This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02015R0848-20220109
Regulation (EU) 2015/848 of the European Parliament and of the Council of 20 May 2015 on insolvency proceedings (recast)
Consolidated text: Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (tfassil mill-ġdid)
Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (tfassil mill-ġdid)
Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:
Att li jemenda | Tip ta’ emenda | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Data tal-effett |
---|---|---|---|
32023R2844 | Emendata minn | artikolu 42 paragrafu 3 sentenza 1 | 01/05/2025 |
32023R2844 | Emendata minn | artikolu 53 | 01/05/2025 |
32023R2844 | Emendata minn | artikolu 57 paragrafu 3 sentenza 1 | 01/05/2025 |
02015R0848 — MT — 09.01.2022 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2015/848 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141 5.6.2015, p. 19) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2017/353 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Frar 2017 |
L 57 |
19 |
3.3.2017 |
|
REGOLAMENT (UE) 2018/946 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2018 |
L 171 |
1 |
6.7.2018 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/2260 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Diċembru 2021 |
L 455 |
4 |
20.12.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2015/848 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Mejju 2015
dwar proċedimenti ta' insolvenza
(tfassil mill-ġdid)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proċedimenti kollettivi pubbliċi, inklużi proċedimenti interim, li huma bbażati fuq liġijiet relatati mal-insolvenza u fejn, għall-fini ta' salvataġġ, aġġustament tad-dejn, riorganizzazzjoni jew likwidazzjoni,
debitur ikun totalment jew parzjalment ipprivat mill-assi tiegħu u jinħatar prattikant fl-insolvenza;
l-assi u l-affarijiet ta' debitur ikunu suġġetti għall-kontroll jew is-sorveljanza ta' qorti; jew
sospensjoni temporanja ta' proċedimenti ta' infurzar individwali tingħata minn qorti jewbl-applikazzjoni tal-liġi sabiex ikunu jistgħu jsiru n-negozjati bejn id-debitur u l-kredituri tiegħu, dment li l-proċedimenti li fihom tingħata s-sospensjoni jipprevedu miżuri adatti għall-protezzjoni tal-korp ġenerali ta' kredituri u, fejn ma jintlaħaq l-ebda qbil, huma preliminari għal wieħed mill-proċedimenti msemmija fil-punt (a) jew (b).
Fejn il-proċedimenti msemmijin f'dan il-paragrafu jistgħu jitniedu f'sitwazzjonijiet fejn hemm biss probabbiltà ta' insolvenza, l-għan tagħhom għandu jkun li tiġi evitata l-insolvenza tad-debitur jew il-waqfien tal-attivitajiet ta' negozju tad-debitur.
Il-proċedimenti msemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness A.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal proċedimenti msemmija fil-paragrafu 1 li jikkonċernaw:
impriżi tal-assigurazzjoni;
istituzzjonijiet ta' kreditu;
kumpaniji ta' investiment u kumpaniji oħrajn, istituzzjonijiet u impriżi sa fejn huma koperti mid-Direttiva 2001/24/KE; jew
impriżi ta' investiment kollettiv.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
“proċedimenti kollettivi” tfisser proċedimenti li jinkludu t-total ta' jew parti sinifikanti mill-kredituri tad-debitur, dment li, fil-każ tal-aħħar, il-proċedimenti ma jaffettwawx il-pretensjonijiet ta' kredituri li mhumiex involuti fihom;
“impriżi għal investiment kollettiv” tfisser impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) kif definit fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u fondi ta' investiment alternattiv (AIF) kif definiti fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“debitur fil-pussess” tfisser debitur li fil-konfront tiegħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza li mhux neċessarjament jinvolvu l-ħatra ta' prattikant fl-insolvenza jew it-trasferiment sħiħ tad-drittijiet u d-dmirijiet ta' ġestjoni tal-assi tad-debitur lil prattikant fl-insolvenza u fejn, allura, id-debitur jibqa' totalment jew mill-inqas parzjalment fil-kontroll tal-assi u l-affarijiet tiegħu;
“proċedimenti ta' insolvenza” tfisser il-proċedimenti elenkati fl-Anness A;
“prattikant fl-insolvenza” tfisser kwalunkwe persuna jew korp li l-funzjoni tiegħu, inkluż fuq bażi interim, li
li tivverifika u jammetti l-pretensjonijiet ippreżentati fi proċedimenti ta' insolvenza;
tirrappreżenta l-interess kollettiv tal-kredituri;
tamministra, kemm għalkollox jew parzjalment, l-assi li ġew ipprivati lid-debitur;
tillikwida l-assi msemmija fil-punt (iii); jew
tissorvelja l-amministrazzjoni tal-affarijiet tad-debitur.
Il-persuni u korpi msemmija fl-ewwel subparagrafu huma mniżżla fl-Anness B;
“qorti” tfisser
fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 1(1), l-Artikolu 4(2), l-Artikoli 5 u 6, l-Artikolu 21(3), il-punt (j) tal-Artikolu 24(2), l-Artikoli 36 u 39, u l-Artikoli 61 sa 77, il-korp ġudizzjarju ta' Stat Membru;
fl-Artikoli l-oħra kollha, il-korp ġudizzjarju jew kwalunkwe korp kompetenti ieħor ta' Stat Membru li għandu s-setgħa jiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza, li jikkonferma dan il-ftuħ jew li jieħu deċiżjoni tul dawk il-proċedimenti;
“sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza” tinkludi:
id-deċiżjoni ta' kull qorti li tiftaħ proċedimenti ta' insolvenza jew li tikkonferma l-ftuħ ta' proċedimenti ta' dan it-tip; u
id-deċiżjoni ta' qorti li taħtar prattikant fl-insolvenza;
“iż-żmien tal-ftuħ ta' proċedimenti” tfisser iż-żmien meta s-sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza ssir effettiva, irrispettivament jekk is-sentenza hijiex finali jew le;
“l-Istat Membru li fih ikunu jinstabu l-assi” tfisser, fil-każ ta':
ishma rreġistrati f'kumpaniji, minbarra dawk imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-kumpanija li ħarġet l-ishma għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;
strumenti finanzjarji, li s-sjieda tagħhom tirriżulta minn entrati f'reġistru jew kont miżmum minn intermedjarju jew minn xi ħadd f'ismu (“titoli f'forma miktuba”), l-Istat Membru fejn jinżamm ir-reġistru jew il-kont fejn hemm l-entrati;
flus kontanti miżmuma f'istituzzjoni ta' kreditu, l-Istat Membru indikat fil-kont IBAN, jew, għal flus kontanti miżmuma f'kontijiet ma' istituzzjonijiet ta' kreditu li ma għandhomx IBAN, l-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ta' kreditu li għandha l-kont għandha l-amministrazzjoni ċentrali tagħha jew, fejn huwa miżmum il-kont ma' fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, l-Istat Membru fejn tinsab il-fergħa, l-aġenzija jew stabbiliment ieħor;
proprjetà u drittijiet għall-propjetà ta' intitolament jew intitolament li jiddaħħal f'reġistru pubbliku għajr dawk imsemmija fil-punt (i), l-Istat Membru li r-reġistru jkun jinżamm taħt l-awtorità tiegħu;
privattivi Ewropej, l-Istat Membru li tingħatalu l-privattiva Ewropea;
id-dritt tal-awtur u drittijiet relatati, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu s-sid ta' tali drittijiet għandu r-residenza abitwali jew l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;
proprjetà tanġibbli, għajr dik imsemmija fil-punti (i) sa (iv), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinstab il-proprjetà;
pretensjonijiet kontra partijiet terzi ħlief dawk relatati ma' assi msemmija fil-punt (iii), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-parti terza meħtieġa li tissodisfa l-pretensjonijiet ikollu ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu, kif iddeterminat skont l-Artikolu 3(1);
“stabbiliment” tfisser kull post ta' operazzjoni fejn debitur iwettaq jew ikun wettaq fi tliet xhur qabel it-talba għall-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza attività ekonomika mhux transitorja b'mezzi umani jew b'assi;
“kredituri lokali” tfisser kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom kontra debitur ikunu ġew mill-operat jew f'konnessjoni mal-operat ta' stabbiliment li jinsab fi Stat Membru li mhux dak fejn id-debitur għandu ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu;
“kreditur barrani” tfisser kreditur li għandu r-residenza abitwali, domiċilju jew uffiċċju reġistrat fi Stat Membru li mhuwiex dak fejn fih infetħu l-proċedimenti, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri;
“grupp ta' kumpanniji” tfisser impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji kollha tagħha;
“impriża prinċipali” tfisser impriża li tikkontrolla, jew direttament jew indirettament, impriża sussidjarja waħda jew aktar u tinkludi impriża li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) għandha titqies impriża prinċipali.
