This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014R0516-20220412
Regulation (EU) No 516/2014 of the European Parliament and of the Council of 16 April 2014 establishing the Asylum, Migration and Integration Fund, amending Council Decision 2008/381/EC and repealing Decisions No 573/2007/EC and No 575/2007/EC of the European Parliament and of the Council and Council Decision 2007/435/EC
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE
Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE
02014R0516 — MT — 12.04.2022 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 516/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ April 2014 (ĠU L 150 20.5.2014, p. 168) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2018/2000 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Diċembru 2018 |
L 328 |
78 |
21.12.2018 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/445 tal-15 ta’ Ottubru 2019 |
L 94 |
1 |
27.3.2020 |
|
REGOLAMENT (UE) 2022/585 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ April 2022 |
L 112 |
1 |
11.4.2022 |
REGOLAMENT (UE) Nru 516/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ April 2014
li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistipula:
l-objettivi tal-appoġġ finanzjarju u l-azzjonijiet eliġibbli;
il-qafas ġenerali għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet eliġibbli;
ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u d-distribuzzjoni tagħhom;
il-prinċipji u l-mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ prijoritajiet komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni;
l-assistenza finanzjarja prevista għall-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“risistemazzjoni” tfisser il-proċess li bih, fuq talba mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (“UNHCR”) ibbażata fuq il-ħtieġa ta’ persuna għal protezzjoni internazzjonali, ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu trasferiti minn pajjiż terz u stabbiliti fi Stat Membru fejn ikollhom permess jirrisjedu b’wieħed mill-istatus li ġejjin:
“status ta’ refuġjat” fis-sens tal-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE;
“status ta’ protezzjoni sussidjarja” fis-sens tal-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE, jew
kwalunkwe status oħra li joffri drittijiet u benefiċċji simili skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni bħal dawk l-istatus imsemmijin fil-punti (i) u (ii);
“programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja” tfisser proċess ad hoc li bih Stat Membru jdaħħal għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal soġġorn fit-territorju tiegħu għal perijodu ta’ żmien temporanju sabiex jipproteġihom minn kriżijiet umanitarji urġenti dovuti għal avvenimenti bħal żviluppi jew konflitti politiċi;
“protezzjoni internazzjonali” tfisser status ta’ refuġjat u status ta’ protezzjoni sussidjarja fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE;
“ritorn” tfisser il-proċess ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jmur lura, kemm jekk b’osservanza volontarja ta’ obbligu ta’ ritorn jew b’mod furzat, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;
“ċittadini ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) TFUE. Ir-referenza għal ċittadini ta’ pajjiż terz għandha tinftiehem li tinkludi persuni apolidi u persuni b’nazzjonalità mhux iddeterminata;
“tneħħija” tfisser l-infurzar tal-obbligu ta’ ritorn, jiġifieri t-trasportazzjoni fiżika ‘barra mill-Istat Membru, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;
“tluq volontarju” tfisser osservanza tal-obbligu ta’ ritorn fil-limitu ta’ żmien iffissat għal dak l-għan fid-deċiżjoni ta’ ritorn, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;
“minorenni mhux akkumpanjat” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz taħt l-età ta’ 18-il sena, li jasal jew wasal fit-territorju ta’ Stat Membru mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għalih kemm bil-liġi jew bil-prattika nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, u sakemm huwa ma jittiħidx effettivament taħt il-kura ta’ tali persuna; dan jinkludi minorenni li jitħalla mhux akkumpanjat wara li huwa daħal fit-territorju ta’ Stat Membru;
“persuna vulnerabbli” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jikkonforma mad-definizzjoni taħt il-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġata taħt il-Fond;
“membru tal-familja” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jikkonforma maddefinizzjoni taħt il-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġata taħt il-Fond;
“sitwazzjoni ta’ emerġenza” tfisser sitwazzjoni li tirriżulta minn:
pressjoni migratorja qawwija fi Stat Membru wieħed jew aktar ikkaratterizzata minn influss kbir u sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li tpoġġi piżijiet sinifikanti u urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni tagħhom kif ukoll is-sistemi u l-proċeduri tal-asil tagħhom,
l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni temporanji fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE, jew
pressjoni migratorja qawwija f’pajjiżi terzi fejn jinqabdu refuġjati minħabba ġrajjiet bħalma huma żviluppi politiċi jew konflitti.
Artikolu 3
Għanijiet
Fi ħdan l-objettiv ġenerali tiegħu, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi komuni li ġejjin:
it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha;
l-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f’konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, bħalma huma l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, filwaqt li tiġi salvagwardata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri, u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;
it-titjib ta’ strateġiji ta’ ritorn ġusti u effettivi fl-Istati Membri, li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, b’enfasi fuq is-sostenibbiltà tar-ritorn u r-riammissjoni effettiva fil-pajjiżi tal-oriġini u ta’ transitu;
it-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-asil, inkluż permezz tal-kooperazzjoni prattika.
Il-kisba ta’ objettivi speċifiċi ta’ dan il-Fond għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) No 514/2014 bl-użu ta’ indikaturi komuni kif jinsabu fl-Anness IV għal dan ir-Regolament u indikaturi speċifiċi għall-programm inklużi fil-programmi nazzjonali.
Artikolu 4
Sħubija
Għall-finijiet tal-Fond, is-sħubija msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 għandha tinkludi organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u msieħba soċjali rilevanti.
KAPITOLU II
SISTEMA EWROPEA KOMUNI TAL-ASIL
Artikolu 5
Sistemi tal-akkoljenza u l-asil
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/.2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali stipulati fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jiffokaw fuq waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi:
dawk li jgawdu minn status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE;
dawk li applikaw għal waħda minn dawk iż-żewġ forom ta’ protezzjoni internazzjonali msemmijin fil-punt (a) u għadhom ma rċevewx deċiżjoni finali;
dawk li jgawdu minn protezzjoni temporanja fit-tifsira tad-Direttiva 2001/55/KE;
dawk li qed jiġu jew ġew risistemati fi Stat Membru jew trasferiti minnu.
Fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-akkoljenza u l-proċeduri tal-asil, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin li jiffokaw fuq il-kategoriji ta’ persuni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu:
provvista ta’ għajnuna materjali, inkluża assistenza fil-fruntiera, edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta’ appoġġ, saħħa u kura psikoloġika;
il-provvista ta’ servizzi ta’ appoġġ bħal traduzzjoni u interpretazzjoni, edukazzjoni, taħriġ, inkluż taħriġ lingwistiku, u inizjattivi oħra li huma konsistenti mal-istatus tal-persuna kkonċernata;
l-istabbiliment u t-titjib ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u taħriġ għal persunal u awtoritajiet rilevanti biex jiġi żgurat aċċess effettiv u faċli għal proċeduri ta’ asil għal dawk li jfittxu l-asil u proċeduri effiċjenti u ta’ kwalità għolja ta’ asil, b’mod partikolari, fejn meħtieġ, biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-acquis tal-Unjoni dwar l-asil;
il-provvista ta’ assistenza soċjali, informazzjoni jew għajnuna rigward formalitajiet amministrattivi u/jew ġudizzjarji u informazzjoni jew pariri dwar l-eżiti possibbli tal-proċedura tal-asil, inkluż dwar aspetti bħal proċeduri tar-ritorn;
il-provvista ta’ assistenza u rappreżentanza legali;
l-identifikazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli u assistenza speċifika għal persuni vulnerabbli, b’mod partikolari f’konformità mal-punti (a) sa (e);
l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-titjib ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni.
Fejn jitqies adatt u fejn il-programm nazzjonali ta’ Stat Membru jipprevedihom, il-Fond jista’ jappoġġa wkoll miżuri relatati mal-integrazzjoni, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 9(1) rigward l-akkoljenza tal-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2), u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-infrastruttura tal-akkomodazzjoni u s-sistemi tal-akkoljenza, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin:
it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastrutturi u s-servizzi ta’ akkomodazzjoni eżistenti;
it-tisħiħ u t-titjib tal-istrutturi u s-sistemi amministrattivi;
informazzjoni għal komunitajiet lokali;
it-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet, inklużi l-awtoritajiet lokali li ser jinteraġixxu mal-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 fil-kuntest tal-akkoljenza tagħhom;
l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-iżvilupp ta’ infrastruttura u servizzi ġodda tal-akkomodazzjoni kif ukoll strutturi u sistemi amministrattivi, b’mod partikolari, fejn meħtieġ, biex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet strutturali tal-Istati Membri.
Fi ħdan l-objettivi speċifiċi stipulati fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2), u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19, il-Fond għandu jappoġġa wkoll azzjonijiet simili għal dawk elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn tali azzjonijiet ikunu b’rabta ma’ persuni b’soġġorn temporanju:
Artikolu 6
Kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki u l-proċeduri tagħhom tal-asil
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward ta’ azzjonijiet relatati mat-titjib tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki u l-proċeduri ta’ asil tagħhom, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin:
azzjonijiet li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri - inkluż fir-rigward tal-mekkaniżmu għal twissija bikrija, l-istat ta’ tħejjija u l-immaniġġar ta’ kriżijiet stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )- li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu data u statistika kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-proċeduri ta’ asil, il-kapaċitajiet tal-akkoljenza, ir-risistemazzjoni u t-trasferiment ta’ applikanti għal u/jew benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru wieħed għal ieħor;
azzjonijiet li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu informazzjoni li tirrigwarda l-pajjiż tal-oriġini;
azzjonijiet li jikkontribwixxu direttament għall-evalwazzjoni tal-politiki dwar l-asil, bħall-valutazzjonijiet nazzjonali tal-impatt, stħarriġ fost il-gruppi fil-mira u l-partijiet interessati l-oħra rilevanti, u għall-iżvilupp ta’ indikaturi u valutazzjonijiet komparattivi.
Artikolu 7
Risistemazzjoni, trasferiment ta’ applikanti għal, u/jew benefiċjarji ta’, protezzjoni internazzjonali u ammissjonijiet umanitarji oħra ad hoc
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu dwar il-politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin relatati mar-risistemazzjoni ta’ kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jiġi risistemat jew li ġie risistemat fi Stat Membru, u programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja:
l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ programmi nazzjonali ta’ risistemazzjoni u strateġiji u programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja, inkluż analiżi tal-ħtiġijiet, it-titjib ta’ indikaturi u evalwazzjoni;
l-istabbiliment ta’ infrastruttura u servizzi adatti biex tkun żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u effettiva ta’ azzjonijiet ta’ risistemazzjoni u ta’ azzjonijiet rigward programmi oħra ta’ ammissjoni umanitarja, inkluż assistenza lingwistika;
it-twaqqif ta’ strutturi, sistemi u taħriġ tal-persunal biex jitmexxew missjonijiet f’pajjiżi terzi u/jew Stati Membri oħra, biex jitwettqu intervisti, skrutinju mediku u ta’ sigurtà;
il-valutazzjoni tal-każijiet potenzjali ta’ risistemazzjoni u/jew każijiet ta’ ammissjoni umanitarja oħra mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħat-tmexxija ta’ missjonijiet fil-pajjiż terz, l-intervisti u l-iskrutinju mediku u ta’ sigurtà;
il-valutazzjoni tas-saħħa u t-trattament mediku ta’ qabel it-tluq, il-provvisti materjali ta’ qabel it-tluq, l-informazzjoni u l-miżuri ta’ integrazzjoni ta’ qabel it-tluq u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar, inkluż il-provvista ta’ servizzi ta’ skorta medika;
l-informazzjoni u l-assistenza mal-wasla jew ftit wara, inkluż servizzi ta’ interpretazzjoni;
l-azzjonijiet għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja għal persuni li qed jiġu risistemati fi Stat Membru;
it-tisħiħ tal-infrastruttura u s-servizzi rilevanti għall-migrazzjoni u l-asil fil-pajjiżi maħtura għall-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali
il-ħolqien ta’ kondizzjonijiet li jwasslu għall-integrazzjoni, l-awtonomija u l-awtodipendenza ta’ refuġjati risistemati fuq bażi fit-tul.
