This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02016D0036(01)-20201231
Decision (EU) 2016/2248 of the European Central Bank of 3 November 2016 on the allocation of monetary income of the national central banks of Member States whose currency is the euro (ECB/2016/36) (recast)
Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (riformulazzjoni)
Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (riformulazzjoni)
02016D0036(01) — MT — 31.12.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI (UE) 2016/2248 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-3 ta' Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (ĠU L 347 20.12.2016, p. 26) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2020/1735 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-12 ta’ Novembru 2020 |
L 390 |
60 |
20.11.2020 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/2248 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta' Novembru 2016
dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36)
(riformulazzjoni)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:
“BĊN” tfisser bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;
“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta' kreditu fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti, jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra fit-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li hija suġġetta għall-iskrutinju ta' standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti.
“bażi tal-passiv” tfisser l-ammont ta' passiv li jikkwalifika, fil-karta tal-bilanċ ta' kull BĊN, speċifikat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;
“data tal-bidla tal-flus kontanti” tfisser id-data li fiha l-karti tal-flus u l-muniti euro jsiru valuta legali fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;
“sena tal-bidla tal-flus kontanti” tfisser perijodu ta' 12-il xahar li jibda fid-data tal-bidla tal-flus kontanti;
“bilanċi intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro f'ċirkolazzjoni” tfisser il-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw bejn BĊN u l-BĊE u bejn BĊN u l-BĊNi l-oħrajn bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29;
“skema tal-kapital sottoskritt” tfisser l-ishma tal-BĊNi, espressi bħala persentaġġi, fil-kapital sottoskritt tal-BĊE li jirriżulta mill-applikazzjoni lill-BCNi tal-ippeżar fl-iskema msemmija fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u kif applikabbli għas-sena finanzjarja relevanti;
“karti tal-flus tal-euro rtirati” tfisser kull tip jew serje ta' karta tal-flus li ġiet irtirata miċ-ċirkolazzjoni permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv meħuda skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/4.
“fażi tal-ħruġ”, b'rabta ma tip jew serje ta' karti tal-flus tal-euro, tfisser il-perijodu li jibda fid-data li fiha l-ewwel ħarġa ta' karta ta flus tal-euro ta' dan it-tip jew ta' din is-sensiela tiġi rreġistrata fil-bażi tal-passiv u jispiċċa fid-data li fiha l-aħħar ħarġa ta' karta tal-flus tal-euro ta' dan it-tip jew ta' din is-sensiela tiġi rreġistrata fil-bażi tal-passiv;
“rata ta'referenza” tfisser l-aħħar rata' ta' imgħax marġinali disponsibbli li tintuża mill-Eurosistema fl-offerti tagħha għal operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament taħt l-Artikolu 6 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) ( 2 ). Fejn titmexxa aktar minn operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament għall-ħlas fl-istess jum, tintuża medja sempliċi tar-rati marġinali tal-operazzjonijiet li jitmexxew b'mod parallel;
“assi assenjabbli” tfisser l-ammont ta' assi miżmumin fil-konfront tal-bażi tal-passiv, fil-karta tal-bilanċ ta' kull BĊN, speċifikati skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni;
“perijodu ta' referenza” tfisser perijodu ta' 24 xahar li jibda 30 xahar qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti;
“rata ta' referenza ta' kuljum tal-kambju barrani” tfisser ir-rata ta' referenza ta' kuljum tal-kambju li hija bbażata fuq il-proċedura regolari ta' ftehim kwotidjan bejn banek ċentrali fi ħdan u barra s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali, li normalment iseħħ fis-14.15 Ħin Ċentrali Ewropew (CET) ( 3 );
“tħassir” tfisser li telimina karti ta' flus tal-euro rtirati mill-element tal-karta tal-bilanċ “karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni”.