Artikolu 3
Ġurisdizzjoni internazzjonali
Fil-każ ta' kumpannija jew persuna ġuridika, il-preżunzjoni tkun li l-post tal-uffiċċju rreġistrat ikun iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu fin-nuqqas ta' prova kuntrarja. Dik il-preżunzjoni għandha tapplika biss jekk l-uffiċċju rreġistrat ma jkunx iċċaqlaq għal Stat Membru ieħor fi żmien perjodu ta' tliet xhur qabel it-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza.
Fil-każ ta' individwu li qed jeżerċita attività ta' negozju jew professjonali indipendenti, iċ-ċentru tal-interessi prinċipali għandu jkun preżunt li hu l-post prinċipali tan-negozju ta' dak l-individwu fin-nuqqas ta' prova kuntrarja. Dik il-preżunzjoni għandha tapplika biss jekk il-post prinċipali tan-negozju ta' dak l-individwu ma jkunx iċċaqlaq għal Stat Membru ieħor fi żmien perjodu ta' 3 xhur qabel it-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza.
Fil-każ ta' kwalunkwe individwu ieħor, iċ-ċentru tal-interessi prinċipali għandu jkun preżunt li hu l-post tar-residenza abitwali tal-individwu fin-nuqqas ta' prova kuntrarja. Din il-preżunzjoni għandha tapplika biss jekk ir-residenza abitwali ma tkunx iċċaqilqet għal Stat Membru ieħor fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel it-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza.
Il-proċedimenti territorjali ta' insolvenza msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinfetħu biss qabel il-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza skont il-paragrafu 1 meta:
l-proċedimenti ta' insolvenza skont il-paragrafu 1 ma jistgħux jinfetħu minħabba l-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur; jew
l-ftuħ ta' proċedimenti territorjali ta' insolvenza huma mitluba minn:
kreditur li l-pretensjoni tiegħu tirriżulta minn operazzjoni jew b'rabta magħha, ta' stabbiliment li jinsab fit-territorju tal-Istat Membru fejn huwa mitlub il-ftuħ tal-proċedimenti territorjali; jew
awtorità pubblika li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-istabbiliment, għandha d-dritt li titlob il-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza.
Meta jinfetħu l-proċedimenti ta' insolvenza prinċipali, il-proċedimenti territorjali ta' insolvenza għandhom isiru proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.
Artikolu 4
Eżami tal-ġurisdizzjoni
Artikolu 5
Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni li tiftaħ proċedimenti prinċipali ta' insolvenza
Artikolu 6
Ġurisdizzjoni għal azzjoni li tirriżulta direttament mill-proċedimenti ta' insolvenza u li tkun marbuta mill-qrib magħhom
L-ewwel subparagrafu għandu japplika għad-debitur fil-pussess, dment li d-dritt nazzjonali jippermetti lid-debitur fil-pussess, skont id-dritt nazzjonali jagħmel rikors f'isem il-patrimonju tal-insolvenza.
Artikolu 7
Liġi applikabbli
Il-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-ftuħ ta' dawk il-proċedimenti, il-manjiera tagħhom u l-għeluq tagħhom. Għandha tiddetermina b' mod partikolari:
id-debituri li kontrihom jistgħu jinġiebu l-proċedimenti ta' insolvenza abbażi tal-kapaċità tagħhom;
l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza u t-trattament tal-assi akkwistati minn jew li jmissu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza;
il-poteri rispettivi tad-debitur u tal-prattikant fl-insolvenza;
il-kondizzjonijiet li bihom tista' tiġi invokata t-tpaċija;
l-effetti tal-proċedimenti ta' insolvenza fuq kuntratti kurrenti li minnhom id-debitur jagħmel parti;
l-effetti tal-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali, bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti;
il-pretensjonijiet li jkunu ġew ippreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u t-trattament tat-talbiet li joriġinaw wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza;
ir-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni tal-pretensjoni;
ir-regoli li jirregolaw id-distribuzzjoni ta' rikavat mit-tisrif tal-assi, il-gradazzjoni ta' pretensjonijiet u d-dritt tal-kredituri li ġew parzjalment sodisfatti wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza bis-saħħa tad-dritt in rem jew permezz ta' tpaċija;
il-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta', proċedimenti ta' insolvenza, b'mod partikolari b'kompożizzjoni;
id-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza;
min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza;
ir-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' invalidità, invalidabilità u nuqqas ta' eżegwibilità ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali tal-kredituri.
Artikolu 8
Drittijiet ta' partijiet terzi in rem
Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom, b' mod partikolari, jfissru:
id-dritt li tiddisponi mill-assi jew li jiġu disposti u biex tikseb sodisfazzjon mir-rikavat jew mid-dħul minn dawk l-assi, partikolarment bis-saħħa ta' preferenza jew ipoteka;
id-dritt esklużiv li tintlaqa' talba, partikolarment dritt garantit bi preferenza dwar talba jew b'ċessjoni tat-talba bħala garanzija;
id-dritt li jintalbu assi minn, u/jew li jeħtieġu restituzzjoni minn, xi ħadd li jkollu l-pussess jew użu tagħhom kuntrarju tax-xewqat tal-parti hekk intitolata;
id-dritt in rem għall-użu li jagħti benefiċċju tal-assi.
Artikolu 9
Tpaċija
Artikolu 10
Riserva ta' titolu
Artikolu 11
Kuntratti marbuta ma' proprjetà immobbli
Il-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tapprova t-tmiem jew il-modifika tal-kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu meta:
il-liġi tal-Istat Membru applikabbli għal dawk il-kuntratti tirrikjedi li tali kuntratt jista' jintemm jew jiġi modifikat biss bl-approvazzjoni tal-qorti li tiftaħ proċedimenti ta' insolvenza; u
l-ebda proċediment ta' insolvenza ma jkun infetaħ f'dak l-Istat Membru.
Artikolu 12
Sistema ta' pagamenti u swieq finanzjarji
Artikolu 13
Kuntratti ta' impjieg
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal awtorità kompetenti taħt il-liġi nazzjonali biex tapprova t-terminazzjoni jew il-modifika ta' kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu.
Artikolu 14
Effetti fuq id-drittijiet soġġetti għal reġistrazzjoni
L-effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq id-drittijiet ta' debitur fi propjetà immobbli, vapur jew ajruplan li huma soġġetti għal reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku għandu jiġi determinat bil-liġi tal-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm dak ir-reġistru.
Artikolu 15
Privattivi Ewropej b'effett unitarju u marki kummerċjali Komunitarji
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, privattiva Ewropea b'effett unitarju, marka kummerċjali Komunitarja jew kwalunkwe dritt ieħor simili stabbilit bid-dritt tal-Unjoni jista' jkun inkluż biss fil-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1).
Artikolu 16
Atti detrimentali
Il-punt (m) tal-Artikolu 7(2) ma għandux japplika meta l-persuna li tibbenefika minn att detrimentali għal-kredituri kollha tipprovdi prova li:
l-att huwa soġġett għal-liġi ta' Stat Membru ieħor minn dak l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti, u
l-liġi ta' dak l-Istat Membru ma tippermettix xi mezzi biex jiġi kkontestat dak l-att fil-każ rilevanti.
Artikolu 17
Protezzjoni ta' xerrejja terzi
Meta, b'att konkluż wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza, debitur jiddisponi, għal konsiderazzjoni, minn:
xi assi immobbli,
vapur jew inġenju tal-ajru soġġetti għal reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku, jew
titoli li l-eżistenza tagħhom tirrikjedi reġistrazzjoni f'reġistru stabbilit mil-liġi,
il-validità ta' dak l-att għandha tiġi regolata bil-liġi tal-Istat li fit-territorju tiegħu jkunu jinstabu l-assi immobbli jew permezz tal-awtorità li biha jinżamm ir-reġistru.
