EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0528-20160602

Consolidated text: Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/528/2016-06-02

02014R0528 — MT — 02.06.2016 — 001.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 148 20.5.2014, p. 29)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/861 tat-18 ta' Frar 2016

  L 144

21

1.6.2016


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 265, 5.9.2014, p.  32 (528/2014)




▼B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju non delta ta' opzjonijiet u ċertifikati

1.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq fir-rigward tar-riskju non-delta ta' opzjonijiet jew ċertifikati kif meħtieġ mill-Artikolu 329(3), l-Artikolu 352(6) u l-Artikolu 358(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont wieħed minn dawn l-approċċi li ġejjin:

(a) 

l-approċċ simplifikat kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament;

(b) 

l-approċċ delta plus kif stipulat fl-Artikoli 4, 5 u 6 ta' dan ir-Regolament;

(c) 

l-approċċ abbażi tax-xenarji kif stipulat fl-Artikoli 7, 8 u 9 ta' dan ir-Regolament.

2.  Meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkombinaw l-użu ta' approċċi differenti. Fil-livell individwali, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumbinaw biss l-approċċ abbażi tax-xenarji u l-approċċ delta plus soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 9.

3.  Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dan li ġej:

(a) 

jaqsmu l-basktijiet ta' opzjonijiet jew ċertifikati fil-komponenti fundamentali tagħhom;

(b) 

jaqsmu l-limiti massimi u minimi jew opzjonijiet oħra marbuta mar-rati tal-imgħax f'dati differenti, f'katina separata ta' opzjonjijiet indipendenti b'referenza għal perjodi ta' żmien (“caplet” u “floorlets”);

(c) 

l-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati jiġu ttrattati skont swaps tar-rati tal-imgħax fissi għal varjabbli f'opzjonijiet jew iċ-ċertifikati fuq il-parti tal-imgħax fiss tal-iswap;

(d) 

jittrattaw opzjonijiet jew ċertifikati li għandhom x'jaqsmu ma' aktar minn titolu wieħed sottostanti fost dawk deskritti fl-Artikolu 5(3), bħala basket ta' opzjonijiet jew ċertifikati fejn kull opzjoni għandha titolu sottostanti uniku distint.

▼M1

Artikolu 2

Huma biss l-istituzzjonijiet li jixtru esklużivament opzjonijiet u ċertifikati li jistgħu jużaw l-approċċ simplifikat.

▼B

Artikolu 3

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji skont l-approċċ issimplifikat

1.  L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ sempliċi għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji relattivi għal riskji non-delta ta' sejħa u opzjonijiet put jew ċertifikati bħala l-ogħla ammont bejn żero u d-differenza bejn il-valuri li ġejjin:

(a) 

l-ammont gross, kif deskritt fil-paragrafi 2 sa 5;

(b) 

ammont delta ekwivalenti ponderat għar-riskju, li għandu jiġi kkalkolat bħala l-valur tas-suq tal-istrument sottostanti, immoltiplikat bid-delta u mbagħad immoltiplikat b'wieħed mill-ponderazzjonijiet rilevanti li ġejjin:

(i) 

għal riskju tal-ekwità speċifiku u ġenerali jew riskju ta' rata ta' imgħax, ►C1  skont il-Parti Tlieta, ◄ ta' Titolu IV, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

għal riskju ta' komodità, skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; kif ukoll

(iii) 

għal riskju ta' kambju barrani, skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.  Għal opzjonijiet jew ċertifikati li jaqgħu taħt waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji, l-ammont gross msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun stabbilit skont il-paragrafi 3 sa 4:

(a) 

meta x-xerrej ikollu d-dritt mhux ikkondizzjonat li jixtri l-assi sottostanti bi prezz predeterminat fid-data ta' skadenza jew fi kwalunkwe żmien qabel id-data tal-iskadenza, u fejn il-bejjiegħ għandu l-obbligu li jissodisfa d-domanda tax-xerrej (“opzjoni jew ċertifikati eżerċitabbli sempliċi”)

(b) 

meta x-xerrej ikollu d-dritt mhux ikkondizzjonat li jbigħ l-assi sottostanti bl-istess mod bħal ma ġie deskritt fil-punt (a) (“opzjoni jew ċertifikati put sempliċi”)

