This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02016R0399-20240710
Regulation (EU) 2016/399 of the European Parliament and of the Council of 9 March 2016 on a Union Code on the rules governing the movement of persons across borders (Schengen Borders Code) (codification)
Consolidated text: Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (kodifikazzjoni)
Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (kodifikazzjoni)
02016R0399 — MT — 10.07.2024 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2016/399 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 077 23.3.2016, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2016/1624 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta'' Settembru 2016 |
L 251 |
1 |
16.9.2016 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/458 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Marzu 2017 |
L 74 |
1 |
18.3.2017 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2225 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Novembru 2017 |
L 327 |
1 |
9.12.2017 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/817 TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-20 ta' Mejju 2019 |
L 135 |
27 |
22.5.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/1134 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 |
L 248 |
11 |
13.7.2021 |
|
REGOLAMENT (UE) 2024/1717 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2024 |
L 1717 |
1 |
20.6.2024 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2016/399 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Marzu 2016
dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)
(kodifikazzjoni)
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u prinċipji
Dan ir-Regolament jipprovdi għall-assenza ta’ kontrolli fuq il-fruntiera ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri interni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni.
Huwa jipprevedi regoli li jirregolaw il-kontrolli fuq il-fruntiera ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati membri tal-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“fruntieri interni” tfisser:
il-fruntieri tal-art komuni, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, tal-Istati Membri;
l-ajruporti tal-Istati Membri għal titjiriet interni;
il-portijiet tal-baħar, tax-xmajjar u tal-lagi tal-Istati Membri għal kollegamenti regolari interni bil-ferry;
“fruntieri esterni” tfisser il-fruntieri tal-art tal-Istati Membri, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, il-fruntieri marittimi u l-ajruporti, il-portijiet tax-xmajjar, tal-baħar u tal-lagi tagħhom, sakemm m’humiex fruntieri interni;
“titjira interna” tfisser kwalunkwe titjira esklussivament lejn jew minn territorji tal-Istati Membri u li ma tagħmilx inżul fit-territorju ta’ pajjiż terz;
“kollegament regolari b’ferr” tfisser kwalunkwe kollegament b'ferry bejn l-istess żewġ portijiet jew aktar li jkunu fit-territorju tal-Istati Membri, li ma jżurx xi port barra t-territorju tal-Istati Membri, u li jikkonsisti fit-trasport ta’ passiġġieri u vetturi skont skeda ppubblikata;
“persuni li għandhom id-dritt għal moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni” tfisser:
ċittadini tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 20(1) TFUE, u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jeżerċita id-dritt tiegħu għal moviment liberu u li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, li skont xi ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u dawk il-pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, għandhom id-drittijiet għal moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini tal-Unjoni;
“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhix ċittadin tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 20(1) TFUE u li mhix koperta mill-punt 5 ta' dan l-Artikolu;
“persuni li għalihom ikun inħareġ allert sabiex ma jitħallewx jidħlu” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li għalih ikun inħareġ allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) skont u għall-finijiet tal-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“punt ta’ qsim tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe punt ta’ qsim awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jinqasmu l-fruntieri esterni;
“punt kondiviż tal-qsim tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe punt tal-qsim tal-fruntiera li jkun jew fit-territorju ta' Stat Membru jew fit-territorju ta' pajjiż terz, li fih il-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru u l-gwardji tal-fruntiera tal-pajjiż terz iwettqu kontrolli tal-ħruġ u tad-dħul skont il-liġi nazzjonali tagħhom u skont ftehim bilaterali;
“kontroll fuq il-fruntiera” tfisser l-attività mwettqa fuq fruntiera, skont u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, bħala risposta esklussivament għal xi intenzjoni ta’ qsim jew l-att ta’ qsim ta’ dik il-fruntiera, irrispettivament minn kull konsiderazzjoni oħra, li tikkonsisti f’verifiki fuq il-fruntiera u sorveljanza fuq il-fruntiera;
“verifiki fuq il-fruntiera” tfisser il-verifiki mwettqa f’punti tal-qsim tal-fruntiera, sabiex ikun żgurat li persuni, il-mezzi tat-trasport tagħhom u l-oġġetti fil-pussess tagħhom jitħallew jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri jew jitilqu minnu;
“sorveljanza fuq il-fruntiera” tfisser is-sorveljanza tal-fruntieri bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera u s-sorveljanza ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera barra mill-ħinijiet stabbiliti ta’ ftuħ, inklużi miżuri preventivi, għall-prevenzjoni jew id-detezzjoni ta’ qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri jew taċ-ċirkomvenzjoni tal-verifiki fuq il-fruntiera, biex tikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni tas-sitwazzjoni, biex tiġi miġġielda l-kriminalità transfruntiera u biex jittieħdu miżuri kontra persuni li jkunu qasmu l-fruntiera b’mod illegali;
“verifika tat-tieni linja” tfisser verifika ulterjuri li tista’ titwettaq f’lok speċjali lil hinn mil-lok li fih titwettaq verifika fuq kull persuna (l-ewwel linja);
“gwardja tal-fruntiera” tfisser kull uffiċjal pubbliku assenjat, skont il-liġi nazzjonali, ma’ xi punt ta’ qsim tal-fruntiera jew matul xi fruntiera jew fil-viċinanza immedjata ta’ dik il-fruntiera li jwettaq, skont dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali, xogħol ta’ kontroll ta’ fuq il-fruntiera;
“trasportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li l-professjoni tagħha hi dik li tipprovdi t-trasport ta’ persuni;
“permess ta’ residenza” tfisser:
il-permessi ta’ residenza kollha maħruġa mill-Istati Membri skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 ( 3 ) u għall-karti ta’ residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE;
kull dokument ieħor maħruġ minn Stat Membru lil ċittadin ta' pajjiż terz li jawtorizzah joqgħod fit-territorju tiegħu, li kien is-suġġett ta' notifika u pubblikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 39, bl-eċċezzjoni ta':
permessi temporanji maħruġa sakemm tiġi eżaminata l-ewwel applikazzjoni għal permess ta' residenza kif imsemmi fil-punt (a) jew applikazzjoni għal asil; u,
viżi maħruġa mill-Istati Membri fil-format uniformi stipulat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 ( 4 );
“bastiment tal-kruċiera” tfisser bastiment li jsegwi itinerarju partikolari skont programm determinat minn qabel, li jinkludi programm kollettiv ta’ attivitajiet għat-turisti f’diversi portijiet, u li normalment la jtella’ passiġġieri u lanqas ma jħalli passiġġieri jiżbarkaw waqt il-vjaġġ;
“dgħajjes tad-divertiment” tfisser l-użu ta’ dgħajjes tad-divertiment għal skopijiet ta’ sport jew turiżmu;
“sajd mal-kosta” tfisser sajd imwettaq permezz ta’ bastimenti li jirritornaw kuljum jew fi żmien 36 siegħa lejn port li jinsab fit-territorju ta’ xi Stat Membru mingħajr ma jidħlu f’port li jinsab f'pajjiż terz;
“ħaddiem offshore” tfisser persuna li taħdem fi stallazzjoni offshore li tinsab barra l-ilmijiet territorjali imma f’żona ta’ sfruttar ekonomiku marittimu tal-Istati Membri kif definit mil-liġi marittima internazzjonali, u li jirritorna regolarment bil-baħar jew bl-ajru fit-territorju tal-Istati Membri;
“theddida għas-saħħa pubblika” tfisser kull marda b’potenzal ta’ epidemija kif definiti fir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u mard infettiv ieħor jew mard parassitiku kontaġjuż jekk ikunu s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni li japplikaw għal ċittadini tal-Istati Membri;
“sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES)” tfisser is-sistema stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
“sistema self-service” tfisser sistema awtomatizzata li twettaq il-verifiki fuq il-fruntiera kollha jew xi wħud minnhom, li jkunu applikabbli għal persuna u li tista’ tintuża biex id-data tiġi reġistrata minn qabel fl-EES;
“e-gate” tfisser infrastruttura mħaddma b’mezzi elettroniċi fejn ikun fil-fatt seħħ qsim ta’ fruntiera esterna jew fruntiera interna fejn il-kontrolli ma jkunux għadhom tneħħew;
“sistema ta’ kontroll awtomatizzat tal-Fruntieri” tfisser sistema li tippermetti passaġġ awtomatizzat tal-fruntieri, u li tkun magħmula minn sistema self-service u e-gate;
“konferma tal-awtentiċità u l-integrità tad-data taċ-ċippa” tfisser il-proċess li bih jiġi vverifikat, permezz tal-użu ta’ ċertifikati, li d-data ta’ fuq il-mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa) toriġina mill-awtorità emittenti u li din ma ġietx mibdula;
“emerġenza tas-saħħa pubblika fuq skala kbira” tfisser emerġenza tas-saħħa pubblika, rikonoxxuta fil-livell tal-Unjoni mill-Kummissjoni, b’kont meħud tal-informazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fejn theddida transfruntiera serja għas-saħħa jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq skala kbira fuq l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu;
“vjaġġar essenzjali” tfisser vjaġġar minn persuna li hija eżentata mir-restrizzjonijiet fuq id-dħul skont l-Artikolu 21a(4) jew (5), b’rabta ma’ funzjoni jew ħtieġa essenzjali, b’kont meħud ta’ kwalunkwe obbligu internazzjonali applikabbli tal-Unjoni u tal-Istati Membri;
“vjaġġar mhux essenzjali” tfisser vjaġġar għal finijiet minbarra vjaġġar essenzjali;
“ċentri tat-trasport” tfisser ajruporti, portijiet tal-baħar jew tax-xmajjar, stazzjonijiet tal-ferrovija jew tal-karozzi tal-linja u terminali tal-merkanzija.
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull persuna li taqsam il-fruntieri interni jew esterni tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju:
għad-drittijiet ta’ persuni li jgawdu mid-dritt għal moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni;
għad-drittijiet ta’ refuġjati u persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tan-non refoulement.
Artikolu 4
Drittijiet Fundamentali
Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu b'rispett sħiħ tal-liġi relevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), il-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati magħmula f’Ġinevra fit-28 ta’ Lulju 1951 (“il-Konvenzjoni ta' Ġinevra”), l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement, u d-drittijiet fundamentali. Skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali.
TITOLU II
FRUNTIERI ESTERNI
KAPITOLU I
Il-qsim ta’ fruntieri esterni u l-kondizzjonijiet għad-dħul
Artikolu 5
Qsim ta’ fruntieri esterni
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-lista ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39.
B’deroga mill-paragrafu 1, jistgħu jkunu permessi eċċezzjonijiet għall-obbligu li wieħed jaqsam fruntieri esterni biss f’punti ta’ qsim tal-fruntiera u waqt ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti:
għal individwi jew gruppi ta’ persuni, fejn hemm rekwiżit ta’ natura speċjali għall-qsim ta’ kultant tal-fruntieri esterni minn punti differenti minn dawk tal-qsim tal-fruntiera jew barra l-ħinijiet tal-ftuħ fissi, basta li jkunu fil-pussess tal-permessi meħtieġa mil-liġi nazzjonali u li dan ma jkunx f’konflitt mal-interessi tal-politika pubblika u s-sigurtà interna tal-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu arrangamenti speċifiċi fil-ftehimiet bilaterali. L-eżenzjonijiet ġenerali previsti mil-liġi nazzjonali u l-ftehimiet bilaterali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39;
għal individwi jew gruppi ta' persuni f'każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza mhux prevista;
f'konformità mar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 19 u 20 flimkien mal-Annessi VI u VII.
L-Istati Membri jistgħu, meta għadd kbir ta’ migranti jippruvaw jaqsmu l-fruntieri esterni tagħhom b’mod mhux awtorizzat, bil-massa u bl-użu tal-forza, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippreservaw is-sigurtà, il-liġi u l-ordni.
Kwalunkwe miżura skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, għandha tiġi implimentata b’mod li jkun proporzjonat u li jqis bis-sħiħ id-drittijiet ta’:
il-persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni;
iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għal żmien twil skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE ( 7 ), il-persuni li jiksbu d-dritt tagħhom li jirrisjedu minn strumenti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali jew li għandhom viżi nazzjonali għal soġġorn twil, kif ukoll il-membri tal-familja rispettivi tagħhom; u
iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 6
Kondizzjonijiet ta’ dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi
Fil-każ ta’ permanenza fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perijodu ta' 180 jum li jippreċedi kull jum ta' soġġorn, il-kondizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu kif ġej:
ikollhom dokument validu tal-ivvjaġġar li jintitola lid-detentur jaqsam il-fruntiera u li jkun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
il-validità tiegħu għandha testendi għal mill-inqas tliet xhur wara d-data ppjanata tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri; Fkaż ta’ emerġenza ġġustifikat, dan l-obbligu jista’ jitneħħa;
għandu jkun inħareġ fl-għaxar snin preċedenti;
huma fil-pussess ta’ viża valida, jekk rikjesta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 ( 8 ), ħlief meta jkunu detenturi ta’ permess validu ta’ residenza jew viża valida għal soġġorn fit-tul;
jiġġustifikaw l-għan u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu u jkollhom mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għall-perijodu tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu kif ukoll għar-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom jew transitu lejn pajjiż terz fejn ikunu ċerti li ser jitħallew jidħlu, jew ikunu f’pożizzjoni li jakkwistaw dawn il-mezzi legalment;
ma jkunux persuni li għalihom ikun inħareġ allert fis-SIS sabiex jiġi miċħud id-dħul;
mhumiex meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru partikolarment jekk l-ebda allert ma jkun inħareġ fid-databases nazzjonali tal-Istati Membri sabiex jiġi miċħud id-dħul għall-istess raġunijiet;
huma jipprovdu data bijometrika, jekk meħtieġ:
għall-ħolqien tal-fajl individwali fl-EES f’konformità mal-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (UE) 2017/2226;
għat-twettiq ta’ verifiki fil-fruntieri f’konformità mal-Artikolu 8(3)(a)(i) u (g)(i) ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 23(2) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).
Ammonti ta’ referenza stabbiliti mill-Istati Membri għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39.
L-istima ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussitenza tista’ tkun ibbażata fuq flus, travellers cheques u karti ta’ kreditu li jkunu fil-pussess taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. Dikjarazzjonijiet ta’ persuni li jagħmlu tajjeb għalihom, fejn dawn id-dikjarazzjonijiet huma previsti mil-liġi nazzjonali u ittri ta’ garanzija mill-ospitanti, kif definit mil-liġi nazzjonali, f’każ li ċ-ċittadin minn pajjiż terz ikun qed joqgħod ma’ persuna li tkun qed tospitah, jistgħu wkoll jikkostitwixxu evidenza ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.
B’deroga mill-paragrfu 1:
ċittadini ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 iżda li jkollhom permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn fit-tul għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra għal skop ta' transitu sabiex ikunu jistgħu jaslu fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, sakemm isimhom ma jkunx fuq il-lista nazzjonali ta’ allerti tal-Istat Membru li tiegħu jkunu qed jippruvaw jaqsmu l-fruntieri esterni u li l-allert ma jkunx akkumpanjat minn istruzzjonijiet biex jiġi rrifjutat id-dħul jew it-transitu;
ċittadini ta’ pajjiż terz li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, ħlief dik stabbilita fil-punt (b), u li jippreżentaw ruħhom fuq il-fruntiera jistgħu jiġu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri, jekk tinħareġ viża fil-fruntiera skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).
L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika dwar il-viżi maħruġa fil-fruntieri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u l-Anness XII tiegħu.
Jekk ma jkunx possibbli li titwaħħal viża fid-dokument, din għandha, b’mod ta’ eċċezzjoni, titwaħħal fuq folja separata li tiddaħħal fid-dokument. F’każ bħal dan, għandu jintuża l-format uniformi għall-formoli biex titwaħħal viża, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 ( 11 ).
Ċittadin(i) ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx xi kondizzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu awtorizzati minn xi Stat Membru biex jidħlu fit-territorju tiegħu għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali. Meta ċ-ċittadin minn pajjiż terz ikkonċernat ikun soġġett għal xi allert kif imsemmi fil-paragrafu 1(d), l-Istat Membru li jkun qed jawtorizza d-dħul tiegħu/tagħha fit-territorju tiegħu għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.
Artikolu 6a
Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għalihom għandha tiddaħħal id-data fl-EES
Mad-dħul u l-ħruġ, data tal-kategoriji ta’ persuni li ġejjin għandha tiddaħħal fl-EES f’konformità mal-Artikoli 16, 17, 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2017/2226:
ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għal soġġorn qasir skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE u li ma jkollhomx karta ta’ residenza f’konformità ma’ dik id-Direttiva;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li:
huma membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa u pajjiż terz min-naħa l-oħra, u
ma jkollhomx karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE jew permess ta’ residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.
