Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016R0759-20161014

Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat- 28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/759/2016-10-14

2016R0759 — MT — 14.10.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/759

tat-28 ta' April 2016

li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 126 14.5.2016, p. 13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1793 tal-10 ta' Ottubru 2016

  L 274

48

11.10.2016




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/759

tat-28 ta' April 2016

li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU 1

IMPORTAZZJONIJIET TA' ĊERTI PRODOTTI MILL-ANNIMALI

Artikolu 1

Listi ta' pajjiżi terzi, partijiet ta' pajjiżi terzi u territorji

Il-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman huma stabbiliti fil-Partijiet rilevanti tal-Anness I:

(a) saqajn taż-żrinġijiet, il-Parti I;

(b) bebbux, il-Parti II;

(c) ġelatina u kollaġen, il-Parti III;

(d) materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, il-Parti IV;

(e) materja prima ttratata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, il-Parti V;

(f) għasel, ħalib tan-naħal u prodotti oħrajn tal-apikultura, il-Parti VI;

(g) il-prodotti raffinati ħafna li ġejjin, il-Parti VII:

(i) sulfat tal-kondrojtin,

(ii) aċidu ħjaluroniku,

(iii) prodotti oħrajn tal-qarquċa idrolizzata,

(iv) kitosan,

(v) glukosammina,

(vi) rennin,

(vii) isinglass,

(viii) l-aċidi amminiċi li huma awtorizzati bħala addittivi tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

Artikolu 2

Mudelli taċ-ċertiftikati:

1.  Il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 huma stabbiliti fl-Anness II kif ġej:

(a) saqajn taż-żrinġijiet, il-Parti I;

(b) bebbux, il-Parti II;

(c) ġelatina, il-Parti III;

(d) kollaġen, il-Parti IV;

(e) il-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, il-Parti V;

(f) materja prima ttratata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, il-Parti VI;

(g) għasel, ħalib tan-naħal u prodotti oħrajn tal-apikultura, il-Parti VII;

(h) il-prodotti raffinati ħafna li ġejjin, il-Parti VIII:

(i) sulfat tal-kondrojtin,

(ii) aċidu ħjaluroniku,

(iii) prodotti oħrajn tal-qarquċa idrolizzata

(iv) kitosan,

(v) glukosammina,

(vi) rennin,

(vii) isinglass,

(viii) l-aċidi amminiċi li huma awtorizzati bħala addittivi tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

Dawk iċ-ċertifikati għandhom jimtlew b'konformità man-noti ta' spjegazzjoni stipulati fl-Anness IV u n-noti fiċ-ċertifikat rilevanti.

2.  Jistgħu jintużaw iċ-ċertifikazzjoni elettronika u sistemi oħra maqbula bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz konċernat.



KAPITOLU 2

TRANŻITU TA' ĊERTI PRODOTTI MILL-ANNIMALI

Artikolu 3

Listi ta' pajjiżi terzi, partijiet ta' pajjiżi terzi u territorji

Il-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu mill-Unjoni tal-materja prima u l-materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u kollaġen maħsuba għall-konsum uman destinati għal pajjiż terz, kemm jekk permezz ta' tranżitu immedjat jew wara l-ħażna fl-Unjoni skont l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE ( 2 ), huma stabbiliti fil-partijiet IV u V tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, rispettivament.

Artikolu 4

Mudell ta' ċertifikat

1.  Il-mudell taċ-ċertifikat għat-tranżitu mill-Unjoni tal-materja prima u tal-materja prima ttrattata msemmija fl-Artikolu 3 hija stabbilita fl-Anness III.

Dak iċ-ċertifikat għandu jimtela skont in-noti stabbiliti fl-Anness IV u skont iċ-ċertifikat mudell rilevanti.

