EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016R1675-20181022

Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/1675/2018-10-22

02016R1675 — MT — 22.10.2018 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1675

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 254 20.9.2016, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/105 tas-27 ta' Ottubru 2017

  L 19

1

24.1.2018

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/212 tat-13 ta' Diċembru 2017

  L 41

4

14.2.2018

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1467 tas-27 ta' Lulju 2018

  L 246

1

2.10.2018




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1675

tal-14 ta' Lulju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-lista ta' ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li huma ta' theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni (“pajjiżi terzi b'riskju kbir”) hija stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.




ANNESS

Pajjiżi terzi b'riskju kbir

I.   Pajjiżi terzi b'riskju kbir li taw impenn politiku ta' livell għoli bil-miktub sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u li żviluppaw pjan ta' azzjoni mal-FATF.



Nru

Pajjiż terz b'riskju kbir

1

L-Afganistan

2

il-Bożnija-Ħerzegovina

3

Guvana

4

L-Iraq

5

Il-Laos PDR

6

Is-Sirja

7

L-Uganda

8

Il-Vanuatu

9

Il-Jemen

▼M1

10

L-Etjopja

▼M2

11

Is-Sri Lanka

12

Trinidad u Tobago

13

It-Tuneżija

▼M3

14

Il-Pakistan

▼B

II.   Pajjiżi terzi b'riskju kbir li taw impenn politiku ta' livell għoli sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u ddeċidew li jfittxu assistenza teknika fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-FATF, li huma identifikati permezz tad-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF.



Nru

Pajjiż terz b'riskju kbir

1

L-Iran

III.   Pajjiżi terzi b'riskju kbir li jirrappreżentaw riskji attwali u sostanzjali ta' ħasil tal-flus u finanzjament ta' terroristi, wara li repetutament naqsu milli jindirizzaw in-nuqqasijiet idenitifikati u li huma identifikati permezz tad-Dikjarazzjoni Pubblika tal-FATF



Nru

Pajjiż terz b'riskju kbir

1

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)

Top