EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016D0715-20210501

Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 tal-11 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (notifikata bid-dokument C(2016) 2684)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/715/2021-05-01

02016D0715 — MT — 01.05.2021 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/715

tal-11 ta' Mejju 2016

li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa

(notifikata bid-dokument C(2016) 2684)

(ĠU L 125 13.5.2016, p. 16)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/801 tat-8 ta' Mejju 2017

  L 120

26

11.5.2017

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/85 tat-18 ta' Jannar 2018

  L 16

11

20.1.2018

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/449 tat-18 ta' Marzu 2019

  L 77

76

20.3.2019

►M4

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/682 tas-26 ta’ April 2021

  L 144

31

27.4.2021




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/715

tal-11 ta' Mejju 2016

li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa

(notifikata bid-dokument C(2016) 2684)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

▼M1

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott li joriġina mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj biex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa fl-Unjoni.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Phyllosticta citricarpa” tfisser Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa, magħrufa wkoll bħala Guignardia citricarpa Kiely skont id-Direttiva 2000/29/KE;

▼M1

(b) 

“frott speċifikat” tfisser frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, għajr il-frott ta' Citrus aurantium L. u Citrus latifolia Tanaka.

▼B



KAPITOLU II

MIZURI FIR-RIGWARD TA' FROTT SPEĊIFIKAT GĦAJR IL-FROTT INTIŻ ESKLUSSIVAMENT GĦALL-IPPROĊESSAR INDUSTRIJALI F'MERAQ

Artikolu 3

Introduzzjoni fl-Unjoni ta' frott speċifikat, għajr il-frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq

▼M1

1.  
B'deroga mill-punti 16.4(c) u (d) tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel jew mill-Urugwaj, għajr il-frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq, għandu jiġi introdott fl-Unjoni skont l-Artikoli 4 sa 7 ta' din id-Deċiżjoni.

▼M2

2.  
Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 16.1, 16.2, 16.3, 16.5 u 16.6 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 5

Introduzzjoni fl-Unjoni ta' frott speċifikat li joriġina mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj

Il-frott speċifikat li joriġina mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, li taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali” jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a) 

dikjarazzjoni li l-frott speċifikat joriġina f'għalqa ta' produzzjoni li kienet soġġetta għal trattamenti kontra l-Phyllosticta citricarpa mwettqa f'ħin xieraq sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;

(b) 

dikjarazzjoni li twettqet spezzjoni uffiċjali xierqa fl-għalqa ta' produzzjoni matul l-istaġun ta' tkabbir u li fil-frott speċifikat ma nstab l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;

(c) 

dikjarazzjoni li ttieħed kampjun f'xi punt minn meta jasal il-frott sa ma jiġi ppakkjat f'faċilitajiet ta' ppakkjar ta' mill-inqas 600 frotta ta' kull speċi għal kull 30 tunnellata, jew parti minnhom, kemm jista' jkun magħżula abbażi ta' kull sintomu possibbli tal-Phyllosticta citricarpa u l-frott kollu li jkun ittieħed kamjun tiegħu u li juri xi sintomu, ikun ġie ttestjat u nstab ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara;

(d) 

fil-każ ta' Citrus sinensis (L.) Osbeck “Valencia”, minbarra d-dikjarazzjonijiet imsemmija f'(a), (b) u (c) trid tiġi pprovduta: dikjarazzjoni li ttieħed kampjun għal kull 30 tunnellata, jew parti minnhom, u li ġie ttestjat għal infezzjoni moħbija u nstab ħieles mill-Phyllosticta citricarpa.

▼M1

Artikolu 5a

▼M4

Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ frott speċifikat li joriġina mill-Brażil

Il-frott speċifikat li joriġina mill-Brażil għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, li taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali” għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

▼M1

(a) 

dikjarazzjoni li l-frott speċifikat joriġina f'għalqa ta' produzzjoni li kienet soġġetta għal trattamenti kontra l-Phyllosticta citricarpa mwettqa f'ħin xieraq sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;

(b) 

dikjarazzjoni li twettqet spezzjoni uffiċjali xierqa fl-għalqa ta' produzzjoni matul l-istaġun ta' tkabbir u li fil-frott speċifikat ma nstab l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta' veġetazzjoni;

(c) 

dikjarazzjoni li ttieħed kampjun f'xi punt minn meta jasal il-frott sa ma jiġi ppakkjat f'faċilitajiet ta' ppakkjar ta' mill-inqas 600 frotta ta' kull speċi għal kull 30 tunnellata, jew parti minnhom, kemm jista' jkun magħżula abbażi ta' kull sintomu possibbli tal-Phyllosticta citricarpa u l-frott kollu li jkun ittieħed kampjun tiegħu u li juri xi sintomu, ikun ġie ttestjat u nstab ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara.

