This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02016R2251-20230214
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/2251 of 4 October 2016 supplementing Regulation (EU) No 648/2012 of the European Parliament and of the Council on OTC derivatives, central counterparties and trade repositories with regard to regulatory technical standards for risk-mitigation techniques for OTC derivative contracts not cleared by a central counterparty (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251 tal-4 ta' Ottubru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251 tal-4 ta' Ottubru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02016R2251 — MT — 14.02.2023 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2251 tal-4 ta' Ottubru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali (ĠU L 340 15.12.2016, p. 9) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/323 tal-20 ta' Jannar 2017 |
L 49 |
1 |
25.2.2017 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/448 tas-17 ta’ Diċembru 2019 |
L 94 |
8 |
27.3.2020 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/236 tal-21 ta’ Diċembru 2020 |
L 56 |
1 |
17.2.2021 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/314 tal-25 ta’ Ottubru 2022 |
L 43 |
2 |
13.2.2023 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2251
tal-4 ta' Ottubru 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IL-PROĊEDURI TAL-ĠESTJONI TAR-RISKJU
TAQSIMA 1
Definizzjonijiet u rekwiżiti ġenerali
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“marġni inizjali” tfisser il-kollateral miġbur minn kontroparti biex tkopri l-iskopertura attwali u futura potenzjali tagħha fl-intervall bejn l-aħħar ġbir ta' marġni u l-likwidazzjoni ta' pożizzjonijiet jew iħħeġġjar tar-riskju tas-suq wara inadempjenza tal-kontroparti l-oħra;
“marġni ta' varjazzjoni” tfisser il-kollateral miġbur minn kontroparti biex jiġu riflessi r-riżultati ta' valwazzjoni skont is-suq jew valwazzjoni skont mudell ta' kuljum ta' kuntratti pendenti msemmijin fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
“sett tan-nettjar” tfisser sett ta' kuntratti tad-derivattivi barra l-Borża (over-the-counter, “OTC”) ikklirjati mhux ċentralment bejn żewġ kontropartijiet li jkun soġġett għal ftehim ta' netting bilaterali infurzabbli legalment.
Artikolu 2
Rekwiżiti ġenerali
Il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu proċeduri li jipprovdu għal jew jispeċifikaw dan li ġej:
l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment konformi mat-Taqsima 2;
il-kalkolu u l-ġbir tal-marġnijiet għall-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment konformi mat-Taqsima 3;
il-ġestjoni u s-segregazzjoni tal-kollateral għall-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment konformi mat-Taqsima 5;
il-kalkolu tal-valur aġġustat tal-kollateral konformi mat-Taqsima 6;
l-iskambju ta' informazzjoni bejn kontropartijiet u l-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' kull eċċezzjoni għall-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1;
ir-rappurtar tal-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II lill-maniġment superjuri;
it-termini tal-ftehimiet kollha meħtieġa li l-kontropartijiet ikunu daħlu fihom, l-aktar tard sa meta jiġi konkluż kuntratt tad-derivattivi OTC ikklirjat mhux ċentralment, inklużi t-termini tal-ftehim ta' netting u t-termini tal-iskambju tal-ftehim ta' kollateral skont l-Artikolu 3;
il- verifika perjodika tal-likwidità tal-kollateral li jiġi skambjat;
ir-riapproprjazzjoni fil-ħin tal-kollateral, fl-event ta' inadempjenza mill-kontroparti li tiddepożita, min-naħa tal-kontroparti kollettriċi; u
il-monitoraġġ regolari tal-iskoperturi li jinħolqu minn kuntratti tad-derivattivi OTC li huma tranżazzjonijiet intragrupp u s-saldu fil-ħin tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn dawn il-kuntratti.
Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, it-termini tal-ftehimiet jinkludu l-aspetti kollha li jikkonċernaw l-obbligi li jirriżultaw minn kull kuntratt tad-derivattivi OTC ikklirjat mhux ċentralment li għandu jiġi konkluż, u mill-inqas dan li ġej:
kull obbligazzjoni ta' ħlas li tirriżulta bejn kontropartijiet;
il-kundizzjonijiet għan-nettjar tal-obbligazzjoni ta' ħlas;
avvenmenti ta' inadempjenza jew avvenimenti oħra ta' terminazzjoni tal-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment;
il-metodi ta' kalkolazzjoni kollha użati fir-rigward tal-obbligazzjonijiet ta' ħlas;
il-kundizzjonijiet għan-nettjar tal-obbligazzjoni ta' ħlas mat-terminazzjoni,
it-trasferiment ta' titoli u obbligazzjonijiet mat-terminazzjoni;
il-liġi li tirregola t-tranżazzjonijiet tal-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment.
Ir-rekwiżit li titwettaq l-analiżi msemmija fl-ewwel subparagrafu titqies li tkun issodisfata fil-konfront tal-ftehim ta' netting meta dak il-ftehim ikun rikonoxxut skont l-Artikolu 296 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 3
Ftehim dwar skambju ta' kollateral
Il-ftehim dwar skambju ta' kollateral imsemmi fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) għandu jinkludi tal-inqas it-termini li ġejjin:
il-livelli u t-tip ta' kollateral meħtieġ;
il-ftehimiet ta' segregazzjoni;
is-sett tan-nettjar li għalih jirreferi l-iskambju ta' kollateral;
il-proċeduri għan-notifika, il-konferma u l-aġġustament ta' appelli għall-marġni;
il-proċeduri għas-saldu ta' appelli għall-marġni għal kull tip ta' kollateral eliġibbli;
il-proċeduri, il-metodi, il-perjodi ta' żmien u l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-kalkolu tal-marġnijiet u l-valwazzjoni tal-kollateral;
l-eventi meqjusa bħala l-eventi ta' inadempjenza jew tat-terminazzjoni;
il-liġi applikabbli għall-kuntratt tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment;
il-liġi applikabbli għall-ftehim dwar skambju ta' kollateral.
TAQSIMA 2
Eliġibbiltà
Artikolu 4
Kollateral eliġibbli
Kontroparti għandha tiġbor kollateral mill-klassijiet ta' assi li ġejjin biss:
flus kontanti fil-forma ta' flus ikkreditati għal kont fi kwalunkwe valuta, jew pretensjonijiet simili għall-ħlas lura ta' flus, bħal depożiti tas-suq tal-flus;
deheb fil-forma ta' ingotti ta' deheb pur allokat ta' konsenja tajba rikonoxxuta;
titoli ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali ta' Stati Membri;
titoli ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri li l-iskoperturi tagħhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali ta' dak l-Istat Membru partikolari skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
titoli ta' dejn maħruġa mill-entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri li l-iskoperturi tagħhom jiġu ttrattati bħala espożizzjonijiet għall-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew awtorità lokali ta' dak l-Istat Membru partikolari skont l-Artikolu 116(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
titoli ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri għajr dawk imsemmija fil-punt (d);
titoli ta' dejn maħruġa mill-entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri għajr dawk imsemmija fil-punt (e);
titoli ta' dejn maħruġa minn banek tal-iżvilupp multilaterali elenkati fl-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
titoli ta' dejn maħruġa mill-organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
titoli ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet jew il-banek ċentrali ta' pajjiżi terzi;
titoli ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali ta' pajjiżi terzi li jilħqu r-rekwiżiti tal-punti (d) u (e);
titoli ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta' pajjiżi terzi għajr dawk imsemmija fil-punti (d) u (e);
titoli ta' dejn maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment inklużi l-bonds imsemmija fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
bonds korporattivi;
is-segment ta' titolizzazzjoni l-iktar superjuri, kif definit fl-Artikolu 4(61) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li mhuwiex rititolizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 4(63) ta' dan ir-Regolament;
bonds konvertibbli bil-kundizzjoni li jistgħu jiġu kkonvertiti biss f'ekwitajiet li huma inklużi f'indiċi speċifikat skont il-punt (a) tal-Artikolu 197(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
ekwitajiet inklużi f'indiċi speċifikat skont il-punt (a) tal-Artikolu 197(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
ishma jew unitajiet f'impriżi ta' investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS), bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5.
Kontroparti għandha tiġbor biss kollateral mill-klassijiet ta' assi msemmija fil-punti (f), (g) u minn (k) sa (r) tal-paragrafu 1 meta japplikaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-assi mhumiex maħruġa mill-kontroparti li tiddepożita;
l-assi mhumiex maħruġa minn entitajiet li huma parti minn grupp li għalih tappartjeni l-kontroparti li tiddepożita;
l-assi mhumiex soġġetti mod ieħor għal xi riskju sinifikanti ta' korrelazzjoni ħażina kif definit fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 291 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 5
Kriterji ta' eliġibbiltà għal unitajiet jew ishma f'UCITS
Għall-finijiet tal-punt (r) tal-Artikolu 4(1), kontroparti tista' tuża biss unitajiet jew ishma f'UCITS bħala kollateral eliġibbli meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-unitajiet jew l-ishma jkollhom kwotazzjoni pubblika ta' kuljum tal-prezz;
l-UCITS ikunu limitati għal investiment f'assi eliġibbli skont l-Artikolu 4(1);
l-UCITS jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-UCITS jistgħu jużaw strumenti derivattivi biex jiħħeġġjaw ir-riskji li jinħolqu mill-assi li fihom jinvestu.
