EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014L0098-20200216

Consolidated text: Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta' Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2014/98/2020-02-16

02014L0098 — MT — 16.02.2020 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/98/UE

tal-15 ta' Ottubru 2014

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali

(ĠU L 298 16.10.2014, p. 22)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/177 Test b’rilevanza għaż-ŻEE tal-11 ta’ Frar 2020

  L 41

1

13.2.2020




▼B

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/98/UE

tal-15 ta' Ottubru 2014

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali



KAPITOLU 1

DEFINIZZJONIJIET U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“pjanta omm” tfisser pjanta identifikata maħsuba għall-propagazzjoni;

(2) 

“pjanta omm prebażika kandidata” tfisser pjanta omm li l-fornitur għandu l-ħsieb li jikseb aċċettazzjoni għaliha bħala pjanta omm prebażika;

(3) 

“pjanta omm prebażika” tfisser pjanta omm maħsubagħall-produzzjoni ta' materjal prebażiku;

(4) 

“pjanta omm bażika” tfisser pjanta omm maħsuba għall-produzzjoni ta' materjal bażiku;

(5) 

“pjanta omm iċċertifikata” tfisser pjanta omm maħsuba għall-produzzjoni ta' materjal iċċertifikat;

(6) 

“organiżmu ta' ħsara” tfisser kwalunkwe speċi, razza jew bijotip ta' pjanta, annimal jew patoġenu li jikkawża ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u li huwa mniżżel fl-Annessi I, II u III;

(7) 

“spezzjoni viżwali” tfisser l-eżaminazzjoni ta' pjanti jew ta' partijiet ta' pjanti fuq l-għajn, mingħajr l-użu ta' tagħmir bħal lentijiet, sterjomikroskopju jew mikroskopju;

(8) 

“test” tfisser eżaminazzjoni, għajr spezzjoni viżwali;

(9) 

“pjanta tal-frott” tfisser pjanta mnissla minn pjanta omm u li tkun ġiet imkabbra għall-produzzjoni tal-frott sabiex tkun tista' ssir il-verifikazzjoni tal-identità tal-varjetà ta' dik il-pjanta omm;

(10) 

“kategorija” tfisser materjal prebażiku, materjal bażiku, materjal iċċertifikat jew materjal CAC;

(11) 

“multiplikazzjoni” tfisser il-produzzjoni veġetattiva ta' pjanti omm sabiex ikun jista' jinkiseb numru suffiċjenti ta' pjanti omm fl-istess kategorija;

(12) 

“tiġdid ta' pjanta omm” tfisser is-sostituzzjoni ta' pjanta omm bi pjanta prodotta minnha stess b'mezzi veġetattivi;

(13) 

“mikropropagazzjoni” tfisser il-multiplikazzjoni ta' materjal tal-pjanti għall-produzzjoni ta' għadd kbir ta' pjanti, bl-użu tal-koltura in vitro ta' blanzuni veġetattivi differenzjati jew ta' meristems veġetattivi differenzjati meħuda minn pjanta;

(14) 

“prattikament ħielsa minn difetti” tfisser li d-difetti li x'aktarx jaffettwaw b'mod negattiv il-kwalità u l-utilità tal-materjal tal-propagazzjoni jew tal-pjanti tal-frott huma preżenti f'livell li hu ugwali għal, jew ta' inqas minn, il-livell mistenni li jirriżulta minn prattiki tajba ta' koltivazzjoni u ta' maniġġjar, filwaqt li dak il-livell huwa konsistenti mal-prattiki tajba ta' koltivazzjoni u ta' maniġġjar;

(15) 

“prattikament ħielsa minn organiżmi ta' ħsara” tfisser li l-punt sa fejn l-organiżmi ta' ħsara huma preżenti fuq il-materjal tal-propagazzjoni jew fuq il-pjanti tal-frott huwa baxx biżżejjed biex jiġi żgurat li l-kwalità u l-utilità jkunu ta' livell aċċettabbli għall-materjal tal-propagazzjoni;

(16) 

“laboratorju” tfisser kwalunkwe faċilità użata għall-ittestjar ta' materjal tal-propagazzjoni u ta' pjanti tal-frott;

(17) 

“krijopreżervazzjoni” tfisser iż-żamma ta' materjal tal-pjanti billi jiġu mkessħa għal temperaturi baxxi ħafna, sabiex tinżamm il-vijabbiltà tal-materjal.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li huma parti mill-ġeneri u l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/90/KE huma konformi mal-Artikoli 3 sa 27 ta' din id-Direttiva waqt il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, kif xieraq.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 28 u 29 ta' din id-Direttiva waqt il-produzzjoni ta' materjal tal-propagazzjoni u ta' pjanti tal-frott li huma parti mill-ġeneri u l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/90/KE.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li huma parti mill-ġeneri u l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/90/KE jiġu spezzjonati b'mod uffiċjali skont l-Artikolu 30.

4.  Materjal tal-propagazzjoni li jissodisfa r-rekwiżiti ta' ċerta kategorija ma għandux jitħallat ma' materjal ta' kategoriji oħra.



KAPITOLU 2

REKWIŻITI GĦALL-MATERJAL TAL-PROPAGAZZJONI U, META APPLIKABBLI, GĦALL-PJANTI TAL-FROTT



TAQSIMA 1

Rekwiżiti għall-materjal prebażiku

Artikolu 3

Rekwiżiti għaċ-ċertfikazzjoni ta' materjal prebażiku

1.  Materjal tal-propagazzjoni, għajr il-pjanti omm u għajr ir-riżomi li mhumiex parti minn varjetà għandu, fuq talba, jiġi ċertifikat b'mod uffiċjali bħala materjal prebażiku jekk jinstab li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

huwa propagat direttament minn pjanta omm b'konformità mal-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14;

(b) 

jaqbel mad-deskrizzjoni tal-varjetà tiegħu, u l-eżattezza tal-qbil mad-deskrizzjoni tal-varjetà tkun verifikata skont l-Artikolu 7;

(c) 

huwa miżmum skont l-Artikolu 8;

(d) 

huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10 dwar is-saħħa;

(e) 

meta l-Kummissjoni tkun tat deroga skont l-Artikolu 8(4) sabiex il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku jiġu mkabbra f'għalqa taħt kundizzjonijiet protetti mill-insetti, il-ħamrija tkun konformi mal-Artikolu 11;

(f) 

huwa konformi mal-Artikolu 12 fir-rigward tad-difetti.

2.  Il-pjanta omm li ssir referenza għaliha fil-paragrafu (1)(a) għandha jew tkun ġiet aċċettata skont l-Artikolu 5, jew tkun inkisbet permezz tal-multiplikazzjoni skont l-Artikolu 13 jew permezz tal-mikropropagazzjoni skont l-Artikolu 14.

3.  Meta pjanta omm prebażika jew materjal prebażiku ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 12, il-fornitur għandu jneħħihom u ma jħallihomx viċin ta' pjanti omm oħra u ta' materjal prebażiku ieħor. Il-pjanti omm jew il-materjal li jitneħħa jistgħu jintużaw bħala materjal bażiku, iċċertifikat jew CAC, sakemm dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva għall-kategoriji rispettivi.

Minflok ineħħi l-pjanta omm jew il-materjal, il-fornitur jista' jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiżgura li dik il-pjanta omm jew dak il-materjal jerġgħu jkunu konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 4

Rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala materjal prebażiku ta' riżomi li mhumiex parti minn varjetà

1.  Riżomi li mhumiex parti minn varjetà għandhom, fuq talba, jiġu ċertifikati b'mod uffiċjali bħala materjal prebażiku jekk jinstabu li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

ikunu propagati b'mod dirett minn pjanta omm, permezz ta' propagazzjoni veġetattiva jew sesswali; fil-każ tal-propagazzjoni sesswali, siġar tal-pollinar (pollenisers) jiġu prodotti direttament permezz ta' propagazzjoni veġetattiva minn pjanta omm;

(b) 

ikunu jaqblu bis-sħiħ mad-deskrizzjoni tal-ispeċi li huma parti minnha;

(c) 

ikunu miżmuma skont l-Artikolu 8;

(d) 

ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10 dwar is-saħħa;

(e) 

meta l-Kummissjoni tkun tat deroga skont l-Artikolu 8(4) sabiex il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku jiġu mkabbra f'għalqa taħt kundizzjonijiet protetti mill-insetti, il-ħamrija tkun konformi mal-Artikolu 11;

(f) 

ikunu konformi mal-Artikolu 12 fir-rigward tad-difetti.

2.  Il-pjanta omm li ssir referenza għaliha fil-paragrafu (1)(a) għandha jew tkun ġiet aċċettata skont l-Artikolu 6, jew tkun inkisbet permezz tal-multiplikazzjoni skont l-Artikolu 13 jew permezz tal-mikropropagazzjoni skont l-Artikolu 14.

3.  Meta riżomi li huma pjanti omm prebażiċi jew materjali prebażiċi ma jkunux għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 8 sa 12, il-fornitur għandu jneħħihom u ma jħallihomx viċin ta' pjanti omm oħra u materjal prebażiku ieħor. Ir-riżoma li titneħħa tista' tintuża bħala materjal bażiku, iċċertifikat jew CAC, sakemm din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva fir-rigward tal-kategoriji rispettivi.

Minflok ineħħi dawk ir-riżomi, il-fornitur jista' jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiżgura li dawk ir-riżomi jerġgħu jkunu konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 5

Rekwiżiti għall-aċċettazzjoni ta' pjanta omm prebażika

1.  Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jaċċetta pjanta bħala pjanta omm prebażika jekk din tkun konformi mal-Artikoli 7 sa 12, u jekk jiġi stabbilit skont il-paragrafi 2, 3 u 4 li d-deskrizzjoni tagħha tal-varjetà taqbel mad-deskrizzjoni tal-varjetà tagħha.

Dik l-aċċettazzjoni għandha sseħħ fuq il-bażi ta' spezzjoni uffiċjali u tar-riżultati, ir-rekords u l-proċeduri tal-ittestjar skont l-Artikolu 30.

2.  Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jistabbilixxi l-eżattezza tal-qbil mad-deskrizzjoni tal-pjanta omm prebażika mad-deskrizzjoni tal-varjetà tagħha permezz tal-osservazzjoni tal-espressjoni tal-karatteristiki tal-varjetà. Dik l-osservazzjoni għandha tkun ibbażata fuq wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(a) 

id-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetajiet irreġistrati fi kwalunkwe wieħed mir-reġistri nazzjonali, u tal-varjetajiet protetti legalment permezz ta' dritt fuq varjetà ta' pjanta;

(b) 

id-deskrizzjoni li takkumpanja l-applikazzjoni għal varjetajiet li huma s-suġġett ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/97/UE ( 1 );

(c) 

id-deskrizzjoni li takkumpanja l-applikazzjoni għal varjetajiet li huma s-suġġett ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' dritt fuq varjetà ta' pjanta;

(d) 

id-deskrizzjoni rikonoxxuta b'mod uffiċjali, jekk il-varjetà soġġetta għal dik id-deskrizzjoni tkun rreġistrata f'reġistru nazzjonali.

3.  Meta japplika l-punt (b) jew il-punt (c) tal-paragrafu 2, il-pjanta omm prebażika għandha tiġi aċċettata biss jekk ikun hemm disponibbli rapport imħejji minn kwalunkwe korp uffiċjali responsabbli fl-Unjoni jew f'pajjiż terz, li juri li l-varjetà rispettiva hija distinta, uniformi u stabbli. Madankollu, sakemm tiġi konkluża r-reġistrazzjoni tal-varjetà, il-pjanta omm ikkonċernata u l-materjal prodott minnha jistgħu jintużaw biss għall-produzzjoni ta' materjal bażiku jew iċċertifikat, u ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati bħala materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat.

4.  Meta l-approvazzjoni tal-eżattezza tal-qbil mad-deskrizzjoni tal-varjetà tkun possibbli biss fuq il-bażi tal-karatteristiki ta' pjanta tal-frott, l-osservazzjoni tal-espressjoni tal-karatterisitiki tal-varjetà għandha titwettaq fuq il-frott ta' pjanta tal-frott li tkun ġiet ippropagata mill-pjanta omm prebażika. Dawk il-pjanti tal-frott għandhom jinżammu separati mill-pjanti omm prebażiċi u mill-materjal prebażiku.

Pjanti tal-frott għandhom jiġu spezzjonati b'mod viżwali waqt l-aktar perjodi xierqa tas-sena filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u ta' tkabbir ta' pjanti tal-ġeneru jew tal-ispeċi kkonċernata.

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-aċċettazzjoni ta' riżoma li tagħmilx parti minn varjetà

Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jaċċetta riżoma li mhijiex parti minn varjetà bħala pjanta omm prebażika jekk id-deskrizzjoni taghħa taqbel bis-sħiħ mad-deskrizzjoni tal-ispeċi li hija parti minnha,u jekk din tkun konformi mal-Artikoli 8 sa 12.

Dik l-aċċettazzjoni għandha sseħħ fuq il-bażi ta' spezzjoni uffiċjali u tar-riżultati, ir-rekords u l-proċeduri tal-ittestjar użati mill-fornitur skont l-Artikolu 30.

Artikolu 7

Verifika tal-eżattezza tal-qbil mad-deskrizzjoni tal-varjetà

Il-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, il-fornitur għandhom jivverifikaw regolarment l-eżattezza tal-qbil ta' pjanti omm prebażiċi u ta' materjal prebażiku mad-deskrizzjoni tal-varjetà tagħhom, skont l-Artikolu 5(2) u (3), skont kif xieraq għall-varjetà kkonċernata u għall-metodu ta' propagazzjoni użat.

Minbarra l-verifika regolari ta' pjanti omm prebażiċi u ta' materjal prebażiku, wara kull tiġdid, il-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, il-fornitur għandhom iwettqu verifika tal-pjanti omm prebażiċi li jirriżultaw minnu.

Artikolu 8

Rekwiżiti li jikkonċernaw iż-żamma ta' pjanti omm prebażiċi u ta' materjal prebażiku

1.  Il-fornituri għandhom iżommu l-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku f'faċilitajiet li huma deżinjati għall-ġeneri jew l-ispeċijiet ikkonċernati, li fihom ma jistgħux jidħlu insetti u li jiżguraw ambjent ħieles mill-infezzjonijiet trażmessi minn vetturi tal-ajru u minn kwalunkwe sorsi possibbli oħra.

Il-pjanti omm prebażiċi kandidati għandhom jinżammu f'kundizzjonijiet protetti mill-insetti u iżolati f'livell fiżiku minn ma' pjanti omm prebażiċi fil-faċilitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, sakemm jitlestew it-testijiet kollha dwar il-konformità mal-Artikolu 9(1) u (2).

2.  Il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku għandhom jinżammu b'mod li jiżgura li dawn jiġu identifikati b'mod individwali matul il-proċess kollu tal-produzzjoni.

3.  Il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku għandhom jiġu mkabbra jew prodotti b'mod li jkunu iżolati mill-ħamrija, fi qsari mimlija b'materjal għat-tkabbir sterilizzat jew tat-tip ta' mingħajr ħamrija. Dawn għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati permezz ta' tikketti li jiżguraw it-traċċabbiltà tagħhom.

4.  B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, Stat Membru jista' jingħata awtorizzazzjoni biex jipproduċi pjanti omm prebażiċi u materjal prebażiku fl-għelieqi taħt kundizzjonijiet protetti mill-insetti għal ġeneri jew speċijiet speċifiċi. Dan il-materjal għandu jkun jista' jiġi identifikat permezz ta' tikketti li jiżguraw it-traċċabbiltà tiegħu. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-Istat Membru kkonċernat jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat li l-pjanti jiġu infettati b'infezzjonijiet trażmessi minn vetturi tal-ajru, kuntatt bejn l-għeruq, infezzjoni inkroċjata ikkawżata minn makkinarju, għodod tat-tilqim u minn kwalunkwe sorsi possibbli oħra.