▼M4

Artikolu 5b

Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina

1.  

Il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-frott speċifikat ikun ġie prodott f’għelieqi ta’ produzzjoni, li jikkonsistu f’unità ta’ produzzjoni waħda jew aktar, li jkunu ġew identifikati bħala partijiet uniċi u fiżikament distinti ta’ għalqa ta’ produzzjoni, u kemm l-għalqa ta’ produzzjoni kif ukoll l-unitajiet ta’ produzzjoni tagħha jkunu ġew approvati uffiċjalment mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti tal-Arġentina għall-iskop ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni;

(b) 

l-għelieqi approvati ta’ produzzjoni u l-unitajiet ta’ produzzjoni tagħhom ikunu ġew irreġistrati mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti tal-Arġentina taħt kodiċijiet uniċi ta’ identifikazzjoni rispettivi (“kodiċijiet ta’ traċċabbiltà”);

(c) 

il-frott speċifikat ikun ġie prodott f’unità approvata ta’ produzzjoni, li tkun għaddiet minn trattamenti u miżuri kulturali, effettivi kontra l-Phyllosticta citricarpa, f’ħin xieraq sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta’ veġetazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom tkun ġiet ivverifikata taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti tal-Arġentina;

(d) 

ikunu twettqu spezzjonijiet uffiċjali, li jikkonsistu f’osservazzjonijiet viżwali u, jekk jinstabu sintomi, teħid ta’ kampjuni biex jitwettaq test għall-preżenza tal-Phyllosticta citricarpa, fl-unitajiet approvati ta’ produzzjoni matul l-istaġun tat-tkabbir, u l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa ma jkun instab fil-frott speċifikat sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu ta’ veġetazzjoni;

(e) 

ikun ittieħed kampjun:

(i) 

mal-wasla fil-faċilitajiet ta’ ppakkjar, qabel l-ipproċessar, ta’ 200-400 frotta għal kull lott ta’ frott speċifikat, definit mal-wasla fil-faċilità ta’ ppakkjar;

(ii) 

tul il-linja bejn il-wasla u l-ippakkjar fil-faċilitajiet ta’ ppakkjar, ta’ mill-inqas 1 % għal kull lott ta’ frott speċifikat definit fil-linja tal-ippakkjar;

(iii) 

qabel it-tluq mill-faċilità ta’ ppakkjar, ta’ mill-inqas 1 % għal kull lott ta’ frott speċifikat, definit wara l-ippakkjar;

(iv) 

qabel l-esportazzjoni, bħala parti mill-ispezzjoni uffiċjali finali biex jinħareġ iċ-ċertifikat fitosanitarju, ta’ mill-inqas 1 % għal kull lott ta’ frott speċifikat ippreparat għall-esportazzjoni;

(f) 

il-frott speċifikat kollu msemmi fil-punt (e) ikun itteħidlu kampjun, se fejn ikun possibbli, abbażi ta’ kwalunkwe sintomu apparenti tal-Phyllosticta citricarpa, u l-frott kollu li jkun ittieħed kampjun minnu msemmi fil-punt (e)(i) ikun instab ħieles mill-Phyllosticta citricarpa abbażi ta’ spezzjonijiet viżwali, filwaqt li l-frott kollu li jkun ittieħed kampjun minnu msemmi fil-punti (e)(ii), (iii) u (iv) li jkun wera sintomi tal-Phyllosticta citricarpa, ikun ġie ttestjat u nstab li huwa ħieles mill-Phyllosticta citricarpa;

(g) 

il-frott speċifikat ikun ġie ttrasportat f’pakketti li kull wieħed minnhom ikollu tikketta bil-kodiċi ta’ traċċabbiltà tal-unità ta’ produzzjoni li minnha joriġina;

(h) 

qabel jibda l-istaġun tal-esportazzjoni tal-frott speċifikat, l-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti tal-Arġentina tkun ikkomunikat lill-Kummissjoni l-lista ta’ unitajiet approvati ta’ produzzjoni għal kull għalqa ta’ produzzjoni, kif ukoll l-ismijiet tal-operaturi professjonisti responsabbli għal kull għalqa approvata ta’ produzzjoni, u jkun ġie kkomunikat minnufih lill-Kummissjoni kwalunkwe aġġornament ieħor relatat mal-bidliet f’dik il-lista, inkluż ir-raġuni għal dawk il-bidliet;

(i) 

il-frott speċifikat ikun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, li jinkludi l-għadd ta’ pakketti minn kull unità ta’ produzzjoni u, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, il-kodiċijiet ta’ traċċabbiltà rilevanti u d-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-kunsinna tikkonforma mal-Artikolu 5b tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715”.

