Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R1187-20170307

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1187 tas- 27 ta' April 2015 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/1187/2017-03-07

02015R1187 — MT — 07.03.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1187

tas-27 ta' April 2015

li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 193 21.7.2015, p. 43)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/254 tat-30 ta' Novembru 2016

  L 38

1

15.2.2017


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 103, 19.4.2016, p.  50 (2015/1187)




▼B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1187

tas-27 ta' April 2015

li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar tal-enerġija ta' u l-provvista ta' informazzjoni tal-prodott supplimentari dwar il-bojlers tal-fjuwil solidu b'potenza termika nominali ta' 70 kW jew inqas u pakketti ta' bojlers tal-fjuwil solidu b'potenza termika nominali ta' 70 kW jew inqas, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari.

2.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

(a) għall-bojlers li jiġġeneraw is-sħana biss biex jipprovdu ilma misħun tajjeb għax-xorb u sanitarju;

(b) għall-bojlers użati għat-tisħin u d-distribuzzjoni ta' mezzi gassużi għat-trasferiment tas-sħana bħal pereżempju l-fwar jew l-arja;

(c) għall-bojlers tal-fjuwil solidu b'koġenerazzjoni li jkollhom kapaċità elettrika massima ta' 50 kW jew iktar;

(d) bojlers tal-bijomassa mhux tal-injam.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “bojler tal-fjuwil solidu” tfisser apparat mgħammar b'ġeneratur tas-sħana tal-fjuwil solidu wieħed jew iktar li jipprovdi s-sħana għal sistema ċentrali tat-tisħin ibbażata fuq l-ilma sabiex jilħaq u jżomm livell mixtieq ta' temperatura fuq ġewwa ta' spazju magħluq wieħed jew iktar, b'telf ta' sħana fl-ambjent tal-madwar ta' mhux iktar minn 6 % tal-potenza termika nominali;

(2) “sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma” tfisser sistema li tuża l-ilma bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana sabiex jiddistribwixxi s-sħana prodotta ċentralment għal bċejjeċ ta' apparat li jarmu s-sħana għat-tisħin ta' spazji magħluqa fi ħdan bini jew partijiet minnu, inkluż tisħin ta' blokok jew netwerks ta' tisħin distrettwali;

(3) “ġeneratur tas-sħana minn fjuwil solidu” tfisser il-parti ta' bojler tal-fjuwil solidu li tipproduċi s-sħana mill-kombustjoni ta' karburanti solidi;

(4) “potenza termika nominali” jew “Pr ” tfisser il-potenza termika dikjarata ta' bojler tal-fjuwil solidu meta jkun qed jipprovdi t-tisħin ta' spazji magħluqa bil-fjuwil preferut, mogħti f'kW;

(5) “fjuwil solidu” tfisser fjuwil li huwa solidu fit-temperaturi normali fuq ġewwa, inkluż bijomassa solida u fjuwil fossili solidu;

(6) “bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

(7) “bijomassa tal-injam” tfisser il-bijomassa li ġejja mis-siġar, mill-buxx u mill-arbuxxelli, inkluż l-injam taz-zkuk, l-injam imlaqqax, l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, l-injam ikkompressat f'forma ta' mattunelli u s-serratura;

(8) “bijomassa mhux tal-injam” tfisser bijomassa apparti mill-bijomassa tal-injam inkluż tiben, miskantu, qasab, il-qalba (kernels), grani, għadam taż-żebbuġ, espellent taż-żebbuġ u qxur tal-lewż;

(9) “fjuwil fossili” tfisser fjuwil minbarra l-bijomassa, inkluż antraċite, linjite, kokk, faħam bituminuż; għall-finijiet ta' dan ir-Regolament tinkludi wkoll pit;

(10) “bojler tal-bijomassa” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li juża l-fjuwil tal-bijomassa bħala l-fjuwil preferut;

(11) “bojler tal-bijomassa mhux tal-injam” tfisser bojler tal-bijomassa li juża l-bijomassa mhux tal-injam bħala l-fjuwil preferut u li għalih il-bijomassa tal-injam, il-fjuwil fossili jew taħlita ta' bijomassa u fjuwil fossili mhumiex elenkati fost l-fjuwils adatti l-oħrajn tiegħu;

(12) “fjuwil preferut” tfisser il-fjuwil solidu uniku li jintuża preferibbilment għall-bojler skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;

(13) “fjuwil ieħor adattat” tfisser fjuwil solidu, apparti mill-fjuwil preferut li jista' jintuża fil-bojler tal-fjuwil solidu skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur u jinkludi kwalunkwe fjuwil li jissemma' fil-manwal ta' struzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, fuq siti tal-Internet tal-fornituri aċċessibbli mingħajr pagament, fil-materjal ta' promozzjoni tekniku u fir-reklami.

(14) “bojler tal-koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li kapaċi jiġġenera s-sħana u l-elettriku b'mod simultaneju;

(15) “ħiter supplimentari” tfisser ħiter sekondarju jew pompa tas-sħana li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013 jew bojler tal-fjuwil solidu sekondarju, li jiġġenera sħana żejda fejn id-domanda tas-sħana hija iktar mill-potenza termika nominali fil-bojler primarju tal-fjuwil solidu;

(16) “apparat għall-kontroll tat-temperatura” tfisser l-apparat li jservi ta' interfaċċa mal-utent aħħari b'rabta mal-valuri u l-iskeda taż-żmien tat-temperatura mixtieqa ta' ġewwa u li jikkomunika d-dejta rilevanti lil interfaċċa tal-bojler tal-fjuwil solidu bħall-proċessur ċentrali, biex b'hekk tkun tista' tiġi rregolata t-temperatura ta' ġewwa;

(17) “apparat solari” tfisser sistema esklużivament solari, kollettur solari, tank tal-misħun solari jew pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur, li jitqegħdu fis-suq b'mod separat;