Id-data dwar il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin ma għandhiex tiddaħħal fl-EES:
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE u li jkollhom karta ta’ residenza skont dik id-Direttiva, kemm jekk jakkumpanjaw jew jingħaqdu ma’ dak iċ-ċittadin tal-Unjoni u kemm jekk le;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz kemm jekk jakkumpanjaw jew jingħaqdu ma’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u kemm jekk le, meta:
dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz igawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u pajjiż terz min-naħa l-oħra, u
dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ikollhom karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE jew permess ta’ residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002;
detenturi tal-permessi ta’ residenza msemmija fil-punt 16 tal-Artikolu 2 minbarra dawk koperti mill-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu;
detenturi ta’ viżi għal soġġorn fit-tul;
ċittadini ta’ Andorra, Monaco u San Marino u ►C1 detenturi ta' passaport maħruġ mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan jew mis-Santa Sede; ◄
persuni jew kategoriji ta’ persuni eżentati mill-verifiki fuq il-fruntieri jew li jibbenefikaw minn regoli speċifiċi fir-rigward ta’ verifiki fuq il-fruntiera, jiġifieri:
Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u membri ta’ gvern nazzjonali akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom, u membri tad-delegazzjoni uffiċjali tagħhom, u sovrani u membri għolja oħra ta’ familja rjali, f’konformità mal-punt 1 tal-Anness VII;
il-bdoti ta’ inġenji tal-ajru u membri oħra tal-ekwipaġġ f’konformità mal-Punt 2 tal-Anness VII;
il-baħrin f’konformità mal-punt 3 tal-Anness VII u l-baħrin li jkunu preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru biss meta l-bastiment tagħhom jidħol fiż-żona tal-port u fiż-żona fejn daħal il-bastiment;
il-ħaddiema transkonfinali f’konformità mal-Punt 5 tal-Anness VII;
is-servizzi ta’ salvataġġ, il-pulizija, is-servizzi tat-tifi tan-nar li jaġixxu f’sitwazzjoni ta’ emerġenza u l-gwardji tal-fruntiera, f’konformità mal-Punt 7 tal-Anness VII;
il-ħaddiema offshore f’konformità mal-Punt 8 tal-Anness VII;
il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri tal-bastimenti tal-kruċieri f’konformità mal-punti 3.2.1, 3.2.2 u 3.2.3 tal-Anness VI;
persuni abbord dgħajjes tad-divertiment li ma jkunux soġġetti għal verifiki fil-fruntieri f’konformità mal-punti 3.2.4, 3.2.5 u 3.2.6 tal-Anness VI;
il-persuni li jibbenefikaw minn deroga mill-obbligu li jaqsmu l-fruntieri esterni bilfors mill-punti tal-qsim tal-fruntieri u fil-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti skont l-Artikolu 5(2);
il-persuni li jippreżentaw permess validu tat-traffiku lokali tal-fruntiera għall-qsim tal-fruntiera tagħhom f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 );
membri tal-ekwipaġġi ta’ ferroviji tal-passiġġieri u tal-merkanzija li joperaw konnessjonijiet internazzjonali;
persuni li sabiex jaqsmu l-fruntiera jippreżentaw:
Dokument ta’ Transitu Faċilitat bil-Ferroviji validu maħruġ f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 ( *4 ); jew
Dokument ta’ Transitu Faċilitat validu maħruġ f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 693/2003 dment li jagħmlu t-transitu tagħhom bil-ferrovija u ma jiżbarkawx fit-territorju ta’ Stat Membru.
KAPITOLU II
Il-kontroll ta’ fruntieri esterni u ċaħda tad-dħul
Artikolu 7
Twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntiera
Kwalunkwe miżura li tittieħed fit-twettieq ta’ dmirijiethom għandha tkun proporzjonata għall-objettivi li tali miżuri jfittxu li jiksbu.
Artikolu 8
Verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni
Il-verifiki jistgħu jkopru wkoll il-mezzi tat-trasport u l-oġġetti li jinsabu fil-pussess tal-persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera. Il-liġi tal-Istat Membru konċernat għandha tapplika għal kwalunkwe tiftix li jsir.
Mad-dħul u mal-ħruġ, persuni li għandhom id-dritt ta’ moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għall-verifiki li ġejjin:
il-verifika tal-identità u n-nazzjonalità tal-persuna u tal-awtentiċità u l-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar għall-qsim tal-fruntiera, inkluż billi jkunu kkonsultati l-bażijiet ta’ data rilevanti, b’mod partikolari:
is-SIS;
il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (“SLTD”);
il-bażijiet ta’ data nazzjonali li fihom informazzjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa, miżapproprijati, mitlufa u invalidati.
Jekk id-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih mezz ta’ memorja elettronika (ċippa), l-awtentiċità u l-integrità tad-data taċ-ċippa għandha tiġi kkonfermata bl-użu tal-katina ta’ ċertifikati valida u kompluta, ħlief meta dan ikun teknikament impossibbli jew, fil-każ ta’ dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn pajjiż terz, ikun impossibbli minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ ċertifikati validi.
il-verifika li persuna li tgawdi d-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni mhijiex meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, inkluż billi jiġu kkonsultati s-SIS u bażijiet ta’ data rilevanti oħra tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjoni ta’ bażijiet ta’ data nazzjonali u tal-Interpol.
Fejn ikun hemm dubji dwar l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew l-identità tad-detentur tiegħu, għandu jiġi vverifikat mill-anqas wieħed mill-identifikaturi bijometriċi integrati fil-passaporti u fid-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 2252/2004. Fejn possibbli, tali verifika għandha titwettaq ukoll fir-rigward ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar li mhumiex koperti minn dak ir-Regolament.
Għall-persuni li d-dħul tagħhom huwa soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES skont l-Artikolu 6a ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir verifika tal-identità tagħhom f’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u, fejn applikabbli, għandha ssir identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 23(4) ta’ dak ir-Regolament.
Fejn il-verifiki mal-bażijiet ta’ data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ikollhom impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jwettaq dawk il-konsultazzjonijiet fuq bażi mmirata f’punti ta’ qsim tal-fruntiera speċifikati, wara valutazzjoni tar-riskji marbuta mal-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.
L-ambitu u t-tul tat-tnaqqis temporanju tal-verifiki mmirati mal-bażijiet ta’ data ma għandhomx jeċċedu dak li huwa strettament neċessarju u għandhom ikunu definiti f’konformità ma’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tgħid xi jkunu r-raġunijiet għat-tnaqqis temporanju tal-verifiki mmirati mal-bażijiet ta’ data, tieħu kont, fost l-oħrajn, tal-impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku u tipprovdi statistika dwar passiġġieri u inċidenti relatati ma’ reati transfruntieri. Hija għandha tkun aġġornata b’mod regolari.
Persuni li, fil-prinċipju, mhumiex soġġetti għal verifikii mmirati mal-bażijiet ta’ data, għandhom, bħala minimu, jkunu soġġetti għal verifika bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-identità tagħhom abbażi tal-produzzjoni jew il-preżentazzjoni ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar. Tali verifika għandha tikkonsisti minn verifika rapida u sempliċi tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar għall-qsim tal-fruntiera, u tal-preżenza ta’ sinjali ta’ falsifikazzjoni jew kontraffazzjoni jew le, fejn adatt bl-użu ta’ apparat tekniku, u, fil-każijiet fejn ikun hemm dubji dwar id-dokument tal-ivvjaġġar jew fejn ikun hemm indikazzjonijiet li tali persuna tista’ tirrappreżenta theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri, il-gwardja tal-fruntiera għandha tikkonsulta l-bażijiet ta’ data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jittrasmetti l-valutazzjoni tar-riskju tiegħu u l-aġġornamenti tagħha lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (“l-Aġenzija”), stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), mingħajr dewmien u għandu jirrapporta kull sitt xhur lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-applikazzjoni tal-verifiki mal-bażijiet ta’ data mwettqa fuq bażi mmirata. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li jikklassifika l-valutazzjoni tar-riskju jew partijiet minnha.
Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jwettaq verifiki mmirati mal-bażijiet ta’ data skont il-paragrafu 2a, huwa għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li jikklassifika n-notifika jew partijiet minnha.
Fejn l-Istati Membri, l-Aġenzija jew il-Kummissjoni jkollhom tħassib dwar l-intenzjoni ta’ twettiq ta’ verifiki mmirati mal-bażijiet ta’ data, huma għandhom jinnotifikaw lill-Istat Membru inkwistjoni dwar dak it-tħassib mingħajr dewmien. L-Istat Membru inkwistjoni għandu jieħu kont ta’ dak it-tħassib.
Fir-rigward tal-fruntieri tal-ajru, il-paragrafi 2a u 2b għandhom japplikaw għal perijodu transizzjonali massimu ta’ sitt xhur mis-7 ta’ April 2017.
F’każijiet eċċezzjonali, fejn, f’ajruport partikolari, ikun hemm diffikultajiet infrastrutturali speċifiċi li jeħtieġu perjodu ta’ żmien itwal biex isiru l-adattamenti biex jippermettu t-twettiq ta’ verifiki sistematiċi mal-bażijiet ta’ data mingħajr ma dan ikollu impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku, il-perjodu transizzjonali ta’ sitt xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi estiż għal dak l-ajruport partikolari b’massimu ta’ 18-il xahar f’konformità mal-proċedura speċifikata fit-tielet subparagrafu.
Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu, sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu transizzjonali msemmi fl-ewwel subparagrafu, jinnotifika lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra dwar id-diffikultajiet infrastrutturali speċifiċi fl-ajruport ikkonċernat, il-miżuri previsti biex jirrimedjawhom u l-perjodu ta’ żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħhom.
Fejn jeżistu diffikultajiet infrastrutturali speċifiċi li jeħtieġu perjodu itwal għal adattamenti, il-Kummissjoni, fi żmien xahar mir-riċezzjoni tan-notifika msemmija fit-tielet subparagrafu u wara konsultazzjoni mal-Aġenzija, għandha tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat biex itawwal il-perjodu transizzjonali għall-ajruport ikkonċernat u, fejn rilevanti, għandha tistabbilixxi t-tul ta’ tali estensjoni.
Il-verifiki mal-bażijiet ta’ data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 jistgħu jitwettqu minn qabel abbażi ta’ data dwar il-passiġġieri riċevuta f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE ( 13 ) jew f’konformità ma’ liġi oħra tal-Unjoni jew ma’ liġi nazzjonali.
Fejn dawk il-verifiki jitwettqu minn qabel abbażi ta’ tali data dwar il-passiġġieri, id-data riċevuta minn qabel għandha tiġi vverifikata fil-punt tal-qsim tal-fruntiera mad-data fid-dokument tal-ivvjaġġar. L-identità u n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata, kif ukoll l-awtentiċità u l-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar għall-qsim tal-fruntiera, għandhom jiġu vverifikati wkoll.
Mad-dħul u l-ħruġ, ċittadini ta’ pajjiżi terz għandhom ikunu soġġetti għal verifika bir-reqqa kif ġej:
verifiki bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu l-verifika tal-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u, fejn hu applikabbli, ta’ dokumenti li jawtorizzaw ir-residenza u l-eżerċizzju ta’ attività professjonali. Dan għandu jinkludi eżami dettaljat tal-aspetti li ġejjin:
il-verifika tal-identità u n-nazzjonalità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u tal-awtentiċità u l-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar għall-qsim tal-fruntiera, inkluż billi jkunu kkonsultati l-bażijiet ta’ data rilevanti, b’mod partikolari:
is-SIS;
il-bażi tad-data SLTD tal-Interpol;
il-bażijiet ta’ data nazzjonali li fihom informazzjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa, miżapproprijati, mitlufa u invalidati.
Għall-passaporti u d-dokumenti tal-ivvjaġġar li fihom mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa), l-awtentiċità u l-integrità tad-data fiċ-ċippa għandha tiġi vverifikata, soġġett għad-disponibbiltà ta’ ċertifikati validi.
Bl-eċċezzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjizi terzi li għalihom diġà ġie rreġistrat fajl individwali fl-EES, meta d-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih immaġni tal-wiċċ irreġistrata fil-mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa) u jista’ jkun hemm aċċess tekniku għal dik l-immaġni tal-wiċċ, din il-verifika għandha tinkludi l-verifika ta’ dik l-immaġni tal-wiċċ, billi dik l-immaġni tal-wiċċ titqabbel b’mod elettroniku mal-immaġni tal-wiċċ taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Jekk ikun teknikament u legalment possibbli, din il-verifika tista’ ssir billi jiġu vverifikati l-marki tas-swaba’ meħuda fuq il-post mal-marki tas-swaba’ rreġistrati fil-mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa);
il-verifika li d-dokument tal-ivvjaġġar huwa akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża jew il-permess ta’ residenza meħtieġa;
għall-persuni li d-dħul jew iċ-ċaħda tad-dħul tagħhom tkun soġġetta għal reġistrazzjoni fl-EES skont l-Artikolu 6a ta’ dan ir-Regolament, issir verifika tal-identità tagħhom f’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u, fejn applikabbli, issir identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 23(4) ta’ dak ir-Regolament;
għall-persuni li d-dħul jew iċ-ċaħda tad-dħul tagħhom tkun soġġetta għal reġistrazzjoni fl-EES skont l-Artikolu 6a ta’ dan ir-Regolament, il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx laħaq jew qabeż iż-żmien massimu tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri u, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom viża maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet, il-verifika li jkunu rrispettaw in-numru ta’ daħliet massimi awtorizzati, billi tiġi kkonsultata l-EES f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2017/2226;
il-verifika dwar il-punti ta’ tluq u destinazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat u l-għan tas-soġġorn li bi ħsiebu jagħmel u, jekk meħtieġ, il-verifika tad-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti;
il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza għat-tul u l-għan tas-soġġorn li bi ħsiebu jagħmel, għar-ritorn tiegħu lejn il-pajjiż ta' oriġini jew transitu lejn pajjiż terz, li fihom huwa/hija j/tkun ċert/a li se t/jiġi ammess/a jew li jista'/tista' jikseb dawn il-mezzi b’mod leġittimu;
il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, il-mezz ta’ trasport tiegħu jew tagħha u l-oġġetti li jinġarru minnu jew minnha ma jkunux ser jipperikolaw il-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri. Tali verifika għandha tinkludi konsultazzjoni diretta tad-data u l-allerti dwar persuni u, fejn meħtieġ, oġġetti li jinsabu fis-SIS u bażijiet ta’ data rilevanti oħra, u l-azzjoni li għandha tittieħed, jekk ikun hemm, bħala riżultat ta’ allert. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjoni ta’ bażijiet ta’ data nazzjonali u tal-Interpol;
jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikollu viża msemmija fl-Artikolu 6(1)(b), il-verifiki bir-reqqa għad-dħul għandhom jinkludu wkoll il-verifika tal-identità tad-detentur tal-viża u tal-awtentiċità tal-viża, billi tiġi kkonsultata s-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
jekk ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu viża għal soġġorn fit-tul jew permess ta’ residenza, il-verifiki bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu verifika tal-identità tad-detentur tal-viża għal soġġorn fit-tul jew tal-permess ta’ residenza u tal-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn fit-tul jew tal-permess ta’ residenza permezz ta’ konsultazzjoni fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 22g tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
F’ċirkostanzi fejn il-verifika tal-identità tad-detentur tal-viża għal soġġorn fit-tul jew tal-permess ta’ residenza - jew tal-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn fit-tul jew tal-permess ta’ residenza ma tirnexxix jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur, l-awtentiċità tal-viża għal soġġorn fit-tul jew tal-permess ta’ residenza jew tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-persunal debitament awtorizzat ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproċedu għal verifika taċ-ċippa tad-dokument;
▼M5 —————
verifiki bir-reqqa mal-ħruġ għandhom jinkludu:
il-verifika tal-identità u n-nazzjonalità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u tal-awtentiċità u l-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar għall-qsim tal-fruntiera, inkluż billi jkunu kkonsultati l-bażijiet ta’ data rilevanti, b’mod partikolari:
is-SIS;
il-bażi ta’ data SLTD tal-Interpol;
il-bażijiet ta’ data nazzjonali li fihom informazzjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa, miżapproprijati, mitlufa u invalidati.
Għall-passaporti u d-dokumenti tal-ivvjaġġar li fihom mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa), l-awtentiċità u l-integrità tad-data fiċ-ċippa għandha tiġi vverifikata, soġġett għad-disponibbiltà ta’ ċertifikati validi.
Bl-eċċezzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għalihom diġà ġie rreġistrat fajl individwali fl-EES, meta d-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih immaġni tal-wiċċ irreġistrata fil-mezz ta’ memorja elettronika (fiċ-ċippa) u jista’ jkun hemm aċċess tekniku għal dik l-immaġni tal-wiċċ, din il-verifika għandha tinkludi l-verifika ta’ dik l-immaġni tal-wiċċ, billi dik l-immaġni tal-wiċċ titqabbel b’mod elettroniku mal-immaġni tal-wiċċ meħuda fuq il-post, taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Jekk ikun teknikament u legalment possibbli, din il-verifika tista’ ssir billi jiġu vverifikati l-marki tas-swaba’ meħuda fuq il-post mal-marki tas-swaba’ rreġistrati fil-mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa);
il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx meqjus bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, inkluż billi jkunu kkonsultati s-SIS u bażijiet ta’ data rilevanti oħra tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjoni ta’ bażijiet ta’ data nazzjonali u tal-Interpol;
għall-persuni li l-ħruġ tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES skont l-Artikolu 6a ta’ dan ir-Regolament, issir verifika tal-identità tagħhom f’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u, fejn applikabbli, issir identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 23(4) ta’ dak ir-Regolament;
għall-persuni li l-ħruġ tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES skont l-Artikolu 6a ta’ dan ir-Regolament, il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx qabeż iż-żmien massimu tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri, billi tiġi kkonsultata l-EES f’konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) 2017/2226;
barra mill-verifiki msemmija fil-punt (g), verifiki bir-reqqa mal-ħruġ jistgħu jinkludu wkoll:
il-verifika li l-persuna hija fil-pussess ta’ viża valida, jekk meħtieġ skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001, ħlief meta jkollhom permess ta’ residenza validu; tali verifika tista' tinkludi l-konsultazzjoni tal-VIS skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
▼M3 —————
▼M2 —————
sabiex tiġi identifikata kwalunkwe persuna li ma tissodisfax, jew li ma tkunx għadha tissodisfa, il-kondizzjonijiet ta’ dħul, ta’ soġġorn jew ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri, il-VIS tista’ tiġi kkonsultata f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-EES tista’ tiġi kkonsultata f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2017/2226;
il-verifiki mal-bażijiet ta’ data msemmija fil-punt (a)(i) u (vi) u fil-punt (g) jistgħu jitwettqu minn qabel abbażi ta’ data dwar il-passiġġieri riċevuta f’konformità mad-Direttiva 2004/82/KE jew ma’ liġi oħra tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali.
Fejn dawk il-verifiki jitwettqu minn qabel abbażi ta’ tali data dwar il-passiġġieri, id-data riċevuta minn qabel għandha tiġi vverifikata fil-punt tal-qsim tal-fruntiera mad-data fid-dokument tal-ivvjaġġar. L-identità u n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata, kif ukoll l-awtentiċità u l-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar għall-qsim tal-fruntiera, għandhom jiġu vverifikati wkoll;
fejn ikun hemm dubji dwar l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew l-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, il-verifiki, fejn possibbli, għandhom jinkludu l-verifika ta’ mill-anqas wieħed mill-identifikaturi bijometriċi integrati fid-dokumenti tal-ivvjaġġar.
F'konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-paragrafu għandu japplika malli jibda jopera d-detettur ta' identitajiet multipli taħt l-Artikolu 72(4) ta' dak ir-Regolament.
Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u fil-lingwa/lingwi tal-pajjiż jew pajjiżi li jkollhom fruntiera mal-Istat Membru konċernat u għandha tindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jitlob l-isem jew in-numru ta’ identifikazzjoni tas-servizz tal-gwardji tal-fruntiera li jkunu qed iwettqu l-verifika bir-reqqa fit-tieni linja kif ukoll l-isem tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera u d-data ta’ meta nqasmet il-fruntiera.
Artikolu 8a
Użu ta’ sistemi self-service għar-reġistrazzjoni minn qabel ta’ data fl-EES
Persuni li l-qsim tal-fruntiera tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES f’konformità mal-Artikolu 6a jistgħu jużaw sistemi self-service sabiex jirreġistraw minn qabel id-data fl-EES imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
id-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa) u l-awtentiċità u l-integrità tad-data taċ-ċippa jiġu kkonfermati bl-użu tal-katina ta’ ċertifikati valida u kompluta;
id-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih immaġni tal-wiċċ irreġistrata fil-mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa) li jista’ jkun hemm aċċess tekniku għaliha mis-sistema self-service sabiex tiġi verifikata l-identità tad-detentur tad-dokument tal-ivvjaġġar billi tiġi mqabbla l-immaġni tal-wiċċ irreġistrata fil-mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa) mal-immaġni tal-wiċċ tiegħu jew tagħha meħuda fuq il-post; jekk ikun teknikament u legalment possibbli, din il-verifika tista’ ssir billi jiġu vverifikati l-marki tas-swaba’ meħuda fuq il-post mal-marki tas-swaba’ rreġistrati fil-mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa) tad-dokument tal-ivvjaġġar.
Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 23(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, li meta titwettaq identifikazzjoni fl-EES:
għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni, jekk it-tfittxija fil-VIS bid-data msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tindika li l-persuna tkun irreġistrata fil-VIS, għandha titwettaq verifika tal-marki tas-swaba’ mad-data tal-VIS f’konformità mal-Artikolu 18 (6) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. Meta verifika tal-persuna skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma tirnexxix, id-data tal-VIS għandha tiġi aċċessata għall-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux soġġetti għar-rekwiżit ta’ viża sabiex jaqsmu l-fruntieri esterni u li ma jinstabux fl-EES wara tiftixa għall-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2017/2226, għandha tiġi kkonsultata l-VIS f’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
F’każ li d-data dwar il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx irreġistrata fl-EES skont il-paragrafi 2 u 3:
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ viża sabiex jaqsmu l-fruntieri esterni għandhom, permezz tas-sistema self-service, jirreġistraw minn qabel fl-EES id-data elenkata fl-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 16(2)(c) sa (f) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u, fejn ikun rilevanti, id-data msemmija fl-Artikolu 16 (6) ta’ dak ir-Regolament, u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux soġġetti għal rekwiżit ta’ viża sabiex jaqsmu l-fruntieri esterni għandhom, permezz tas-sistema ta’ self-service, jirreġistraw minn qabel fl-EES id-data elenkata fl-Artikoli 17(1)(a), (b) u (c) u 16(2)(c) ta’ dak ir-Regolament u, fejn ikun rilevanti, id-data msemmija fl-Artikolu 17(1)(d), ta’ dak ir-Regolament;
sussegwentement, il-persuna għandha tiġi riferuta għand il-gwardja tal-fruntiera li għandha:
tirreġistra minn qabel id-data kkonċernata, fejn ma kienx possibbli li tinġabar id-data kollha permezz tas-sistema self-service;
tivverifika:
meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni li tawtorizza jew tiċħad id-dħul, tikkonferma d-data msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u ddaħħal fl-EES id-data msemmija fl-Artikoli 16(2)(a) u (b) u 18(6)(a), (b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2017/2226.
Fejn mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jiġi żvelat li l-persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikollha fajl individwali rreġistrat fl-EES iżda li jkun jeħtieġ li d-data tagħha tiġi aġġornata, il-persuna għandha:
taġġorna d-data fl-EES billi tirreġistraha minn qabel permezz tas-sistema self-service;
tiġi riferuta għand gwardja tal-fruntiera li għandha tivverifika l-korrettezza tal-aġġornament skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu li jkun ġie reġistrat minn qabel u, meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni li tawtorizza jew tiċħad id-dħul, taġġorna l-fajl individwali f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226.
Artikolu 8b
L-użu ta’ sistemi self-service u e-gates għall-qsim tal-fruntiera minn persuni li l-qsim tal-fruntiera tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES
Il-persuni li l-qsim tal-fruntiera tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES f’konformità mal-Artikolu 6a jistgħu jitħallew jużaw is-sistema self-service sabiex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntiera tagħhom, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
id-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih mezz ta’ memorja elettronika (iċ-ċippa) u l-awtentiċità u l-integrità tad-data taċ-ċippa jiġu kkonfermati bl-użu tal-katina ta’ ċertifikati valida u kompluta;
id-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih immaġni tal-wiċċ irreġistrata fil-mezz ta’ memorja elettroniku (iċ-ċippa) li jista’ jkun hemm aċċess tekniku għaliha mis-sistema self-service sabiex tiġi verifikata l-identità tad-detentur tad-dokument tal-ivvjaġġar, billi tiġi mqabbla dik l-immaġni tal-wiċċ mal-immaġni tal-wiċċ tiegħu jew tagħha meħuda fuq il-post; u
il-persuna tkun diġà rreġistrata jew reġistrata minn qabel fl-EES.
Meta persuna tingħata aċċess għal programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali stabbilit minn Stat Membru skont l-Artikolu 8d, il-verifiki tal-fruntieri mwettqa permezz ta’ sistema ta’ self-service mad-dħul jistgħu jħallu barra eżami tal-aspetti msemmijin fl-Artikolu 8(3)(a)(iv) u (v) meta dik il-persuna taqsam il-fruntieri esterni ta’ dak l-Istat Membru jew il-fruntieri esterni ta’ Stat Membru li jkun ikkonkluda ftehim mal-Istat Membru li jkun ta l-aċċess kif imsemmi fl-Artikolu 8d(9).
Il-persuna in kwistjoni għandha tiġi riferuta għand gwardja tal-fruntiera skont il-paragrafu 3 fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
meta ma tiġix sodisfatta waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1;
meta l-verifiki mad-dħul jew mal-ħruġ previsti fil-paragrafu 2 jiżvelaw li xi waħda jew diversi mill-kondizzjonijiet għad-dħul jew għall-ħruġ ma jkunux sodisfatti;
meta r-riżultati tal-verifiki mad-dħul jew il-ħruġ previsti fil-paragrafu 2 iqajmu dubji dwar l-identità tal-persuna jew meta jiżvelaw li l-persuna tkun ikkunsidrata bħala theddida għas-sigurtà interna, l-ordni pubbliku jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe Stat Membru jew għas-saħħa pubblika;
f’każ ta’ dubju;
meta ma jkunx hemm e-gates.
Artikolu 8c
Standards għal sistemi ta’ kontroll awtomatizzat tal-fruntieri
Is-sistemi ta’ kontroll awtomatizzat tal-fruntieri għandhom, safejn ikun possibbli, jitfasslu b’tali mod li jkunu jistgħu jintużaw mill-persuni kollha, bl-eċċezzjoni ta’ tfal taħt l-età ta’ 12-il sena. Dawn għandhom jitfasslu wkoll b’mod li jirrispetta għalkollox id-dinjità tal-bniedem, b’mod partikolari f’każijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw sistemi ta’ kontroll awtomatizzat tal-fruntieri, għandhom jiżguraw il-preżenza ta’ numru suffiċjenti ta’ persunal biex jassistu lil persuni fl-użu ta’ sistemi bħal dawn.
Artikolu 8d
Programmi ta’ faċilitazzjoni nazzjonali
Tali ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom jiġu skrutinizzati minn qabel mill-gwardji tal-fruntiera, mill-awtoritajiet tal-viża kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jew mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 3(1) tar- Regolament (UE) 2017/2226.
L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jagħtu aċċess lil persuna għall- programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali unikament meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollhali ġejjin:
l-applikant jissodisfa l-kondizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6(1);
id-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant u, fejn applikabbli, il-viża, il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza tal-applikant ikunu validi u mhux foloz, iffalsifikati jew kontrafatti;
l-applikant jipprova l-ħtieġa għal ivvjaġġar frekwenti jew regolari jew jiġġustifika l-intenzjoni tiegħu li jivvjaġġa ta’ spiss jew b’mod regolari;
l-applikant jagħti prova tal-integrità u l-affidabbiltà tiegħu, b’mod partikolari, jekk applikabbli, l-użu legali ta’ viżi preċedenti jew viżi b’validità territorjali limitata, is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini u l-intenzjoni ġenwina tiegħu li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel it-tmiem tal-perijodu tas-soġġorn awtorizzat. Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikollhom aċċess għall-EES biex jivverifikaw li l-applikant ma jkunx qabeż preċedentement it-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri;
l-applikant jiġġustifika l-iskop u l-kondizzjonijiet tas-soġġorni previsti;
l-applikant ikollu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza kemm għat-tul tas-soġġorni maħsuba kif ukoll għar-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġini jew tar-residenza, jew li l-applikant ikun f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;
tiġi kkonsultata s-SIS.
Fil-każ ta’ estensjoni, kull sena l-Istat Membru għandu jerġa’ jivvaluta s-sitwazzjoni ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jingħata aċċess għall-programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali sabiex jassigura li, abbażi tal-informazzjoni aġġornata, iċ-ċittadin ta’ dak il-pajjiż terz ikun għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4. Din ir-rivalutazzjoni tista’ titwettaq meta jsiru l-verifiki fuq il-fruntiera.
Il-gwardji tal-fruntiera jistgħu jwettqu l-verifiki taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-programm ta’ faċilitazzjoni nazzjonali mad-dħul skont l-Artikoli 8(3)(a) u (b) u mal-ħruġ skont l-Artikolu 8(3)(g) mingħajr ma l-bijometrija titqabbel elettronikament iżda billi titqabbel immaġni tal-wiċċ meħuda miċ-ċippa u l-immaġni tal-wiċċ tal-fajl individwali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-EES mal-wiċċ ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. Verifika sħiħa għandha ssir b’mod aleatorju u abbażi ta’ analiżi tar-riskju.
Il-mezzi ta’ sussistenza għas-soġġorni intenzjonati għandhom jiġu vvalutati skont it-tul u l-iskop tas-soġġorn previst jew soġġorni previsti u b’referenza għall-prezzijiet medji fl-Istati Membri kkonċernati għall-ikel u l-irqad f’akkomodazzjoni rħisa, abbażi tal-ammonti ta’ referenza stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 39(1)(c). Prova ta’ sponsorizzazzjoni, akkomodazzjoni privata, jew it-tnejn, jistgħu jikkostitwixxu wkoll evidenza ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.
L-eżami ta’ applikazzjoni għandu jkun ibbażat, b’mod partikolari, fuq l-awtentiċità u l-affidabbiltà tad-dokumenti ppreżentati u fuq il-veraċità u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-applikant. Jekk Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni jkollu xi dubji dwar l-applikant, l-istqarrijiet tal-applikant jew dwar id-dokumenti ta’ prova li jkunu ġew ipprovduti, dan jista’ jikkonsulta ma’ Stati Membri oħra qabel ma jieħu xi deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.
Artikolu 9
Tnaqqis tal-verifiki fuq il-fruntiera
Id-deċiżjoni li jkunu mnaqqsa l-verifiki għandha tittieħed mill-gwardja tal-fruntiera li jkollu l-kmand tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera.
Dan it-tnaqqis ta’ verifiki għandu jkun temporanju, ikun adattat għaċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawh u għandu jinbeda gradwalment.
Fejn ikun teknikament impossibbli li tiddaħħal id-data fis-Sistema Ċentrali tal-EES jew fil-każ ta’ ħsara fis-Sistema Ċentrali tal-EES, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha li ġejjin:
b’deroga mill-Artikolu 6a ta’ dan ir-Regolament, id-data msemmija fl-Artikoli, 16, sa 20 tar-Regolament (UE) 2017/2226 għandha tinħażen temporanjament fl-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi kif definit fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. Fejn dan ma jkunx possibbli, id-data għandha tinħażen lokalment b’mod temporanju f’format elettroniku. Fiż-żewġ każijiet, id-data għandha tiddaħħal fis-Sistema Ċentrali tal-EES hekk kif l-impossibbiltà teknika jew il-ħsara jitranġaw. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u jużaw l-infrastruttura, it-tagħmir u r-riżorsi meħtieġa biex jassiguraw li tali ħżin lokali temporanju ikun jista’ jitwettaq fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe wieħed mill-punti ta’ qsim tal-fruntiera tagħhom.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li twettaq verifiki fuq il-fruntieri skont dan ir-Regolament, fis-sitwazzjoni eċċezzjonali li jkun teknikament impossibbli li tiddaħħal data fis-Sistema Ċentrali tal-EES u fl-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, u jkun teknikament impossibbli li tinħażen temporanjament id-data lokalment f’format elettroniku, il-gwardja tal-fruntiera għandha taħżen manwalment data tad-dħul/tal-ħruġ f’konformità mal-Artikoli 16, sa 20 tar-Regolament (UE) 2017/2226, bl-eċċezzjoni ta’ data bijometrika, u għandha tagħmel timbru ta’ dħul jew ta’ ħruġ fid-dokument tal-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. Dik id-data għandha tiddaħħal fis-Sistema Ċentrali tal-EES hekk kif ikun teknikament possibbli.
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, dwar l-ittimbrar ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar fil-każ tas-sitwazzjonijiet eċċezzjonali msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-punt.;
b’deroga mill-Artikolu 8(3)(a)(iii) u (g)(iv) ta’ dan ir-Regolament, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom viża msemmija fl-Artikolu 6(1)(b), meta jkun teknikament possibbli, il-verifika tal-identità tad-detentur tal-viża għandha titwettaq billi tiġi kkonsultata direttament il-VIS f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
Artikolu 10
Korsiji separati u informazzjoni fuq tabelli
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu korsiji separati fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri tal-baħar u tal-art tagħhom u fil-fruntieri bejn Stati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 22 fil-fruntieri komuni tagħhom. It-tabelli li jkollhom l-indikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness III għandhom jintużaw jekk l-Istati Membri jipprovdu korsiji separati f’dawn il-fruntieri.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali korsiji jkunu murija b’mod ċar permezz ta' tabelli, inkluż meta r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-użu tal-korsiji differenti ma jkunux applikati kif previst fil-paragrafu 4, sabiex ikunu żgurati l-aħjar livelli ta’ fluss ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera.
Ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkollhomx l-obbligu li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 u ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom permess ta' residenza validu jew viża ta' soġġorn fit-tul jistgħu jużaw il-korsiji indikati bit-tabella murija fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) tal-Anness III ta' dan ir-Regolament. Huma jistgħu wkoll jużaw il-korsiji indikati bit-tabella murija fil-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Il-persuni l-oħra kollha għandhom jużaw il-korsiji indikati bit-tabella murija fil-parti B2 (“il-passaporti kollha”) tal-Anness III.
L-indikazzjonijiet fuq it-tabelli msemmija fl-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi jistgħu jkunu bil-lingwa jew bil-lingwi li kull Stat Membru jqis xierqa.
Id-disponibilità ta’ korsiji separati indikati bit-tabella murija fil-parti B1 (“mhux meħtieġa viża”) tal-Anness III mhix obbligatorja. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk għandux ikun hemm tali korsiji u f'liema punti ta' qsim tal-fruntiera skont il-ħtiġijiet prattiċi.
L-Istati Membri jistgħu jvarjaw l-indikazzjonijiet fuq dawn it-tabelli fejn xieraq fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali.
Artikolu 11
Ittimbrar tad-dokumenti tal-ivvjaġġar
Artikolu 12
Preżunzjoni fir-rigward tat-twettiq tal-kondizzjonijiet tat-tul ta’ soġġorn qasir
Fil-każ ta’ konfutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħolqu fajl individwali fl-EES jekk ikun meħtieġ jew jindikaw fl-EES id-data li fiha, u l-post fejn, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun qasam il-fruntiera esterna ta’ wieħed mill-Istati Membri jew il-fruntiera interna ta’ Stat Membru li għadu ma applikax b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2017/2226.
Ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni jista’ biss jintbagħat lura f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE.
Artikolu 12a
Perijodu transitorju u miżuri transitorji
Artikolu 13
Sorveljanza fuq il-fruntiera
Artikolu 14
Ċaħda tad-dħul
Id-deċiżjoni sostanzjata li ssemmi r-raġunijiet preċiżi għaċ-ċaħda tingħata permezz ta’ formola standard, skont fl-Anness V, parti B, miktuba mill-awtorità li ngħatat is-setgħa mil-liġi nazzjonali biex tiċħad id-dħul. Il-formola standard mimlija għandha tingħata liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, li għandu jirrikonoxxi li jkun irċieva d-deċiżjoni li tiċħad id-dħul permezz ta’ dik il-formola.
Id-data dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom għal soġġorn qasir ikun ġie miċħud, għandha tiġi rreġistrata fl-EES f’konformità mal-Artikolu 6a(2) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226.
L-applikazzjoni għal appell m’għandiex ikollha l-effett li tissospendi d-deċiżjoni li tiċħad id-dħul.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumpens mogħti skont il-liġi nazzjonali, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu, jekk l-appell jikkonkludi li d-deċiżjoni biex jiġi miċħud id-dħul ma kellhiex bażi, ikun intitolat għall-korrezzjoni tad-data mdaħħla fl-EES jew tat-timbru tad-dħul ikkanċellat, jew it-tnejn, u l-korrezzjoni ta’ kwalunkwe kanċellazzjoni jew addizzjoni li tkun saret, mill-Istat Membru li jkun ċaħad id-dħul.
KAPITOLU III
Persunal u riżorsi għall-kontrolli fuq il-fruntiera u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
Artikolu 15
Persunal u riżorsi għall-kontrolli fuq il-fruntiera
L-Istati Membri għandhom iħaddmu persunal u riżorsi xierqa u f’numri suffiċjenti sabiex iwettqu kontrolli fuq il-fruntieri esterni, skont l-Artikoli 7 sa 14, b’tali mod li jkun żgurat livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontrolli fuq il-fruntieri esterni tagħhom.