2.  Jistgħu jintuaw ċertifikazzjoni elettronika u sistemi oħrajn armonizzati fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 5

Derogi għat-tranżitu mil-Latvija, il-Litwanja u l-Polonja

1.  B'deroga mill-Artikolu 3, it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija bejn il-postijiet speċifiċi ta' spezzjoni fil-fruntiera magħżula fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, elenkati u mmarkati bir-rimarka speċjali 13 fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE ( 3 ), tal-kunsinni tal-materja prima jew il-materja prima ttrattata msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament li ġejjin mir-Russja jew fi triqthom lejha, direttament jew minn pajjiż terz ieħor, għandu jiġi awtorizzat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kunsinna tiġi ssiġillata b'siġill innumerat f'serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b) id-dokumenti ta' akkumpanjament mal-kunsinna, kif stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, jiġu ttimbrati bil-kliem “Għat-tranżitu biss lejn ir-Russja mill-UE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c) ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d) il-kunsinna tiġi ċċertifikata bħala tajba għat-tranżitu fid-dokument veterinarju komuni tad-dħul maħruġ mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.  Il-kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jinħattu jew jinħażnu, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fi ħdan l-Unjoni.

3.  Għandu jsir awditjar regolari mill-awtorità kompetenti biex ikun assigurat li n-numru ta' kunsinni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u n-numru ta' kwantitajiet korrispondenti ta' prodotti li jitilqu mill-Unjoni jikkorrispondu man-numru u l-kwantitajiet li jidħlu fl-Unjoni.



KAPITOLU 3

DISPOIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 6

Emenda

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jiġi emendat kif ġej:

(1) fit-Taqsima I, il-Kapitoli I, II, III u VI jitħassru;

(2) l-Appendiċi I, II, III u VI jitħassru.

Artikolu 7

Abrogazzjoni

Id-Deċiżjoni 2003/812/KE titħassar.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Il-kunsinni tal-prodotti mill-annimali li għalihom iċ-ċertifikati rilevanti nħarġu skont ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jistgħu jkomplu jiġu introdotti fl-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ġie ffirmat qabel it-3 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Listi ta' pajjiżi terzi, partijiet ta' pajjiżi terzi u territorji kif imsemmija fl-Artikolu 1

PARTI I

SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET

Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, ħlief dawk li għalihom tissemma restrizzjoni fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness, u dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:



KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ/TERRITORJU

MK (1)

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

(1)   L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tiġi miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

PARTI II

BEBBUX

Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, ħlief dawk li għalihom tissemma restrizzjoni fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness, u dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:



KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ/TERRITORJU

MD

Il-Moldova

MK (1)

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

SY

Is-Sirja

(1)   L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tiġi miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

PARTI III

ĠELATINA U KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

TAQSIMA A

Ġelatina u kollaġen li ġejjin mill-bovini, l-ovini, il-kaprini, il-porċini u l-annimali ekwini, kemm dawk li jitrabbew f'azjenda agrikola kif ukoll dawk selvaġġi

Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:



KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ/TERRITORJU

KR

Ir-Repubblika tal-Korea

MY

Il-Malasja

PK

Il-Pakistan

TW

It-Tajwan

▼M1

TAQSIMA B

Il-ġelatina u l-kollaġen li ġejjin mit-tjur inklużi l-għasafar li ma jtirux u t-tjur tal-kaċċa

Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 u dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:



KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ/TERRITORJU

TW

It-Tajwan

▼B

TAQSIMA C

Ġelatina u kollaġen li ġejjin mill-prodott tas-sajd

Il-pajjiżi terzi u t-territorji kollha elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, irrispettivament tissemmiex restrizzjoni fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness.

TAQSIMA D

Ġelatina u kollaġen li ġejjin mil-leporidae u mill-mammali selvaġġi tal-art mhux imsemmija fit-Taqsima A:

Il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

PARTI IV

MATERJA PRIMA GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĠELATINA U TAL-KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

TAQSIMA A

Materja prima li ġejja mill-bovini, l-ovini, il-kaprini, il-porċini u l-annimali ekwini, kemm dawk li jitrabbew f'azjenda agrikola kif ukoll dawk selvaġġi;

Il-pajjiżi terzi, it-territorji u partijiet tagħhom elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' dik il-kategorija ta' laħam frisk tal-ispeċijiet rispettivi kif speċifikat f'dik il-parti ta' dak l-Anness, sakemm tali introduzzjoni mhix limitata bil-garanziji supplimentari A jew F kif indikat fil-kolonna 5.