2.  

Minbarra il-paragrafu 1, il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina għandu jiġi introdott fl-Unjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikun joriġina minn unità approvata ta’ produzzjoni fejn ma jkunx instab il-Phyllosticta citricarpa fuq il-frott speċifikat matul l-ispezzjonijiet uffiċjali mwettqa fl-Arġentina fl-unitajiet approvati ta’ produzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d) jew fuq il-frott speċifikat kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e) u matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq kunsinni fil-punti tad-dħul fl-Unjoni matul l-istaġun tat-tkabbir u tal-esportazzjoni;

(b) 

ikun joriġina minn unitajiet approvati ta’ produzzjoni fejn ma jkunx instab il-Phyllosticta citricarpa matul l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Arġentina wara li l-preżenza tal-Phyllosticta citricarpa tkun ġiet ikkonfermata f’unità ta’ produzzjoni li tappartjeni għall-istess għalqa ta’ produzzjoni bħal dawk l-unitajiet ta’ produzzjoni, matul l-ispezzjonijiet uffiċjali mwettqa fl-Arġentina fuq il-frott speċifikat kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e) jew matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq kunsinni fil-punti tad-dħul fl-Unjoni matul l-istaġun tat-tkabbir u tal-esportazzjoni;

(c) 

ikun joriġina minn unitajiet ta’ produzzjoni fejn il-Phyllosticta citricarpa ma nstabx matul l-istaġun preċedenti tat-tkabbir u tal-esportazzjoni, matul spezzjonijiet uffiċjali imwettqa fl-Arġentina, jew matul kontrolli uffiċjali mwettqa fuq kunsinni fl-Unjoni.

▼M1

Artikolu 6

▼M3

Rekwiżiti fl-Unjoni li jikkonċernaw l-ispezzjoni tal-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj

1.  
Il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj għandu jiġi spezzjonat viżwalment fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjon 2004/103/KE ( 1 ). Tali spezzjonijiet għandhom jitwettqu fuq kampjuni ta' mill-inqas 200 frotta ta' kull speċi tal-frott speċifikat għal kull lott ta' 30 tunnellata, jew ta'inqas minn 30 tunnellata, li jintgħażlu abbażi ta' kull sintomu possibbli tal-Phyllosticta citricarpa.

▼B

2.  
Jekk waqt l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinstabu xi sintomi tal-Phyllosticta citricarpa, il-preżenza ta' dak l-organiżmu ta' ħsara għandha tiġi kkonfermata jew rrifjutata billi jiġi ttestjat il-frott li juri dawn is-sintomi.
3.  
Jekk il-preżenza tal-Phyllosticta citricarpa tiġi kkonfermata, il-lott li minnu ttieħed il-kampjun ma għandux jingħata permess jidħol fl-Unjoni.

▼M4

4.  
Fil-każ tal-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw in-nuqqasijiet ta’ konformità nnotifikati rispettivi bħala riżultat tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq kunsinni fil-punti tad-dħul fl-Unjoni u l-lista aġġornata msemmija fl-Artikolu 5b, il-paragrafu 1, il-punt (h), biex jidentifikaw l-unitajiet ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 5b, il-paragrafu 2, il-punti (a) u (b).

▼B

Artikolu 7

Rekwiżiti ta' traċċabilità

Għall-finijiet tat-traċċabilità, il-frott speċifikat għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjijn:

(a) 

l-għalqa ta' produzzjoni, il-faċilitajiet ta' ppakkjar, l-esportaturi u kwalunkwe operatur ieħor involut fil-ġestjoni tal-frott speċifikat, ikunu ġew irreġistrati uffiċjalment għal dak il-għan;

(b) 

matul il-passaġġ tagħhom mill-għalqa tal-produzzjoni sal-Unjoni, il-frott speċifikat jkun ġie akkumpanjat b'dokumenti maħruġa taħt is-sorveljanza tal-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti;

▼M3

(c) 

informazzjoni dettaljata dwar it-trattamenti ta' qabel u ta' wara l-ħsad.

▼B



KAPITOLU III

MIZURI FIR-RIGWARD TA' FROTT SPEĊIFIKAT INTIŻ ESKLUSSIVAMENT GĦALL-IPPROĊESSAR INDUSTRIJALI F'MERAQ

▼M2

Artikolu 8

Introduzzjoni u moviment fl-Unjoni ta' frott speċifikat intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq

1.  
B'deroga mill-punt 16.4(e) tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel jew mill-Urugwaj intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq, għandu jiġi introdott u mċaqlaq fl-Unjoni skont l-Artikoli 9 sa 17 ta' din id-Deċiżjoni.
2.  
Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 16.1, 16.2, 16.3, 16.5 u 16.6 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

▼B

Artikolu 9

Ċertifikati fitosanitarji

1.  