KAPITOLU III
INTEGRAZZJONI TA’ ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI U MIGRAZZJONI LEGALI
Artikolu 8
Miżuri ta’ immigrazzjoni u ta’ qabel it-tluq
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li qed isiru f’pajjiż terz li jiffokaw fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li jikkonformaw mal-miżuri speċifiċi ta’ qabel it-tluq u/jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni fejn dan ikun japplika, inkluż dawk marbuta mal-kapaċità ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ Stat Membru. F’dan il-kuntest, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin:
pakketti ta’ informazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u promozzjoni tad-djalogu interkulturali, inkluż permezz ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u websajts li huma faċli biex jintużaw;
il-valutazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki kif ukoll titjib tat-trasparenza u l-kompatibbiltà tal-ħiliet u l-kwalifiki f’pajjiż terz ma’ dawk ta’ Stat Membru;
taħriġ li jtejjeb l-impjegabbiltà fi Stat Membru;
korsijiet komprensivi ta’ orjentazzjoni ċivika u tagħlim lingwistiku.
assistenza fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet għal riunifikazzjoni ta’ familja fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE ( 2 ).
Artikolu 9
Miżuri ta’ integrazzjoni
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jitwettqu fil-qafas ta’ strateġiji konsistenti, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtiġijiet ta’ integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fil-livell lokali u/jew reġjonali. F’dan il-kuntest, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin li jiffokaw fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jirrisjedu legalment fi Stat Membru jew, fejn ikun xieraq, li huma fil-proċess li jiksbu residenza legali fi Stat Membru:
it-twaqqif u l-iżvilupp ta’ tali strateġiji ta’ integrazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ atturi lokali jew reġjonali, fejn adatt, inkluż l-analiżi tal-ħtiġijiet, it-titjib tal-indikaturi dwar l-integrazzjoni, u l-evalwazzjoni, inklużi valutazzjonijiet parteċipatorji, bil-għan li jiġu identifikati l-aħjar prattiki;
il-provvista ta’ pariri u assistenza f’oqsma bħall-akkomodazzjoni fi djar, mezzi ta’ sussistenza, gwida amministrattiva u legali, saħħa medika, psikoloġika u kura soċjali, tħaris tat-tfal u riunifikazzjoni tal-familja;
azzjonijiet ta’ introduzzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u azzjonijiet li jippermettulhom li jadattaw għaliha, biex jinfurmawhom dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, biex jipparteċipaw fil-ħajja ċivili u kulturali u biex jaqsmu l-valuri minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
miżuri li jiffokaw fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż taħriġ fil-lingwa u azzjonijiet ta’ tħejjija li jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol;
azzjonijiet imfassla biex jippromwovu l-awtonomija personali u li jippermettu li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jipprovdu għalihom infushom;
azzjonijiet li jippromwovu kuntatt sinifikattiv u djalogu kostruttiv bejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u s-soċjetà riċeventi u azzjonijiet biex jippromwovu l-aċċettazzjoni mis-soċjetà riċeventi, inkluż permezz tal-involviment tal-mezzi tal-informazzjoni;
azzjonijiet li jippromwovu kemm l-ugwaljanza tal-aċċess kif ukoll l-ugwaljanza tar-riżultati fir-rigward tat-trattamenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma’ servizzi pubbliċi u privati, inkluż l-adattament ta’ dawn is-servizzi biex jittrattaw ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;
il-bini tal-kapaċità ta’ benefiċjarji, kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, inkluż permezz ta’ skambji ta’ esperjenza u tal-aħjar prattiki, u n-netwerking.