5.  Il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku jistgħu jinżammu permezz tal-krijopreżervazzjoni.

6.  Il-pjanti omm prebażiċi jistgħu jintużaw biss għal perjodu ikkalkulat fuq il-bażi tal-istabbiltà tal-varjetà jew tal-kundizzjonijiet ambjentali li jiġu mkabbra fihom, u fuq kwalunkwe fatturi oħra li għandhom impatt fuq l-istabbiltà tal-varjetà.

Artikolu 9

Rekwiżiti tas-saħħa għall-pjanti omm prebażiċi kandidati u għall-pjanti omm prebażiċi prodotti permezz ta' tiġdid

1.  Pjanta omm prebażika kandidata għandha tkun ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Anness I, skont kif xieraq għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata.

Il-pjanta omm prebażika kandidata kkonċernata għandha tiġi spezzjonata b'mod viżwali fil-faċilitajiet u fl-għelieqi biex jiġi żgurat li hija ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Anness I, skont kif xieraq għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata.

Dik l-ispezzjoni viżwali għandha titwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli u, fejn xieraq, mill-fornitur.

F'każ ta' dubji dwar il-preżenza ta' dawn l-organiżmi ta' ħsara, il-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, il-fornitur, għandhom twettqu l-ikkampjunar u l-ittestjar tal-pjanta omm prebażika kandidata kkonċernata.

2.  Pjanta omm prebażika kandidata għandha tkun ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Anness II, skont kif xieraq għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata.

Il-pjanta omm prebażika kandidata kkonċernata għandha tiġi spezzjonata b'mod viżwali fil-faċilitajiet u fl-għelieqi, għandhom jittieħdu kampjuni minnha u għandhom ukoll isirulha testijiet biex jiġi żgurat li hija ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Anness II, skont kif xieraq għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata.

Din l-ispezzjoni viżwali, l-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jitwettqu mill-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, mill-fornitur.

L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom isiru fl-iktar perijodu xieraq tas-sena, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u l-kundizzjonijiet tat-tkabbir tal-pjanta, kif ukoll il-bijoloġija tal-organiżmi ta' ħsara rilevanti għal dik il-pjanta. F'każ ta' dubji dwar il-preżenza ta' dawn l-organiżmi ta' ħsara, l-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom isiru wkoll fi kwalunkwe żmien tas-sena.

3.  Rigward l-ikkampjunar u l-ittestjar, kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom japplikaw protokolli tal-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO), jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti f'livell internazzjonali. F'każ li dawn il-protokolli ma jkunux jeżistu, il-korp uffiċjali responsabbli għandu japplika l-protokolli rilevanti stabbiliti f'livell nazzjonali. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħmlu dawk il-protokolli disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-Kummissjoni.

Il-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, il-fornitur għandhom jippreżentaw l-kampjuni lil laboratorji li huma aċċettati b'mod uffiċjali mill-korp uffiċjali responsabbli.

Il-metodu ta' ttestjar għal vajrusis, virojdi, mard li jixbaħ il-vajrusis u fitoplażmi applikati fuq pjanti omm prebażiċi kandidati għandu jkun dak tal-indiċjar bijoloġiku fuq pjanti indikaturi. Metodi oħra ta' ttestjar jistgħu jiġu applikati f'każ li l-Istat Membru jikkunsidra, fuq il-bażi ta' evidenza xjentifika evalwata bejn il-pari, li jipproduċi riżultati li huma affidabbli daqs l-indiċjar bijoloġiku fuq pjanti indikaturi.

4.  B'deroga mill-paragrafu 2, jekk pjanta omm prebażika kandidata tkun pjanta nebbieta, l-ispezzjoni viżwali, l-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom ikunu meħtieġa biss fir-rigward ta' vajrusis, virojdi jew mard li jixbaħ il-vajrusis trażmessi permezz tal-għabra tad-dakra u li huma elenkati fl-Anness II, skont il-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, bil-kundizzjoni li jkun ġie kkonfermat, permezz ta' spezzjoni uffiċjali, li l-pjanta nebbieta ġiet imkabbra minn żerriegħa prodotta minn pjanta ħielsa mis-sintomi kkawżati minn dawk il-vajrusis, virojdi jew mard li jixbaħ il-vajrusis, u li dik il-pjanta nebbieta ġiet miżmuma skont l-Artikolu 8(1) u (3).

5.  Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal pjanti omm prebażiċi prodotti permezz tat-tiġdid.

Pjanta omm prebażika prodotta permezz tat-tiġdid għandha tkun ħielsa mill-vajrusis u l-virojdi elenkati fl-Anness II, skont kif xieraq għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata.

Għandhom isiru spezzjonijiet viżwali fil-faċilitajiet, l-għelieqi u fuq il-biċċiet ta' art, kif ukoll kampjunar u ttestjar, biex jiġi kkonfermat li dik il-pjanta omm prebażika tinstab ħielsa minn dawk il-vajrusis u virojdi.

Din l-ispezzjoni viżwali, l-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jitwettqu mill-korp uffiċjali responsabbli u, fejn xieraq, mill-fornitur.

▼M1

Artikolu 10

Rekwiżiti tas-saħħa għall-pjanti omm prebażiċi u għall-materjal prebażiku

1.  Meta jsiru spezzjonijiet viżwali fil-faċilitajiet, fl-għelieqi u fil-biċċiet ta’ art, il-pjanti omm prebażiċi jew il-materjal prebażiku għandhom jinsabu ħielsa mill-pesti rregolati mhux ta’ kwarantina (RNQPs) elenkati fl-Annessi I u II u soġġett għar-rekwiżiti tal-Anness IV, skont kif jixraq għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata. Din l-ispezzjoni viżwali għandha titwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli, u fejn xieraq, mill-fornitur.

Il-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, il-fornitur, għandhom iwettqu spezzjoni viżwali u l-ikkampjunar u l-ittestjar tal-pjanta omm prebażika jew tal-materjal prebażiku għall-RNQPs elenkati fl-Anness II u soġġett għar-rekwiżiti tal-Anness IV skont kif jixraq għall-ġeneru jew l-ispeċi u l-kategorija kkonċernati.

Jekk ikun hemm suspett tal-preżenza ta’ xi RNQPs elenkati fl-Anness I, il-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, il-fornitur, għandu jwettaq l-ikkampjunar u l-ittestjar tal-pjanta omm prebażika jew tal-materjal prebażiku kkonċernat.

2.  Rigward l-ikkampjunar u l-ittestjar, kif previst fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-protokolli tal-EPPO, jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti f’livell internazzjonali. F’każ li dawn il-protokolli ma jkunux jeżistu, il-korp uffiċjali responsabbli għandu japplika l-protokolli rilevanti stabbiliti fil-livell nazzjonali. F’dak il-każ, jekk jintalbu, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu dawk il-protokolli għad-disponibbiltà tal-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni.

Il-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, il-fornitur għandhom jippreżentaw il-kampjuni lil laboratorji li huma aċċettati b’mod uffiċjali mill-korp uffiċjali responsabbli.

3.  Jekk ikun hemm riżultat ta’ test pożittiv għal xi RNQPs elenkati fl-Annessi I u II, rigward il-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernati, il-fornitur għandu jneħħi l-pjanta omm prebażika jew il-materjal prebażiku infestati mill-inħawi tal-pjanti omm prebażiċi u tal-materjal prebażiku l-oħrajn skont l-Artikolu 3(3) jew l-Artikolu 4(3), jew jieħu l-miżuri xierqa skont l-Anness IV.

4.  Il-miżuri li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness IV, skont il-ġeneru jew l-ispeċi u l-kategorija kkonċernati.

5.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-pjanti omm prebażiċi u għall-materjal prebażiku waqt il-krijopreżervazzjoni.

▼B

Artikolu 11

▼M1

Rekwiżiti għall-ħamrija tal-pjanti omm prebażiċi u tal-materjal prebażiku

▼B

1.  Pjanti omm prebażiċi u materjal prebażiku jistgħu jiġu mkabbra biss f'ħamrija li hija ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara kollha elenkati fl-Anness III, skont il-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, u li jġorru vajrusis li jaffettwaw lil dak il-ġeneru jew speċi. Il-fatt li l-ħamrija hija ħielsa minn dawn l-organiżmi ta' ħsara għandu jiġi stabbilit permezz ta' kampjunar u ttestjar.

Dan l-ikkampjunar għandu jitwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, mill-fornitur.

L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jitwettqu qabel ma jitħawlu l-pjanti omm prebażiċi jew il-materjal prebażiku kkonċernat, u dawn għandhom jerġgħu jsiru waqt it-tkabbir f'każ li jkun hemm suspett dwar il-preżenza tal-organiżmi ta' ħsara msemmija fis-subparagrafu 1.

L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jitwettqu filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u l-bijoloġija tal-organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Anness III, u meta dawk l-organiżmi ta' ħsara jkunu rilevanti għall-pjanti omm prebażiċi jew għall-materjal prebażiku kkonċernat.

2.  L-ikkampjunar u l-ittestjar ma għandhomx jitwettqu f'każijiet meta l-pjanti li jkun fihom l-organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Anness III, għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, ma jkunux ġew imkabbra fil-ħamrija ta' produzzjoni għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin, u f'każijiet fejn ma jkunx hemm dubju dwar in-nuqqas tal-organiżmi ta' ħsara rilevanti f'dik il-ħamrija.

L-ikkampjunar u l-ittestjar ma għandhomx jitwettqu meta l-korp uffiċjali responsabbli jikkonkludi, fuq il-bażi ta' spezzjoni uffiċjali, li l-ħamrija hija ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara kollha elenkati fl-Anness III, għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, u li jġorru vajrusis li jaffettwaw lil dak il-ġeneru jew speċi.

3.  Fil-każ tal-ikkampjunar u l-ittestjar, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw protokolli tal-EPPO, jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti f'livell internazzjonali. F'każ li dawn il-protokolli ma jkunux jeżistu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-protokolli rilevanti stabbiliti f'livell nazzjonali. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħmlu dawk il-protokolli disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-Kummissjoni.

Artikolu 12

Rekwiżiti li jikkonċernaw difetti li x'aktarx jaffettwaw il-kwalità b'mod negattiv

Fuq il-bażi ta' spezzjoni viżwali, il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku għandhom jinstabu prattikament ħielsa mid-difetti. Din l-ispezzjoni viżwali għandha titwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, mill-fornitur. Ħsara fiżika, telf tal-kulur, ċikatriċi jew tnixxif għandhom jitqiesu bħala difetti, jekk dawn jaffettwaw il-kwalità u l-utilità bħala materjal tal-propagazzjoni.

Artikolu 13

Rekwiżiti dwar il-multiplikazzjoni, it-tiġdid u l-propagazzjoni ta' pjanti omm prebażiċi

1.  Il-fornitur jista' jimmultiplika jew iġedded pjanta omm prebażika aċċettata b'konformità mal-Artikolu 5(1).

2.  Il-fornitur jista' jwettaq il-propagazzjoni ta' pjanta omm prebażika biex jipproduċi materjal prebażiku.

3.  Il-multiplikazzjoni, it-tiġdid u l-propagazzjoni ta' pjanti omm prebażiċi għandhom jitwettqu b'konformità mal-protokolli msemmija fil-paragrafu 4.

4.  L-Istati Membri għandhom japplikaw protokolli dwar il-multiplikazzjoni, it-tiġdid u l-propagazzjoni ta' pjanti omm prebażiċi L-Istati Membri għandhom japplikaw protokolli tal-EPPO, jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti f'livell internazzjonali. F'każ li dawn il-protokolli ma jkunux jeżistu, l-Istati Membri għandhom japplikaw protokolli rilevanti stabbiliti f'livell nazzjonali. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħmlu dawk il-protokolli disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-Kummissjoni.

Il-protokolli msemmija fis-subparagrafu 1 ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu ġew ittestjati fuq il-ġeneri jew speċijiet rilevanti għal perjodu ta' żmien meqjus bħala xieraq għal dawk il-ġeneri jew speċijiet. Dak il-perjodu ta' żmien għandu jitqies bħala xieraq meta jippermetti li ssir il-validazzjoni tal-fenotipi tal-pjanti fir-rigward tal-eżattezza tal-qbil mad-deskrizzjoni tal-varjetà fuq il-bażi tal-osservazzjoni tal-produzzjoni tal-frott jew tal-iżvilupp veġetattiv tar-riżomi.

5.  Il-fornitur jista' jġedded il-pjanta omm prebażika biss qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 8(6).

Artikolu 14

Rekwiżiti dwar il-multiplikazzjoni, it-tiġdid u l-propagazzjoni ta' pjanti omm prebażiċi permezz tal-mikropropagazzjoni

1.  Fil-każ ta' multiplikazzjoni, tiġdid u propagazzjoni ta' pjanti omm prebażiċi permezz tal-mikropropagazzjoni għall-produzzjoni ta' pjanti omm prebażiċi oħra jew ta' materjal prebażiku ieħor, dan għandu jsir skont il-protokolli stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw protokolli dwar il-mikropropagazzjoni ta' pjanti omm prebażiċi u ta' materjal prebażiku li huma protokolli tal-EPPO, jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti f'livell internazzjonali. F'każ li dawn il-protokolli ma jkunux jeżistu, l-Istati Membri għandhom japplikaw protokolli rilevanti stabbiliti f'livell nazzjonali. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħmlu dawk il-protokolli disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom japplikaw biss protokolli li jkunu ġew ittestjati fuq il-ġeneru jew l-ispeċi rilevanti għal perjodu ta' żmien meqjus bħala suffiċjenti biex tkun tista' ssir il-validazzjoni tal-fenotipi tal-pjanti fir-rigward tal-eżattezza tal-qbil mad-deskrizzjoni tal-varjetà fuq il-bażi tal-osservazzjoni tal-produzzjoni tal-frott jew tal-iżvilupp veġetattiv tar-riżomi.



TAQSIMA 2

Rekwiżiti dwar il-materjal bażiku

Artikolu 15

Rekwiżiti għaċ-ċertfikazzjoni ta' materjal bażiku

1.  Materjal ta' propagazzjoni, għajr il-pjanti omm bażiċi u r-riżomi li mhumiex parti minn varjetà għandu, fuq talba, jiġi ċertifikat b'mod uffiċjali bħala materjal bażiku jekk jinstab li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 2, 3 u 4.

2.  Il-materjal tal-propagazzjoni għandu jiġi propagat minn pjanta omm bażika.

Pjanta omm bażika għandha tissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

għandha tiġi mkabbra minn materjal prebażiku; jew

(b) 

għandha tiġi prodotta permezz ta' multiplikazzjoni minn pjanta omm bażika skont l-Artikolu 19.

3.  Il-materjal tal-propagazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7, 8(6) u 12.

4.  Il-materjal tal-propagazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali dwar:

(a) 

is-saħħa, kif stipulat fl-Artikolu 16;

(b) 

il-ħamrija, kif stipulat fl-Artikolu 17;

(c) 

iż-żamma tal-pjanti omm bażiċi u tal-materjal bażiku, kif stabbilit fl-Artikolu 18; kif ukoll

(d) 

kundizzjonijiet speċifiċi għall-propagazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 19.

5.  Riżoma li mhijiex parti minn varjetà għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata b'mod uffiċjali bħala materjal bażiku jekk id-deskrizzjoni taghħa taqbel bis-sħiħ mad-deskrizzjoni tal-ispeċi li hija parti minnha, jekk tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u (6) u r-rekwiżiti addizzjonali tal-Artikoli 12, 16, 17, 18 u 19.

6.  Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, kwalunkwe referenza għal pjanti omm prebażiċi fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 5 għandha tiġi mifhuma bħala referenza għal pjanti omm bażiċi, u kull referenza għal materjal prebażiku għandha tiġi mifhuma bħala referenza għal materjal bażiku.