“skema tal-ħruġ” tfisser il-medja tal-iskema tal-kapital sottoskritt matul il-fażi tal-ħruġ ta' xi tip jew serje ta' karti ta' flus euro rtirati;
“karta tal-bilanċ armonizzata” (harmonised balance sheet — HBS) tfisser il-karta tal-bilanċ armonizzata kif stabbilita fl-Anness VIII tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/34) ( 4 ).
Artikolu 2
Bilanċi intra-Eurosistema ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni
Fejn Stat Membru jadotta l-euro, il-kalkolu tal-bilanċi intra-Eurosistema ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni taħt l-ewwel subparagrafu għandu jiġi rreġistrat fil-kotba tal-BĊE u tal-BĊNi bid-data tal-jum tal-bidla tal-flus kontanti.
Il-bilanċi intra-Eurosistema ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar tal-ewwel sena li b'effett minnu japplika kull aġġustament li jsir kull ħames snin skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, jinħadmu abbażi tal-iskema aġġustata tal-kapital sottoskritt applikata lil bilanċi tat-total tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti.
Artikolu 3
Metodu biex jiġi kkalkolat id-dħul monetarju
L-ammont ta' dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jkun determinat billi jitkejjel id-dħul attwali li jirriżulta mill-assi assenjabbli rreġistrati fil-kotba tiegħu. Bħala eċċezzjonijiet għal dan:
id-deheb m'għandux jiġi kkunsidrat li jiġġenera dħul;
dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li jiġġeneraw dħul monetarju bir-rata ta' referenza:
titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja skont id-Deċiżjoni BĊE/2009/16;
titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja skont id-Deċiżjoni BĊE/2011/17;
strumenti ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali u lokali u aġenziji rikonoxxuti u strumenti ta’ dejn sostituti maħruġa minn korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja taħt id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/9) ( 5 ) jew id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/17) ( 6 ).
Artikolu 4
Aġġustamenti għall-bilanċi intra-Eurosistema
Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul monetarju, il-bilanċi intra-Eurosistema ta' kull BĊN fuq il-bilanċi tal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu aġġustati b'ammont kumpensatorju li jiġi determinat skont il-formula li ġejja:
fejn:
Ċ |
huwa l-ammont kumpensatorju, |
K |
huwa l-ammont f'euro għal kull BĊN li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-iskema tal-kapital sottoskritt lill-valur medju ta' karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni matul il-perijodu ta' referenza, fejn l-ammont ta' karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni denominati fil-munita nazzjonali ta' Stat Membru li jadotta l-euro għandu jiġi maqlub f'euro bir-rata ta' referenza ta' kuljum tal-kambju barrani matul il-perijodu ta' referenza, |
A |
huwa l-valur medju f'euro għal kull BĊN ta' karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni matul il-perijodu ta' referenza, maqlub f'euro bir-rata ta' referenza ta' kuljum tal-kambju barrani matul il-perijodu ta' referenza, |
S |
huwa l-koeffiċjent għal kull sena finanzjarja, li jibda bid-data tal-bidla tal-flus kontanti:
|
Artikolu 5
Kalkolu u allokazzjoni tad-dħul monetarju
Artikolu 6
Kalkolu u allokazzjoni tad-dħul li jirriżulta mill-kanċellament ta' karti tal-flus tal-euro
Karti ta' flus tal-euro rtirati għandhom jiġu kkanċellati kif ġej:
Fid-data tal-kanċellament, l-elementi 'Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni' fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE u tal-BĊNi għandhom jitnaqqsu bl-ammont totali ta' karti tal-flus tal-euro rtirati li għadhom fiċ-ċirkolazzjoni. Għal dan il-għan, l-ammonti attwali ta' karti tal-flus tal-euro rtitrati li tpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu aġġustati għall-ammonti pro rata tagħhom ikkalkolati skont l-iskema tal-ħruġ, u d-differenzi għandhom jiġu paċuti bejn il-BĊE u l-BĊNi.