Artikolu 18
Effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq kawżi jew proċedimenti arbitrali pendenti
L-effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq kawża pendenti jew proċedimenti arbitrali pendenti li jikkonċernaw ass jew dritt li jifforma parti mill-patrimonju tal-insolvenza ta' debitur għandu jkun irregolat biss mil-liġi tal-Istat Membru fejn dik il-kawża tkun pendenti jew fejn hemm is-sede tat-tribunal arbitrali.
KAPITOLU II
GĦARFIEN TA' PROĊEDIMENTI TA' INSOLVENZA
Artikolu 19
Prinċipju
Ir-regola stabbilita fl-ewwel subparagrafu għandha wkoll tapplika fejn, minħabba l-kapaċità ta' debitur, ma jistgħux jinġiebu proċedimenti ta' insolvenza kontra dak id-debitur fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 20
Effetti ta' għarfien
Artikolu 21
Setgħat tal-prattikant fl-insolvenza
Artikolu 22
Prova tal-ħatra tal-prattikant fl-insolvenza
Il-ħatra tal-prattikant fl-insolvenza għandha tiġi manifestata b'kopja ċertifikata tad-deċiżjoni oriġinali li tkun ħatritu jew ħatritha b'xi ċertifikat ieħor maħruġ mill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni.
Tista' tkun meħtieġa traduzzjoni f'lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkollu l-intenzjoni li jaġixxi. Ma għandha tiġi mitluba l-ebda legalizzazzjoni jew xi formalità simili oħra.
Artikolu 23
Radd lura u imputazzjoni
Artikolu 24
Stabbiliment ta' reġistri ta' insolvenza
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27, u għandha tinkludi dan li ġej (“informazzjoni mandatorja”):
id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza;
il-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza u n-numru ta' referenza tal-kawża, jekk jeżisti;
it-tip ta' proċedimenti ta' insolvenza msemmija fl-Anness A li kienu miftuħa u, fejn applikabbli, kwalunkwe tip ta' sottotip ta' tali proċedimenti miftuħa f'konformità mal-liġi nazzjonali;
jekk il-ġurisdizzjoni għall-ftuħ tal-proċedimenti hijiex ibbażata fuq l-Artikolu 3(1), 3(2) jew 3(4);
jekk id-debitur huwa kumpannija jew persuna ġuridika, isem id-debitur, in-numru ta' reġistrazzjoni, l-uffiċċju rreġistrat jew, jekk differenti, l-indirizz postali;
jekk id-debitur huwa individwu, jekk jeżerċitax attività ta' negozju jew professjonali indipendenti jew le, isem id-debitur, in-numru ta' reġistrazzjoni, jekk jeżisti, u l-indirizz postali jew, fejn l-indirizz huwa protett, il-post u d-data tat-twelid tad-debitur;
l-isem, l-indirizz postali jew l-indirizz elettroniku, jekk jeżistu, tal-prattikant fl-insolvenza maħtur fil-proċedimenti;
il-limitu ta' żmien biex jitressqu l-pretensjonijiet, jekk jeżisti, jew referenza għall-kriterji għall-kalkolu ta' dak il-limitu ta' żmien;
id-data tal-għeluq tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza, jekk teżisti;
il-qorti li quddiemha u, fejn applikabbli, il-limitu ta' żmien li fih għandha tiġi kkontestata d-deċiżjoni li tiftaħ il-proċeduri ta' insolvenza f'konformità mal-Artikolu 5, jew referenza għall-kriterji għall-kalkolu ta' dak il-limitu ta' żmien.
Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-proċedimenti ta' insolvenza ma għandhomx jaffettwaw il-pretensjonijiet tal-kredituri barranin li ma jkunux irċevew l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 25
Interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza
Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn li ġejjin sas-26 ta' Ġunju 2019:
l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi abbażi tal-ispeċifikazzjoni tal-interfaċċa stabbilit għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza;
il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards minimi ta' sikurezza tat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-informazzjoni fis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza;
kriterji minimi għas-servizz ta' tfittxija pprovduti mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika bbażati fuq l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24;
kriterji minimi għall-preżentazzjoni tar-riżultati ta' tfittxijiet ta' dan it-tip ibbażati fuq l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24;
il-mezzi u l-kundizzjonijiet tekniċi tad-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti mis-sistema ta' interkonnessjoni; u
glossarju li fih spjegazzjoni bażika tal-proċedimenti ta' insolvenza nazzjonali elenkati fl-Anness A.
Artikolu 26
Spejjeż għall-istabbiliment u l-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza
Artikolu 27
Kundizzjonijiet tal-aċċess għal informazzjoni permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni
Il-persuna li tagħmel it-talba ma għandhiex tkun obbligata tipprovdi traduzzjonijiet ta' dokumenti li jiġġustifikaw it-talba tagħha u lanqas tħallas xi spejjeż ta' traduzzjoni li l-awtorità kompetenti tista' ġġarrab.
Artikolu 28
Pubblikazzjoni fi Stat Membru ieħor
Artikolu 29
Reġistrazzjoni fir-reġistri pubbliċi ta' Stat Membru ieħor
Artikolu 30
Spejjeż
L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni previsti fl-Artikoli 28 u 29 għandhom jiġu meqjusa bħala spejjeż u nefqiet imġarrba fil-proċedimenti.
Artikolu 31
Rispett ta' obbligu lejn debitur
Artikolu 32
Għarfien u eżegwibilità ta' sentenzi oħrajn
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal sentenzi li jirriżultaw direttament mill-proċedimenti ta' insolvenza u li jkunu marbuta mill-qrib magħhom, anke jekk ikunu ngħataw minn qorti oħra.
L-ewwel subparagrafu japplika wkoll għal sentenzi relatati ma' miżuri ta' preservazzjoni meħuda fuq talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza jew b'konnessjoni magħha.
Artikolu 33
Politika pubblika
Kwalunkwe Stat Membru jista' jirrifjuta li jirrikonoxxi proċedimenti ta' insolvenza miftuħa fi Stat Membru ieħor jew li jinfurza sentenza mogħtija fil-kuntest ta' tali proċedimenti meta l-effetti ta' tali rikonoxximent jew infurzar ikunu manifestament kontra l-politika pubblika ta' dak l-Istat, b'mod partikolari l-prinċipji fundamentali tiegħu jew id-drittijiet kostituzzjonali u l-libertajiet tal-individwu.
KAPITOLU III
PROĊEDIMENTI SEKONDARJI TA' INSOLVENZA
Artikolu 34
Ftuħ tal-proċedimenti
Meta jkunu nfetħu proċedimenti prinċipali ta' insolvenza f'qorti ta' Stat Membru u jkunu ġew rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor, qorti ta' dak l-Istat Membru ieħor li jkollha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(2) tista' tiftaħ proċedimenti sekondarji ta' insolvenza skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu. Meta l-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jirrikjedu li d-debitur ikun insolventi, l-insolvenza tad-debitur ma għandhiex terġa' tiġi eżaminat mill-ġdid fl-Istat Membru li fih il-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jistgħu jinfetħu. L-effetti ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jkunu ristretti għall-assi tad-debitur li jkunu fit-territorju tal-Istat Membru l-ieħor li fih ikunu nfetħu dawk il-proċedimenti.
Artikolu 35
Liġi applikabbli
Dment li mhux previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għandha tkun dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinfetħu l-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.
Artikolu 36
Dritt li jingħata impenn sabiex jiġu evitati proċedimenti sekondarji ta' insolvenza
Artikolu 37
Dritt għal talba ta' ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza
Il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jista' jiġi mitlub minn:
il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza;
kwalunkwe persuna jew awtorità oħra mogħtija s-setgħa titlob il-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza skont il-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun mitlub il-ftuħ tal-proċediment sekondarji ta' insolvenza.
Artikolu 38
Deċiżjoni ta' ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza
Il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 tista' tordna miżuri ta' protezzjoni sabiex tipproteġi l-interessi tal-kredituri lokali billi teżiġi lill-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess li ma jneħħux jew jeħilsu minn kwalunkwe assi li jinsabu fl-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment tiegħu sakemm dan isir fil-perkors normali tan-negozju. Il-qorti tista' tordna wkoll miżuri oħra biex tipproteġi l-interessi tal-kredituri lokali waqt sospensjoni dment li ma tkunx inkompatibbli mar-regoli nazzjonali dwar proċedura ċivili.