Artikolu 10
Miżuri prattiċi ta’ kooperazzjoni u ta’ bini tal-kapaċità
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jiffokaw fuq waħda jew aktar minn dan li ġej:
l-iżvilupp ta’ strateġiji li jippromwovu l-migrazzjoni legali bil-għan li jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri flessibbli tal-ammissjoni;
l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn pajjiżi terzi u l-aġenziji tar-reklutaġġ, is-servizzi tal-impjiegi u s-servizzi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri, kif ukoll l-appoġġ għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom tal-liġi tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni, proċessi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u konsulenza esperta jew skambji ta’ informazzjoni dwar approċċi li jimmiraw għal nazzjonalitajiet jew kategoriji speċifiċi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol;
it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw l-istrateġiji, politiki u miżuri tal-immigrazzjoni tagħhom fil-livelli differenti u d-dipartimenti tal-amministrazzjonijiet, partikolarment it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu data dettaljata u sistematika u statistika dwar il-proċeduri u l-flussi migratorji u permessi ta’ residenza, u l-iżvilupp ta’ għodda ta’ monitoraġġ, skemi ta’ evalwazzjoni, indikaturi u valutazzjoni komparattiva għall-kejl tal-kisba ta’ dawk l-istrateġiji;
it-taħriġ tal-benefiċjarji kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u tal-persunal li jipprovdu servizzi pubbliċi u privati, inkluż istituzzjonijiet edukattivi, promozzjoni tal-iskambju tal-esperjenzi u tal-aħjar prattiki, kooperazzjoni, netwerking, u kapaċitajiet interkulturali, kif ukoll titjib tal-kwalità tas-servizzi pprovduti;
il-bini ta’ strutturi organizzattivi sostenibbli għall-ġestjoni tal-integrazzjoni u d-diversità, b’mod partikolari permezz ta’ kooperazzjoni bejn partijiet interessati differenti li tippermetti li uffiċjali f’diversi livelli ta’ amministrazzjonijiet nazzjonali jiksbu informazzjoni malajr dwar l-esperjenzi u l-aħjar prattiki fi bnadi oħra u, fejn ikun possibbli, jiġbru r-riżorsi bejn l-awtoritajiet rilevanti kif ukoll bejn korpi governattivi u mhux governattivi biex jipprovdu servizzi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’mod aktar effettiv, fost oħrajn permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz (ċentri kkoordinati ta’ appoġġ għall-integrazzjoni);
il-kontribuzzjoni għal proċess dinamiku fuq żewġ binarji ta’ interazzjoni reċiproka, li jservi ta’ bażi għal strateġiji ta’ integrazzjoni f’livell lokali u reġjonali bl-iżvilupp ta’ pjattaformi għall-konsultazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-partijiet interessati u l-pjattaformi ta’ djalogu interkulturali u reliġjuż bejn komunitajiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, bejn dawk il-komunitajiet u s-soċjetà riċeventi u/jew bejn dawk il-komunitajiet u l-awtoritajiet li joħolqu l-politika u li jieħdu d-deċiżjonijiet;
azzjonijiet biex jippromwovu u jsaħħu l-kooperazzjoni prattika bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, li jiffokaw fuq, inter alia, skambji tal-aħjar prattiki u strateġiji, u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti, inkluż bil-ħsieb tas-salvagwardja tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri.
KAPITOLU IV
RITORN
Artikolu 11
Miżuri li jakkumpanjaw il-proċeduri ta’ ritorn
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514 2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-miżuri li jakkumpanjaw il-proċeduri tar-ritorn, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jiffokaw fuq waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi:
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għadhom ma rċevewx deċiżjoni negattiva finali dwar it-talba tagħhom għal soġġorn, ir-residenza legali tagħhom u/jew protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru, u li jistgħu jagħżlu li jagħmlu użu mir-ritorn volontarju;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed igawdu mid-dritt ta’ soġġorn, residenza legali u/jew protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE jew protezzjoni temporanja fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE fi Stat Membru, u li għażlu li jużaw ir-ritorn volontarju;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu fi Stat Membru u ma jissodisfawx jew m’għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul u/jew is-soġġorn fi Stat Membru, inklużi dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-espulsjoni tagħhom ġiet posposta f’konformità mal-Artikolu 9 u l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/115/KE.
F’dan il-kuntest, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin li jiffokaw fuq il-kategoriji ta’ persuni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu:
l-introduzzjoni, l-iżvilupp u t-titjib ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni;
il-provvista ta’ assistenza soċjali, informazzjoni jew għajnuna fir-rigward ta’ formalitajiet amministrattivi u/jew ġudizzjarji u informazzjoni jew pariri;
il-provvista ta’ għajnuna legali u assistenza lingwistika;
assistenza speċifika għal persuni vulnerabbli;
l-introduzzjoni u t-titjib tas-sistemi indipendenti u effikaċi tal-kontroll tar-ritorn furzat, kif previst fl-Artikolu 8(6), tad-Direttiva 2008/115/KE;
l-istabbiliment, il-manutenzjoni u t-titjib ta’ infrastrutturi, servizzi u kondizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni, akkoljenza jew detenzjoni, servizzi u kondizzjonijiet;
it-twaqqif ta’ strutturi u sistemi amministrattivi, inkluż għodod tal-informatika;
it-taħriġ ta’ persunal biex jiżgura proċeduri ta’ ritorn bla xkiel u effettivi, li jinkludi l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 12
Miżuri ta’ ritorn
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-miżuri tar-ritorn, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jiffokaw fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament. F’dan il-kuntest, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin:
miżuri meħtieġa għat-tħejjija tal-operazzjonijiet tar-ritorn, bħal dawk li jwasslu għall-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għall-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u għat-tiftix tal-familji;
il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet konsulari u s-servizzi tal-immigrazzjoni ta’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li jinkisbu d-dokumenti l-ivvjaġġar, tkun iffaċilitata r-rimpatrijazzjoni u għall-iżgurar tar-riammissjoni;
miżuri għar-ritorn volontarju assistit, inkluż assistenza u eżamijiet mediċi, arranġamenti għall-ivvjaġġar, kontribuzzjonijiet finanzjarji u pariri u assistenza ta’ qabel u ta’ wara r-ritorn;
operazzjonijiet ta’ espulsjoni, inklużi miżuri relatati, f’konformità mal-istandards stipulati fid-dritt tal-UE, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir koersiv;
miżuri biex jinbeda l-progress ta’ riintegrazzjoni għall-iżvilupp personali tar-ripatrijat, bħal inċentivi ta’ flus, taħriġ, assistenza għal allokazzjoni u impjieg u appoġġ tal-bidu għal attivitajiet ekonomiċi;
faċilitajiet u servizzi f’pajjiżi terzi li jiżguraw akkomodazzjoni temporanja u akkoljenza xierqa mal-wasla;
assistenza speċifika għal persuni vulnerabbli.