(18) “sistema esklużivament solari” tfisser apparat li huwa mgħammar b'kollettur solari wieħed jew aktar u b'tankijiet tal-misħun solari u forsi wkoll b'pompi fis-sistema ċirkolari tal-kollettur u elementi oħrajn li titqiegħed fis-suq bħala unità waħda u ma tkun mgħammra bl-ebda ġeneratur tas-sħana, ħlief forsi għal xi ħiter sommerġibbli ta' riżerva wieħed jew aktar;

(19) “kollettur solari” tfisser apparat iddisinjat biex jassorbi l-irradjanza solari globali u biex jittrasferixxi l-enerġija termika prodotta b'dan il-mod għal ġo fluwidu li jkun għaddej minnu;

(20) “tank tal-misħun solari” tfisser tank tal-misħun li jaħżen l-enerġija termika prodotta minn kollettur solari wieħed jew aktar;

(21) “tank tal-ħin tal-ilma misħun” tfisser kontenitur għall-ħżin tal-ilma misħun biex jissaħħan l-ilma jew xi post, inkluż kwalunkwe addittiv, li ma jkunx mgħammar b'xi ġeneratur tas-sħana ħlief possibbilment ħiter sekondarju sommerġibbli wieħed jew iktar;

(22) “ħiter sekondarju sommerġibbli” tfisser ħiter ta' reżistenza elettrika tal-effett Joule li huwa parti minn tank tal-ħżin tal-ilma misħun u jiġġenera sħana biss meta l-provvista esterna tas-sors tas-sħana tiġi interrotta (inkluż matul perjodi ta' manutenzjoni) jew bil-ħsara, jew li jkun parti minn tank tal-ħżin solari tal-ilma misħun u jipprovdi s-sħana meta s-sors tas-sħana solari ma jkunx suffiċjenti biex jissodisfa l-livelli ta' kumdità meħtieġa;

(23) “pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari” tfisser pakkett offrut lill-utent aħħari li fih bojler tal-fjuwil solidu kkombinat ma' ħiter supplimentari wieħed jew iktar, regolatur tat-temperatura wieħed jew iktar u apparat solari wieħed jew iktar;

(24) “bojler ikkumbinat” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li huwa ddisinjat li jipprovdi s-sħana wkoll biex iwassal ilma misħun tax-xorb jew sanitarju f'livelli tat-temperatura stabbiliti, kwantitajiet u flussi tar-rata f'intervalli stabbiliti, u huwa mqabbad ma' provvista esterna tal-ilma tax-xorb jew sanitarju.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa X.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri u skeda taż-żmien

1.  Mill-1 ta' April 2017 il-fornituri li jikkummerċjalizzaw il-bojlers tal-fjuwil solidu jew idaħħluhom fis-servizz, inkluż dawk integrati f'pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, għandhom jiżguraw li:

(a) kull bojler tal-fjuwil solidu għandu tikketta stampata fil-format u li fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 1.1 tal-Anness III u li tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II, u kull bojler tal-fjuwil solidu intenzjonat għall-użu f'pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, huwa pprovdut b'tikketta oħra fil-format u li fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 2 tal-Anness III;

(b) tikketta elettronika fil-format u li fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 1.1 tal-Anness III u tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II hija magħmula disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' bojler tal-fjuwil solidu;

(c) skeda tal-prodott, skont il-punt 1 tal-Anness IV, hija pprovduta għal kull bojler tal-fjuwil solidu, u skeda oħra, skont il-punt 2 tal-Anness IV hija pprovduta għal kull bojler tal-fjuwil solidu intenzjonat għall-użu f'pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

(d) skeda elettronika tal-prodott, skont il-punt 1 tal-Anness IV, għandha tkun magħmula disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' bojler tal-fjuwil solidu;

(e) li d-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(f) kwalunkwe reklam relatat ma' mudell speċifiku ta' bojler tal-fjuwil solidu u li jkun fih informazzjoni dwar l-enerġija jew il-prezz jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(g) kwalunkwe materjal tekniku ta' promozzjoni li jikkonċerna mudell speċifiku ta' bojler tal-fjuwil solidu u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

2.  Mis-26 ta' Settembru 2019 il-fornituri li jikkummerċjalizzaw il-bojlers tal-fjuwil solidu jew idaħħluhom fis-servizz, inkluż dawk integrati f'pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, għandhom jiżguraw li:

(a) kull bojler tal-fjuwil solidu jkollu tikketta stampata fil-format u li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 1.2 tal-Anness III u tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II;

(b) tikketta elettronika fil-format u li fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 1.2 tal-Anness III u tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II hija magħmula disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' bojler tal-fjuwil solidu;

3.  Mis-1 ta' April 2017 il-fornituri li jikkummerċjalizzaw jew idaħħlu fis-servizz pakketti ta' bojlers tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari għandhom jiżguraw li:

(a) tikketta stampata fil-format u fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 2 tal-Anness III u tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II hija magħmula disponibbli għal kull pakkett tal-bojlers tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

(b) tikketta elettronika fil-format u fiha l-informazzjoni stipulata fil-punt 2 tal-Anness III u tikkonforma mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stipulati fl-Anness II hija magħmula disponibbli għan-negozjanti għal kull pakkett tal-bojlers tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

(c) tiġi pprovduta skeda tal-prodott, skont il-punt 2 tal-Anness IV, għal kull pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

(d) tiġi magħmula disponibbli skeda elettronika tal-prodott, skont il-punt 2 tal-Anness IV, għan-negozjanti għal kull mudell magħmul minn pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

(e) id-dokumentazzjoni teknika, skont il-punt 2 tal-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(f) kwalunkwe reklam relatat ma' mudell speċifiku magħmul minn pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari u li fih informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz inkluż referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell;

(g) kwalunkwe materjal ta' promozzjoni teknika dwar mudell speċifiku magħmul minn pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu inkluż referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell;