Is-sospensjoni ta' ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għandha tiġi rtirata mill-qorti ex ufficio jew fuq talba ta' kwalunkwe kreditur jekk matul is-sospensjoni jkun ġie konkluż ftehim fin-negozjati msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Is-sospensjoni tista' tiġi rtirata mill-qorti ex ufficio jew fuq talba ta' kwalunkwe kreditur jekk it-tkomplija tas-sospensjoni tkun ta' detriment għad-drittijiet tal-kreditur, b'mod partikolari jekk in-negozjati jkunu ġew interrotti jew sar evidenti li dawn aktarx ma jiġux konklużi jew jekk il-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess kiser il-projbizzjoni biex jeħles mill-assi tiegħu jew biex ineħħihom mit-territorju tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-istabbiliment.
Artikolu 39
Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni biex jinfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza
Il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jista' jikkontesta d-deċiżjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fihom ikunu nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza, fuq il-bażi li dik il-qorti ma tikkonformax mal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-Artikolu 38.
Artikolu 40
Pagament bil-quddiem ta' infiq u spejjeż
Meta l-liġi tal-Istat Membru li fih jintalab il-ftuħ tal-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza tirrikjedi li l-assi tad-debitur ikunu suffiċjenti sabiex ikopru l-infiq u l-ispejjeż, kollha jew parti minnhom, tal-proċedimenti, il-qorti tista', meta tirċievi tali talba, titlob li l-applikant jagħmel pagament bil-quddiem tal-ispejjeż jew li jipprovdi sigurtà xierqa.
Artikolu 41
Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn prattikanti fl-insolvenza
Waqt l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-prattikanti fl-insolvenza għandhom:
mill-aktar fis possibbli jikkomunikaw lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li tista' tkun rilevanti għall-proċedimenti l-oħra, b'mod partikolari kwalunkwe progress li jkun sar fil-preżentazzjoni u l-verifika tal-pretensjonijiet u l-miżuri kollha mmirati lejn is-salvataġġ jew ir-ristrutturar tad-debitur jew it-tmiem tal-proċedimenti, dment li jsiru arranġamenti xierqa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali;
jesploraw il-possibilità ta' ristrutturar tad-debitur u, fejn tkun teżisti tali possibilità, jikkoordinaw l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturazzjoni;
jikkoordinaw l-amministrazzjoni tat-tisrif jew l-użu tal-assi u l-affarijiet tad-debitur; il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għandu jagħti lill-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza opportunità bikrija biex jippreżenta proposti dwar it-tisrif jew l-użu tal-assi fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.
Artikolu 42
Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-qrati
Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi implimentata bi kwalunkwe mezz li l-qorti tikkunsidra adatt. Dan jista' jikkonċerna, b'mod partikolari
koordinazzjoni fil-ħatra ta' prattikanti fl-insolvenza;
komunikazzjoni tal-informazzjoni b'kull mezz meqjus xieraq mill-qorti;
koordinazzjoni tal-amministrazzjoni u s-sorveljanza tal-assi u l-affarijiet tad-debitur;
koordinazzjoni tat-tmexxija tas-seduti;
koordinazzjoni fl-approvazzjoni tal-protokolli, fejn meħtieġ.
Artikolu 43
Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-prattikanti fl-insolvenza u l-qrati
Sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-proċedimenti ta' insolvenza prinċipali, territorjali u sekondarji miftuħa fir-rigward tal-istess debitur,
prattikant fl-insolvenza fi proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandu jikkoopera u jikkomunika ma' kwalunkwe qorti li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti;
prattikant fl-insolvenza fi proċedimenti ta' insolvenza territorjali jew sekondarji għandu jikkoopera u jikkomunika mal-qorti li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti, u
prattikant fl-insolvenza fi proċedimenti ta' insolvenza territorjali jew sekondarji għandu jikkoopera u jikkomunika mal-qorti li jkollha quddiemha talba pendenti għall-ftuħ ta' proċedimenti territorjali jew sekondarji oħra ta' insolvenza jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti,
dment li tali kooperazzjoni u komunikazzjoni ma jkunux inkompatibbli mar-regoli applikabbli għal kull proċediment u ma jinkludux kwalunkwe kunflitt ta' interess.
Artikolu 44
Spejjeż ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni
Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 42 u 43 ma għandhomx iwasslu biex il-qrati jimponu spejjeż lil xulxin għal kooperazzjoni u komunikazzjoni.
Artikolu 45
Eżerċizzju tad-drittijiet ta' kredituri
Artikolu 46
Sospensjoni tal-proċess ta' tisrif tal-assi
Il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tittermina s-sospensjoni tal-proċess ta' tisrif tal-assi:
fuq it-talba tal- prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza,
fuq il-mozzjoni tagħha stess, fuq talba minn kreditur jew fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jekk dik il-miżura ma tidhirx aktar ġustifikata, b'mod partikolari, fl-interessi ta' kredituri fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jew fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.
Artikolu 47
Setgħa tal-prattikant fl-insolvenza biex jipproponi pjanijiet ta' ristrutturazzjoni
Artikolu 48
Impatt tal-għeluq tal-proċedimenti ta' insolvenza
Artikolu 49
Assi li jibqgħu fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza
Jekk bir-realizzazzjoni ta' assi fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jkun possibbli li jintlaħqu t-talbiet kollha permissibbli permezz ta' dawk il-proċedimenti, il-prattikant fl-insolvenza maħtur f'dawk il-proċedimenti għandu immedjatament jittrasferixxi xi assi li jkun baqa' lill-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza.
Artikolu 50
Ftuħ sussegwenti tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza
Meta l-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) jinfetħu wara l-ftuħ tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(2) fi Stat Membru ieħor, l-Artikoli 41, 45, 46, 47 u 49 għandhom japplikaw għal dawk miftuħa l-ewwel, sakemm jippermetti l-progress ta' dawk il-proċedimenti.
Artikolu 51
Konverżjoni ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza
Artikolu 52
Miżuri ta' preservazzjoni
Meta l-qorti ta' Stat Membru li jkollha l-ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) taħtar amministratur temporanju sabiex tassigura il-preservazzjoni tal-assi tad-debitur, dak l-amministratur temporanju għandu jkun awtorizzat li jitlob kwalunkwe miżura sabiex jassigura u jippreserva xi assi ta' debitur li jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor, kif previst skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru, għall-perjodu bejn it-talba għal ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza u s-sentenza għal ftuħ tal-proċedimenti.
KAPITOLU IV
GĦOTI TA' INFORMAZZJONI GĦAL KREDITURI U PREŻENTAZZJONI TAT-TALBIET TAGĦHOM
Artikolu 53
Dritt ta' preżentazzjoni ta' talbiet
Kwalunkwe kreditur barrani, jista' jressaq pretensjonijiet fi proċedimenti ta' insolvenza bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni, li jkun aċċettat bil-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti. Ir-rappreżentanza minn avukat jew professjonist ġuridiku ieħor ma għandhiex tkun obbligatorja għall-fini uniku tat-tressiq ta' pretensjonijiet.
Artikolu 54
Dmir li jiġu infurmati l-kredituri
Artikolu 55
Proċedura għat-tressiq tal-pretensjonijiet
Il-formola standard tal-pretensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
l-isem, l-indirizz postali, l-indirizz elettroniku, jekk jeżisti, in-numru ta' identifikazzjoni personali, jekk jeżisti, u d-dettalji tal-bank tal-kreditur barrani imsemmi fil-paragrafu 1;
l-ammont tal-pretensjoni, li jispeċifika l-kapital u, fejn applikabbli, l-interessi u d-data ta' meta bdiet u d-data meta kellha titħallas, jekk tkun differenti;
jekk jintalbu interessi, ir-rata tal-interessi, jekk l-interessi humiex ta' natura legali jew kuntrattwali, il-perjodu ta' żmien li fih jintalbu l-interessi u l-ammont ta' interessi kkapitalizzat;
jekk jintalbu l-ispejjeż li jkunu ġġarrbu fit-twettiq tal-pretensjoni qabel il-ftuħ tal-proċedimenti, l-ammont u d-dettalji ta' dawk l-ispejjeż;
in-natura tal-pretensjoni;
jekk hux qed jintalab kwalunkwe status ta' kreditur preferenzjali u l-bażi ta' din il-pretensjoni;
jekk hux qed jintalab titolu in rem jew riżerva ta' titolu fir-rigward tal-pretensjoni u jekk ikun hekk, x'assi huma koperti mit-titolu li qed jinvoka, id-data meta ngħatat il-garanzija u, f'każ li l-garanzija tkun ġiet irreġistrata, in-numru ta' reġistrazzjoni; u
jekk hux qed tintalab tpaċija u, jekk ikun hekk, l-ammonti tal-pretensjonijiet reċiproċi li jkun hemm fid-data meta nfetħu l-proċedimenti ta' insolvenza, id-data meta bdew u l-ammont nett tat-tpaċija mitluba.