Meta UCITS tinvesti f'ishma jew unitajiet ta' UCITS oħra, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw ukoll għal dawk l-UCITS.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kwalunkwe UCITS ta' UCITS li għandha UCITS sottostanti tagħha stess.
Artikolu 6
Valutazzjoni tal-kwalità kreditizja
Il-kontraparti kollettriċi għandha tivvaluta l-kwalità tal-kreditu tal-assi li jappartjenu għall-klassijiet tal-assi msemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) li mhumiex denominati jew mhumiex iffinanzjati fil-valuta domestika tal-emittent u fil-punti (f), (g), minn (j) sa (n) u (p) tal-Artikolu 4(1) bl-użu ta' waħda mill-metodoloġiji li ġejjin:
il-klassifikazzjonijiet interni msemmija fil-paragrafu 3 tal-kontroparti kollettriċi;
il-klassifikar intern imsemmi fil-paragrafu 3 tal-kontroparti li tissepożita, meta dik il-kontroparti tkun stabbilita fl-Unjoni jew f'pajjiż terz fejn il-kontroparti li tissepożita tkun soġġetta għal superviżjoni konsolidata vvalutata ekwivalenti għal dik irregolata bid-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 127 tad-Direttiva 2013/36/UE;
valutazzjoni tal-kwalità kreditizja maħruġa minn Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) rikonoxxuta kif definit fl-Artikolu 4(98) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew valutazzjoni tal-kwalità kreditizja ta' aġenzija ta' kreditu għall-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 137 ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 7
Rekwiżiti speċifiċi għall-assi eliġibbli
Il-kontropartijiet għandhom jistabbilixxu proċeduri għat-trattament tal-assi skambjati bħala kollateral konformi mal-paragrafi 1 u 2 li l-kwalità kreditizja tagħhom tiġi vvalutata sussegwentement bħala:
l-iskala 4 jew lil hinn minnha għall-assi msemmijin fil-paragrafu 1;
lil hinn mill-iskala 4 għall-assi msemmijin fil-paragrafu 2.
Il-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jilħqu r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
għandhom jipprojbixxu lill-kontropartijiet milli jiskambjaw assi addizzjonali vvalutati bħala tal-kwalità kreditizja msemmija fil-paragrafu 3;
għandhom jistabbilixxu skeda li biha l-assi vvalutati bħala tal-kwalità kreditizja msemmija fil-paragrafu 3 u diġà skambjati bħala kollateral jiġu sostitwiti tul perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx ix-xahrejn;
għandhom jistabbilixxu skala tal-kwalità kreditizja li teħtieġ is-sostituzzjoni immedjata tal-assi msemmija fil-paragrafu 3;
għandhom jippermettu li l-kontropartijiet iżidu l-haircuts fuq il-kollateral rilevanti dment li l-kollateral ma jkunx ġie sostitwit skont l-iskeda msemmija fil-punt (b).
Artikolu 8
Limiti ta' konċentrazzjoni għall-marġni inizjali
Meta l-kollateral jinġabar bħala marġni inizjali konformi mal-Artikolu 13, għandhom japplikaw il-limiti li ġejjin għal kull kontroparti kollettriċi:
is-somma tal-valuri tal-marġni inizjali miġbura mill-klassijiet tal-assi msemmija fil-punti (b), (f), (g), u minn (l) sa (r) tal-Artikolu 4(1) maħruġa minn emittent singolu jew minn entitajiet li jappartjenu għall-istess grupp ma taqbiżx l-ikbar wieħed mill-valuri li ġejjin:
15 % tal-kollateral miġbur mill-kontroparti li tiddepożita;
EUR 10 miljun jew l-ekwivalenti f'valuta oħra;
is-somma tal-valuri tal-marġġni inizjali miġbura mill-klassijiet tal-assi msemmija fil-punti (o), (p) u (q) tal-Artikolu 4(1), meta l-klassijiet tal-assi msemmija fil-punti (p) u (q) ta' dan l-Artikolu jinħarġu minn istituzzjonijiet kif definit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, ma taqbiżx l-ikbar wieħed mill-valuri li ġejjin:
40 % tal-kollateral miġbur mill-kontroparti li tiddepożita;
EUR 10 miljun jew l-ekwivalenti f'valuta oħra.
Il-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw ukoll għall-ishma jew l-unitajiet fl-UCITS meta l-UCITS tinvesti primarjament fil-klassijiet tal-assi msemmija f'dan is-subparagrafu.
Meta l-kollateral jinġabar bħala marġni inizjali skont l-Artikolu 13 f'eċċess ta' EUR 1 biljun u kull kontroparti tappartjeni għal waħda mill-kategoriji elenkati fil-paragrafu 3, japplikaw il-limiti li ġejjin għall-ammont tal-marġni inizjali f'eċċess ta' EUR 1 biljun miġbura minn kontroparti:
is-somma tal-valuri tal-marġni inizjali miġbura mill-klassijiet tal-assi msemmija fil-punti minn (c) sa (l) tal-Artikolu 4(1) maħruġa minn emittent singolu jew minn emittenti domiċiljati fl-istess pajjiż ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-marġni inizjali miġbura minn din il-kontroparti.
Meta l-marġni inizjali tinġabar fi flus kontanti, il-limitu ta' konċentrazzjoni ta' 50 % imsemmija fil-punt (a) iqis ukoll l-iskoperturi għar-riskju mid-detentur tat-terza persuna jew il-kustodju li jkollu l-flus.
Il-kontropartijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 għandhom ikunu wieħed minn dawn li ġejjin:
istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs konformi mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE;
istituzzjonijiet identifikati bħala O-SIIs konformi mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE;
kontropartijiet li ma jkunux arranġamenti ta' skema tal-pensjoni u li għalihom is-somma tal-valuri tal-kollateral li għandu jinġabar taqbeż il-EUR 1 biljun.
TAQSIMA 3
Kalkolu u ġbir tal-marġnijiet
Artikolu 9
Frekwenza tal-kalkolu u d-determinazzjoni tad-data tal-kalkolu
Il-kontropartijiet għandhom jikkalkulaw il-marġni inizjali skont l-Artikolu 11 mhux iktar tard mill-jum ta' negozju wara wieħed minn dawn l-eventi:
meta kuntratt ġdid tad-derivattivi OTC ikklirjat mhux ċentralment jiġi eżegwit jew jiżdied mas-sett tan-nettjar;
meta kuntratt eżistenti tad-derivattivi OTC ikklirjat mhux ċentralment jiskadi jew jitneħħa mis-sett tan-nettjar;
meta kuntratt eżistenti tad-derivattivi OTC ikklirjat mhux ċentralment jikkawża pagament jew konsenja għajr id-depożitu u l-ġbir ta' marġnijiet;
meta l-marġni inizjali jiġi kkalkulat skont l-approċċ standardizzat imsemmi fil-Artikolu 11(1) u kuntratt eżistenti jiġi riklassifikat f'termini tal-kategorija tal-assi msemmija fil-paragrafu 1 tal-Anness IV bħala riżultat ta' ħin imnaqqas sal-maturità;
meta ma jkun twettaq l-ebda kalkolu fl-għaxart ijiem tan-negozju preċedenti.
Għall-fini tad-determinazzjoni tad-data tal-kalkolu għall-marġni inizjali u ta' varjazzjoni, għandu japplika dan li ġej:
meta żewġ kontropartijiet jinsabu fl-itess żona tal-ħin, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq is-sett tan-nettjar tal-jum tan-negozju preċedenti;
meta żewġ kontropartijiet ma jkunux jinsabu fl-istess żona tal-ħin, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq it-tranżazzjonijiet fis-sett tan-nettjar li jiġu ffirmati qabel 16:00 tal-jum tan-negozju ta' qabel taż-żona tal-ħin li fiha s-siegħa 16:00 tiġi l-ewwel.
Artikolu 10
Kalkolu tal-marġni ta' varjazzjoni
L-ammont tal-marġni ta' varjazzjoni li għandu jinġabar minn kontroparti għandu jkun l-aggregazzjoni tal-valuri kkalkulati skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-kuntratti kollha fis-sett tan-nettjar, nieqes il-valur tal-marġni ta' varjazzjoni kollu li jkun inġabar qabel, nieqes il-valur nett ta' kull kuntratt fis-sett tan-nettjar stabbilit fil-punt tal-iffirmar tal-kuntratt, u biż-żieda tal-valur tal-marġni ta' varjazzjoni kollu li jkun ġie ddepożitat qabel.