L-ammont aġġustat ta' karti tal-flus tal-euro rtirati għandu jiġi kkanċellat mill-element tal-karta tal-bilanċ 'Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni' fil-kontijiet tal-qligħ u t-telf tal-BĊNi.
Kull BĊN għandu jistabbilixxi provvediment għal karti ta' flus euro rtirati li għadhom mistennija li jiġu skambjati. Il-provvediemnt għandu jkun ekwivalenti għas-sehem tal-BĊN rilevanti fl-ammont totali tal-provvediment ikkalkulat bl-użu tal-iskema tal-ħruġ.
Artikolu 7
Revoka
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2016.
ANNESS I
KOMPOSIZZJONI TAL-BAŻI TAL-PASSIV
A. Il-bażi tal-passiv tinkludi, bl-esklużjoni ta' kull element ieħor:
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, fis-sena tal-bidla tal-flus kontanti għal kull Bank ċentrali nazzjonali (BĊN) li jingħaqad mal-“Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” tal-Eurosistema:
tinkludi karti tal-flus maħruġin mill-BĊN u denominati fil-munita nazzjonali tiegħu; u
għandu jitnaqqas bil-valur tas-self mhux remunerat marbut ma' karti tal-flus tal-euro frontloaded li għadhom ma ġewx iddebitati (parti mill-element 6 tal-karta tal-bilanċ armonizzata (harmonised balance sheet — HBS).
Wara s-sena relevanti tal-bidla tal-flus kontanti, għal kull BĊN “karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” tfisser karti tal-flus iddenominati f'euro, bl-esklużjoni ta' karti tal-flus oħrajn.
Jekk id-data tal-bidla tal-flus kontanti tkun jum li fih it-TARGET2 huwa magħluq, il-passiv ta' BĊN li jirriżulta minn karti tal-flus tal-euro li ġew offloaded skont il-Linja ta' Gwida BĊE/2006/9 u li daħlu fiċ-ċirkolazzjoni qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti huwa parti mill-bażi tal-passiv (bħala parti mill-kontijiet korrispondenti taħt l-element tal-passiv 10.4 tal-HBS) sakemm il-passiv isir parti mill-passiv intra-Eurosistema li jirriżulta minn transazzjonijiet TARGET2.
Passiv fil-konfront ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbut ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominati f'euro, jinkludu kull wieħed minn dawn li ġejjin:
kontijiet kurrenti inklużi r-rekwiżiti minimi tar-riżerva taħt l-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ (element tal-passiv 2.1 tal-HBS);
ammonti f'depożiti taħt il-faċilità ta' depożitu tal-Eurosistema (element tal-passiv 2.2 tal-HBS);
depożiti għal terminu fiss (element tal-passiv 2.3 tal-HBS);
passiv li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' rfinar irriversjati (element tal-passiv 2.4 tal-HBS);
depożiti marbutin ma' sejħiet għall-ħlas (element tal-passiv 2.5 tal-HBS).
Passiv ta' depożiti fil-konfront ta' kontropartijiet inadempjenti fl-Eurosistema u li ġew ikklassifikati mill-ġdid mill-element tal-passiv 2.1 tal-HBS.
Passiv intra-Eurosistema ta' BĊNi li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn tal-BĊE taħt l-Artikolu 13 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) (partita tal-passiv 10.2 tal-HBS).
Passiv nett intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, inklużi dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni (parti mill-element tal-passiv 10.3 tal-HBS).
Passiv nett intra-Eurosistema li jirriżulta minn transazzjonijiet TARGET2 remunerati skont ir-rata ta' referenza (parti mill-element tal-passiv 10.4 tal-HBS).
Imgħax dovut irreġistrat fit-tmiem ta' kull trimestru minn kull BĊN fuq passiv tal-politika monetarja, b'maturità sa sena jew itwal (partita tal-passiv 12.2 tal-HBS).