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tan-negozjanti

1.  In-negozjanti tal-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom jiżguraw li:

(a) fil-post tal-bejgħ, kull bojler tal-fjuwil solidu jkollu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1) jew 3(2) fuq barra tal-wiċċ tal-bojler tal-fjuwil solidu, b'mod li tkun tidher sewwa;

(b) il-bojlers tal-fjuwil solidu offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs, fejn l-utent aħħari ma jistax ikun mistenni li jara l-prodott muri, huma kummerċjalizzati bl-informazzjoni pprovduta mill-fornituri skont il-punt 1 tal-Anness VI, ħlief meta l-offerta ssir fuq l-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c) kwalunkwe reklam għal mudell speċifiku ta' bojler tal-fjuwil solidu li jkun fih informazzjoni dwar l-enerġija jew il-prezz jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(d) kwalunkwe materjal ta' promozzjoni teknika dwar mudell speċifiku ta' bojler tal-fjuwil solidu li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

2.  Negozjanti ta' pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari għandhom jiżguraw li:

(a) kwalunkwe offerta għal pakkett speċifiku tinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-pakkett, billi fuq il-pakkett tintwera t-tikketta pprovduta mill-fornitur skont l-Artikolu 3(3)(a) u l-iskeda tal-prodott fornuta mill-fornitur skont l-Artikolu 3(3)(c), debitament mimlija bil-karatteristiċi ta' dak il-pakkett;

(b) il-pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs, fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni li jara l-prodott għall-wiri, huma kummerċjalizzati bl-informazzjoni pprovduta skont il-punt 2 tal-Anness VI, ħlief meta l-offerta ssir fuq l-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c) kwalunkwe reklam relatat ma' mudell speċifiku magħmul minn pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari u li fih informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz inkluż referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell;

(d) kwalunkwe materjal ta' promozzjoni teknika dwar mudell speċifiku magħmul minn pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu inkluż referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell;

Artikolu 5

Metodi ta' kejl u kalkolu

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta' metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness VIII. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi determinata skont kif stipulat fl-Anness IX.

Artikolu 6

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness X meta jivvalutaw il-konformità ma' dan ir-Regolament tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika dikjarata tal-bojlers tal-fjuwil solidu u l-pakketti tal-bojlers tal-fjuwil solidu, il-ħiters supplimentari, il-regolaturi tat-temperatura u l-apparat solari.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2022. B'mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta jekk jixraqx li tiżdied klassi tal-effiċjenza tal-ilma misħun fuq it-tikketta tal-bojlers ikkumbinati.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Għandu japplika mill-1 ta' April 2017. Madanakollu, l-Artikolu 3(1)(f) u (g), l-Artikolu 3(3)(f) u (g), l-Artikolu 4(1)(b), (c) u (d), u l-Artikolu 4(2)(b), (c) u (d) għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi II sa X

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa X, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “identifikatur ta' mudell” tfisser il-kodiċi, normalment alfanumerika, li tiddistingwi mudell speċifiku li jinkludi bojler tal-fjuwil solidu jew pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari minn mudelli oħrajn bl-istess marka kummerċjali, isem tal-fornitur jew isem tan-negozjant;

(2) “l-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post” jew “ηs ” tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post għal staġun tat-tisħin speċifikat, fornut permezz ta' bojler tal-fjuwil solidu u l-konsum annwali tal-enerġija meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, espressa bħala %;

(3) “l-effiċjenza elettrika” jew “ηel ” tfisser il-proporzjon tal-output tal-elettriku u l-input totali tal-enerġija ta' bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, fejn l-input totali tal-enerġija huwa espress f'termini ta' GCV jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata b'CC;

(4) “valur kalorifiku gross” jew “GCV” tfisser l-ammont totali ta' sħana rilaxxata minn unità ta' kwantità ta' fjuwil li jkun fiha l-kontenut xieraq ta' ndewwa, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġenu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(5) “koeffiċjent ta' konverżjoni” jew “CC” tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta' CC = 2,5;

(6) “skeda ta' regolatur tat-temperatura” tfisser l-iskeda tal-prodott meħtieġa li trid tingħata għar-regolaturi tat-temperatura permezz tal-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(7) “skeda tal-bojler” tfisser l-iskeda tal-prodott għall-bojlers tal-fjuwil solidu meħtieġa li tiġi pprovduta skont l-Artikolu 3(1)(c) ta' dan ir-Regolament u l-iskeda tal-prodott meħtieġa għall-bojlers oħrajn apparti l-bojlers tal-fjuwil solidu li tiġi pprovduta għal bojlers bħal dawn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(8) “skeda tal-apparat solari” tfisser l-iskeda tal-prodott meħtieġa li tiġi pprovduta għall-apparat solari permezz tal-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(9) “skeda tal-pompa tas-sħana” tfisser l-iskeda tal-prodott meħtieġa li tiġi pprovduta għall-pompi tas-sħana permezz tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(10) “bojler li juża l-kondensazzjoni” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li fih, fil-kundizzjonijiet operattivi normali u f'temperaturi tal-ilma partikulari tal-operat, parti mill-fwar tal-ilma fil-prodotti tal-kombustjoni jispiċċa kkondensat, sabiex is-sħana latenti ta' dan il-fwar tal-ilma tintuża għall-għanijiet tat-tisħin;

(11) “bijomassa tal-injam oħra” tfisser bijomassa tal-injam minbarra: zkuk tal-injam b'kontenut ta' indewwa ta' 25 % jew inqas, bċejjeċ tal-injam b'kontenut ta' indewwa ta' 15 % jew iktar, injam kompressat fil-forma ta' pelits jew brikets, jew sellatura b'kontenut ta' indewwa daqs jew inqas minn 50 %.