Artikolu 11
Kalkolu tal-marġni inizjali
Artikolu 12
Dispożizzjoni tal-marġni ta' varjazzjoni
Il-kontroparti li tiddepożita għandha tipprovdi l-marġni ta' varjazzjoni kif ġej:
fl-istess jum tan-negozju tad-data tal-kalkolu ddeterminata skont l-Artikolu 9(3);
jew, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, fi żmien jumejn tan-negozju mid-data tal-kalkolu ddeterminata skont l-Artikolu 9(3).
Id-dispożizzjoni tal-marġni ta' varjazzjoni skont il-paragrafu 1(b) jista' jiġi applikat għal dan li ġej:
is-settijiet tan-netting li jinkludu kuntratti tad-derivattivi li ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta' marġni inizjali skont dan ir-Regolament, meta l-kontroparti li tiddepożita tkun ipprovdiet, fid-data tal-ikkalkular tal-marġni ta' varjazzjoni jew qabel, ammont minn qabel ta' kollateral eliġibbli ikkalkulat bl-istess mod bħal dak applikabbli għal marġnijiet inizjali skont l-Artikolu 15, li għalih il-kontroparti kolletriċi tkun użat perjodu ta' riskju b'marġni (margin period of risk, “MPOR”) li jkun mill-inqas ugwali għall-għadd ta' jiem ta' bejniethom u li jkun jinkludi d-data tal-ikkalkular u d-data tal-ġbir;
is-settijiet tan-nettjar li jinkludu kuntratti soġġetti għal rekwiżiti tal-marġnijiet inizjali skont dan ir-Regolament, meta l-marġni inizjali jiġi aġġustat b'wieħed mill-modi li ġejjin:
biż-żieda tal-MPOR imsemmi fl-Artikolu 15(2) bin-numru ta' jiem bejn, u li jinkludu, id-data tal-kalkolu ddeterminata skont l-Artikolu 9(3) u d-data tal-ġbir iddeterminata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
biż-żieda tal-marġni inizjali kkalkulat skont l-approċċ standardizzat imsemmi fl-Artikolu 11 bl-użu ta' metodoloġija xierqa waqt li jiġi kkunsidrat l-MPOR li jiżdied bin-numru ta' jiem bejn data u oħra, u bl-inklużjoni tad-data tal-kalkolu ddeterminata skont l-Artikolu 9(3) u d-data tal-ġbir iddeterminata skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Għall-finijiet tal-punt (a), f'każ li ma jkun hemm l-ebda mekkaniżmu għal segregazzjoni fis-seħħ bejn iż-żewġ kontropartijiet, dawk il-kontropartijiet jistgħu jpaċu l-ammonti li għandhom jiġu pprovduti.
Artikolu 13
Dispożizzjoni tal-marġni inizjali
TAQSIMA 4
Mudelli ta' marġnijiet inizjali
Artikolu 14
Rekwiżiti ġenerali
Meta kontroparti tuża mudell ta' marġni inizjali żviluppat minn aġent estern, il-kontroparti għandha tibqa' responsabbli biex tiżgura li dan il-mudell jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija f'din it-Taqsima.
Il-mudelli tal-marġnijiet inizjali għandhom jiġu żviluppati b'mod li jaqbad ir-riskji sinifikanti kollha li jinħolqu mill-iffirmar ta' kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment inklużi fis-sett tan-nettjar, inkluż in-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawn ir-riskji u għandhom jilħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
il-mudell jinkorpora fatturi ta' riskju korrispondenti għall-valuti individwali li fihom dawk il-kuntratti fis-sett tan-nettjar huma denominati;
il-mudell jinkorpora fatturi ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax korrispondenti għall-valuti individwali li fihom dawk il-kuntratti jiġu denominati;
il-kurva tar-rendiment tiġi diviża f'minimu ta' sitt meded ta' maturità għal skoperturi għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-valuti u s-swieq ewlenin;
il-mudell jaqbad ir-riskju ta' movimenti bejn kurvi ta' rendiment differenti u bejn meded ta' maturità differenti;
il-mudell jinkorpora fatturi ta' riskju separati tal-inqas għal kull ekwità, indiċi tal-ekwità, komodità jew indiċi tal-komoditajiet sinifikanti għal dawk il-kuntratti;
il-mudell jaqbad ir-riskju li jinħoloq minn pożizzjonijiet inqas likwidi u pożizzjonijiet bi trasparenza limitata tal-prezzijiet f'xenarji realistiċi tas-suq;
il-mudell jaqbad ir-riskju, li mod ieħor ma jinqabadx minn karatteristiċi oħrajn tal-mudell, li jinħoloq minn kuntratti tad-derivattivi fejn il-klassi tal-assi sottostanti hija l-kreditu;
il-mudell jaqbad ir-riskju ta' movimenti bejn fatturi ta' riskju sottostanti simili iżda mhux identiċi, u l-iskopertura għal tibdil fil-valuri li jinħolqu minn diskrepanzi fil-maturità;
il-mudell jaqbad dipendenzi mhux lineari ewlenin;
il-mudell jinkorpora metodoloġiji għal ittestjar retrospettiv li jinkludu testijiet statistiċi tar-rendiment tal-mudell;
il-mudell jiddetermina liema eventi joħolqu tibdil fil-mudell, kalibrazzjoni jew azzjoni oħra ta' rimedju.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-ittestjar retrospettiv jinkludi tqabbil bejn il-valuri prodotti mill-mudell u l-valuri tas-suq milħuqa tal-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment fis-sett tan-nettjar.
Artikolu 15
Intervall ta' kunfidenza u MPOR
L-MPOR għall-kalkolu tal-marġnijiet inizjali bl-użu ta' mudell ta' marġni inizjali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi:
il-perjodu li jista' jgħaddi mill-aħħar skambju ta' marġni ta' marġni ta' varjazzjoni sal-inadempjenza tal-kontroparti;
il-perjodu meħtieġ stmat għas-sostituzzjoni ta' kull kuntratt tad-derivattivi OTC ikklirjat mhux ċentralment fis-sett tan-nettjar jew l-iħħeġġjar tar-riskji li jinħolqu minnhom, b'kunsiderazzjoni tal-livell ta' likwidità tas-suq meta dawn it-tipi ta' kuntratti jiġu nnegozjati, il-volum totali tal-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment f'dan is-suq u n-numru ta' parteċipanti fis-suq.
Artikolu 16
Kalibrazzjoni tal-parametri tal-mudell
Indikaturi għad-data użata fil-mudelli tal-marġnijiet inizjali għandhom jintużaw biss meta jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
id-data disponibbli ma tkunx suffiċjenti jew ma tirriflettix il-volatilità vera ta' kuntratt tad-derivattivi OTC jew portafoll ta' kuntratti tad-derivattivi OTC fis-sett tan-nettjar;
l-indikaturi wasslu għal livell konservattiv ta' marġnijiet.
Artikolu 17
Diversifikazzjoni, iħħeġġjar u tpaċija għar-riskji fil-klassijiet sottostanti
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-diversifikazzjoni, l-iħħeġġjar u t-tpaċija tar-riskji jistgħu jitwettqu biss fil-klassijiet tal-assi sottostanti li ġejjin:
rati tal-imgħax, valuta u inflazzjoni;
ekwità;
kreditu;
komoditajiet u deheb;
oħrajn.
Artikolu 18
Rekwiżiti kwalitattivi
Il-kontropartijiet għandhom jistabbilixxu proċess intern ta' governanza biex jivvalutaw l-adattezza tal-mudell ta' marġnijiet inizjali fuq bażi kontinwa, inkluż dan li ġej kollu:
validazzjoni inizjali tal-mudell minn persuni kkwalifikati kif xieraq li jkunu indipendenti mill-persuni li jiżviluppaw il-mudell;
validazzjoni ta' segwitu kull darba li ssir bidla sinifikanti fil-mudell tal-marġnijiet inizjali u tal-inqas darba fis-sena;
proċess ta' awditu regolari biex jiġi vvalutat dan li ġej:
l-integrità u l-kredibbiltà tas-sorsi tad-data;
is-sistema ta' informazzjoni maniġerjali użata għall-applikazzjoni tal-mudell;
l-akkuratezza u l-kompletezza tad-data użata;
il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet ta' volatilità u ta' korrelazzjoni.
Id-dokumentazzjoni tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2) dwar il-mudell tal-marġnijiet inizjali għandha tilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
għandha tippermetti li terza persuna mgħarrfa tifhem it-tifsila u d-dettall operazzjonali tal-mudell tal-marġnijiet inizjali;
għandha tinkludi s-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-marġnijiet inizjali;
għandha tiddefinixxi ċ-ċirkostanzi li taħthom is-suppożizzjonijiet tal-mudell tal-marġnijiet inizjali ma jibqgħux iżjed validi.
