EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R1375-20220912

Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (Kodifikazzjoni) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1375/2022-09-12

02015R1375 — MT — 12.09.2022 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1375

tal-10 ta' Awwissu 2015

li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam

(Kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 212 11.8.2015, p. 7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1478 tal-14 ta’ Ottubru 2020

  L 338

7

15.10.2020

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/519 tal-24 ta’ Marzu 2021

  L 104

36

25.3.2021

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1418 tat-22 ta’ Awwissu 2022

  L 218

7

23.8.2022




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1375

tal-10 ta' Awwissu 2015

li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam

(Kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONI ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

Trichinella” tfisser kwalunkwe nematodu li jappartjeni għall-ispeċi tal-ġenus Trichinella;

(2) 

“kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni” tfisser tip ta' trobbija tal annimali fejn il-majjali jinżammu l-ħin kollu taħt kundizzjonijiet ikkontrollati mill-operatur tan-negozju tal-ikel fir-rigward tal-għalf u s-sistemazzjoni;

(3) 

“kompartiment” tfisser grupp ta' rziezet li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni. L-irziezet kollha li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni fi Stat Membru jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kompartiment wieħed;



KAPITOLU II

L-OBBLIGI TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI U TAL-OPERATURI TAN-NEGOZJU TAL-IKEL

Artikolu 2

Kampjunar tal-karkassi

1.  

Il-karkassi tal-majjali domestiċi għandu jittieħed kampjun tagħhom fil-biċċeriji bħala parti mill-eżami post mortem kif ġej:

(a) 

il-karkassi kollha ta' majjali femminili għat-tgħammir u ċingjali jew mill-inqas 10 % tal-karkassi tal-annimali mibgħuta għall-qatla kull sena minn kull azjenda li tkun uffiċjalment rikonoxxuta li qed tapplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni, għandhom jiġu eżaminati għat-Trichinella;

(b) 

il-karkassi kollha minn azjendi li mhumiex uffiċjalment rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni għandhom ikunu sistematikament eżaminati għat-Trichinella.

Għandu jinġabar kampjun minn kull karkassa u l-kampjun għandu jiġi eżaminat għat-Trichinella f'laboratorju magħżul mill-awtorità kompetenti, fejn għandu jintuża wieħed mill-metodi ta' skoperta li ġejjin:

(a) 

il-metodu ta' skoperta ta' referenza msemmi fil-Kapitolu I tal-Anness I; jew

(b) 

metodu ekwivalenti ta' skoperta msemmi fil-Kapitolu II tal-Anness I.

2.  
►M2  Il-karkassi tas-solipedi, taċ-ċingjali u ta’ speċijiet oħrajn ta’ annimali mrobbija jew selvaġġi suxxettibbli għall-infestazzjoni bit-Trichinella għandu jittieħed kampjun tagħhom b’mod sistematiku f’biċċeriji jew fi stabbilimenti li jgħaddu minnhom l-annimali kkaċċjati bħala parti mill-eżami tal-awtopsja. ◄

Għandu jinġabar kampjun minn kull karkassa, u l-kampjun għandu jkun eżaminat skont l-Annessi I u III f'laboratorju magħżul mill-awtorità kompetenti.

▼M2

3.  
Waqt l-istennija għar-riżultati tal-eżami tat-Trichinella u sakemm tibqa’ ggarantita t-traċċabilità sħiħa mill-operatur tan-negozju tal-ikel, il-karkassi ta’ majjali u solipedi domestiċi jistgħu jitqattgħu f’massimu ta’ sitt partijiet f’biċċerija jew f’impjant tat-tqattigħ fl-istess bini.

▼B

Artikolu 3

Derogi

1.  
B'deroga mill-Artikolu 2(1), il-laħam tal-majjali domestiċi li jkun għadda minn trattament tal-iffriżar skont l-Anness II taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti għandu jkun eżentat mill-eżami tat-Trichinella.
2.  
B'deroga mill-Artikolu 2(1), il-karkassi u l-laħam ta' majjali domestiċi mhux miftuma b'età ta' inqas minn 5 ġimgħat għandhom ikunu eżentati mill-eżami tat-Trichinella.
3.  

B'deroga mill-Artikolu 2(1), il-karkassi u l-laħam ta' majjali domestiċi jistgħu jkunu eżentati mill-eżami tat-Trichinella meta l-annimali jkunu ġejjin minn razzett jew kompartiment uffiċjalment rikonoxxut li japplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni skont l-Anness IV, jekk:

(a) 

ma ġiet skoperta ebda impestazzjoni tat-Trichinella awtoktona f'majjali domestiċi miżmuma f'irziezet uffiċjalment rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni fl-Istat Membru fl-aħħar 3 snin, li matulhom sar ittestjar kontinwu skont l-Artikolu 2; jew

(b) 

dejta storika dwar ittestjar kontinwu mwettaq fuq popolazzjoni ta' majjali maqtula tipprovdi mill-inqas 95 % assigurazzjoni li l-prevalenza tat-Trichinella ma taqbiżx il-wieħed għal kull miljun f'dik il-popolazzjoni; jew

(c) 

l-irziezet li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni jinsabu fil-Belġju jew fid-Danimarka.

4.  
Fejn Stat Membru jimplimenta d-deroga prevista fil-paragrafu 3, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u jressaq rapport annwali lill-Kummissjoni li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-Kapitolu II tal-Anness IV. Fuq il-websajt tagħha l-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' Stati Membri li jimplimentaw id-deroga.

Fejn Stat Membru jonqos milli jissottometti dak ir-rapport annwali jew ir-rapport annwali ma jkunx sodisfaċenti għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, id-deroga ma għandhiex tibqa tapplika għal dak l-Istat Membru.

▼M1

5.  

B’deroga mill-Artikolu 2(3) u wara l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti:

(a) 

il-karkassi jistgħu jitqattgħu f’impjant tat-tqattigħ mgħaqqad mal-biċċerija jew separat minnha diment li:

(i) 

il-proċedura tkun approvata mill-awtorità kompetenti;

(ii) 

karkassa jew il-partijiet minnha ma jkollhomx iktar minn impjant wieħed tat-tqattigħ bħala destinazzjoni tagħhom;

(iii) 

l-impjant tat-tqattigħ ikun jinsab fit-territorju tal-Istat Membru; u

(iv) 

fil-każ ta’ riżultat pożittiv il-partijiet kollha jkunu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem;

(b) 

karkassi li jkunu ġejjin minn majjali domestiċi jkunu jistgħu jitqattgħu f’iktar partijiet f’impjant tat-tqattigħ fl-istess bini jew mgħaqqad mal-biċċerija diment li:

(i) 

il-proċedura tkun approvata mill-awtorità kompetenti;

▼M3

(ii) 

it-tqattigħ jew id-dissussar, qabel ma jasal għat-temperatura msemmija fil-punt 2(b) tal-Kapitolu V tat-Taqsima I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jiġi applikat f’konformità mal-punt 4 tal-Kapitolu V tat-Taqsima I tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament;

▼M1

(iii) 

fil-każ ta’ riżultat pożittiv il-partijiet kollha jkunu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.

▼B

Artikolu 4

L-eżami għat-Trichinella u l-applikazzjoni tat-timbru tas-saħħa

1.  
►M1  Il-karkassi kif imsemmija fl-Artikolu 2 jew partijiet minnhom, ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 3(5), ma jistgħux jinħarġu mill-bini, qabel ma r-riżultat tal-eżami tat-Trichinella jirriżulta negattiv. ◄

Bl-istess mod, partijiet oħra ta' annimal intiż għall-konsum uman jew tal-annimali li għandhom tessut tal-muskolu mtarraz ma jistgħux jinħarġu mill-bini qabel ma r-riżultat tal-eżami għat-Trichinella jirriżulta fin-negattiv.

2.  
Skart tal-annimali u prodotti sekondarji mill-annimali li mhumiex intiżi għall-konsum uman u li ma fihomx muskolu mtarraz jistgħu jinħarġu mill-bini qabel ma r-riżultati tal-eżami għat-Trichinella jkunu disponibbli.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' titlob eżami għat-Trichinella jew li jsir trattament minn qabel ta' prodotti sekondarji mill-annimali qabel ma dawn jitħallew joħorġu mill-bini.

▼M1

3.  
Meta jkun hemm proċedura fis-seħħ fil-biċċerija biex tiżgura li l-ebda parti tal-karkassi eżaminati ma titlaq mill-post qabel mar-riżultat tal-eżami tat-Trichinella joħroġ negattiv u l-proċedura tkun approvata b’mod formali mill-awtorità kompetenti jew meta tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 3(5), il-marka tas-saħħa prevista fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 tista’ tiġi applikata qabel ma r-riżultati tal-eżami tat-Trichinella jkunu disponibbli.

▼B

Artikolu 5

Taħriġ

L-awtorità kompetenti tiżgura li l-istaff kollu involut fl-eżami tal-kampjuni biex tkun skoperta t-Trichinella jkun imħarreġ sew u jipparteċipa fi:

(a) 

programm tal-kontroll tal-kwalità tat-testijiet użati biex tkun skoperta t-Trichinella; u

(b) 

valutazzjoni regolari tal-proċeduri tal-ittestjar, l-irrekordjar u l-analiżi użati fil-laboratorju.

Artikolu 6

Metodi ta' skoperta

1.  
Jintużaw il-metodi ta' skoperta msemmija fil-Kapitoli I u II tal-Anness I għall-eżaminar tal-kampjuni kif imsemmija fl-Artikolu 2 fejn dawn jipprovdu bażi ta' suspett ta' impestazzjoni tat-Trichinella.
2.  
Il-kampjuni pożittivi kollha jiġu mgħoddija lil-laboratorju ta' referenza nazzjonali jew lil-laboratorju ta' referenza tal-UE għad-determinazzjoni tal-ispeċi tat-Trichinella involuta.