Il-formola standard tal-pretensjonijiet għandha tkun akkumpanjata minn kwalunkwe kopji ta' dokumenti ta' sostenn.
KAPITOLU V
PROĊEDIMENTI TA' INSOLVENZA TA' MEMBRI TA' GRUPP TA' KUMPANNIJI
TAQSIMA 1
Kooperazzjoni u komunikazzjoni
Artikolu 56
Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-insolvenza
Fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-prattikanti fl-insolvenza għandhom
jikkomunikaw lil xulxin kemm jista' jkun malajr kull informazzjoni oħra li tista' tkun rilevanti għall-proċedimenti l-oħra, sakemm ikunu saru l-arranġamenti xierqa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali;
jikkunsidraw jekk hemmx il-possibbiltà li jikkoordinaw l-amministrazzjoni u s-superviżjoni tal-affarijiet tal-membri tal-grupp li huma soġġetti għall-proċedimenti ta' insolvenza, u jekk ikun il-każ, jikkoordinaw din l-amministrazzjoni u s-superviżjoni;
jikkunsidraw jekk hemmx possibbiltajiet ta' ristrutturazzjoni tal-membri tal-grupp li huma soġġetti għal proċedimenti ta' insolvenza u, jekk ikun il-każ, jikkoordinaw fir-rigward tal-proposta u n-negozjati għal pjan ta' ristrutturazzjoni kkoordinat;
Għall-finijiet tal-punti (b) u (c), xi wħud mill-prattikanti fl-insolvenza msemmija fil-paragrafu 1, jew kollha kemm huma, jistgħu jaqblu li jingħataw setgħat addizzjonali lill-prattikant fl-insolvenza li jkun ġie maħtur f'wieħed mill-proċedimenti fejn dan it-tip ta' ftehim hu permess mir-regoli applikabbli għal kull wieħed mill-proċedimenti. Huma jistgħu jilħqu qbil ukoll dwar l-allokazzjoni ta' ċerti kompiti bejniethom, fejn tali allokazzjoni ta' kompiti tkun permessa mir-regoli li japplikaw għal kull wieħed mill-proċedimenti.
Artikolu 57
Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-qrati
Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi implimentata bi kwalunkwe mezz li l-qorti tqis li jkun adatt. Tista' b'mod partikolari, tikkonċerna
koordinazzjoni fil-ħatra ta' prattikanti fl-insolvenza;
il-komunikazzjoni tal-informazzjoni b'kull mezz meqjus xieraq mill-qorti;
koordinazzjoni tal-amministrazzjoni u s-superviżjoni tal-assi u l-affarijiet tal-membri tal-grupp;
koordinazzjoni tat-tmexxija tas-seduti;
koordinazzjoni fl-approvazzjoni tal-protokolli, fejn meħtieġ.
Artikolu 58
Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn prattikanti fl-insolvenza u l-qrati
Prattikant fl-insolvenza maħtur fi proċedimenti ta' insolvenza fir-rigward ta' membru ta' grupp ta' kumpanniji:
għandu jikkoopera u jikkomunika ma' kwalunkwe qorti oħra li jkollha pendenti quddiemha talba biex jinfetħu proċedimenti fir-rigward ta' membru ieħor tal-istess grupp ta' kumpanniji jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti; u
jista' jitlob lil dik il-qorti, informazzjoni li tikkonċerna l-proċedimenti fir-rigward tal-membru l-ieħor tal-grupp jew jitlob assistenza li tikkonċerna l-proċedimenti li hu jkun inħatar fihom,
dment li dik il-kooperazzjoni u komunikazzjoni jkunu xierqa sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti, ma jikkostitwixxu l-ebda kunflitt ta' interess u jkunu kompatibbli mar-regoli li japplikaw għalihom.
Artikolu 59
Spejjeż marbutin mal-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni fi proċedimenti li jikkonċernaw membri ta' grupp ta' kumpanniji
L-ispejjeż tal-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni provduti fl-Artikoli 56 sa 60 li jiġu mġarrba minn prattikant fl-insolvenza jew qorti, għandhom jitqiesu bħala spejjeż u nfiq imġarrba fil-proċedimenti.
Artikolu 60
Setgħat tal-prattikant fl-insolvenza fi proċedimenti li jikkonċernaw membri ta' grupp ta' kumpanniji
Prattikant fl-insolvenza maħtur fi proċedimenti ta' insolvenza li jkunu nfetħu fir-rigward ta' membru ta' grupp ta' kumpanniji jista', dment li dan ikun xieraq biex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti,
jixhed fi kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' kwalunkwe membru ieħor tal-istess grupp;
jitlob sospensjoni ta' kwalunkwe miżura marbuta mat-tisrif tal-assi fil-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' kwalunkwe membru ieħor tal-istess grupp, dment li:
ikun ġie propost pjan ta' ristrutturazzjoni għal xi membri tal-grupp jew kollha kemm huma li għalihom ikunu nfetħu proċediment ta' insolvenza skont il-punt (c) tal-Artikolu 56(2) u dan jippreżenta probabbiltà raġonevoli ta' suċċess;
tali sospensjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-pjan ta' ristrutturazzjoni;
il-pjan ta' ristrutturazzjoni jkun għall-benefiċċju tal-kredituri fil-proċedimenti li għalihom tkun intalbet is-sospensjoni; u
la l-proċedimenti ta' insolvenza li fihom inħatar il-prattikant fl-insolvenza msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u lanqas il-proċedimenti li fir-rigward tagħhom hi rikjesta s-sospensjoni mhuma soġġetti għal koordinazzjoni skont it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu;
jagħmel rikors biex jinfetħu proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 61.
Qabel ma tordna s-sospensjoni, il-qorti għandha tisma' x-xhieda tal-prattikant fl-insolvenza maħtur fil-proċedimenti li tkun intalbet is-sospensjoni tagħhom. Tali sospensjoni tista' tiġi ordnata għal kwalunkwe perjodu, li ma jaqbiżx tliet xhur, li l-qorti tqis li jkun xieraq u li jkun kompatibbli mar-regoli li japplikaw għall-proċedimenti.
Il-qorti li tordna s-sospensjoni tista' titlob li l-prattikant fl-insolvenza msemmi fil-paragrafu 1 jieħu kwalunkwe miżura adatta disponibbli skont il-liġi nazzjonali biex jiġu ggarantiti l-interessi tal-kredituri fil-proċedimenti.
Il-qorti tista' testendi t-tul tas-sospensjoni b'tali perjodu jew perjodi oħrajn li hi tqis li huma xierqa u li huma kompatibbli mar-regoli applikabbli fil-proċedimenti dment li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (b)(ii) sa (iv) tal-paragrafu 1 jibqgħu jiġu sodisfatti u li t-tul ta' żmien tas-sospensjoni (il-perjodu inizjali flimkien ma' kwalunkwe estensjoni ta' dan it-tip) ma jaqbiżx sitt xhur.
