EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02015D2300-20161101
Commission Decision (EU) 2015/2300 of 8 December 2015 on the payment in euro by the United Kingdom of certain expenditure resulting from sectoral agricultural legislation (notified under document C(2015) 8576) (Only the English text is authentic)
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2300 tat- 8 ta' Diċembru 2015 dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali (notifikata bid-dokument C(2015) 8576) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2300 tat- 8 ta' Diċembru 2015 dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali (notifikata bid-dokument C(2015) 8576) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
2015D2300 — MT — 01.11.2016 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2300 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali (notifikata bid-dokument C(2015) 8576) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku) (ĠU L 324 10.12.2015, p. 35) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 296 |
13 |
1.11.2016 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2300
tat-8 ta' Diċembru 2015
dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali
(notifikata bid-dokument C(2015) 8576)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
Artikolu 1
Il-miżuri kkomunikati mir-Renju Unit fit-30 ta' Ottubru 2015 fir-rigward tal-pagament fil-munita Euro ta' nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali elenkati fl-Anness u, fejn applikabbli, kwalunkwe att ta' delega jew ta' implimentazzjoni adottat abbażi ta' dawk l-istrumenti huma b'dan approvati.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1352 hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
ANNESS
Miżuri espressi u pagabbli fil-munita euro
Skema |
Regolament |
Skemi ta' Pagament Dirett |
Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
Azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni fir-rigward ta' prodotti agrikoli |
Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 |
Xiri sfurzat taċ-ċanga |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 Ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 |
Xiri sfurzat taċ-ċereali |
|
Xiri sfurzat tal-butir |
|
Xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat |
|
Għajnuna għall-ħżin privat taċ-ċanga |
|
Għajnuna għall-ħżin privat tal-butir |
|
Għajnuna għall-ħżin privat tal-ġobon |
|
Għajnuna għall-ħżin privat tal-fibra tal-kittien |
|
Għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa |
|
Għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal |
|
Għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż |
|
Għajnuna għall-ħżin privat tat-trab tal-ħalib xkumat |
|
Għajnuna għall-ħżin privat taz-zokkor abjad |
|
Għajnuna għall-provvista tal-ħalib u prodotti tal-ħalib lit-tfal |
|
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni |
|
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal prodotti agrikoli pproċessati u oġġetti li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-TFUE |
Ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 Ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 |
Għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa fis-setturi tal-bhejjem |
Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1853 |
Għajnuna għat-tnaqqis tal-produzzjoni tal-ħalib |
Regolament Delegat (UE) 2016/1612 |
Għajnuna ta' aġġustament eċċezzjonali għall-produtturi tal-ħalib u għall-bdiewa f'setturi tal-bhejjem oħrajn |
Regolament Delegat (UE) 2016/1613 |