Artikolu 7

Pjanijiet ta' kontinġenza

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jipprovdu pjan ta' kontinġenza li jsemmi kull azzjoni li għandha tittieħed fejn il-kampjuni kif imsemmija fl-Artikolu 2 jirriżultaw pożittivi għat-Trichinella. Dak il-pjan għandu jinkludi dettalji li jkopru:

(a) 

it-traċċabilità ta' karkassi impestata u partijiet minnha li tinkludi t-tessut tal-muskolu;

(b) 

il-miżuri biex tkun trattata karkassi impestata u partijiet minnha;

(c) 

l-investigazzjoni tas-sors tal-impestazzjoni u kull tifrix fost l-annimali selvaġġi;

(d) 

kull miżura li għandha tittieħed fil-livell tal-bejjiegħ jew tal-konsumatur;

(e) 

il-miżuri li jridu jittieħdu fejn il-karkassi impestati ma jistgħux jiġu identifikati fil-biċċerija;

(f) 

id-determinazzjoni tal-ispeċi tat-Trichinella involuta.

Artikolu 8

Rikonoxximent uffiċjali ta' rziezet li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni

1.  
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tista' uffiċjalment tirrikonoxxi razzett jew kompartiment li japplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni fejn ikun hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV.
2.  
Irziezet jew kompartimenti li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni fil-Belġju jew fid-Danimarka skont l-Artikolu 3(3)(c) fl-1 ta' Ġunju 2014 jitqiesu uffiċjalment rikonoxxuti bħala li qed japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni kif elenkat fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9

L-obbligu tal-operaturi tan-negozju tal-ikel li jinfurmaw

L-operaturi tan-negozju tal-ikel ta' rziezet uffiċjalment rikonoxxuti bħala li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti b'kull rekwiżit kif imniżżel fl-Anness IV li ma għadux qed jiġi ssodisfat jew b'kull bidla oħra li tista' taffettwa l-istatus tar-razzett fir-rigward tat-Trichinella.

Artikolu 10

Verifiki fi rziezet uffiċjalment rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li perjodikament jitwettqu verifiki fi rziezet uffiċjalment rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni.

Il-frekwenza tal-verifiki għandha tkun ibbażata fuq ir-riskju, filwaqt li titqies l-istorja tal-marda u l-prevalenza, is-sejbiet preċedenti, iż-żona ġeografika, l-annimali selvaġġi lokali li huma suxxettibbli, il-prattiki ta' trobbija tal-annimali, is-superviżjoni veterinarja u l-konformità tal-bdiewa.

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-majjali domestiċi li ġejjin minn dawn l-irziezet ikunu eżaminati skont l-Artikolu 2(1).

Artikolu 11

Programmi ta' Monitoraġġ

L-awtorità kompetenti tista' timplimenta programm ta' monitoraġġ li jkopri l-popolazzjoni ta' majjali domestiċi li ġejjin minn razzett jew kompartiment uffiċjalment rikonoxxut li qed japplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni, sabiex jiġi vverifikat li t-Trichinella hija verament assenti f'dik il-popolazzjoni.

Il-frekwenza tal-ittestjar, l-għadd ta' annimali li għandu jiġi ttestjat u l-pjan għat-teħid tal-kampjuni għandhom jiġu stabbiliti fil-programm ta' monitoraġġ. Għal dan il-għan, għandhom jinġabru kampjuni tal-laħam u jiġu eżaminati għall-preżenza tal-parassiti tat-Trichinella skont il-Kapitolu I jew II tal-Anness I.

Il-programm ta' monitoraġġ jista' jinkludi metodi seroloġiċi bħala għodda addizzjonali ladarba test xieraq jiġi vvalidat mil-laboratorju ta' referenza tal-UE.

Artikolu 12

L-irtirar ta' rikonoxximent uffiċjali ta' rziezet bħala li qed japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni

1.  
Fejn ir-riżultati tal-verifiki mwettqa skont l-Artikolu 10 juru li r-rekwiżiti tal-Anness IV ma għadhomx qed jiġu ssodisfati, l-awtorità kompetenti għandha tirtira r-rikonoxximent uffiċjali tar-razzett mingħajr dewmien.
2.  

Fejn majjali domestiċi minn razzett uffiċjalment rikonoxxut bħala li qed japplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni jirriżultaw pożittivi għat-Trichinella, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien:

(a) 

tirtira r-rikonoxximent uffiċjali tar-razzett;

(b) 

teżamina kull majjal domestiku ta' dak ir-razzett fil-ħin tal-qatla;

(c) 

tintraċċa u tittestja l-annimali tat-trobbija kollha li waslu fir-razzett u, sakemm hu possibbli, dawk kollha li telqu mir-razzett f'mill-anqas is-sitt xhur ta' qabel ma nstab ir-riżultat pożittiv; għal dak il-għan, għandhom jinġabru kampjuni tal-laħam u jiġu eżaminati għall-preżenza ta' parassiti tat-Trichinella bl-użu tal-metodi ta' skoperta stipulati fil-Kapitoli I u II tal-Anness I;

(d) 

sakemm huwa possibbli, tinvestiga l-firxa tal-impestazzjoni tal-parassita minħabba d-distribuzzjoni ta' laħam minn majjali domestiċi maqtula fil-perjodu ta' qabel is-sejba pożittiva;

(e) 

tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn;

(f) 

fejn ikun rilevanti, tibda investigazzjoni epidemjoloġika biex tiċċara l-kawża tal-impestazzjoni;

(g) 

tieħu miżuri xierqa fejn karkassa impestata ma tistax tiġi identifikata fil-biċċerija, inkluż:

(i) 

iżżid id-daqs ta' kull kampjun tal-laħam miġbur għall-ittestjar tal-karkassi suspettati; jew

(ii) 

tiddikjara li l-karkassi mhumiex tajbin għall-konsum uman;

(iii) 

tieħu l-miżuri xierqa għar-rimi ta' karkassi suspettati jew partijiet minnhom u dawk li jirriżultaw pożittivi.

3.  
Wara t-tneħħija tar-rikonoxximent, l-irziezet jistgħu jingħataw mill-ġdid ir-rikonoxximent uffiċjali hekk kif il-problemi identifikati jiġu solvuti u r-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV jintlaħqu għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.
4.  
Jekk l-ispezzjoni identifikat nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 9 jew ittestjar pożittiv f'razzett f' kompartiment, ir-razzett ikkonċernat għandu jitneħħa mill-kompartiment sakemm terġa' tiġi stabbilita l-konformità.



KAPITOLU III

IMPORTAZZJONIJIET

Artikolu 13

Rekwiżiti tas-saħħa għall-importazzjoni

1.  
Laħam li fih muskoli mtarrża ta' speċijiet ta' annimali li jistgħu jġorru t-Trichinella, jista' jiġi importat biss fl-Unjoni jekk qabel l-esportazzjoni jkun twettaq l-eżami għat-Trichinella skont kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-Artikolu 2 jew 3 fil-pajjiż terz fejn l-annimali jkunu nqatlu.

▼M1

2.  
Il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness VII biss jistgħu japplikaw id-derogi previsti fl-Artikolu 3(2) u (3) wara li jkunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dawk id-derogi.

▼M1 —————

▼B



KAPITOLU IV

REVOKA U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal- pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Metodi ta' skoperta

▼M1

KAPITOLU I

METODU TA’ SKOPERTA TA’ REFERENZA

Il-metodu ta’ skoperta ta’ referenza għall-eżami ta’ kampjuni għat-Trichinella huwa ISO 18743:2015.

▼B

KAPITOLU II

METODI EKWIVALENTI

A.    Il-metodu tad-diġestjoni ta' gruppi ta' kampjuni b'għajnuna mekkanika/teknika tas-sedimentazzjoni

1.    Apparat u reaġenti

(a) 

Sikkina jew imqass għat-tqattigħ tal-kampjuni.

(b) 

Trejs immarkati b'50 kaxxa, kull waħda minnhom tesa' kampjuni ta' madwar 2 g ta' laħam, jew għodod oħra li jagħtu garanziji ekwivalenti fir-rigward tat-traċċabilità tal-kampjuni.

(c) 

Magna tal-kapuljat tal-laħam jew blender tal-elettriku.

(d) 

Stomacher lab-blender 3 500 thermo model.

(e) 

Boroż tal-plastik adatti għall-Istomacher lab-blender.

(f) 

Lembutijiet ta' separazzjoni b'forma konika, b'kapaċità ta' 2 litri, li huma preferibbilment imwaħħla b'tappieri tas-sigurtà tat-Teflon.

(g) 

Stands, ċrieki u klampijiet.

(h) 

Passaturi, bid-daqs tax-xibka 180 mikron, b'dijametru estern ta' 11-il cm, b'xibka tal-azzar li ma jissaddadx jew tar-ram isfar.

(i) 

Lembutijiet, bid-dijametru intern ta' mhux anqas minn 12-il cm, biex jirfed il-passaturi.

(j) 

Ċilindri tal-ħġieġ immarkati bil-kejl ta' 100 ml.

▼M3

(k) 

Termometru akkurat sa 0,5 C fil-medda minn 20 C sa 70 C.

▼B

(l) 

Vibratur, pereżempju makkinetta tal-leħja elettrika bir-ras imneħħija.

(m) 

Apparat ta' trażmissjoni li jixgħel u jitfi f'intervalli ta' minuta.

(n) 

Trikonoskopju b'mejda orizzontali jew stereomikroskopju, b'sors ta' dawl minn taħt b'intensità li tista' tiġi aġġustata.

