EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0692-20140731

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 tat- 23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/692/2014-07-31

2014R0692 — MT — 31.07.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 692/2014

tat-23 ta' Ġunju 2014

dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

(ĠU L 183, 24.6.2014, p.9)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 825/2014 tat-30 ta' Lulju 2014

  L 226

2

30.7.2014


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 197, 4.7.2014, p. 87  (692/2014)




▼B

▼M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 692/2014

tat-23 ta' Ġunju 2014

dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

▼B



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK ( 1 ) dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tagħhom,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Waqt il-laqgħa tiegħu tal-20-21 ta' Marzu 2014, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-annessjoni mal-Federazzjoni Russa tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (“il-Krimea”) u tal-belt ta' Sevastopol (“Sevastopol”) u mhux se jirrikonoxxiha. Il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tevalwa l-konsegwenzi legali ta' dik l-annessjoni u biex tipproponi restrizzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali u finanzjarji rigward il-Krimea għal implimentazzjoni rapida.

(2)

Fir-Riżoluzzjoni tas-27 ta' Marzu 2014, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti affermat l-impenn tagħha għas-sovranità, l-indipendenza politika, l-unità u l-integrità territorjali tal-Ukraina fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, filwaqt li enfasizzat l-invalidità tar-referendum fil-Krimea li sar fis-16 ta' Marzu, u sejħet lill-Istati kollha biex ma jirrikonoxxux kull tibdil fl-istatus tal-Krimea u ta' Sevastopol.

(3)

Fit-23 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol u dwar il-forniment, dirett jew indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kif ukoll l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni ta' tali oġġetti minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Sabiex jiġi minimizzat l-effett ta' tali miżuri restrittivi fuq l-operaturi ekonomiċi, għandhom jiġu pprovduti eċċezzjonijiet u perjodi ta' tranżizzjoni fir-rigward ta' kummerċ f'oġġetti u servizzi relatati li għalihom huma meħtieġa tranżazzjonijiet permezz ta' kuntratt kummerċjali jew kuntratt anċillari, suġġetti għal proċedura ta' notifika.

(4)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, bil-ħsieb, b'mod partikolari, li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn ikunu implimentati.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “pretensjoni” tfisser kull pretensjoni, sew asserita bi proċedimenti legali jew le, magħmula qabel jew wara l-25 ta' Ġunju 2014, taħt jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:

(i) pretensjoni għat-twettiq ta' kull obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta ma' wieħed minnhom;

(ii) pretensjoni għall-estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, ta' garanzija finanzjarja jew ta' indennizz ta' kull forma;

(iii) pretensjoni għal kumpens marbut ma' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv) kontropretensjoni;

(v) pretensjoni għall-għarfien jew l-infurzar, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, ta' deċiżjoni bl-arbitraġġ jew ta' deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn tittieħed jew tingħata;

(b) “kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kull tranżazzjoni ta' liema forma hi u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, u sew jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li taqa' taħt, jew b'konnessjoni mat-tranżazzjoni;

(c) “oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew f'Sevastopol” tfisser oġġetti li huma miksuba kompletament fil-Krimea jew fil-belt ta' Sevastopol jew li għaddew mill-aħħar trasformazzjoni sostanzjali tagħhom hemmhekk, b'mod konformi, mutatis mutandis, mal-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 2 );

(d) “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

(e) “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness;

▼M1

(f) “servizzi ta' senserija” tfisser:

(i) in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-provvista ta' prodotti u ta' teknoloġija jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, inkluż minn pajjiż terz lejn kwalunkwe pajjiż terż ieħor; jew

(ii) il-bejgħ jew ix-xiri ta' prodotti u ta' teknoloġija jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, inkluż fejn ikunu lokalizzati f'pajjiżi terzi għat-trasferiment tagħhom lejn pajjiż terz ieħor;

(g) “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tkun f'forma ta' struzzjoni, parir, taħriġ, trażmissjoni ta' għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza, tinkludi forom verbali ta' assistenza.

▼B

Artikolu 2

Għandu jiġi pprojbit:

(a) li jiġu importati fl-Unjoni Ewropea oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew f'Sevastopol;

(b) li jkunu pprovduti, direttament jew indirettament, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kif ukoll l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a).

▼M1

Artikolu 2a

1.  Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a) l-għoti ta' kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu speċifikament marbuta mal-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fl-oqsma tat-trasport, it-telekomunikazzjoni jew l-enerġija fil-Krimea jew Sevastopol;

(b) l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ u l-akkwist ta' ishma u titoli ta' natura parteċipattiva, f'intrapriżi stabbiliti fil-Krimea jew Sevastopol li huma involuti fil-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fl-oqsma tat-trasport, it-telekomunikazzjoni jew l-enerġija fil-Krimea jew Sevastopol;

(c) il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta marbuta mal-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fis-setturi msemmija fl-oqsma tat-trasport, it-telekomunikazzjoni jew l-enerġija fil-Krimea jew Sevastopol;

2.  Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a) l-għoti ta' kwalunkwe self jew kreditu finanzjarju speċifikament marbuta mal-isfruttament taż-żejt, tal-gass jew tar-riżorsi minerali fil-Krimea jew Sevastopol;

(b) l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ u l-akkwist ta' ishma u titoli ta' natura parteċipattiva, f'intrapriżi stabbiliti fil-Krimea jew Sevastopol li huma involuti fl-isfruttament taż-żejt, tal-gass jew tar-riżorsi minerali fil-Krimea jew Sevastopol;

(c) il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta marbuta mal-isfruttament taż-żejt, tal-gass jew tar-riżorsi minerali fil-Krimea jew Sevastopol.