TAQSIMA 5
Immaniġġar u segregazzjoni tal-kollateral
Artikolu 19
Immaniġġar u segregazzjoni tal-kollateral
Il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 2(2)(c) għandhom jinkludu dan li ġej:
valutazzjoni ta' kuljum tal-kollateral miżmum skont it-Taqsima 6;
l-arranġamenti ġuridiċi u struttura ta' żamma tal-kollateral li jippermettu l-aċċess għall-kollateral riċevut meta jkun qed jinżamm minn terza persuna;
meta l-marġni inizjali tinżamm mill-fornitur tal-kollateral, dak il-kollateral jinżamm f'kontijiet ta' kustodja 'l bogħod mill-insolvenza;
il-marġni inizjali mhux fi flus jinżamm konformi mal-paragrafi 3 u 4;
il-flus miġbura bħala marġni inizjali jinżammu f'kontijiet tal-flus f'banek ċentrali jew istituzzjonijiet ta' kreditu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikunu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE jew ikunu awtorizzati f'pajjiż terz fejn ikun instab li l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tiegħu huma ekwivalenti skont l-Artikolu 142(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
la jkunu l-kontropartijiet li jiddepożitaw u lanqas dawk kollettriċi, u lanqas parti mill-istess grupp bħala waħda mill-kontropartijiet;
id-disponibbiltà tal-kollateral mhux użat għal-likwidatur jew uffiċjal ieħor tal-insolvenza ►C1 tal-kontroparti inadempjenti ◄ ;
il-marġni inizjali huwa liberament trasferibbli fil-ħin lill-kontroparti li tiddepożita f'każ ta' inadempjenza tal-kontroparti kollettriċi;
li l-kollateral mhux fi flus huwa trasferibbli mingħajr l-ebda restrizzjoni regolatorja jew legali jew pretensjoni minn terza persuna, inklużi dawk tal-likwidatur tal-kontroparti kollettriċi jew kustodju estern, għajr l-irhna għal tariffi u l-ispejjeż imġarrba meta jiġu pprovduti l-kontijiet kustodjali u oħrajn għajr irhna li s-soltu jiġu imposti fuq it-titoli kollha f'sistema ta' kklirjar li fiha jkun jista' jinżamm dan il-kollateral;
li kull kollateral mhux użat jingħata lura bis-sħiħ lill-kontroparti li tiddepożita, bl-esklużjoni tal-kostijiet u l-ispejjeż imġarrba għall-proċess tal-ġbir u ż-żamma tal-kollateral.
Kull kollateral iddepożitat bħala marġni inizjali jew ta' varjazzjoni jista' jiġi sostitwit b'kollateral alternattiv meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
is-sostituzzjoni ssir skont it-termini tal-ftehim bejn il-kontropartijiet imsemmi fl-Artikolu 3;
il-kollateral alternattiv huwa eliġibbli konformi mat-Taqsima 2;
il-valur tal-kollateral alternattiv huwa biżżejjed biex jintlaħqu r-rekwiżiti kollha tal-marġnijiet wara l-applikazzjoni ta' kwalunkwe haircut relevanti.
Il-marġni inizjali għandu jkun protett mill-inadempjenza jew mill-insolvenza tal-kontroparti kollettriċi billi tiġi segregata b'wieħed minn dawn il-modi, jew it-tnejn li huma:
fil-kotba jew fir-rekords ta' detentur jew kustodju ta' terza persuna;
permezz ta' arranġamenti vinkolanti oħrajn;
Il-kontropartijiet għandhom jiżguraw li l-kollateral mhux fi flus li jiġi skambjat bħala marġni inizjali jiġi ssegregat kif ġej:
meta l-kollateral jinżamm mill-kontroparti kollettriċi fuq bażi proprjetarja, għandu jiġi ssegregat mill-bqija tal-assi proprjetarji tal-kontroparti kollettriċi;
meta l-kollateral jinżamm mill-kontroparti li tiddepożita fuq bażi nonproprjetarja, għandu jiġi ssegregat mill-bqija tal-assi proprjetarji tal-kontroparti li tiddepożita;
meta l-kollateral jinżamm fir-reġistri u r-rekords ta' kustodju jew detentur ieħor estern, għandu jiġi ssegregat mill-assi proprjetarji ta' dan id-detentur jew kustodju estern.
Artikolu 20
It-trattament tal-marġnijiet inizjali miġbura
TAQSIMA 6
Valutazzjoni tal-kollateral
Artikolu 21
Kalkolu tal-valur aġġustat tal-kollateral
Artikolu 22
Stimi proprji tal-valur aġġustat tal-kollateral
Il-politiki msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu soġġetti għal analiżi interna li tinkludi dan kollu li ġej:
l-integrazzjoni tal-istimi fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskju tal-kontroparti, li għandha sseħħ tal-inqas darba fis-sena;
l-integrazzjoni tal-haircuts stmati fil-ġestjoni tar-riskju ta' kuljum;
il-validazzjoni ta' kull tibdil sinifikanti fil-proċess għall-kalkolu tal-istimi;
il-verifika tal-konsistenza, it-tempestività u l-kredibbiltà tas-sorsi tad-data użati għall-kalkolu tal-istimi;
il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet tal-volatilità.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-PROĊEDURI TAL-ĠESTJONI TAR-RISKJU
TAQSIMA 1
Eżenzjonijiet
Artikolu 23
CCPs awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta' kreditu
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2), il-kontropartijiet jistgħu jipprovdu fil-proċeduri tal-immaniġġar ta' riskju tagħhom li ma jiġi skambjat l-ebda kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment li jkunu daħlu fihom b'CCPs awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 24
Kontropartijiet mhux finanzjarji u kontropartijiet ta' pajjiżi terzi
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2), il-kontropartijiet, fil-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom, jistgħu jipprevedu li l-ebda kollateral ma jiġi skambjat b'rabta ma' kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment maqbula ma' kontropartijiet mhux finanzjarji li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew ma' entitajiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni.
Artikolu 25
Ammont minimu tat-trasferiment
L-ammont minimu tat-trasferiment m'a għandux jaqbeż EUR 500 000 jew l-ammont ekwivalenti f'valuta oħra.
Meta l-kontropartijiet jaqblu dwar ammont minimu tat-trasferiment, l-ammont ta' kollateral dovut għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta':
il-marġni ta' varjazzjoni dovut mill-aħħar ġbir tiegħu kkalkulat konformi mal-Artikolu 10, inkluż kull eċċess ta' kollateral;
il-marġni inizjali dovut mill-aħħar ġbir tiegħu kkalkulat skont l-Artikolu 11, inkluż kull eċċess ta' kollateral;
Artikolu 26
Kalkolu tal-marġni ma' kontropartijiet ta' pajjiż terz
Meta kontroparti tkun domiċiljata f'pajjiż terz, il-kontropartijiet jistgħu jikkalkulaw il-marġnijiet abbażi ta' sett tan-nettjar li jinkludi t-tipi ta' kuntratti li ġejjin:
id-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment soġġetti għal rekwiżiti ta' marġni skont dan ir-Regolament;
kuntratti li jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
huma identifikati bħala derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment mir-reġim regolatorju applikabbli għall-kontroparti domiċiljata fil-pajjiż terz;
ikunu soġġetti għal regoli dwar il-marġni fir-reġim regolatorju applikabbli għall-kontroparti domiċiljata fil-pajjiż terz.
TAQSIMA 2
Eżenzjonijiet fil-kalkolu tal-livelli tal-marġni inizjali
Artikolu 27
Kuntratti ta' kambju
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2), il-kontropartijiet, fil-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom, jistgħu jipprevedu li ma jinġabrux marġnijiet inizjali rigward:
kuntratti tad-derivattivi OTC imħallsa b'mod fiżiku li jinvolvu biss l-iskambju ta' żewġ valuti differenti f'data futura speċifika b'rata fissa miftiehma fid-data tan-negozju tal-kuntratt li jkopri l-iskambju (“kuntratti forward tal-kambju”);
kuntratti tad-derivattivi OTC saldati b'mod fiżiku li jinvolvu biss skambju ta' żewġ valuti differenti f'data speċifika b'rata fissa li tiġi mifthiema fid-data tan-negozju tal-kuntratt li jkopri l-iskambju, u skambju b'lura taż-żewġ valuti f'data iktar tard u b'rata fissa li tiġi mifthiema wkoll fid-data tan-negozju tal-kuntratt li jkopri l-iskambju (“swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju”);
l-iskambju ta' kapital ta' kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment li skonthom il-kontropartijiet jiskambjaw biss l-ammont ewlieni u kull ħlas ta' imgħax f'valuta waħda għall-ammont ewlieni u kull ħlas ta' imgħax f'valuta oħra, f'punti speċifikati fiż-żmien, skont formola speċifikata (“swap tal-valuti”).