Artikolu 13
Miżuri prattiċi ta’ kooperazzjoni u ta’ bini tal-kapaċità
Fi ħdan l-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, u f’konformità mal-objettivi tal-programmi nazzjonali definiti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-miżuri ta’ kooperazzjoni prattika u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet, il-Fond għandu jappoġġa, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li ġejjin:
azzjonijiet biex jippromwovu, jiżviluppaw u jsaħħu l-kooperazzjoni operazzjonali u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-servizzi tar-ritorn u l-awtoritajiet l-oħra tal-Istati Membri involuti fir-ritorn, inkluż fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet konsulari u s-servizzi tal-immigrazzjoni ta’ pajjiżi terzi u operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn;
azzjonijiet għall-appoġġ tal-kooperazzjoni bejn pajjiżi terzi u s-servizzi ta’ ritorn tal-Istati Membri, inklużi miżuri li jimmiraw għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ pajjiżi terzi li jwettqu dawn l-attivitajiet ta’ riammissjoni u riintegrazzjoni, partikolarment fil-qafas ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni;
azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità biex ikunu żviluppati politiki effettivi u sostenibbli ta’ ritorn, b’mod partikolari bl-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiżi ta’ ritorn, l-aħjar prattiki, il-kondiviżjoni ta’ esperjenzi u l-ġbir flimkien ta’ riżorsi bejn l-Istati Membri;
azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ data dettaljata u sistematika u statistika dwar proċeduri u miżuri ta’ ritorn, kapaċitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni, ritorni furzati u volontarji, il-monitoraġġ u r-riintegrazzjoni;
azzjonijiet li jikkontribwixxu direttament għall-evalwazzjoni ta’ politiki dwar ir-ritorn, bħal valutazzjonijiet nazzjonali tal-impatt, stħarriġ fost il-gruppi fil-mira, l-iżvilupp ta’ indikaturi u ta’ valutazzjonijiet komparattivi;
miżuri u kampanji ta’ informazzjoni f’pajjiżi terzi mmirati biex iqajmu kuxjenza dwar il-mezzi legali adatti għall-immigrazzjoni u r-riskji tal-immigrazzjoni illegali.
KAPITOLI V
QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 14
Riżorsi globali u implimentazzjoni
Ir-riżorsi globali għandhom jiġu implimentati bil-mezzi li ġejjin:
programmi nazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 19;
azzjonijiet tal-Unjoni, skont l-Artikolu 20;
assistenza ta’ emerġenza, skont l-Artikolu 21;
in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, skont l-Artikolu 22;
assistenza teknika, skont l-Artikolu 23.
Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-pakkett finanzjarju ta’ referenza primarja għandu jintuża b’mod indikattiv kif ġej:
EUR 2 752 miljun għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri;
EUR 385 miljun għal azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta’ emerġenza, in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u assistenza teknika tal-Kummissjoni li minnhom tal-anqas 30 % għandhom jintużaw għal azzjonijiet tal-Unjoni u n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.
Artikolu 15
Riżorsi għal azzjonijiet eliġibbli fl-Istati Membri
L-ammont ta’ EUR 2 752 miljun għandu jiġi allokat lill-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:
EUR 2 392 miljun għandhom jiġu allokati kif indikat fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jallokaw tal-anqas 20 % minn dawk ir-riżorsi għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) u tal-anqas 20 % għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2). L-Istati Membri jistgħu jiddevjaw minn dawk il-perċentwali minimi biss fejn tiġi inkluża spjegazzjoni dettaljata fil-programm nazzjonali għalfejn l-allokazzjoni tar-riżorsi taħt dan il-livell ma tipperikolax il-kisba ta’ dan l-objettiv. Fir-rigward tal-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2), dawk l-Istati Membri li jiltaqgħu ma’ nuqqasijiet strutturali fil-qasam tal-akkomodazzjoni, l-infrastruttura u s-servizzi ma għandhomx jaqgħu taħt il-perċentwal minimu stabbilit f’dan ir-Regolament;
EUR 360 miljun għandhom jiġu allokati abbażi tal-mekkaniżmu ta’ distribuzzjoni għal azzjonijiet speċifiċi imsemmija fl-Artikolu 16, għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni imsemmija fl-Artikolu 17 u għat-trasferiment tal-benefiċjarji minn Stat Membru għal ieħor kif imsemmija fl-Artikolu 18.
L-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jappoġġa:
l-azzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Anness II,
il-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 17 u/jew it-trasferiment ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru wieħed għal ieħor f’konformità mal-Artikolu 18.
Artikolu 16
Riżorsi għal azzjonijiet speċifiċi
Artikolu 17
Riżorsi għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni
Il-prijoritajiet tar-risistemazzjoni komuni tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kategoriji ġenerali ta’ persuni li ġejjin:
persuni minn pajjiż jew reġjun magħżula għall-implimentazzjoni ta’ Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali;
persuni minn pajjiż jew reġjun li jkun ġie identifikat mit-tbassir ta’ risistemazzjoni tal-UNHCR u fejn l-azzjoni komuni tal-Unjoni jkollha impatt sinifikanti fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni;
persuni li jappartjenu għal kategorija speċifika li taqa’ fil-kriterji ta’ risistemazzjoni tal-UNHCR.
Il-gruppi vulnerabbli ta’ persuni li ġejjin għandhom jikkwalifikaw ukoll għas-somma sħiħa prevista fil-paragrafu 2:
nisa u tfal f’riskju,
minorenni mhux akkumpanjati,
persuni bi ħtiġijiet mediċi li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ risistemazzjoni,
persuni li għandhom bżonn ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza jew risistemazzjoni urġenti għal ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali jew fiżika, inklużi vittmi ta’ vjolenza jew tortura.