(12) “kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil mqabbla mal-massa totali kif użata fil-bojlers tal-fjuwil solidu;

(13) “fjuwil fossili ieħor” tfisser fjuwil fossili għajr faħam bituminuż, faħam kannella (inklużi brikets), kokk, antraċite jew brikets tal-fjuwil fossili mħallat;

(14) “rekwiżit tal-enerġija elettrika bil-potenza termika massima” jew “elmax ” tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-bojler tal-fjuwil solidu fil-potenza termika nominali, espressa f'kW, għajr il-konsum tal-elettriku minn ħiter ta' riżerva u minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji;

(15) “rekwiżit tal-enerġija elettrika bil-potenza termika minima” jew “elmin ” tfisser il-konsum tal-elettriku tal-bojler tal-fjuwil solidu bit-tagħbija parzjali applikabbli, u mogħti f'kW minbarra l-konsum tal-elettriku minn ħiter ta' riżerva u minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji;

(16) “ħiter sekondarju” tfisser element ta' reżistenza tal-elettriku b'effett Joule li jiġġenera s-sħana biss bħala prevenzjoni għall-bojler tal-fjuwil solidu jew is-sistema ta' tisħin ċentrali bbażata fuq l-ilma milli jiffriżaw jew meta jkun hemm interruzzjoni fis-sors estern tas-sħana (inkluż matul il-perjodi ta' manutenzjoni) jew ħsara;

(17) “tagħbija parzjali applikabbli” tfisser, fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mqabbda awtomatikament, operazzjoni fi 30 % fil-potenza termika nominali, u, fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mqabbda manwalment f'50 % tal-potenza termika nominali, operazzjoni f'50 % tal-potenza termika nominali;

(18) “konsum tal-enerġija fil-modalità ta' stennija” jew “PSB ” tfisser il-konsum tal-enerġija ta' bojler tal-fjuwil solidu li jkun fil-modalità ta' stennija, minbarra minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji espress f'kW;

(19) “modalità ta' stennija” tfisser kundizzjoni fejn il-bojler tal-fjuwil solidu jkun imqabbad mas-sors prinċipali tal-elettriku, jiddependi mill-input tal-enerġija mis-sors prinċipali tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit: funzjoni ta' riattivazzjoni, jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss jew turija tal-informazzjoni jew tal-istatus;

(20) “effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva” jew “ηson ” tfisser:

(a) għall-bojlers tal-fjuwil solidu awtomatiċi imnajjra, il-medja ppeżata tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali u l-effiċjenza utli fi 30 % tal-potenza termika nominali;

(b) għall-bojlers tal-fjuwil solidu manwali imnajjra li jistgħu joperaw f'50 % tal-potenza termika nominali f'modalità kontinwa, il-medja ppeżata tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali u l-effiċjenza utli f'50 % tal-potenza termika nominali;

(c) għall-bojlers tal-fjuwil solidu manwali imnajjra li ma jistgħux joperaw f'50 % jew inqas tal-potenza termika nominali f'modalità kontinwa, l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali;

(d) għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali;

(21) “l-effiċjenza elettrika” jew “η” tfisser il-proporzjon tal-output tas-sħana utli u l-input totali tal-enerġija ta' bojler tal-fjuwil solidu, fejn l-input totali tal-enerġija huwa espress f'termini ta' GCV jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata b'CC;

(22) “output tas-sħana utli” jew “P” tfisser l-output tas-sħana ta' bojler tal-fjuwil solidu trażmessa lit-trasportatur tas-sħana, espressa f'kW;

(23) “bojler tal-fjuwil fossili” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li juża l-fjuwil fossili jew taħlita ta' bijomassa u fjuwil fossili bħala l-fjuwil preferut;

(24) “valur kalorifiku gross mingħajr indewwa” jew “GCVmf ” tfisser l-ammont totali ta' sħana rilaxxata minn unità ta' fjuwil li tkun tneħħitilha l-indewwa tagħha, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġenu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(25) “mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 4 tal-punt 1 tal-Anness V, bħala mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess fornitur.




ANNESS II

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' bojler tal-fjuwil solidu għandha tiġi determinata abbażi tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tagħha, kif stipulat fit-Tabella 1.

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ta' bojler tal-fjuwil solidu għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness IX.



Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għall-bojlers tal-fjuwil solidu

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI)

A+++

EEI ≥ 150

A++

125 ≤ EEI < 150

A+

98 ≤ EEI < 125

A

90 ≤ EEI < 98

B

82 ≤ EEI < 90

C

75 ≤ EEI < 82

D

36 ≤ EEI < 75

E

34 ≤ EEI < 36

F

30 ≤ EEI < 34

G

EEI < 30




ANNESS III

It-tikketti

1.   BOJLERS TAL-FJUWIL SOLIDU

1.1.    Tikketta numru 1

image

(a) It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I. isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II. identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

III. il-funzjoni tat-tisħin ta' post;

IV. il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-bojler tal-fjuwil solidu għandu jitqiegħed fl-istess għoli tat-tarf tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

V. il-potenza termika nominali f'kW, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

VI. għall-bojlers tal-kombinament, il-funzjoni tat-tisħin tal-ilma addizzjonali wkoll.

VII. għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, il-funzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku addizzjonali wkoll.

(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom ikunu skont il-punt 3 ta' dan l-Anness. Bħala eċċezzjoni, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), tista' tiżdied kopja tal-ekotikketta tal-UE.

1.2.    Tikketta numru 2

image

(a) It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni imniżżla fil-punt 1.1(a) ta' dan l-Anness.

(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom ikunu skont il-punt 3 ta' dan l-Anness. Bħala eċċezzjoni, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-Unjoni Ewropea” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista' tiżdied kopja tal-ekotikketta tal-UE.