Il-frott speċifikat għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi l-elementi li ġejjin taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”:

(a) 

dikjarazzjoni li l-frott speċifikat joriġina f'għalqa ta' produzzjoni li kienet soġġetta għal trattamenti xierqa kontra l-Phyllosticta citricarpa mwettqa f'ħin xieraq;

(b) 

dikjarazzjoni li twettqet spezzjoni viżwali uffiċjali xierqa waqt l-ippakkjar u li f'dik l-ispezzjoni ma nstab l-ebda sintomu tal-Phyllosticta citricarpa fil-frott speċifikat maħsud fl-għalqa ta' produzzjoni;

(c) 

il-kliem “Frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq”.

2.  
Iċ-ċertifikat fitosanitarju jrid jinkludi n-numri ta' identifikazzjoni tal-kontenituri u n-numri uniċi tat-tabelli fuq il-pakketti individwali kif imsemmija fl-Artikolu 17.

Artikolu 10

Rekwiżiti ta' traċċabilità u moviment tal-frott speċifikat fil-pajjiż terż ta' oriġini

Għall-finijiet ta' traċċabilità, il-frott speċifikat għandu jiġi introdott fl-Unjoni biss jekk joriġina f'post ta' produzzjoni rreġistrat uffiċjalment u jekk tkun saret reġistrazzjoni uffiċjali tal-moviment ta' dak il-frott mill-post ta' produzzjoni sal-punt ta' esportazzjoni fl-Unjoni. Il-kodiċi tal-unità ta' produzzjoni rreġistrat għandu jissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”.

Artikolu 11

Punti ta' dħul tal-frott speċifikat

1.  
Il-frott speċifikat għandu jiġi introdott permezz ta' punti ta' dħul, magħżula mill-Istat Membru li fih jinsabu dawk il-punti ta' dħul.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw biżżejjed minn qabel lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi kkonċernati bil-punti ta' dħul magħżula u bl-isem u bl-indirizz tal-korp uffiċjali ta' kull punt ta' dħul.

Artikolu 12

Spezzjoni tal-punti ta' dħul tal-frott speċifikat

1.  
Il-frott speċifikat għandu jiġi spezzjonat viżwalment fil-punt ta' dħul mill-korp uffiċjali responsabbli.
2.  
Jekk waqt l-ispezzjonijiet jinstabu xi sintomi tal-Phyllosticta citricarpa, il-preżenza ta' dak l-organiżmu ta' ħsara għandha tiġi kkonfermata jew rrifjutata billi jiġi ttestjat il-frott. Jekk il-preżenza tal-organiżmu ta' ħsara tiġi kkonfermata, il-lott li minnu ttieħed il-kampjun ma għandux jingħata permess jidħol fl-Unjoni.

Artikolu 13

Rekwiżiti għall-importaturi

1.  
L-importaturi tal-frott speċifikat għandhom jinnotifikaw id-dettalji ta' kull kontenitur qabel ma jasal fil-punt ta' dħul lill-korp uffiċjali responsabbli fl-Istat Membru li fih jinsab il-punt ta' dħul, u fejn applikabbli, lill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn se jsir l-ipproċessar.

In-notifika għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-volum tal-frott speċifikat taċ-ċitru;

(b) 

in-numri ta' identifikazzjoni tal-kontenituri;

(c) 

id-data mistennija ta' introduzzjoni u l-punt ta' dħul fl-Unjoni,

(d) 

l-ismijiet, l-indirizzi u l-postijiet tal-bini msemmija fl-Artikolu 15.

2.  
L-importaturi, malli tkun magħrufa, għandhom jinformaw lill-korpi uffiċjali responsabbli msemmija fil-paragrafu 1 b'kull bidla li ssir fl-informazzjoni elenkata f'dak il-paragrafu u, fi kwalunkwe każ qabel ma l-kunsinna tasal fil-punt ta' dħul.

