet tal-fornituri, jew SDS li jikkonfermaw li l-ebda waħda minn dawn is-sustanzi ma tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni b'waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet tal-periklu elenkati fit-Table 2 fil-forma jew forom u fl-istat(i) fiżiku/fiżiċi kif inhuma preżenti fil-prodott.

Għas-sustanzi mniżżla fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li huma eżentati mill-obbligi tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament, ikun biżżejjed li tingħata dikjarazzjoni tal-applikant għall-konformità.

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw il-preżenza ta' sustanzi mdaħħla li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-deroga.

(c)    Sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs)

Il-prodott finali ma għandux ikun fih sustanzi mdaħħla li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi l-lista tal-kandidati għal sustanzi ta' tħassib serju ħafna.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, jew SDS li jikkonfermaw li ebda waħda mis-sustanzi fil-lista tal-kandidati mhi preżenti.

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għall-aħħar aġġornament tal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna.

(d)    Fwejjaħ

Kull sustanza mdaħħla miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tkun immanifatturata u mmaniġġjata skont il-kodiċi tal-prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (IFRA) ( 7 ). Il-manifattur għandu jimxi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA fejn jidħlu l-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji tal-purità speċifikati għas-sustanzi.

Valutazzjoni u verifika: il-fornitur jew il-manifattur tal-fwejjaħ, skont kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ffirmata.

(e)    Priżervattivi

(i) Il-prodott jista' jinkludi biss priżervattivi sabiex jippreżervaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma japplikax għall-aġenti tensjoattivi, li jista' jkollhom ukoll proprjetajiet bijoċidali.

(ii) Il-prodotti jista' jkun fihom priżervattivi diment li dawn ma jkunux bijoakkumulattivi. Priżervattiv jitqies mhux bijoakkumulattiv jekk il-valur BCF ikun < 100 jew il-valur log Kow ikun < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.

(iii) Huwa pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi jew għandu effett diżinfettanti.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, flimkien mal-SDS ta' kull priżervattiv miżjud, u informazzjoni dwar il-valur BCF jew log Kow tiegħu. L-applikant għandu wkoll jipprovdi l-grafika tal-imballaġġ.

(f)    Aġenti koloranti

L-aġenti koloranti fil-prodott ma għandhomx ikunu bijoakkumulattivi.

Aġent kolorant jitqies mhux bijoakkumulattiv jekk il-valur tal-BCF ikun < 100 jew il-valur log Kow ikun < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur ta' BCF imkejjel. Jekk l-aġenti koloranti jkunu approvati biex jintużaw fl-ikel, mhemmx bżonn li titressaq dokumentazzjoni dwar il-potenzjal bijoakkumulattiv.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, flimkien mal-SDS ta' kull aġent kolorant miżjud, u informazzjoni dwar il-valur BCF jew log Kow tiegħu, jew dokumentazzjoni li tiżgura li l-aġent kolorant huwa approvat biex jintuża fl-ikel.

(g)    Enżimi

Għandhom jintużaw biss enżimi inkapsulati (f'forma solida) u enżimi f'forma likwida jew sospensjonijiet magħquda.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, flimkien mal-SDS ta' kull enżima miżjuda.

Kriterju 6 — L-imballaġġ

(a)    Proporzjon piż/utilità (weight/utility ratio, WUR)

Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-prodott għandu jiġi kkalkulat għall-imballaġġ primarju biss u ma għandux jaqbeż dawn il-valuri għad-dożaġġ ta' referenza.



Tip ta' prodott

WUR

(g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil)

Deterġenti tal-ħwejjeġ fil-forma ta' trab

Deterġenti tal-ħwejjeġ fil-forma ta' tablet jew kapsula

1,2

Deterġenti tal-ħwejjeġ fil-forma ta' likwidu/ġel (mhux tablets jew kapsuli)

1,4

Aġent li jneħħi t-tbajja' (pretrattament biss)

1,2

Imballaġġ primarju magħmul minn iktar minn 80 % ta' materjal riċiklat huwa eżentat minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tal-WUR tal-prodott. Jekk il-prodott jinbiegħ f'imballaġġi differenti, jiġifieri b'volumi differenti, għandu jitressaq il-kalkolu għal kull daqs tal-imballaġġ li għalih trid tingħata l-Ekotikketta tal-UE.