2.   PAKKETTI TA' BOJLER TAL-FJUWIL SOLIDU, ĦITERS SUPPLIMENTARI, REGOLATURI TAT-TEMPERATURA U APPARAT SOLARI

Tikketta għall-pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa G

image

(a) It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I. isem jew il-marka kummerċjali tal-fornitur;

II. identifikatur tal-mudell(i) tan-negozjant jew il-fornitur;

III. il-funzjoni tat-tisħin ta' post;

IV. il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-bojler tal-fjuwil solidu, determinata skont l-Anness II;

V. indikazzjoni dwar il-possibbiltà li kollettur solari, tank tal-ħżin tal-ilma misħun, regolatur tat-temperatura jew ħiter supplimentari jistgħu jiġu inklużi fil-pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

VI. il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, determinati skont il-punt 2 tal-Anness IV; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari għandu jitqiegħed fl-istess għoli tat-tarf tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

(b) L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għal pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, għandhom ikunu skont il-punt 4 ta' dan l-Anness. Għall-pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D, il-klassijiet E sa G fl-iskala A+++ sa G jistgħu jitħassru.

3.

ID-DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-BOJLERS TAL-FJUWIL SOLIDU GĦANDU JKUN DAN LI ĠEJ:

image

fejn:

(a) It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 105 mm u għolja mill-inqas 200 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet t'hawn fuq.

(b) L-isfond għandu jkun abjad.

(c) Il-kuluri huma bil-kodiċi CMYK — cyan, maġenta, isfar, u iswed — bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d) It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-grafika t'hawn fuq):

image   Linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 4 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

image   Tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: logo tal-UE + tikketta tal-enerġija: wisa': 86 mm, għoli: 17 mm.

image   Linja tal-bordura tas-sottologos: 1 pt, kulur: cyan 100 %, tul: 86 mm.

image   Funzjoni tat-tisħin ta' post:

  Pittogramma kif murija.

image   Skali A++-G u A+++-D, rispettivament:

  Vleġġa: għoli: 5 mm, spazju: 1,3 mm, kuluri:

 

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

Is-seba' klassi: 00-X-X-00,

It-tmien klassi: 00-X-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00,

  Kitba: Calibri tipa grassa 14 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda;

  Vleġġa: għoli: 7 mm, spazju: 1 mm, kuluri:

 

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00,

  Kitba: Calibri tipa grassa 16 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda.

image   Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

  Vleġġa: wisa': 22 mm, għoli: 12 mm, 100 % iswed;

  Kitba: Calibri tipa grassa 24 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda.

image   Potenza termika nominali:

  Bordura: 2 pt — kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm,

  Valur “YZ”: Calibri tipa grassa 45 pt, 100 % iswed.

  Il-kliem “kW”: Calibri tipa regolari 30 pt, 100 % iswed.

image   Funzjoni tat-tisħin tal-ilma:

  Pittogramma kif murija,

  Bordura: 2 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Il-funzjoni tal-elettriku:

  Pittogramma kif murija,

  Bordura: 2 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Sena li fiha ddaħħlet it-tikketta u n-numru tar-Regolament:

  Kitba: Calibri tipa grassa 10 pt.

image   Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu.

image   Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:

L-isem jew il-marka kummerċjali tal-fornitur u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqgħodu fi spazju ta' 86 × 12 mm.

4.

ID-DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-PAKKETTI TA' BOJLER TAL-FJUWIL SOLIDU, ĦITERS SUPPLIMENTARI, REGOLATURI TAT-TEMPERATURA U APPARAT SOLARI GĦANDU JKUN DAN LI ĠEJ:

image

fejn:

(a) It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 210 mm u għolja mill-inqas 297 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet t'hawn fuq.

(b) L-isfond għandu jkun abjad.

(c) Il-kuluri huma bil-kodiċi CMYK — cyan, maġenta, isfar, u iswed — bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d) It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-grafika t'hawn fuq):

image   Linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 6 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

image   Tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: logo tal-UE + tikketta tal-enerġija: wisa': 191 mm, għoli: 37 mm.

image   Linja tal-bordura tas-sottologos: 2 pt, kulur: cyan 100 %, tul: 191 mm.

image   Funzjoni tat-tisħin ta' post:

  Pittogramma kif murija.

image   Bojler tal-fjuwil solidu:

  Pittogramma kif murija,

 

Klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-bojler tal-fjuwil solidu:

Vleġġa: wisa': 24 mm, għoli: 14 mm, 100 % sewda;

  Kitba: Calibri tipa grassa 28 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda;

  Bordura: 3 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Pakkett b'kolletturi solari, tankijiet tal-ħżin tal-ilma misħun, regolaturi tat-temperatura u ħiters supplimentari:

  Pittogrammi kif murija;

  is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 50 pt, cyan 100 %;

  Kaxxi: wisa': 12 mm, għoli: 12 mm, bordura: 4 pt, cyan 100 %,

  Bordura: 3 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Skala A+++-G mal-bordura:

  Vleġġa: għoli: 15 mm, spazju: 3 mm, kuluri:

 

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

Is-seba' klassi: 00-X-X-00,

Jekk applikabbli, il-klassijiet tal-aħħar: 00-X-X-00,

  Kitba: Calibri tipa grassa 30 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda;

  Bordura: 3 pt, kulur: cyan 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Klassi tal-effiċjenza enerġetika għal pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari:

  Vleġġa: wisa': 33 mm, għoli: 19 mm, 100 % sewda;

  Kitba: Calibri tipa grassa 40 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda.

image   Sena li fiha ddaħħlet it-tikketta u n-numru tar-Regolament:

  Kitba: Calibri tipa grassa 12 pt.

image   Isem jew il-marka kummerċjali tan-negozjant jew il-fornitur.

image   Identifikatur tal-mudell tan-negozjant jew il-fornitur:

L-isem jew il-marka kummerċjali tan-negozjant jew il-fornitur u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta' 191 × 19 mm.




ANNESS IV

Skeda ta' informazzjoni tal-prodott

1.   BOJLERS TAL-FJUWIL SOLIDU

1.1.

L-informazzjoni mogħtija fl-iskeda tal-prodott tal-bojler tal-fjuwil solidu għandha tingħata fl-ordni li ġejja u għandha tiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f'materjal ieħor ta' letteratura mogħti mal-prodott:

(a) isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b) identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

(c) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, determinata skont l-Anness II;

(d) il-potenza termika nominali f'kW, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(e) l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness IX;

(f) l-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post f' %, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulata skont l-Anness VIII;

(g) kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat, installat jew mantnut bojler tal-fjuwil solidu;

(h) fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu l-effiċjenza elettrika f' %, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

1.2.