3.  Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 2b, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “riżorsi minerali” huma dawk elenkati fl-Anness II;

(b) “esplojtazzjoni” tfisser l-esplorazzjoni, it-tiftix, l-estrazzjoni, l-irfinar u l-ġestjoni ta' riżervi taż-żejt, il-gass u r-riżorsi minerali u l-għoti ta' servizzi ġeoloġiċi relatati iżda ma tinkludix il-manteniment biex tkun żgurata s-sikurezza ta' infrastruttura eżistenti;

(c) “irfinar” tfisser l-ipproċessar, l-ikkondizzjonar u l-preparazzjoni għall-bejgħ.

Artikolu 2b

Ikun ipprojbit li jiġu pprovduti, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, assistenza teknika, servizzi ta' senserija marbuta mal-attivitajiet ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 2a.

Artikolu 2c

1.  Ikun ipprojbit li jinbiegħu, jiġu fornuti, trasferiti, esportati, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, apparat u teknoloġija kruċjali kif elenkat fl-Anness III lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Krimea jew Sevastopol jew għall-użu fil-Krimea jew Sevastopol.

2.  L-Anness III għandu jinkludi apparat u teknoloġija kruċjali marbut mal-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp ta' infrastruttura fis-setturi li ġejjin:

(a) it-trasport;

(b) it-telekomunikazzjoni;

(c) l-enerġija;

(d) l-isfruttament taż-żejt, il-gass u r-riżervi minerali fil-Krimea u Sevastopol.

3.  Għandu jkun ipprojbit:

(a) li jiġu pprovduti, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta' senserija marbuta mal-apparat u teknoloġija kruċjali elenkata fl-Anness III, jew marbuta mal-provvista, il-manifattura, iż-żamma u l-użu ta' oġġetti elenkati fl-Anness III lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Krimea jew Sevastopol jew għall-użu fil-Krimea jew Sevastopol; u

(b) li jiġu pprovduti, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, iffinanzjar, jew assistenza finanzjarja marbuta mal-apparat u teknoloġija kruċjali elenkata fl-Anness III lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Krimea jew Sevastopol jew għall-użu fil-Krimea jew Sevastopol.

4.  Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, b'għarfien jew b'intenzjoni, f'attivitajiet li jkollhom bħala għan jew effett iċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3.

5.  Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 3 ma japplikawx fil-każ tal-eżekuzzjoni sat-28 ta' Ottubru 2014, ta' tranżazzjonijiet obbligatorji skont kuntratt ta' kummerċ konkluż qabel tat-30 ta’ Lulju 2014 li jkun jikkonċerna apparat jew teknoloġija kruċjali kif elenkata fl-Anness III jew permezz ta' kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti sakemm il-persuna ġuridika jew fiżika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu li jidħlu f'tali tranżazzjonijiet, jew li jipprovdu assistenza għal tali tranżazjoniujiet, ikunu nnotifikaw, mill-anqas 10 ijiem tax-xogħol minn qabel, it-tranżazzjoni jew l-assistenza lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti.

Artikolu 2d

L-Artikolu 2a u 2b ma japplikax għall-għoti ta' self jew kreditu finanzjarju, jew għall-estensjoni ta' parteċipazzjoni, jew għall-ħolqien ta' xi impriża konġunta, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tranżazzjoni tkun obbligatorja skont ftehim jew kuntratt konkluż qabel tat-30 ta’ Lulju 2014; u

(b) l-awtorità kompetenti tkun ġiet infurmata mill-anqas 10 ijiem tax-xogħol minn qabel.

▼B

Artikolu 3

Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għal:

(a) l-eżekuzzjoni sas-26 ta' Settembru 2014, ta' kuntatti kummerċjali konklużi qabel il-25 ta' Ġunju 2014, jew ta' kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti bħal dawn, sakemm il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entità jew il-korp li jkunu jridu jwettqu l-kuntratt ikunu nnotifikaw, mill-anqas 10 ijiem ta' xogħol qabel, l-attività jew it-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti.

▼C1

(b) oġġetti li joriġinaw mill-Krimea jew Sevastopol li jkunu saru disponibbli għall-awtoritajiet tal-Ukraina għal eżaminazzjoni, li għalihom tkun ġiet ivverifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet li jagħtu l-intitolament għal oriġini preferenzjali u li għalihom kien inħareġ ċertifikat tal-oriġini skont ir-Regolamenti (UE) Nru 978/2012 u (UE) Nru 374/2014 ( 3 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina.

▼B

Artikolu 4

Il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 hija pprojbita.

Artikolu 5

L-azzjonijiet mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma jagħtux lok għal responsabbiltà tal-ebda xorta fuq in-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 6

1.  L-ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni ta' dawn ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe għamla, ma tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:

(a) persuni fiżiċi jew ġuridiċi, mill-entitajiet jew mill-korpi elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014;

(b) kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz jew f'isem waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a).

(c) kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jkunu nstabu permezz ta' arbitraġġ. deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li jkunu kisru l-projbizzjonijiet stipulati f;dan ir-Regolament;

(d) kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, jekk il-pretensjoni tkun tirrelata mal-oġġetti li l-importazzjoni tagħhom tkun ipprojbita taħt l-Artikolu 2.