Artikolu 16
Implimentazzjoni tal-kontroll
Fit-twettiq ta’ dawn il-kontrolli fuq il-fruntiera, is-setgħat biex jinbdew proċedimenti kriminali mogħtija lill-gwardji tal-fruntiera mil-liġi nazzjonali u li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jiġu affettwati.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera jkunu professjonisti speċjalizzati u mħarrġa sew, b'kont meħud tal-kurrikuli komuni għall-formazzjoni tal-gwardji tal-fruntiera stabbiliti u żviluppati mill-Aġenżija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (“l-Aġenzija”) stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004. Il-kurrikuli ta’ taħriġ għandhom jinkludu taħriġ speċjalizzat biex jiġu individwati u trattati sitwazzjonijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli, bħal minorenni mhux akkumpanjati u vittmi ta’ traffikar. L-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandhom iħeġġu lill-gwardji tal-fruntiera biex jitgħallmu l-lingwi meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijiethom.
Artikolu 17
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew il-kisba tal-objettivi tagħha.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar din il-kooperazzjoni operattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 18
Kontrolli konġunti
Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu bejniethom arranġamenti bilaterali.
KAPITOLU IV
Regoli speċifiċi għall-verifiki fuq il-fruntiera
Artikolu 19
Regoli speċifiċi għal tipi differenti ta’ fruntiera u l-mezzi differenti ta’ trasport użati biex jinqasmu l-fruntieri esterni
Ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness VI għandhom japplikaw għall-verifiki mwettqa fit-tipi differenti ta’ fruntiera u l-mezzi differenti ta’ trasport użati biex jinqasmu l-punti ta' qsim tal-fruntieri.
Dawk ir-regoli speċifiċi jista' jkun fihom derogi mill-Artikoli 5 u 6 u l-Artikoli 8 sa 14.
Artikolu 20
Regoli speċifiċi għall-verifiki fuq ċerti kategoriji ta’ persuni
Ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness VII għandhom japplikaw għall-verifiki fuq il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin:
Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u membri ta’ gvern nazzjonali akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom, u membri tad-delegazzjoni uffiċjali tagħhom, u sovrani u membri għolja oħra ta’ familja rjali;
bdoti tal-ajru u membri oħra tal-ekwipaġġ;
baħħara;
żammiema ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz u membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;
ħaddiema transkonfini;
minorenni;
servizzi ta’ salvataġġ, il-pulizija u s-servizzi tat-tifi tan-nar u l-gwardja tal-fruntiera;
il-ħaddiema offshore.
Dawk ir-regoli speċifiċi jista' jkun fihom derogi mill-Artikoli 5 u 6 u l-Artikoli 8 sa 14.
KAPITOLU V
Miżuri speċifiċi relatati mal-fruntieri esterni
Artikolu 21
Miżuri fil-fruntieri esterni u l-appoġġ mill-Aġenzija
F'każ li fit-twettiq tal-kontrolli fuq il-fruntieri esterni jiġu identifikati nuqqasijiet serji f'rapport ta' evalwazzjoni mfassal taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, u sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li l-Istat Membru evalwat jieħu ċerti miżuri speċifiċi, li jistgħu jinkludu waħda jew it-tnejn li ġejjin:
jibda jiskjera timijiet tal-għassa tal-fruntiera Ewropea f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004;
jippreżenta l-pjanijiet strateġiċi tiegħu, abbażi ta' stima tar-riskji, inkluża informazzjoni dwar l-iskjerament ta' persunal u tagħmir, lill-Aġenzija għall-opinjoni tagħha dwarhom.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).
Hija għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
Artikolu 21a
Restrizzjonijiet temporanji fuq l-ivvjaġġar lejn l-Unjoni
Ir-restrizzjonijiet temporanji fuq l-ivvjaġġar jistgħu jinkludu restrizzjonijiet temporanji fuq id-dħul fl-Istati Membri u restrizzjonijiet temporanji relatati mas-saħħa li jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni. Dawk ir-restrizzjonijiet temporanji relatati mas-saħħa jistgħu jinkludu l-ittestjar, il-kwarantina, u l-awtoiżolament.
Ir-restrizzjonijiet temporanji fuq l-ivvjaġġar lejn l-Unjoni għandhom ikunu proporzjonati u nondiskriminatorji. Fejn Stat Membru jadotta restrizzjonijiet aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni, dawk ir-restrizzjonijiet m’għandux ikollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni. Ir-restrizzjonijiet temporanji relatati mas-saħħa fuq persuni li jgawdu mid-dritt tal-moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2004/38/KE f’kull mument.
Il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin għandhom jiġu eżentati mir-restrizzjonijiet fuq id-dħul, indipendentement mill-iskop tal-ivvjaġġar tagħhom:
il-persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul skont id-Direttiva 2003/109/KE, persuni li jiksbu d-dritt tagħhom li jirrisjedu minn strumenti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali, inklużi l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jew persuni li għandhom viżi nazzjonali għal soġġorn twil, kif ukoll il-membri tal-familja rispettivi tagħhom.
Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu, fejn xieraq:
jidentifika, fejn meħtieġ min-natura tal-emerġenza tas-saħħa pubblika fuq skala kbira, il-kategoriji ta’ persuni li jwettqu vjaġġar essenzjali elenkati fl-Anness XI, il-parti B, li jridu jiġu eżentati mir-restrizzjonijiet fuq id-dħul;
jiddetermina kwalunkwe żona ġeografika jew pajjiż terz minn fejn l-ivvjaġġar jista’ jkun soġġett għal restrizzjonijiet jew eżenzjonijiet minn restrizzjonijiet, u jistabbilixxi proċedura għar-reviżjoni perjodika tas-sitwazzjoni ta’ tali żoni jew pajjiżi u tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti abbażi ta’ metodoloġija oġġettiva u kriterji oġġettivi, inkluża, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni epidemjoloġika;
jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-ivvjaġġar mhux essenzjali jista’ jiġi ristrett jew eżentat mir-restrizzjonijiet, inkluża prova li għandha tiġi ppreżentata biex tappoġġa l-eżenzjoni u l-kundizzjonijiet relatati mad-durata u n-natura tas-soġġorn fiż-żoni jew fil-pajjiżi msemmija fil-punt (b);
jirreferi għal restrizzjonijiet minimi temporanji relatati mas-saħħa li jistgħu jkunu soġġetti għalihom il-persuni msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b);
b’deroga mill-paragrafi 4 u 5 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fuq persuni li jwettqu vjaġġar essenzjali;
TITOLU III
FRUNTIERI INTERNI
KAPITOLU I
Assenza ta’ kontrolli fuq il-fruntieri fil-fruntieri interni
Artikolu 22
Qsim tal-fruntieri interni
Fruntieri interni jistgħu jinqasmu minn kull punt mingħajr ma jsiru verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom.
Artikolu 23
Verifiki fit-territorju
In-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni ma għandux jaffettwa:
l-eżerċizzju tas-setgħat tal-pulizija jew ta’ setgħat pubbliċi oħrajn mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fit-territorju tagħhom, inkluż fiż-żoni tal-fruntieri interni tagħhom, kif ikkonferiti lilhom mil-liġi nazzjonali, sa fejn l-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat ma jkollux effett ekwivalenti għal verifiki fuq il-fruntiera. L-eżerċizzju ta’ tali setgħat jista’ jinkludi, fejn xieraq, l-użu ta’ teknoloġiji ta’ monitoraġġ u sorveljanza ġeneralment użati fit-territorju għall-finijiet tal-indirizzar ta’ theddid għas-sigurtà pubblika jew għall-ordni pubbliku. L-eżerċizzju minn awtoritajiet kompetenti tas-setgħat tagħhom ma għandux, b’mod partikolari, jitqies ekwivalenti għall-eżerċizzju ta’ verifiki fuq il-fruntiera meta l-miżuri jissodisfaw kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
ma jkollhomx il-kontroll fuq il-fruntiera bħala l-objettiv tagħhom;
ikunu bbażati fuq informazzjoni ġenerali tal-pulizija jew, meta l-għan ikun li jitrażżan it-tixrid ta’ marda infettiva, fuq informazzjoni dwar is-saħħa pubblika, u l-esperjenza tal-awtoritajiet kompetenti rigward theddid possibbli għas-sigurtà pubblika jew għall-ordni pubbliku u jimmiraw, b’mod partikolari, lejn li:
ikunu mfassla u eżegwiti b’mod li jkun distint b’mod ċar mill-verifiki sistematiċi fuq persuni fil-fruntieri esterni, inkluż meta jitwettqu f’ċentri tat-trasport jew direttament abbord servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u meta jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju;
il-possibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jew għat-trasportaturi li jwettqu verifiki tas-sigurtà fuq persuni f’ċentri tat-trasport f’konformità mal-liġi nazzjonali, dment li tali verifiki jitwettqu wkoll fuq persuni li jivvjaġġaw fi ħdan Stat Membru;
il-possibbiltà għal Stat Membru li jipprevedi bil-liġi obbligu li wieħed jżomm fuqu jew iġorr karti u dokumenti;
il-possibbiltà għal Stat Membru li jipprevedi bil-liġi obbligu fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrapportaw il-preżenza tagħhom fit-territorju tiegħu u obbligu tal-maniġers tal-istabbilimenti li jipprovdu akkomodazzjoni biex jiżguraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jimlew u jiffirmaw formoli tar-reġistrazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ konjuġi li jakkumpanjawhom jew minuri li jakkumpanjawhom jew membri ta’ gruppi tal-ivvjaġġar, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 22 u 45, rispettivament, tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ verifiki fuq il-fruntieri komuni tagħhom (“il-Konvenzjoni ta’ Schengen”).
Artikolu 23a
Proċedura għat-trasferiment ta’ persuni maqbuda fiż-żoni tal-fruntiera interna
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, dan l-Artikolu jistabbilixxi l-proċedura għat-trasferiment ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz maqbud fiż-żoni tal-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 23, f’ċirkostanzi fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijietli ġejjin:
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jinqabad waqt verifiki li jinvolvu l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Stati Membri fil-qafas ta’ kooperazzjoni bilaterali, li tista’ tinkludi, b’mod partikolari, rondi konġunti tal-pulizija, dment li l-Istati Membri jkunu qablu li jużaw tali proċedura fi ħdan dak il-qafas ta’ kooperazzjoni bilaterali; u
ikun hemm indikazzjonijiet ċari li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun wasal direttament minn Stat Membru ieħor, u jiġi stabbilit li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkollu l-ebda dritt li joqgħod fit-territorju tal-Istat Membru fejn ikun wasal, abbażi tal-informazzjoni disponibbli minnufih għall-awtoritajiet li jaqbduh, inklużi dikjarazzjonijiet mill-persuna kkonċernata, dokumenti tal-identità, dokumenti tal-ivvjaġġar jew dokumenti oħrajn li jinstabu fuq dik il-persuna jew ir-riżultati tat-tfittxijiet imwettqa fil-bażijiet tad-data nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti.
Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tapplika għall-applikanti, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (13) tar-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) jew għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (4) tar-Regolament (UE) 2024/1347 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ).
Meta jsir trasferiment ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li l-Istat Membru ta’ trasferiment jippreżumi li huwa minuri, dak l-Istat Membru ta’ trasferiment għandu jinforma lill-Istat Membru riċeventi b’dik il-preżunzjoni u ż-żewġ Stati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri kollha fl-aħjar interessi tal-minuri u f’konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom.
Artikolu 24
Tneħħija ta’ ostakoli għat-traffiku f’punti ta’ qsim stradali fi fruntieri interni
L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli kollha għall-fluss fluwidu tat-traffiku fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri interni bit-triq, b’mod partikolari kwalunkwe limitu tal-veloċità mhux ibbażat esklussivament fuq kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza fit-toroq jew meħtieġ għall-użu tat-teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 23, il-punt (a).
Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom ikunu ppreparati biex jipprovdu għal faċilitajiet għal verifiki f’każ li jerġgħu jiddaħħlu kontrolli fuq il-fruntieri interni.
KAPITOLU II
Dħul mill-ġdid temporanju ta’ kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni
Artikolu 25
Qafas ġenerali għall-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni
Theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tista’, b’mod partikolari, titqies li tinħoloq minn:
inċidenti terroristiċi jew theddid, u theddid ikkawżat minn kriminalità organizzata serja;
emerġenzi tas-saħħa pubblika fuq skala kbira;
sitwazzjoni eċċezzjonali kkaratterizzata minn movimenti mhux awtorizzati fuq skala kbira għall-għarrieda ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bejn l-Istati Membri, li tagħmel pressjoni sostanzjali fuq ir-riżorsi u l-kapaċitajiet ġenerali ta’ awtoritajiet kompetenti mħejjija sew u li x’aktarx tpoġġi f’riskju l-funzjonament kumplessiv taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, kif evidenzjat mill-analiżi tal-informazzjoni u d-data kollha disponibbli, inkluż mill-aġenziji tal-Unjoni;
avvenimenti internazzjonali fuq skala kbira jew ta’ profil għoli;
Il-kontrolli fuq il-fruntieri jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid jew estiżi biss skont l-Artikoli 25a u 28 fejn Stat Membru jkun stabbilixxa li tali miżura tkun meħtieġa u proporzjonata, b’kont meħud tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 26(1) u, fejn tali kontrolli jiġu estiżi, b’kont meħud ukoll tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 26(2). Il-kontrolli fuq il-fruntieri jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid ukoll f’konformità mal-Artikolu 29, b’kont meħud tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 30.
L-istess theddida serja għandha titqies li tippersisti meta l-ġustifikazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru għall-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet bħal dawk li kienu ġġustifikaw l-introduzzjoni mill-ġdid inizjali tal-kontrolli fuq il-fruntieri.
Artikolu 25a
Proċedura għal każijiet li jeħtieġu azzjoni minħabba avvenimenti imprevedibbli jew prevedibbli
Meta Stat Membru jqis li hemm sitwazzjoni eċċezzjonali maġġuri fir-rigward ta’ theddida serja persistenti li tiġġustifika l-ħtieġa kontinwa ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni, li jaqbżu l-perjodu massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għandu jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni tiegħu għal perjodu addizzjonali ta’ mhux iktar minn sitt xhur. Dik in-notifika għandha ssir mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat qabel l-estensjoni ppjanata u, b’kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni maħruġa skont l-Artikolu 27a(3), għandha tinkludi valutazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 26(2):
li tissostanzja t-theddida kontinwa għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna;
li tissostanzja li miżuri alternattivi biex jirrimedjaw għat-theddida jitqiesu jew instabu li ma kinux effettivi fil-mument tan-notifika;
li tippreżenta l-miżuri ta’ mitigazzjoni meqjusa biex jakkumpanjaw il-kontrolli;
li tinkludi, fejn xieraq, preżentazzjoni tal-mezzi, l-azzjonijiet, il-kundizzjonijiet u l-iskeda ta’ żmien ikkunsidrati bil-ħsieb li jitneħħew il-kontrolli fuq il-fruntieri interni.
Fi żmien tliet xhur wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni ġdida dwar in-neċessità u l-proporzjonalità tal-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni. Wara li tirċievi dik in-notifika, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva proprja, jew fuq talba tal-Istat Membru affettwat direttament, tibda proċess ta’ konsultazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 27a(1).
Fejn, f’sitwazzjoni eċċezzjonali maġġuri, il-ħtieġa kontinwa ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni tiġi kkonfermata bħala riżultat tal-proċedura msemmija f’dan il-paragrafu, iżda l-perjodu addizzjonali ta’ sitt xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx biżżejjed biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ miżuri alternattivi effettivi biex tiġi indirizzata t-theddida persistenti, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jestendi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni għal perjodu addizzjonali ulterjuri u finali ta’ mhux aktar minn sitt xhur, f’konformità mal-valutazzjoni tar-riskju kif imsemmi fit-tieni subparagrafu. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel dan, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tadotta mingħajr dewmien rakkomandazzjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ tali estensjoni finali mat-Trattati, b’mod partikolari mal-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tidentifika wkoll, fejn xieraq ma’ Stati Membri oħra, il-miżuri effettivi ta’ kumpens li għandhom jiġu implimentati.
Artikolu 26
Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid u l-estensjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni
Sabiex jiġi stabbilit jekk l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni hijiex meħtieġa u proporzjonata f’konformità mal-Artikolu 25(2), Stat Membru għandu b’mod partikolari jivvaluta:
l-adegwatezza tal-miżura ta’ introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni, wara li titqies in-natura tat-theddida serja identifikata u, b’mod partikolari, jekk l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni x’aktarx tirrimedja b’mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna u jekk l-objettivi mixtieqa b’tali introduzzjoni mill-ġdid jistgħux jinkisbu:
bl-użu ta’ miżuri alternattivi bħal verifiki proporzjonati mwettqa fil-kuntest tal-verifiki fit-territorju kif imsemmi fl-Artikolu 23, il-punt (a);
bl-użu tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23a;
b’forom oħra ta’ kooperazzjoni tal-pulizija previsti skont il-liġi tal-Unjoni;
b’miżuri komuni rigward restrizzjonijiet temporanji fuq l-ivvjaġġar lejn l-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 21a(2);
l-impatt probabbli ta’ tali miżura fuq:
il-moviment ta’ persuni fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni; u
il-funzjonament tar-reġjuni transfruntiera, b’kont meħud tar-rabtiet soċjali u ekonomiċi b’saħħithom bejniethom.
Artikolu 27
Notifika tal-introduzzjoni mill-ġdid temporanja jew prolongazzjoni ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni u valutazzjoni tar-riskju
In-notifiki mill-Istati Membri dwar l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:
ir-raġunijiet għall-introduzzjoni mill-ġdid jew għall-estensjoni, inkluża d-data rilevanti kollha li tagħti dettalji tal-avvenimenti li jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna tagħhom;
l-ambitu tal-introduzzjoni mill-ġdid jew tal-estensjoni proposta, u jispeċifika f’liema parti jew partijiet tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni se jiġu introdotti mill-ġdid jew estiżi;
l-ismijiet tal-punti ta’ qsim awtorizzati;
id-data u d-durata tal-introduzzjoni mill-ġdid jew tal-estensjoni ppjanata;
il-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità msemmija fl-Artikolu 26(1) u, fil-każ ta’ estensjoni, fl-Artikolu 26(2);
fejn ikun xieraq, il-miżuri li għandhom jittieħdu minn Stati Membri oħra.