TAQSIMA B

Materja prima li ġejja mit-tjur inklużi għasafar li ma jtirux u tjur tal-kaċċa:

Il-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tat-tjur tal-ispeċijiet rispettivi kif speċifikati f'dik il-Parti ta' dak l-Anness.

TAQSIMA C

Materja prima li ġejja mill-prodotti tas-sajd:

Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, soġġetti għar-restrizzjonijiet imsemmija fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness.

TAQSIMA D

Materja prima li ġejja mil-leporidae u mill-mammali selvaġġi tal-art mhux imsemmija fit-Taqsima A:

Il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009, li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tal-ispeċijiet rispettivi kif speċifikati f'dik il-Parti ta' dak l-Anness.

PARTI V

MATERJA PRIMA TTRATTATA GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĠELATINA U TAL-KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

TAQSIMA A

Materja prima ttratata li ġejja mill-bovini, l-ovini, il-kaprini, il-porċini u l-annimali ekwini, kemm dawk li jitrabbew f'azjenda agrikola kif ukoll dawk selvaġġi;

Il-pajjiżi terzi u territorji u partijiet minnhom elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:



KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ/TERRITORJU

KR

Ir-Repubblika tal-Korea

MY

Il-Malasja

PK

Il-Pakistan

TW

It-Tajwan

▼M1

TAQSIMA B

Il-materja prima ttrattata li ġejja mit-tjur inklużi l-għasafar li ma jtirux u t-tjur tal-kaċċa

Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 u dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:



KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ/TERRITORJU

TW

It-Tajwan

▼B

TAQSIMA C

Materja prima ttrattata li ġejja mill-prodotti tas-sajd:

Il-pajjiżi terzi u t-territorji kollha elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, irrispettivament tissemmiex restrizzjoni fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness.

TAQSIMA D

Materja prima ttrattata li ġejja mil-leporidae u mill-mammali selvaġġi tal-art mhux imsemmija fit-Taqsima A:

Il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

TAQSIMA E

Materja prima ttrattata msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, it-Taqsima XIV, il-Kapitolu I, il-punt 4(b)(iii) u t-Taqsima XV, il-Kapitolu I, il-punt 4(b)(iii)

Il-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji msemmija fil-Parti IV ta' dan l-Anness.

PARTI VI

GĦASEL, ĦALIB TAN-NAĦAL U PRODOTTI OĦRA TAL-APIKULTURA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/KE ( 4 ), immarkati b'“X” fil-kolonna “Għasel” f'dak l-Anness.

PARTI VII

SULFAT TAL-KONDROJTINA, AĊIDU ĦJALURONIKU, PRODOTTI OĦRAJN TAL-QARQUĊA IDROLIZZATA, KITOSAN, GLUKOSOSAMMINA, RENNIN, ISINGLASS U AĊIDI AMMINIĊI RAFFINATI ĦAFNA GĦALL-KONSUM UMAN

(a) Fil-każ tal-materja prima derivata mill-bhejjem tal-ifrat li jinkludu l-ekwidi, il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:



KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ/TERRITORJU

KR

Ir-Repubblika tal-Korea

MY

Il-Malasja

PK

Il-Pakistan

TW

It-Tajwan

(b) Fil-każ tal-materja prima derivata mill-prodotti tas-sajd, il-pajjiżi terzi u t-territorji kollha elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, irrispettivament jekk ir-restrizzjoni tissemmiex jew le fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness.

(c) Fil-każ tal-materja prima derivata mit-tjur, il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.




ANNESS II

Ċertifikati mudell kif imsemmija fl-Artikolu 2

PARTI I

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET IMKESSĦIN, IFFRIŻATI JEW IPPREPARATI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

image

PARTI II

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' BEBBUX IMKESSAĦ, IFFRIŻAT, IMQAXXAR, IMSAJJAR, IPPREPARAT JEW IPPRESERVAT MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

image

PARTI III

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TAL-ĠELATINA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

image

image

image

PARTI IV

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TAL-KOLLAĠEN MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

image

image

image

PARTI V

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' MATERJA PRIMA GĦALL-PRODUZZJONI TA' ĠELATINA/KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN ( 5 )