2.  Fi kwalunkwe proċedura għall-infurzar ta' pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, ikun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-infurzar ta' din il-pretensjoni.

3.  Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta' prestazzjoni ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 7

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jaqsmu kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni rigward il-problemi tal-vjolazzjoni u tal-infurzar u s-sentenzi maqtugħa mill-qrati nazzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista' taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

Artikolu 9

1.  L-Istati Membri jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq il-websajts elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil fl-indirizzi tal-websajts tagħhom elenkati fl-Anness II.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

3.  Meta dan ir-Regolament jippreżenta l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew issir xi komunikazzjoni magħha xorta oħra, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li jintużaw għal din il-komunikazzjoni jkunu dawk indikati fl-Anness.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c) għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




▼M1

ANNESS I

▼B

Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

▼M1




ANNESS II

Riżorsi Minerali msemmija fl-Artikolu 2a:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodott

2501 00 10

Ilma baħar u likuri melħin

2501 00 31

Melħ għal trasformazzjoni kimika “separazzjoni ta' Na minn Cl” għall-manifattura ta' prodotti oħrajn

2501 00 51

Melħ, żnaturati jew għal użi industrijali oħra, inkluż irfinar (eskl. it-trasformazzjoni jew il-preservazzjoni jew il-preparazzjoni ta' oġġetti tal-ikel għal konsum uman jew minn annimali)

2501 00 99

Melħ u melħ (sodium chloride) pur, kemm jekk maħlul f'soluzzjoni ta' ilma jew li jkollu miżjudin miegħu aġenti biex ma jagħqadx jew aġenti għal mixi ħieles u kemm jekk le; (eskl. melħ tal-mejda, melħ għal trasformazzjoni kimika “separazzjoni ta' Na minn Cl”, melħ żnaturat u melħ għal użi industrijali oħra)

2502 00 00

Pirite tal-ħadid mhux inkaljat

2503 00

Kubrit ta' kull tip, ħlief kubrit sublimat, kubrit preċipitat u kubrit kollojde

2504

Grafita naturali

2505

Ramel naturali ta' kull xorta, kemm jekk huwa kkulurit u kemm jekk le, ħlief ramel li jkun fih metall ta' Kapitlu 26

2506

Kwarz (barra ramel naturali); kwarzit, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangatura ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

2507 00

Kawlina u tafal kawliniku ieħor, kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le

2508

Tafal ieħor (li ma jinkludix tafal espandut ta' intestatura 6806), andalusit, kjanit u sillimanit, kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le; mullit; chamotte jew tafal dinas

2509 00 00

Ġibs

2510

Fosfati tal-kalċju naturali u fosfati tal-aluminju tal-kalċju naturali, ġibs naturali u fosfatiku

2511

Sulfat ta' barju naturali (baritina); karbonat ta' barju naturali (witherite), kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le, ħlief ossidu tal-barju ta' intestatura 2816

2512 00 00

Pasti ta' fossili silikużi (pereżempju, kieselguhr, tripolite u iatomite) u tafal silikuż simili, kemm jekk magħmulin ġir u kemm jekk le, ta' gravità speċifika fid-dieher ta' 1 jew inqas

2513

Ħaffiefa; żmerill; kurundun naturali, granata naturali u sustanzi oħrajn abbrassivi naturali, kemm jekk trattati bis-sħana u kemm jekk le

2514 00 00

Lavanja, kemm jekk mirquma mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħa, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

2515

Irħam, travertina, ecaussine u ġebel ieħor kalkaruż għal monumenti jew għal bini ta' gravità speċifika fid-dieher ta' 2,5 jew iżjed, u alabastru, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

2516

Granit, porfirju, bażalt, ġebel imrammel u ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

2517

Ċagħaq, żrar, ġebel imkisser jew imfarrak, ta' tip użat ġeneralment għal taħlit tal-konkos, għat-tiswijiet ta' toroq jew linji tal-ferroviji jew saborra oħra, ċagħaq żgħir u żnied, kemm jekk trattat bis-sħana u kemm jekk le; makadam tal-gagazza, skart ta' metalli jew skart industrijali simili, kemm jekk ikollhom magħhom materjali msemmijin fl-ewwel parti tat-intestatura u kemm jekk le; makadam bil-qatran; frak, żrar u trab, ta' ġebel ta' intestatura 2515 jew 2516, kemm jekk trattat bis-sħana u kemm jekk le

2518

Dolomit, kemm jekk magħmul ġir jew mgħaqqad ma' trab bis-sħana u kemm jekk le, inkluż dolomit mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le; taħlita għal twebbis ta' dolomit

2519 00 00

Karbonat ta' manjesju naturali (manjesite) manjesja mdewba; manjesja maħruqa għal kollox (mgħaqqda ma' trab bis-sħana), kemm jekk fiha kwantitajiet żgħar ta' ossidi oħrajn miżjudin qabel it-tqħaqqid ma' trab bis-sħana u kemm jekk le; ossidu tal-manjesju ieħor, pur jew le

2520

Ġibs; anidride; ġibs għall-kisi (jikkonsisti f'ġibs magħmul ġir jew sulfat tal-kalċju) kemm jekk ikkulurit u kemm jekk le, bi kwantitajiet żgħar ta' sustanzi li jgħaġġlu jew li jdewmu l-proċess jew mingħajrhom