Notifika tista’ tiġi sottomessa b’mod konġunt minn żewġ Stati Membri jew aktar.
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw in-notifika billi jużaw il-mudell li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6.
Artikolu 27a
Konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-opinjoni tal-Kummissjoni
L-objettiv tal-konsultazzjoni għandu jkun li tiġi eżaminata b’mod partikolari t-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-introduzzjoni mill-ġdid maħsuba tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, b’kont meħud tal-adegwatezza ta’ miżuri alternattivi, u, jekk il-kontrolli tal-fruntieri diġà ġew introdotti mill-ġdid, l-impatt ta’ dan, kif ukoll il-modi kif tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri b’rabta mal-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni.
L-Istat Membru li jkun qed jippjana li jerġa’ jintroduċi jew jestendi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni għandu jqis ir-riżultati ta’ tali konsultazzjoni meta jiddeċiedi jekk jintroduċix mill-ġdid jew jestendix il-kontrolli fuq il-fruntieri interni u meta jwettaq il-kontrolli fuq il-fruntieri interni.
L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tinkludi mill-inqas:
valutazzjoni dwar jekk l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni tikkonformax mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità;
valutazzjoni dwar jekk miżuri alternattivi biex tiġi rrimedjata t-theddida serja identifikata ġewx esplorati biżżejjed;
Meta l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni tiġi vvalutata u titqies li tirrispetta l-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità, l-opinjoni għandu jkun fiha rakkomandazzjonijiet, fejn xieraq, dwar it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġi limitat l-impatt tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni u jingħata kontribut għat-tnaqqis tat-theddida persistenti.
Artikolu 28
Mekkaniżmu speċifiku fejn emerġenza tas-saħħa pubblika fuq skala kbira tpoġġi f’riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni
Artikolu 29
Proċedura speċifika fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni
Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu mill-anqas jindika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1)(a) sa (e).
Il-Kunsill jista' jirrakkomanda estensjoni f'konformità mal-kondizzjonijiet u proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Qabel ma Stat Membru jerġa' jintroduċi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni kollha tiegħu jew f'partijiet speċifiċi minnhom skont dan il-paragrafu, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar dan.
F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta r-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat u l-konsegwenzi fuq il-protezzjoni tal-interessi komuni taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni.
Artikolu 30
Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni meta ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni
Fejn, bħala l-aħħar soluzzjoni, il-Kunsill jirrakkomanda, f'konformità mal-Artikolu 29(2), l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' kontrolli ta' xi waħda jew aktar fruntieri jew ta' xi partijiet minnhom, huwa għandu jivvaluta sa fejn huwa probabbli li tali miżura tirrimedja adegwatament it-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, u għandu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma' dik it-theddida. Dik il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni dettaljata ppreżentata mill-Istat Membru jew l-Istati Membri konċernat(i) u mill-Kummissjoni u kull informazzjoni rilevanti oħra, inkluż kull informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Meta ssir tali valutazzjoni, għandu jittieħed kont b'mod partikolari tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin:
id-disponibbiltà ta' miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju li setgħu jiġu jew ġew invokati fil-livell nazzjonali jew fil-livell Ewropew, jew it-tnejn, inkluż assistenza minn korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni bħall-Aġenzija, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ) jew l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (“Europol”) stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, u sa fejn tali miżuri x'aktarx jirrimedjaw b'mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni;
l-impatt attwali u dak futur probabbli ta' kwalunkwe nuqqas serju relatat mal-kontroll fil-fruntieri esterni identifikat fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 u sa fejn tali nuqqas serju jikkostitwixxi theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni;
l-impatt probabbli tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri fuq il-moviment liberu ta' persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni.
Qabel ma tadotta proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 29(2), il-Kummissjoni tista:
titlob lill-Istati Membri, lill-Aġenzija, lill-Europol jew lil korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni biex jagħtuha aktar informazzjoni;
tagħmel visiti fuq il-post, bl-appoġġ ta' esperti mill-Istati Membri u tal-Aġenzija, l-Europol jew kwalunkwe korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti oħrajn tal-Unjoni, sabiex tikseb jew tivverifika informazzjoni rilevanti għal dik ir-rakkomandazzjoni.
Artikolu 31
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
Il-Kummissjoni u l-Istat Membru jew Stati Membri konċernati għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun b'kull raġuni li tista' tagħti lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 21 u l-Artikoli 25 sa 30.
Artikolu 32
Dispożizzjonijiet li għandhom japplikaw meta l-kontrolli fuq il-fruntiera jiġu introdotti mill-ġdid fil-fruntieri interni
Fejn jerġgħu jiġu introdotti kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni, id-dispożizzjonijiet rilevanti fit-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 33
Rapport dwar l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni
Artikolu 34
Informazzjoni għall-pubbliku
Il-Kummissjoni u l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-pubbliku b'manjiera koordinata dwar deċiżjoni għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni u jindika b'mod partikolari d-data tal-bidu u t-tmiem ta' tali miżura, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ta' sigurtà aktar importanti biex dan ma jsirx.
Artikolu 35
Kunfidenzjalità
Fuq it-talba tal-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri l-oħra, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun ingħatat b’konnessjoni mal-introduzzjoni mill-ġdid u l-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntiera u r-rapport li jkun tfassal skont l-Artikolu 33.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 36
Emendi għall-Annessi
Artikolu 37
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 37a
Proċedura ta’ urġenza
Artikolu 38
Proċedura ta' kumitat
Artikolu 39
Notifiki
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumissjoni dwar:
il-lista ta’ permessi ta’ residenza, li tiddistingwi bejn dawk koperti mill-Artikolu 2(16)(a) u dawk koperti mill-Artikolu 2(16)(b) u akkumpanjata minn kampjun għall-permessi koperti mill-Artikolu 2(16)(b). Il-karti ta' residenza maħruġa f'konformità mad-Direttiva 2004/38/KE għandhom ikunu speċifikament immarkati bħala tali u għandu jiġu pprovduti kampjuni għal dawk il-karti ta' residenza li ma nħarġux skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002;
il-lista tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera tagħhom;
l-ammonti ta’ referenza meħtieġa għall-qsim tal-fruntieri esterni tagħhom stabbiliti kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali;
il-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntieri;
kampjun tal-karti mudell maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin;
l-eċċezzjonijiet għar-regoli dwar il-qsim tal-fruntieri esterni msemmijin fl-Artikolu 5(2)(a);
l-istatistika msemmija fl-Artikolu 11(3);
iż-żoni meqjusa bħala reġjuni transfruntiera u kwalunkwe bidla rilevanti għalihom.
Artikolu 40
Traffiku lokali fuq il-fruntiera
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regoli tal-Unjoni dwar it-traffiku lokali fuq il-fruntiera u għal xi ftehim bilaterali eżistenti dwar it-traffiku lokali fuq il-fruntiera.
Artikolu 41
Ceuta u Melilla
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jaffettwaw ir-regoli speċjali li japplikaw għall-bliet ta’ Ceuta u Melilla, kif definit fid-Dikjarazzjoni tar-Renju ta’ Spanja dwar il-bliet ta’ Ceuta u Melilla fl-Att Finali tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 ( 21 ).
Artikolu 42
Notifika ta’ informazzjoni mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-Artikolu 23(c) u (d), bil-penali kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) u bil-ftehimiet bilaterali awtorizzati minn dan ir-Regolament. Bidliet sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati fi żmien ħamest ijiem.
L-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri għandha tiġi pubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 42a
Miżuri transitorji għall-Istati Membri li għadhom mhumiex joperaw l-EES
Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi imsemmija fl-Artikolu 6a (1) (b) u (c) ta’ dan ir-Regolament li jaqsmu l-fruntieri tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 66 (3) tar-Regolament (UE) 2017/2226 għandhom ikunu ttimbrati sistematikament mad-dħul u l-ħruġ.
Dawn l-obbligi tal-ittimbrar għandhom japplikaw ukoll meta l-verifiki fuq il-fruntiera jkunu mnaqqsa f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 42b
Notifika tar-reġjuni transfruntiera
Sal-11 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri kollha bi fruntieri interni komuni għandhom, f’kooperazzjoni mill-qrib, jiddeterminaw iż-żoni tat-territorju tagħhom meqjusa bħala reġjuni transfruntiera, b’kont meħud tar-rabtiet soċjali u ekonomiċi b’saħħithom bejniethom, u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan.
L-Istati Membri għandhom jinformaw ukoll lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla rilevanti fihom.
Artikolu 43
Mekkaniżmu ta' evalwazzjoni
L-evalwazzjonijiet jistgħu jikkonsistu minn visiti fuq il-post imħabbra jew għal għarrieda fi fruntieri esterni u interni.
F'konformità ma' dak il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-adozzjoni tal-programmi ta' evalwazzjoni multiannwali u annwali u r-rapporti ta' evalwazzjoni.
Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet serji fit-twettiq ta' kontrolli fuq il-fruntieri esterni f'rapport ta' evalwazzjoni adottat mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, għandhom japplikaw l-Artikoli 21 u 29 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 44
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness X.
Artikolu 45
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
ANNESS I
Dokumenti ta' prova biex jiġi vverifikat it-twettiq tal-kondizzjonijiet tad-dħul
Id-dokumenti ta' prova msemmija fl-Artikolu 6(3) jistgħu jinkludu dan li ġej:
għal vjaġġi ta' negozju:
stedina minn ditta jew awtorità sabiex wieħed jattendi laqgħat, konferenzi jew attivitajiet marbuta ma' kummerċ, industrija jew xogħol;
dokumenti oħra li juru l-eżistenza ta' relazzjonijiet kummerċjali jew relazzjonijiet għal finijiet ta' xogħol;
biljetti tad-dħul għal fieri u kungressi jekk wieħed ikun ser jattendi għal xi waħda minnhom.
għal vjaġġi li jsiru għall-finijiet ta' studju jew tipi oħra ta' taħriġ:
ċertifikat ta' reġistrazzjoni f'istitut ta' tagħlim sabiex wieħed jattendi korsijiet vokazzjonali jew teoretiċi fil-qafas ta' taħriġ bażiku jew aktar avvanzat;
karti tal-istudent jew ċertifikati għall-korsijiet li wieħed ikun segwa;
għal vjaġġi li jsiru għall-finijiet ta' turiżmu jew għal raġunijiet privati:
dokumenti ta' prova dwar l-alloġġ;
dokumenti ta' prova dwar l-itinerarju:
dokumenti ta' prova dwar ir-ritorn:
għal vjaġġi li jsiru għal avvenimenti politiċi, xjentifiċi, kulturali, sportivi jew reliġjużi jew għal raġunijiet oħra:
stediniet, biljetti tad-dħul, reġistrazzjonijiet jew programmi li jsemmu kull fejn hu possibbli l-isem tal-organizzazzjoni ospitanti u t-tul tas-soġġorn jew kwalunkwe dokument adatt ieħor li jindika l-għan taż-żjara.
ANNESS II
Reġistrazzjoni tal-informazzjoni
F'kull punt ta' qsim tal-fruntiera, l-informazzjoni kollha ta' servizz u kull informazzjoni oħra ta' importanza partikolari jridu jiġu rreġistrati b'mod manwali jew elettroniku. L-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata għandha tinkludi b'mod partikolari:
l-ismijiet tal-gwardji tal-fruntiera responsabbli lokalment għall-kontrolli fuq il-fruntiera u tal-uffiċjali l-oħra f'kull tim;
it-tnaqqis fil-kontrolli fuq persuni applikat skont l-Artikolu 9;
il-ħruġ, fil-fruntiera, ta' dokumenti minflok passaporti u viżi;
persuni li jinqabdu u lmenti (reati kriminali u kontravenzjonijiet amministrattivi);
persuni miċħuda milli jidħlu skont l-Artikolu 14 (raġunijiet għaċ-ċaħda u ċittadinanzi);
il-kodiċi ta' sigurtà ta' timbri tad-dħul u tal-ħruġ, l-identità tal-gwardji tal-fruntiera li jingħataw timbri f'xi data jew xift partikolari, kif ukoll l-informazzjoni dwar timbri mitlufa jew misruqa;
ilmenti minn persuni soġġetti għal kontrolli;
miżuri oħra ta' importanza partikolari min-naħa tal-pulizija jew ġudizzjarji;
ġrajjiet partikolari.
ANNESS III
Mudelli ta' tabelli li jidentifikaw il-korsiji fil-punti ta' qsim tal-fruntiera
PARTI A
( 22 )
PARTI B1: “viża mhux meħtieġa”;
PARTI B2: “il-passaporti kollha”.
PARTI C
PARTI D
Parti D1: Korsiji ta’ kontroll awtomatizzat fil-fruntiera għaċ-ċittadini tal-UE/ŻEE/CH
Ma hemmx għalfejn jintużaw l-istilel għall-Iżvizzera, għal-Liechtenstein, għan-Norveġja u għall-Iżlanda
Parti D2: Korsiji ta’ kontroll awtomatizzat fil-fruntiera għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi
Parti D3: Korsiji ta’ kontroll awtomatizzat fil-fruntiera għall-passaporti kollha
Parti E: Korsiji għall-Vjaġġaturi Reġistrati
ANNESS IV
Ittimbrar
1. Id-dokument tal-ivvjaġġar ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun detentur ta’ Dokument ta’ Transitu Faċilitat bil-Ferroviji maħruġ f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 693/2003 għandu jiġi ttimbrat mad-dħul u mal-ħruġ. Id-dokument tal-ivvjaġġar ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun detentur ta’ Dokument ta’ Transitu Faċilitat maħruġ f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 693/2003 u li jagħmel it-transitu tiegħu bil-ferrovija u li ma jiżbarkax fit-territorju ta’ Stat Membru għandu jiġi ttimbrat ukoll mad-dħul u mal-ħruġ. Barra minn hekk, meta previst espliċitament mil-liġi nazzjonali tiegħu, Stat Membru jista’ jittimbra mad-dħul u mal-ħruġ id-dokument tal-ivvjaġġar ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkollu permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn twil maħruġa minn dak l-istess Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.
Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jidħol jew joħroġ, abbażi ta’ viża nazzjonali għal soġġorn qasir maħruġa għal dħul wieħed jew għal żewġ daħliet, mit-territorju ta’ Stat Membru li għadu ma applikax b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen iżda li jopera l-EES għandhom jiġu ttimbrati mad-dħul u mal-ħruġ.
1a. L-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawn it-timbri huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen SCH/COM-EX (94) 16 rev u SCH/Gem-Handb (93) 15 (KUNFIDENZJALI).
2. Il-kodiċi ta' sigurtà fuq it-timbri għandhom jiġu mibdula f'intervalli regolari ta' mhux iktar minn xahar.
2a. Meta ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li għandhom l-obbligu li jkollhom viża u l-obbligu tal-ittimbrar, jidħlu u joħorġu, it-timbru għandu jsir fuq il-paġna faċċata ta’ dik li fuqha jkun hemm imwaħħla l-viża. Madankollu, jekk dik il-paġna ma tistax tintuża, it-timbru għandu jiddaħħal fuq il-paġna li jmiss. Il-parti li tinqara mill-magna m’għandhiex tiġi ttimbrata.
▼M3 —————
4. L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kodiċi ta' sigurtà tat-timbri għad-dħul u l-ħruġ użati fil-punti ta' qsim tal-fruntiera u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dawn. Dawn il-punti ta' kuntatt għandu jkollhom mingħajr dewmien aċċess għal informazzjoni dwar timbri komuni tad-dħul u l-ħruġ użati fil-fruntiera esterna tal-Istat Membru konċernat, u b'mod partikolari għal informazzjoni dwar dan li ġej:
il-punt ta' qsim tal-fruntiera li għalih jiġi assenjat timbru partikolari;
l-identità tal-gwardja tal-fruntiera li lilu jiġi assenjat timbru partikolari fi kwalunkwe ħin partikolari;
il-kodiċi ta' sigurtà ta' timbru partikolari fi kwalunkwe ħin partikolari.
Kwalunkwe mistoqsija dwar timbri komuni tad-dħul u tal-ħruġ għandha ssir permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali msemmija hawn fuq.
Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom jgħaddu minnufih lill-punti ta' kuntatt l-oħra, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u lill-Kummissjoni informazzjoni dwar tibdil fil-punti ta' kuntatt kif ukoll dwar timbri mitlufa u misruqa.
ANNESS V
PARTI A
Proċeduri għaċ-ċaħda ta' dħul fil-fruntiera
1. Meta jiċħad dħul, il-gwardja tal-fruntiera kompetenti għandu:
jimla l-formola standard għal dħul miċħud, kif muri fil-Parti B. Iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat għandu jiffirma l-formola u għandu jingħata kopja tal-formola ffirmata. Jekk iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jirrifjuta li jiffirma, il-gwardja tal-fruntiera għandu jindika dan ir-rifjut fil-formola taħt it-taqsima “kummenti”;
għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-dħul għal soġġorn qasir ġie miċħud, tiġi rreġistrata fl-EES id-data dwar iċ-ċaħda tad-dħul f’konformità mal-Artikolu 6a(2) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226;
il-viżi jiġu annullati jew revokati, jekk ikun il-każ, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
għal ċittadin ta’ pajjiż terz li r-rifjut tad-dħul tiegħu m’għandux ikun irreġistrat fl-EES, għandu jitwaħħal timbru tad-dħul fuq il-passaport, maqtugħ b’salib b’linka sewda li ma titħassarx, u biswitu fuq in-naħa tal-lemin, ukoll b’linka li ma titħassarx, tinkiteb/jinkitbu l-ittra/ittri li tikkorrispondi/jikkorrispondu għar-raġuni(jiet) għar-rifjut ta’ dħul, li l-lista tagħhom hija mogħtija fuq il-formola standard għal dħul miċħud kif tidher fil-Parti B ta’ dan l-Anness. Barra minn hekk, għal dawn il-kategoriji ta’ persuni, il-gwardja tal-fruntiera għandha tniżżel kull ċaħda tad-dħul f’reġistru jew f’lista fejn tiddikjara l-identità u n-nazzjonalità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, ir-referenzi tad-dokument li jawtorizza liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz biex jaqsam il-fruntiera u r-raġuni għaliex inċaħad id-dħul, u d-data ta’ tali ċaħda.
L-arranġamenti prattiċi għall-ittimbrar jinstabu fl-Anness IV.