Il-WUR jiġi kkalkulat kif ġej:

WUR = Σ [(Wi + Ui)/(Di * Ri)]

Fejn:

Wi

:

il-piż (g) tal-imballaġġ primarju (i);

Ui

:

il-piż (g) tal-imballaġġ riċiklat mhux wara l-użu fl-imballaġġ primarju (i). Ui = Wi sakemm l-applikant ma jistax juri mod ieħor;

Di

:

l-għadd ta' dożi ta' referenza fl-imballaġġ primarju (i);

Ri

:

indiċi tar-rikariki. Ri = 1 (l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess skop) jew Ri = 2 (jekk l-applikant ma jiddokumentax li l-kontenut tal-imballaġġ jista' jerġa' jintuża għall-istess skop u jinbiegħu r-rikariki).

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata li tikkonferma l-kontenut ta' materjal riċiklat wara l-użu, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti. L-imballaġġ jitqies bħala riċiklat wara l-użu jekk il-materja prima li tintuża għall-imballaġġ tkun inġabret minn manifatturi tal-imballaġġ fl-istadju tad-distribuzzjoni jew fl-istadju tal-konsumatur.

(b)    Disinjar għar-riċiklaġġ

L-imballaġġ tal-plastik għandu jiġi ddisinjat b'mod li jiffaċilita r-riċiklaġġ effettiv billi jiġu evitati kontaminanti u materjali inkompatibbli potenzjali li huma magħrufin li jfixklu s-separazzjoni jew l-ipproċessar mill-ġdid jew li jnaqqsu l-kwalità tal-materjal riċiklat. Weħidhom jew flimkien, it-tikketta jew “Shrink wrap”, it-tapp u meta applikabbli, il-kisjiet tal-protezzjoni ma għandhomx jinkludu l-materjali u l-komponenti mniżżlin fit-Table 4. Il-mekkaniżmi tal-pompi (inklużi dawk tal-isprejs) huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.



Tabella 4

Materjali u komponenti li ma għandux ikun hemm fost l-elementi tal-imballaġġ

Element tal-imballaġġ

Materjali u komponenti esklużi (*1)

Tikketta jew “Shrink wrap”

— Tikketta jew “Shrink wrap” PS flimkien ma' flixkun PET, PP jew HDPE

— Tikketta jew “Shrink wrap” PVC flimkien ma' flixkun PET, PP jew HDPE

— Tikketta jew “Shrink wrap” PETG flimkien ma' flixkun PET

— Kwalunkwe materjal tal-plastik ieħor għal “Shrink wraps”/għat-tikketti b'densità > 1 g/cm3 użat għal flixkun PET

— Kwalunkwe materjal tal-plastik ieħor għal “Shrink wraps”/għat-tikketti b'densità < 1 g/cm3 użat għal flixkun PP jew HDPE

— Tikketti jew “Shrink wraps” metallizzati jew iwweldjati mal-qafas tal-imballaġġ (tikketta fonduta)

Tapp

— Tapp PS flimkien ma' flixkun PET, HDPE jew PP

— Tapp PVC flimkien ma' flixkun PET, PP jew HDPE

— Tappijiet jew materjal tat-tappijiet PETG b'densità > 1 g/cm3 flimkien ma' flixkun PET

— Tappijiet tal-metall, tal-ħġieġ, tal-EVA, li ma jisseparawx ruħhom faċilment minn mal-flixkun

— Tappijiet tas-silikon. Ħlief tappijiet tas-silikon b'densità < 1 g/cm3 flimkien ma' flixkun PET u tappijiet tas-silikon b'densità > 1 g/cm3 flimkien ma' flixkun PEHD jew PP.

— Folji jew siġilli tal-metall li meta jinfetaħ il-prodott xorta jibqgħu mwaħħla mal-flixkun jew mat-tapp tiegħu

Kisjiet tal-protezzjoni

Poliammid, poliolefini funzjonali, kisjiet ta' lqugħ metallizzati u ħfief

(*1)   EVA — Etilenvinilaċetat, HDPE — Polietilen b'densità għolja, PET — Poli etilentereftalat, PETG — Polietilentereftalat glikol-modifikat, PP — Polipropilen, PS — Polistiren, PVC — Polivinilklorur

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u li tispeċifika l-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ inklużi l-kontenitur, it-tikketta jew “Shrink wrap”, il-kolol, it-tapp, u l-kisja tal-protezzjoni, jekk ikun xieraq, kif ukoll ritratti jew disinni tal-imballaġġ primarju.