Artikolu 18
Riżorsi għat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali
Fir-rigward tal-ammonti li joħorġu mill-miżuri proviżorji stabbiliti bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 ( 3 ) u (UE) 2015/1601 ( 4 ), bil-ħsieb li tissaħħaħ is-solidarjetà u f'konformità mal-Artikolu 80 TFUE, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jikkommettu jew jittrasferixxu tal-anqas 20 % ta' dawk l-ammonti għal azzjonijiet taħt il-programmi nazzjonali, għat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal risistemazzjoni jew ammissjonijiet umanitarji ad hoc oħrajn, kif ukoll għal miżuri preparatorji għat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali wara l-wasla tagħhom fl-Unjoni, inkluż bil-baħar, jew għat-trasferiment ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Tali miżuri ma għandhom jinkludu l-ebda miżura relatata mad-detenzjoni. Fejn Stat Membru jerġa' jimpenja jew jittrasferixxi riżorsi taħt dak il-perċentwal minimu, ma għandux ikun possibbli d-differenza bejn l-ammont impenjat mill-ġdid jew ittrasferit u l-perċentwal minimu tiġi ttrasferita għal azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali.
Artikolu 19
Programmi nazzjonali
Taħt il-programmi nazzjonali li għandhom jiġu eżaminati u approvati f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, l-Istati Membri għandhom, fil-limiti tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u b’kont meħud tal-eżitu tad-djalogu politiku msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, ifittxu b’mod partikolari l-kisba tal-objettivi li ġejjin:
it-tisħiħ tal-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil bl-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar l-asil u l-funzjonament tajjeb tar-Regolament (UE) Nru 604/2013. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu wkoll l-istabbiliment u l-iżvilupp tal-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni;
it-twaqqif u l-iżvilupp ta’ strateġiji tal-integrazzjoni, li jinkludu aspetti differenti tal-proċess dinamiku fuq żewġ binarji, li jiġu implimentati fil-livell nazzjonali/lokali/reġjonali fejn ikun adatt, waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-livell lokali/reġjonali, jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ migranti u jiġu żviluppati sħubiji effettivi bejn partijiet interessati rilevanti;
l-iżvilupp ta’ programm ta’ ritorn, li jinkludi komponent dwar ir-ritorn volontarju assistit u, fejn ikun adatt, dwar ir-riintegrazzjoni.
Artikolu 20
Azzjonijiet tal-Unjoni
Biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, l-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom, b’mod partikolari, jappoġġaw:
it-tkomplija tal-kooperazzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-asil, partikolarment dwar ir-risistemazzjoni u t-trasferiment ta’ applikanti għal u/jew benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor, inkluż permezz ta’ netwerking u skambju ta’ informazzjoni, dwar il-migrazzjoni legali, dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż sostenn mal-wasla u attivitajiet ta’ koordinazzjoni li jippromwovu r-risistemazzjoni mal-komunitajiet lokali li għandhom jilqgħu lir-rifuġjati risistemati, u dwar ir-ritorn;
it-twaqqif ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u proġetti pilota, inkluż proġetti innovattivi, ibbażati fuq sħubiji transnazzjonali bejn korpi li jinsabu f’żewġ Stati Membri jew aktar imfassla biex jistimolaw l-innovazzjoni, u biex jiffaċilitaw l-iskambji ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki;
studji u riċerka dwar forom ġodda possibbli ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-asil, l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u r-ritorn u l-liġi rilevanti tal-Unjoni, it-tixrid u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiki u dwar l-aspetti l-oħra kollha tal-asil, l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u l-politiki dwar ir-ritorn, inkluż il-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni;
l-iżvilupp u l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ għodod, metodi u indikaturi statistiċi komuni għall-kejl ta’ żviluppi tal-politika fil-qasam tal-asil, il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni u r-ritorn;
l-appoġġ ta’ tħejjija, monitoraġġ, amministrattiv u tekniku, u l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni, meħtieġ biex jiġu implimentati l-politiki dwar l-asil u l-immigrazzjoni;
kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi abbażi tal-Approċċ Globali tal-Unjoni dwar il-Migrazzjoni u l-Mobbiltà, b’mod partikolari fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni, Sħubiji għall-Mobilità u Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali;
miżuri u kampanji ta’ informazzjoni f’pajjiżi terzi mmirati biex iqajmu kuxjenza dwar il-mezzi legali adatti għall-immigrazzjoni u r-riskji tal-immigrazzjoni illegali.
Artikolu 21
Assistenza ta’ emerġenza
Artikolu 22
Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni
Id-Deċiżjoni 2008/381/KE hija emendata kif ġej:
il-punt (a) tal-Artikolu 4(5) jinbidel b’dan li ġej:
‘iħejji u japprova abbozz ta’ programm ta’ ħidma tal-attivitajiet, b’mod partikolari b’rigward tal-objettivi, il-prijoritajiet tematiċi u ammonti indikattivi tal-baġit għal kull Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali biex jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-EMN, abbażi ta’ abbozz mill-Presidenza;”;
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
il-paragrafi 5 sa 8 huma mħassra;
l-Artikolu 11 huwa mħassar;
l-Artikolu 12 huwa mħassar.
Artikolu 23
Assistenza teknika
Artikolu 24
Koordinazzjoni
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fejn adatt, għandhom jiżguraw li azzjonijiet fir-rigward ta’ pajjiżi terzi jittieħdu b’sinerġija u b’koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni permezz tal-istrumenti tal-Unjoni. B’mod partikolari huma għandhom jiżguraw li dawk l-azzjonijiet:
ikunu koerenti mal-politika esterna tal-UE, jirrispettaw il-prinċipju tal-Koerenza fil-Politika għall-iżvilupp u jkunu konsistenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għar-reġjun jew il-pajjiż inkwistjoni;
jiffukaw fuq miżuri mhux orjentati lejn l-iżvilupp;
jaqdu l-interessi tal-politiki interni tal-Unjoni u huma konsistenti mal-attivitajiet meħuda fl-Unjoni.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar somom sħaħ għar-risistemazzjoni u t-trasferiment ta’ ►M1 applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew ta' benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali ◄ minn Stat Membru għal ieħor
B’deroga mir-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, b’mod partikolari rigward is-somom sħaħ u r-rati fissi, is-somom sħaħ allokati lill-Istati Membri għar-risistemazzjoni u/jew it-trasferiment ta’ ►M1 applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew ta' benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali ◄ minn Stat Membru għal ieħor skont dan ir-Regolament għandhom:
ikunu eżentati mill-obbligu li jkunu bbażati fuq data statistika jew storika; u
jingħataw dment li l-persuna li fir-rigward tagħha tiġi allokata s-somma sħiħa kienet risistemata u/jew trasferita f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 26
L-Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 27
Il-proċedura tal-kumitat
Artikolu 28
Reviżjoni
Fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sat-30 ta’ Ġunju 2020.