3.  L-ammont gross msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bħala massimu bejn żero u l-valur tas-suq tat-titolu sottostanti immultiplikat bis-somma tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tar-riskju tas-suq speċifiku u ġenerali għat-titolu sottostanti li minnu jitnaqqas l-ammont tal-profitt, jekk ikun hemm, li jirriżulta mill-eżekuzzjoni immedjata tal-opzjoni (“favorevoli”) meta tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-opzjoni jew iċ-ċertifikat jinkorpora d-dritt li jinbiegħ l-assi sottostanti (“put twil”) u jkun ikkombinat ma' parteċipazzjoni fl-assi sottostanti (“pożizzjoni twila fi strument sottostanti”);

(b) 

l-opzjoni jew iċ-ċertifikat tinkorpora d-dritt li jinxtaral-assi sottostanti (“sejħa twila”) u tkun ikkombinata ma' wegħda li jinbiegħu parteċipazzjonijiet fl-istrument sottostanti (“pożizzjoni qasira fl-assi sottostanti”)

4.  Fejn l-opzjoni jew iċ-ċertifikat tinkorpor d-dritt li jintara l-assi sottostanti (“sejħa twila”) jew id-dritt li jinbiegħ l-assi sottostanti (“put twila”), l-ammont gross msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun l-inqas wieħed miż-żewġ ammonti li ġejjin:

(a) 

il-valur tas-suq tat-titolu sottostanti immultiplikat bis-somma tar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi tar-riskju tas-suq għall-assi sottostanti;

(b) 

il-valur tal-pożizzjoni ddeterminat bil-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq jew il-metodu ta' valwazzjoni skont mudell kif previst fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 104(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“valur tas-suq tal-opzjoni jew taċ-ċertifikat”).

5.  Għat-tipi kollha tal-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati li ma għandhomx il-karatteristiċi msemmija fil-paragrafu 2, l-ammont gross imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun il-valur tas-suq tal-opzjoni jew taċ-ċertifikat.

Artikolu 4

Ħarsa ġenerali lejn id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-approċċ Delta-plus

1.  Fejn l-istituzzjonijiet jagħżlu li japplikaw approċċ Delta-plus, għal opzjonijiet u ċertifikati li gamma tagħhom tkun funzjoni kontinwa fil-prezz tas-sottostanti u l-vega tagħhom tkun funzjoni kontinwa f'il-volatilità impliċita (“opzjonijiet u ċertifikati kontinwi”), ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji non-delta fuq l-opzjonijiet jew ċertifikati għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji li jirrelataw mad-derivattiva parzjali ta' delta b'referenza għall-prezz ta' sottostanti, li għall-opzjonijiet tal-bonds jew ċertifikati hija d-derivattiva parzjali tad-delta b'referenza għar-redditu sal-maturità tal-bond sottostanti, u għall-iswapzjonijiet hija d-derivattiva parzjali tad-delta b'referenza għar-rata tal-iswap;

(b) 

ir-rekwiżit li jirrigwarda l-ewwel derivattiva parzjali tal-valur ta' opzjoni jew ċertifikat, b'referenza għall-volatitilà impliċita.

2.  Il-volatilità impliċita għandha titqies li hija l-valur tal-volatilità fil-formola tal-ipprezzar ta' opzjoni jew ta' ċertifikat li għaliha, minħabba ċertu mudell tal-ipprezzar u minħabba l-livell tal-parametri osservabbli l-oħra kollha tal-ipprezzar, il-prezz teoretiku tal-opzjoni jew taċ-ċertifikat hu ugwali għall-valur tiegħu fis-suq, fejn il-'valur tas-suq' hu mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 3(4).

3.  Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji non-delta relatati ma' opzjonijiet jew ċertifikati mhux kontinwi għandhom jiġu determinat kif ġej:

(a) 

meta l-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati ikunu inxtraw, peress li l-ammont massimu bejn żero u d-differenza bejn il-valuri li ġejjin:

(i) 

il-valur tas-suq tal-opzjoni jew iċ-ċertifikat, mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 3(4).

(ii) 

l-ammont ekwivalenti ta' delta bil-ponderazzjoni tar-riskju, mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 3(1)(b).