2521 00 00

Flux tal-ġebla tal-franka; ġebla tal-franka u ġebel kalkaruż ieħor, tat-tip użat fil-manifattura ta' ġir jew siment

2522

Ġir verġni, ġir imħallat bl-ilma u ġir idrawliku, barra ossidu u idrossidu tal-kalċju ta' intestatura 2825

2523

Siment ta' Portland, siment tal-allumi, siment li għandu mill-gagazza, siment sulfru eċċezzjonali u siment idrawliku simili, kemm jekk ikkulurit jew fil-forma ta' gagazza u kemm jekk le

2524

Asbestos

2525

Majka, inklużi qasmiet; skart tal-majka

2526

Steatite naturali, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le; terra

2528 00 00

Borati naturali u konċentrati tagħhom (kemm jekk magħmulin ġir u kemm jekk le), iżda li ma jinkludux borati separati minn ilma mielaħ naturali; aċidu boriku naturali li fih aktar minn 85 % ta' H3BO3 ikkalkulat fuq piż xott

2529

Feldspar; lewċite; nefelina u sijenit tan-nefelina; fluworuspar

2530

Sustanzi minerali mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

2601

Minerali u konċentrati tal-ħadid, inklużi pirite tal-ħadid inkaljati

2602 00 00

Minerali u konċentrati tal-manganiż, inklużi minerali u konċentrati ta' manganiż ferruġinuż, b'kontenut ta' manganiż ta' 20 % jew iktar, kalkulat fuq il-piż xott

2603 00 00

Minerali u konċentrati tar-ram

2604 00 00

Minerali u konċentrati tan-nikil

2605 00 00

Minerali u konċentrati tal-kobalt

2606 00 00

Minerali u konċentrati tal-aluminju

2607 00 00

Minerali u konċentrati taċ-ċomb

2608 00 00

Minerali u konċentrati taż-żingu

2609 00 00

Minerali u konċentrati tal-landa

2610 00 00

Minerali u konċentrati tal-kromju

2611 00 00

Minerali u konċentrati tat-tungstenu

2612

Minerali u konċentrati tal-uranju u tat-torju

2613

Minerali u konċentrati tal-molibdenum

2614 00 00

Minerali u konċentrati tat-titanju

2615

Minerali u konċentrati tan-niobju, tantalu, vanadju jew żirkonju

2616

Minerali u konċentrati tal-metalli prezzjużi

2617

Minerali u konċentrati oħrajn

2618 00 00

Gagazza mfarrka (ramel tal-gagazza) mill-manifattura tal-ħadid jew l-azzar

2619 00

Gagazza, rmixk tal-metalli (ħlief gagazza mfarrka), qxur u skart ieħor mill-manifattura tal-ħadid jew l-azzar

2620

Gagazza, irmied u fdal (ħlief mill-manifattura tal-ħadid jew tal-azzar), li fihom metalli, arseniku, jew il-komposti tagħhom

2621

Gagazza u rmied oħrajn, inklużi rmied tal-alka (kelp); irmied u fdal mill-ħruq ta' skart muniċipali

2701

Faħam; briquettes, ovojdi u karburanti simili solidi manifatturati mill-faħam

2702

Lignite, mgħaqqad jew le, ħlief ġett

2703 00 00

Pît (inkluż skart tal pît), mgħaqqad jew le

2704 00

Kokk u semi-kokk tal-faħam, ta' lignite u tal-pît, mgħaqqad jew le; karbonju tal-istorta

2705 00 00

Gass tal-faħam, gass tal-ilma, gass produttur u gassijiet simili, ħlief gassijiet ta' żejt mhux raffinat u idrokarboni oħrajn bil-gass

2706 00 00

Qatran distillat mill-faħam, mil-lignite jew mill-pît, u qatran ieħor minerali, kemm jekk deidrati jew parzjalment distillati jew le, inkluż qatran rikostitwit

2707

Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta' qatran tal-faħam f'temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak kostitwenti mhux aromatiċi

2708

Żift u kokk taż-żift, miksub minn qatran tal-faħam jew minn qatran ieħor minerali

2709 00

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati

2710

Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi

2711

Gassijiet minerali (petroleum) u idrokarbonji oħrajn bil-gass

2712

Vażelina; xema' bajda (tal-parafina), xema' taż-żejt minerali (petroleum) mikrokristallina, xema' slack, ożoċerita, xema' lignite, xema' tal-pit, xemgħat oħrajn minerali, u prodotti simili miksubin b'sintesi jew bi proċessi oħrajn, ikkuluriti jew le

2713

Kokk taż-żejt minerali (petroleum), qatran taż-żejt minerali (petroleum) u fdalijiet oħrajn ta' żjut minerali (petroleum) jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi

2714

Qatran u asfalt, naturali; “shale” tal-qatran jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat asfaltiku

2715 00 00

Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta' żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali (pereżempju, gomom/siment bituminużi, “cut-backs”)

2716 00 00

Enerġija elettrika

2801

Fluworin, klorin, bromin u jodju

2802 00 00

Kubrit, sublimat jew preċipitat; kubrit kollojde

2803 00 00

Karbonju (iswed tal-karbonju u forom oħrajn ta' karbonju li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra).