TAQSIMA 2
Koordinazzjoni
Artikolu 61
Talba biex jinfetħu proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn:
proposta rigward persuna li ser tiġi nnominata bħala l-koordinatur tal-grupp (“il-koordinatur”), dettalji dwar l-eliġibbiltà tiegħu jew tagħha skont l-Artikolu 71, dettalji tal-kwalifiki tiegħu jew tagħha u qbil bil-miktub min-naħa tiegħu jew tagħha li ser taġixxi ta' koordinatur;
deskrizzjoni ġenerali tal-koordinazzjoni proposta tal-grupp u b'mod partikolari r-raġunijiet għalfejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63(1) ikunu ġew sodisfatti;
lista tal-prattikanti fl-insolvenza maħtura fir-rigward tal-membri tal-grupp u, fejn rilevanti, il-qrati u l-awtoritajiet kompetenti involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza tal-membri tal-grupp;
deskrizzjoni ġenerali tal-estimi tal-ispejjeż ta' koordinazzjoni proposta tal-grupp u l-estimi tas-sehem ta' dawk l-ispejjeż li għandu jitħallas minn kull membru tal-grupp.
Artikolu 62
Regola ta' prijorità
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 66, fejn jintalab il-ftuħ ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, kwalunkwe qorti li ma tkunx l-ewwel qorti invokata għandha tastjenti mill-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.
Artikolu 63
Notifika mill-qorti invokata
Il-qorti invokata b'talba biex tiftaħ proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp għandha tinnotifika malajr kemm jista' jkun it-talba għall-ftuħ tal-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp u l-koordinatur propost lill-prattikanti fl-insolvenza maħtura fir-rigward tal-membri tal-grupp kif indikat fit-talba msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 61(3), jekk tkun sodisfatta li:
il-ftuħ ta' tali proċedimenti jkun adatt biex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti ta' insolvenza li jkunu relatati ma' membri differenti tal-grupp;
l-ebda kreditur ta' xi wieħed mill-membri tal-grupp li jkun mistenni li ser jipparteċipa fil-proċedimenti x'aktarx li jiġi żvantaġġat finanzjarjament mill-inklużjoni ta' dak il-membru f'tali proċedimenti; u
il-koordinatur propost jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 71.
Artikolu 64
Oġġezzjonijiet mill-prattikanti fl-insolvenza
Prattikant fl-insolvenza maħtur fir-rigward ta' kwalunkwe membru tal-grupp jista' joġġezzjona għal,
l-inklużjoni fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp tal-proċedimenti ta' insolvenza li għalihom ikun inħatar jew;
il-persuna proposta bħala koordinatur.
L-oġġezzjoni tista' ssir permezz tal-formola standard stabbilita f'konformità mal-Artikolu 88.
Artikolu 65
Konsegwenzi tal-oġġezzjoni għall-inklużjoni fil-koordinazzjoni tal-grupp
Artikolu 66
Għażla tal-qorti għal proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp
Artikolu 67
Konsegwenzi ta' oġġezzjonijiet għall-koordinatur propost
Meta jaslu oġġezzjonijiet għall-ħatra tal-persuna proposta bħala koordinatur propost minn prattikant fl-insolvenza li ma joġġezzjonax ukoll għall-inklużjoni fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp tal-membru li għalih ikun inħatar, il-qorti tista' tibqa' lura milli taħtar lil dik il-persuna u tistieden lill-prattikant fl-insolvenza li jkun oġġezzjonaw biex jippreżenta talba ġdida f'konformità mal-Artikolu 61(3).
Artikolu 68
Deċiżjoni ta' ftuħ ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni
Wara l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 64(2), il-qorti tista' tiftaħ proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp, meta tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 63(1) ikunu ntlaħqu. F'dan il-każ, il-qorti għandha
taħtar koordinatur;
tiddeċiedi dwar il-pjan ta' koordinazzjoni; u
tieħu deċiżjoni dwar l-estimi tal-ispejjeż u s-sehem li għandu jitħallas mill-membri tal-grupp.
Artikolu 69
Inklużjoni fakultattiva sussegwenti mill-prattikanti fl-insolvenza
F'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe prattikant fl-insolvenza jista' jitlob, wara d-deċiżjoni tal-qorti msemmija fl-Artikolu 68, l-inklużjoni tal-proċedimenti li għalihom ikun inħatar, fejn
kien hemm oġġezzjoni għall-inklużjoni tal-proċedimenti ta' insolvenza fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp, jew
il-proċedimenti ta' insolvenza rigward membru tal-grupp ikunu nfetħu wara li l-qorti tkun fetħet proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-koordinatur jista' jaċċetta din it-talba wara li jkun ikkonsulta lill-prattikanti fl-insolvenza involuti jekk
ikun jew tkun sodisfatta li, b'kont meħud tal-istadju li jkun intlaħaq mill-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp meta ssir it-talba, il-kriterji stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 63(1) ikunu ġew sodisfatti; jew
il-prattikanti kollha fl-insolvenza involuti jaqblu, soġġett għall-kondizzjonijiet fil-liġi nazzjonali tagħhom.
Artikolu 70
Rakkomandazzjonijiet u pjan ta' koordinazzjoni tal-grupp
Jekk ma jsegwix ir-rakkomandazzjonijiet tal-koordinatur jew il-pjanijiet ta' koordinazjoni tal-grupp, huwa għandu jagħti r-raġunijiet għalfejn ma segwihomx lill-persuni jew lill-entitajiet li lilhom jirrapporta skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
Artikolu 71
Il-koordinatur
Artikolu 72
Kompiti u drittijiet tal-koordinatur
Il-koordinatur għandu:
jidentifika u jiddeskrivi fil-qosor rakkomandazzjonijiet għat-twettiq ikkoordinat tal-proċedimenti ta' insolvenza;
jipproponi pjan ta' koordinazzjoni tal-grupp li jidentifika, jiddeskrivi u jirrakkomanda sett komprensiv ta' miżuri adatti għal approċċ integrat għar-riżoluzzjoni tal-insolvenzi tal-membri tal-grupp. B'mod partikolari, il-pjan jista' jinkludi proposti għal:
il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġu stabbiliti mill-ġdid ir-rendiment ekonomiku u s-solidità finanzjarja tal-grupp jew kwalunkwe parti minnu;
ir-riżoluzzjoni ta' tilwim fil-grupp innifsu fir-rigward tat-transazzjonijiet u l-azzjonijiet ta' nullità fil-grupp stess;
ftehimiet bejn il-prattikanti fl-insolvenza tal-membri tal-grupp insolventi.
Il-koordinatur jista' wkoll:
jinstema' u jipparteċipa, b'mod partikolari billi jattendi laqgħat tal-kredituri, fi kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' kwalunkwe membru ieħor tal-istess grupp;
iwettaq medjazzjoni fi kwalunkwe tilwim li jqum bejn żewġ prattikanti fl-insolvenza jew iżjed tal-membri tal-grupp;
jippreżenta u jispjega l-pjan ta' koordinazzjoni tal-grupp tiegħu lil persuni jew entitajiet li lilhom jirrapporta skont il-liġi nazzjonali tiegħu;
jitlob informazzjoni minn kwalunkwe prattikant fl-insolvenza rigward kwalunkwe membru tal-grupp fejn tali informazzjoni tkun utli jew tista' tkun ta' użu fl-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni ta' strateġiji u miżuri għall-koordinazzjoni tal-proċedimenti; u
jitlob is-sospensjoni għal perjodu ta' mhux iktar minn sitt xhur tal-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' kwalunkwe membru tal-grupp, dment li tali sospensjoni tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-pjan u tkun għall-benefiċċju tal-kredituri fil-proċedimenti li għalihom tkun intalbet is-sospensjoni, jew jitlob it-tneħħija ta' kwalunkwe sospensjoni eżistenti. Tali talba għandha ssir lill-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti li tkun intalbet is-sospensjoni tagħhom.
Meta l-koordinatur jistma li biex iwettaq il-kompiti tiegħu jeħtieġ li l-ispejjeż jiżdiedu b'mod sinifikanti meta mqabbla mal-estimi tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 61(3), u fi kwalunkwe każ, fejn l-ispejjeż jaqbżu 10 % tal-estimi tal-ispejjeż, il-koordinatur għandu
jinforma mingħajr dewmien lill-prattikanti fl-insolvenza parteċipanti, u
ifittex l-approvazzjoni minn qabel tal-qorti li tiftaħ il-proċedimenti għall-koordinazzjoni tal-grupp.