Skeda waħda tal-prodott tista' tkopri għadd ta' mudelli ta' bojler tal-fjuwil solidu fornuti mill-istess fornitur.

1.3.

L-informazzjoni mogħtija fl-iskeda tal-prodott tista' tingħata fil-forma ta' kopja tat-tikketta, bil-kulur jew abjad fuq l-iswed. Meta dan ikun il-każ, għandha tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-punt 1.1 li ma tkunx diġà tidher fuq it-tikketta.

2.   PAKKETTI TA' BOJLER TAL-FJUWIL SOLIDU, ĦITERS SUPPLIMENTARI, REGOLATURI TAT-TEMPERATURA U APPARAT SOLARI

L-iskeda għal pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari għandu jkun fiha l-informazzjoni stipulata fil-Grafika 1 jew il-Grafika 2 kif jixraq, għall-evalwazzjoni tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-pakkett offrut, inkluż l-informazzjoni li ġejja:

(a)

I : il-valur tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-bojler tal-fjuwil solidu primarju;

(b)

II : il-fattur għall-ippeżar tal-output tas-sħana tal-bojler tal-fjuwil solidu primarju u l-ħiters supplimentari ta' pakkett kif hemm stipulat fit-Tabelli 2 u 3 ta' dan l-Anness, kif jixraq;

(c)

III : il-valur tal-espressjoni matematika: 294/(11 · Pr), fejn Pr tirreferi għall-bojler tal-fjuwil solidu primarju;

(d)

IV : il-valur tal-espressjoni matematika 115/(11 · Pr), fejn Pr tirreferi għall-bojler tal-fjuwil solidu primarju.



Tabella 2

Ippeżar tal-bojler tal-fjuwil solidu primarju u l-ħiters supplimentari, għall-iskopijiet tal-Grafika 1 ta' dan l-Anness (1)

Psup/(Pr + Psup(1)

II, pakkett li ma jkunx jinkludi tank tal-ħżin tal-misħun

II, pakkett li jkun jinkludi tank tal-ħżin tal-misħun

0

0

0

0,1

0,30

0,37

0,2

0,55

0,70

0,3

0,75

0,85

0,4

0,85

0,94

0,5

0,95

0,98

0,6

0,98

1,00

≥ 0,7

1,00

1,00



Tabella 3

Ippeżar tal-bojler tal-fjuwil solidu tal-koġenerazzjoni primarju u l-ħiters supplimentari, għall-iskopijiet tal-Grafika 2 ta' dan l-Anness (1)

Pr/(Pr + Psup(1)

II, pakkett li ma jkunx jinkludi tank tal-ħżin tal-misħun

II, pakkett li jkun jinkludi tank tal-ħżin tal-misħun

0

1,00

1,00

0,1

0,70

0,63

0,2

0,45

0,30

0,3

0,25

0,15

0,4

0,15

0,06

0,5

0,05

0,02

0,6

0,02

0

≥ 0,7

0

0

(1)   Il-valuri intermedji jiġu kkalkulati permezz ta' interpolazzjoni lineari bejn iż-żewġ valuri li jinsabu ħdejn xulxin.

Grafika 1

Għall-bojlers tal-fjuwil solidu primarji, l-informazzjoni li għandha tingħata fuq l-iskeda tal-prodott għal pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, li tindika l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-pakkett offrut

image

▼B

Grafika 2

Għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu primarji, l-informazzjoni li għandha tingħata fuq l-iskeda tal-prodott għal pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, li tindika l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-pakkett offrut

image

▼B




ANNESS V

Dokumentazzjoni teknika

1.   BOJLERS TAL-FJUWIL SOLIDU

Id-dokumentazzjoni teknika għall-bojlers tal-fjuwil solidu msemmija fl-Artikolu 3(1)(e) għandha tinkludi:

(a) isem u indirizz tal-fornitur;

(b) l-identifikatur tal-mudell;

(c) fejn xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d) f'każ li l-fjuwil ippreferut ikun bijomassa oħra tal-injam, bijomassa li mhix tal-injam, fjuwil fossili ieħor jew taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwils fossili kif imsemmi fit-Tabella 4, deskrizzjoni tal-fjuwil li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità u l-istandard tekniku jew l-ispeċifikazzjoni teknika tal-fjuwil, inkluż il-kontenut ta' ndewwa mkejjel fil-fjuwil u l-kontenut ta' rmied imkejjel fih u, fil-każ ta' fjuwils fossili oħrajn, il-kontenut volatili mkejjel fil-fjuwil ukoll;

(e) fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn użati;

(f) l-isem u l-firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fornitur;

(g) l-informazzjoni inkluża fit-Tabella 4, bil-parametri mkejla tagħha u kkalkulati skont l-Anness VIII u IX;

(h) rapporti tat-testijiet li saru mill-fornituri jew f'isimhom, inkluż l-isem u l-indirizz tal-korp li wettaq it-test;

(i) kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat, stallat jew mantnut il-bojler tal-fjuwil solidu;

(j) lista tal-mudelli ekwivalenti, jekk applikabbli.

Din l-informazzjoni tista' tingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri meħudin skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).