7.  Meta pjanta omm bażika jew materjal bażiku ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7, tal-Artikolu 8(2) u (6) u tal-Artikoli 12, 16 u 17, il-fornitur għandu jneħħihom u ma jħallihomx viċin ta' pjanti omm bażiċi oħra u ta' materjal bażiku ieħor. Il-pjanti omm jew il-materjal li jitneħħa jistgħu jintużaw bħala materjal iċċertifikat jew CAC, sakemm dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva għall-kategoriji rispettivi.

Minflok ineħħi l-pjanta omm jew il-materjal, il-fornitur jista' jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiżgura li dik il-pjanta omm jew dak il-materjal jerġgħu jkunu konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

8.  Meta riżoma li mhijiex parti minn varjetà tkun pjanta omm bażika jew materjal bażiku li ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) u (6) u tal-Artikoli 12, 16 u 17, il-fornitur għandu jneħħiha minn viċin ta' pjanti omm bażiċi oħra u ta' materjal bażiku ieħor. Ir-riżoma li titneħħa tista' tintuża bħala materjal iċċertifikat jew CAC, sakemm din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva fir-rigward tal-kategoriji rispettivi.

Minflok ineħħi dawk ir-riżomi, il-fornitur jista' jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiżgura li dawk ir-riżomi jerġgħu jkunu konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

▼M1

Artikolu 16

Rekwiżiti dwar is-saħħa għall-pjanti omm bażiċi u għall-materjal bażiku

1.  L-ispezzjonijiet viżwali fil-faċilitajiet, fl-għelieqi u fil-biċċiet ta’ art, għandhom isibu l-pjanti omm bażiċi jew il-materjal bażiku kkonċernati ħielsa mill-RNQPs elenkati fl-Annessi I u II, u soġġett għar-rekwiżiti tal-Anness IV, skont kif jixraq għall-ġeneru jew għall-ispeċi kkonċernata. Din l-ispezzjoni viżwali għandha titwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli, u fejn xieraq, mill-fornitur.

Il-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, il-fornitur, għandhom iwettqu l-ikkampjunar u l-ittestjar tal-pjanta omm bażika jew tal-materjal bażiku għall-RNQPs elenkati fl-Anness II, u soġġett għar-rekwiżiti tal-Anness IV, skont kif jixraq għall-ġeneru jew l-ispeċi u l-kategorija kkonċernati.

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I, il-korp uffiċjali responsabbli, u fejn xieraq, il-fornitur, għandhom iwettqu l-ikkampjunar u l-ittestjar tal-pjanta omm bażika jew tal-materjal bażiku kkonċernat.

2.  Rigward l-ikkampjunar u l-ittestjar, kif previst fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-protokolli tal-EPPO, jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti f’livell internazzjonali. F’każ li dawn il-protokolli ma jkunux jeżistu, il-korp uffiċjali responsabbli għandu japplika l-protokolli rilevanti stabbiliti fil-livell nazzjonali. F’dak il-każ, jekk jintalbu, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu dawk il-protokolli għad-disponibbiltà tal-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni.

Il-korp uffiċjali responsabbli, u meta jixraq, il-fornitur, għandhom jippreżentaw il-kampjuni lil-laboratorji li huma aċċettati uffiċjalment mill-korp uffiċjali responsabbli.

3.  Jekk ikun hemm riżultat ta’ test pożittiv għal xi RNQPs elenkati fl-Annessi I u II, rigward il-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernati, il-fornitur għandu jneħħi l-pjanta omm prebażika jew il-materjal prebażiku infestati mill-inħawi tal-pjanti omm prebażiċi u tal-materjal prebażiku l-oħrajn skont l-Artikolu 15(7) jew l-Artikolu 15(8), jew jieħu l-miżuri xierqa skont l-Anness IV.

4.  Il-miżuri li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness IV, skont il-ġeneru jew l-ispeċi u l-kategorija kkonċernati.

5.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-pjanti omm bażiċi u għall-materjal bażiku waqt il-krijopreżervazzjoni.

▼B

Artikolu 17

▼M1

Rekwiżiti għall-ħamrija tal-pjanti omm bażiċi u tal-materjal bażiku

▼B

1.  Pjanti omm bażiċi u materjal bażiku jistgħu jiġu mkabbra biss f'ħamrija li hija ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara kollha elenkati fl-Anness III, skont il-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, u li hija ħielsa minn dawk l-organiżmi ta' ħsara li jġorru vajrusis li jaffettwaw lil dak il-ġeneru jew speċi. Il-fatt li l-ħamrija hija ħielsa minn dawn l-organiżmi ta' ħsara li jġorru vajrusis għandu jiġi stabbilit permezz ta' kkampjunar u ttestjar.

Dak l-ikkampjunar għandu jitwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, mill-fornitur.

L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jitwettqu qabel ma l-pjanti omm bażiċi jew il-materjal bażiku kkonċernat jiġu mħawla, u dawn għandhom jerġgħu jsiru waqt it-tkabbir f'każ li jkun hemm suspett dwar il-preżenza tal-organiżmi ta' ħsara msemmija fis-subparagrafu 1.

L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jitwettqu filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u l-bijoloġija tal-organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Anness III, u meta dawk l-organiżmi ta' ħsara jkunu rilevanti għall-pjanti omm bażiċi jew għall-materjal bażiku kkonċernat.

2.  L-ikkampjunar u l-ittestjar ma għandhomx jitwettqu f'każijiet meta l-pjanti li jkun fihom l-organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Anness III, għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, ma jkunux ġew imkabbra fil-ħamrija ta' produzzjoni għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin, u f'każijiet fejn ma jkunx hemm dubju dwar in-nuqqas tal-organiżmi ta' ħsara rilevanti f'dik il-ħamrija.

L-ikkampjunar u l-ittestjar ma għandhomx jitwettqu meta l-korp uffiċjali responsabbli jikkonkludi,permezz ta' spezzjoni uffiċjali, li l-ħamrija hija ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara kollha elenkati fl-Anness III, għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, u li jġorru vajrusis li jaffettwaw lil dak il-ġeneru jew speċi.

3.  Fil-każ ta' kkampjunar u ttestjar, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw protokolli tal-EPPO, jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti f'livell internazzjonali. F'każ li dawn il-protokolli ma jkunux jeżistu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-protokolli rilevanti stabbiliti f'livell nazzjonali. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħmlu dawk il-protokolli disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-Kummissjoni.

Artikolu 18

Rekwiżiti li jikkonċernaw iż-żamma ta' pjanti omm bażiċi u ta' materjal bażiku

1.  Il-pjanti omm bażiċi u l-materjal bażiku għandhom jinżammu f'għelieqi li huma iżolati minn sorsi potenzjali ta' infezzjoni minn vetturi tal-ajru, kuntatt bejn l-għeruq, infezzjoni inkroċjata ikkawżata minn makkinarju, għodod tat-tilqim u minn kwalunkwe sorsi possibbli oħra.

2.  Id-distanza ta' iżolament tal-għelieqi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi reġjunali, fuq it-tip ta' materjal tal-propagazzjoni, fuq il-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara fiż-żona kkonċernata u fuq ir-riskji rilevanti involuti skont kif stabbilit mill-korp uffiċjali responsabbli permezz ta' spezzjoni uffiċjali.

Artikolu 19

Il-kundizzjonijiet għall-multiplikazzjoni

1.  Il-pjanti omm bażiċi li jiġu mkabbra minn materjal prebażiku skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) jistgħu jiġu mmultiplikati f'għadd ta' ġenerazzjonijiet sabiex jinkiseb l-għadd meħtieġ ta' pjanti omm bażiċi. Il-pjanti omm bażiċi għandhom jiġu mmultiplikati skont l-Artikolu 13, jew permezz tal-mikropropagazzjoni skont l-Artikolu 14. L-għadd massimu permess ta' ġenerazzjonijiet u t-tul ta' ħajja massimu permess għal pjanti omm bażiċi għandhom ikunu skont kif stabbilit fl-Anness V għall-ġeneri jew l-ispeċijiet rilevanti.

2.  Meta jkunu permessi diversi ġenerazzjonijiet ta' pjanti omm bażiċi, kull ġenerazzjoni, minbarra l-ewwel waħda, tista' tiġi derivata minn kwalunkwe ġenerazzjoni preċedenti.

3.  Il-materjal tal-propagazzjoni ta' ġenerazzjonijiet differenti għandu jinżamm separat minn ma' xulxin.



TAQSIMA 3

Rekwiżiti dwar il-materjal iċċertifikat

Artikolu 20

Rekwiżiti għaċ-ċertfikazzjoni ta' materjal iċċertifikat

1.  Il-materjal tal-propagazzjoni, għajr il-pjanti omm u l-pjanti tal-frott, għandu, fuq talba, jiġi ċertifikat b'mod uffiċjali bħala materjal iċċertifikat jekk dan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.  Il-materjal tal-propagazzjoni, u l-pjanti tal-frott, għandhom jiġu propagati minn pjanta omm iċċertifikata.

Pjanta omm iċċertifikata għandha tissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

għandha tiġi mkabbra minn materjal prebażiku;

(b) 

għandha tiġi mkabbra minn materjal bażiku;

3.  Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7, l-Artikolu 8(6) u l-Artikoli 12, 21 u 22.

4.  Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa stabbiliti fl-Artikolu 21.

Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott għandhom jiġu propagati minn pjanta omm iċċertifikata li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 22 dwar il-ħamrija.

5.  Riżoma li mhijiex parti minn varjetà għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata b'mod uffiċjali bħala materjal iċċertifikat jekk id-deskrizzjoni taghħa taqbel bis-sħiħ mad-deskrizzjoni tal-ispeċi li hija parti minnha, jekk tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(6) u r-rekwiżiti addizzjonali tal-Artikoli 12, 21 u 22.

6.  Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, kwalunkwe referenza għal pjanti omm prebażiċi fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 5 għandha tiġi mifhuma bħala referenza għal pjanti omm iċċertifikati, u kull referenza għal materjal prebażiku għandha tiġi mifhuma bħala referenza għal materjal iċċertifikat.

7.  Meta pjanta omm iċċertifikata jew materjal iċċertifikat ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7, tal-Artikolu 8(6) u tal-Artikoli 12, 21 u 22, il-fornitur għandu jneħħihom u ma jħallihomx qrib pjanti omm iċċertifikati oħra u materjal iċċertifikat ieħor. Il-pjanta omm jew il-materjal li jitneħħa jistgħu jintużaw bħala materjal CAC, sakemm dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4.

Minflok ineħħi l-pjanta omm jew il-materjal, il-fornitur jista' jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiżgura li dik il-pjanta omm jew dak il-materjal jerġgħu jkunu konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

8.  Meta riżoma li mhijiex parti minn varjetà tkun pjanta omm iċċertifikata jew materjal iċċertifikat li ma jibqax jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(6) u tal-Artikoli 12, 21 u 22, il-fornitur għandu jneħħiha minn qribpjanti omm iċċertifikati oħra u materjal iċċertifikat ieħor. Il-pjanta omm jew il-materjal li jitneħħa jistgħu jintużaw bħala materjal CAC, sakemm dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4.

Minflok ineħħi dawk ir-riżomi, il-fornitur jista' jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiżgura li dawk ir-riżomi jerġgħu jkunu konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

▼M1

Artikolu 21

Rekwiżiti dwar is-saħħa għall-pjanti omm iċċertifikati u għall-materjal iċċertifikat

1.  L-ispezzjonijiet viżwali fil-faċilitajiet, fl-għelieqi u fil-biċċiet ta’ art, għandhom isibu l-pjanti omm iċċertifikati jew il-materjal iċċertifikat ħielsa mill-RNQPs elenkati fl-Annessi I u II, u soġġett għar-rekwiżiti tal-Anness IV, skont kif jixraq għall-ġeneru jew għall-ispeċi kkonċernata. Din l-ispezzjoni viżwali għandha titwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli, u fejn xieraq, mill-fornitur.

Il-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, il-fornitur, għandhom iwettqu l-ikkampjunar u l-ittestjar tal-pjanta omm iċċertifikata jew tal-materjal iċċertifikat għall-RNQPs elenkati fl-Anness II, u soġġett għar-rekwiżiti tal-Anness IV, skont kif jixraq għall-ġeneru jew l-ispeċi u l-kategorija kkonċernati.

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I, il-korp uffiċjali responsabbli, u meta jixraq, il-fornitur, għandhom iwettqu l-ikkampjunar u l-ittestjar tal-pjanti omm iċċertifikati jew tal-materjal prebażiku ċċertifikat.

2.  Rigward il-kampjunar u l-ittestjar, kif previst fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-protokolli tal-OEPP, jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti f’livell internazzjonali. F’każ li dawn il-protokolli ma jkunux jeżistu, il-korp uffiċjali responsabbli għandu japplika l-protokolli rilevanti stabbiliti fil-livell nazzjonali. F’dak il-każ, jekk jintalbu, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu dawk il-protokolli għad-disponibbiltà tal-Istati Membri l-oħra u għall-Kummissjoni.

Il-korp uffiċjali responsabbli, u meta jixraq, il-fornitur, għandhom jippreżentaw il-kampjuni lil-laboratorji li huma aċċettati uffiċjalment mill-korp uffiċjali responsabbli.

3.  Jekk ikun hemm riżultat ta’ test pożittiv għal xi RNQPs elenkati fl-Annessi I u II, rigward il-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernati, il-fornitur għandu jneħħi l-pjanta omm iċċertifikata jew il-materjal iċċertifikat infestati mill-inħawi tal-pjanti omm iċċertifikati l-oħrajn u tal-materjal iċċertifikat l-ieħor skont l-Artikolu 20(7) jew l-Artikolu 20(8), jew jieħdu l-miżuri xierqa skont l-Anness IV.

4.  Il-miżuri li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness IV, skont il-ġeneru jew l-ispeċi u l-kategorija kkonċernati.

5.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-pjanti omm iċċertifikati u għall-materjal iċċertifikat waqt il-krijopreżervazzjoni.

▼B

Artikolu 22

▼M1

Rekwiżiti għall-ħamrija tal-pjanti omm iċċertifikati u tal-materjal iċċertifikat

▼B

1.  Pjanti omm iċċertifikati jistgħu jiġu mkabbra biss f'ħamrija li hija ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara kollha elenkati fl-Anness III, skont il-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, u li hija ħielsa minn dawk l-organiżmi ta' ħsara li jġorru vajrusis li jaffettwaw lil dak il-ġeneru jew speċi. Il-fatt li l-ħamrija hija ħielsa minn dawn l-organiżmi ta' ħsara li jġorru vajrusis għandu jiġi stabbilit permezz ta' kkampjunar u ttestjar.

Dak l-ikkampjunar għandu jitwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli u, meta jixraq, mill-fornitur.

L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jitwettqu qabel ma l-pjanta omm iċċertifikata tiġi mħawla, u dawn għandhom jerġgħu jsiru waqt it-tkabbir f'każ li jkun hemm suspett dwar il-preżenza tal-organiżmi ta' ħsara msemmija fis-subparagrafu 1.

L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jitwettqu filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u l-bijoloġija tal-organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Anness III, u meta dawk l-organiżmi ta' ħsara jkunu rilevanti għall-pjanti omm iċċertifikati jew għall-materjal iċċertifikat ikkonċernat.

2.  L-ikkampjunar u l-ittestjar ma għandhomx jitwettqu f'każijiet meta l-pjanti li jkun fihom l-organiżmi ta' ħsara elenkati fl-Anness III, għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, ma jkunux ġew imkabbra fil-ħamrija ta' produzzjoni għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin, u f'każijiet fejn ma jkunx hemm dubju dwar in-nuqqas tal-organiżmi ta' ħsara rilevanti f'dik il-ħamrija.

L-ikkampjunar u l-ittestjar ma għandhomx jitwettqu meta l-korp uffiċjali responsabbli jikkonkludi, fuq il-bażi ta' spezzjoni uffiċjali, li l-ħamrija hija ħielsa mill-organiżmi ta' ħsara kollha elenkati fl-Anness III, għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, u li jġorru vajrusis li jaffettwaw lil dak il-ġeneru jew speċi.

▼M1

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-ikkampjunar u l-ittestjar ma għandhomx jitwettqu fil-każ ta’ pjanti tal-frott iċċertifikati.