▼M3

(o) 

Dixxijiet żgħar mgħottija b’dijametru ta’ madwar 90 mm, iggradiljati b’kwadri ta’ madwar 1 cm, jew tagħmir ekwivalenti biex jingħaddu l-larvi, bħal fil-punt 6.14 tal-ISO 18743:2015.

▼B

(p) 

17,5 % ta' aċidu idrokloriku.

▼M3

(q) 

Pepsina ta’ qawwa skont dan li ġej:

— 
jekk tkun fil-forom ta’ trab jew granulari: 1:10 000 NF (US National Formulary) li jikkorrispondi għal 1:12 500 BP (British Pharmacopoeia) u għal 2 000 FIP (Fédération internationale de pharmacie), jew
— 
jekk tkun likwida: pepsina likwida stabbilizzata b’minimu ta’ 660 unitajiet/ml tal-Farmakopea Ewropea.

Jistgħu jintużaw attivitajiet oħra tal-pepsina, dment li l-aħħar attività fil-likwidu tad-diġestjoni tkun ekwivalenti għall-attività ta’ 10 g ta’ 1:10 000 NF kif stipulat fil-punt 5.3 tal-ISO 18743:2015.

▼B

(r) 

Numru ta' kontenituri ta' 10 litri li għandhom jintużaw għad-dekontaminazzjoni tal-apparat, pereżempju bil-formol, u għas-sugu tad-diġestjoni li jibqa' meta l-kampjuni jirriżultaw pożittivi.

▼M3

(s) 

miżien ikkalibrat biex jintiżnu l-kampjuni u/jew il-pepsina (b’akkuratezza ta’ ± 0,1 g).

2.   Il-ġbir ta’ kampjuni u l-kwantità li trid tiġi ddiġerita

Kif stipulat fil-punt 4.2 tal-ISO 18743:2015 (ara wkoll l-Annessi A u B tiegħu għal aktar dettalji).

▼B

3.    Il-proċedura

I.   Tħin

Jekk il-kampjuni tal-laħam jintaħnu minn qabel f'magna tal-ikkapuljat, dan itejjeb il-kwalità tad-diġestjoni. Jekk jintuża blender tal-elettriku, il-blender għandu jitħaddem tlieta jew erba' darbiet għal madwar sekonda kull darba.

II.   Il-proċedura tad-diġestjoni

Din il-proċedura tista' tinvolvi gruppi sħaħ (100 g ta' kampjuni kull darba) jew gruppi ta' anqas minn 100 g.

(a) 

Gruppi sħaħ (100 kampjun kull darba):

(i) 

L-Istomacher lab-blender 3 500 huwa ffittjat b'borża tal-plastik doppja u l-kontroll tat-temperatura ssettjata għal-40 sa 41 °C.

(ii) 

Jitferra' litru u nofs ta' ilma msaħħan minn qabel għal 40 sa 41 °C fil-borża tal-plastik interna.

(iii) 

Jiżdied 25 ml ta' 17,5 % ta' aċidu idrokloriku mal-ilma fl-Istomacher.

(iv) 

Jiżdiedu 100 kampjun li jiżnu madwar 1 g kull wieħed (bejn 25 sa 30 °C) meħuda minn kull kampjun individwali skont il-punt 2.

(v) 

Fl-aħħarnett, 6 g ta' pepsin jew 18 ml ta' likwidu pepsin huwa miżjud. Din l-ordni trid tinżamm sabiex tkun evitata d-dekompożizzjoni tal-pepsin.

(vi) 

L-Istomacher jitħalla jolqot bil-qawwi l-kontenut tal-borża għal 25 minuta.

(vii) 

Il-borża tal-plastik titneħħa mill-Istomacher u l-likwidu tad-diġestjoni huwa ffiltrat mill-passatur għal ġo tazza biż-żennuna ta' 3 litri.

(viii) 

Il-borża tal-plastik tinħasel b'madwar 100 ml ta' ilma, li mbagħad jintuża biex jitlaħlaħ il-passatur u fl-aħħar jiżdied mal-filtrat fit-tazza biż-żennuna.

(ix) 

Jistgħu jiżdiedu sa 15-il kampjun individwali għal grupp totali ta' 100 kampjun u jiġu eżaminati flimkien ma' dawn il-kampjuni.

(b) 

Gruppi iżgħar (anqas minn 100 kampjun):

(i) 

L-Istomacher lab-blender 3 500 fih borża tal-plastik doppja u l-kontroll tat-temperatura ssettjat minn 40 sa 41 °C.

(ii) 

Jitħejja likwidu tad-diġestjoni billi jitħallat madwar litru u nofs ta' ilma u 25 ml ta' 17,5 % ta' aċidu idrokloriku. Jiżdiedu 6 g ta' pepsin u kollox jitħallat f'temperatura minn 40 sa 41 °C. Din l-ordni għandha tkun segwita b'mod strett biex tkun evitata d-dekompożizzjoni tal-pepsin.

(iii) 

Mil-likwidu tad-diġestjoni, jitkejjel volum li jikkorrispondi għal 15 ml kull g tal-kampjun (pereżempju għal 30 kampjun il-volum meħtieġ huwa 30 × 15 ml = 450 ml) u jiġi ttrasferit fil-parti interna taż-żewġ boroż tal-plastik, flimkien ma' kampjuni tal-laħam li jiżnu madwar 1 g (minn 25 sa 30 °C) meħuda minn kull kampjun individwali skont il-punt 2.

(iv) 

Jitferra' ilma b'temperatura ta' madwar 41 °C fil-borża ta' barra biex jagħmel volum totali fiż-żewġ boroż ta' litru u nofs. L-Istomacher imbagħad jitħalla jolqot bil-qawwa l-kontenut tal-borża għal 25 minuta.

(v) 

Il-borża tal-plastik titneħħa mill-Istomacher u l-likwidu tad-diġestjoni huwa ffiltrat mill-passatur għal ġo tazza biż-żennuna ta' 3 litri.

(vi) 

Il-borża tal-plastik tinħasel b'madwar 100 ml ta' ilma (minn 25 sa 30 °C), li mbagħad jintuża biex jitlaħlaħ il-passatur u fl-aħħar jiżdied mal-filtrat fit-tazza biż-żennuna.

▼M3

III.   L-irkuprar tal-larvi permezz tas-sedimentazzjoni

— 
Jiżdied is-silġ (300 sa 400 g laqx tas-silġ, jew silġ imfarrak) mal-likwidu tad-diġestjoni biex il-volum jiżdied sa madwar 2 litri. Il-likwidu tad-diġestjoni mbagħad jitħawwad sakemm jinħall is-silġ. Fil-każ ta’ gruppi iżgħar (ara it-Taqsima II(b)), l-ammont tas-silġ irid jitnaqqas b’mod korrispondenti.
— 
Il-likwidu tad-diġestjoni mkessaħ jiġi ttrasferit f’lembut ta’ separazzjoni ta’ 2 litri, mgħammar b’vibratur bi klamp żejjed.
— 
Is-sedimentazzjoni titħalla tkompli għal 30 minuta, u tul dan il-ħin il-lembut tas-sedimentazzjoni jiġi vvibrat b’mod intermittenti, jiġifieri vibrazzjoni ta’ minuta segwita minn pawża ta’ minuta.
— 
Wara 30 minuta, jitferra’ malajr kampjun ta’ 60 ml tas-sediment f’ċilindru bil-kejl ta’ 100 ml (il-lembut jitlaħlaħ b’soluzzjoni deterġenti wara li jintuża).
— 
Il-kampjun ta’ 60 ml jitħalla joqgħod għal mill-anqas 10 minuti, u wara dan il-ħin is-sustanza li tgħum fil-wiċċ tal-likwidu titneħħa bl-irdigħ biex tħalli volum ta’ 15-il ml, biex ikun eżaminat għall-preżenza ta’ larvi.
— 
Għall-irdigħ, tista’ tintuża siringa li tintrema, mgħammra b’tubu tal-plastik. It-tubu jrid ikun ta’ tul li jibqgħu 15-il ml fiċ-ċilindru bil-kejl meta l-flanġi tas-siringa jistrieħu fuq ix-xifer taċ-ċilindru.
— 
Il-15 ml li jibqgħu jitferrgħu f’dixx żgħir mgħotti jew f’tagħmir ekwivalenti biex jingħaddu l-larvi, u jiġu eżaminati bl-użu ta’ trikinoskopju jew stereomikroskopju.
— 
Iċ-ċilindru bil-kejl jinħasel b’5 sa 10 ml ilma tal-vit u l-ħasliet jiżdiedu mal-kampjun.
— 
Id-diġerir għandu jiġi eżaminat malli jkun lest. L-eżami m’għandux ikun pospost għall-għada taħt ebda ċirkostanza.

Meta d-diġerir ma jkunx ċar, irid jiġi ċċarat kif ġej:

— 
il-kampjun finali ta’ 60 ml jitferra’ f’ċilindru bil-kejl u jitħalla joqgħod 10 minuti; imbagħad jitneħħew bl-irdigħ 45 ml tas-sustanza li tgħum fil-wiċċ tal-likwidu u l-15-il ml li jibqgħu jiżdiedu għal 45 ml bl-ilma tal-vit,
— 
wara 10 minuti oħra biex joqgħod, jitneħħew bl-irdigħ 30 ml tas-sustanza li tgħum fil-wiċċ tal-likwidu u l-15-il ml li jibqa’ jitferra’ f’dixx żgħir mgħotti jew f’tagħmir ekwivalenti biex jingħaddu l-larvi, u jiġi eżaminat bl-użu ta’ trikinoskopju jew stereomikroskopju.
— 
iċ-ċilindru bil-kejl jinħasel b’10 ml ilma tal-vit u dawn il-ħasliet jiżdiedu mal-kampjun fid-dixx żgħir mgħotti jew fit-tagħmir ekwivalenti għall-għadd tal-larvi u jiġi eżaminat bl-użu ta’ trikinoskopju jew stereomikroskopju.