Artikolu 73
Lingwi
Artikolu 74
Kooperazzjoni bejn il-prattikanti fl-insolvenza u l-koordinatur
Artikolu 75
Revoka tal-ħatra tal-koordinatur
Il-qorti għandha tirrevoka l-ħatra tal-koordinatur ex officio jew fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza ta' membru tal-grupp parteċipanti fejn:
il-koordinatur jaġixxi bi ħsara għall-kredituri ta' membru tal-grupp parteċipanti; jew
il-koordinatur ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu jew tagħha skont dan il-Kapitolu.
Artikolu 76
Debitur fil-pussess
Id-dispożizzjonijiet applikabbli, taħt dan il-Kapitolu, għall-prattikant fl-insolvenza għandhom ukoll japplikaw, kif xieraq għad-debitur fil-pussess.
Artikolu 77
Spejjeż u distribuzzjoni
KAPITOLU VI
PROTEZZJONI TAD-DATA
Artikolu 78
Protezzjoni tad-data
Artikolu 79
Responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali f'reġistri nazzjonali ta' insolvenza
Artikolu 80
Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali
Artikolu 81
Obbligi ta' informazzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni li għandha tingħata lis-suġġetti tad-data f'konformità mal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kummissjoni għandha tinforma lis-suġġetti tad-data, permezz ta' pubblikazzjoni fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika, dwar ir-rwol tagħha fl-ipproċessar tad-data u l-finijiet għalfejn dik id-data ser tiġi pproċessata.
Artikolu 82
Ħżin tad-data personali
Fir-rigward tal-informazzjoni minn bażijiet ta' data nazzjonali interkonnessi, ma għandha tinħażen l-ebda data personali relatata mas-suġġetti tad-data fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika. Id-data kollha ta' dan it-tip għandha tiġi maħżuna f'bażijiet ta' data nazzjonali operati mill-Istati Membri jew entitajiet oħrajn.
Artikolu 83
Aċċess għal data personali permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika
Id-data personali maħżuna fir-reġistri nazzjonali ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 24, għandha tkun aċċessibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika dment li din tibqa' aċċessibbli skont il-liġi nazzjonali.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
Artikolu 84
Applikabilità fiż-żmien
Artikolu 85
Relazzjonijiet għal Konvenzjonijiet
Dan ir-Regolament jissostitwixxi, f'dak li għandu x'jaqsam mal-materji msemmija fih, u fir-rigward ta' relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, il-Konvenzjonijiet konklużi bejn tnejn jew aktar Stati Membri, b'mod partikolari:
il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u Franza dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Validità u l-Infurzar ta' Sentenzi, Deċiżjoniet tal-Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmata f'Pariġi fit-8 ta' Lulju 1899;
il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar Falliment, Għeluq ta' Negozju, Arranġamenti, Kompożizzjoni u Sospensjoni ta' Pagamenti (bil-Protokoll Addizzjonali tat-13 ta' Ġunju 1973), iffirmata fi Brussell fis-16 ta' Lulju 1969;
il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Olanda dwar il-Ġurisdizzjoni Territorjali, Falliment u l-Validità u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet ta' Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmata fi Brussell fit-28 ta' Marzu 1925;
it-Trattat bejn il-Ġermanja u l-Awstrija dwar Falliment, Għeluq ta' Negozju, Arranġamenti u Kompożizzjoni, iffirmat fi Vjenna fil-25 ta' Mejju 1979;
il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Awstrija dwar il-Ġurisdizzjoni, l-Għarfien u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi dwar Falliment, iffirmata fi Vjenna fis-27 ta' Frar 1979;
il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Italja dwar l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Ruma fit-3 ta' Ġunju 1930;
il-Konvenzjoni bejn l-Italja u l-Awstrija dwar Falliment, Għeluq ta' Negozju, Arranġamenti u Kompożizzjoni, iffirmata f'Ruma fit-12 ta' Lulju 1977;
il-Konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Olanda u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar l-Għarfien Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi u l-Istrumenti l-oħra Eżegwibbli f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fl-Aja fit-30 ta' Awwissu 1962;
il-Konvenzjoni bejn ir-Renju Unit u r-Renju tal-Belġju li tipprevedi l-Eżekuzzjoni Reċiproka ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, bi Protokoll, iffirmata fi Brussell fit-2 ta' Mejju 1934;
il-Konvenzjoni bejn id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja, l-Iżvezja u l-Iżlanda dwar Falliment, iffirmata f'Kopenħagen fis-7 ta' Novembru 1933;
il-Konvenzjoni Ewropea dwar Ċerti Aspetti Internazzjonali ta' Falliment, iffirmata f'Istanbul fil-5 ta' Ġunju 1990;
il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federali tal-Poplu tal-Jugoslavja u r-Renju tal-Greċja dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Infurzar tas-Sentenzi, iffirmata f'Ateni fit-18 ta' Ġunju 1959;
il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Poplu tal-Jugoslavja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Infurzar ta' Għotjiet ta' Arbitraġġ u Arranġamenti ta' Arbitraġġ fi Kwistjonijiet Kummerċjali, iffirmat f'Belgrad fit-18 ta' Marzu 1960;
il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federali tal-Poplu tal-Jugoslavja u r-Repubblika tal-Italja dwar il-Koperazzjoni Ġudizzjarja Reċiproka fi Kwistjonijiet Ċivili u Amministrattivi, iffirmata f'Ruma fit-3 ta' Diċembru 1960;
il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja u r-Renju tal-Belġju dwar il-Koperazzjoni Ġudizzjarja fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmat f'Belgrad fl-24 ta' Settembru 1971;
il-Konvenzjoni bejn il-Gvernijiet tal-Jugoslavja u Franza dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar tas-Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Pariġi fit-18 ta' Mejju 1971;
il-Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Ellenika dwar l-Għajnuna Legali fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmat f'Ateni fit-22 ta' Ottubru 1980, li għadu fis-seħħ bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Greċja;
il-Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika ta' Ċipru dwar l-Għajnuna Legali fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmat f'Nikosija fit-23 ta' April 1982, li għadu fis-seħħ bejn ir-Repubblika Ċeka u Ċipru;
it-Trattat bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Gvern tar-Repubblika ta' Franza dwar l-Għajnuna Legali u r-Rikonoxximent u l-Infurzar tas-Sentenzi f'Materji Ċivili, Familjari u Kummerċjali, iffirmat f'Pariġi fl-10 ta' Mejju 1984, li għadu fis-seħħ bejn ir-Repubblika Ċeka u Franza;
it-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Taljana dwar l-Għajnuna Legali f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmat fi Praga fis-6 ta' Diċembru 1985, li għadu fis-seħħ bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Italja;
il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Litwanja dwar l-Għajnuna Legali u r-Relazzjonijiet Legali, iffirmat f'Tallinn fil-11 ta' Novembru 1992;
il-Ftehim bejn l-Estonja u l-Polonja dwar l-Għoti ta' Għajnuna Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f'Tallinn fis-27 ta' Novembru 1998;
il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Għajnuna Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, Familjari, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f'Varsavja fis-26 ta' Jannar 1993;
il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika Ellenika dwar assistenza legali f'materji ċivili u kriminali u l-Protokolli tagħha, iffirmata f'Bukarest fid-19 ta' Ottubru 1972;
il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika Franċiża dwar assistenza legali f'materji ċivili u kummerċjali, iffirmata f'Pariġi fil-5 ta' Novembru 1974;
il-Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Repubblika Ellenika dwar Assistenza Legali f'Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f'Ateni fl-10 ta' April 1976;
il-Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Repubblika ta' Ċipru dwar Assistenza Legali f'Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f'Nikosija fid-29 ta' April 1983;
il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża dwar Assistenza Legali Reċiproka f'Materji Ċivili, iffirmat f'Sofija fit-18 ta' Jannar 1989;
it-Trattat bejn ir-Rumanija u r-Repubblika Ċeka dwar assistenza ġudizzjarja f'materji ċivili, iffirmat f'Bukarest fil-11 ta' Lulju 1994;
it-Trattat bejn ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja dwar assistenza legali u relazzjonijiet legali f'każijiet ċivili, iffirmat f'Bukarest fil-15 ta' Mejju 1999.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika:
f'xi Stat Membru, sal-limitu li ma jkunx jaqbel mal-obbligi li joriġinaw b'rabta ma' falliment minn konvenzjoni konkluża minn dak l-Istat Membru ma' pajjiż terz wieħed jew aktar qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000;
fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, sal-limitu li dan ma jkunx jaqbel mal-obbligi li joriġinaw b'rabta ma' falliment u l-għeluq ta' negozju ta' kumpaniji insolventi minn xi arranġamenti mal-Commonwealth li jkunu eżistenti fil-waqt meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000.