▼B

3.  Fil-każ ta' kkampjunar u ttestjar, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw protokolli tal-EPPO, jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti f'livell internazzjonali. F'każ li dawn il-protokolli ma jkunux jeżistu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-protokolli rilevanti stabbiliti f'livell nazzjonali. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħmlu dawk il-protokolli disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-Kummissjoni.



TAQSIMA 4

Rekwiżiti għall-materjal CAC

Artikolu 23

Rekwiżiti għall-materjal CAC, għajr riżomi li mhumiex parti minn varjetà

1.  Materjal CAC, għajr riżomi li mhumiex parti minn varjetà, jista' jiġi kummerċjalizzat biss jekk jinstab li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

huwa propagat minn sors identifikat ta' materjal irreġistrat mill-fornitur;

(b) 

jaqbel mad-deskrizzjoni tal-varjetà, b'konformità mal-Artikolu 25;

(c) 

ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 26 dwar is-saħħa;

(d) 

ikunu konformi mal-Artikolu 27 fir-rigward tad-difetti.

2.  L-azzjonijiet li jridu jsiru biex ikun hemm konformità mal-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-fornitur.

3.  F'każ li l-materjal CAC ma jibqax konformi mal-paragrafu 1, il-fornitur għandu jwettaq waħda minn dawn l-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ineħħi dak il-materjal minn ma' viċin materjal CAC ieħor; jew

(b) 

jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li dak il-materjal jerġa' jkun konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 24

Kundizzjonijiet għall-materjal CAC fil-każ ta' riżomi li mhumiex parti minn varjetà

1.  Fil-każ ta' riżomi li mhumiex parti minn varjetà, il-materjal CAC għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

jaqbel bis-sħiħ mad-deskrizzjoni tal-ispeċi li huwa parti minnha;

(b) 

ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 26 dwar is-saħħa;

(c) 

ikunu konformi mal-Artikolu 27 fir-rigward tad-difetti.

2.  L-azzjonijiet li jridu jsiru biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-fornitur.

3.  F'każ li l-materjal CAC ma jibqax konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, il-fornitur għandu jwettaq waħda minn dawn l-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ineħħi dak il-materjal minn ma' viċin materjal CAC ieħor; jew

(b) 

jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li dak il-materjal jerġa' jkun konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 25

Eżattezza tal-qbil mad-deskrizzjoni tal-varjetà

1.  L-eżattezza tal-qbil ta' materjal CAC mad-deskrizzjoni tal-varjetà tiegħu għandha tiġi stabbilita permezz tal-osservazzjoni tal-espressjoni tal-karatterisitiki tal-varjetà. Din l-osservazzjoni għandha tkun ibbażata fuq wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(a) 

id-deskrizzjoni uffiċjali għall-varjetajiet irreġistrati, kif imsemmija fid-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2014/97/UE, u tal-varjetajiet protetti legalment permezz ta' dritt fuq varjetà ta' pjanta; jew

(b) 

id-deskrizzjoni li takkumpanja l-applikazzjoni għal varjetajiet li huma s-suġġett ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru, kif fid-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2014/97/UE;

(c) 

id-deskrizzjoni li takkumpanja l-applikazzjoni għal dritt fuq varjetà ta' pjanta;

(d) 

id-deskrizzjoni rikonoxxuta b'mod uffiċjali ta' varjetà kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)(c)(iii) tad-Direttiva 2008/90/KE.

2.  L-eżattezza tal-qbil tal-materjal CAC mad-deskrizzjoni tal-varjetà tiegħu għandha tiġi verifikata fuq bażi regolari permezz tal-osservazzjoni tal-espressjoni tal-karatterisitiki tal-varjetà fil-materjal CAC ikkonċernat.

▼M1

Artikolu 26

Rekwiżiti dwar is-saħħa għall-materjal CAC

1.  Meta l-fornitur iwettaq l-ispezzjonijiet viżwali fil-faċilitajiet, fl-għelieqi u fuq il-biċċiet ta’ art, skont kif xieraq għall-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernata, il-materjal CAC għandu jkun prattikament ħieles mill-pesti elenkati fl-Annessi I u II, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fl-Anness IV.

Il-fornitur għandu jwettaq l-ikkampjunar u l-ittestjar tas-sors identifikat tal-materjal jew tal-materjal CAC għall-RNQPs elenkati fl-Anness II u soġġett għar-rekwiżiti tal-Anness IV, skont kif jixraq għall-ġeneru jew l-ispeċi u l-kategorija kkonċernati.

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I, il-fornitur, għandu jwettaq l-ikkampjunar u l-ittestjar tas-sors identifikat tal-materjal jew tal-materjal CAC ikkonċernat.

Wara l-istadju tal-produzzjoni, il-lottijiet tal-materjal tal-propagazzjoni CAC u tal-pjanti tal-frott CAC għandhom jiġu kkummerċjalizzati biss jekk waqt spezzjoni viżwali li jwettaq il-fornitur jinsab li jkunu ħielsa minn kull sinjal jew sintomu tal-pesti elenkati fl-Annessi I u II.

Il-fornitur għandu jwettaq il-miżuri biex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 skont l-Anness IV, skont kif xieraq għall-ġeneru jew l-ispeċi u l-kategorija kkonċernati.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-materjal CAC waqt il-krijopreżervazzjoni.

▼B

Artikolu 27

Rekwiżiti li jikkonċernaw id-difetti

Fuq il-bażi ta' spezzjoni viżwali, il-materjal CAC għandu jinstab prattikament ħieles mid-difetti. Ħsara fiżika, telf tal-kulur, ċikatriċi jew tnixxif għandhom jitqiesu bħala difetti, jekk dawn jaffettwaw il-kwalità u l-utilità bħala materjal tal-propagazzjoni.

▼M1

Artikolu 27 a

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post tal-produzzjoni jew għaż-żona

Minbarra r-rekwiżiti dwar is-saħħa u l-ħamrija tal-Artikoli 9, 10, 11, 16, 17, 21, 22 u 26, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott għandhom jiġu prodotti skont ir-rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post tal-produzzjoni, jew għaż-żona kif stabbilit fl-Anness IV, biex tiġi limitata l-preżenza tal-RNQPs elenkati f’dak l-Anness għall-ġeneru jew għall-ispeċi kkonċernati.

▼B



KAPITOLU 3

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAL FORNITURI INVOLUTI FIL-PRODUZZJONI JEW IR-RIPRODUZZJONI TA' MATERJAL TAL-PROPAGAZZJONI U TA' PJANTI TAL-FROTT

Artikolu 28

Pjan biex jiġu identifikati u mmonitorjati punti kruċjali fil-proċess ta' produzzjoni

Waqt il-produzzjoni ta' materjal tal-propagazzjoni u ta' pjanti tal-frott, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jkollhom fis-seħħ pjan biex jidentifikaw u jimmonitorjaw punti kruċjali fil-proċess ta' produzzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott, skont kif xieraq għall-ġeneri jew l-ispeċijiet rilevanti. Dak il-pjan għandu jikkonċerna mill-anqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

il-post fejn jinsabu l-pjanti, u l-għadd tagħhom;

(b) 

kemm idumu biex jiġu mkabbra;

(c) 

l-operazzjonijiet għall-propagazzjoni;

(d) 

l-operazzjonijiet għall-imballaġġ, il-ħżin u t-trasport.

Artikolu 29

Iż-żamma ta' informazzjoni dwar il-monitoraġġ b'mod li din tkun disponibbli

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jżommu reġistri bl-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-punti kritiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/90/KE u, fuq talba, għandhom jagħmluhom disponibbli biex jiġu eżaminati.

2.  Dawk ir-rekords għandhom jibqgħu disponibbli għal perjodu ta' mill-inqas tliet snin minn meta jkun ġie prodott il-materjal ikkonċernat.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jżommu reġistri tal-ispezzjonijiet tal-għelieqi, tal-ikkampjunar u tal-ittestjar għat-tul ta' żmien li matulu l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott rispettivi jkunu jinsabu taħt il-kontroll tagħhom, u għal perjodu ta' mill-inqas tliet snin wara li dan il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott ikunu tneħħew jew ikunu ġew ikkummerċjalizzati.



KAPITOLU 4

SPEZZJONIJIET UFFIĊJALI

Artikolu 30

Rekwiżiti ġenerali dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali

1.  L-ispezzjonijiet uffiċjali għandhom jikkonsistu minn spezzjonijiet viżwali u, fejn xieraq, minn ikkampjunar u ttestjar.

2.  Waqt l-ispezzjonijiet uffiċjali, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jagħti attenzjoni partikolari lil dawn l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-adegwatezza u l-użu proprju tal-metodi li jagħmel użu minnhom il-fornitur biex jiċċekkja l-punti kritiċi kollha fil-proċess tal-produzzjoni;

(b) 

il-kompetenza ġenerali tal-istaff tal-fornitur fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/90/KE.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi uffiċjali responsabbli jipproduċu u jżommu rekords tar-riżultati u tad-dati tal-ispezzjonijiet, tal-ikkampjunar u tal-ittestjar li jwettqu.



KAPITOLU 5

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 31

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 32

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2022, jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom ta' materjal tal-propagazzjoni u ta' pjanti tal-frott prodotti minn pjanti omm prebażiċi, bażiċi u ċċertifikati, jew minn materjal CAC, li kienu diġà jeżistu qabel l-1 ta' Jannar 2017, u li jkunu ġew iċċertifikati b'mod uffiċjali jew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu kwalifikati bħala materjal CAC qabel il-31 ta' Diċembru 2022. Meta jiġu kummerċjalizzati, dan il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati permezz ta' referenza għal dan l-Artikolu fuq it-tikketta u permezz ta' dokument.

Artikolu 33

Revoka

Id-Direttiva 93/48/KEE u d-Direttiva 93/64/KEE qed jiġu revokati.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS I

Lista ta’ RNQPs li jeħtieġ li ssir spezzjoni viżwali u, f’każ ta’ suspett, li jsiru anki kkampjunar u ttestjar biex tiġi vverifikata l-preżenza tagħhom skont l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 16(1), l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 26(1)



Generu jew speċi

RNQPs

Castanea sativa Mill.

Fungi u oomiċeti

Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr [ENDOPA]

 

 

Mycosphaerella punctiformis Verkley & U. Braun [RAMUEN]

 

Phytophthora cambivora (Petri) Buisman [PHYTCM]

 

Phytophthora cinnamomi Rands [PHYTCN]

 

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

 

Chestnut mosaic agent

Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf.

Fungi u oomiċeti

 

Phytophthora citrophthora (R.E.Smith & E.H.Smith) Leonian [PHYTCO ]

 

Phytophthora nicotianae var. parasitica (Dastur) Waterhouse [PHYTNP]

 

Insetti u akari

 

Aleurothrixus floccosus Maskell [ALTHFL]

 

Parabemisia myricae Kuwana [PRABMY]

 

Nematodi

 

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

 

Tylenchulus semipenetrans Cobb [TYLESE]

Corylus avellana L.

Batterji

 

Pseudomonas avellanae Janse et al. [PSDMAL]

 

Xanthomonas arboricola pv. Corylina (Miller, Bollen, Simmons, Gross & Barss) Vauterin, Hoste, Kersters & Swings [XANTCY]

 

Fungi u oomiċeti

 

Armillariella mellea (Vahl) Kummer [ARMIME]

 

Verticillium albo-atrum Reinke & Berthold [VERTAA]

 

Verticillium dahliae Kleb [VERTDA]

 

Insetti u akari

 

Phytoptus avellanae Nalepa [ERPHAV]

Cydonia oblonga Mill. u Pyrus L.

Batterji

 

Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn [AGRBTU]

 

Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. [ERWIAM]

 

Pseudomonas syringae pv. Syringae van Hall [PSDMSY]

 

Fungi u oomiċeti

 

Armillariella mellea (Vahl) Kummer [ARMIME]

 

Chondrostereum purpureum Pouzar [STERPU]

 

Glomerella cingulata (Stoneman) Spaulding & von Schrenk [GLOMCI]

 

Neofabraea alba Desmazières [PEZIAL]

 

Neofabraea malicorticis Jackson [PEZIMA]

 

Neonectria ditissima (Tulasne & C. Tulasne) Samuels & Rossman [NECTGA]

 

Phytophthora cactorum (Lebert & Cohn) J.Schröter [PHYTCC]

 

Sclerophora pallida Yao & Spooner [SKLPPA]

 

Verticillium albo-atrum Reinke & Berthold [VERTAA]

 

Verticillium dahliae Kleb [VERTDA]

 

Insetti u akari

 

Eriosoma lanigerum Hausmann [ERISLA]

 

Psylla spp. Geoffroy [1PSYLG]

 

Nematodi

 

Meloidogyne hapla Chitwood [MELGHA]

 

Meloidogyne javanica Chitwood [MELGJA]

 

Pratylenchus penetrans (Cobb) Filipjev & Schuurmans-Stekhoven [PRATPE]

 

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

Ficus carica L.

Batterji

 

Xanthomonas campestris pv. fici (Cavara) Dye [XANTFI]

 

Fungi u oomiċeti

 

Armillariella mellea (Vahl) Kummer [ARMIME]

 

Insetti u akari

 

Ceroplastes rusci Linnaeus [CERPRU]

 

Nematodi

 

Heterodera fici Kirjanova [HETDFI]

 

Meloidogyne arenaria Chitwood [MELGAR]

 

Meloidogyne incognita (Kofold & White) Chitwood [MELGIN]

 

Meloidogyne javanica Chitwood [MELGJA]

 

Pratylenchus penetrans (Cobb) Filipjev & Schuurmans-Stekhoven [PRATPE]

 

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

 

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

 

Fig mosaic agent [FGM000]

Fragaria L.

Batterji

 

Candidatus Phlomobacter fragariae Zreik, Bové & Garnier [PHMBFR]

 

Fungi u oomiċeti

 

Podosphaera aphanis (Wallroth) Braun & Takamatsu [PODOAP]

 

Rhizoctonia fragariae Hussain & W.E.McKeen [RHIZFR]

 

Verticillium albo-atrum Reinke & Berthold [VERTAA]

 

Verticillium dahliae Kleb [VERTDA]

 

Insetti u akari

 

Chaetosiphon fragaefolii Cockerell [CHTSFR]

 

Phytonemus pallidus Banks [TARSPA]

 

Nematodi

 

Ditylenchus dipsaci (Kuehn) Filipjev [DITYDI]

 

Meloidogyne hapla Chitwood [MELGHA]

 

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

 

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

 

Candidatus Phytoplasma asteris Lee et al. [PHYPAS]

 

Candidatus Phytoplasma australiense Davis et al. [PHYPAU]

 

Candidatus Phytoplasma fragariae Valiunas, Staniulis & Davis [PHYPFG]

 

Candidatus Phytoplasma pruni [PHYPPN]

 

Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al. [PHYPSO]

 

Clover phyllody phytoplasma [PHYP03]

 

Strawberry multiplier disease phytoplasma [PHYP75]

Juglans regia L.

Batterji

 

Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn [AGRBTU]

 

Xanthomonas arboricola pv. Juglandi (Pierce) Vauterin et al. [XANTJU]

 

Fungi u oomiċeti

 

Armillariella mellea (Vahl) Kummer [ARMIME]

 

Chondrostereum purpureum Pouzar [STERPU]

 

Neonectria ditissima (Tulasne & C. Tulasne) Samuels & Rossman [NECTGA]

Phytophthora cactorum (Lebert & Cohn) J.Schröter [PHYTCC]

 

Insetti u akari

 

Epidiaspis leperii Signoret [EPIDBE]

 

Pseudaulacaspis pentagona Targioni-Tozzetti [PSEAPE]

 

Quadraspidiotus perniciosus Comstock [QUADPE]

Malus Mill.