IV.   Riżultati pożittivi jew dubjużi

Meta l-eżami ta’ kampjun kollettiv jipproduċi riżultat pożittiv jew inċert, jittieħed kampjun ieħor ta’ 20 g minn kull majjal, kif stipulat fil-punt 4.2 tal-ISO 18743:2015 (ara wkoll l-Annessi A u B tiegħu għal aktar dettalji). Il-kampjuni ta’ 20 g minn ħames majjali jitqiegħdu fi grupp wieħed u jiġu eżaminati bil-metodu spjegat f’dan il-Kapitolu. B’dan il-mod jiġu eżaminati kampjuni minn 20 grupp ta’ ħames majjali. Meta t-Trichinella tiġi skoperta f’kampjun ta’ grupp minn ħames majjali, jinġabru aktar kampjuni ta’ 20 g mill-majjali individwali fil-grupp u kull wieħed jiġi eżaminat separatament bl-użu tal-metodu spjegat f’dan il-Kapitolu. Il-kampjuni tal-parassiti jridu jinżammu f’(konċentrazzjoni finali ta’) 70-90 % alkoħol etiliku għall-konservazzjoni u l-identifikazzjoni fil-livell tal-ispeċi fil-laboratorju ta’ referenza tal-UE jew nazzjonali. Għall-proċedura tad-dekontaminazzjoni, ara l-punt 12 tal-ISO 18743:2015.

▼B

B.    Il-metodu tad-diġestjoni ta' gruppi ta' kampjuni b'għajnuna mekkanika/it-teknika ta' “iżolazzjoni bil-filter”

1.    Apparat u reaġenti

Kif stipulat fit-Taqsima A(1).

Tagħmir addizzjonali:

(a) 

lembut tal-Gelman tal-litru, komplut bil-portafiltru (dijametru ta' 45 mm);

(b) 

diski tal-filter, li jikkonsistu f'xibka ċirkolari tal-azzar li ma jissaddadx b'fetħa ta' 35 mikron (dijametru tad-diska: 45 mm), żewġ ċrieki tal-lasktu ta' 1 mm ħxuna (dijametru estern: 45 mm; dijametru intern: 38 mm), fejn ix-xibka ċirkolari titpoġġa bejn iż-żewġ ċrieki tal-lasktu u titwaħħal magħhom bl-użu ta' kolla ta' żewġ komponenti adatta għaż-żewġ materjali;

(c) 

flixkun tal-Erlenmeyer, li jesa' 3 litri, li għandu miegħu tubu fil-ġenb għall-irdigħ;

(d) 

pompa tal-filtru;

(e) 

boroż tal-plastik, li jesgħu mill-anqas 80 ml;

(f) 

tagħmir biex jissiġillaw dawn il-boroż tal-plastik;

(g) 

rennilase, qawwa 1:150 000 Soxhlet units kull g.

▼M3

2.   Il-ġbir ta’ kampjuni

Kif stipulat fil-punt 4.2 tal-ISO 18743:2015 (ara wkoll l-Annessi A u B tiegħu għal aktar dettalji).

▼B

3.    Il-proċedura

I.   Tħin

Jekk il-kampjuni tal-laħam jintaħnu minn qabel f'magna tal-ikkapuljat, dan itejjeb il-kwalità tad-diġestjoni. Jekk jintuża blender tal-elettriku, il-blender għandu jitħaddem tlieta sa erba' darbiet għal madwar sekonda kull darba.

II.   Il-proċedura tad-diġestjoni

Din il-proċedura tista' tinvolvi gruppi sħaħ (100 g ta' kampjuni kull darba) jew gruppi ta' anqas minn 100 g.

(a) 

Gruppi sħaħ (100 kampjun kull darba)

Ara t-Taqsima A(3)(II)(a).

(b) 

Gruppi iżgħar (anqas minn 100 kampjun)

Ara t-Taqsima A(3)(II)(b).

III.   L-irkuprar ta' larva permezz tal-filtrazzjoni

(a) 

Jiżdied silġ (300 sa 400 g ta' troffi ta' silġ, silġ bil-qoxra jew silġ imfarrak) mal-likwidu tad-diġestjoni biex il-volum jitla' għal madwar 2 litri. F'każ ta' gruppi iżgħar, l-ammont tas-silġ għandu jitnaqqas b'mod korrispondenti.

(b) 

Il-likwidu tad-diġestjoni jitħawwad sakemm is-silġ jinħall. Il-likwidu tad-diġestjoni mkessaħ jitħalla għal mill-anqas tliet minuti biex iħalli l-larva titkebbeb.

(c) 

Il-lembut tal-Gelman, imwaħħal b'portafiltru u diska tal-filtru, jiġi mmontat fuq flixkun tal-Erlenmeyer imqabbad ma' pompa tal-filtru.

(d) 

Il-likwidu tad-diġestjoni jitferra' fil-lembut tal-Gelman u jiġi ffiltrat. Lejn it-tmiem tal-filtrazzjoni, il-likwidu tad-diġestjoni jiġi megħjun biex jgħaddi mill-filtru bl-irdigħ mal-pompa tal-filtru. L-irdigħ għandu jieqaf qabel mal-filtru jinxef, jiġifieri meta jkun baqa' bejn 2 sa 5 ml ta' likwidu fil-lembut.

(e) 

Ladarba l-likwidu tad-diġestjoni ġie ffiltrat, id-diska tal-filtru titneħħa u titpoġġa f'borża tal-plastik li tesa' 80 ml, flimkien ma' 15 sa 20 ml ta' soluzzjoni tar-rennilase. Is-soluzzjoni tar-rennilase issir billi jiżdiedu 2 g ta' rennilase ma' 100 ml ta' ilma tal-vit.

(f) 

Il-borża tal-plastik hija ssiġillata darbtejn u titpoġġa bejn il-borża interna u esterna fl-Istomacher.

(g) 

L-Istomacher jitħalla jolqot bil-qawwa għal tliet minuti, pereżempju, waqt li qiegħed jaħdem fuq grupp komplut jew mhux komplut.

▼M3

(h) 

Wara tliet minuti, il-borża tal-plastik, bid-diska tal-filtru u bis-soluzzjoni tar-rennilase b’kollox, titneħħa mill-istomacher u tinfetaħ bi mqass. Il-kontenut likwidu jitferra’ f’dixx żgħir mgħotti jew f’tagħmir ekwivalenti biex jingħaddu l-larvi. Il-borża tinħasel b’5 sa 10 ml ilma, li mbagħad jiżdied fid-dixx iż-żgħir mgħotti jew fit-tagħmir ekwivalenti biex jingħaddu l-larvi u jiġi eżaminat bi trikinoskopju jew bi stereomikroskopju.

▼B

(i) 

Id-diġerar għandu jkun eżaminat malli jkun lest. L-eżami m'għandux ikun pospost għall-għada taħt ebda ċirkostanza.

Nota: Diski tal-filtru m'għandhom qatt jintużaw meta mhux nodfa kompletament. Diski maħmuġin m'għandhom qatt jitħallew jinxfu. Diski tal-filtru jistgħu jitnaddfu billi jitħallew f'soluzzjoni tar-rennilase matul il-lejl. Qabel ma jintużaw, dawn għandhom jinħaslu f'soluzzjoni friska tar-rennilase bl-użu tal-Istomacher.

▼M3

IV.   Riżultati pożittivi jew dubjużi

Kif stipulat fil-punt IV tat-Taqsima A(3).

▼B

C.    Il-metodu ta' diġestjoni awtomatika għall-gruppi ta' kampjuni sa 35 g

1.    Apparat u reaġenti

(a) 

Sikkina jew imqass għat-tqattigħ tal-kampjuni.

(b) 

Trejs immarkati b'50 kaxxa, fejn kull waħda minnhom tista' żżomm kampjuni ta' madwar 2 g ta' laħam, jew għodod oħrajn li jagħtu garanziji ekwivalenti fir-rigward tat-traċċabbilità tal-kampjuni.

(c) 

Blender Trichomatic 35® bil-filtrazzjoni mdaħħla.

(d) 

Aċidu idrokloriku li jiżen 8,5 ± 0,5 %.

(e) 

Filtri trasparenti tal-membrana tal-polikarbonat b'dijametru ta' 50 mm u daqs tal-por ta' 14-il mikron.

▼M3

(f) 

Pepsina ta’ qawwa skont dan li ġej:

— 
jekk tkun fil-forom ta’ trab jew granulari: 1:10 000 NF (US National Formulary) li jikkorrispondi għal 1:12 500 BP (British Pharmacopoeia) u għal 2 000 FIP (Fédération internationale de pharmacie), jew
— 
jekk tkun likwida: pepsina likwida stabbilizzata b’minimu ta’ 660 unitajiet/ml tal-Farmakopea Ewropea.

Jistgħu jintużaw attivitajiet oħra tal-pepsina, dment li l-aħħar attività fil-likwidu tad-diġestjoni tkun ekwivalenti għall-attività ta’ 10 g ta’ 1:10 000 NF’ kif stipulat fil-punt 5.3 tal-ISO 18743:2015.

(g) 

Miżien ikkalibrat biex jintiżnu l-kampjuni u/jew il-pepsina (b’akkuratezza ta’ ± 0,1 g).

▼B

(h) 

Pinzetta bil-ponta ċatta.