Passiv fil-konfront tal-BĊE li jappoġġa pretensjoni relatata ma' ftehimiet swap bejn il-BĊE u bank ċentrali mhux tal-Eurosistema li jaqalgħu dħul nett għall-Eurosistema (parti mill-passiv barra l-karta tal-bilanċ).
B. L-ammont tal-bażi tal-passiv ta' kull BĊN huwa kkalkolat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabilità stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
ANNESS II
ASSI ASSENJABBLI
A. L-assi assenjabbli jinkludu, bl-esklużjoni ta' kull element ieħor:
Self lil istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbut ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominati f'euro (partita tal-passiv 5 tal-karta tal-bilanċ armonizzata (HBS)).
Titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja (parti mill-partita tal-attiv 7.1 tal-HBS).
Pretensjonijiet intra-Eurosistema ekwivalenti għat-trasferiment ta' assi ta' riżervi barranin li mhumiex deheb lill-BĊE taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ (parti mill-partita tal-attiv 9.2 tal-HBS).
Passiv nett intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni inkluż dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni (parti mill-partita tal-attiv 9.4 tal-HBS).
Passiv nett intra-Eurosistema li jirriżulta minn transazzjonijiet TARGET2 remunerati skont ir-rata ta' referenza (parti mill-partita tal-attiv 9.5 tal-HBS).
Deheb, inklużi pretensjonijiet fir-rigward ta' deheb ittrasferit lill-BĊE, f'ammont li jippermetti lil kull BĊN jassenja proporzjon tad-deheb tiegħu li jikkorrispondi għall-applikazzjoni ta' sehmu fl-iskema tal-kapital sottoskritt lill-ammont totali ta' deheb assenjabbli mill-BĊNi kollha (partita tal-attiv 1 u parti mill-partita tal-attiv 9.2 tal-HBS).
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-deheb huwa vvalutat abbażi tal-prezz tad-deheb f'euro għal kull uqija fina fil-31 ta' Diċembru 2002.
Passiv li jirriżulta minn karti tal-flus euro li ġew frontloaded skont il-Linja ta' Gwida BĊE/2006/9 u li mbagħad daħlu fiċ-ċirkolazzjoni qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti (parti mill-partita tal-attiv 4.1 tal-HBS sad-data tal-bidla tal-flus kontanti u wara parti mill-kontijiet korrispondenti taħt il-partita tal-attiv 9.5 tal-HBS), iżda biss sakemm dawn il-pretensjonijiet isiru parti mill-pretensjonijiet intra-Eurosistema li jirriżultaw mit-transazzjonijiet TARGET2.
Pretensjonijiet pendenti li jirriżultaw minn inadempjenza ta' kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, u/jew assi jew pretensjonijiet finanzjarji fil-konfront ta' partijiet terzi approprjati u/jew miksuba fil-kuntest tar-realizzazzjoni ta' kollateral ippreżentat minn kontropartijiet inadempjenti tal-Eurosistema fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema kklassifikati mill-ġdid mill-partita tal-attiv 5 tal-HBS (parti mill-partita tal-attiv 11.6 tal-HBS).
Imgħax dovut irreġistrat fit-tmiem tat-trimestru minn kull BĊN fuq assi tal-politika monetarja li l-maturità tiegħu tkun sena jew itwal (parti mill-partita tal-attiv 11.5 tal-HBS).
Bilanċi relatati ma’ imgħax akkumulat fuq kupuni fuq titoli indeboliti miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja (bl-eċċezzjoni ta’ imgħax akkumulat fuq kupun fuq kwalunkwe titoli indebiliti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni) (parti mill-partita ta’ assi 11.5 tal-HBS).
Pretenzjonijiet fuq kontrapartijiet li jirrigwardaw ftehim swap bejn il-BĊE u bank ċentrali mhux tal-Eurosistema li joħloq dħul nett għall-Eurosistema (parti mill-partita tal-attiv 3.1 tal-HBS).
