Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0522-20171112

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 tal- 11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/522/2017-11-12

02014R0522 — MT — 12.11.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 522/2014

tal-11 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

(ĠU L 148 20.5.2014, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2056 tat-22 ta' Awwissu 2017

  L 294

26

11.11.2017




▼B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 522/2014

tal-11 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali



Artikolu 1

Il-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi

1.  Il-Kummissjoni tinnomina entità jew korp waħda/wieħed jew aktar li jkollha f'idejha/jkollu f'idejh il-kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit għal azzjonijiet innovattivi fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-entità inkarigata”).

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-entità inkarigata jkollha esperjenza ppruvata fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni f'diversi Stati Membri.

2.  Il-Kummissjoni tikkonkludi ftehim ta' delega mal-entità inkarigata skont l-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u dak il-ftehim ta' delega jkun fih minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 ( 1 ) dispożizzjonijiet li jirregolaw:

(a) gwida għall-applikanti u l-benefiċjarji;

(b) programm annwali ta' ħidma għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni;

(c) l-organizzazzjoni ta' sejħiet biex jintgħażlu l-azzjonijiet innovattivi;

(d) il-valutazzjoni tal-eliġibilità tal-applikanti;

(e) it-twaqqif ta' bord ta' esperti, bi ftehim mal-Kummissjoni, biex jevalwa u jikklassifika l-proposti;

(f) l-għażla ta' azzjonijiet innovattivi fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-bord ta' esperti, bi qbil mal-Kummissjoni;

(g) ir-rekwiżit li l-benefiċjarju huwa provdut b'dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ, kif speċifikat mill-Kummissjoni;

(h) l-eżami ta' rapporti sottomessi mill-benefiċjarji u l-pagamenti lill-benefiċjarji;

(i) il-monitoraġġ ta' azzjonijiet innovattivi individwali;

(j) l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' komunikazzjoni;

(k) it-tixrid tar-riżultati, bi ftehim mal-Kummissjoni;

(l) il-verifika ta' azzjonijiet innovattivi individwali biex jiżguraw li dawn jimplimentaw l-għotja skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda;

(m) kontribuzzjoni finanzjarja b'appoġġ tal-kompiti ta' ġestjoni tal-entità inkarigata biex tingħata fil-forma ta' kontribuzzjoni ta' rata fissa għall-kostijiet operazzjonali tal-entità inkarigata u stabbilita fuq il-bażi tal-ammont ta' fondi tal-Unjoni għall-appoġġ ta' għotja fdata lil dik l-entità.

3.  L-entità inkarigata tipprovdi lill-Kummissjoni bid-dokumenti f'konformità mal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u b'kull informazzjoni neċessarja li hija meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet innovattivi.

Artikolu 2

Għażla ta' azzjonijiet innovattivi

1.  L-entità inkarigata tagħżel azzjonijiet innovattivi fuq il-bażi ta' sejħiet għal proposti, filwaqt li jitqiesu temi definiti mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi annwali.

2.  L-awtoritajiet li ġejjin jistgħu japplikaw għal appoġġ biex jieħdu azzjonijiet innovattivi:

(a) kull awtorità urbana ta' unità amministrattiva lokali definita skont il-grad ta' urbanizzazzjoni bħala belt, villaġġ, jew subborg, u li jkun fiha mill-inqas 50 000 abitant;

(b) kull assoċjazzjoni jew gruppi ta' awtoritajiet urbani tal-unitajiet amministrattivi lokali definiti skont il-grad ta' urbanizzazzjoni bħala belt, villaġġ jew subborg fejn il-popolazzjoni totali tilħaq mill-inqas il-50 000 abitant; dan jista' jinkludi assoċjazzjonijiet jew gruppi transfruntiera, assoċjazzjonijiet jew gruppi f'reġjuni u/jew fi Stati Membri differenti.

3.  Il-bord ta' esperti msemmi fl-Artikolu 1(2)(e) jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet innovattivi li jridu jintgħażlu. Il-bord ta' esperti jkun ġeografikament ibbilanċjat u ppresedut mill-Kummissjoni. Meta jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, il-bord ta' esperti jqis, b'mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:

(a) il-kontenut innovattiv tal-proposta u l-potenzjal tagħha biex tidentifika jew tittestja soluzzjonijiet ġodda;

(b) il-kwalità tal-proposta;

(c) l-involviment ta' msieħba rilevanti fit-tħejjija tal-proposta;

(d) il-kapaċità li jintwerew riżultati li jistgħu jitkejlu;

(e) it-trasferibbiltà tas-soluzzjonijiet proposti.

Il-bord ta' esperti jiżgura li d-diversità territorjali taż-żoni urbani tal-Unjoni tiġi kkunsidrata fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

4.  L-entità inkarigata tagħżel l-azzjonijiet innovattivi fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-bord ta' esperti u bi qbil mal-Kummissjoni.

5.  L-ammont mogħti lil kull azzjoni innovattiva ma għandux jaqbeż il-EUR 5 000 000 .

▼M1

6.  Kull azzjoni innovattiva għandha tiġi implimentata fi żmien perjodu massimu ta' erba' snin.

▼B

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

Top