2. Jekk ċittadin ta' pajjiż terz, imċaħħad milli jidħol, ikun twassal fil-fruntiera minn trasportatur, l-awtorità lokalment responsabbli għandha:
tordna lit-trasportatur jinkariga ruħu miċ-ċittadin ta' pajjiż terz u jittrasportah mingħajr dewmien lejn il-pajjiż terz minn fejn ikun inġieb, lejn il-pajjiż terz li jkun ħareġ id-dokument li jawtorizzah jaqsam il-fruntiera, jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor fejn huwa ggarantit il-permess tad-dħul, jew li jsib mezz ta' tkomplija tat-trasportazzjoni skont l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni ta' Schengen u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE ( 23 );
sakemm titkompla t-trasportazzjoni, tieħu miżuri xierqa, skont il-liġi nazzjonali u wara li tqis iċ-ċirkostanzi lokali, biex ma tħallix li jidħlu illegalment iċ-ċittadini ta' pajjiż terz imċaħħda milli jidħlu.
3. Jekk ikun hemm raġunijiet kemm sabiex ċittadin ta' pajjiż terz jiġi mċaħħad milli jidħol kif ukoll sabiex jiġi arrestat, il-gwardja tal-fruntiera għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet responsabbli biex jiddeċiedu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed skont il-liġi nazzjonali.
PARTI B
Formola standard għaċ-ċaħda ta' dħul fil-fruntiera
ANNESS VI
Regoli speċifiċi għal tipi differenti ta' fruntieri u l-mezzi differenti ta' trasport użati biex jinqasmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri
1. Fruntieri tal-art
1.1. Verifiki fuq it-traffiku stradali
1.1.1. |
Sabiex ikunu żgurati verifiki effettivi fuq persuni, filwaqt li jkunu żgurati s-sigurtà u li t-traffiku stradali jibqa' għaddej mingħajr diffikultajiet, iċ-ċaqliq fil-punti ta' qsim tal-fruntiera għandhom ikunu regolati b'mod xieraq. F'każ ta' bżonn, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali biex jikkanalizzaw u jimblukkaw it-traffiku. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan skont l-Artikolu 42. |
1.1.2. |
Fil-fruntieri tal-art, l-Istati Membri jistgħu, fejn iqisu li hu xieraq u jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu, jinstallaw passaġġi jew iħaddmu korsiji separati f'ċerti punti ta' qsim tal-fruntiera, skont l-Artikolu 10. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu ma jużawx passaġġi jew korsiji separati fi kwalunkwe ħin, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fejn it-traffiku u l-kondizzjonijiet tal-infrastruttura jeħtieġu hekk. L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li jiġu installati passaġġi u korsiji separati fil-punti ta' qsim tal-fruntiera esterna. |
1.1.3. |
Bħala regola ġenerali, persuni li jivvjaġġaw f'vetturi jistgħu jibqgħu ġo fihom waqt il-verifiki. Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk, il-persuni jistgħu jiġu mitluba joħorġu mill-vetturi tagħhom. Verifiki bir-reqqa għandhom isiru, jekk iċ-ċirkostanzi lokali jippermettu, f'postijiet magħżula għal dak il-għan. Fl-interess tas-sigurtà tal-persunal, il-verifiki għandhom jitwettqu, fejn jista' jkun, minn żewġ gwardji tal-fruntiera. |
1.1.4. |
Punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri 1.1.4.1. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu jew iżommu ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi terzi ġirien tagħhom rigward l-istabbiliment ta’ punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri, fejn il-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru u l-gwardji tal-fruntiera tal-pajjiż terz iwettqu verifiki tal-ħruġ u tad-dħul wieħed wara l-ieħor f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom fit-territorju tal-parti l-oħra. Il-punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri jistgħu jkunu fit-territorju tal-Istat Membru jew fit-territorju ta' pajjiż terz. 1.1.4.2. Punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru: ftehimiet bilaterali li jistabbilixxu punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jinkludu awtorizzazzjoni għal gwardji ta’ pajjiżi terzi biex jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom fl-Istat Membru, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
Protezzjoni internazzjonali: ċittadin ta' pajjiż terz li jitlob protezzjoni internazzjonali fit-territorju ta' Stat Membru għandu jingħata aċċess għal proċeduri rilevanti tal-Istat Membru skont l-acquis tal-Unjoni dwar l-asil.
(b)
L-arrest ta' persuna jew is-sekwestru ta' proprjetà: jekk gwardji tal-fruntieri ta' pajjiż terz isiru konxji mill-fatti li jiġġustifikaw l-arrest jew it-tqegħid taħt protezzjoni ta' persuna jew is-sekwestru ta' proprjetà, huma għandhom jinformaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru b'dawn il-fatti u l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jiżguraw segwitu adatt skont il-liġi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, indipendentement miċ-ċittadinanza tal-persuna konċernata.
(c)
Persuni li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni u li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni: il-gwardji tal-fruntiera ta’ pajjiżi terzi m’għandhomx iżommu lill-persuni li jgawdu d-dritt ta’ moviment liberu taħt il-liġi tal-Unjoni milli jidħlu fit-territorju tal-Unjoni. Jekk ikun hemm raġunijiet li jiġġustifikaw ċaħda għall-ħruġ mill-pajjiż terz ikkonċernat, il-gwardji tal-fruntiera tal-pajjiż terz għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar dawn ir-raġunijiet u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-każ ikun segwit b’mod xieraq skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni u l-liġi internazzjonali. 1.1.4.3. Punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju tal-pajjiż terz: ftehimiet bilaterali li jistabbilixxu punti kondiviżi għall-qsim tal-fruntieri li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jinkludu awtorizzazzjoni għal gwardji ta’ pajjiżi terzi biex jeżerċitaw id-dmirijiethom fil-pajjiż terz. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe kontroll imwettaq mill-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri f'punt kondiviż għall-qsim tal-fruntieri li jinsab fit-territorju ta' pajjiż terz għandu jitqies li jitwettaq fit-territorju tal-Istat Membru konċernat. Il-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri għandhom jeżerċitaw dmirijiethom skont dan ir-Regolament u jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
Protezzjoni internazzjonali: ċittadin ta' pajjiż terz li jkun għadda minn kontroll tal-ħruġ magħmul minn gwardji tal-fruntiera ta' pajjiż terz u sussegwentement jitlob il-protezzjoni internazzjonali lill-gwardji ta' Stat Membru li jkunu preżenti fil-pajjiż terz, għandu jingħata aċċess għall-proċeduri rilevanti tal-Istat Membru skont l-acquis tal-Unjoni dwar l-asil. L-awtoritajiet ta' pajjiż terz għandhom jaċċettaw it-trasferiment tal-persuna konċernata fit-territorju tal-Istati Membri.
(b)
L-arrest ta' persuna jew is-sekwestru ta' proprjetà: jekk xi gwardji tal-fruntiera ta' Stat Membru jsiru konxji minn fatti li jiġġustifikaw l-arrest jew l-għoti ta' protezzjoni lil persuna jew is-sekwestru ta' propjetà, huma għandhom jaġixxu skont il-liġi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali. L-awtoritajiet ta' pajjiż terz għandhom jaċċettaw it-trasferiment tal-persuna jew l-oġġett ikkonċernat fit-territorju ta' Stat Membru.
(c)
Aċċess għas-sistemi tal-IT: il-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw is-sistemi ta' informazzjoni biex jipproċessaw data personali skont l-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiġu permessi jistabbilixxu l-miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà mitlubin mil-liġi tal-Unjoni sabiex tkun protetta d-data personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telf aċċidentali, it-tibdil, l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat, inkluż l-aċċess mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi. 1.1.4.4. L-Istat Membru konċernat għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim mal-liġi tal-Unjoni qabel ma jikkonkludi jew jemenda kwalunkwe ftehim bilaterali dwar punti kondiviżi ta’ qsim tal-fruntiera ma’ pajjiżi terzi ġirien. Ftehimiet bilaterali diġà eżistenti għandhom jiġi nnotifikati lill-Kummissjoni sal-20 ta' Jannar 2014. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-ftehim ikun inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, din għandha tinnotifika lill-Istat Membru konċernat. L-Istat Membru għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jemenda l-ftehim fi żmien raġonevoli b'tali mod li jelimina l-inkompatibbiltajiet stabbiliti. |
1.2. Verifiki fuq it-traffiku ferrovjarju
1.2.1. |
Għandhom jitwettqu verifiki kemm fuq il-passiġġieri u kif ukoll fuq l-ekwipaġġ ta' ferroviji li jaqsmu l-fruntieri esterni, inklużi dawk fuq ferroviji tal-merkanzija jew ferroviji vojta. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar kif għandhom jitwettqu dawk il-verifiki, b'rispett tal-prinċipji stipulati fil-punt 1.1.4. Dawk il-verifiki għandhom jitwettqu b’wieħed mill-metodi li ġejjin:
—
fl-ewwel stazzjon tal-wasla jew fl-aħħar stazzjon tat-tluq fit-territorju ta' Stat Membru;
—
fuq il-ferrovija, waqt tranżitu bejn l-aħħar stazzjon tat-tluq f’pajjiż terz u l-ewwel stazzjon tal-wasla fit-territorju ta’ Stat Membru jew viċeversa;
—
fl-aħħar stazzjon tat-tluq jew fl-ewwel stazzjon tal-wasla fit-territorju ta' pajjiż terz.
|
1.2.2. |
Barra minn hekk, u sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji tal-passiġġieri b'veloċità għolja, l-Istati Membri li jkunu fuq l-itinerarju ta' dawn il-ferroviji minn pajjiżi terzi jistgħu wkoll jiddeċiedu, bi qbil komuni mal-pajjiżi terzi konċernati u b’rispett tal-prinċipji stipulati fil-punt 1.1.4., li jwettqu verifiki fuq il-persuni fuq ferroviji li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
—
fl-istazzjonijiet f'pajjiż terz fejn il-persuni jimbarkaw fuq il-ferrovija;
—
fl-istazzjonijiet fejn il-persuni jiżbarkaw fit-territorju tal-Istati Membri;
—
fuq il-ferrovija waqt it-transitu bejn l-istazzjonijiet fit-territorju ta' pajjiż terz u l-istazzjonjiet fit-territorju tal-Istati Membri, bil-kondizzjoni li l-persuni jibqgħu fuq il-ferrovija.
|
1.2.3. |
Fir-rigward ta' ferroviji b'veloċità għolja minn pajjiżi terzi li jagħmlu diversi waqfiet fit-territorju tal-Istati Membri, jekk it-trasportatur ferrovjarju jkun f'pożizzjoni li jtella' passiġġieri esklużivament għall-kumplament tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istati Membri, tali passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul fuq il-ferrovija jew fl-istazzjon tad-destinazzjoni ħlief fejn il-kontrolli jkunu twettqu skont il-punti 1.2.1. jew 1.2.2. l-ewwel inċiż. Il-persuni li jixtiequ jaqbdu l-ferrovija esklużivament għall-kumplament tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istati Membri għandhom jirċievu avviż ċar qabel it-tluq tal-ferrovija li huma ser ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul matul il-vjaġġ jew fl-istazzjoni tad-destinazzjoni. |
1.2.4. |
Meta jivvjaġġaw fid-direzzjoni opposta, il-persuni abbord tal-ferrovija ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ħruġ taħt arranġamenti simili. |
1.2.5. |
Il-gwardja tal-fruntiera jista' jordna li l-ispazji vojta tal-vaguni jiġi spezzjonat jekk meħtieġ bl-għajnuna tal-ispettur tal-ferrovija, biex jiġi żgurat li persuni jew oġġetti soġġetti għall-verifiki tal-fruntiera ma jkunux moħbija fihom. |
1.2.6. |
Fejn hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li persuni li ġew irrapportati jew issuspettati li wettqu xi reat, jew ċittadini ta' pajjiż terz li bi ħsiebhom jidħlu illegalment, qed jistaħbew fuq ferrovija, il-gwardja tal-fruntiera, jekk ma jistax jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu, għandu jgħarraf lill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jew lejn it-territorju tagħhom qed tivvjaġġa l-ferrovija. |
2. Fruntieri tal-ajru
2.1. Proċeduri għal verifiki f'ajruporti internazzjonali
2.1.1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-ajruport jieħu l-miżuri meħtieġa biex jifred fiżikament iċ-ċirkolazzjoni tal-passiġġieri fuq titjiriet interni miċ-ċirkolazzjoni ta' passiġġieri fuq titjiriet oħra. Għandha titpoġġa infrastruttura xierqa fl-ajurporti internazzjonali kollha għal dak il-għan.
2.1.2. Il-post fejn jitwettqu l-verifiki tal-fruntiera għandhom jiġi determinat skont il-proċedura li ġejja:
Il-passiġġieri fuq titjira minn pajjiż terz li jimbarkaw fuq titjira interna għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul fl-ajruport tal-wasla tat-titjira minn pajjiż terz. Il-passiġġieri fuq titjira interna li jimbarkaw fuq titjira lejn pajjiż terz (passiġġieri fuq trasferiment) għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-ħruġ fl-ajruport tat-tluq ta' din it-titjira tal-aħħar;
Għal titjiriet minn jew lejn pajjiż terz li m'għandhomx passiġġieri fuq trasferiment u titjiriet li jieqfu għal aktar minn darba fl-ajruporti tal-Istati Membri mingħajr ma jinbidel l-inġenju tal-ajru:
passiġġieri fuq titjiriet minn jew lejn pajjiż terz fejn m'hemmx trasferiment qabel jew wara fit-territorju tal-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal kontroll tad-dħul fl-ajruport tad-dħul u verifika tal-ħruġ fl-ajruport tal-ħruġ;
passiġġieri fuq titjiriet minn jew lejn pajjiż terz b'aktar minn waqfa waħda fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr ma jinbidel l-inġenju tal-ajru (passiġġieri fuq transitu), u sakemm ma jistgħux jimbarkaw passiġġieri fuq l-ajruplan għall-parti tal-vjaġġ li tinsab fit-territorju tal-Istati Membri, għandhom ikunu soġġetti għal verifika tad-dħul fl-ajruport tal-wasla u verifika tal-ħruġ fl-ajruport tat-tluq;
fejn linja tal-ajru tista', għal titjiriet minn pajjiż terz b'aktar minn waqfa waħda fit-territorju tal-Istati Membri, ittella' passiġġieri abbord biss għall-parti tal-vjaġġ li jkun fadal f'dan it-territorju, il-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-ħruġ fl-ajruport tat-tluq u verifika tad-dħul fl-ajruport tal-wasla.
Verifiki fuq passiġġieri li, waqt dawn il-waqfiet, diġà jkunu abbord l-inġenju tal-ajru u ma jkunux telgħu abbord fit-territorju tal-Istati Membri għandhom jitwettqu skont il-punt (ii). Il-proċedura bil-maqlub għandha tapplika għal din il-kategorija ta' titjiriet fejn il-pajjiż tad-destinazzjoni huwa pajjiż terz.
2.1.3. Verifiki fuq il-fruntiera m'għandhomx normalment jitwettqu fuq l-inġenju tal-ajru jew fil-kanċell tal-imbarkazzjoni, sakemm ma jkunux ġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali. Sabiex jiġi żgurat li, fl-ajruporti deżinjati bħala punti ta' qsim tal-fruntiera, issir verifika fuq il-persuni skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 sa 14, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-ajruport jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkanalizzaw it-traffiku tal-passiġġieri lejn il-faċilitajiet riservati għall-verifiki.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-ajruport jieħu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallix li persuni mhux awtorizzati jidħlu u joħorġu miż-żoni riservati, per eżempju ż-żona ta' transitu. Verifiki m'għandhomx normalment jitwettqu fiż-żona ta' transitu, sakemm mhux ġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali; b'mod partikolari verifiki f'din iż-żona jistgħu jitwettqu fuq persuni sottomessi għal viża ta' transitu ta' ajruport sabiex jiġi verifikat li huma fil-pussess ta' tali viża.
2.1.4. Fejn, f'każijiet ta' forza maġġuri jew periklu imminenti jew fuq l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet, ajruplan fuq titjira minn pajjiż terz ikollu jillandja f'post li mhux punt ta' qsim tal-fruntiera, dak l-ajruplan jista' jkompli t-titjira tiegħu biss wara awtorizzazzjoni mill-gwardji tal-fruntiera u mill-awtoritajiet tad-dwana. L-istess għandu japplika fejn ajruplan fuq titjira minn pajjiż terz jillandja mingħajr permess. Fi kwalunkwe każ, l-Artikoli 7 sa 14 għandhom japplikaw għal kontrolli fuq persuni fuq tali inġenju tal-ajru.
2.2. Proċeduri għal verifiki fl-ajrudromijiet
2.2.1. Għandu jiġi żgurat li jsiru verifiki wkoll fuq il-persuni, skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 14, fl-ajruporti li m'għandhomx l-istatus ta' ajurport internazzjonali skont il-liġi nazzjonali rilevanti (“ajrudromijiet”) iżda li minnhom huma awtorizzati l-passaġġi ta' rotot ta' titjiriet minn jew lejn pajjiż terz.
2.2.2. B'deroga mill-punt 2.1.1. m'għandux ikun meħtieġ li jsiru arranġamenti adatti fl-ajrudromijiet biex jiġi żgurat li d-dħul ta' passiġġieri minn titjiriet interni u titjiriet oħra jiġu mifruda fiżikament, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 300/2008 ( 24 ). Barra minn dan, fejn il-volum ta' traffiku huwa baxx, il-gwardji tal-fruntiera ma jeħtiġux ikunu preżenti fil-ħinijiet kollha, sakemm ikun hemm garanzija li l-persunal meħtieġ jista' jinġieb fil-post f'ħin debitu.
2.2.3. Meta l-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera ma tkunx żgurata fil-ħinijiet kollha fl-ajrudrom, l-amministratur ta' dan l-ajrudrom għandu jinforma biżżejjed minn qabel lill-gwardi tal-fruntiera dwar il-wasla u t-tluq ta' inġenji tal-ajru fuq titjiriet minn jew lejn pajjiż terz.