2804

Idroġenu, gassijiet rari u non-metalli oħrajn

2805

Alkali jew elementi metalliċi alkalini (alkaline-earth metals); elementi kimiċi metalliċi rari (rare-earth metals), skandju u ittriju, imħalltin jew illigati flimkien jew le; merkurju

2806

Klorur tal-idroġenu (aċtu idrokloriku); aċtu klorosulfuriku

2807 00 00

Aċtu sulfuriku; oleu

2808 00 00

Aċtu nitriku; aċti sulfonitriċi

2809

Pentaossidu tad-difosfru; aċtu fosforiku; aċti polifosforiċi, definiti kimikament jew le

2810 00

Ossidi tal-boron; aċti boriċi

2811

Aċti inorganiċi oħrajn u komposti inorganiċi oħrajn tal-ossiġnu ta' non-metalli

2812

Alidi u ossidi tal-alid ta' non-metalli

2813

Sulfidi ta' non-metalli; trijusulfid tal-fosfru kummerċjali

2814

Ammonja, anidra jew f'soluzzjoni ta' ilma

2815

Idrossidu tas-sodju (soda kawstika); idrossidu tal-potassju (potassju kawstiku); perossidi tas-sodju jew tal-potassju

2816

Idrossidu u perossidu tal-manjesju; ossidi, idrossidi u perossidi, tal-istronzju u tal-barju

2817 00 00

Ossidu taż-żingu; perossidu taż-żingu

2818

Korundun artifiċjali, definit kimikament jew le; ossidu tal-aluminju; idrossidu tal-aluminju

2819

Ossidi u idrossidi tal-kromju

2820

Ossidi tal-manganiż

2821

Ossidi u idrossidi tal-ħadid; kuluri tal-art (earth colours) li fihom 70 % jew aktar tal-piż ħadid kombinat valutat bħala Fe2O3

2822 00 00

Ossidi u idrossidi tal-kobalt; ossidi tal-kobalt kummerċjali

2823 00 00

Ossidi tat-titanju

2824

Ossidi taċ-ċomb; ċomb aħmar u ċomb oranġjo

2825

Idrażin u idroksilamin u l-melħ inorganiku tagħhom; bażijiet oħrajn inorganiċi; ossidi, idrossidi u perossidi metalliċi oħrajn

2826

Fluworidi; fluworosilikati, fluworoaluminati u melħ fluworin kumpless ieħor

2827

Klorur, ossidi tal-klorur u idrossidi tal-klorur; bromuri u ossidi tal-bromur; joduri u ossidi tal-jodur

2828

Ippokloriti; ippoklorit tal-kalċju kummerċjali; kloriti; ippobromiti

2829

Klorati u perklorati; bromati u perbromati; jodati u perjodati

2830

Sulfidi; polisulfidi, definiti kimikament jew le

2831

Ditijoniti u sulfoksilati

2832

Sulfiti; tiosulfati

2833

Sulfati; allumi; perossosulfati (persulfati)

2834

Nitriti; nitrati

2835

Fosfinati (ippofosfiti), fosfonati (fosfiti) u fosfati; polifosfati, definiti kimikament jew le

2836

Karbonati; perossikarbonati (perkarbonati); karbonat tal-ammonju kummerċjali li fih karbamat tal-ammonju

2837

Ċjanuri, ossidi taċ-ċjanur u ċjanuri kumplessi

2839

Silikati; silikati metalliċi alkali kummerċjali

2840

Borati; perossiborati (perborati)

2841

Melħ ta' aċti oksometalliċi jew peroksometalliċi

2842

Melħ ieħor ta' aċti inorganiċi jew perossiaċidi (inklużi aluminosilikati kimikament definiti jew le), ħlief ażuri

2843

Metalli prezzjuzi kollojdali; komposti inorganiċi jew organiċi ta' metalli prezzjuzi, kimikament definiti jew le; amalgami ta' metalli prezzjużi

2844

Elementi kimiċi radjuattivi u isotopi radjuattivi (inklużi l-elementi u l-isotopi kimiċi fissili jew fertili) u l-komposti tagħhom; taħlit u fdalijiet li fihom dawn il-prodotti

2845

Isotopi ħlief dawk ta' intestatura 2844; komposti, inorganiċi jew organiċi, definiti kimikament jew le

2846

Komposti, inorganiċi jew organiċi, ta' elementi kimiċi metalliċi rari (rare-earth metals), ta' ittirju jew ta' skandju jew ta' taħlitiet ta' dawn il-metalli

2847 00 00

Perossidu tal-idroġenu, solidifikat bl-urea jew le

2848 00 00

Fosfidi, definiti kimikament jew le, ħlief ferrofosfru

2849

Karburi, definiti kimikament jew le

2850 00

Idruri, nitridi, ażuri, siliċidi u boruri, definiti kimikament jew le, ħlief komposti li huma ukoll karburi ta' intestatura 2849

2852

Komposti inorganiċi jew organiċi tal-merkurju, kemm jekk definiti kimikament u kemm jekk le, għajr amalgami

2853 00

Komposti oħrajn inorganiċi (inklużi ilma distillat jew għall-konduttivita' u ilma ta' purita' simili); arja likwida (bil-gassijiet rari mneħħijin jew le); arja kompressata; amalgami, ħlief amalgami ta' metalli prezzjużi.