Artikolu 29
Applikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru 514/2014
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 għandhom japplikaw għall-Fond, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 30
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE, Nru 575/2007/KE u 2007/435/KE huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 31
Dispożizzjonijiet transitorji
Artikolu 32
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
ANNESS I
Analiżi tal-ammonti pluriennali għal kull Stat Membru għall-perijodu 2014-2020 (f’EUR)
Stat Membru |
Ammont minimu |
% tal-allokazzjonijiet medji 2011-2013 ERF+IF+RF |
Ammont medju 2011-2013 |
TOTAL |
AT |
5 000 000 |
2,65 % |
59 533 977 |
64 533 977 |
BE |
5 000 000 |
3,75 % |
84 250 977 |
89 250 977 |
BG |
5 000 000 |
0,22 % |
5 006 777 |
10 006 777 |
CY |
10 000 000 |
0,99 % |
22 308 677 |
32 308 677 |
CZ |
5 000 000 |
0,94 % |
21 185 177 |
26 185 177 |
DE |
5 000 000 |
9,05 % |
203 416 877 |
208 416 877 |
EE |
5 000 000 |
0,23 % |
5 156 577 |
10 156 577 |
ES |
5 000 000 |
11,22 % |
252 101 877 |
257 101 877 |
FI |
5 000 000 |
0,82 % |
18 488 777 |
23 488 777 |
FR |
5 000 000 |
11,60 % |
260 565 577 |
265 565 577 |
GR |
5 000 000 |
11,32 % |
254 348 877 |
259 348 877 |
HR |
5 000 000 |
0,54 % |
12 133 800 |
17 133 800 |
HU |
5 000 000 |
0,83 % |
18 713 477 |
23 713 477 |
IE |
5 000 000 |
0,65 % |
14 519 077 |
19 519 077 |
IT |
5 000 000 |
13,59 % |
305 355 777 |
310 355 777 |
LT |
5 000 000 |
0,21 % |
4 632 277 |
9 632 277 |
LU |
5 000 000 |
0,10 % |
2 160 577 |
7 160 577 |
LV |
5 000 000 |
0,39 % |
8 751 777 |
13 751 777 |
MT |
10 000 000 |
0,32 % |
7 178 877 |
17 178 877 |
NL |
5 000 000 |
3,98 % |
89 419 077 |
94 419 077 |
PL |
5 000 000 |
2,60 % |
58 410 477 |
63 410 477 |
PT |
5 000 000 |
1,24 % |
27 776 377 |
32 776 377 |
RO |
5 000 000 |
0,75 % |
16 915 877 |
21 915 877 |
SE |
5 000 000 |
5,05 % |
113 536 877 |
118 536 877 |
SI |
5 000 000 |
0,43 % |
9 725 477 |
14 725 477 |
SK |
5 000 000 |
0,27 % |
5 980 477 |
10 980 477 |
UK |
5 000 000 |
16,26 % |
365 425 577 |
370 425 577 |
Total tal-Istati Membri |
145 000 000 |
100,00 % |
2 247 000 000 |
2 392 000 000 |
ANNESS II
Lista tal-azzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 16
L-istabbiliment u l-iżvilupp fl-Unjoni ta’ ċentri tat-tranżitu u l-ipproċessar għar-refuġjati, b’mod partikolari għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet ta’ risistemazzjoni f’kooperazzjoni mal-UNHCR.
Approċċi ġodda, f’kooperazzjoni mal-UNHCR, dwar aċċess għal proċeduri tal-asil li jkollhom fil-mira pajjiżi ewlenin ta’ tranżitu bħal programmi ta’ protezzjoni għal gruppi partikolari jew ċerti proċeduri għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-asil.
Inizjattivi konġunti fost l-Istati Membri fil-qasam tal-integrazzjoni, bħal eżerċizzji ta’ valutazzjoni komparattiva, reviżjonijiet bejn pari jew l-ittestjar ta’ moduli Ewropej, pereżempju dwar il-ksib ta’ kapaċitajiet lingwistiċi jew l-organizzazzjoni ta’ programmi introduttorji u bil-għan li titjieb il-koordinazzjoni tal-politiki bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali.
Inizjattivi konġunti mmirati lejn l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda li jikkonċernaw il-proċeduri tal-ewwel laqgħa u l-istandards ta’ protezzjoni u l-assistenza għall-minorenni mhux akkumpanjati.
Operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti, inkluż azzjonijiet konġunti dwar l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni tal-Unjoni.
Proġetti ta’ riintegrazzjoni konġunti fil-pajjiżi ta’ oriġini bil-ħsieb għal ritorn sostenibbli, kif ukoll azzjonijiet konġunti sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ pajjiżi terzi biex jimplimentaw ftehimiet ta’ riammissjoni tal-Unjoni.
Inizjattivi konġunti mmirati biex jerġgħu jingħaqdu l-familji u għar-riintegrazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom.