image

image

image

image

image

image

image

PARTI VI

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' MATERJA PRIMA TTRATTATA GĦALL-PRODUZZJONI TA' ĠELATINA/KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

image

image

image

image

PARTI VII

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TAL-GĦASEL, TAL-ĦALIB TAN-NAĦAL U PRODOTTI OĦRA TAL-APIKULTURA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

image

PARTI VIII

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' SULFAT TAL-KONDROJTINA, AĊIDU ĦJALURONIKU, PRODOTTI OĦRAJN TAL-QARQUĊA IDROLIZZATA, KITOSAN, GLUKOSOSAMMINA, RENNIN, ISINGLASS U AĊIDI AMMINIĊI RAFFINATI ĦAFNA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

image




ANNESS III

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAT-TRANŻITU MILL-UNJONI, TRANŻITU IMMEDJAT JEW WARA L-ĦAŻNA, GĦALL-MATERJA PRIMA JEW IL-MATERJA PRIMA TTRATTATA GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĠELATINA/IL-KOLLAĠEN GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

image

image




ANNESS IV

NOTI TA' SPJEGAZZJONI GĦALL-MILI TAĊ-ĊERTIFIKATI

(imsemmija fl-Artikoli 2(1) u 4(1))

(a) Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-pajjiż terz esportatur, ibbażati fuq il-mudelli stipulati fl-Annessi II u III, skont id-disinn tal-mudell li jikkorrispondi għall-prodotti mill-annimali kkonċernati.

Għandu jkollhom, fl-ordni nnumerat li jidher fil-mudell, l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, skont il-każ, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għall-pajjiż terz esportatur jew parti minnu.

Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jimponi, għall-prodotti mill-annimali kkonċernati, rekwiżiti addizzjonali għaċ-ċertifikazzjoni, iċ-ċertifikazzjonijiet li juru li dawk ir-rekwiżiti qed jiġu sodisfati għandhom jiġu inkorporati mal-kopja oriġinali taċ-ċertifikat veterinarju.

(b) Jekk iċ-ċertifikat mudell jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jiġu ingassati u inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal ta' ċertifikazzjoni, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.

(c) Għandu jiġi pprovdut ċertifikat separat u uniku għall-prodotti mill-annimali li huma esportati minn territorju jew territorji jew żona jew żoni tal-istess pajjiż esportatur elenkat jew imsemmija fl-Anness I li huma kkunsinjati lejn l-istess destinazzjoni u ttrasportati fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, inġenju tal-ajru, jew vapur.

(d) L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda jew, fejn huwa meħtieġ aktar test, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(e) Iċ-ċertifikat għandu jitħejja f'tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera mnejn tidħol il-kunsinna fl-UE, kif ukoll f'dik tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta' Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk jeħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.

(f) Għal raġunijiet ta' identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinna (inventarju fil-punt I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat), folji ta' karta addizzjonali jiġu mehmuża maċ-ċertifikat, dawn il-folji ta' karta għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħal parti mill-kopja oriġinali taċ-ċertifikat billi jiġu ffirmati u ttimbrati fuq kull waħda mill-paġni mill-uffiċjal li qed jiċċertifika.

(g) Meta ċ-ċertifkat, inklużi folji ta' karta addizzjonali msemmija fl-ittra (f), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tiġi nnumerata, (in-numru tal-paġna) min-(numru totali tal-paġni), fl-aħħar tal-paġna u jkollha fuqha n-numru tar-referenza taċ-ċertifikat indikat mill-awtorità kompetenti n-naħa ta' fuq ta' kull paġna.

(h) Il-kopja oriġinali taċ-ċertifikat għandha tiġi mimlija u ffirmata minn veterinarju uffiċjali jew minn spettur uffiċjali ieħor deżinjat, fejn saru provvedimenti għal dan fil-mudell taċ-ċertifkat. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li qed jesporta għandhom jiżguraw li r-regoli għaċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE ( 6 ) qed jiġu sodisfati.

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk ibbuzzati jew b'marka tal-ilma.

(i) In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti.



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16)

( 2 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).

( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 Tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).

( 4 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

( 5 ) Sakemm ma jkunx kopert mill-Parti VI.

( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar ċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28).

Top