Kriterju 7 — Adegwatezza għall-użu

Il-prodott għandu jkollu prestazzjoni ta' ħasil sodisfaċenti fl-inqas temperatura u dożaġġ rakkomandati mill-manifattur għall-ebusija tal-ilma skont “Il-protokoll tal-Ekotikketta tal-UE għall-ittestjar tad-deterġenti tal-ħwejjeġ” ( 8 ) jew “Il-protokoll tal-Ekotikketta tal-UE għall-ittestjar tal-aġenti li jneħħu t-tbajja” ( 9 ), kif ikun xieraq, disponibbli fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi li l-prodott ġie ttestjat fil-kundizzjonijiet imniżżla fil-protokoll u li r-riżultati wrew li l-prodott laħaq tal-inqas il-prestazzjoni minima tal-ħasil meħtieġa. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dokumentazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti tal-laboratorju li hemm fl-istandards armonizzati rilevanti tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni, jekk ikun xieraq.

Jista' jintuża test tal-prestazzjoni ekwivalenti jekk l-ekwivalenza tiġi vvalutata u aċċettata mill-korp kompetenti.

Kriterju 8 — Informazzjoni għall-utenti

Il-prodott għandu jkollu miegħu struzzjonijiet dwar l-użu xieraq biex tittejjeb kemm jista' jkun il-prestazzjoni tal-prodott u jitnaqqas kemm jista' jkun l-iskart, filwaqt li t-tniġġis tal-ilma u l-użu tar-riżorsi jitnaqqsu wkoll. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jinqraw faċilment jew jinkludu disinni jew simboli, u għandu jkollhom informazzjoni dwar dawn:

(a)  Struzzjonijiet dwar id-dożaġġ

L-applikant għandu jieħu passi xierqa biex jgħin lill-konsumaturi jirrispettaw id-doża rakkomandata, billi jipprovdilhom struzzjonijiet dwar id-dożaġġ u sistema ta' ddożar konvenjenti (pereż. tappijiet).

L-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ għandhom jinkludu infomazzjoni dwar id-doża rakkomandata għal ħasla standard għal mill-inqas żewġ livelli ta' ħmieġ u dwar l-impatt tal-ebusija tal-ilma fuq id-doża.

Għandhom jingħataw indikazzjonijiet dwar l-ikbar prevalenza tal-ebusija tal-ilma fiż-żona fejn il-prodott ikun maħsub li jitqiegħed fis-suq jew fejn tista' tinstab din l-infomazzjoni.

(b)  Informazzjoni dwar ir-rimi tal-imballaġġ

L-imballaġġ primarju għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-rimi korrett tal-imballaġġ.

(c)  Informazzjoni ambjentali

Fuq l-imballaġġ primarju għandu jkun hemm test li jispjega l-importanza li jintużaw id-dożaġġ korrett u l-inqas temperatura rakkomandata (li ma għandhiex tkun ogħla minn 30 °C) u ħasliet sħaħ biex jitnaqqsu kemm jista' jkun il-konsum tal-enerġija u tal-ilma u t-tniġġis tal-ilma.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata flimkien ma' kampjun tat-tikketta tal-prodott.

Kriterju 9 — L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-logo għandu jkun viżibbli u leġibbli. In-numru tar-reġistrazzjoni/tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jidhru fuq il-prodott u għandhom ikunu leġibbli u viżibbli b'mod ċar.

L-applikant jista' jagħżel li jinkludi fuq it-tikketta kaxxa testwali bil-kliem li ġej:

 Impatt limitat fuq l-ambjent akkwatiku;

 Ammont ristrett ta' sustanzi perikolużi;

 Ittestjat għall-prestazzjoni tal-ħasil tiegħu f'temperatura ta' 30 °C (*).

(*) Jekk il-prodott ġie ttestjat f'temperatura ta' 15 jew 20 °C fil-Kriterju 7, l-applikant jista' jibdel it-temperatura indikata skont dan.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ffirmata flimkien ma' kampjun tat-tikketta tal-prodott jew tal-grafika tal-imballaġġ fejn titqiegħed l-Ekotikketta tal-UE, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità ffirmata.



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar diterġenti (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1).

( 2 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/696/UE tat-18 ta' Ottubru 2011 fuq id-definizzjoni tan-nanomaterjali (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 38).

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

( 6 ) Sustanza titqies mhux bijoakkumulattiva jekk il-valur tal-BCF ikun < 100 jew il-valur log Kow ikun < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur ta' BCF imkejjel.

( 7 ) Disponibbli fis-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org.

( 8 ) Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/Performance%20Test%20Laundry%20Detergents.pdf.

( 9 ) Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/Performance%20Test%20stain%20removers.pdf.

Top