Artikolu 28
Limitu bbażat fuq ammont nozzjonali
L-ammont nozzjonali aggregat medju fi tmiem ix-xahar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat fil-livell tal-kontroparti jew fil-livell tal-grupp meta l-kontroparti tagħmel parti minn grupp.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kuntratti tad-derivattivi OTC li jkunu tranżazzjonijiet interni għandhom jiġu kkunsidrati darba waħda biss.
L-UCITS awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE u fondi ta' investimenti alternattivi ġestiti minn maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) għandhom jiġu kkunsidrati bħala entitajiet distinti u għandhom jiġu ttrattati separatament meta jiġu applikati l-limiti msemmija fil-paragrafu 1 meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jkunu puli segregati distinti ta' assi għall-finijiet tal-insolvenza jew il-falliment tal-fond;
il-puli segregati tal-assi ma jiġux kollateralizzati, iggarantiti jew appoġġati finanzjarjament mod ieħor minn fondi ta' investiment oħrajn jew mill-maniġers tagħhom.
Artikolu 29
Limitu bbażat fuq l-ammonti tal-marġni inizjali
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2), il-kontropartijiet, fil-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom, jistgħu jipprovdu li l-marġni inizjali miġbur jitnaqqas b'ammont sa massimu ta' EUR 50 miljun fil-każ tal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu jew EUR 10 miljun fil-każ tal-punt (c) meta:
l-ebda kontroparti ma tkun tappartjeni għall-ebda grupp;
il-kontropartijiet ikunu parti minn gruppi differenti;
iż-żewġ kontropartijiet ikunu jappartjenui għall-istess grupp.
L-UCITS awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE u fondi ta' investimenti alternattivi ġestiti minn maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva 2011/61/UE għandhom jiġu kkunsidrati bħala entitajiet distinti u għandhom jiġu ttrattati separatament meta jiġu applikati l-limiti msemmija fil-paragrafu 1 meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jkunu puli segregati distinti ta' assi għall-finijiet tal-insolvenza jew il-falliment tal-fond;
il-puli segregati tal-assi ma jiġux kollateralizzati, iggarantiti jew appoġġati finanzjarjament mod ieħor minn fondi ta' investiment oħrajn jew mill-maniġers tagħhom.
TAQSIMA 3
Eżenzjonijiet mir-rekwiżit li jiġi ddepożitat jew miġbur marġni inizjali jew ta' varjazzjoni
Artikolu 30
It-trattament tad-derivattivi assoċjati ma' bonds koperti għal finijiet ta' ħħeġġjar
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2) u meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, il-kontropartijiet jistgħu, fil-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom, jipprevedu dan li ġej b'rabta mal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi f'konnessjoni ma' bonds koperti:
il-marġni ta' varjazzjoni ma jiġix iddepożitat mill-emittent tal-bonds koperti jew mill-pula ta' kopertura iżda jinġabar mill-kontroparti tiegħu fi flus u jingħata lura lill-kontroparti tiegħu meta jkun dovut;
il-marġni inizjali ma jiġix iddepożitat jew miġbur.
Il-paragrafu 1 japplika meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kuntratt tad-derivattivi OTC ma jintemmx f'każ tar-riżoluzzjoni jew l-insolvenza tal-emittent tal-bonds koperti jew tal-pula ta' kopertura;
il-kontroparti għad-derivattiv OTC konkluż ma' emittenti ta' bonds koperti jew b'puli ta' kopertura għal bonds koperti tiġi kklassifikata tal-inqas pari passu mad-detenturi tal-bonds koperti għajr meta l-kontroparti għad-derivattiv OTC konkluż ma' emittenti ta' bonds koperti jew ma' puli ta' kopertura għal bonds koperti tkun ►C1 il-parti inadempjenti ◄ jew il-parti affettwata, jew tirrinunzja l-klassifikazzjoni ta' pari passu;
il-kuntratt tad-derivattivi OTC jiġi rreġistrat jew irrekordjat fil-pula ta' kopertura tal-bond kopert konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-bonds koperti;
il-kuntratt tad-derivattivi OTC jintuża biss għall-iħħeġġjar tar-rata tal-imgħax jew tad-diskrepanzi fil-valuti tal-grupp ta' kopertura rigward il-bond kopert;
is-sett tan-nettjar ma jinkludix kuntratti tad-derivattivi OTC mhux relatati mal-pula ta' kopertura tal-bond kopert;
il-bond kopert li miegħu jkun assoċjat il-kuntratt tad-derivattivi OTC jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi (1), (2) u (3) tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
il-pula ta' kopertura tal-bond kopert li miegħu jkun assoċjat il-kuntratt tad-derivattivi OTC hi soġġetta għal rekwiżit ta' kollateralizzazzjoni regolatorja ta' mill-inqas 102 %.
Artikolu 30a
It-trattament tad-derivattivi b’rabta mat-titolizzazzjonijiet għal finijiet ta’ ħħeġġjar
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(2) u meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, il-kontropartijiet jistgħu, fil-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom, jipprevedu dan li ġej b’rabta mal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni, kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
li l-marġni ta’ varjazzjoni ma jiġix iddepożitat mill-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni iżda jinġabar mill-kontroparti tiegħu fi flus u jingħata lura lill-kontroparti tiegħu meta jkun dovut;
li l-marġni inizjali ma jiġix iddepożitat jew miġbur.
Il-paragrafu 1 għandu japplika meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kontroparti għad-derivattivi OTC konklużi minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni tiġi kklassifikata tal-inqas pari passu mad-detenturi tal-aktar nota ta’ titolizzazzjoni superjuri, dment li l-kontroparti la tkun il-parti inadempjenti u lanqas il-parti affettwata;
l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni għat-titolizzazzjoni li l-kuntratt tad-derivattivi tal-OTC ikun assoċjat magħha, tkun soġġetta, fuq bażi kontinwa, għal livell ta’ titjib tal-kreditu tal-aktar nota ta’ titolizzazzjoni superjuri ta’ minn tal-anqas 2 % tan-noti pendenti;
is-sett tan-nettjar ma jinkludix kuntratti tad-derivattivi OTC mhux relatati mat-titolizzazzjoni.
Artikolu 31
It-trattament tad-derivattivi b'kontropartijiet f'pajjiżi terzi fejn l-infurzabbiltà ġuridika tal-ftehimiet tan-nettjar jew ta' protezzjoni tal-kollateral ma tistax tiġi żgurata
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2), il-kontropartijiet stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jipprevedu, fil-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom, li mhuwiex meħtieġ li l-marġnijiet ta' varjazzjoni u inizjali jiġu ddepożitati għal kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment konklużi ma' kontropartijiet stabbiliti f'pajjiż terz li għalih tkun tapplika kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-analiżi ġuridika msemmija fl-Artikolu 2(3) tikkonferma li l-ftehim ta' netting u, meta jintuża, l-iskambju ta' ftehim ta' kollateral ma jistax jiġi infurzat legalment b'ċertezza f'kull żmien;
l-analiżi ġuridika msemmija fl-Artikolu 19(6) tikkonferma li r-rekwiżiti ta' segregazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(3), (4) u (5) ma jistgħux jiġu ssodisfati.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kontropartijiet stabbiliti fl-Unjoni għandhom jiġbru l-marġni fuq bażi grossa.
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2), il-kontropartijiet stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jipprevedu, fil-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom, li mhuwiex meħtieġ li l-marġnijiet ta' varjazzjoni u inizjali jiġu ddepożitati jew li jinġabru għall-kuntratti konklużi ma' kontropartijiet stabbiliti f'pajjiż terz meta japplikaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-punti (a) u, meta applikabbli, il-punt (b) tal-paragrafu 1 japplikaw;
l-analiżijiet ġuridiċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jikkonfermaw li l-ġbir ta' kollateral konformi ma' dan ir-Regolament mhuwiex possibbli, anki abbażi ta' ġbir ta' kollateral bil-grossa;
il-proporzjon ikkalkulat konformi mal-paragrafu 3 huwa inqas minn 2,5 %.
Il-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 2(c) għandu jkun ir-riżultat tad-diviżjoni tal-ammont li jirriżulta mill-punt (a) ta' dan il-paragrafu b'dak li jirriżulta mill-punt (b):
is-somma tal-ammonti nozzjonali ta' kwalunkwe kuntratt tad-derivattivi OTC pendenti tal-grupp li minnu tagħmel parti l-kontroparti li jkun ġie konkluż wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li għalih ma jkun inġabar l-ebda marġni mill-kontropartijiet stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom japplika l-punt (b) tal-paragrafu 2;
is-somma tal-ammonti nozzjonali tal-kuntratti tad-derivattivi OTC pendenti kollha tal-grupp li minnu tagħmel parti l-kontroparti, bl-esklużjoni tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li jkunu tranżazzjonijiet intragrupp.