(b) 

meta l-opzjonijiet jew iċ-ċertifikati ikunu nbiegħu, peress li l-massimu bejn żero u d-differenza bejn l-ammonti li ġejjin:

(i) 

il-valur rilevanti tas-suq tal-assi sottostanti, li għandu jitqies li jkun jew il-pagament massimu possibbli fid-data tal-iskadenza, jekk dan ikun iffissat kuntrattwalment, jew il-valur tas-suq tal-assi sottostanti jew il-valur nozzjonali effettiv jekk l-ebda pagament massimu possibbli ma jkun iffissat b'kuntratt;

(ii) 

l-ammont ekwivalenti ta' delta bil-ponderazzjoni għar-riskju, mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 3(1)(b).

4.  Il-valur għall-gamma u l-vega użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' mudell addattat tal-ipprezzar kif imsemmi fl-Artikolu 329(1), l-Artikolu 352(1) u l-Artikolu 358(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn jew il-gamma jew il-vega ma jistax jiġi kkalkulat skont dan il-paragrafu, ir-rekwiżit tal-kapital fuq ir-riskji non-delta għandu jkun ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

Artikolu 5

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju gamma skont l-approċċ Delta-plus

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(a), ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju Gamma għandhom ikunu kkalkulati bi proċess li jikkonsisti f'sekwenza ta' passi li ġejjin:

(a) 

għal kull għażla opzjoni jew ċertifikat individwali għandu jiġi kkalkulat impatt gamma;

(b) 

l-impatti gamma ta' opzjonijiet jew ċertifikati individwali li jirreferu għall-istess tip distint sottostanti għandhom jiġu magħduda;

(c) 

il-valur assolut tas-somma tal-valuri negattivi kollha li jirriżultaw minn pass (b) għandu jipprovdi rekwiżiti ta' fondi proprji għar-risku gamma. Il-valuri pożittivi li jirriżultaw minn pass (b) għandhom jiġu injorati.

2.  Għall-fini ta' dan il-pass f'punt (a) tal-paragrafu 1, l-impatti gamma għandhom jiġu kkalkolati bi qbil mal-formula deskritta fl-Anness I.

3.  Għall-finijiet ta' dan il-pass f'punt (b) tal-paragrafu 1, tip distint sottostanti għandu jkun:

(a) 

għal rati tal-imgħax fl-istess munita: kull faxxa ta' żmien ta' maturità kif stipulat fit-Tabella 2 tal-Artikolu 339 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

għall-ekwitajiet u indiċi ta' stokks: kull suq kif definit fir-regoli li għandhom jiġu żviluppati skont l-Artikolu 341(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(c) 

għal muniti barranin u deheb: kull munita par u deheb;

(d) 

għal komoditajiet: komoditajiet kkunsidrati identiċi kif definit fl-Artikolu 357(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 6

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju vega skont l-approċċ Delta-plus

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(a), ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju vega għandhom ikunu kkalkulati bi proċess li jikkonsisti f'sekwenza ta' passi li ġejjin:

(a) 

Għal kull opzjoni individwali għandu jiġi ddeterminat il-valur ta' vega;

(a) 

Għal kull opzjoni individwali għandha tiġi kkalkulata fuq ċaqliqa preunta ta' ± 25 % fil-volatitilà impliċita, fejn il-volatilità impliċita għandha tinftiehem bil-mod deskritt fl-Artikolu 4(2);

(b) 

Għal kull opzjoni individwali li il-valur vega li jirriżulta mill-pass f'punt (a) għandu jiġi mmultiplikat biċ-ċaqliqa preżunta tal-volatilità impliċita li tirriżulta mill-pass f'punt (b);

(c) 

għal kull tip distint sottostanti, mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3), il-valuri li jirriżultaw mill-pass f'punt (c) għandhom jiġu magħduda.

(d) 

is-somma tal-valuri assoluti li jirriżultaw mill-pass f'punt (d) għandha tipprovdi r-rekwiżit ta' fondi proprji totali għar-riskju vega.