Pretensjonijiet kontra banek ċentrali mhux tal-Eurosistema li huma relatati ma’ operazzjonijiet li jipprovdu likwidità (parti tal-partita tal-assi 4.1 tal-HBS jew parti minn assi mhux fuq il-karta tal-bilanċ).
B. Il-valur tal-assi assenjabbli ta' kull BĊN huwa kkalkulat skont il-prinċipji u r-regoli tal-kontabbiltà armonizzati stipulati fil-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
ANNESS III
A. L-ewwel aġġustament eventwali
Jekk il-medja tal-valur totali tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni f'sena ta' bidla tal-flus kontanti hija aktar baxxa mill-medja tal-valur totali f'euro tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni matul il-perijodu ta' referenza (inklużi dawk denominati fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru li adotta l-euro u maqlubin f'euro bir-rata ta' referenza ta' kuljum tal-kambju barrani matul il-perijodu ta' referenza), imbagħad il-koeffiċjent 'S' li japplika għas-sena tal-bidla tal-flus kontanti skont l-Artikolu 4(1) jitnaqqas b'effett retroattiv bl-istess proporzjon bħat-tnaqqis fil-medja totali tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni.
It-tnaqqis m'għandux jirriżulta f'koeffiċjent anqas minn 0,8606735. Jekk din id-deroga tiġi applikata, kwart tat-tnaqqis riżultanti fl-ammonti kumpensatorji tal-BĊNi (C) applikabbli fis-sena tal-bidla tal-flus kontanti għandu jiżdied mal-ammont kumpensatorju ta' kull BĊN applikabbli fit-tieni sal-ħames sena wara s-sena tal-bidla tal-flus kontanti skont l-Artikolu 4(1).
B. It-tieni aġġustament eventwali
Jekk dawk il-BĊNi li għalihom l-ammont kumpensatorju msemmi fl-Artikolu 4(1) huwa ċifra pożittiva jħallsu remunerazzjoni nett fuq bilanċi intra-Eurosistema fuq karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni li tirrizulta fi spiża netta meta miżjuda mal-partita “riżultat nett tal-ippuljar tad-dħul monetarju” fil-kont tal-qligħ u t-telf tagħhom fl-aħħar tas-sena, imbagħad il-koeffiċjent “S” li japplika għas-sena tal-bidla tal-flus kontanti skont l-Artikolu 4(1) jitnaqqas sal-punt meħtieġ sabiex tiġi eliminata din il-kundizzjoni.
It-tnaqqis m'għandux jirriżulta f'koeffiċjent anqas minn 0,8606735. Jekk din id-deroga tiġi applikata, kwart tat-tnaqqis riżultanti fl-ammonti kumpensatorji tal-BĊNi (C) applikabbli fis-sena tal-bidla tal-flus jiġi mi#jud mal-ammont kumpensatorju applikabbli ta' kull BĊN fit-tieni sal-ħames sena wara s-sena tal-bidla tal-flus kontanti skont l-Artikolu 4(1).
ANNESS IV
DEĊIŻJONI MĦASSRA B'LISTA TA' EMENDI SUĊĊESSIVI
Deċiżjoni ECB/2010/23 |
ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17 |
Deċiżjoni ECB/2011/18 |
ĠU L 319, 2.12.2011, p. 116 |
Deċiżjoni ECB/2014/24 |
ĠU L 117, 7.6.2014, p. 168 |
Deċiżjoni ECB/2014/56 |
ĠU L 53, 25.2.2015, p. 21 |
Deċiżjoni ECB/2015/37 |
ĠU L 313, 28.11.2015, p. 42 |
( 1 ) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 2 ) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
( 3 ) Il-Ħin tal-Ewropa Ċentrali jieħu inkunsiderazzjoni l-bidla għall-Ħin tal-Ewropa Ċentrali tas-Sajf.
( 4 ) Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/34) (ara paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 5 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (BĊE/2020/9) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 12).
( 6 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).