Artikolu 31a
Trattament ta’ forwards tal-kambju saldati b’mod fiżiku u swaps tal-kambju saldati fiżikament
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(2), il-kontropartijiet jistgħu jipprevedu fil-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom li l-marġnijiet ta’ varjazzjoni mhumiex meħtieġa li jiġu depożitati jew miġbura għal kuntratti forward tal-kambju saldati fiżikament u kuntratti ta’ swaps tal-kambju saldati fiżikament meta waħda mill-kontropartijiet ma tkunx istituzzjoni kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) jew ma tikkwalifikax bħala tali istituzzjoni kieku kienet stabbilita fl-Unjoni.
KAPITOLU III
KUNTRATTI DERIVATTIVI INTRAGRUPP
TAQSIMA 1
Proċeduri għall-kontropartijiet u l-awtoritajiet kompetenti meta jiġu applikati eżenzjonijiet għall-kuntratti tad-derivattivi intragrupp
Artikolu 32
Proċeduri għall-kontropartijiet u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti
L-applikazzjoni jew in-notifika minn kontroparti lill-awtorità kompetenti skont il-paragrafi minn 6 sa 10 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jitqiesu bħala riċevuti meta l-awtorità kompetenti tirċievi l-informazzjoni kollha li ġejja:
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 6, 7, 8, 9 jew 10, rispettivament, tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikunux intlaħqu;
l-informazzjoni u d-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 ( 5 ).
Meta awtorità kompetenti tilħaq deċiżjoni pożittiva skont il-paragrafi 6, 8, jew 10 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, hija għandha tikkomunika din id-deċiżjoni pożittiva lill-kontroparti bil-miktub, u tispeċifika tal-inqas dan li ġej:
jekk l-eżenzjoni hijiex eżenzjoni sħiħa jew eżenzjoni parzjali;
fil-każ ta' eżenzjoni parzjali, identifikazzjoni ċara tal-limitazzjonijiet tal-eżenzjoni.
Meta awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni negattiva skont il-paragrafi 6, 8, jew 10 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew toġġezzjona għal notifika skont il-paragrafi 7 jew 9 tal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, hija għandha tikkomunika din id-deċiżjoni negattiva jew din l-oġġezzjoni lill-kontroparti bil-miktub, u tispeċifika tal-inqas dan li ġej:
il-kundizzjonijiet tal-paragrafi 6, 7, 8, 9 jew 10, rispettivament, tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li mhumiex issodisfati;
sommarju tar-raġunijiet għaliex huwa meqjus li dawn il-kundizzjonijiet mhumiex milħuqa.
TAQSIMA 2
Kriterji applikabbli għall-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet għall-kuntratti tad-derivattivi intragrupp
Artikolu 33
Kriterji applikabbli dwar l-impediment legali tat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji u l-ħlas lura ta' obbligazzjonijiet
Impediment legali għat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew il-ħlas lura ta' obbligazzjonijiet bejn il-kontropartijiet kif imsemmi fil-paragrafi minn 5 sa 10 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jitqies bħala eżistenti meta jkun hemm restrizzjonijiet effettivi jew previsti ta' natura legali inkluża kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
kontrolli tal-valuti u tal-kambju;
qafas regolatorju, amministrattiv, ġuridiku jew kuntrattwali li jipprevjeni l-appoġġ finanzjarju reċiproku jew jaffettwa b'mod sinifikanti t-trasferiment ta' fondi fi grupp;
tintlaħaq kwalunkwe waħda mill-kundizzjoniiet dwar l-intervent bikri, l-irkupru u r-riżoluzzjoni kif imsemmi fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), u b'riżultat ta' dan l-awtorità kompetenti tipprevedi impediment għat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet;
l-eżistenza ta' interessi minoritarji li jillimitaw is-setgħa tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-entitajiet li jiffurmaw il-grupp;
in-natura tal-istruttura legali tal-kontroparti, kif definit fl-istatuti, l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u r-regoli interni tagħha.
Artikolu 34
Kriterji applikabbli dwar l-impedimenti prattiċi tat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji u l-ħlas lura ta' obbligazzjonijiet
Għandu jitqies li jkun jeżisti impediment prattiku għat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew il-ħlas lura ta' obbligazzjonijiet bejn il-kontropartijiet kif imsemmi fil-paragrafi minn 5 sa 10 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 meta jkun hemm restrizzjonijiet ta' natura prattika, inkluż kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
disponibbiltà insuffiċjenti ta' assi likwidi jew mhux gravati għall-kontroparti rilevanti meta dovuti;
impedimenti ta' natura operazzjonali li jdewmu b'mod effettiv jew jipprevjenu dawn it-trasferimenti jew dan il-ħlas lura meta dovuti.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 35
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Il-kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jkollhom fis-seħħ fit-18 ta’ Frar 2021 fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment konklużi bejn l-16 ta’ Awwissu 2012 u d-dati rilevanti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Il-kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistgħu wkoll ikomplu japplikaw il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jkollhom fit-18 ta’ Frar 2021 fir-rigward ta’ kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment ikunu ġew konklużi jew innovati jew qabel id-dati rilevanti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif stabbilit fl-Artikoli 36, 37 u 38 ta’ dan ir-Regolament jew fit-18 ta’ Frar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel;
il-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment issirilhom novazzjoni għall-iskop uniku li l-kontroparti stabbilita fi Stat Membru tieħu post il-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit;
il-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment jiġu nnovati bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u waħda minn dawn li ġejjin, skont liema minnhom tiġi l-aħħar:
id-dati rilevanti ta’ applikazzjoni stipulati fl-Artikoli 36, 37 u 38 ta’ dan ir-Regolament; jew
l-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 36
Applikazzjoni tal-Artikolu 9(2), l-Artikolu 11, l-Artikoli minn 13 sa 18, il-punti (c), (d) u (f) tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 20
L-Artikolu 9(2), l-Artikolu 11, l-Artikoli minn 13 sa 18, il-punti (c), (d) u (f) tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 20 japplikaw kif ġej:
minn xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, meta ż-żewġ kontropartijiet ikollhom, jew ikunu jappartjenu għal gruppi li kull wieħed minnhom ikollu ammont nozzjonali aggregat medju ta' derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment ta' aktar minn EUR 3 000 biljun;
mill-1 ta' Settembru 2017, meta ż-żewġ kontropartijiet ikollhom, jew jagħmlu parti minn gruppi li kull wieħed minnhom ikollu, ammont nozzjonali aggregat medju ta' derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment li jkun ogħla minn EUR 2 250 biljun;
mill-1 ta' Settembru 2018, meta ż-żewġ kontropartijiet ikollhom, jew jagħmlu parti minn gruppi li kull wieħed minnhom ikollu, ammont nozzjonali aggregat medju ta' derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment li jkun ogħla minn EUR 1 500 biljun;
mill-1 ta' Settembru 2019, meta ż-żewġ kontropartijiet ikollhom, jew jagħmlu parti minn gruppi li kull wieħed minnhom ikollu, ammont nozzjonali aggregat medju ta' derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment li jkun ogħla minn EUR 750 biljun;
mill-1 ta’ Settembru 2021, meta ż-żewġ kontropartijiet ikollhom, jew jagħmlu parti minn gruppi li kull wieħed minnhom ikollu, ammont nozzjonali aggregat medju ta’ derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment li jkun ogħla minn EUR 50 biljun;
mill-1 ta’ Settembru 2022, meta ż-żewġ kontropartijiet ikollhom, jew jagħmlu parti minn gruppi li kull wieħed minnhom ikollu, ammont nozzjonali aggregat medju ta’ derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment li jkun ogħla minn EUR 8 biljun.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jintlaħqu, l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 11,l-Artikoli minn 13 sa 18, il-punti (c), (d) u (f) tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 20 għandhom japplikaw kif ġej:
mit-30 ta’ Ġunju 2025 fejn ma tkun ġiet adottata ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-finijiet tal-Artikolu 11(3) ta’ dan ir-Regolament rigward il-pajjiż terz rilevanti;
id-data l-iktar tard minn dawn li ġejjin meta tiġi adottata deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-finijiet tal-Artikolu 11(3) ta' dan ir-Regolament rigward il-pajjiż terz rilevanti:
erba' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-finijiet tal-Artikolu 11(3) ta' dan ir-Regolament rigward il-pajjiż terz rilevanti;
id-data applikabbli ddeterminata skont il-paragrafu 1.