Batterji

 

Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn [AGRBTU]

 

Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. [ERWIAM]

 

Pseudomonas syringae pv. Syringae van Hall [PSDMSY]

 

Fungi u oomiċeti

 

Armillariella mellea (Vahl) Kummer [ARMIME]

 

Chondrostereum purpureum Pouzar [STERPU]

 

Glomerella cingulata (Stoneman) Spaulding & von Schrenk [GLOMCI]

 

Neofabraea alba Desmazières [PEZIAL]

 

Neofabraea malicorticis Jackson [PEZIMA]

Neonectria ditissima (Tulasne & C. Tulasne) Samuels & Rossman [NECTGA]

Phytophthora cactorum (Lebert & Cohn) J.Schröter [PHYTCC]

Sclerophora pallida Yao & Spooner [SKLPPA]

Verticillium albo-atrum Reinke & Berthold [VERTAA]

Verticillium dahliae Kleb [VERTDA]

 

Insetti u akari

 

Eriosoma lanigerum Hausmann [ERISLA]Psylla spp. Geoffroy [1PSYLG]

 

Nematodi

 

Meloidogyne hapla Chitwood [MELGHA]

Meloidogyne javanica Chitwood [MELGJA]

Pratylenchus penetrans (Cobb) Filipjev & Schuurmans-Stekhoven [PRATPE]

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

Olea europaea L.

Batterji

 

Pseudomonas savastanoi pv. savastanoi (Smith) Gardan et al. [PSDMSA]

 

Nematodi

 

Meloidogyne arenaria Chitwood [MELGAR]

Meloidogyne incognita (Kofold & White) Chitwood [MELGIN]

Meloidogyne javanica Chitwood [MELGJA]

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

 

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

 

Olive leaf yellowing-associated virus [OLYAV0]

Olive vein yellowing-associated virus [OVYAV0]

Olive yellow mottling and decline associated virus [OYMDAV]

Pistacia vera L.

Fungi u oomiċeti

 

Phytophthora cambivora (Petri) Buisman [PHYTCM]

Phytophthora cryptogea Pethybridge & Lafferty [PHYTCR]

Rosellinia necatrix Prillieux [ROSLNE]

Verticillium dahliae Kleb [VERTDA]

 

Nematodi

 

Pratylenchus penetrans (Cobb) Filipjev & Schuurmans-Stekhoven [PRATPE]

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

Prunus domestica L. , u Prunus dulcis (Miller) Webb

Batterji

 

Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn [AGRBTU]

Pseudomonas syringae pv. morsprunorum (Wormald) Young, Dye & Wilkie [PSDMMP]

 

Fungi u oomiċeti

 

Phytophthora cactorum (Lebert & Cohn) J.Schröter [PHYTCC]

Verticillium dahliae Kleb [VERTDA]

 

Insetti u akari

 

Pseudaulacaspis pentagona Targioni-Tozzetti [PSEAPE]

 

Quadraspidiotus perniciosus Comstock [QUADPE]

 

Nematodi

 

Meloidogyne arenaria Chitwood [MELGAR]

Meloidogyne incognita (Kofold & White) Chitwood [MELGIN]

Meloidogyne javanica Chitwood [MELGJA]

Pratylenchus penetrans (Cobb) Filipjev & Schuurmans-Stekhoven [PRATPE]

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

Prunus armeniaca L.

Batterji

 

Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn [AGRBTU]

Pseudomonas syringae pv. morsprunorum (Wormald) Young, Dye & Wilkie [PSDMMP]

Pseudomonas syringae pv. Syringae van Hall [PSDMSY]

Pseudomonas viridiflava (Burkholder) Dowson [PSDMVF]

 

Fungi u oomiċeti

 

Phytophthora cactorum (Lebert & Cohn) J.Schröter [PHYTCC]

 

Verticillium dahliae Kleb [VERTDA]

 

Insetti u akari

 

Pseudaulacaspis pentagona Targioni-Tozzetti [PSEAPE]

 

Quadraspidiotus perniciosus Comstock [QUADPE]

 

Nematodi

 

Meloidogyne arenaria Chitwood [MELGAR]

Meloidogyne incognita (Kofold & White) Chitwood [MELGIN]

Meloidogyne javanica Chitwood [MELGJA]

Pratylenchus penetrans (Cobb) Filipjev & Schuurmans-Stekhoven [PRATPE]

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

Prunus avium L. u Prunus cerasus L.

Batterji

 

Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn [AGRBTU]

 

Pseudomonas syringae pv. morsprunorum (Wormald) Young, Dye & Wilkie [PSDMMP]

 

Fungi u oomiċeti

 

Phytophthora cactorum (Lebert & Cohn) J.Schröter [PHYTCC]

 

Insetti u akari

 

Quadraspidiotus perniciosus Comstock [QUADPE]

 

Nematodi

 

Meloidogyne arenaria Chitwood [MELGAR]

Meloidogyne incognita (Kofold & White) Chitwood [MELGIN]

Meloidogyne javanica Chitwood [MELGJA]

Pratylenchus penetrans (Cobb) Filipjev & Schuurmans-Stekhoven [PRATPE]

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

Prunus persica (L.) Batsch u Prunus salicina Lindley

Batterji

 

Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn [AGRBTU]

Pseudomonas syringae pv. morsprunorum (Wormald) Young, Dye & Wilkie [PSDMMP]

Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie [PSDMPE]

 

Fungi u oomiċeti

 

Phytophthora cactorum (Lebert & Cohn) J.Schröter [PHYTCC]

Verticillium dahliae Kleb [VERTDA]

 

Insetti u akari

 

Pseudaulacaspis pentagona Targioni-Tozzetti [PSEAPE]

Quadraspidiotus perniciosus Comstock [QUADPE]

 

Nematodi

 

Meloidogyne arenaria Chitwood [MELGAR]

Meloidogyne incognita (Kofold & White) Chitwood [MELGIN]

Meloidogyne javanica Chitwood [MELGJA]

Pratylenchus penetrans (Cobb) Filipjev & Schuurmans-Stekhoven [PRATPE]

Pratylenchus vulnus Allen & Jensen [PRATVU]

Ribes L.

Fungi u oomiċeti

 

Diaporthe strumella (Fries) Fuckel [DIAPST]

Microsphaera grossulariae (Wallroth) Léveillé [MCRSGR]

Podosphaera mors-uvae (Schweinitz) Braun & Takamatsu [SPHRMU]

 

Insetti u akari

 

Cecidophyopsis ribis Westwood [ERPHRI]

Dasineura tetensi Rübsaamen [DASYTE]

Pseudaulacaspis pentagona Targioni-Tozzetti [PSEAPE]

Quadraspidiotus perniciosus Comstock [QUADPE]

Tetranychus urticae Koch [TETRUR]

 

Nematodi

Aphelenchoides ritzemabosi (Schwartz) Steiner & Buhrer [APLORI]

Ditylenchus dipsaci (Kuehn) Filipjev [DITYDI]

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

l-aġenti tal-Aucuba mosaic u tal-blackcurrant yellows flimkien

Rubus L.

Batterji

 

Agrobacterium spp. Conn [1AGRBG]

Rhodococcus fascians Tilford [CORBFA]

Fungi u oomiċeti

Peronospora rubi Rabenhorst [PERORU]

Insetti u akari

Resseliella theobaldi Barnes [THOMTE]

Vaccinium L.

Batterji

 

Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn [AGRBTU]

Fungi u oomiċeti

Diaporthe vaccinii Shear [DIAPVA]

Exobasidium vaccinii (Fuckel) Woronin [EXOBVA]

Godronia cassandrae (anamorph Topospora myrtilli) Peck [GODRCA]




ANNESS II

Lista ta’ RNQPs li biex tiġi vverifikata l-preżenza tagħhom skont l-Artikolu 9(2) u (4), l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 16(1), l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 26(1) u l-Anness IV jeħtieġ li ssir spezzjoni viżwali u, f’każ ta’ suspett, jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.



Generu jew speċi

RNQPs

Citrus L., Fortunella Swingle u Poncirus Raf.

Batterji

 

Spiroplasma citri Saglio et al. [SPIRCI]

 

Fungi u oomiċeti

 

Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley [DEUTTR]

 

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

 

Citrus cristacortis agent [CSCC00]

Citrus exocortis viroid [CEVD00]

Citrus impietratura agent [CSI000]

Citrus leaf blotch virus [CLBV00]

Citrus psorosis vírus [CPSV00]

Citrus tristeza virus (iżolati tal-UE) [CTV000]

Citrus variegation virus [CVV000]

Hop stunt viroid [HSVD00]

Corylus avellana L.

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

 

Apple mosaic virus [APMV00]

Cydonia oblonga Mill.

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

 

Apple chlorotic leaf spot virus [ACLSV0]

Apple rubbery wood agent [ARW000]

Apple stem grooving virus [ASGV00]

Apple stem-pitting virus [ASPV00]

Pear bark necrosis agent [PRBN00]

Pear bark split agent [PRBS00]

Pear blister canker viroid [PBCVD0]

Pear rough bark agent [PRRB00]

Quince yellow blotch agent [ARW000]

Fragaria L.

Batterji

 

Xanthomonas fragariae Kennedy & King [XANTFR]

Fungi u oomiċeti

Colletotrichum acutatum Simmonds [COLLAC]

Phytophthora cactorum (Lebert & Cohn) J.Schröter [PHYTCC]

Phytophthora fragariae C.J. Hickman [PHYTFR]

Nematodi

Aphelenchoides besseyi Christie [APLOBE]

Aphelenchoides blastophthorus Franklin [APLOBL]

Aphelenchoides fragariae (Ritzema Bos) Christie [APLOFR]

Aphelenchoides ritzemabosi (Schwartz) Steiner & Buhrer [APLORI]

 

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Arabis mosaic virus [ARMV00]

Raspberry ringspot virus [RPRSV0]

Strawberry crinkle virus [SCRV00]

Strawberry latent ringspot virus [SLRSV0]

Strawberry mild yellow edge virus [SMYEV0]

Strawberry mottle virus [SMOV00]

Strawberry vein banding virus [SVBV00]

Tomato black ring virus [TBRV00]

Juglans regia L

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

 

Cherry leaf roll virus [CLRV00]

Malus Mill.

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Apple chlorotic leaf spot virus [ACLSV0]

Apple dimple fruit viroid [ADFVD0]

Apple flat limb agent [AFL000]

Apple mosaic virus [APMV00]

Apple rubbery wood agent [ARW000]

Apple scar skin viroid [ASSVD0]

Apple star crack agent [APHW00]

Apple stem grooving virus [ASGV00]

Apple stem-pitting virus [ASPV00]

Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider [PHYPMA]

Disturbi tal-frott: chat fruit [APCF00], green crinkle [APGC00], bumpy fruit of Ben Davis, rough skin [APRSK0], star crack, russet ring [APLP00], russet wart

Olea europaea L.

Fungi u oomiċeti

Verticillium dahliae Kleb [VERTDA]

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Arabis mosaic virus [ARMV00]

Cherry leaf roll virus [CLRV00]

Strawberry latent ringspot virus [SLRSV0]

Prunus dulcis (Miller) Webb

Batterji

Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR]

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Apple chlorotic leaf spot virus [ACLSV0]

Apple mosaic virus [APMV00]

Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider [PHYPPR]

Plum pox virus [PPV000]

Prune dwarf virus [PDV000]

Prunus necrotic ringspot virus [PNRSV0]

Prunus armeniaca L.

Batterji

Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR]

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Apple chlorotic leaf spot virus [ACLSV0]

Apple mosaic virus [APMV00]

Apricot latent virus [ALV000]

Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider [PHYPPR]

Plum pox virus [PPV000]

Prune dwarf virus [PDV000]

Prunus necrotic ringspot virus [PNRSV0]

Prunus avium L. u Prunus cerasus L.

Batterji

Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR]

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Apple chlorotic leaf spot virus [ACLSV0]

Apple mosaic virus [APMV00]

Arabis mosaic virus [ARMV00]

Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider [PHYPPR]Cherry green ring mottle virus [CGRMV0]

Cherry leaf roll virus [CLRV00]

Cherry mottle leaf virus [CMLV00]

Cherry necrotic rusty mottle virus [CRNRM0]

Little cherry virus 1 u 2 [LCHV10], [LCHV20]

Plum pox virus [PPV000]

Prune dwarf virus [PDV000]

Prunus necrotic ringspot virus [PNRSV0]

Raspberry ringspot virus [RPRSV0]

Strawberry latent ringspot virus [SLRSV0]

Tomato black ring virus [TBRV00]

Prunus domestica L., Prunus salicina Lindley, u speċi oħra ta’ Prunus L. suxxettibbli għall-Plum pox virus fil-każ ta’ ibridi ta’ Prunus L.

Batterji

Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR]

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Apple chlorotic leaf spot virus [ACLSV0]

Apple mosaic virus [APMV00]

Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider [PHYPPR]

Myrobalan latent ringspot virus [MLRSV0]

Plum pox virus [PPV000]

Prune dwarf virus [PDV000]

Prunus necrotic ringspot virus [PNRSV0]

Prunus persica (L.) Batsch

Batterji

Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR]

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Apple chlorotic leaf spot virus [ACLSV0]

Apple mosaic virus [APMV00]

Apricot latent virus [ALV000]

Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider [PHYPPR]

Peach latent mosaic viroid [PLMVD0]

Plum pox virus [PPV000]

Prune dwarf virus [PDV000]

Prunus necrotic ringspot virus [PNRSV0]

Strawberry latent ringspot virus [SLRSV0]

Pyrus L.

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Apple chlorotic leaf spot virus [ACLSV0]

Apple rubbery wood agent [ARW000]

Apple stem grooving virus [ASGV00]

Apple stem-pitting virus [ASPV00]

Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider [PHYPPY]

Pear bark necrosis agent [PRBN00]

Pear bark split agent [PRBS00]

Pear blister canker viroid [PBCVD0]

Pear rough bark agent [PRRB00]

Quince yellow blotch agent [ARW000]

Ribes L.

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Arabis mosaic virus [ARMV00]

Blackcurrant reversion virus [BRAV00]

Cucumber mosaic virus [CMV000]

Gooseberry vein banding associated virus [GOVB00]

Raspberry ringspot virus [RPRSV0]

Strawberry latent ringspot virus [SLRSV0]

Rubus L.

Fungi u oomiċeti

Phytophthora spp. de Bary [1PHYTG]

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Apple mosaic virus [APMV00]

Arabis mosaic virus [ARMV00]

Black raspberry necrosis virus [BRNV00]

Candidatus Phytoplasma rubi Malembic-Maher et al. [PHYPRU]

Cucumber mosaic virus [CMV000]

Raspberry bushy dwarf virus [RBDV00]

 

Raspberry leaf mottle virus [RLMV00]

Raspberry ringspot virus [RPRSV0]

Raspberry vein chlorosis virus [RVCV00]

Raspberry yellow spot [RYS000]

Rubus yellow net virus [RYNV00]

Strawberry latent ringspot virus [SLRSV0]

Tomato black ring virus [TBRV00]

Vaccinium L.

Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi

Blueberry mosaic associated ophiovirus [BLMAV0]

Blueberry red ringspot virus [BRRV00]

Blueberry scorch virus [BLSCV0]

Blueberry shock virus [BLSHV0]

Blueberry shoestring virus [BSSV00]

Candidatus Phytoplasma asteris Lee et al. [PHYPAS]

Candidatus Phytoplasma pruni [PHYPPN]

Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al. [PHYPSO]

Cranberry false blossom phytoplasma [PHYPFB]




ANNESS III

Lista ta’ RNQPs li l-preżenza tagħhom fil-ħamrija hija prevista fl-Artikolu 11(1) u (2), fl-Artikolu 17(1) u (2), u fl-Artikolu 22(1) u (2)



Generu jew speċi

RNQPs

Fragaria L.

Nematodi

 

Longidorus attenuatus Hooper [LONGAT]

Longidorus elongatus (de Man) Thorne & Swanger [LONGEL]

Longidorus macrosoma Hooper [LONGMA]

Xiphinema diversicaudatum (Mikoletzky) Thorne [XIPHDI]

Juglans regia L.

Nematodi

 

Xiphinema diversicaudatum (Mikoletzky) Thorne [XIPHDI]

Olea europaea L.