Artikolu 86
Informazzjoni dwar il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-insolvenza
Artikolu 87
Stabbiliment tal-interkonnessjoni tar-reġistri
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 25. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 89(3).
Artikolu 88
Stabbiliment u emendar sussegwenti ta' formoli standard
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u, fejn meħtieġ, jemendaw il-formoli msemmija fl-Artikolu 27(4), l-Artikoli 54 u 55 u l-Artikolu 64(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 89(2).
Artikolu 89
Proċedura ta' kumitat
Artikolu 90
Klawżola ta' reviżjoni
Artikolu 91
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 hu rrevokat.
Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni kif stabbilta fl-Anness D ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 92
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mis-26 ta' Ġunju 2017, bl-eċċezzjoni:
tal-Artikolu 86, li għandu japplika mis-26 ta' Ġunju 2016;
L-Artikolu 24(1), li għandu japplika mis-26 ta' Ġunju 2018; u
L-Artikolu 25 li għandu japplika mis-26 ta' Ġunju 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
ANNESS A
PROĊEDIMENTI TA’ INSOLVENZA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2, IL-PUNT (4)
BELGIQUE/BELGIË
БЪЛГАРИЯ
ČESKÁ REPUBLIKA
DEUTSCHLAND
EESTI
ÉIRE/IRELAND
ΕΛΛΑΔΑ
ESPAÑA
FRANCE
HRVATSKA
ITALIA
ΚΥΠΡΟΣ
LATVIJA
LIETUVA
LUXEMBOURG
MAGYARORSZÁG
MALTA
NEDERLAND
ÖSTERREICH
POLSKA
PORTUGAL
ROMÂNIA
SLOVENIJA
SLOVENSKO
SUOMI/FINLAND
SVERIGE
ANNESS B
PRATTIKANTI FL-INSOLVENZA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2, IL-PUNT (5)
BELGIQUE/BELGIË
БЪЛГАРИЯ
ČESKÁ REPUBLIKA
DEUTSCHLAND
EESTI
ÉIRE/IRELAND
ΕΛΛΑΔΑ
ESPAÑA
FRANCE
HRVATSKA
ITALIA
ΚΥΠΡΟΣ
LATVIJA
LIETUVA
LUXEMBOURG
MAGYARORSZÁG
MALTA
NEDERLAND
ÖSTERREICH
POLSKA
PORTUGAL
ROMÂNIA
SLOVENIJA
SLOVENSKO
SUOMI/FINLAND
SVERIGE
ANNESS C
Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi għalih
ANNESS D
Tabella ta' korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 1346/2000 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2, punt (a) |
Artikolu 2, punt (4) |
Artikolu 2, punt (b) |
Artikolu 2, punt (5) |
Artikolu 2, punt (c) |
— |
Artikolu 2, punt (d) |
Artikolu 2, punt (6) |
Artikolu 2, punt (e) |
Artikolu 2, punt (7) |
Artikolu 2, punt (f) |
Artikolu 2, punt (8) |
Artikolu 2, punt (g), kliem introduttorju |
Artikolu 2, punt (9), kliem introduttorju |
Artikolu 2, punt (g), l-ewwel inċiż |
Artikolu 2, punt (9)(vii) |
Artikolu 2, punt (g), it-tieni inċiż |
Artikolu 2, punt (9)(iv) |
Artikolu 2, punt (g), it-tielet inċiż |
Artikolu 2, punt (9)(viii) |
Artikolu 2, punt (h) |
Artikolu 2, punt 10 |
— |
Artikolu 2, punti (1) sa (3) u (11) sa (13) |
— |
Artikolu 2, punt (9)(i) sa (iii), (v), (vi) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 6 |
Artikolu 4 |
Artikolu 7 |
Artikolu 5 |
Artikolu 8 |
Artikolu 6 |
Artikolu 9 |
Artikolu 7 |
Artikolu 10 |
Artikolu 8 |
Artikolu 11(1) |
— |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 9 |
Artikolu 12 |
Artikolu 10 |
Artikolu 13(1) |
— |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 11 |
Artikolu 14 |
Artikolu 12 |
Artikolu 15 |
Artikolu 13, l-ewwel inċiż |
Artikolu 16, punt (a) |
Artikolu 13, it-tieni inċiż |
Artikolu 16, punt (b) |
Artikolu 14, l-ewwel inċiż |
Artikolu 17, punt (a) |
Artikolu 14, it-tieni inċiż |
Artikolu 17, punt (b) |
Artikolu 14, it-tielet inċiż |
Artikolu 17, punt (c) |
Artikolu 15 |
Artikolu 18 |
Artikolu 16 |
Artikolu 19 |
Artikolu 17 |
Artikolu 20 |
Artikolu 18 |
Artikolu 21 |
Artikolu 19 |
Artikolu 22 |
Artikolu 20 |
Artikolu 23 |
— |
Artikolu 24 |
— |
Artikolu 25 |
— |
Artikolu 26 |
— |
Artikolu 27 |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 28(2) |
Artikolu 21(2) |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 22 |
Artikolu 29 |
Artikolu 23 |
Artikolu 30 |
Artikolu 24 |
Artikolu 31 |
Artikolu 25 |
Artikolu 32 |
Artikolu 26 |
Artikolu 33 |
Artikolu 27 |
Artikolu 34 |
Artikolu 28 |
Artikolu 35 |
— |
Artikolu 36 |
Artikolu 29 |
Artikolu 37(1) |
— |
Artikolu 37(2) |
— |
Artikolu 38 |
— |
Artikolu 39 |
Artikolu 30 |
Artikolu 40 |
Artikolu 31 |
Artikolu 41 |
— |
Artikolu 42 |
— |
Artikolu 43 |
— |
Artikolu 44 |
Artikolu 32 |
Artikolu 45 |
Artikolu 33 |
Artikolu 46 |
Artikolu 34(1) |
Artikolu 47(1) |
Artikolu 34(2) |
Artikolu 47(2) |
Artikolu 34(3) |
— |
— |
Artikolu 48 |
Artikolu 35 |
Artikolu 49 |
Artikolu 36 |
Artikolu 50 |
Artikolu 37 |
Artikolu 51 |
Artikolu 38 |
Artikolu 52 |
Artikolu 39 |
Artikolu 53 |
Artikolu 40 |
Artikolu 54 |
Artikolu 41 |
Artikolu 55 |
Artikolu 42 |
— |
— |
Artikolu 56 |
— |
Artikolu 57 |
— |
Artikolu 58 |
— |
Artikolu 59 |
— |
Artikolu 60 |
— |
Artikolu 61 |
— |
Artikolu 62 |
— |
Artikolu 63 |
— |
Artikolu 64 |
— |
Artikolu 65 |
— |
Artikolu 66 |
— |
Artikolu 67 |
— |
Artikolu 68 |
— |
Artikolu 69 |
— |
Artikolu 70 |
— |
Artikolu 71 |
— |
Artikolu 72 |
— |
Artikolu 73 |
— |
Artikolu 74 |
— |
Artikolu 75 |
— |
Artikolu 76 |
— |
Artikolu 77 |
— |
Artikolu 78 |
— |
Artikolu 79 |
— |
Artikolu 80 |
— |
Artikolu 81 |
— |
Artikolu 82 |
— |
Artikolu 83 |
Artikolu 43 |
Artikolu 84(1) |
— |
Artikolu 84(2) |
Artikolu 44 |
Artikolu 85 |
— |
Artikolu 86 |
Artikolu 45 |
— |
— |
Artikolu 87 |
— |
Artikolu 88 |
— |
Artikolu 89 |
Artikolu 46 |
Artikolu 90(1) |
— |
Artikolu 90(2) sa (4) |
— |
Artikolu 91 |
Artikolu 47 |
Artikolu 92 |
Anness A |
Anness A |
Anness B |
— |
Anness C |
Anness B |
— |
Anness C |
— |
Anness D |
( 1 ) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
( 2 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 3 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 4 ) Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36).
( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25).