Id-deroga msemmija fil-paragrafu 2 għandha tapplika biss meta l-kontropartijiet għal kuntratt tad-derivattivi OTC ikklirjat mhux ċentralment jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni;
il-kontroparti stabbilita f'pajjiż terz tkun kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja;
il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun waħda minn dawn li ġejjin:
kontroparti finanzjarja, kontroparti mhux finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa u l-kontroparti ta' pajjiż terz imsemmija fil-punt (a) tkun kontroparti finanzjarja;
kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja u l-kontroparti ta' pajjiż terz imsemmija fil-punt (a) tkun kontroparti mhux finanzjarja;
iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa konformi mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa tal-evalwazzjoni, tal-kejl u tal-kontroll tar-riskju;
jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Kapitolu III.
Artikolu 37
Applikazzjoni tal-Artikoli 9(1), 10 u 12
l-Artikoli 9(1), 10 u 12 għandhom japplikaw kif ġej:
minn xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għall-kontropartijiet li t-tnejn li huma jkollhom, jew jagħmlu parti minn, gruppi li kull wieħed minnhom ikollu ammont nozzjonali aggregat medju ta' derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment ta' aktar minn EUR 3 000 biljun;
mid-data li hija l-iktar tard bejn l-1 ta' Marzu 2017, jew xahar wieħed (1) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għal kontropartijiet oħrajn.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 rigward il-kuntratti forward tal-kambju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27, l-Artikoli 9(1), 10 u 12 għandhom japplikaw f'waħda mid-dati li ġejjin, skont liema waħda li tiġi l-ewwel:
il-31 ta' Diċembru 2018, meta r-Regolament imsemmi fil-punt (b) ma jkunx għadu beda japplika;
id-data ta' dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni ( *1 ) li jispeċifika xi elementi tekniċi relatati mad-definizzjoni ta' strumenti finanzjarji rigward kuntratti forward tal-kambju saldati b'mod fiżiku jew id-data ddeterminata skont il-paragrafu 1, skont liema tiġi aktar tard.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jintlaħqu, l-Artikoli 9(1), 10 u 12 għandhom japplikaw kif ġej:
mit-30 ta’ Ġunju 2025 fejn ma tkun ġiet adottata ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-finijiet tal-Artikolu 11(3) ta’ dan ir-Regolament rigward il-pajjiż terz rilevanti;
id-data l-iktar tard minn dawn li ġejjin meta tiġi adottata deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-finijiet tal-Artikolu 11(3) ta' dan ir-Regolament rigward il-pajjiż terz rilevanti:
erba' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-finijiet tal-Artikolu 11(3) ta' dan ir-Regolament rigward il-pajjiż terz rilevanti;
id-data applikabbli ddeterminata skont il-paragrafu 1.
Id-deroga msemmija fil-paragrafu 3 għandha tapplika biss meta l-kontropartijiet għal kuntratt tad-derivattivi OTC ikklirjat mhux ċentralment jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni;
il-kontroparti stabbilita f'pajjiż terz tkun jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja;
il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun waħda minn dawn li ġejjin:
kontroparti finanzjarja, kontroparti mhux finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa u l-kontroparti ta' pajjiż terz imsemmija fil-punt (a) tkun kontroparti finanzjarja;
kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja u l-kontroparti ta' pajjiż terz imsemmija fil-punt (a) tkun kontroparti mhux finanzjarja;
iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazjoni fuq bażi sħiħa skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju;
jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Kapitolu III.
Artikolu 38
Dati tal-applikazzjoni għal kuntratti speċifiċi
Artikolu 39
Kalkolu tal-ammont nozzjonali aggregat medju
Għall-finijiet tal-Artikoli 36 u 37, l-ammont nozzjonali aggregat medju msemmi għandu jiġi kkalkulat bħala l-medja tal-ammont nozzjonali gross totali li jilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
li jiġu rreġistrati fl-aħħar jum tan-negozju ta' Marzu, April u Mejju 2016 rigward il-kontropartijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 36(1);
li jiġu rreġistrati fl-aħħar jum tan-negozju ta' Marzu, April u Mejju tas-sena msemmija f'kull wieħed mill-punti fl-Artikolu 36(1);
jinkludi l-entitajiet kollha tal-grupp;
jinkludi l-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment kollha tal-grupp;
jinkludi l-kuntratti intragrupp tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment kollha tal-grupp, fejn kull wieħed minnhom jingħadd għal darba.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-UCITS awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE u fondi ta' investimenti alternattivi ġestiti minn maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva 2011/61/UE għandhom jiġu kkunsidrati bħala entitajiet distinti u għandhom jiġu ttrattati separatament, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jkunu puli segregati distinti ta' assi għall-finijiet tal-insolvenza jew il-falliment tal-fond;
il-puli segregati tal-assi ma jiġux kollateralizzati, iggarantiti jew appoġġati finanzjarjament mod ieħor minn fondi ta' investiment oħrajn jew mill-maniġers tagħhom.
Artikolu 40
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Korrespondenza tal-Probabbiltà tal-Inadempjenza (“PD”) mal-Iskali tal-Kwalità Kreditizja għall-finijiet tal-Artikoli 6 u 7
Klassifikazzjoni interna b'PD daqs jew inqas mill-valur fit-Tabella 1 għandu jkun assoċjat mal-iskala tal-kwalità kreditizja korrispondenti.
Tabella 1
|
Skala tal-Kwalità Kreditizja |
Probabilità tal-inadempjenza, kif definita fl-Artikolu 4(54) tar-Regolament (UE) 575/2013 inqas minn jew daqs: |
|
1 |
0,10 % |
|
2 |
0,25 % |
|
3 |
1 % |
|
4 |
7,5 % |
ANNESS II
Metodoloġija għall-aġġustament tal-valur tal-kollateral għall-finijiet tal-Artikolu 21
1. Il-valur tal-kollateral għandu jkun aġġustat kif ġej:
Cvalue = C · (1 – HC – HFX)
fejn:
|
C |
= |
il-valur tas-suq tal-kollateral; |
|
HC |
= |
il-haircut xierqa għall-kollateral, kif ikkalkulata skont il-paragrafu 2; |
|
HC |
= |
il-haircut xierqa għall-ispariġġ bejn il-valuti, kif ikkalkulat skont il-paragrafu 6. |
2. Il-kontropartijiet għandhom japplikaw tal-inqas il-haircuts ipprovduti fit-Tabelli 1 u 2 li ġejjin fuq il-valur tas-suq tal-kollateral:
Tabella 1
Haircuts għal valutazzjoni tal-kwalità kreditizja fuq terminu twil
|
Skala tal-kwalità kreditizja li magħha hija assoċjata l-valutazzjoni tal-kreditu tat-titolu ta’ dejn |
Maturità residwa |
Haircuts fuq titoli ta' dejn maħruġin minn entitajiet deskritti fl-Artikolu 4(1)(c) sa (e) u (h) sa (k), f'(%) |
Haircuts fuq titolu ta' dejn maħruġ minn entitajiet deskritti fl-Artikolu 4 (1) (f), (g), (l) sa (n) f'(%) |
Haircuts għal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 4 (1) (o) f'% |
|
1 |
≤ sena |
0,5 |
1 |
2 |
|
> 1 ≤ 5 |
2 |
4 |
8 |
|
|
> 5 snin |
4 |
8 |
16 |
|
|
2-3 |
≤ sena |
1 |
2 |
4 |
|
> 1 ≤ 5 snin |
3 |
6 |
12 |
|
|
> 5 snin |
6 |
12 |
24 |
|
|
4 jew inqas |
≤ sena |
15 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
> 1 ≤ 5 snin |
15 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
|
> 5 snin |
15 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Tabella 2
Haircuts għal valutazzjoni tal-kwalità kreditizja fuq terminu qasir
|
Skala tal-kwalità kreditizjali li magħha hija assoċjata l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' titolu ta' dejn b'terminu qasir |
Haircuts fuq titoli ta' dejn maħruġin minn entitajiet deskritti fl-Artikolu 4(1)(c) u (j) f'(%) |
Haircuts fuq titoli ta' dejn maħruġin minn entitajiet deskritti fl-Artikolu 4(1)(m) f'(%) |
Haircuts għal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 4 (1) (o) f'(%) |
|
1 |
0,5 |
1 |
2 |
|
2-3 jew inqas |
1 |
2 |
4 |
1. Ekwitajiet f'indiċi ewlenin, bonds konvertibbli għal ekwitajiet f'indiċi ewlenin u d-deheb għandu jkollhom telf impost fuq il-kredituri ta' 15 %.
2. Għal unitajiet eliġibbli f'UCITS il-haircut hija l-medja ponderata tal-haircuts li japplikaw fuq l-assi li fih il-fond huwa investit.