Tabella 4

Parametri tekniċi għall-bojlers tal-fjuwil solidu u l-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu

Identifikatur tal-mudell

Modalità tan-najjar: [Manwalment: il-bojler għandu jiġi operat b'tank tal-ħżin tal-ilma misħun ta' volum ta' mill-inqas x (1) litri/Awtomatiku: huwa rakkomandat li l-bojler jiġi operat b'tank tal-ħżin tal-ilma misħun ta' volum ta' mill-inqas x (2) litri]

Bojler li juża l-kondensazzjoni: [iva/le]

Bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: [iva/le]

Bojler ikkombinat: [iva/le]

Fjuwil

Fjuwil ippreferut (wieħed biss):

Fjuwils oħrajn adattati:

Zkuk tal-injam, kontenut tal-indewwa ≤ 25 %

[iva/le]

[iva/le]

Bċejjeċ tal-injam, kontenut tal-indewwa ≤ 15-35 %

[iva/le]

[iva/le]

Bċejjeċ tal-injam, kontenut tal-indewwa > 35 %

[iva/le]

[iva/le]

Injam kompressat fil-forma ta' pelits jew brikets

[iva/le]

[iva/le]

Sellatura, kontenut tal-indewwa ≤ 50 %

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa oħra tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa li mhix tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Faħam bituminuż

[iva/le]

[iva/le]

Linjite (inkluż brikets)

[iva/le]

[iva/le]

Kokk

[iva/le]

[iva/le]

Antraċite

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita ta' fjuwils fossili f'forma ta' brikets

[iva/le]

[iva/le]

Fjuwil fossili ieħor

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa mħallta (30-70 %) u brikets tal-fjuwil fossili

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwil fossili

[iva/le]

[iva/le]

Karatteristiċi fl-operat bil-fjuwil preferut biss:

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post, η s [%]:

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika EEI:

Entrata

Simbolu

Valur

Unità

 

Entrata

Simbolu

Valur

Unità

Output tas-sħana utli

 

Effiċjenza utli

F'potenza termika nominali

Pn (3)

x,x

kW

 

F'potenza termika nominali

ηn

x,x

%

Fi [30 %/50 %] tal-potenza termika nominali, jekk applikabbli

Pp

[x,x/N.A.]

kW

 

Fi [30 %/50 %] tal-potenza termika nominali, jekk applikabbli

ηp

[x,x/

M.A.]

%

Għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: Effiċjenza elettrika

 

Il-konsum tal-elettriku awżiljarju

 

F'potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

F'potenza termika nominali

ηel,n

x,x

%

 

Fi [30 %/50 %] tal-potenza termika nominali, jekk applikabbli

elmin

[x,xxx/

M.A.]

kW

 

Tat-tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji, jekk applikabbli

[x,xxx/

M.A.]

kW

 

Fil-modalità Stennija

PSB

x,xxx

kW

 

Dettalji ta' kuntatt

Isem u indirizz tal-fornitur

 

(*1)   Volum tat-tank = 45 × Pr × (1 – 2,7/P r) jew 300 litru liema wieħed ikun l-iktar, b'P r indikat f'kW

(*2)   Volum tat-tank = 20 × P r b'P r indikat f'kW

(*3)   Għall-fjuwil preferut P n huwa daqs P r

2.   PAKKETTI TA' BOJLER TAL-FJUWIL SOLIDU, ĦITERS SUPPLIMENTARI, REGOLATURI TAT-TEMPERATURA U APPARAT SOLARI

Għall-pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(3)(e) għandha tinkludi:

(a) isem u indirizz tal-fornitur;

(b) deskrizzjoni tal-mudell li minnu huwa magħmul pakkett ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, li tkun suffiċjenti biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità;

(c) fejn xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d) fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn użati;

(e) l-isem u l-firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fornitur;

(f) il-parametri tekniċi:

(1) l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(2) il-parametri tekniċi stipulati fil-punt 1 ta' dan l-Anness, u fejn xieraq, il-parametri tekniċi stipulati fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(3) il-parametri tekniċi stipulati fil-punti 3 u 4 tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) Nru 811/2013;

(g) kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat, stallat jew mantnut il-pakkett tal-bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari.




ANNESS VI

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-prodott għall-wiri, ħlief fuq l-Internet

1.   BOJLERS TAL-FJUWIL SOLIDU

1.1.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) għandha tingħata fl-ordni li ġejja:

(a) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, determinata skont l-Anness II;

(b) il-potenza termika nominali f'kW, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(c) l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness IX;

(d) fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, l-effiċjenza elettrika f' %, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ.

1.2.

L-informazzjoni msemmija fil-punt 1.1 għandha tkun stampata jew murija f'daqs u tipa li jkunu leġibbli.

2.   PAKKETTI TA' BOJLER TAL-FJUWIL SOLIDU, ĦITERS SUPPLIMENTARI, REGOLATURI TAT-TEMPERATURA U APPARAT SOLARI

2.1.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2)(b) għandha tingħata fl-ordni li ġejja:

(a) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, determinata skont l-Anness II;

(b) l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(c) l-informazzjoni stipulata fil-Grafika 1 u l-Grafika 2 tal-Anness IV, kif jixraq.

2.2.

L-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1 għandha tkun stampata jew murija f'daqs u tipa li jkunu leġibbli.




ANNESS VII

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

1. Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “mekkaniżmu għall-wiri” tfisser kwalunkwe skrin li jintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet, inklużi l-iskrins tattili jew teknoloġija viżiva oħra;

(b) “wiri ta' ħaġa ġo oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattili;

(c) “skrin tattili” tfisser skrin li jaħdem billi jintmiss bħal dak tat-tablets, tal-kompjuters tat-tip slate jew smartphones;

(d) “test alternattiv” tfisser test provdut bħala alternattiva għal grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f'forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista' jtella l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju fejn jakkumpanja applikazzjonijiet b'leħen ta' sinteżi.

2. It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3 jew fil-każ ta' pakkett fejn jiġi mimli b'mod xieraq ibbażat fuq it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni pprovduti mill-fornituri skont l-Artikolu 3 għandhom jintwerew fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett skont l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 3. Jekk jintwerew kemm prodott kif ukoll pakkett, iżda bi prezz li jidher biss fuq il-pakkett, għandha tintwera biss it-tikketta tal-pakkett. Id-daqs għandu jkun tat-tip fejn it-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fl-Anness III. It-tikketta tista' tintwera billi tintwera bħala ħaġa ġo oħra, f'liema każ l-istampa użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattili.