Inizjattivi konġunti fost l-Istati Membri fil-qasam tal-migrazzjoni legali, inkluż it-twaqqif ta’ ċentri konġunti dwar il-migrazzjoni f’pajjiżi terzi, kif ukoll proġetti konġunti biex jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li jinkoraġġixxu l-użu esklużiv tal-kanali ta’ migrazzjoni legali u jinfurmaw dwar ir-riskji tal-immigrazzjoni illegali.
Fi Stati Membri li jiffaċċjaw pressjoni migratorja għolja jew sproporzjonata jew it-tnejn, it-twaqqif, l-iżvilupp u l-operazzjoni ta’ faċilitajiet adegwati ta’ akkoljenza u ta’ akkomodazzjoni u ta’ detenzjoni, u servizzi rispettivi, għal applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma preżenti fi Stat Membru u ma jissodisfawx, jew ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet għad-dħul jew għas-soġġorn, jew għat-tnejn, kif ukoll appoġġ għall-akkomodazzjoni għal benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.
ANNESS III
Lista ta’ prijoritajiet komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni
Il-Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali fl-Ewropa tal-Lvant (il-Bjelorussja, il-Moldova, l-Ukraina).
Il-Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (Ġibuti, il-Kenja, il-Jemen).
Il-Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali fl-Afrika ta’ Fuq (l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija).
Ir-refuġjati fir-reġjun tal-Lvant tal-Afrika/il-Lagi l-Kbar.
Ir-refuġjati Iraqqini fis-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan.
Ir-refuġjati Iraqqini fit-Turkija.
Ir-rifuġjati Sirjani fir-reġjun.
ANNESS IV
Lista ta’ indikaturi komuni għall-kejl tal-objettivi speċifiċi
It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha.
L-għadd ta’ persuni mill-grupp fil-mira li ngħataw assistenza permezz ta’ proġetti fil-qasam tas-sistemi tal-akkoljenza u tal-asil appoġġati taħt il-Fond.
Għall-fini tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, dan l-indikatur għandu jerġa jiġi maqsum f’sotto-kategoriji bħal:
Il-kapaċità (jiġifieri l-għadd ta’ postijiet) tal-infrastruttura ġdida tal-akkomodazzjoni għall-akkoljenza mwaqqfa f’konformità mar-rekwiżiti minimi għall-kondizzjonijiet tal-akkoljenza stabbiliti fl-acquis tal-Unjoni u tal-infrastruttura eżistenti tal-akkomodazzjoni għall-akkoljenza mtejba f’konformità mal-istess rekwiżiti b’riżultat tal-proġetti appoġġati taħt il-Fond u l-perċentwali mill-kapaċità totali tal-akkomodazzjoni għall-akkoljenza;
L-għadd ta’ persuni mħarrġa f’materji relatati mal-asil bl-assistenza tal-Fond, u dak l-għadd bħala perċentwal tal-għadd totali ta’ persunal imħarreġ f’dawk il-materji;
L-għadd ta’ prodotti tal-informazzjoni u tal-missjonijiet ta’ tiftix tal-fatti dwar il-pajjiżi ta’ oriġini imwettqa bl-assistenza tal-Fond;
L-għadd ta’ proġetti appoġġati taħt il-Fond biex isir żvilupp, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-politiki tal-asil fl-Istati Membri;
L-għadd ta’ persuni risistemati bl-appoġġ mill-Fond.
L-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f’konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, bħalma huma l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, waqt li jitnaqqas l-abbuż mill-migrazzjoni legali, u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
L-għadd ta’ persuni fil-grupp tal-mira li pparteċipaw f’miżuri ta’ qabel it-tluq appoġġati taħt il-Fond;
L-għadd ta’ persuni fil-grupp tal-mira megħjuna miill-Fond permezz ta’ miżuri ta’ integrazzjoni fil-qafas ta’ strateġiji nazzjonali, lokali u reġjonali.
Għall-fini tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, dan l-indikatur għandu jerġa jiġi maqsum f’sottokategoriji bħal:
L-għadd ta’ oqfsa/miżuri/strumenti ta’ politika lokali, reġjonali u nazzjonali stabbiliti għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li jinvolvu s-soċjetà ċivili u l-komunitajiet tal-migranti, kif ukoll dawk kollha interessati rilevanti, b’riżultat tal-miżuri appoġġati taħt il-Fond;
l-għadd ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi appoġġati taħt il-Fond;
L-għadd ta’ proġetti appoġġati taħt il-Fond biex isir żvilupp, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-politiki tal-asil fl-Istati Membri.
It-titjib ta’ strateġiji ta’ ritorn ġusti u effettivi fl-Istati Membri li jappoġġaw il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali b’enfasi fuq is-sostenibbiltà tar-ritorn u r-riammissjoni effettiva fil-pajjiżi tal-oriġini u tat-transitu.
L-għadd ta’ persuni mħarrġa dwar suġġetti b’rabta mar-ritorn bl-assistenza mill-Fond;
L-għadd ta’ persuni li rritornaw li rċevew assistenza tar-riintegrazzjoni ta’ qabel jew ta’ wara r-ritorn kofinanzjata mill-Fond;
L-għadd ta’ persuni li rritornaw u li r-ritorn tagħhom kien kofinanzjat mill-Fond, persuni li rritornaw volontarjament u persuni li tneħħew;
L-għadd ta’ operazzjonijiet ta’ espulsjoni mmonitorjati u kofinanzjati minn dan il-Fond;
L-għadd ta’ proġetti appoġġati taħt il-Fond biex isir żvilupp, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-politiki tal-asil fl-Istati Membri;
It-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà mal-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-asil.
L-għadd ta’ applikanti u benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali trasferiti minn Stat Membru wieħed għal ieħor bl-appoġġ miill-Fond;
L-għadd ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra dwar it-tisħiħ tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri appoġġati taħt il-Fond.
( 1 ) Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).
( 2 ) Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).
( 3 ) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 146).
( 4 ) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE)) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 80).