3. Il-marġni ta' varjazzjoni ta' flus għandu jkun soġġett għal haircut ta' 0 %.
4. Għall-finijiet tal-iskambju tal-marġni ta' varjazzjoni, għandha tapplika haircut ta' 8 % fuq kull kollateral mhux fi flus depożitati f'valuta li mhix waħda minn dawk li tkun maqbula f'kuntratt tad-derivattivi individwali, il-ftehim prinċipali ta' netting li jiggvernaha relevanti jew fl-anness ta' appoġġ tal-kreditu relevanti.
5. Għall-finijiet tal-iskambju tal-marġni inizjali, għandha tapplika haircut ta' 8 % fuq il-kollaterali fi flus u mhux fi flus depożitati f'munita li mhix dik li fiha għandhom isiru l-pagamenti fil-każ ta' terminazzjoni bikrija jew inadempjenza skont il-kuntratt tad-derivattiv singolu, il-ftehim dwar skambju ta' kollateral relevanti jew l-anness ta' appoġġ tal-kreditu relevanti (“munita tat-terminazzjoni”). Kull kontroparti tista' tagħżel munita tat-terminazzjoni differenti. Meta l-ftehim ma jkunx jidentifika munita tat-terminazzjoni, il-haircut tapplika fuq il-valur tas-suq tal-assi kollha depożitati bħala kollateral.
ANNESS III
Stimi tal-volatilità proprji tal-haircuts li għandhom jiġu applikati fuq il-valur tas-suq tal-kollateral għall-finijiet tal-Artikolu 22
1. Il-kalkolu tal-valur aġġustat tal-kollateral għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kontropartijiet għandhom jibbażaw il-kalkolu fuq id-99 perċentil, b'interval ta' kunfidenza fuq naħa waħda;
il-kontropartijiet għandhom jibbażaw il-kalkolu fuq perjodu ta' likwidazzjoni ta' mill-inqas 10 ijiem tan-negozju.
il-kontropartijiet għandhom jikkalkulaw il-haircuts billi jiskalaw il-haircuts tar-rivalwazzjoni ta' kuljum, billi jużaw il-formula tal-għerq kwadrat tal-ħin li ġejja:
fejn:
|
H |
= |
il-haircut li għandha tiġi applikata; |
|
HM |
= |
il-haircut meta jkun hemm rivalwazzjoni ta' kuljum; |
|
NR |
= |
in-numru attwali ta' jiem ta' negozju bejn ir-rivalwazzjonijiet; |
|
TM |
= |
il-perjodu ta' likwidazzjoni tat-tip ta' tranżazzjoni inkwistjoni. |
il-kontropartijiet għandhom jieħdu kont tal-likwidità iktar baxxa ta' assi ta' kwalità baxxa. Dawn għandhom jaġġustaw il-perjodu ta' likwidazzjoni 'il fuq f'każijiet meta jkun hemm dubji rigward il-likwidità tal-kollateral. Dawn għandhom jidentifikaw ukoll fejn dejta storika tista' tissottovaluta l-volatilità potenzjali. Tali każijiet għandhom jiġu indirizzati permezz ta' xenarju ta' stress;
it-tul tal-perjodu ta' osservazzjoni storika li l-istituzzjonijiet jużaw sabiex jikkalkolaw il-haircuts għandu jkun tal-inqas ta' sena. Għal istituzzjonijiet li jużaw skema ta' ponderazzjoni jew metodi oħrajn għall-perjodu ta' osservazzjoni storika, it-tul tal-perjodu ta' osservazzjoni effettiv għandu jkun mill-inqas ta' sena.
Il-valur tas-suq tal-kollateral għandu jiġi aġġustat kif ġej:
Cvalue = C · (1 – H)
fejn:
|
C |
= |
il-valur tas-suq tal-kollateral; |
|
H |
= |
il-haircut kif ikkalkulata fil-punt (c) iktar 'il fuq. |
2. Il-marġni ta' varjazzjoni ta' flus jista' jkun soġġett għal haircut ta' 0 %.
3. Għal titoli ta' dejn li għandhom klassifikazzjoni tal-kreditu minn ECAI, il-kontropartijiet jistgħu jużaw l-istima tal-volatilità tagħhom stess għal kull kategorija ta' titolu.
4. Meta jkunu qegħdin jiddeterminaw il-kategoriji relevanti tat-titoli għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-kontropartijiet għandhom jieħdu kont tat-tip ta' emittent tat-titolu, il-klassifikazzjoni esterna tat-titoli, il-maturità residwa tagħhom, u d-durata modifikata tagħhom. L-istimi tal-volatilità għandhom jirrappreżentaw it-titoli inklużi fil-kategorija.
5. Il-kalkolu tal-haircuts li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
kontroparti għandha tuża l-istimi tal-volatilità fil-proċess ta' kuljum tal-ġestjoni tar- riskji inklużi fir-relazzjoni mal-limiti ta' skopertura tagħha;
meta l-perjodu ta' likwidazzjoni użat minn kontroparti jkun itwal minn dak imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għat-tip ta' kuntratt tad-derivattivi OTC inkwistjoni, dik il-kontroparti għandha żżid il-haircuts tagħha konformi mal-formola tal-għerq kwadrat tal-ħin imsemmija fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu.
ANNESS IV
Metodu Standardizzat għall-kalkolu tal-marġni inizjali għall-finijiet tal-Artikoli 9 u 11
1. L-ammonti nozzjonali jew sottostanti, kif applikabbli, tal-kuntratt tad-derivattivi OTC f'sett tan-nettjar għandhom jiġu multiplikati bil-persentaġġi fit-Tabella 1 li ġejja:
Tabella 1
|
Kategorija |
Fattur add-on |
|
Kreditu: Maturità residwa ta' 0 sa 2 snin |
2 % |
|
Kreditu: Maturità residwa ta' 2 sa 5 snin |
5 % |
|
Kreditu: Maturità residwa ta' 5+ snin |
10 % |
|
Komodità |
15 % |
|
Ekwità |
15 % |
|
Munita barranija |
6 % |
|
Rata tal-imgħax u inflazzjoni: Maturità residwa ta' 0 sa 2 snin |
1 % |
|
Rata tal-imgħax u inflazzjoni: Maturità residwa ta' 2 sa 5 snin |
2 % |
|
Rata tal-imgħax u inflazzjoni: Maturità residwa ta' 5+ snin |
4 % |
|
Oħrajn |
15 % |
2. Il-marġni inizjali gross ta' sett tan-nettjar għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-prodotti msemmijin fil-paragrafu 1 għal kull kuntratt tad-derivattivi OTC fis-sett tan-netting.
3. Għandu jiġi applikat it-trattament li ġej għal kuntratti li jaqgħu f'iktar minn kategorija waħda:
meta fattur tar-riskju relevanti għal kuntratt tad-derivattivi OTC jista' jiġi identifikat b'mod ċar, il-kuntratti għandhom jiġu assenjat lill-kategorija li tikkorrespondi għal dak il-fattur tar-riskju;
meta l-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) ma tiġix issodisfata, il-kuntratti għandhom jiġu assenjati lill-kategorija bl-ogħla fattur add-on fost il-kategoriji relevanti;
ir-rekwiżiti ta' marġini inizjali għal sett tan-nettjar għandhom jiġu kkalkulati konformi mal-formola li ġejja:
Marġni inizjali nett = 0,4 * Marġni inizjali gross + 0,6 * NGR * Marġni inizjali gross.
fejn:
marġni inizjali nett tirreferi għall-figura mnaqqsa għar-rekwiżiti ta' marġini inizjali għal kull kuntratt tad-derivattivi OTC b'kontroparti partikolari inkluża f'sett tan-nettjar;
NGR tirreferi għall-proporzjon nett-gross kalkulat bħala l-kwozjent tal-kost tas-sostituzzjoni nett ta' sett tan-nettjar ma' kontroparti partikolari fin-numeratur, u l-kost tas-sostituzzjoni gross ta' dak is-sett tan-netting fid-denominatur;
għall-finijiet tal-punt (c), il-kost tas-sostituzzjoni nett ta' sett tan-nettjar għandu jkun l-ikbar bejn żero u s-somma tal-valuri attwali tas-suq ta' kull kuntratt tad-derivattivi OTC fis-sett tan-netting;
għall-finijiet tal-punt (c), il-kost tas-sostituzzjoni gross ta' sett tan-nettjar għandu jkun is-somma tal-valuri tas-suq kurrenti ta' kull kuntratt tad-derivattivi OTC kalkolata konformi mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 149/2013 b'valuri pożittivi fis-sett tan-netting;
l-ammont nozzjonali msemmi fil-paragrafu 1 jista' jiġi kkalkulat permezz tan-netting tal-ammonti nozzjonali tal-kuntratti li jkunu f'direzzjoni opposta u li mill-bqija jkunu identiċi fl-aspetti kuntrattwali kollha ħlief għall-ammonti nozzjonali tagħhom.
( 1 ) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (undertakings for collective investment in transferable securities, UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
( 2 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).
( 6 ) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
( *1 ) C(2016) 2398 final.