2.3. Verifiki fuq prsuni fuq titjiriet privati
2.3.1. Fil-każ ta' titjiriet privati minn jew lejn pajjiż terz l-kaptan għandu jittrażmetti lill-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru tad-destinazzjoni u, fejn xieraq, lill-Istat Membru tal-ewwel dħul, qabel ma jibda t-titjira, dikjarazzjoni ġenerali li tinkludi inter alia pjan tat-titjira skont l-Anness 2 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u informazzjoni dwar l-identitajiet tal-passiġġieri.
2.3.2. Fejn titjiriet privati li jkunu ġejjin minn pajjiż terz u destinati lejn Stat Membru jagħmlu waqfiet fit-territorju ta' Stati Membri oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul għandhom iwettqu verifiki ta' fuq il-fruntiera u jwaħħal timbru tad-dħul mad-dikjarazzjoni ġenerali msemmija fil-punt 2.3.1.
2.3.3. Fejn teżisti inċertezza jekk titjira hix esklużivament ġejja minn, jew sejra biss lejn, it-territorji tal-Istati Membri mingħajr ma tillandja fit-territorju ta' xi pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki fuq il-persuni fl-ajruporti u fl-ajrudromijiet skont il-punti 2.1 sa 2.2.
2.3.4. L-arranġamenti għad-dħul u l-ħruġ ta' gliders, ajruplani ħfief ħafna (micro-light), ħelikopters, ajruplani ta' skala żgħira li jistgħu jtiru għal distanzi qosra biss u diriġibbli għandhom jiġu stabbiliti mil-liġi nazzjonali u, fejn hu applikabbli, minn ftehimiet bilaterali.
3. Fruntieri marittimi
3.1. Proċeduri ta' verifika ġenerali fuq it-trasport marittimu
3.1.1. Verifiki fuq bastimenti għandhom jitwettqu fil-port tal-wasla jew tat-tluq, jew f'żona maħsuba għal dak il-għan, li tkun tinsab eżatt fil-qrib tal-bastiment jew abbord il-bastiment fl-ilmijiet territorjali kif iddefinit mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet li permezz tagħhom ikunu jistgħu jitwettqu wkoll verifiki waqt il-qsim jew, mal-wasla jew t-tluq tal-bastiment, fit-territorju ta’ pajjiż terz, b’rispett tal-prinċipji stipulati fil-punt 1.1.4.
3.1.2. Il-kaptan, l-aġent tal-bastiment jew kwalunkwe persuna oħra debitament awtorizzata mill-kaptan jew awtentikata b'mod aċċettabbli għall-awtorità pubblika konċernata (fiż-żewġ istanzi “il-kaptan”), għandu jħejji lista tal-membri tal-ekwipaġġ u ta’ kwalunkwe passiġġier li jkun fiha l-informazzjoni mitluba fil-formoli 5 (lista tal-membri tal-ekwipaġġ) u 6 (lista tal-passiġġieri) tal-Konvenzjoni dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (Konvenzjoni tal-FAL) kif ukoll, fejn applikabbli, in-numru tal-viża jew tal-permess ta’ residenza:
Il-kaptan għandu jibgħat il-lista(i) lill-gwardji tal-fruntieri jew, jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi dan, lil awtoritajiet rilevanti oħrajn li għandhom jibagħtu l-lista(listi) mingħajr dewmien lill-gwardji tal-fruntieri.
3.1.3. Konferma ta' riċevuta (kopja ffirmata tal-lista(listi) jew konferma ta' riċevuta b'mod elettroniku) għandha tintbagħat lura lill-kaptan mill-gwardji tal-fruntieri jew mill-awtoritajiet imsemmijin fil-punt 3.1.2., li għandhom juruha jekk jiġu mitluba, meta l-bastiment ikun fil-port.
3.1.4. Il-kaptan għandu jirrapporta immedjatament lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ jew fin-numru ta’ passiġġieri.
Barra minn hekk, il-kaptan għandu jinnotifika minnufih lill-awtoritajiet kompetenti, u fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 3.1.2., dwar il-preżenza abbord ta' passiġġieri klandestini. Il-passiġġieri klandestini, madankollu, jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kaptan.
B’deroga mill-Artikoli 5 u 8, m’għandhomx isiru verifiki sistematiċi fil-fruntiera fuq persuni li jkunu qegħdin abbord. Madankollu għandha ssir spezzjoni tal-bastiment u verifiki dwar il-persuni abbord mill-gwardji tal-fruntiera biss meta dan ikun iġġustifikat fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.
3.1.5. Il-kaptan tal-bastiment għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bit-tluq tal-bastiment f'ħin debitu u skont ir-regoli li jkunu fis-seħħ fil-port ikkonċernat.
3.2. Proċeduri ta' verifiki speċifiċi għal ċerti tipi ta' tbaħħir
3.2.1. Il-kaptan ta’ bastiment tal-kruċieri għandu jibgħat lill-awtorità kompetenti l-itinerarju u l-programm tal-kruċiera, hekk kif dawn ikunu ġew stabbiliti u mhux aktar tard minn fil-limitu taż-żmien stipulat fil-punt 3.1.2.
3.2.2. Jekk l-itinerarju ta' bastiment tal-kruċiera jikkonsisti esklużivament minn portijiet li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri, b'deroga mill-Artikoli 5 u 8, m'għandhom jitwettqu l-ebda verifiki ta' fuq il-fruntiera u l-bastiment tal-kruċiera jista' jittrakka f'portijiet li m'humiex punti ta' qsim tal-fruntiera.
Madankollu, għandhom jitwettqu verifiki fuq l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' dawk il-bastimenti biss meta dan ikun iġġustifikat abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.
3.2.3. Jekk l-itinerarju ta' bastiment tal-kruċiera jikkonsisti kemm minn portijiet li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri kif ukoll minn portijiet li jinsabu f' pajjiż terz, b'deroga mill-Artikolu 8, il-kontrolli fuq il-fruntiera għandhom jitwettqu kif ġej:
Meta l-bastiment tal-kruċiera jkun ġej minn port li jinsab f'pajjiż terz u jidħol għall-ewwel darba f'port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul abbażi tal-listi nominali tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri, kif imsemmi fil-punt 3.1.2.
Passiġġieri li jinżlu l-art għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul skont l-Artikolu 8 ħlief jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali turi li m'hemm l-ebda ħtieġa li jitwettqu tali verifiki;
Meta l-bastiment tal-kruċiera jkun ġej minn port li jinsab f' pajjiż terz u jerġa' jidħol f'port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul abbażi tal-listi nominali tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kif imsemmi fil-punt 3.1.2 safejn dawn il-listi jkunu ġew modifikati minn meta l-bastiment tal-kruċiera kien daħal fil-port preċedenti li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru.
Passiġġieri li jinżlu l-art għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul skont l-Artikolu 8 ħlief jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali turi li m'hemm l-ebda ħtieġa li jitwettqu tali verifiki;
Meta l-bastiment tal-kruċiera jkun ġej minn port li jinsab fi Stat Membru u jidħol f'tali port, il-passiġġieri li jinżlu l-art għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dħul skont l-Artikolu 8 jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali teħtieġ hekk;
Meta bastiment tal-kruċiera jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru lejn port f'pajjiż terz, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal kontroll tal-ħruġ abbażi tal-listi nominali tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri.
Jekk valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali teħtieġ hekk, il-passiġġieri li jitilgħu abbord għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ħruġ skont l-Artikolu 8.
Meta bastiment tal-kruċiera jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru lejn tali port, m'għandhom jitwettqu l-ebda verifiki tal-ħruġ.
Madankollu, għandhom jitwettqu verifiki fuq l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' dawk il-bastimenti biss meta dawn ikunu ġġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.
3.2.4. B'deroga mill-Artikoli 5 u 8, il-persuni abbord ta' dgħajjes tad-divertiment li jkunu ġejjin minn jew qed jitilqu lejn port li jinsab fi Stat Membru m'għandhomx ikunu soġġetti għal kontrolli fuq il-fruntiera u jistgħu jidħlu f'port li mhux punt ta' qsim tal-fruntiera.
Madankollu, meta skont il-valutazzjoni tar-riskji tal-immigrazzjoni illegali, u b'mod partikolari fejn il-kosta ta' pajjiż terz tinsab fil-viċinanza immedjata tat-territorju tal-Istat Membru konċernat, għandhom jitwettqu verifiki fuq dawn il-persuni u/jew tfittxija fiżika fid-dgħajjes tad-divertiment.
3.2.5. B'deroga mill-Artikolu 5, dgħajsa tad-divertiment li tkun ġejja minn pajjiż terz tista', f'każijiet eċċezzjonali, tidħol f'port li m'hux punt ta' qsim tal-fruntiera. F'dawn il-każijiet, il-persuni abbord għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-port sabiex jiġu awtorizzati jidħlu f'dan il-port. L-awtoritajiet tal-port għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet fl-eqreb port deżinjat bħala punt ta' qsim tal-fruntiera sabiex jirrapportaw il-wasla tad-dgħajsa. Id-dikjarazzjoni dwar il-passiġġieri għandha ssir billi l-lista tal-persuni abbord tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tal-port. Din il-lista għandha ssir disponibbli għall-gwardji tal-fruntiera, sa mal-wasla l-aktar tard.
Bl-istess mod, jekk għal raġunijiet ta' forza maġġuri d-dgħajsa tad-divertiment li tkun ġejja minn pajjiż terz ikollha tittrakka f'port li mhux punt ta' qsim tal-fruntiera, l-awtoritajiet tal-port għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet fl-eqreb port deżinjat bħala punt ta' qsim tal-fruntiera sabiex jirrapportaw il-preżenza tad-dgħajsa.
3.2.6. Waqt dawn il-verifiki, għandu jiġi sottomess dokument li fih il-karatteristiċi tekniċi kollha tad-dgħajsa u l-ismijiet tal-persuni abbord. Kopja ta' dan id-dokument għandha tingħata lill-awtoritajiet fil-portijiet tad-dħul u tat-tluq. Sakemm id-dgħajsa tibqa' fl-ilmijiet territorjali ta' wieħed mill-Istati Membri, kopja ta' dan id-dokument għandha tkun inkluża fost il-karti tad-dgħajsa.
3.2.7. B'deroga mill-Artikoli 5 u 8, m'għandhomx isiru verifiki sistematiċi fuq l-ekwipaġġi ta' bastimenti tas-sajd mal-kosta li jerġgħu lura kuljum jew fi żmien 36 siegħa lejn il-port tar-reġistrazzjoni jew lejn kwalunkwe port ieħor li jinsab fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr ma jittrakkaw f'port li jinsab fit-territorju ta' pajjiż terz. Madankollu, għandu jittieħed kont tal-valutazzjoni tar-riskji tal-immigrazzjoni illegali, b'mod partikolari fejn il-kosta ta' pajjiż terz tinsab fil-viċinanza immedjata tat-territorju tal-Istat Membru konċernat, sabiex tiġi determinata l-frekwenza tal-verifiki li għandhom jitwettqu. Skont dawk ir-riskji, għandhom jitwettqu verifiki fuq il-persuni u/jew tfittxija fiżika tal-bastiment.
3.2.8. Għandhom isiru verifiki fuq l-ekwipaġġi tal-bastimenti tas-sajd mal-kosta li mhumiex reġistrati f'port li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru skont id-dispożizzjonijiet relatati mal-baħħara.
3.2.9. Għandhom jitwettqu verifiki fuq il-persuni abbord ta' kollegamenti b'ferry ma' portijiet li jinsabu f'pajjiż terz. Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
fejn jista' jkun, l-Istati Membri għandhom jipprovdu korsiji separati, skont l-Artikolu 10;
verifiki fuq passiġġieri bil-mixi għandhom jitwettqu b'mod individwali;
verifiki fuq persuni li jkunu f'vettura għandhom jitwettqu waqt li huma jkunu fil-vettura;
passiġġieri ta' ferry li jkunu qed jivvjaġġaw b'karozzi tal-linja għandhom jitqiesu bħala passiġġieri bil-mixi. Dawn il-passiġġieri għandhom jinżlu mill-karozzi tal-linja għall-verifiki;
verifiki fuq ix-xufiera ta' vetturi li jġorru merkanzija tqila u fuq il-persuni li jakkumpanjawhom għandhom jitwettqu waqt li dawn ikunu fil-vettura. Fil-prinċipju din il-verifika għandha tkun organizzata separatament mill-verifiki fuq il-passiġġieri l-oħra;
biex ikun żgurat li l-verifiki jitwettqu malajr, għandu jkun hemm numru biżżejjed ta' kanċelli;
sabiex jinqabdu l-immigranti illegali b'mod partikolari, għandhom isiru tfittxijiet saltwarji fuq il-mezzi ta' trasport użati mill-passiġġieri, u fejn ikun applikabbli fuq it-tagħbijiet u l-merkanzija l-oħra stivata fil-mezzi ta' trasport;
membri tal-ekwipaġġ ta' ferry għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-membri tal-ekwipaġġ ta' bastiment kummerċjali;
il-punt 3.1.2. (obbligu li jingħataw listi tal-passiġġieri u tal-membri tal-ekwipaġġ) ma japplikax. Jekk ikun meħtieġ li ssir lista tal-persuni abbord skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE ( 25 ), kopja ta’ dik il-lista għandha tintbagħat mill-kaptan lill-awtorità kompetenti tal-port tal-wasla fit-territorju tal-Istati Membri, mhux iktar tard minn tletin minuta wara t-tluq minn port ta’ pajjiż terz.
3.2.10. Meta ferry li jkun ġej minn pajjiż terz, b'aktar minn waqfa waħda fit-territorju tal-Istati Membri jtella' passiġġieri abbord biss għall-parti tal-vjaġġ li jkun fadal f'dak it-territorju, dawk il-passiġġieri għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-ħruġ fil-port tat-tluq u verifika tad-dħul fil-port tal-wasla.
Verifiki fuq persuni li, waqt dawn il-waqfiet, diġà jkunu abbord il-ferry u ma jkunux telgħu abbord fit-territorju tal-Istati Membri għandhom jitwettqu fil-port tal-wasla. Il-proċedura bil-maqlub għandha tapplika fejn il-pajjiż tad-destinazzjoni huwa pajjiż terz.
3.2.11. B'deroga mill-Artikolu 8, m'għandha ssir l-ebda verifika fuq kollegamenti ta' merkanzija bejn l-istess żewġ portijiet jew aktar fit-territorju tal-Istati Membri, u li ma jmorru fl-ebda port barra t-territorju tal-Istati Membri u li jikkonsistu fit-trasport ta' oġġetti.
Madankollu, għandhom jitwettqu verifiki fuq l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' dawk il-bastimenti biss meta dawn ikunu ġġustifikati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali.
4. Trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni
4.1. “Trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni li jinvolvi l-qsim ta' fruntiera esterna” jkopri l-użu, għal finijiet kummerċjali jew ta' divertiment, ta' kull tip ta' dgħajsa jew bastiment li jżomm f'wiċċ l-ilma fix-xmajjar, fil-kanali u fil-lagi.
4.2. Fir-rigward ta' dgħajjes użati għal finijiet kummerċjali, il-kaptan u l-persuni impjegati abbord li jidhru fil-lista tal-ekwipaġġ u l-membri tal-familji ta' dawn il-persuni li jgħixu abbord għandhom jitqiesu bħala membri tal-ekwipaġġ jew ekwivalenti għalihom.
4.3. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-punti 3.1 sa 3.2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-verifiki fuq trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni.
ANNESS VII
Regoli speċjali għal ċerti kategoriji ta’ persuni
1. Kapijiet ta’ Stat
Kapijiet ta’ Gvern u membri ta’ gvern nazzjonali akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom, u membri tad-delegazzjoni uffiċjali tagħhom, u sovrani u membri għolja oħra ta’ familja rjali.
B’deroga mill-Artikolu 6 u l-Artikoli 8 sa 14, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u membri tal-gvern nazzjonali akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom u membri tad-delegazzjoni uffiċjali tagħhom, u sovrani u membri għolja oħra ta’ familja rjali, mistiedna mill-gvernijiet tal-Istati Membri jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali u li l-wasla u t-tluq tagħhom ikunu ġew imħabbra uffiċjalment permezz ta’ mezzi diplomatiċi, ma għandhomx ikunu soġġetti għal verifiki fuq il-fruntiera.
2. Il-bdoti ta’ inġenji tal-ajru u membri oħra tal-ekwipaġġ
2.1. B’deroga mill-Artikolu 6 d-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot jew ċertifikat ta’ membru tal-ekwipaġġ kif previst fl-Anness 9 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili tas-7 ta’ Diċembru 1944 jistgħu, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u abbażi ta’ dawk id-dokumenti:
jimbarkaw u jiżbarkaw fl-ajruport tal-waqfa (stop-over) jew fl-ajruport tal-wasla li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru;
jidħlu fit-territorju tal-muniċipalità tal-ajruport tal-waqfa (stop-over) jew l-ajruport tal-wasla li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru;
imorru, permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ trasport, lejn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru sabiex jimbarkaw fuq inġenju tal-ajru li jkun ser jitlaq minn dak l-istess ajruport.
Fil-każi l-oħra kollha, il-ħtiġiet previsti fl-Artikolu 6(1) għandhom jiġu sodisfatti.
2.2. L-Artikoli 7 sa 14 għandhom japplikaw għall-verifiki fuq membri tal-ekwipaġġ ta’ inġenju tal-ajru. Fejn hu possibli, għandha tingħata prijorità għall-verifiki fuq ekwipaġġi ta’ inġenji tal-ajru. Speċifikament, għandhom isirulhom il-verifiki jew qabel il-passiġġieri jew f’postijiet speċjali maħsuba għal dan il-għan. B’deroga mill-Artikolu 8, ekwipaġġi li jkunu magħrufa mill-persunal responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera fil-qadi ta’ dmirijiethom jistgħu jkunu soġġetti għal verifiki saltwarji biss.
3. Baħħara
B’deroga mill-Artikoli 5 u 8, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-baħħara li jkollhom dokument tal-identità tal-baħħara maħruġ skont il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar id-Dokumenti ta’ Identità tal-Baħħara Nru 108 (1958) jew Nru 185 (2003), il-Konvenzjoni ta’ dwar l-Iffaċilitar tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (Konvenzjoni FAL) u l-liġi rilevanti nazzjonali, biex jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri billi jinżlu l-art biex jibqgħu fiż-żona tal-port fejn jidħlu l-bastimenti tagħhom jew fil-muniċipalitajiet ta’ madwar, jew joħorġu mit-territorju tal-Istati Membri billi jirritornaw abbord, mingħajr ma jippreżentaw irwieħhom f’punt ta’ qsim tal-fruntiera, bil-kondizzjoni li huma jkunu jidhru fuq il-lista tal-ekwipaġġ, li tkun ġiet sottomessa minn qabel għal verifika mill-awtoritajiet kompetenti, tal-bastiment tagħhom.