(i) 

Numru ta' slajds tal-mikroskopju bit-tul ta' ġenb ta' mill-anqas 5 cm jew numru ta' dixxijiet żgħar mgħottija b'dijametru ta' mill-anqas 6 cm, immarkati minn naħat ta' taħt f'żoni ta' 10 × 10 mm kwadri bi strument ippuntat.

(j) 

(Stereo)mikroskopju li jittrażmetti dawl (ingrandiment minn 15 sa 60 darba) jew trikinoskopju b'mejda orizzontali.

(k) 

Landa għall-ġbir ta' likwidi ħżiena.

(l) 

Numru ta' laned ta' 10 litri biex jintużaw għad-dekontaminazzjoni tal-apparat, pereżempju bil-formol, u għas-sugu tad-diġestjoni li jibqa' fejn il-kampjuni jirriżultaw pożittivi.

▼M3

(m) 

Termometru akkurat sa 0,5 °C fil-medda ta’ 20 sa 70 °C.

2.   Il-ġbir ta’ kampjuni

Kif stipulat fil-punt 4.2 tal-ISO 18743:2015 (ara wkoll l-Annessi A u B tiegħu għal aktar dettalji).

▼B

3.    Il-proċedura

I.   Il-proċedura tad-diġestjoni

(a) 

Poġġi l-blender bil-filtrazzjoni mdaħħla, qabbad it-tubu tal-iskart u poġġi t-tubu sabiex dan jitbattal fil-landa tal-iskart.

(b) 

Meta jinxtegħel il-blender, jibda t-tisħin.

(c) 

Qabel ma' jsir dan, il-valv ta' taħt li qiegħed taħt il-kompartiment tar-reazzjoni għandu jinfetaħ u jingħalaq.

(d) 

Imbagħad jiżdiedu sa 35 kampjun li jiżnu madwar 1 gramm kull wieħed (bejn 25 sa 30 °C) meħuda minn kull kampjun individwali skont il-punt 2. Irid jiġi żgurat li biċċiet akbar tal-għeruq jitneħħew minħabba li dawn jistgħu jsoddu l-filtru tal-membrana.

(e) 

Ferra' ilma sax-xifer ta' kompartiment tal-likwidu mqabbad mal-blender (madwar 400 ml).

(f) 

Ferra' madwar 30 ml ta' aċidu idrokloriku (8,5 %) sax-xifer tal-kompartiment iżgħar tal-likwidu li huwa mqabbad.

(g) 

Poġġi filtru tal-membrana taħt il-filtru rozz fil-portafiltru fil-post għall-filtru.

(h) 

Fl-aħħarnett, żid 7 g ta' pepsin jew 21 ml ta' likwidu pepsin. Din lordni trid tinżamm sabiex tkun evitata d-dekompożizzjoni tal-pepsin.

(i) 

Agħlaq l-għotjien tal-kompartimenti tar-reazzjoni u tal-likwidu.

(j) 

Agħżel il-perjodu tad-diġestjoni. Għandu jiġi ssettjat perjodu qasir ta' diġestjoni (5 minuti) għall-majjali li nqatlu f'età normali u ħin itwal (8 minuti) għal kampjuni oħrajn.

(k) 

Meta tinxtegħel il-buttuna li tħaddem il-blender, il-proċess tat-tqassim u d-diġestjoni jibda awtomatikament, segwit mill-filtrazzjoni Wara 10 sa 13-il minuta l-proċess jitlesta u jieqaf awtomatikament.

(l) 

Iftaħ l-għatu tal-kompartiment tar-reazzjoni wara l-iċċekkjar li l-kompartiment huwa vojt. Jekk hemm ragħwa jew baqa' xi likwidu tad-diġestjoni fil-kompartiment, irrepeti l-proċedura skont it-Taqsima V.

II.   L-irkuprar tal-larva

(a) 

Neħħi l-portafiltru u ttrasferixxi l-filtru tal-membrana għal slajd jew dixx żgħir mgħotti.

(b) 

Eżamina l-filtru tal-membrana bl-użu ta' (stereo)mikroskopju jew trikinoskopju.

III.   It-tindif tal-apparat

(a) 

Fejn ir-riżultat huwa pożittiv, imla l-kompartiment tar-reazzjoni tal-blender b'ilma jagħli sakemm ikun żewġ terzi mimli. Ilma tal-vit ordinarju jitferra' fil-kompartiment imqabbad tal-likwidu sakemm dan ikopri l-apparat sensorju inferjuri. Imbagħad isir it-tindif awtomatiku. Iddekontamina l-portafiltru jew kwalunkwe tagħmir ieħor, pereżempju, bl-użu tal-formol.

(b) 

Wara li jitlesta x-xogħol għal dik il-ġurnata, imla l-kompartiment tal-likwidu tal-blender bl-ilma u għaddieh minn ċiklu standard.

IV.   L-użu ta' filtri tal-membrana

Kull filtru tal-membrana tal-polikarbonat ma jistax jintuża aktar minn ħames darbiet. Il-filtru għandu jiddawwar kull darba li jintuża. Barra dan, il-filtru għandu jkun iċċekkjat wara kull darba li jintuża għal xi ħsara li tirrendih mhux adattat għal użu ulterjuri.

V.   Il-metodu li għandu jkun applikat meta d-diġestjoni mhix kompluta u l-filtrazzjoni ma tistax issir

Ladarba l-blender għadda minn ċiklu awtomatiku skont it-punt Taqsima I, iftaħ l-għatu tal-kompartiment tar-reazzjoni u ċċekkja jekk hemmx ragħwa jew baqax xi likwidu fil-kompartiment. Jekk dan hu l-każ, kompli hekk kif ġej:

(a) 

agħlaq il-valv t'isfel ta' taħt il-kompartiment tar-reazzjoni;

(b) 

neħħi l-portafiltru u ttrasferixxi l-filtru tal-membrana għal slajd jew dixx żgħir mgħotti;

(c) 

poġġi filtru tal-membrana ġdid fil-portafiltru u waħħal il-portafiltru;

(d) 

imla l-kompartiment tal-likwidu tal-blender sakemm l-apparat sensorju huwa mgħotti;

(e) 

agħmel iċ-ċiklu awtomatiku tat-tindif;

(f) 

wara li jkun spiċċa ċ-ċiklu tat-tindif, iftaħ l-għatu tal-kompartiment tar-reazzjoni u ċċekkja jekk baqax xi likwidu;

(g) 

jekk il-kompartiment huwa vojt, neħħi l-portafiltru u ttrasferixxi b'pinzetta l-filtru tal-membrana għal slajd jew dixx żgħir mgħotti;

(h) 

eżamina ż-żewġ filtri tal-membrana skont it-punt Taqsima II. Jekk il-filtri ma jistgħux jiġu eżaminati, irrepeti l-proċess sħiħ tad-diġestjoni b'ħin itwal ta' diġestjoni skont it-punt Taqsima I.

▼M3

VI.   Riżultati pożittivi jew dubjużi

Kif stipulat fil-punt IV tat-Taqsima A(3).

▼B

D.    Il-metodu tat-tħawwid manjetiku għad-diġestjoni tal-kampjuni miġbura flimkien/“fl-iżolazzjoni tal-filter” u s-sejba tal-larva permezz tat-test tal-agglutinazzjoni tal-latex

Dan il-metodu huwa kkunsidrat bħala ekwivalenti biss għall-ittestjar tal-laħam ta' ħnieżer domestiċi.

1.    Apparat u reaġenti

(a) 

Sikkina jew imqass u pinzetti biex jaqtgħu l-kampjuni.

(b) 

Gabarrejiet imqassma f'50 kaxxa li kull waħda minnhom tista' żżomm kampjun ta' madwar 2 g ta' laħam, jew għodod oħra li jagħtu garanzija ekwivalenti fir-rigward tat-traċċabilità tal-kampjuni.

(c) 

Blender b'xafra li taqta'. Meta l-kampjuni jkunu akbar minn 3 g, jeħtieġ li jintużaw jew magna tal-ikkapuljat wiesgħa minn 2 sa 4 mm jew imqass. Fil-każ ta' laħam jew ilsien iffriżat (wara li jitneħħa s-saff superfiċjali, li ma jistax jiġi diġestit), hija meħtieġa magna tal-ikkapuljat u d-daqs tal-kampjun jeħtieġ li jiżdied b'mod konsiderevoli.

(d) 

Oġġetti manjetiċi li jħawdu bi platt li jsaħħan ikkontrollat termostatikament u vireg li jħawdu miksija bit-Teflon twal madwar 5 cm.

(e) 

Ġarar tal-ħġieġ, b'kapaċità ta' 3 litri.

(f) 

Passaturi, bid-daqs tat-toqob ta' 180 mikron, b'dijametru estern ta' 11-il cm b'toqob tal-azzar inossidabbli.

(g) 

Apparat tal-azzar li jiffiltra għal filtri b'toqob ta' 20 μm b'lenbut tal-azzar.

(h) 

Pompa tal-vaku.

(i) 

Tankijiet tal-metall jew tal-plastik, b'kapaċità minn 10 sa 15-il litru, biex jiġbru l-meraq diġestiv.

(j) 

Aġitatur 3D li jitbandal.

(k) 

Fojl tal-aluminju.

(l) 

25 % aċidu idrokloriku.

▼M3

(m) 

Pepsina ta’ qawwa skont dan li ġej:

— 
jekk tkun fil-forom ta’ trab jew granulari: 1:10 000 NF (US National Formulary) li jikkorrispondi għal 1:12 500 BP (British Pharmacopoeia) u għal 2 000 FIP (Fédération internationale de pharmacie), jew
— 
jekk tkun likwida: pepsina likwida stabbilizzata b’minimu ta’ 660 unitajiet/ml tal-Farmakopea Ewropea.