2901

Idrokarboni aċikliċi

2902

Idrokarboni ċikliċi

2903

Derivattivi aloġenati ta' idrokarboni

2904

Derivattivi ta' idrokarboni sulfonati, nitrati jew nitrosati, aloġenati jew le

2905

Alkoħoli aċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2906

Alkoħoli ċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2907

Fenoli; fenoli-alkoħoli

2908

Derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati ta' fenoli jew fenolalkoħoli

2909

Eteri, eter-alkoħoli, eter-fenoli, eter-alkoħol-fenoli, perossidi ta' alkoħol, eter perossidi, keton perossidi (definiti kimikament jew le), u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2910

Epossidi, epoksialkoħoli u epoksieteri, b'ċirku bi tliet membri, u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2911 00 00

Aċetali u emiaċetali, b'funzjoni t'ossiġnu jew le, u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2912

Aldeidi, b'funzjoni oħra ta' ossiġnu jew le; polimeri ċikliċi ta' aldeidi; paraformaldeide

2913 00 00

Derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati ta' prodotti ta' intestatura 2912

2914

Ketoni u kinoni, b'funzjoni ossiġnu jew le, u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2915

Aċti aċikliċi monokarboksiliċi saturati u l-anidridi tagħhom, alidi, perossidi u peroksi aċti; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2916

Aċti aċikliċi monokarboksiliċi mhux saturati, l-anidridi tagħhom, alidi, perossidi u perossiaċidi; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2917

Aċti polikarboksiliċi, l-anidridi, alidi, perossidi u l-perossiaċidi tagħhom; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2918

Aċti karboksiliċi b'funzjoni addizzjonali ossiġnu u l-anidridi,alidi, perossidi u perossiaċidi tagħhom; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2919

Esteri fosforiċi u l-melħ tagħhom, inklużi lattofosfati; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2920

Esteri ta' aċti oħrajn inorganiċi ta' non-metalli (ħlief esteri ta' alidi tal-idroġenu) u l-melħ tagħhom; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2921

Komposti funzjoni-amina

2922

Amino-komposti funzjoni-ossiġnu

2923

Melħ u idrossidi ta' ammonju kwaternarju; leċitini u fosfoaminolipidi oħrajn, kimikament definiti jew le

2924

Komposti funzjoni-karboksiamide; komposti funzjoni-amide ta' aċtu karboniku

2925

Komposti funzjoni-karboksimida (inkluża sakkarina u l-melħ tagħha) u komposti funzjoni-imine

2926

Komposti funzjoni-nitril

2927 00 00

Komposti-diażo, -ażo jew –ażoksi

2928 00

Derivattivi organiċi ta' idrażin jew ta' idroksilamin

2929

Komposti b'funzjoni-nitroġenu oħra

2930

Komposti organo-sulfuriċi

2931

Komposti organo-inorganiċi oħrajn

2932

Komposti eteroċikliċi b'etero-atomu(i) ta' ossiġnu biss

2933

Komposti eteroċikliċi b'etero-atomu(i) ta' nitroġenu biss

2934

Aċti nuklejki u l-melħ tagħhom, definit kimikament jew le; komposti eteroċikliċi oħrajn

2935 00

Sulfonamidi

7106

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f'għamliet semi-manifatturati, jew f'għamla ta' trab

7107 00 00

Metalli ta' valur baxx miksijin bil-fidda, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati

7108

Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu) mhux maħdum jew f'għamla semi-manifatturata, jew f'għamla ta' trab

7109 00 00

Metalli ta' valur baxx jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati

7110

Platinu, f'għamliet mhux maħdumin jew semi-manifatturati, jew f'għamla ta' trab

7111 00 00

Metalli ta' valur baxx, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati

7112

Skart u fdal ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fihom metall prezzjuż jew komposti ta' metall prezzjuż, ta' tip użat l-aktar għall-irkupru ta' metall prezzjuż

7201

Ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron) u Spiegeleisen f'biċċiet tawwalin, blokok jew forom oħrajn primarji

7202

Ligi tal-ħadid

7203

Prodotti ta' ħadid magħmulin bit-tnaqqis dirett ta' minerali tal-ħadid u prodotti oħrajn ta' ħadid b'ħafna ħofor (spongy), f'għoqod, gerbub jew forom simili; ħadid b'purità minima bil-piż ta' 99,94 %, f'għoqod, gerbub jew forom simili

7204

Skart u fdal ta' ħadid; tidwib mill-ġdid ta' ingotti ta' ħadid jew azzar

7205

Qmuħ u trabijiet, ta' ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron), ta' spiegeleisen, ta' ħadid jew ta' azzar

7206

Ħadid u ħadid mhux liga f'ingotti jew f'forom oħrajn primarji (ħlief ħadid ta' intestatura 7203)

7401 00 00

Mattes tar-ram; ram siment (ram ippreċipitat)

7402 00 00

Ram mhux raffinat; anodi tar-ram għal irfinar elettrolitiku

7403

Ram raffinat u ligi ta' ram, mhux maħdumin

7404 00

Skart u fdal ta' ram

7405 00 00

Ligi prinċipali ta' ram

7406

Trabijiet u qxur ta' ram

7501

Mattes tan-nikil, ġebel (sinters) ta' ossidu tan-nikil u prodotti intermedji oħrajn ta' metallurġija tan-nikil