Artikolu 7

Il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-approċċ abbażi tax-xenarji

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw approċċ abbażi tax-xenarji fejn dawn jissodisfaw r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

huma jkollhom unità stabbilita ta' kontroll ta' riskju li timmonitorja r-riskju tal-portafoll tal-opzjonijiet tal-istituzzjonijiet u tirrapporta r-riżultati lill-maniġment;

(b) 

huma jkunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti b'ambitu predefinit ta' skoperturi li jkunu koperti b'dan l-approċċ b'mod konsistenti matul iż-żmien;

(c) 

dawn jintegraw ir-riżultati tal-approċċ abbażi tax-xenarji fir-rappurtar intern lill-maniġment tal-istituzzjoni.

►C1  Għall-finijiet tal-punt (b), ◄ l-istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l-pożizzjonijiet preċiżi li huma suġġetti għall-approċċ abbażi tax-xenarji, inkluż it-tip ta' prodott jew id-desk identifikat u l-portafoll, l-approċċ partikolari tal-ġestjoni tar-riskju li japplika għal pożizzjonijiet bħal dawn, l-applikazzjoni dedikata tal-IT li tapplika għal pożizzjonijiet bħal dawn, u ġustifikazzjoni għal l-allokazzjoni ta' dawk il-pożizzjonijiet għall-approċċ abbażi tax-xenarji, fir-rigward ta' dawk il-pożizzjonijiet allokati għal approċċi oħra.

Artikolu 8

Definizzjoni tal-matriċi tax-xenarji skont l-approċċ abbażi tax-xenarji

1.  Għal kull tip sottostanti distint, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), istituzzjoni għandha tiddefinixxi matriċi tax-xenarji li fih sett ta' xenarji.

2.  L-ewwel dimensjoni tal-matriċi tax-xenarji għandha tkun it-tibdiliet fil-prezzijiet tat-titolu sottostanti 'il fuq jew 'l isfel mill-valur attwali tiegħu. Din il-firxa ta' tibdiliet għandha tikkonsisti f'dan li ġej:

(a) 

għall-opzjonijiet jew ċertifikati tar-rati tal-imgħax, b'żieda/tnaqqis preżunti tat-tidiliet fir-rati tal-imgħax stipulati fil-kolonna 5 tat-tabella 2 tal-Artikolu 339 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

għal opzjonijiet jew ċertifikati fuq l-ekwità jew indiċi ta' ekwità, b'żieda/tnaqqis tal-ippeżar speċifikat fl-Artikolu 343 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

Għar-rati tal-kambju u opzjonijiet tad-deheb jew ċertifikati, b'żieda/tnaqqis tal-ippear indikat fl-Artikolu 351 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fejn xieraq, b'żieda/tnaqqis tal-ippeżar indikat fl-Artikolu 354 tar-Regolament (UE) NNru 575/2013;

(d) 

għal opzjonijiet ta' komoditajiet (ċertifikati), b'żieda/tnaqqis tal-ippeżar indikat fil-punt (a) tal-Artikolu 360(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.  Ix-xenarji tal-bidla fil-prezz tat-titolu sottostanti għandhom ikunu definiti minn grilja ta' mill-inqas seba' punti li tinkludi l-osservazzjoni attwali u taqsam il-firxa indikata fil-paragrafu 2 f'intervalli spazjati b'mod ugwali.

4.  It-tieni dimensjoni tax-xenarji tal-matriċi għandha tkun definita permezz ta' bidliet fil-volatilità. Il-firxa tal-bidliet fil-volatitilà għandha tkun bejn ± 25 % tal-volatilità impliċita, fejn il-volatilità impliċita għandha tinftiehem kif imsemmi fl-Artikolu 4(2). Dik il-firxa għandha tinqasam fi grilja ta' mill-inqas tliet punti li jinkludu bidla ta' 0 % u fejn il-firxa tkun maqsuma f'intervalli spazjati b'mod ugwali.

5.  Il-matriċi tax-xenarji huma determinati permezz tal-kombinazzjonijiet kollha possibbli tal-punti, kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4. Kull kombinazzjoni għandha tikkostitwixxi xenarju uniku.