3. L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a) tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tal-pakkett fuq it-tikketta;

(b) tindika fuq il-vleġġa l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew pakkett, bl-abjad f'daqs ta' tipa li tkun ekwivalenti għal dik tal-prezz; kif ukoll

(c) tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

image

4. Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a) l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett;

(b) l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c) it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattili;

(d) it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, tab ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e) għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f) it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g) it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tal-pakkett, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

5. L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott trid tkun ta' daqs fejn tidher u tinqara sew. L-iskeda tal-prodott tista' tintwera bħala wiri ta' ħaġa ġo oħra, f'liema każ, il-link li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem “Skeda ta' informazzjoni tal-prodott”. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda ta' informazzjoni tal-prodott għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-link jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-link darba fuq l-iskrin tattili.




ANNESS VIII

Kejl u kalkoli

1.

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 5.

2.

Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

(a) Il-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom jiġu ttestjati bil-fjuwil preferut.

(b) Il-valur dikjarati għall-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post għandu jitqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

3.

Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post tal-bojlers tal-fjuwil solidu

(a) Il-valuri tal-effiċjenza utli ηn , ηp u l-valuri tal-output tas-sħana utli Pn , Pp għandhom jitkejlu, fejn jixraq. Fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu jitkejjel ukoll il-valur ηel,n .

(b) L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post ηs għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva ηson , ikkorreġuta b'kontribuzzjonijiet li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u, għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, billi tiżdied l-effiċjenza elettrika mmultiplikata b'koeffiċjent ta' konverżjoni, CC ta' 2.5.

(c) Il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni, CC, ta' 2.5.

4.

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post tal-bojlers tal-fjuwil solidu

(a) L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post ηs hija definita bħala:

ηs = ηson F(1)F(2) + F(3)

fejn:

(1)  ηson hija l-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post b'modalità attiva, espressa f'perċentwal, ikkalkulat kif inhu msemmi fil-punt 4(b);

(2)  F(1) jammonta għal telf mal-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post minħabba l-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-kontroll tat-temperatura; F(1) = 3 %;

(3)  F(2) jammonta għal kontribuzzjoni negattiva lill-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post mill-konsum tal-elettriku awżiljarju, espressa bħala perċentwal, u li tkun kkalkolata kif stabbilit fil-punt 4(c);

(4)  F(3) jirrappreżenta kontribuzzjoni pożittiva lill-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post mill-effiċjenza elettrika tal-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, espressa bħala perċentwal, u li tiġi kkalkulata kif ġej:

F(3) = 2,5 × ηel,n

(b) effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post f'modalità attiva, ηson , tiġi kkalkulata kif ġej:

(1) fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li jkunu jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma awtomatikament:

ηson = 0,85 × ηp + 0,15 × ηn

(2) fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li ma jkunux jistgħu jiġu operati b'50 % jew inqas tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu:

ηson = ηn

(c)  F(2) jiġi kkalkulat kif ġej:

(1) fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li jkunu jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma awtomatikament:

F(2) = 2,5 × (0,15 × elmax + 0,85 × elmin + 1,3 × PSB )/(0,15 × Pn + 0,85 × Pp )

(2) fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li ma jkunux jistgħu jiġu operati b'50 % jew inqas tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu:

F(2) = 2,5 × (elmax + 1,3 × PSB )/Pn

5.

KALKOLAZZJONI TAL-VALUR KALORIFIKU GROSS

Il-valur kalorifiku gross (GCV) għandu jinkiseb mill-valur kalorifiku gross bla ndewwa (GCVmf ) billi tiġi applikata l-konverżjoni li ġejja:

GCV = GCVmf × (1 – M)

fejn:

(a)  GCV u GCVmf huma espressi f'megajoules għal kull kilogramm;

(b)  M hija l-kontenut ta' ndewwa tal-fjuwil, espressa bħala proporzjon.




ANNESS IX

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija

1. L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) tal-bojlers tal-fjuwil solidu għandu jkun ikkalkulat għall-fjuwil preferut u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ bħala:

EEI = ηson × 100 × BLFF(1)F(2) × 100 + F(3) × 100

fejn:

(a)  ηson hija l-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva, ikkalkulata kif stipulat fil-punt 4(b) tal-Anness VIII;

(b)  BLF huwa l-fattur tat-tikketta tal-bijomassa, li huwa 1,45 għall-bojlers tal-bijomassa u 1 għall-bojlers tal-fjuwil fossili;

(c)  F(1) hija l-kontribuzzjoni negattiva għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika minħabba l-kontribuzzjonijiet aġġustati tar-regolaturi tat-temperatura; F(1) = 3;

(d)  F(2) hija l-kontribuzzjoni negattiva għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika mill-konsum tal-elettriku awżiljarju, u hija kkalkulata kif stipulat fil-punt 4(c) tal-Anness VIII;

(e)  F(3) hija l-kontribuzzjoni pożittiva għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika mill-effiċjenza enerġetika tal-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, u hija kkalkulata kif ġej:

F(3) = 2,5 × ηel,n

2. L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) tal-pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari għandu jiġi determinat skont il-punt 2 tal-Anness IV.

▼M1




ANNESS X

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b) il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 5. L-unità għandha tiġi ttestjata bi fjuwil bil-karatteristiċi fl-istess medda bħal tal-fjuwil li uża l-fornitur biex iwettaq il-kejl deskritt fl-Anness VIII.

(3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ekwivalenti.

(5) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 5.

(6) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VIII u fl-Anness IX.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 5 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



Tabella 5

It-tolleranzi tal-verifika

Parametru

Tolleranzi tal-verifika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 6 %.



( 1 ) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

( 2 ) Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).

( 3 ) Il-valuri intermedji jiġu kkalkulati permezz ta' interpolazzjoni lineari bejn iż-żewġ valuri li jinsabu ħdejn xulxin.

( 4 ) Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10)

Top