Madankollu, fuq bażi ta' valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà interna u l-immigrazzjoni illegali, il-baħħara għandhom ikunu soġġetti għal verifika skont l-Artikolu 8 mill-gwardji tal-fruntiera qabel ma jinżlu l-art.
4. Detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz u membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali
4.1. Minħabba l-privileġġi speċjali jew l-immunitajiet li għandhom, id-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz maħruġa minn pajjiżi terżi jew mill-Gvernijiet tagħhom li huma rikonoxxuti mill-Istati Membri, kif ukoll id-detenturi ta’ dokumenti maħruġa mill-organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fil-punt 4.4 li jkunu qed jivvjaġġaw waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, jistgħu jingħataw prijorità fuq vjaġġaturi oħra għall-verifiki fuq il-fruntiera, għalkemm xorta jibqgħu, fejn hu applikabbli, soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża.
B’deroga mill-Artikolu 6(1)(c), persuni li jkunu fil-pussess ta’ dawn id-dokumenti m'għandhomx ikunu meħtieġa jipprovaw li għandhom mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.
4.2. Jekk persuna li tippreżenta ruħha fi fruntiera esterna tinvoka privileġġi, immunitajiet u eżenzjonijiet, il-gwardja tal-fruntiera jista’ jeħtiġilha tipprovdi evidenza tal-istatus tagħha billi tipproduċi d-dokumenti adegwati, b’mod partikolari ċertifikati maħruġa mill-Istat li jakkreditaha jew passaport diplomatiku jew mezzi oħra. Jekk ikollu xi dubji, il-gwardja tal-fruntiera jista’, f’każ ta’ bżonn urġenti, japplika direttament lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
4.3. Membri akkreditati ta’ missjonijiet diplomatiċi u ta’ rappreżentazzjonijiet konsulari u l-familji tagħhom jistgħu jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri meta jippreżentaw il-karta msemmija fl-Artikolu 20(2) u d-dokument li jawtorizzahom jaqsmu l-fruntiera. Barra minn hekk, b’deroga mill-Artikolu 14 il-gwardji tal-fruntiera ma jistgħux ma jħallux lid-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz milli jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr ma l-ewwel jikkonsultaw mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Dan għandu japplika wkoll fejn ikun iddaħħal allert fl-SIS għal din il-persuna.
4.4. Id-dokumenti maħruġa mill-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-għanijiet speċifikati fil-punt 4.1 huma b’mod partikolari, dawn li ġejjin:
5. Ħaddiema transkonfini
5.1. Il-proċeduri biex isiru verifiki fuq ħaddiema transkonfini huma rregolati mir-regoli ġenerali dwar il-kontrolli fuq il-fruntiera, b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 14.
5.2. B’deroga mill-Artikolu 8 ħaddiema transkonfini li huma magħrufa sew mill-gwardji tal-fruntiera minħabba li jaqsmu l-fruntiera ta’ spiss fl-istess punt ta’ qsim tal-fruntiera, u li, abbażi ta’ verifika inizjali, ma jkunux irriżultaw li huma s-suġġetti ta’ xi allert fl-SIS jew f’xi fajl nazzjonali tad-data jkunu soġġetti biss għal verifiki saltwarji biex ikun żgurat li jkollhom dokument validu li jawtorizzahom jaqsmu l-fruntiera u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-dħul neċessarji. Verifiki bir-reqqa għandhom jitwettqu fuq dawn il-persuni minn żmien għal żmien, mingħajr avviż u f’intervalli irregolari.
5.3. Id-dispożizzjonijiet tal-punt 5.2 jistgħu jiġu estiżi għal kategoriji oħra ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera regolarment.
6. Minorenni
6.1. Il-gwardji tal-fruntiera għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-minorenni, kemm jekk ikunu qed jivvjaġġaw akkumpanjati kif ukoll jekk le. Minorenni li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera esterna għandhom ikunu soġġetti għall-istess verifiki mad-dħul u mal-ħruġ bħall-adulti, kif previst f’dan ir-Regolament.
6.2. Fil-każ ta’ minorenni li jkunu akkumpanjati, il-gwardja tal-fruntiera għandu jivverifika li l-persuni li jkunu qed jakkumpanjaw lill-minorenni jkollhom ir-responsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom jew il-kustodja legali tagħhom, speċjalment meta l-minorenni jkunu akkumpanjati minn adult wieħed biss u jkun hemm raġunijiet serji biex wieħed jissuspetta li dawn setgħu tneħħew b’mezzi illegali mill-kustodja tal-persuni li legalment jeżerċitaw ir-responsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom jew il-kustodja legali tagħhom. F’dan l-aħħar każ, il-gwardja tal-fruntiera għandu jwettaq investigazzjoni ulterjuri sabiex jindividwa kwalunkwe inkonsistenza jew kontradizzjoni fl-informazzjoni mogħtija.
6.3. Fil-każ ta’ minorenni li jkunu qed jivvjaġġaw mhux akkumpanjati, il-gwardji tal-fruntiera għandhom jiżguraw, permezz ta’ verifiki bir-reqqa tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u d-dokumenti ta’ sostenn, li l-minorenni ma jħallux it-territorju kontra x-xewqat tal-persuni li jkollhom ir-responsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom jew il-kustodja legali tagħhom.
6.4. L-Istati Membri għandhom jinnominaw punti ta’ kuntatt nazzjonali għal konsultazzjoni dwar minorenni u jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri il-lista ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt nazzjonali.
6.5. Fejn ikun hemm dubju dwar xi waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fil-punti 6.1, 6.2 u 6.3, il-gwardji tal-fruntiera għandhom jużaw il-lista tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għal konsultazzjoni dwar minorenni.
6.6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera li jivverifikaw il-bijometrika tat-tfal jew li jużawhom biex jidentifikaw it-tfal ikunu speċifikament imħarrġa biex jagħmlu dan b’mod adattat għat-tfal u b’mod sensittiv għat-tfal u b’rispett sħiħ tal-aħjar interessi tat-tfal u s-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Meta t-tfal ikunu akkumpanjati minn ġenitur jew kustodju legali, dik il-persuna għandha takkumpanja lill-minorenni meta l-bijometrika tiġi vverifikata jew użata għall-identifikazzjoni. Ma għandha tintuża l-ebda forza. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fejn neċessarju, li l-infrastruttura fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera tiġi adattata għall-użu tal-bijometrika tat-tfal.
7. Servizzi ta’ salvataġġ, il-pulizija, is-servizzi tat-tifi tan-nar u l-gwardji tal-fruntiera
L-arranġamenti għad-dħul u l-ħruġ ta’ membri tas-servizzi ta’ salvataġġ, tal-pulizija, tas-servizzi tat-tifi tan-nar li jaġixxu f’sitwazzjonijiet ta' emerġenza kif ukoll tal-gwardji tal-fruntiera li jaqsmu l-fruntiera fl-eżerċizzju tal-kompiti professjonali tagħhom għandhom jiġu stabbiliti mil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu arranġamenti bilaterali ma' pajjiżi terzi mad-dħul u l-ħruġ ta’ dawk il-kategoriji ta' persuni. Dawn l-arranġamenti u ftehimiet bilaterali jistghu jipprevedu derogi mill-Artikoli 5, 6 u 8.
8. Ħaddiema offshore
B’deroga mill-Artikoli 5 u 8, il-haddiema offshore li regolarment jirritornaw bil-bahar jew bl-ajru fit-territorju tal-Istati Membri minghajr ma jkunu dahlu fit-territorju ta' pajjiz terz, m’ghandhomx jigu verifikati sistematikament.
Madankollu, għandha tiġi kkunsidrata l-valutazzjoni tar-riskji tal-immigrazzjoni illegali, b'mod partikolari fejn il-kosta ta' pajjiż terz tinsab fil-viċinanza immedjata ta’ sit offshore, sabiex tkun iddeterminata l-frekwenza li biha jridu jsiru l-verifiki.
ANNESS VIII
ANNESS IX
Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu
Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1) |
|
Regolament (KE) Nru 296/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 60) |
|
Regolament (KE) Nru 81/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 56) |
|
Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1) |
Artikolu 55 biss |
Regolament (UE) Nru 265/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 85, 31.3.2010, p. 1) |
Artikolu 2 biss |
Punt 9 tal-Anness V għall-Att ta' Adeżjoni tal-2011 |
|
Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1) |
Artikolu 1 biss |
Regolament (EU) Nru 1051/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 1) |
|
ANNESS X
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 562/2006 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2, punti (1) sa (8) |
Artikolu 2, punti (1) sa (8) |
Artikolu 2, punt (8a) |
Artikolu 2, punt 9 |
Artikolu 2, punt 9 |
Artikolu 2, punt 10 |
Artikolu 2, punt 10 |
Artikolu 2, punt 11 |
Artikolu 2, punt 11 |
Artikolu 2, punt 12 |
Artikolu 2, punt 12 |
Artikolu 2, punt 13 |
Artikolu 2, punt 13 |
Artikolu 2, punt 14 |
Artikolu 2, punt 14 |
Artikolu 2, punt 15 |
Artikolu 2, punt 15 |
Artikolu 2, punt 16 |
Artikolu 2, punt 16 |
Artikolu 2, punt 17 |
Artikolu 2, punt 17 |
Artikolu 2, punt 18 |
Artikolu 2, punt 18 |
Artikolu 2, punt 19 |
Artikolu 2, punt 18a |
Artikolu 2, punt 20 |
Artikolu 2, punt 19 |
Artikolu 2, punt 21 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3a |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 5(1a) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7(1) u (2) |
Artikolu 8(1) u (2) |
Artikolu 7(3)(a) |
Artikolu 8(3)(a) |
Artikolu 7(3)(aa) |
Artikolu 8(3)(b) |
Artikolu 7(3)(ab) |
Artikolu 8(3)(c) |
Artikolu 7(3)(ac) |
Artikolu 8(3)(d) |
Artikolu 7(3)(ad) |
Artikolu 8(3)(e) |
Artikolu 7(3)(ae) |
Artikolu 8(3)(f) |
Artikolu 7(3)(b) |
Artikolu 8(3)(g) |
Artikolu 7(3)(c) |
Artikolu 8(3)(h) |
Artikolu 7(3)(d) |
Artikolu 8(3)(i) |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 10(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 10(2), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 10(2), ir-rabà subparagrafu |
Artikolu 9(2), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 10(2), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 9(3) u (4) |
Artikolu 10(3) u (4) |
Artikolu 10(1) sa (5) |
Artikolu 11(1) sa (5) |
Artikolu 10(6) |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
Artikolu 20 |
Artikolu 19a (Kapitolu IV) |
— |
Artikolu 19a (Kapitolu IVa) |
Artikolu 21 |
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
Artikolu 21 |
Artikolu 23 |
Artikolu 22 |
Artikolu 24 |
Artikolu 23 |
Artikolu 25 |
Artikolu 23a |
Artikolu 26 |
Artikolu 24 |
Artikolu 27 |
Artikolu 25 |
Artikolu 28 |
Artikolu 26 |
Artikolu 29 |
Artikolu 26a |
Artikolu 30 |
Artikolu 27 |
Artikolu 31 |
Artikolu 28 |
Artikolu 32 |
Artikolu 29 |
Artikolu 33 |
Artikolu 30 |
Artikolu 34 |
Artikolu 31 |
Artikolu 35 |
Artikolu 32 |
Artikolu 36 |
Artikolu 33 |
Artikolu 37 |
Artikolu 33a |
Artikolu 38 |
Artikolu 34 |
Artikolu 39 |
Artikolu 35 |
Artikolu 40 |
Artikolu 36 |
Artikolu 41 |
Artikolu 37 |
Artikolu 42 |
Artikolu 37a |
Artikolu 43 |
Artikolu 38 |
— |
Artikolu 39 |
Artikolu 44 |
Artikolu 40 |
Artikolu 45 |
Anness I sa VIII |
Anness I sa VIII |
— |
Anness IX |
— |
Anness X |
ANNESS XI
VJAĠĠAR ESSENZJALI
Parti A
Il-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 21a(4):
professjonisti tal-kura tas-saħħa, riċerkaturi fil-qasam tas-saħħa, u professjonisti tal-kura tal-anzjani;
ħaddiema transfruntiera;
persunal tat-trasport;
diplomatiċi, persunal ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u persuni mistiedna minn organizzazzjonijiet internazzjonali li l-preżenza fiżika tagħhom hija meħtieġa għall-funzjonament tajjeb ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, persunal militari u ħaddiema tal-għajnuna umanitarja u persunal tal-protezzjoni ċivili fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom;
passiġġieri fi tranżitu;
passiġġieri li jivvjaġġaw għal raġunijiet imperattivi ta’ familja;
baħħara;
persuni fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali jew fi bżonn li jidħlu għal raġunijiet umanitarji oħrajn.
Parti B
Kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 21a(5):
tfal fl-edukazzjoni u l-kura bikrija u tfal tal-iskola fl-edukazzjoni f’pajjiż ġar u t-tuturi tagħhom li jakkumpanjawhom, li jaqsmu l-fruntiera bil-għan li jirċievu tali edukazzjoni, kif ukoll studenti jew persuni li jivvjaġġaw għal skopijiet edukattivi;
ħaddiema staġjonali, inklużi ħaddiema li jipproduċu l-ikel;
persuni li jivvjaġġaw għal raġunijiet konvinċenti ta’ kura tal-annimali jew għal miżuri meħtieġa għall-agrikoltura u l-forestrija f’każijiet individwali;
ħaddiema bi kwalifiki għoljin kif ukoll persunal importanti u xjentifiku li l-impjieg tagħhom huwa meħtieġ minn perspettiva ekonomika, soċjetali u ta’ sigurtà u li x-xogħol tagħhom ma jistax jiġi pospost jew jitwettaq barra mill-pajjiż;
persunal tal-awtoritajiet pubbliċi għad-difiża, l-ordni pubbliku, is-saħħa pubblika u s-sigurtà nazzjonali — jiġifieri persunal tal-pulizija, tal-pulizija tal-fruntieri, tal-immigrazzjoni, tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni ċivili eċċ. jew rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, jekk l-ivvjaġġar ikun relatat mat-twettiq ta’ dmirijiet uffiċjali, inkluż persunal responsabbli għall-operat u l-manutenzjoni tal-infrastruttura kritika;
sajjieda u persuni li jwettqu xogħol jew jipprovdu servizzi fuq bastimenti jew pjattaformi ta’ estrazzjoni u tħaffir lil hinn mill-kosta, ibbażati fuq relazzjoni ta’ impjieg għajr kuntratt ta’ impjieg marittimu;
persuni li jidħlu fl-Istat Membru bil-għan li jirċievu servizzi mediċi essenzjali, inklużi okkupanti ta’ vetturi ta’ emerġenza;
konjuġi (miżżewġin, sieħeb ċivili, konkubin) u t-tfal ta’ vjaġġatur essenzjali, inklużi ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jivvjaġġaw għar-riunifikazzjoni tal-familja;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jivvjaġġaw biex iwieġbu għal taħrika minn awtorità ġudizzjarja;
persuni fil-pussess ta’ Karta tal-Istampa Internazzjonali maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti;
persuni dipendenti fuq il-kura li jivvjaġġaw lejn dawk li jieħdu ħsiebhom.
ANNESS XII
Parti A
Proċedura għat-trasferiment ta’ persuni maqbuda fiż-żoni tal-fruntiera interna
1. Id-deċiżjonijiet ta’ trasferiment skont l-Artikolu 23a(2) għandhom jinħarġu permezz ta’ formola standard, kif stabbilit fil-Parti B ta’ dan l-Anness, mimlija mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Huma għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.
2. Il-formola standard mimlija għandha tingħata liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, li għandu jirrikonoxxi li jkun irċieva d-deċiżjoni ta’ trasferiment billi jiffirma l-formola u għandu jingħata kopja tal-formola ffirmata.
Meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jirrifjuta li jiffirma l-formola standard, l-awtorità kompetenti għandha tindika dan ir-rifjut fil-formola taħt it-taqsima “kummenti”.
3. L-awtoritajiet nazzjonali li joħorġu deċiżjoni ta’ trasferiment għandhom jirreġistraw id-data fil-formola standard stabbilita fil-Parti B ta’ dan l-Anness.
4. L-awtoritajiet nazzjonali li joħorġu deċiżjoni ta’ trasferiment għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena dwar l-għadd ta’ persuni trasferiti lejn Stati Membri oħra, filwaqt li jindikaw l-Istat(i) Membru/i li lejhom ġew trasferiti l-persuni, ir-raġunijiet għall-konklużjoni li dawk il-persuni ma kellhom l-ebda dritt li jibqgħu fl-Istat Membru u, fejn disponibbli, in-nazzjonalità taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda.
5. Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda f’żoni tal-fruntiera u trasferiti skont din il-proċedura għandu jkollhom id-dritt li jappellaw. L-appelli kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment għandhom isiru f’konformità mal-liġi nazzjonali. Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom jingħataw rimedju effettiv f’konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta. Indikazzjoni bil-miktub tal-punti ta’ kuntatt li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar rappreżentanti kompetenti biex jaġixxu f’isem iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-liġi nazzjonali għandha tingħata wkoll liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’lingwa li jifhmu jew li raġonevolment huwa maħsub li jifhmu. It-tressiq ta’ tali appell ma għandux ikollu effett sospensiv.
6. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz soġġett għal deċiżjoni ta’ trasferiment jiġi ttrasferit, fil-qafas tal-kooperazzjoni bilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 23a, il-paragrafu 1(a), lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru riċeventi. It-trasferiment għandu jsir immedjatament u fi żmien mhux aktar tard minn 24 siegħa. Wara dan, il-proċedura ta’ trasferiment ma tistax isseħħ u d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2008/115/KE għandhom japplikaw fejn xieraq. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru riċeventi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru ta’ trasferiment għal dak l-għan.
Parti B
Formola standard għat-trasferiment ta’ persuni maqbuda fiż-żoni tal-fruntiera interna