Artikolu 9

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-approċċ abbażi tax-xenarji

Skont l-approċċ abbażi tax-xenarji, ir-rekwiżit ta' fondi proprji fuq riskju non-delta ta' opzjonijiet jew ċertifikati għandu jiġi kkalkulat permezz ta' proċess li jikkonsisti fis-sekwenza ta' passi li ġejjin:

(a) 

Għal kull opzjoni jew ċertifikat individwali, ix-xenarji kollha msemmija fl-Artikolu 8 għandhom ikunu applikati sabiex jiġu kkalkulati qligħ jew telf netti simulati li jikkorrispondu għal kull xenarju. Dik is-simulazzjoni għandha ssir bl-użu ta' metodi ta' rivalutazzjoni sħiħa, billi jiġu ssimulati l-bidliet fil-prezz bl-użu ta' mudelli ta' prezzijiet mingħajr ma tistrieħ fuq approssimazzjonijiet lokali ta' dawk il-mudelli;

(b) 

għal kull tip distint sottostanti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), il-valuri miksuba bħala riżultat ta-kalkolu f'punt (a) u li jirreferu għal xenarji individwali għandhom jiġu aggregati;

(c) 

għal kull tip distint sottostanti kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), “sitwazzjoni rilevanti” għandha tiġi kkalkulata bħala x-xenarju li għalihom il-valuri iddeterminati fil-pass (b) jirriżultaw fl-akbar telf, jew l-anqas qligħ jekk ma jkunx hemm telf;

(d) 

għal kull tip distint sottostanti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għandhom jiġu kkalkolati b' konformità mal-formula deskritta fl-Anness II;

(e) 

ir-rekwiżit totali ta' fondi proprji fil-każ tar-riskju non-delta ta' opzjonijiet jew ċertifikati għandu jkun is-somma tar-rekwiżiti tal-fondi proprji miksuba mill-kalkolu kif imsemmi fil-pass (d) għat-tipi kollha sottostanti distinti kif imsemmi fl-Artikolu 5(3).

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal- Artikolu 5(2)

Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 5(2):

▼C1

Impatt Gamma =
image × Gamma × VU2

▼B

fejn VU:

(a) 

għal opzjonijiet jew warrants fuq rati ta' interess jew bonds huwa indaqs għall-bidla preżunta fir-rendita indikata fil-kolonna 5 tat-Tabella 2 tal-Artikolu 339 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

għal opzjonijiet jew warrants u indiċijiet ta' ekwità il-valur tas-suq tas-sottostanti mmultiplikat bil-ponderazzjoni indikata fl-Artikolu 343 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

għal opzjonijiet jew warrants f'munita barranija u deheb huwa ekwivalenti għall-valur tas-suq tas-sottostanti, kkalkulat fil-munita tar-rappurtar u mmultiplikat bl-ippeżar indikat fl-Artikolu 351 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew — jekk xieraq — il-ponderazzjoni indikata fl-Artikolu 354 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) 

għal opzjonijiet jew warrants ta' kommoditajiet huwa ekwitivalenti għall-vaur tas-suq tas-sottostanti mmultiplikat bil-ponderazzjoni indikata fil-punt (a) tal-Artikolu 360.1 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.




ANNESS II

Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 9(d)

Il-formula li għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 9(d)

Ir-rekwiżit ta' fondi proprji = – min (0,PC-DE)

fejn

(a) 

PC (“Price Change” — bidla fil-press) hija s-somma ta' bidliet fil-prezz tal-opzjonijiet bl-istess tip sottostanti distint mifhum bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3) (sinjal negattiv (-) għat-telf u sinjal pożittiv (+) għall-qligħ) u li tikkorrispondi għax- ►C1  xenarju rilevanti determinat fil-pass (c) tal-Artikolu 9; ◄

(b) 

DE tfisser “delta effect” u huwa kkalkulat kif ġej:

DE = ADEV × PPCU

fejn

(i) 

ADEV (“aggregated delta equivalent value”) hija s-somma tad-deltas negattivi jew pożittivi, immultiplikata bil-valur tas-suq tas-sottostanti tal-kuntratt, tal-opzjonijiet li għandhom l-istess tip sottostanti distint mifhuma bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3);

(ii) 

PPCU (“percentage price change of the underlying”) hija l-bidla perċentwali fil-prezz tas-sottostanti mifhuma bil-mod deskritt fl-Artikolu 5(3), li jikkorrispondi għax- ►C1  xenarju rilevanti determinat fil-pass (c) tal-Artikolu 9. ◄

Top