Nematodi

 

Xiphinema diversicaudatum (Mikoletzky) Thorne [XIPHDI]

Pistacia vera L.

Nematodi

 

Xiphinema index Thorne & Allen [XIPHIN]

Prunus avium L. u Prunus cerasus L.

Nematodi

 

Longidorus attenuatus Hooper [LONGAT]

Longidorus elongatus (de Man) Thorne & Swanger [LONGEL]

Longidorus macrosoma Hooper [LONGMA]

Xiphinema diversicaudatum (Mikoletzky) Thorne [XIPHDI]

Prunus domestica L., Prunus persica (L.) Batsch u Prunus salicina Lindley

Nematodi

Longidorus attenuatus Hooper [LONGAT]

Longidorus elongatus (de Man) Thorne & Swanger [LONGEL]

Xiphinema diversicaudatum (Mikoletzky) Thorne [XIPHDI]

Ribes L.

Nematodi

 

Longidorus elongatus (de Man) Thorne & Swanger [LONGEL]

Longidorus macrosoma Hooper [LONGMA]

Xiphinema diversicaudatum (Mikoletzky) Thorne [XIPHDI]

Rubus L.

Nematodi

 

Longidorus attenuatus Hooper [LONGAT]

Longidorus elongatus (de Man) Thorne & Swanger [LONGEL]

Longidorus macrosoma Hooper [LONGMA]

Xiphinema diversicaudatum (Mikoletzky) Thorne [XIPHDI]




ANNESS IV

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw miżuri għal kull ġeneru jew speċi u kategorija skont l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 21(4) u l-Artikolu 26(2)

Il-materjal tal-propagazzjoni għandu jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u l-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta previsti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031, kif ukoll il-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament.

Barra minn hekk, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin għal kull ġeneru jew speċi u kategorija kkonċernata:

1.    Castanea sativa Mill.

(a)    Il-kategoriji kollha

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

(b)    Kategorija prebażika

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

Fil-każ fejn deroga titħalla tipproduċi materjal prebażiku fl-għelieqi f’kundizzjonijiet li mhumiex protetti mill-insetti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 ( 2 ), għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward ta’ Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr:

(i) 

il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr; jew

(ii) 

l-ebda sintomu ta’ Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr ma jiġi osservat fis-sit tal-produzzjoni tal-pjanti tal-kategorija prebażika mill-bidu tal-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni.

(c)    Kategorija bażika

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr ; jew

(ii) 

l-ebda sintomu ta’ Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr ma jiġi osservat fis-sit tal-produzzjoni tal-pjanti tal-kategorija bażika mill-bidu tal-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni.

(d)    Kategorija ċċertifikata u kategorija CAC

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata u tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa minn Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr; jew

(ii) 

l-ebda sintomu tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr ma jiġi osservat fis-sit tal-produzzjoni fuq materjal ta’ propagazzjoni jew fuq pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata u tal-kategorija CAC mill-bidu tal-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni; jew

(iii) 

ikunu nqalgħu l-materjal ta’ propagazzjoni jew il-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata u tal-kategorija CAC li juru sintomi tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr, il-pjanti li jifdal jiġu spezzjonati kull ġimgħa u ma jiġi osservat l-ebda sintomu fis-sit tal-produzzjoni għal mill-inqas tliet ġimgħat qabel ma jintbagħtu.

2.    Citrus L., Fortunella Swingle u Poncirus Raf.

(a)    Kategorija prebażika

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Kull pjanta omm prebażika għandha tiġi kkampjunata u ttestjata kull sena għall-preżenza ta’ Spiroplasma citri Saglio et al. Kull pjanta omm prebażika għandha tiġi kkampjunata u ttestjata kull tliet snin wara li tkun ġiet aċċettata bħala pjanta omm prebażika għall-preżenza tal-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE).

Sitt snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir kull sitt snin għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr għall-virus taċ-Citrus tristeza (iżolati tal-UE) u għal Spiroplasma citri Saglio et al. u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-organiżmi ta’ RNQPs elenkati fl-Anness I.

(b)    Kategorija bażika

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena fir-rigward tal-virus taċ-Citrus tristeza (iżolati tal-UE), Spiroplasma citri Saglio et al. u Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley. L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena fir-rigward tal-RNQPs kollha, għajr għall-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE), Spiroplasma citri Saglio et al. u Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley, elenkati fl-Annessi I u II.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull pjanta omm bażika għandha tiġi kkampjunata u ttestjata kull tliet snin fir-rigward tal-preżenza tal-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE). Kull tliet snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza ta’ Spiroplasma citri Saglio et al.

Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-virus Citrus tristeza (iżolati tal-UE) u ta’ Spiroplasma citri Saglio et al. b’mod li l-pjanti omm jiġu ttestjati kollha kull sentejn. Fil-każ li test jirriżulta pożittiv għall-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE), il-pjanti omm bażiċi kollha fis-sit tal-produzzjoni għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati. Kull sitt snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ pjanti omm bażiċi li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti li għall-preżenza tal-RNQPs, għajr il-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE) u s- Spiroplasma citri, elenkati fl-Annessi I u II.

(c)    Kategorija ċċertifikata

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena fir-rigward tal-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE),is- Spiroplasma citri Saglio et al. u l-Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley. L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena fir-rigward tal-RNQPs kollha, għajr għall-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE), is-Spiroplasma citri Saglio et al.u l-Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley , elenkati fl-Annessi I u II.

l-ikkampjunar u l-ittestjar

Fil-każ ta’ pjanti omm iċċertifikati li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għandu jiġi kkampjunat u ttestjat kull erba’ snin għall-preżenza tal-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE) b’mod li l-pjanti omm jiġu ttestjati kollha kull tmien snin.

Fil-każ ta’ pjanti omm iċċertifikati li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għall-preżenza tal-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE) b’mod li l-pjanti omm jiġu ttestjati kollha kull tliet snin. Għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ pjanti omm iċċertifikati li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-pesti elenkati fl-Annessi I u II, għajr għall-virus taċ-Citrus tristeza (iżolati tal-UE).

Fil-każ li test jirriżulta pożittiv għall-virus taċ-Citrus tristeza (iżolati tal-UE), il-pjanti omm bażiċi kollha fis-sit tal-produzzjoni għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati.

(d)    Il-kategorija bażika u l-kategorija ċċertifikata

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post tal-produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE), mis-Spiroplasma citri Saglio et al. u mill-Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley ; jew

(ii) 

fil-każ ta’ materjal ta’ propagazzjoni bażiku u pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata li ma tkabbrux f’faċilitajiet protetti mill-insetti, ma jiġi osservat l-ebda sintomu tas-Spiroplasma citri Saglio et al.jew tal-Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal ikun ġie kkampjunat u ttestjat għall-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE) qabel il-kummerċjalizzazzjoni; jew

(iii) 

fil-każ ta’ materjal ta’ propagazzjoni bażiku u pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata li ma tkabbrux f’faċilitajiet protetti mill-insetti, ma jiġi osservat l-ebda sintomu tas-Spiroplasma citri Saglio et al.u tal-Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u fuq dawk il-pjanti tal-frott matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u porzjon rappreżentattiv tal-materjal ikun ġie kkampjunat u ttestjat għall-virus taċ-Citrus tristeza (iżolati tal-UE) qabel il-kummerċjalizzazzjoni; jew

(iv) 

fil-każ tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata li ma tkabbrux f’faċilitajiet protetti mill-insetti:

— 
is-sintomi tal-Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley jew Spiroplasma citri Saglio et al. ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; kif ukoll
— 
ikun ġie kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għall-virus taċ-Citrus tristeza (iżolati tal-UE), qabel il-kummerċjalizzazzjoni u ma jkunux instabu iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni li kienu pożittivi tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir. Dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih. Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott fil-viċinanza immedjata jkunu ġew soġġetti għall-ikkampjunar u l-ittestjar aleatorju, u l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li jkunu nstabu li kienu pożittivi jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.

(e)    Kategorija CAC

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu minn sors identifikat tal-materjal, li jkun instab ħieles mill-RNQPs kif elenkati fl-Anness II abbażi ta’ spezzjoni viżwali, tal-ikkampjunar u tal-ittestjar.

Fil-każ li s-sors identifikat tal-materjalikun inżamm f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull tmien snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ dak il-materjal għall-preżenza tal-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE).

Fil-każ li s-sors identifikat tal-materjal ma jkunx inżamm f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull tliet snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ dak il-materjal għall-preżenza tal-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE).

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post tal-produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-virus taċCitrus tristeza (iżolati tal-UE), mis-Spiroplasma citri Saglio et al. u mill- Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley ; jew

(ii) 

fil-każ ta’ materjal ta’ propagazzjoni bażiku u pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li jkunu tkabbru f’faċilitajiet protetti mill-insetti, ma jiġi osservat l-ebda sintomu tas-Spiroplasma citri Saglio et al. jew tal-Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal ikun ġie kkampjunat u ttestjat għall-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE) qabel il-kummerċjalizzazzjoni; jew

(iii) 

fil-każ ta’ materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li ma jkunux tkabbru f’faċilitajiet protetti mill-insetti, ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Spiroplasma citri Saglio et al.jew ta’Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley fuq dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u kull pjanta sintomatika fil-viċinanza tkun inqalgħet u inqerdet minnufih, u porzjon rappreżentattiv tal-materjal ikun ġie kkampjunat u ttestjat għall-virus Citrus tristeza (iżolati tal-UE) qabel il-kummerċjalizzazzjoni; jew

(iv) 

fil-każ tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li ma tkabbrux f’faċilitajiet protetti mill-insetti:

— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Spiroplasma citri Saglio et al. jew ta’ Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp & Verkley fuq mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott tal-kategorija CAC tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanta sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu inqalgħu u inqerdu minnufih; kif ukoll
— 
ikun ġie kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għall-virus tas-Citrus tristeza (iżolati tal-UE), qabel il-kummerċjalizzazzjoni u mhux iktar minn 2% tal-materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni jkunu nstabu pożittivi tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir. Dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih. Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott fil-viċinanza immedjata jkunu ġew soġġetti għall-ikkampjunar u għall-ittestjar aleatorju, u l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li jkunu nstabu li kienu pożittivi jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.

3.    Corylus avellana L.

Il-kategoriji kollha

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

4.    Cydonia oblonga Mill.

(a)    Il-kategoriji kollha

Spezzjoniviżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir għall-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Għall-RNQPs kollha, għajr l-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. l-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

(b)    Kategorija prebażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Ħmistax-il sena wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir kull ħmistax-il sena għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr għal mard li jixbaħ il-viruses u għall-virojdi fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

Fil-każ li deroga tippermetti li jiġi prodott materjal prebażiku fl-għelieqi f’kundizzjonijiet li mhumiex protetti mill-insetti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. :

(i) 

il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. ; jew

(ii) 

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih;

(c)    Kategorija bażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti bl-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr għal mard li jixbaħ virus u għall-virojdi, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

(d)    Kategorija ċċertifikata

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr għal mard li jixbaħ virus u għall-virojdi, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

Il-pjanti tal-frott iċċertifikati għandhom ikunu kkampjunati u ttestjati f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

(e)    Il-kategorija bażika u l-kategorija ċċertifikata

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. ; jew

(ii) 

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih;

(f)    Kategorija CAC

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. ; jew

(ii) 

il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih;

5.    Ficus carica L.

Il-kategoriji kollha

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

6.    Fragaria L.

(a)    Il-kategoriji kollha

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena, waqt l-istaġun tat-tkabbir. Il-weraq tal-Fragaria L. għandhom jiġu spezzjonati viżwalment rigward il-preżenza tal-Phytophthora fragariae C.J. Hickman.

Għall-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti permezz tal-mikropropagazzjoni u li jinżammu għal perjodu ta’ inqas minn tliet xhur, tista’ ssir spezzjoni waħda biss waqt dan il-perjodu.

(b)    Kategorija prebażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Sena wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir darba kull staġun ta’ tkabbir fir-rigward tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

(c)    Kategorija bażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Fil-każ li jkun hemm sintomi ta’ Phytophthora fragariae C.J. Hickman fuq il-weraq għandu jiġi kkampjunat u ttestjat kampjun rappreżentattiv tal-għeruq. Jekk is-sintomi tal- Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry crinkle virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus, tal-iStrawberry mild yellow edge virus, tal-iStrawberry vein banding virus jew tat-Tomato black ring virus ma jidhrux ċari waqt spezzjoni viżwali iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet. F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs, għajr għall-Arabis mosaic virus, il-Phytophthora fragariae C.J. Hickman, ir-Raspberry ringspot virus, l-iStrawberry crinkle virus, l-iStrawberry latent ringspot virus, l-iStrawberry mild yellow edge virus, l-iStrawberry vein banding virus, u t-Tomato black ring virus, elenkati fl-Annessi I u II irid isir l-ikkampjunar u l-ittestjar

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 
— 
Phytophthora fragariae C.J. Hickman
— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Phytophthora fragariae C.J. Hickman; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Phytophthora fragariae C.J. Hickman fuq il-weraq tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott u l-pjanti infettati fiż-żona tal-madwar f’raġġ ta’ mill-inqas 5 m jkunu ġew immarkati, ġew esklużi milli jinqalgħu u jiġu kkummerċjalizzati, u nqerdu wara li jkunu nqalgħu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott mhux infettati;
— 
Xanthomonas fragariae Kennedy & King
— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Xanthomonas fragariae Kennedy & King; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Xanthomonas fragariae Kennedy & King fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u kull pjanta sintomatika fil-viċinanza immedjata tkun inqalgħet u nqerdet minnufih;
(ii) 
— 
Phytophthora fragariae C.J. Hickman
— 
għandu jkun hemm perjodu ta’ mistrieħ, li matulu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati ma għandhomx jitkabbru, li għandu jkun ta’ mill-inqas għaxar snin bejn is-sejbiet tal-Phytophthora fragariae C.J. Hickman u t-tħawwil li jmiss; jew
— 
l-istorja tal-kultivazzjoni u tal-mard tal-ħamrija tas-sit tal-produzzjoni għandha tiġi rreġistrata;
— 
Xanthomonas fragariae Kennedy & King
— 
għandu jkun hemm perjodu ta’ mistrieħ, li matulu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati ma għandhomx jitkabbru, li għandu jkun ta’ mill-inqas sena bejn is-sejbiet tal-Xanthomonas fragariae Kennedy & King u t-tħawwil li jmiss;
(iii) 

Rekwiżiti għall-RNQPs, għajr għall-Xanthomonas fragariae Kennedy & King u għall- Phytophthora fragariae C.J. Hickman u għajr għall-viruses:

— 
Il-perċentwal tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir li juru sintomi ta’ kull wieħed mill-RNQPs li ġejjin ma għandux jaqbeż:
— 
iż-0,05 % fil-każ ta’ Aphelenchoides besseyi;
— 
iż-0,1 % fil-każ tal-iStrawberry multiplier disease phytoplasma;
— 
iż-0,2 % fil-każ ta:
Candidatus Phytoplasma asteris Lee et al.;
Candidatus Phytoplasma pruni;
Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al.;
Verticillium albo-atrum Reinke & Berthold;
Verticillium dahliae Kleb;
— 
iż-0,5 % fil-każ ta:
Chaetosiphon fragaefolii Cockerell;
Ditylenchus dipsaci (Kuehn) Filipjev;
Meloidogyne hapla Chitwood;
Podosphaera aphanis (Wallroth) Braun & Takamatsu;
— 
il-1 % fil-każ ta’ Pratylenchus vulnus Allen & Jensen; u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu; u
— 
Jekk test jagħti riżultat pożittiv għall-materjal tal-propagazzjoni u għall-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika li juru sintomi tal- Arabis mosaic, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry crinkle virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus, tal-iStrawberry mild yellow edge virus, tal-iStrawberry vein banding virus, jew tat-Tomato black ring virus, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.
(iv) 

Rekwiżiti għall-viruses kollha:

is-sintomi tal-viruses kollha elenkati fl-Annessi I u II għandhom ikunu ġew osservati f’mhux aktar minn 1 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dawk il-pjanti u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.