7502

Nikil mhux maħdum

7503 00

Skart u fdal ta' nikil

7504 00 00

Trabijiet u qxur ta' nikil

7601

Aluminju mhux maħdum

7602 00

Skart u fdal ta' aluminju

7603

Trabijiet u qxur ta' aluminju

7801

Ċomb mhux maħdum

7802 00 00

Skart u fdal ta' ċomb

ex78 04

Trabijiet u laqx taċ-ċomb

7901

Żingu mhux maħdum

7902 00 00

Skart u fdal ta' żingu

7903

Trab, terer u laqx ta' żingu

8001

Landa mhux maħduma

8002 00 00

Skart u fdal ta' landa

ex81 01

Tungstenu (wolfram) inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 02

Molibdenu inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 03

Tantalu inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 04

Manjeżju inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 05

Mattes ta' kobalt inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 06 00

Bismut inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 07

Kadmju inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 08

Titanju inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 09

Żirkonju inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 10

Antimonju inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 11 00

Manganiż inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 12

Berillju, kromju, ġermanju, vanadju, gallju, ħafnju, indju, nijobju (kolombju), renju u tallju, oġġetti ta' dawn il-metalli, inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)

ex81 13 00

Ċermiti inkluż skart u fdal (għajr għal prodotti nofshom lesti u lesti)




ANNESS III

Tagħmir u teknoloġija ewlenin marbuta mal-ħolqien, l-akkwist jew l-iżvilupp tal-infrastruttura fil-Krimea u f'Sevastopol imsemmija fl-Artikolu 2c:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-Prodott

7304 11 00

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-AZZAR LI MA JISSADDADX

7304 19 10

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL-LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' < = 168.3 MM (MINBARRA PRODOTTI TA' AZZAR LI MA JSADDADX JEW TA' ĦADID FONDUT)

7304 19 30

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' > 168.3 MM IŻDA <= 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TA' AZZAR LI MA JSADDADX JEW TA' ĦADID FONDUT)

7304 19 90

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL-LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' > 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TA' AZZAR LI MA JSADDADX JEW TA' ĦADID FONDUT)

7304 22 00

PAJPIJIET TAT-TĦAFFIR, MINGĦAJR SALDATURA, TA' AZZAR INOSSIDABBLI, TA' TIP UŻAT FIT-TĦAFFIR GĦAL ŻEJT JEW GASS

7304 23 00

PAJP GĦAT-TĦAFFIR, BIĊĊA WAĦDA, TA' TIP UŻAT FIT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW GĦALL-GASS, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR (MINBARRA PRODOTTI TAL-AZZAR LI MA JSADDADX JEW TAL-ĦADID FONDUT)

7304 24 00

KEJSING U TUBI, MINGĦAJR SALDATURA, TA' TIP UŻAT FIT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW GASS, TAL-AZZAR LI MA JSADDADX

7304 29 10

KEJSING U TUBI TA' TIP UŻAT GĦAT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' < = 168,3 MM (MINBARRA PRODOTTI TAL-ĦADID FONDUT)

7304 29 30

KEJSING U TUBI TA' TIP UŻAT GĦAT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' > 168,3MM, IŻDA <= 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TAL-ĦADID FONDUT)

7304 29 90

KEJSING U TUBI TA' TIP UŻAT GĦAT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, MINGĦAJR ĠONOT, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' > 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TAL-ĦADID FONDUT)

7305 11 00

PAJPIJIET TAL-LINJA TA' TIP UŻAT GĦAS-SISTEMI TAL-PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW TAL-GASS, LI GĦANDHOM UĊUĦ ĊIRKOLARI U DIJAMETRU MINN BARRA TA' > 406.4 MM, TAL-ĦADID JEW AZZAR, IWWELDJATI BL-ARK MGĦADDAS MIT-TUL

7305 12 00

PAJPIJIET TAL-LINJA TA' TIP UŻAT GĦAS-SISTEMI TAL-PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW TAL-GASS, LI GĦANDHOM UĊUĦ ĊIRKOLARI U DIJAMETRU MINN BARRA TA' > 406.4 MM, TAL-ĦADID JEW AZZAR, IWWELDJATI BL-ARK MIT-TUL (MINBARRA PRODOTTI WWELDJATI BL-ARK MGĦADDAS MIT-TUL)

7305 19 00

PAJPIJIET TAL-LINJA TA' TIP UŻAT GĦAS-SISTEMI TAL-PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW TAL-GASS, LI GĦANDHOM UĊUĦ ĊIRKOLARI U DIJAMETRU MINN BARRA TA' > 406,4 MM, TA' PRODOTTI RRUMBLATI ĊATTI TAL-ĦADID JEW AZZAR, IWWELDJATI BL-ARK MIT-TUL (MINBARRA PRODOTTI WWELDJATI BL-ARK MIT-TUL)

7305 20 00

KEJSING TA' TIP UŻAT FIT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, LI GĦANDHOM UĊUĦ ĊIRKOLARI U DIJAMETRU MINN BARRA TA' > 406,4 MM, TA' PRODOTTI RRUMBLATI ĊATTI TAL-ĦADID JEW AZZAR

7306 11

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL-LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, IWWELDJATI, TA' PRODOTTI RRUMBLATI ĊATTI TAL-AZZAR LI MA JSADDADX, TA' DIJAMETRU ESTERN TA' < = 406,4 MM