Artikolu 14

Moviment fl-Unjoni tal-frott speċifikat

1.  
Il-frott speċifikat ma għandux jiċċaqlaq fi Stat Membru għajr dak l-Istat Membru li minnu ġie introdott fl-Unjoni sakemm il-korpi uffiċjali responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati jaqblu li jseħħ dan il-moviment.
2.  
Wara li jitwettqu l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12, il-frott speċifikat għandu jiġi ttrasportat direttament u mingħajr dewmien fil-bini tal-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 15 jew f'faċilità ta' ħżin. Kull moviment tal-frott speċifikat għandu jkun taħt is-superviżjoni tal-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn jinsab il-punt ta' dħul u, fejn xieraq, tal-Istat Membru fejn se jsir l-ipproċessar.
3.  
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li jkun hemm konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-ipproċessar tal-frott speċifikat

1.  
L-ipproċessar f'meraq tal-frott speċifikat għandu jsir f'bini li jinsab f'żona fejn ma jiġix prodott frott taċ-ċitru. Il-bini għandu jiġi rreġistrat u approvat uffiċjalment għal dik il-għan mill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru li fih jinsab il-bini.
2.  
L-iskart u l-prodotti inċidentali tal-frott speċifikat għandhom jintużaw jew jinqerdu fit-territorju tal-Istat Membru fejn ikun ġie pproċessat dak il-frott, f'żona fejn ma jiġix prodott frott taċ-ċitru.
3.  
Il-prodotti inċidentali għandhom jinqerdu bi dfin fil-fond jew jintużaw b'metodu approvat mill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn il-frott speċifikat ġie pproċessat u taħt is-superviżjoni tal-korp uffiċjali b'mod li jipprevjeni kull riskju potenzjali ta' tixrid tal-Phyllosticta citricarpa.
4.  
Il-proċessur għandu jżomm rekords tal-frott speċifikat li jkun ipproċessat u jżommhom għad-dispożizzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn il-frott speċifikat ikun ġie proċessat. Dawk ir-rekords għandhom jindikaw in-numri u l-marki distinti tal-kontenituri, il-volumi tal-frott speċifikat importati, il-volumi ta' skart u ta' prodotti inċidentali użati jew meqruda u l-informazzjoni ddettaljata dwar l-użu jew il-qerda tagħhom.

Artikolu 16

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-ħżin tal-frott speċifikat

1.  
Jekk il-frott speċifikat ma jiġix ipproċessat immedjatament, dan għandu jinħażen f'faċilità rreġistrata u approvata għal dak il-għan mill-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru fejn tinsab il-faċilità.
2.  
Il-lottijiet tal-frott speċifikat għandhom jibqgħu identifikabbli separatament.
3.  
Il-frott speċifikat għandu jinħażen b'mod li jipprevjeni kull riskju potenzjali ta' tixrid tal-Phyllosticta citricarpa.

Artikolu 17

Kontenituri, ippakkjar u tikkettar

Il-frott speċifikat għandu jiġi introdott u mċaqlaq fl-Unjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jiġu inklużi f'pakketti individwali f'kontenitur;

(b) 

titwaħħal tikketta ma' kull kontenitur u ma' kull pakkett individwali msemmi fil-punt (a) li jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

numru uniku fuq kull pakkett individwali;

(ii) 

il-piż nett iddikjarat tal-frott;

(iii) 

marka li tiddikjara: “Frott intiż esklussivament għall-ipproċessar industrijali f'meraq.”



KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Obbligi ta' rappurtar

1.  
Kull sena qabel il-31 ta' Diċembru, l-Istati Membri importaturi għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'informazzjoni dwar l-ammont ta' frott speċifikat introdott fl-Unjoni skont din id-Deċiżjoni matul l-istaġun ta' importazzjoni preċedenti.
2.  

Kull sena qabel il-31 ta' Diċembru, l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-frott speċifikat jiġi pproċessat f'meraq, għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a) 

l-ammont ta' frott speċifikat ipproċessat fit-territorju tagħhom skont din id-Deċiżjoni matul l-istaġun ta' importazzjoni preċedenti;

(b) 

il-volum ta' skart u ta' prodotti inċidentali meqruda u l-informazzjoni ddettaljata dwar l-użu jew il-qerda tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15(3).

3.  
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll ir-riżultati tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti tal-frott speċifikat imwettqa skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE u ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 19

Notifiki

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-pajjiż terz ikkonċernat malli tiġi kkonfermata sejba tal-Phyllosticta citricarpa.

▼M4

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina mal-Artikolu 5b, fin-notifika tan-nuqqasijiet ta’ konformità l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-kodiċi ta’ traċċabbiltà tal-unità ta’ produzzjoni rispettiva msemmi fl-Artikolu 5b(1)(b).

▼B

Artikolu 20

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2004/416/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/422/UE huma mħassra.

Artikolu 21

Data ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Ġunju 2016.

▼M3

Artikolu 22

Data ta' skadenza

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Marzu 2022.

▼B

Artikolu 23

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f'Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).

Top