(d)    Kategorija ċċertifikata

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Fil-każ li jkun hemm sintomi ta’ Phytophthora fragariae C.J. Hickman fuq il-weraq Hickman fuq il-weraq Jekk is-sintomi tal- Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry crinkle virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus, tal-iStrawberry mild yellow edge virus, tas-Strawberry vein banding virus jew tat-Tomato black ring virus ma jidhrux ċari waqt spezzjoni viżwali iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet. F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs, għajr għall-Arabis mosaic virus, il-Phytophthora fragariae C.J. Hickman, ir-Raspberry ringspot virus, l-iStrawberry crinkle virus, l-iStrawberry latent ringspot virus, l-iStrawberry mild yellow edge virus, l-iStrawberry vein banding virus, u t-Tomato black ring virus, elenkati fl-Annessi I u II

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 
— 
Phytophthora fragariae C.J. Hickman
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Phytophthora fragariae C.J. Hickman; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Phytophthora fragariae C.J. Hickman fuq il-weraq ta’ materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott u l-pjanti infettati fiż-żona tal-madwar f’raġġ ta’ mill-inqas 5 m jkunu ġew immarkati, esklużi milli jinqalgħu u jiġu kkummerċjalizzati, u nqerdu wara li jkunu nqalgħu l-pjanti mhux infettati;
— 
Xanthomonas fragariae Kennedy & King
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Xanthomonas fragariae Kennedy & King; jew
— 
is-sintomi ta’ Xanthomonas fragariae Kennedy & King ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sinomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(ii) 
— 
Phytophthora fragariae C.J. Hickman
— 
għandu jkun hemm perjodu ta’ mistrieħ, li matulu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati ma għandhomx jitkabbru, li għandu jkun ta’ mill-inqas għaxar snin bejn is-sejbiet tal-Phytophthora fragariae C.J. Hickman u t-tħawwil li jkun imiss; jew
— 
l-istorja tal-kultivazzjoni u tal-mard tal-ħamrija tas-sit tal-produzzjoni għandha tiġi rreġistrata;
— 
Xanthomonas fragariae Kennedy & King
— 
għandu jkun hemm perjodu ta’ mistrieħ, li matulu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati ma għandhomx jitkabbru, li għandu jkun ta’ mill-inqas sena bejn is-sejbiet tal-Xanthomonas fragariae Kennedy & King u t-tħawwil li jmiss;
(iii) 

Rekwiżiti għall-RNQPs, għajr għall-Xanthomonas fragariae Kennedy & King u għall- Phytophthora fragariae C.J. Hickman u għajr għall-viruses:

— 
il-perċentwal tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir li juru sintomi ta’ kull wieħed mill-RNQPs li ġejjin ma għandux jaqbeż:
— 
iż-0,1 % fil-każ ta’ Phytonemus pallidus Banks;
— 
iż-0,5 % fil-każ ta’:
Aphelenchoides besseyi Christie;
l-iStrawberry multiplier disease phytoplasma;
— 
il-1 % fil-każ ta’:
Aphelenchoides fragariae (Ritzema Bos) Christie;
Candidatus Phlomobacter fragariae Zreik, Bové & Garnier;
Candidatus Phytoplasma asteris Lee et al.;
Candidatus Phytoplasma australiense Davis et al.;
Candidatus Phytoplasma fragariae Valiunas, Staniulis & Davis;
Candidatus Phytoplasma pruni;
Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al.;
Chaetosiphon fragaefolii Cockerell;
Clover phyllody phytoplasma;
Ditylenchus dipsaci (Kuehn) Filipjev;
Meloidogyne hapla Chitwood Chitwood;
Podosphaera aphanis (Wallroth) Braun & Takamatsu;
Pratylenchus vulnus Allen & Jensen;
Rhizoctonia fragariae Hussain & W.E.McKeen;
— 
il-2 % fil-każ ta’:
Verticillium albo-atrum Reinke & Berthold;
Verticillium dahliae Kleb; u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu; u
— 
Jekk test jagħti riżultat pożittiv għall-materjal ta’ propagazzjoni u għall-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata li juru sintomi tal- Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry crinkle virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus, tal-iStrawberry mild yellow edge virus, tal-iStrawberry vein banding virus, jew tat-Tomato black ring virus, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.
(iv) 

Rekwiżiti għall-viruses kollha

Is-sintomi tal-viruses kollha elenkati fl-Annessi I u II għandhom ikunu ġew osservati f’mhux aktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u dawk il-pjanti u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.

(e)    Kategorija CAC

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Fil-każ li jkun hemm sintomi ta’ Phytophthora fragariae C.J. Hickman fuq il-weraq Hickman fuq il-weraq Jekk is-sintomi tal- Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry crinkle virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus, tal-iStrawberry mild yellow edge virus, tal-iStrawberry vein banding virus jew tat-Tomato black ring virus ma joħorġux jidhru ċari waqt spezzjoni viżwali jridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet. F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs, għajr għall-Arabis mosaic virus, il-Phytophthora fragariae C.J. Hickman, ir-Raspberry ringspot virus, l-iStrawberry crinkle virus, l-iStrawberry latent ringspot virus, l-iStrawberry mild yellow edge virus, l-iStrawberry vein banding virus, u t-Tomato black ring virus, elenkati fl-Annessi I u II, iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 
— 
Phytophthora fragariae C.J. Hickman
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Phytophthora fragariae C.J. Hickman; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Phytophthora fragariae C.J. Hickman fuq il-weraq tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott u l-pjanti infettati fiż-żona tal-madwar f’raġġ ta’ mill-inqas 5 m jkunu ġew immarkati, esklużi milli jinqalgħu u jiġu kkummerċjalizzati, u nqerdu wara li jkunu ttieħdu l-materjal tal-propagazzjoni u pjanti tal-frott mhux infettati;
— 
Xanthomonas fragariae Kennedy & King
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Xanthomonas fragariae Kennedy & King; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Xanthomonas fragariae Kennedy & King fuq materjal tal-propagazzjoni u fuq pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u kull pjanta sintomatika fil-viċinanza immedjata tkun inqalgħet minnufih; jew
— 
is-sintomi ta’ Xanthomonas fragariae Kennedy & King ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 5 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(ii) 

Rekwiżiti għall-viruses:

Jekk test jirriżulta pożittiv għal materjal ta’ propagazzjoni u għal pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li juru sintomi tal- Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry crinkle virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus, tal-iStrawberry mild yellow edge virus, tal-iStrawberry vein banding virus, jew tat-Tomato black ring virus, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.

7.    Juglans regia L.

(a)    Il-kategoriji kollha

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

(b)    Kategorija prebażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Sena wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir kull sena fir-rigward tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, u jekk ikun hemm xi suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

(c)    Kategorija bażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.

(d)    Kategorija ċċertifikata

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Kull tliet snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ pjanti omm iċċertifikati, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

Il-pjanti tal-frott iċċertifikati għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

(e)    Kategorija CAC

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

8.    Malus Mill.

(a)    Il-kategoriji kollha

Spezzjoniviżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

(b)    Kategorija prebażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Ħmistax-il sena wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir f’intervalli ta’ żmien ta’ ħmistax-il sena fir-rigward tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr għal mard li jixbaħ virus u għall-virojdi, u f’każ ta’ dubju dwar il-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

Fil-każ li deroga tippermetti li jiġi prodott materjal prebażiku fl-għelieqi f’kundizzjonijiet li mhumiex protetti mill-insetti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider u Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. :

(i) 

Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(ii) 

Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill- Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.; jew
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih;

(c)    Kategorija bażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider.

Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull tliet snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider; kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr il-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider u l-mard li jixbaħ virus u għall-virojdi, u f’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

(d)    Kategorija ċċertifikata

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Fil-każ ta’ pjanti omm iċċertifikati, li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider.

Fil-każ ta’ pjanti omm iċċertifikati li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għandu jiġi kkampjunat u ttestjat kull ħames snin għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider; kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr għall-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider u għal mard li jixbaħ virus u għall-virojdi, u f’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

Il-pjanti tal-frott iċċertifikati għandhom ikunu kkampjunati u ttestjati f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

(e)    Il-kategorija bażika u l-kategorija ċċertifikata

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider; jew
— 
l-ebda sintomu ta’ Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider ma jiġi osservat fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi ta’ Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(ii) 

Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. ; jew
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih;

(f)    Kategorija CAC

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider

— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi ta’ Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(ii) 

Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. ; jew
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih;

9.    Olea europaea L.

(a)    Il-kategoriji kollha

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

(b)    Kategorija prebażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Għaxar snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I, u dan għandu jerġa’ jsir darba kull għaxar snin sussegwentement..

(c)    Kategorija bażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Għandu jiġi kkampjunat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi b’mod li tul żmien ta’ tletin sena jkunu ġew ittestjati l-pjanti kollha abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti minħabba l-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

(d)    Kategorija ċċertifikata

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Fil-każ ta’ pjanti omm li jintużaw għall-produzzjoni taż-żrieragħ, (“pjanti omm taż-żrieragħ”) għandu jiġi kkampjunat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm taż-żrieragħ b’mod li tul erbgħin sena jkunu ġew ittestjati l-pjanti kollha abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti minħabba l-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II. Fil-każ ta’ pjanti omm li mhumiex pjanti omm taż-żrieragħ, għandu jiġi kkampjunat porzjon rappreżentattiv ta’ dawk il-pjanti b’mod li tul tletin sena jkunu ġew ittestjati l-pjanti kollha abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti minħabba l-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

(e)    Kategorija CAC

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

10.    Pistacia vera L.

Il-kategoriji kollha

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

11.    Prunus armeniaca L., Prunus avium L., Prunus cerasifera Ehrh., Prunus cerasus L., Prunus domestica L., Prunus dulcis (Miller) Webb, Prunus persica (L.) Batsch u Prunus salicina Lindley

(a)    Kategorija prebażika

Spezzjoniviżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider, għall-Plum pox virus, Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. u għall- Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie (Prunus persica (L.) Batsch u Prunus salicina Lindley). L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider, għall-Plum pox virus, Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. u għall- Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie , elenkati fl-Annessi I u II.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika ta’ Prunus armeniaca L., Prunus avium L., Prunus cerasus L., Prunus domestica L., u Prunus dulcis (Miller) Webb, għandhom jiġu mill-pjanti omm li jkunu ġew ittestjati fl-istaġun tat-tkabbir ta’ qabel u nstabu ħielsa mill-Plum pox virus.

Is-salvaġġ prebażiku ta’ Prunus cerasifera Ehrh. u Prunus domestica L. għandu jiġi minn pjanti omm li jkunu ġew ittestjati fl-istaġun tat-tkabbir ta’ qabel u nstabu ħielsa mill-Plum pox virus. Is-salvaġġ prebażiku ta’ Prunus cerasifera Ehrh. u Prunus domestica L. għandu jiġi mill-pjanti omm, li jkunu ġew ittestjati fil-ħames staġuni preċedenti u li jkunu nstabu ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider.

Kull pjanta omm prebażika li tagħmel il-fjuri għandha tiġi kkampjunata u ttestjata għall-Prune dwarf virus u għall-Prunus necrotic ringspot virus sena wara li tkun ġiet aċċettata bħala pjanta omm prebażika u dan għandu jerġa’ jsir kull sena. Fil-każ ta’ Prunus persica, kull pjanta omm prebażika li tagħmel il-fjuri għandha tiġi kkampjunata sena wara li tkun ġiet aċċettata bħala pjanta omm prebażika u u tiġi ttestjata għall-Peach latent mosaic viroid. Kull siġra miżrugħa bil-ħsieb li jiddakkru u, fejn ikun xieraq, is-siġar ewlenin li jdakkru fl-ambjent għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati għall-Prune dwarf virus u għall-Prunus necrotic ringspot virus.

Ħames snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati (u dan għandu jerġa’ jsir kull ħames snin), u jiġu ttestjati għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider u l-Plum pox virus. Għaxar snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati (u dan għandu jerġa’ jsir kull għaxar snin), u jiġu ttestjati għall-RNQPs li huma rilevanti għall-ispeċi, kif elenkati fl-Anness II, għajr għall-Prune dwarf virus, għall-Plum pox virus u għall-Prunus necrotic ringspot virus, u jiġu ttestjati f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I. Għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm prebażiċi f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al..

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

Fil-każ li tingħata deroga biex jiġi prodott materjal prebażiku fl-għelieqi f’kundizzjonijiet li mhumiex protetti mill-insetti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider, Plum pox virus, Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. u Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie :

(i) 

Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu jew u nqerdu minnufih; jew
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom ikunu iżolati minn pjanti ospitanti oħra fis-sit tal-produzzjoni. Id-distanza ta’ iżolament fis-sit tal-produzzjoni għandha tiddependi miċ-ċirkostanzi reġjonali, mit-tip ta’ materjal ta’ propagazzjoni, mill-preżenza ta’ Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider fiż-żona kkonċernata u mir-riskji rilevanti involuti kif stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti abbażi ta’ spezzjoni;
(ii) 

Plum pox virus

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Plum pox virus; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Plum Pox virus fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom ikunu iżolati minn pjanti ospitanti oħra fis-sit tal-produzzjoni. Id-distanza ta’ iżolament fis-sit tal-produzzjoni għandha tiddependi miċ-ċirkostanzi reġjonali, mit-tip ta’ materjal ta’ propagazzjoni, mill-preżenza tal-Plum pox virus fiż-żona kkonċernata u mir-riskji rilevanti involuti kif stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti abbażi ta’ spezzjoni;
(iii) 

Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(iv) 

Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;

(b)    Kategorija bażika, kategorija ċċertifikata u kategorija CAC

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

(c)    Kategorija bażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

(i) 

Pjanti omm li nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti

Kull tliet snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Prune dwarf virus, tal-Prunus necrotic ringspot virus u tal-Plum pox virus. Kull għaxar snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ pjanti omm bażiċi għall-preżenza ta’ Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider.

(ii) 

Pjanti omm li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti

Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Plum pox virus, għajr dawk maħsuba għall-produzzjoni tas-salvaġġ, b’mod li tul għaxar snin jkunu ġew ittestjati l-pjanti kollha.

Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi maħsuba għall-produzzjoni tas-salvaġġ għall-preżenza tal-Plum pox virus u għandu jinstab ħieles minn dak l-RNQP. Mill-pjanti omm bażiċi tal-Prunus domestica maħsubin għall-produzzjoni tas-salvaġġ għandu jittieħed kampjun li jiġi ttestjat għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider u għandu jinstab ħieles minn dak l-RNQP fil-ħames staġuni ta’ tkabbir qabel ma jintużaw b’dan il-mod..

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi. Kull għaxar snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-presenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider, għall-Prune dwarf virus, għall-Prunus necrotic ringspot virus u għall-Plum pox virus, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

— 
Pjanti omm li jagħmlu l-fjuri
Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi li jagħmlu l-fjuri għall-Candidatus Phytoplasma prunorum, għall-Prune dwarf virus u għall-Prunus necrotic ringspot virus abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.
Fil-każ tal-Prunus persica (L.) Batsch, kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi li jagħmlu l-fjuri għall-Peach latent mosaic viroid abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti. Porzjon rappreżentattiv ta’ siġar imħawla bil-ħsieb tad-dakkir u, fejn xieraq, is-siġar ewlenin tad-dakkir fl-ambjent, għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati għall-Prune dwarf virus u għall-Prunus necrotic ringspot virus abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.
— 
Pjanti omm li ma jagħmlux fjuri
Kull tliet snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi li ma jagħmlux fjuri li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti għall-preżenza tal-Prune dwarf virus, tal-Prunus necrotic ringspot virus u tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.