7306 19

PAJPIJIET GĦAL LINJI TA' TIP UŻAT GĦAL-LINJI TA' PAJPIJIET TAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, IWWELDJATI JEW IRRUMBLATI ĊATTI, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' <= 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TA' AZZAR LI MA JSADDADX JEW TA' ĦADID FONDUT)

7306 21

KEJSING U TUBI TA' TIP UŻAT FIT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, IWWELDJATI, TA' PRODOTTI RRUMBLATI ĊATTI TAL-AZZAR LI MA JSADDADX, TA' DIJAMETRU ESTERN TA' < = 406,4 MM

7306 29

KEJSING U TUBI TA' TIP UŻAT GĦAT-TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT JEW IL-GASS, IWWELDJATI JEW IRRUMBLATI ĊATTI, TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, B'DIJAMETRU ESTERN TA' <= 406,4 MM (MINBARRA PRODOTTI TA' AZZAR LI MA JSADDADX JEW TA' ĦADID FONDUT)

ex73 11 00

KONTENITURI TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR, GĦAL GASS IKKUMPRESSAT JEW MAGĦMUL LIKWIDU (MINBARRA KONTENITURI MIBNIJA B'MOD SPEĊIFIKU JEW MGĦAMMRA B'TIP WIEĦED JEW AKTAR TA' TRASPORT)

8207 13 00

GĦODDA GĦAT-TITQIB FIL-BLAT JEW GĦAT-TĦAFFIR FL-ART, INTERKAMBJABBLI, BIL-PARTIJIET LI JAĦDMU TA' KARBIDI TAL-METALL ISSOLIDIFIKATI BIS-SĦANA JEW ĊERMIT

8207 19 10

GĦODOD GĦAL TĦAFFIR TA' BLAT JEW TOQOB FL-ART, INTERKAMBJABBLI, BIL-PARTIJIET LI JAĦDMU TAD-DJAMANT JEW DJAMANT AGGLOMERAT

8413 50

POMPI REĊIPROKANTI B'DISPJAZZAMENT POŻITTIV GĦAL-LIKWIDI, IMĦADDMA BL-ELETTRIKU (MINBARRA DAWK TAS-SOTTOINTESTATURI 8413 11 U 8413 19, POMPI TAL-FJUWIL, BIL-MEZZ TAL-LUBRIKAZZJONI JEW BIT-TKESSIĦ GĦALL-MAGNI BIL-PISTUNI TAL-KOMBUSTJONI INTERNA U POMPI TAL-KONKRIT)

8413 60

POMPI ROTATORJI TA' SPOSTAMENT POŻITTIV GĦAL-LIKWIDI, IMĦADDMA BL-ELETTRIKU (MINBARRA DAWK TAS-SOTTOINTESTATURI 8413 11 U 8413 19 U POMPI TAL-FJUWIL, BIL-MEZZ TAL-LUBRIKAZZJONI JEW BIT-TKESSIĦ GĦALL-MAGNI BIL-PISTUNI TAL-KOMBUSTJONI INTERNA)

8413 82 00

LIFTIJIET TAL-LIKWIDI (MINBARRA POMPI)

8413 92 00

PARTIJIET TA' LIFTIJIET TAL-LIKWIDI, MHUX SPEĊIFIKATI X'IMKIEN IEĦOR

8430 49 00

MAKKINARJU LI JĦAFFER JEW LI JINŻEL FL-ART GĦAT-TĦAFFIR TAL-ART JEW L-ESTRAZZJONI TA' MINERALI JEW METALLI MHUX MAĦDUMA, MHUX IMĦADDEM WAĦDU U MHUX IDRAWLIKU (MINBARRA MAKKINARJU LI JĦAFFER IL-MINI U GĦODDA MĦADDMA BL-IDEJN)

8431 39 00

PARTIJIET MINN MAKKINARJU TAL-INTESTATURA 8428, MHUX SPEĊIFIKATI XI MKIEN IEĦOR

8431 43 00

PARTIJIET GĦAL MAKKINARJU LI JĦAFFER JEW LI JINŻEL FL-ART TAS-SOTTOINTESTATURI 8430 41 JEW 8430 49, MHUX SPEĊIFIKATI XI MKIEN IEĦOR

8431 49

PARTIJIET MINN MAKKINARJU TAL-INTESTATURA 8426, 8429 U 8430, MHUX SPEĊIFIKATI XI MKIEN IEĦOR

8479 89 97

MAKKINARJU, APPARAT U TAGĦMIR MEKKANIKU, MHUX SPEĊIFIKATI XI MKIEN IEĦOR

8705 20 00

DERIKS MOBBLI GĦAT-TĦAFFIR

8905 20 00

PJATTAFORMI TA' TĦAFFIR JEW TA' PRODUZZJONI LI JŻOMMU FIL-WIĊĊ JEW LI JINŻLU TAĦT L-ILMA

8905 90 10

BASTIMENTI ĦFIEF LI JBAĦĦRU, FIRE-FLOATS, KREJNIJIET F'WIĊĊ L-ILMA U BASTIMENTI OĦRA LI N-NAVIGABBILTÀ TAGĦHOM HIJA SUSSIDJARJA GĦALL-FUNZJONI EWLENIJA TAGĦHOM (MINBARRA DREĠERS, PJATTAFORMI GĦAT-TĦAFFIR JEW GĦALL-PRODUZZJONI; BASTIMENTI TAS-SAJD U TAL-GWERRA)



( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ara l-paġna 70 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

( 3 ) ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1.

Top