Jistgħu jintużaw attivitajiet oħra tal-pepsina, dment li l-aħħar attività fil-likwidu tad-diġestjoni tkun ekwivalenti għall-attività ta’ 10 g ta’ 1:10 000 NF” kif stipulat fil-punt 5.3 tal-ISO 18743:2015.

▼B

(n) 

Ilma tal-vit imsaħħan minn 46 sa 48 °C.

▼M3

(o) 

Miżien ikkalibrat biex jintiżnu l-kampjuni u/jew il-pepsina (b’akkuratezza ta’ ± 0,1 g).

▼B

(p) 

Pipetti ta' daqsijiet differenti (1, 10 u 25 ml), mikropipetti skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-agglutinazzjoni tal-latex u dawk li jżommu l-pipetta.

(q) 

20 mikron b'filtri tax-xibka tan-najlon b'dijametru li jiffittja mas-sistema ta' filtrazzjoni.

(r) 

Pinzetti tal-plastik jew tal-azzar ta' 10-15-il cm.

(s) 

Vjali koniċi ta' 15-il ml.

(t) 

Lida b'xifer koniku tat-Teflon jew tal-azzar biex jiffittjaw fil-vjali koniċi.

▼M3

(u) 

Termometru akkurat sa 0,5 °C fil-medda 20 sa 70 °C.

▼B

(v) 

Kards tal-agglutinazzjoni tal-latex tal-kit għat-test tal-antiġene Trichin-L ivvalidata taħt il-kodiċi Nru EURLP_D_001/2011.

(w) 

Soluzzjoni tal-buffer bi preservattiv (dilwent kampjun) tal-kit għat-test tal-antiġene Trichin-L ivvalidata taħt il-kodiċi Nru EURLP_D_001/2011.

(x) 

Buffer b'suppliment ta' preservattiv (kontroll negattiv) tal-kit tat-test tal-antiġene Trichin-L ivvalidata taħt il-kodiċi Nru EURLP_D_001/2011.

(y) 

Buffer b'suppliment ta' antiġene u preservattiv ta' Trichinella spiralis (kontroll pożittiv) tal-kit għat-test tal-antiġene Trichin-L ivvalidata taħt il-kodiċi Nru EURLP_D_001/2011.

(z) 

Buffer b'partikoli tal-polistirene miksija b'antikorpi supplimentati bi preservattiv (żibeġ tal-latex) tal-kit tat-test tal-antiġene Trichin-L ivvalidata taħt il-kodiċi Nru EURLP_D_001/2011.

(aa) 

Bsaten li jintremew.

▼M3

2.   Il-ġbir ta’ kampjuni

Kif stipulat fil-punt 4.2 tal-ISO 18743:2015 (ara wkoll l-Annessi A u B tiegħu għal aktar dettalji).

▼B

3.    Proċedura

I.   Għal gruppi sħaħ (100 g ta' kampjuni kull darba)

(a) 

16 ± 0,5 ml ta' 25 % ta' aċidu idrokloriku (0,2 % finali) huma miżjuda ma' tazza biż-żennuna ta' 3 litri li fiha 2,0 litri +/– 200 mL ta' ilma tal-vit, imsaħħan minn qabel għal 46 sa 48 °C; titpoġġa virga li tħawwad fit-tazza biż-żennuna, it-tazza biż-żennuna titpoġġa fuq il-platt imsaħħan minn qabel u jibda t-tħawwid.

(b) 

jiżdied 10 ± 1 g ta' pepsin trab (jew 30 +/– 3 ml ta' pepsin likwidu).

(c) 

fil-blender jitqattgħu 100-115 g ta' kampjuni miġbura skont il-punt 2, b'150 ml +/– 15 ml ta' bafer tad-diġestjoni imsaħħan minn qabel.

(d) 

Il-laħam imqatta' huwa ttrasferit f'tazza biż-żennuna ta' 3 litri li fiha l-ilma, il-pepsin u l-aċidu idrokloriku.

(e) 

Il-parti li tqatta' tal-blender hija mgħarrqa b'mod ripetut fil-likwidu tad-diġestjoni fit-tazza biż-żennuna u l-bieqja tal-blender titlaħlaħ bi kwantità żgħira ta' likwidu tad-diġestjoni biex jitneħħa xi laħam li jkun għadu mwaħħal.

(f) 

It-tazza biż-żennuna hija mgħottija b'fojl tal-aluminju.

(g) 

L-oġġett manjetiku li jħawwad għandu jkun aġġustat sabiex dan iżomm temperatura kostanti ta' 44 sa 46 °C matul l-operazzjoni. Waqt it-tħawwid, il-likwidu tad-diġestjoni għandu jdur b'veloċità qawwija biżżejjed biex joħloq tidwira fonda mingħajr titjir.

(h) 

Il-likwidu tad-diġestjoni jitħawwad sakemm il-partiċelli tal-laħam jisparixxu (bejn wieħed u ieħor 30 minuta). L-oġġett li jħawwad imbagħad jintefa u l-likwidu tad-diġestjoni jitferra' minn ġol-passatur fil-lembut tas-sedimentazzjoni. Jista' jkun hemm bżonn ta' ħinijiet itwal ta' diġestjoni (li ma jaqbżux 60 minuta) fl-ipproċessar ta' ċerti tipi ta' laħam (ilsien, laħam tat-tjur, eċċ.).

(i) 

Il-proċess tad-diġestjoni huwa kkunsidrat sodisfaċenti jekk ma jibqax aktar minn 5 % tal-piż tal-kampjun tal-bidu fil-passatur.

(j) 

Il-filtru tan-najlon b'toqob ta' 20 mikron jitpoġġa fuq l-appoġġ tal-filtrazzjoni. Il-lembut koniku tal-azzar tal-filtrazzjoni huwa mwaħħal mal-appoġġ tas-sistema blokk u l-passatur tal-azzar ta' daqs ta' 180 mikron jitqiegħed fuq il-lembut. Il-pompa li toħloq vakwu hija mqabbda mal-appoġġ tal-filtrazzjoni u mat-tank tal-metall jew tal-plastik, biex tiġbor il-likwidi diġestivi.

(k) 

It-tħawwid jitwaqqaf u l-likwidu tad-diġestjoni jitferra fil-lembut tal-filtrazzjoni minnn ġol-passatur. It-tazza biż-żennuna titlaħlaħ b'madwar 250 ml ilma sħun. Il-likwidu tat-tlaħliħ jitferra fir-rampa tal-filtrazzjoni wara li l-likwidu diġestit ikun ġie ffiltrat b'suċċess.

(l) 

Il-membrana tal-filtrazzjoni tittieħed bil-forċipi, filwaqt li tinżamm minn xifer. Il-membrana tal-filtrazzjoni tintewa f'minimu ta' erbgħa u titpoġġa fit-tubu koniku ta' 15-il ml. L-għażla tat-tubu koniku trid tiġi adattata għal-lida.

(m) 

Il-membrana ta' filtrazzjoni hija mbuttata fil-qiegħ tat-tubu koniku ta' 15-il ml bl-għajnuna tal-lida u ppressata bis-saħħa permezz ta' madwar 20 moviment suċċessiv 'il quddiem u lura bil-lida li għandha titqiegħed ġewwa l-membrana tal-filtrazzjoni mitwija skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(n) 

0,5 ml ± 0,01 ta' kampjuni ta' dilwenti huma miżjuda fit-tubu koniku ta' 15-il ml b'pipetta u l-membrana tal-filtrazzjoni hija omoġenizzata bil-lida permezz ta' movimenti suċċessivi ta' amplitudni baxxa 'l quddiem u lura għal 30 sekonda, u filwaqt li jiġu evitati movimenti f'daqqa biex jillimitaw it-titjir tal-likwidu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(o) 

Kull kampjun, il-kontroll negattiv, u l-kontroll pożittiv, jitqiegħdu f'oqsma differenti tal-kard tal-agglutinazzjoni bl-użu ta' pipetti, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(p) 

Iż-żibeġ tal-latex huma miżjuda f'kull qasam tal-kard tal-agglutinazzjoni permezz ta' pipetta, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, mingħajr ma jkun hemm kuntatt mal-kampjun(i) u l-kontrolli. F'kull qasam, iż-żibeġ tal-latex huma mħallta bil-mod ma' stikek li jintremew sakemm il-likwidu omoġenju jgħatti l-qasam kollu.

(q) 

Il-kard tal-agglutinazzjoni titqiegħed fuq l-aġitatur 3D u titbandal għal 10 + 1 minuti skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(r) 

Wara l-ħin stabbilit mill-istruzzjonijiet tal-manifattur, it-tbandil jitwaqqaf u l-kard ta' agglutinazzjoni titqiegħed fuq wiċċ ċatt u jinqraw ir-riżultati ta' reazzjoni b'mod immedjat, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Fil-każ ta' kampjun pożittiv, jeħtieġ li jidhru l-aggregati taż-żibeġ. Fil-każ ta' kampjun negattiv, is-sospensjoni tibqa' omoġenja mingħajr żibeġ aggregati.

▼M3

II.   Gruppi ta’ inqas minn 100 g kif stipulat fil-punt 8 tal-ISO 18743:2015

Fejn hemm bżonn, jistgħu jiżdiedu sa 15-il g ma’ grupp totali ta’ 100 g u jiġu eżaminati flimkien ma’ dawn il-kampjuni skont il-punt it-Taqsima I. Aktar minn 15-il g għandhom jiġu eżaminati bħala grupp sħiħ. Għall-gruppi li jkun fihom sa 50 g, il-likwidu tad-diġestjoni u l-ingredjenti jistgħu jitnaqqsu għal litru ilma wieħed, 8 ml ta’ aċidu idrokloriku u 5 g ta’ pepsina.