(d)    Kategorija ċċertifikata

L-ikkampjunar u l-ittestjar

(i) 

Pjanti omm li nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti

Kull ħames snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għall-preżenza tal-Prune dwarf virus u tal- Prunus necrotic ringspot virus u tal-Plum pox virus b’mod li tul ħmistax-il sena jkunu ġew ittestjati l-pjanti kollha . Kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider.

(ii) 

Pjanti omm li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti

Kull tliet snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għall-preżenza tal-Plum pox virus b’mod li tul ħmistax-il sena jkunu ġew ittestjati l-pjanti kollha.

Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi maħsuba għall-produzzjoni tas-salvaġġ għall-preżenza tal-Plum pox virus u għandu jinstab ħieles minn dak l-RNQP. Mill-pjanti omm iċċertifikati tal-Prunus cerasifera Ehrh. u tal-Prunus domestica L. maħsuba għall-produzzjoni tas-salvaġġ, għandu jiġi kkampjunat porzjon rappreżentattiv li jiġi ttestjat għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider fil-ħames snin ta’ qabel ma jintużaw għall-produzzjoni, u dan għandu jinstab ħieles minn dak l-RNQP.

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi. Kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, apparti mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider, mill-Prune dwarf virus, mill-Prunus necrotic ringspot virus u mill-Plum pox virus. Għandhom isirulu testijiet ukoll f’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

— 
Pjanti omm li jagħmlu l-fjuri
Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati li jagħmlu l-fjuri għall-Candidatus Phytoplasma prunorum, għall-Prune dwarf virus u għall-Prunus necrotic ringspot virus abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti . Fil-każ ta’ Prunus persica (L.) Batsch, kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati li jagħmlu l-fjuri għall-Peach latent mosaic viroid abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti. Għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ siġar imħawla bi ħsieb tad-dakkir u, fejn xieraq, tas-siġar ewlenin tad-dakkir fl-ambjent, għall-Prune dwarf virus u għall-Prunus necrotic ringspot virus, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.
— 
Pjanti omm li ma jagħmlux fjuri
Kull tliet snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati li ma jagħmlux fjuri, li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum, tal-Prune dwarf virus u tal-Prunus necrotic ringspot virus abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti .

(e)    Il-kategorija bażika u l-kategorija ċċertifikata

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi ta’ Candidatus Phytoplasma prunorum ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 1 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma prunorum kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(ii) 

Plum pox virus

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Plum pox virus; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Plum pox virus fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata ikunu nqalgħu jew inqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi tal-Plum pox virus ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 1 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Plum pox virus kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(iii) 

Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
ikunu ġew osservati s-sintomi ta’ Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(iv) 

Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi ta’ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. jkunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.

(f)    Kategorija CAC

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu minn sors ta’ materjal identifikat, li minnu jkun ġie kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv fit-tliet staġuni preċedenti tat-tkabbir u li jkun instab ħieles mill-Plum pox virus.

Is-salvaġġ CAC tal-Prunus cerasifera Ehrh. u tal-Prunus domestica L. għandhom jiġu minn sors ta’ materjal identifikat li minnu jkun ġie kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tiegħu matul il-ħames snin ta’ qabel għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider u għall-Plum pox virus u jkun instab ħieles minnhom.

Għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fil-każ ta’ suspett tal-preżenza ta’ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

Għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li ma juru l-ebda sintomu tal-Plum pox virus wara spezzjoni viżwali abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti tal-frott, għall-preżenza ta’ dak l-RNQP u fil-każ li jkun hemm pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata.

Malli jiġu identifikati l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li juru sintomi ta’Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider fis-sit tal-produzzjoni permezz ta’ spezzjoni viżwali, għandu jiġi kkampjunat u ttestjat għall-preżenza ta’ Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider porzjon rappreżentattiv tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi tal-kategorija CAC fil-lottijiet li fihom ikunu nstabu l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott asintomatiċi.

Jekk ikun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs, elenkati fl-Annessi I u II, minbarra li jiġu ttestjati għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider u għall-Plum pox virus, iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet għal dawn ukoll.

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi tal-Candidatus Phytoplasma prunorum ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 1 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu instabu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi; jew
— 
ikunu ġew osservati s-sintomi ta’ Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie u Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(ii) 

Plum pox virus

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Plum pox virus; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Plum Pox virus fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu jew nqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi tal-Plum Pox virus ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 1 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Plum pox virus kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu instabu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(iii) 

Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jknunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi tal-Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie jkunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(iv) 

Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi ta’ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. jkunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.

12.    Pyrus L.

(a)    Il-kategoriji kollha

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

(b)    Kategorija prebażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Ħmistax-il sena wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir f’intervalli ta’ żmien ta’ ħmistax-il sena fir-rigward tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr għal mard li jixbaħ virus u għall-virojdi, u f’każ ta’ dubju dwar il-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

Fil-każ li tingħata deroga biex jiġi prodott materjal prebażiku fl-għelieqi f’kundizzjonijiet li mhumiex protetti mill-insetti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider u tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.:

(i) 

Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider fis-sit ta’ produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(ii) 

Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill- Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.; jew
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih;

(c)    Kategorija bażika

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider.

Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull tliet snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider; kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr għall-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider, u għajr għal mard li jixbaħ virus u għall-virojdi fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

(d)    Kategorija ċċertifikata

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller & Schneider.

Fil-każ ta’ pjanti omm iċċertifikati li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull ħames snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider; kull ħmistax-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, għajr għall-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider u għal mard li jixbaħ virus u għall-virojdi, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

Il-pjanti tal-frott iċċertifikati għandhom ikunu kkampjunati u ttestjati f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

(e)    Il-kategorija bażika u l-kategorija ċċertifikata

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi ta’Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(ii) 

Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. ; jew
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika u tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih;

(f)    Kategorija CAC

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun tat-tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
— 
is-sintomi ta’Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma pyri Seemüller & Schneider kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(ii) 

Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. ; jew
— 
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih;

13.    Ribes L.

(a)    Kategorija prebażika

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Erba’ snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir kull erba’ snin fir-rigward tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

(b)    Kategorija bażika, kategorija ċċertifikata u kategorija CAC

Spezzjoni viżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

(c)    Kategorija bażika

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

Il-perċentwal tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir li juru sintomi ta’ Aphelenchoides ritzemabosi (Schwartz) Steiner & Buhrer ma għandux jaqbeż iż-0,05 % u dak il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanti ospitanti tal-madwar għandhom ikunu nqalgħu u nqerdu.

(d)    Kategorija ċċertifikata

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

Il-perċentwal tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir li juru sintomi ta’ Aphelenchoides ritzemabosi (Schwartz) Steiner & Buhrer ma għandux jaqbeż iż-0,5 % u dak il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanti ospitanti tal-madwar għandhom ikunu nqalgħu u nqerdu.

14.    Rubus L.

(a)    Kategorija prebażika

Spezzjoniviżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom isiru darbtejn fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Sentejn wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir kull sentejn għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

(b)    Kategorija bażika

Spezzjoni viżwali

F’każ li l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott jitkabbru fl-għelieqi jew fi qsari, l-ispezzjonijiet viżwali għandhom isiru darbtejn fis-sena.

Għall-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti permezz tal-mikropropagazzjoni u li jinżammu għal perjodu ta’ inqas minn tliet xhur, hija meħtieġa spezzjoni waħda biss waqt dan il-perjodu.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Jekk is-sintomi tal- Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus, jew tat-Tomato black ring virus ma jidhrux ċari waqt spezzjoni viżwali, iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet. F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs, elenkati fl-Annessi I u II, għajr għall-Arabis mosaic virus, ir-Raspberry ringspot virus, l-iStrawberry latent ringspot virus u t-Tomato black ring virus, iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

(i) 

Jekk test jirriżulta pożittiv għal materjal ta’ propagazzjoni u għal pjanti tal-frott tal-kategorija bażika li juru sintomi tal-Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry crinkle virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus, tal-iStrawberry mild yellow edge virus, tal-iStrawberry vein banding virus, jew tat-Tomato black ring virus, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.

(ii) 

Rekwiżiti għall-RNQPs għajr għall-Arabis mosaic virus, għar-Raspberry ringspot virus, għall-iStrawberry latent ringspot virus jew għat-Tomato black ring virus:

Il-perċentwal tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir li juru sintomi ta’ kull wieħed mill-RNQPs li ġejjin ma għandux jaqbeż:

— 
il-0,1 % fil-każ ta:
Agrobacterium spp. Conn.;
Rhodococcus fascians Tilford; u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu; kif ukoll
(iii) 

Rekwiżiti għall-viruses kollha:

Is-sintomi tal-viruses kollha elenkati fl-Annessi I u II għandhom ikunu ġew osservati f’mhux aktar minn 0,25 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.

(c)    Kategorija ċċertifikata

Spezzjoniviżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Jekk is-sintomi tal- Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus, jew tat-Tomato black ring virus ma jidhrux ċari waqt spezzjoni viżwali, iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet. F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs, elenkati fl-Annessi I u II, għajr għall-Arabis mosaic virus, ir-Raspberry ringspot virus, is-Strawberry latent ringspot virus u t-Tomato black ring virus, iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

(i) 

Jekk test jirriżulta pożittiv għal materjal ta’ propagazzjoni u għal pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata li juru sintomi tal- Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus jew tat-Tomato black ring virus, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih;

(ii) 

Rekwiżiti għall-RNQPs għajr għall-Arabis mosaic virus, għar-Raspberry ringspot virus, għall-iStrawberry latent ringspot virus jew għat-Tomato black ring virus:

Il-perċentwal tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir li juru sintomi ta’ kull wieħed mill-RNQPs li ġejjin ma għandux jaqbeż:

— 
iż-0,5 % fil-każ ta’ Resseliella theobaldi Barnes;
— 
il-1 % fil-każ ta:
Agrobacterium spp. Conn.;
Rhodococcus fascians Tilford; u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu;
(iii) 

Rekwiżiti għall-viruses kollha

Is-sintomi tal-viruses kollha elenkati fl-Annessi I u II għandhom ikunu ġew osservati f’mhux aktar minn 0,5 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanti sintomatiċi fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.

(d)    Kategorija CAC

Spezzjoniviżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Jekk is-sintomi tal- Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus, jew tat-Tomato black ring virus ma jidhrux ċari waqt spezzjoni viżwali, iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet. F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs, elenkati fl-Annessi I u II, għajr għall-Arabis mosaic virus, ir-Raspberry ringspot virus, l-iStrawberry latent ringspot virus u t-Tomato black ring virus, iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

Jekk test jirriżulta pożittiv għal materjal ta’ propagazzjoni u għal pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li juru sintomi tal- Arabis mosaic virus, tar-Raspberry ringspot virus, tal-iStrawberry latent ringspot virus jew tat-Tomato black ring virus, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.

15.    Vaccinium L.

(a)    Kategorija prebażika

Spezzjoniviżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

Erba’ snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir kull ħames snin għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.

(b)    Kategorija bażika

Spezzjoniviżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona

(i) 

Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn

— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir.
(ii) 

Diaporthe vaccinii Shear

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mid-Diaporthe vaccinii Shear; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu tad-Diaporthe vaccinii Shear fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir;
(iii) 

Exobasidium vaccinii (Fuckel) Woronin u Godronia cassandrae (anamorph Topospora myrtilli) Peck

— 
il-perċentwal tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir li juru sintomi ta’ kull wieħed mill-RNQPs li ġejjin ma għandux jaqbeż:
— 
iż-0,1 % fil-każ tal-Godronia cassandrae (anamorph Topospora myrtilli) Peck;
— 
iż-0,5 % fil-każ tal-Exobasidium vaccinii (Fuckel) Woronin; u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu.

(c)    Kategorija ċċertifikata u kategorija CAC

Spezzjoniviżwali

L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.

L-ikkampjunar u l-ittestjar

F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.

(d)    Kategorija ċċertifikata

Rekwiżiti fir-rigward tas-sit tal-produzzjoni, il-post ta’ produzzjoni jew iż-żona

(i) 

Diaporthe vaccinii Shear

— 
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Diaporthe vaccinii Shear; jew
— 
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Diaporthe vaccinii Shear fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir.
(ii) 

Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn, Exobasidium vaccinii (Fuckel) Woronin u Godronia cassandrae (anamorph Topospora myrtilli) Peck

— 
il-perċentwal tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir li juru sintomi ta’ kull wieħed mill-RNQPs li ġejjin ma għandux jaqbeż:
— 
iż-0,5 % fil-każ tal-:
Agrobacterium tumefaciens (Smith & Townsend) Conn;
Godronia cassandrae (anamorph Topospora myrtilli) Peck;
— 
il-1 % fil-każ tal-vaccinii Exparitinii ; u dak il-materjal ta’ propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu.

▼B




ANNESS V

L-għadd massimu permess ta' ġenerazzjonijiet imkabbra f'għalqa taħt kundizzjonijiet protetti mill-insetti, u t-tul tal-ħajja massimu permess tal-pjanti omm bażiċi skont il-ġeneru jew l-ispeċi, kif previst fl-Artikolu 19(1)

Castanea sativa Mill.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn żewġ ġenerazzjonijiet.

F'każ li pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tkun riżoma, din tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn tliet ġenerazzjonijiet.

F'każ li r-riżomi jkunu parti minn pjanti omm bażiċi, dawk ir-riżomi għandhom ikunu l-materjal bażiku tal-ewwel ġenerazzjoni.

Citrus L., Fortunella Swingle u Poncirus Raf.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn ġenerazzjoni waħda.

F'każ li pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tkun riżoma, din tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn tliet ġenerazzjonijiet.

F'każ li r-riżomi jkunu parti minn pjanti omm bażiċi, dawk ir-riżomi għandhom ikunu l-materjal bażiku tal-ewwel ġenerazzjoni.

Corylus avellana L.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn żewġ ġenerazzjonijiet.

Cydonia oblonga Mill., Malus Mill., Pyrus L.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn żewġ ġenerazzjonijiet.

F'każ li pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tkun riżoma, din tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn tliet ġenerazzjonijiet.

F'każ li r-riżomi jkunu parti minn pjanti omm bażiċi, dawk ir-riżomi għandhom ikunu l-materjal bażiku tal-ewwel ġenerazzjoni.

Ficus carica L.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn żewġ ġenerazzjonijiet.

Fragaria L.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn ħames ġenerazzjonijiet.

Juglans regia L.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn żewġ ġenerazzjonijiet.

Olea europaea L.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn ġenerazzjoni waħda.

Prunus amygdalus, P. armeniaca, P. domestica, P. persica u P. salicina

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn żewġ ġenerazzjonijiet.

F'każ li pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tkun riżoma, din tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn tlett ġenerazzjonijiet.

F'każ li r-riżomi jkunu parti minn pjanti omm bażiċi, dawk ir-riżomi għandhom ikunu l-materjal bażiku tal-ewwel ġenerazzjoni.

Prunus avium u P. cerasus

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn żewġ ġenerazzjonijiet.

F'każ li pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tkun riżoma, din tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn tlett ġenerazzjonijiet.

F'każ li r-riżomi jkunu parti minn pjanti omm bażiċi, dawk ir-riżomi għandhom ikunu l-materjal bażiku tal-ewwel ġenerazzjoni.

Ribes L.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn tliett ġenerazzjonijiet. Il-pjanti omm għandhom jiġu miżmuma bħala pjanti omm għal mhux aktar minn sitt snin.

Rubus L.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn żewġ ġenerazzjonijiet. Il-pjanti omm ta' kull ġenerazzjoni għandhom jiġu miżmuma bħala pjanti omm għal mhux aktar minn erba' snin.

Vaccinium L.

Kategorija bażika

Dik li hi pjanta omm bażika skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2)(a) tista' tiġi multiplikata għal mhux aktar minn żewġ ġenerazzjonijiet.



( 1 ) Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/97/UE tal-15 ta' Ottubru 2014 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temporanjament tawtorizza lil ċerti Stati Membri jiċċertifikaw materjal prebażiku ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-frott, prodotti fl-għelieqi f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/167 (ĠU L 140, 31.5.2017, p. 7–14).

Top