III.   Riżultati pożittivi jew dubjużi

Meta l-eżami ta’ kampjun kollettiv jipproduċi riżultat pożittiv jew mhux ċert tal-agglutinazzjoni tal-latex, jittieħed kampjun ieħor ta’ 20 g minn kull majjal f’konformità mal-punt 4.2 tal-ISO 18743:2015 (ara wkoll l-Annessi A u B tiegħu għal aktar dettalji). Il-kampjuni ta’ 20 g minn ħames majjali jinġabru u jiġu eżaminati billi jintuża l-metodu deskritt fit-Taqsima I. B’dan il-mod għandhom jiġu eżaminati l-kampjuni minn 20 grupp ta’ ħames majjali.

Meta tinkiseb agglutinazzjoni pożittiva tal-latex minn grupp ta’ ħames majjali, jinġabru kampjuni oħra ta’ 20 g mill-individwi fil-grupp, u kull wieħed jiġi eżaminat separatament bil-metodu deskritt fit-Taqsima I.

Meta jinkiseb riżultat pożittiv jew mhux ċert tal-agglutinazzjoni tal-latex, iridu jintbagħtu mill-inqas 20 g muskolu tal-majjali lil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għal konferma billi jintuża l-ISO 18743:2015 jew wieħed mill-metodi ekwivalenti deskritti hawn fuq.

Jeħtieġ li l-kampjuni tal-parassiti jinżammu f’(konċentrazzjoni finali ta’) 70-90 % alkoħol etiliku għall-konservazzjoni u l-identifikazzjoni fil-livell tal-ispeċi fil-laboratorju ta’ referenza tal-UE jew f’dak nazzjonali.

Wara li jinġabru l-parassiti, il-likwidi pożittivi iridu jiġu dekontaminati billi jissaħħnu sa mill-inqas 60 °C.

▼B

IV.   Proċedura ta' tindif u dekontaminazzjoni wara riżultat pożittiv jew dubjuż.

Meta l-eżami ta' kampjun individwali jew kollettiv jipproduċi riżultat pożittiv jew dubjuż tal-agglutinazzjoni tal-latex, il-materjal kollu f'kuntatt mal-laħam (il-bieqja u x-xafra tal-blender, il-lida, it-tazza biż-żennuna, il-virga li tħawwad, is-senser tat-temperatura, il-lenbut koniku tal-filtrazzjoni, il-passatur u l-forċipi) jeħtieġ li jkun dekontaminat sew billi jitqiegħed għal ftit sekondi fil-misħun (65 sa 90 °C). Ir-residwi tal-laħam jew larva mhux attivata li jistgħu jkunu baqgħu fuq il-wiċċ tagħhom jistgħu jitneħħew bi sponża nadifa u ilma tal-vit. Jekk meħtieġ, wieħed jista' jżid ftit qtar ta' deterġent biex jitneħħew iż-żjut minn fuq it-tagħmir. Wara, huwa rakkomandat li kull biċċa tiġi mlaħalħa sew biex jitneħħew it-traċċi kollha tad-deterġent.

E.    Test tad-diġestjoni artifiċjali biex jiġi skopert in vitroil-larvae tat-Trichinella spp fil-kampjuni tal-laħam, PrioCHECK® Trichinella AAD Kit.

Dan il-metodu huwa kkunsidrat bħala ekwivalenti biss għall-ittestjar tal-laħam ta' majjali domestiċi.

Il-PrioCHECK® Trichinella AAD Kit għandu jintuża skont il-manwal tal-istruzzjonijiet tal-kitt bl-użu ta' lenbuti separatorji (Lenz NS 29/32) u provetta tal-ħġieġ ta' 80 ml.




ANNESS II

Trattamenti tal-iffriżar

A.    Il-metodu tal-iffriżar 1

(a) 

Il-laħam li jinġieb diġà ffriżat għandu jinżamm f'din il-kundizzjoni.

(b) 

It-tagħmir tekniku u l-provvista tal-enerġija tal-kamra tar-refriġerazzjoni għandhom ikunu tali li jiġi żgurat li t-temperatura meħtieġa tintlaħaq malajr ħafna u tinżamm fil-partijiet kollha tal-kamra u tal-laħam.

(c) 

L-ippakkjar ta' iżolazzjoni għandu jitneħħa qabel l-iffriżar, ħlief fil-każ ta' laħam li huwa kollu kemm hu diġà fit-temperatura meħtieġa meta dan jinġieb fil-kamra tar-refriġerazzjoni jew laħam ippakkjat b'tali mod li l-ippakkjar mhux ser iħallih jilħaq it-temperatura meħtieġa fil-ħin speċifikat.

(d) 

Il-kunsinni fil-kamra tar-refriġerazzjoni għandhom jinżammu separatament u jiġu msakkra.

(e) 

Id-data u l-ħin ta' meta tinġieb kull kunsinna fil-kamra tar-refriġerazzjoni għandhom ikunu rrekordjati.

(f) 

It-temperatura fil-kamra tar-refriġerazzjoni għandha tkun mill-anqas – 25 °C. Din għandha titkejjel bl-użu ta' strumenti termoelettriċi kkalibrati u rrekordjata kontinwament. Din ma tistax titkejjel direttament fil-fluss tal-arja kiesħa. L-istrumenti għandhom jinżammu msakkra. Iċ-ċarts tat-temperatura għandhom jinkludu d-data rilevanti mir-reġistru tal-ispezzjoni tal-laħam mal-importazzjoni u d-data u l-ħin tal-bidu u l-ikkompletar tal-iffriżar, u għandhom jinżammu għal sena wara l-kompilazzjoni.

(g) 

Il-laħam b'dijametru jew ħxuna sa 25 cm għandu jkun iffriżat għal mill-anqas 240 siegħa konsekuttiva, u l-laħam b'dijametru jew ħxuna ta' bejn 25 u 50 cm għandu jkun iffriżat għal mill-anqas 480 siegħa konsekuttiva. Dan il-proċess tal-iffriżar m'għandux ikun applikat għal laħam li huwa eħxen jew ta' dijametru akbar. Il-ħin tal-iffriżar huwa kkalkulat mill-punt meta t-temperatura fil-kamra tal-friża tilħaq dik speċifikata fil-punt (f).

B.    Il-metodu tal-iffriżar 2

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-punti (a) sa (e) tat-Taqsima I (metodu 1) huma osservati, u jiġu applikati l-kombinazzjonijiet ta' ħin-temperatura li ġejjin:

(a) 

il-laħam ta' dijametru jew ħxuna sa 15 cm għandu jkun iffriżat għal waħda minn dawn il-kombinamenti ta' ħin-temperatura:

— 
20 jum f'– 15 °C,
— 
10 ijiem f'– 23 °C,
— 
6 ijiem f'– 29 °C.
(b) 

il-laħam ta' dijametru jew ħxuna ta' bejn 15 cm u 50 cm għandu jkun iffriżat għal waħda minn dawn il-kombinazzjonijiet ta' ħin-temperatura:

— 
30 jum f'– 15 °C,
— 
20 jum f'– 25 °C,
— 
12-il jum f'– 29 °C.

It-temperatura fil-kamra tar-refriġerazzjoni m'għandhiex tkun ogħla mil-livell tat-temperatura magħżula tat-twaqqif ta' magna. Din għandha titkejjel bl-użu ta' strumenti termoelettriċi kkalibrati u rrekordjata kontinwament. Din m'għandhiex titkejjel direttament fil-fluss tal-arja kiesħa. L-istrumenti għandhom jinżammu msakkra. Iċ-ċarts tat-temperatura għandhom jinkludu d-data rilevanti mir-reġistru tal-ispezzjoni tal-laħam mal-importazzjoni u d-data u l-ħin tal-bidu u l-ikkompletar tal-iffriżar, u għandhom jinżammu għal sena wara l-kompilazzjoni.

Meta jintużaw mini tal-iffriżar u l-proċeduri spjegati fit-taqsimiet A u B mhumiex segwiti b'mod strett, l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jkun jista' jipprova lill-awtorità kompetenti li l-metodu alternattiv huwa effettiv biex joqtol il-parassiti tat- Trichinella fil-laħam tal-majjal.

C.    Il-metodu tal-iffriżar 3

It-trattament jikkonsisti fi tnixxif bil-friża kummerċjali jew iffriżar ta' laħam għal kombinazzjonijiet ta' ħin-temperatura speċifikati bit-temperatura mmonitorjata fiċ-ċentru ta' kull qatgħa.

(a) 

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-punti (a) sa (e) tat-Taqsima I (metodu 1) għandhom jiġu osservati għall-kombinazzjonijiet ta' ħin-temperatura li ġejjin:

— 
106 sigħat f'– 18 °C,
— 
82 siegħa f'– 21 °C,
— 
63 siegħa f'– 23,5 °C,
— 
48 siegħa f'– 26 °C,
— 
35 siegħa f'– 29 °C,
— 
22 siegħa f'– 32 °C,
— 
8 sigħat f'– 35 °C,
— 
1/2 siegħa f'– 37 °C.
(b) 

It-temperatura għandha titkejjel bl-użu ta' strumenti termoelettriċi kkalibrati u rrekordjata kontinwament. Is-sonda tat-termometru tiddaħħal fiċ-ċentru tal-qatgħa tal-laħam mhux iżgħar fid-daqs mill-eħxen biċċa tal-laħam li trid tiġi ffriżata. Din il-qatgħa għandha titpoġġa fl-anqas pożizzjoni favorevoli fil-kamra tar-refriġerazzjoni, mhux qrib it-tagħmir li jkessaħ jew direttament fil-fluss tal-arja kiesħa. L-istrumenti għandhom jinżammu msakkra. Iċ-ċarts tat-temperatura għandhom jinkludu n-numri tad-data mir-reġistru tal-ispezzjoni tal-laħam mal-importazzjoni u d-data u l-ħin tal-bidu u l-ikkompletar tal-iffriżar, u għandhom jinżammu għal sena wara l-kompilazzjoni.




ANNESS III

L-eżami ta' annimali minbarra l-majjal

▼M2

Il-laħam tas-solipedi, il-laħam tat-tjur selvaġġ u laħam ieħor li jista’ jkun fih parassiti tat-Trichinella għandu jkun eżaminat f’konformità ma’ wieħed mill-metodi ta’ diġestjoni speċifikati fil-Kapitolu I jew II tal-Anness I, bil-bidliet li ġejjin:

(a) 

kampjuni li jiżnu mill-anqas 10 g jittieħdu mill-muskolu tal-ilsien jew tax-xedaq tas-solipedi u mis-sieq ta’ quddiem, l-ilsien jew id-dijaframma taċ-ċingjali;

(b) 

fil-każ tas-solipedi, fejn ma hemmx dawn il-muskoli, għandu jittieħed kampjun akbar mill-kolonna tad-dijaframma fit-tranżizzjoni għal-parti mmuskulata. Il-muskolu għandu jkun nadif minn tessut li jgħaqqad u xaħam;

▼B

(c) 

mill-anqas 5 g ta' kampjun huwa diġerit skont il-metodu ta' skoperta ta' referenza stabbilit fil-Kapitolu I jew metodu ekwivalenti stabbilit fil-Kapitolu II. Għal kull diġerar, il-piż totali tal-muskolu eżaminat m'għandux jaqbeż il-100 g fil-każ tal-metodu stabbilit fil-Kapitolu I u l-metodi A u B stabbiliti fil-Kapitolu II u l-35 g fil-każ tal-metodu C stabbilit fil-Kapitolu II;

(d) 

fejn ir-riżultat huwa pożittiv, jittieħdu 50 g ulterjuri ta' kampjun għal eżami indipendenti sussegwenti;

(e) 

mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-konservazzjoni tal-ispeċi tal-annimali, il-laħam kollu ta' annimali tal-kaċċa minbarra ċ-ċingjal, bħal orsijiet, mammiferi karnivori (inklużi mammiferi tal-baħar) u rettili, għandhom jiġu ttestjati bl-ikkampjunar ta' 10 g ta' muskolu mill-postijiet ta' predilezzjoni jew ammonti akbar jekk dawn il-postijiet mhumiex disponibbli. Postijiet ta' predilezzjoni huma:

(i) 

fl-ors: id-dijaframma, il-muskolu l-kbir fl-angolu tax-xedaq u l-ilsien;

(ii) 

fil-walrus: l-ilsien;

(iii) 

fil-kukkudrilli: il-muskolu l-kbir fl-angolu tax-xedaq, il-muskoli pterygoid u ta' bejn il-kustilji;

(iv) 

fl-għasafar: il-muskoli tar-ras (pereżempju l-muskolu l-kbir fl-angolu tax-xedaq u l-muskolu tal-għonq).

(f) 

Il-ħin tad-diġestjoni għandu jkun biżżejjed biex tkun żgurata diġestjoni adegwata tat-tessut ta' dawn l-annimali iżda m'għandux jaqbeż 60 minuta.




ANNESS IV

KAPITOLU I

RIKONOXXIMENT UFFIĊJALI TA' FARMS JEW KOMPARTIMENT BĦALA LI JAPPLIKAW KUNDIZZJONIJIET IKKONTROLLATI TA' SISTEMAZZJONI

A. Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati mill-operaturi tan-negozju tal-ikel biex jiksbu rikonoxximent uffiċjali tal-farms:

(a) 

l-operatur għandu jkun ħa l-prekawzjonijiet prattiċi kollha fir-rigward tal-kostruzzjoni u l-manteniment tal-bini sabiex rodituri, kwalunkwe tip ieħor ta' mammiferu u għasafar karnivori ma jkollhomx aċċess għall-bini fejn jinżammu l-annimali;

(b) 

l-operatur għandu japplika b'mod effettiv programm ta' kontroll tar-rodituri, partikolarment għar-rodituri, biex jevita l-impestazzjoni tal-ħnieżer. L-operatur għandu jżomm rekords tal-programm għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti;

(c) 

l-operatur għandu jiżgura li l-għalf kollu jinkiseb minn faċilità li tipproduċi l-għalf skont il-prinċipji spjegati fir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(d) 

l-operatur għandu jaħżen l-għalf intiż għall-ispeċijiet suxxettibbli għat-Trichinella f'silos magħluqa jew f'reċipjenti oħra li r-rodituri ma jkunux jistgħu jippenetraw. Il-provvisti l-oħra kollha tal-ikel għandhom ikunu trattati bis-sħana jew prodotti u maħżuna għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti;

(e) 

l-operatur għandu jiżgura li l-annimali l-mejta jinġabru, jiġu identifikati u ttrasportati mingħajr dewmien skont l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u mal-Anness VIII tar-Regolament UE) Nru 142/2011;

(f) 

jekk hemm miżbla fil-viċinat tal-farm, l-operatur għandu jinforma b'dan lill-awtorità kompetenti. Sussegwentement, l-awtorità kompetenti għandha tevalwa r-riskji involuti u tiddeċiedi jekk il-farm għandux jiġi rrikonoxxut bħala li qed japplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni;

(g) 

l-operatur għandu jiżgura li l-majjali jkunu identifikati sabiex kull annimal ikun jista' jiġi rintraċċat lura sal-azjenda;

(h) 

l-operatur għandu jiżgura li l-majjali domestiċi jiddaħħlu fl-azjenda biss jekk dawn ikunu joriġinaw u ġejjin minn azjendi uffiċjalment rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni;

(i) 

l-ebda majjal domestiku ma għandu aċċess għal faċilitajiet esterni sakemm l-operatur ma jkunx jista' juri permezz ta' analiżi tar-riskju għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-perjodu ta' żmien, il-faċilitajiet u ċ-ċirkostanzi tal-faċilitajiet esterni mhumiex ta' periklu li jintroduċu t-Trichinella fl-azjenda;

(j) 

l-ebda majjal għat-tgħammir u l-produzzjoni, kif definit fl- Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva 64/432/KEE, ma nħatt wara li ħalla l-azjenda tal-oriġini f'ċentru tal-ġbir kif definit fl- Artikolu 2(2)(o) tad-Direttiva 64/432/KEE, sakemm iċ-ċentru tal-ġbir ikun jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti minn (a) sa (i) u l-majjali domestiċi kollha jkunu miġbura flimkien fiċ-ċentru tal-ġbir għal kunsinni li joriġinaw jew ikunu ġejjin minn azjendi rikonoxxuti uffiċjalment li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni jew minn kompartimenti rikonoxxuti uffiċjalment.

B. L-operaturi tan-negozju tal-ikel ta' farms rikonoxxuti uffiċjalment li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti fejn kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punt A ma għadhomx iżjed issodisfati jew fejn seħħet kwalunkwe bidla oħra li tista' taffettwa l-istatus tal-farm.

C. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu biss farm jew kategorija ta' farms sakemm dawn ikunu vverifikaw li r-rekwiżiti stipulati fil-punt A huma ssodisfati.

KAPITOLU II

RAPPURTAR DWAR IS-SITWAZZJONI TAT-TRICHINELLA

(a) L-għadd ta' każijiet (importati u awtoktoni) tat-Trichinella fil-bnedmin, inkluża d-dejta epidemjoloġika, għandu jiġi rrappurtat skont id-Deċiżjoni 2000/96/KE.

▼M2

(b) L-għadd ta’ testijiet u r-riżultati tal-ittestjar għat-Trichinella fil-majjali domestiċi, fiċ-ċingjali, fis-solipedi, fit-tjur u fi kwalunkwe annimal ieħor suxxettibbli għandu jiġi sottomess b’konformità mal-Anness IV tad-Direttiva 2003/99/KE. Id-data dwar il-majjali domestiċi għandha, tal-inqas, tipprovdi informazzjoni speċifika relatata ma’:

(i) 

testijiet fuq annimali mrobbija taħt kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ sistemazzjoni;

(ii) 

testijiet fuq ħnieżer nisa għat-tnissil, fuq ċingjali u fuq ħnieżer għat-tismin.

▼B




ANNESS V

Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tiegħu



Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005

(ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1665/2006

(ĠU L 320, 18.11.2006, p. 46)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1245/2007

(ĠU L 281, 25.10.2007, p. 19)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1109/2011

(ĠU L 287, 4.11.2011, p. 23)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014

(ĠU L 69, 8.3.2014, p. 85)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2014

(ĠU L 302, 22.10.2014, p. 46)




ANNESS VI



Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2075/2005

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 5

Artikoli 1 sa 5

Artikolu 6(1), kliem introduttorju

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(1), punt (a)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(1), punt (b)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(2)

Artikoli 7 sa 13

Artikoli 7 sa 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 17, l-ewwel paragrafu

Artikolu 16

Artikolu 17, it-tieni paragrafu

Anness I, Kapitolu I

Anness I, Kapitolu I

Anness I, Kapitolu II

Anness I, Kapitolu II

Anness I, Kapitolu III

Annessi II, III u IV

Annexes II, III u IV

Anness V

Anness VI

▼M2




ANNESS VII

Pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li japplikaw id-deroga msemmija fl-Artikolu 13(2)



Kodiċi ISO tal-pajjiż

Pajjiż terz jew reġjuni tiegħu

Kummenti

GB

Ir-Renju Unit (*1)

Applikazzjoni tad-derogi previsti fl-Artikolu 3(2) u (3)

(*1)   

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.



( 1 ) Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).

Top