Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014D0312-20180502

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (notifikata bid-dokument C(2014) 3429) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2014/312/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/312/2018-05-02

02014D0312 — MT — 02.05.2018 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Mejju 2014

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa

(notifikata bid-dokument C(2014) 3429)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/312/UE)

(ĠU L 164 3.6.2014, p. 45)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/886 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-8 ta' Ġunju 2015

  L 144

12

10.6.2015

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/397 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-16 ta' Marzu 2016

  L 73

100

18.3.2016

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/666 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-27 ta' April 2018

  L 111

2

2.5.2018




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Mejju 2014

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa

(notifikata bid-dokument C(2014) 3429)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/312/UE)



Artikolu 1

1.  Il-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa” għandu jinkludi ż-żebgħa u l-verniċ dekorattiv ta' barra u ta' ġewwa, il-likwidi li jlewnu l-injam u l-prodotti relatati, maħsubin għall-użu mill-konsumaturi u u mill-professjonisti, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

2.  Il-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa” għandu jinkludi l-kisi u ż-żebgħa tal-art, il-prodotti taż-żebgħa li jingħataw lewn ħafif mid-distributuri fuq talba tad-dekoraturi li jkunu konsumaturi (u mhux dekoraturi professjonali) u tad-dekoraturi professjonali, sistemi li jagħtu l-lewn, żebgħa dekorattiva f'forma likwida jew bħala pejst li tista' tkun ġiet ikkundizzjonata minn qabel, mogħtija lewn ħafif jew imħejjija mill-manifattur sabiex taqdi l-bżonnijiet tal-konsumaturi, inkluż iż-żebgħa tal-injam, il-likwidi li jlewnu lill-injam u lid-“decking”, il-kisi tal-bini u ż-żebgħa tal-aħħar passata għall-metall, iż-żebgħa tal-ewwel passata u ż-żebgħa ta' taħt tat-tali sistemi ta' prodotti, kif iddefiniti fl-Anness I tad-Direttiva 2004/42/KE.

3.  Il-grupp ta' prodotti m'għandux jinkludi l-prodotti li ġejjin:

(a) il-kisi ta' kontra l-akkumulu ta' depożitu ta' materjali;

(b) il-prodotti ta' konservazzjoni għall-mili tal-injam;

(c) il-kisi għall-użi industrijali u professjonali partikulari, inkluż il-kisi li jiflaħ għall-istrapazz (“heavy-duty”);

(d) il-kisi f'forma ta' trab;

(e) is-sistemi taż-żebgħa li jistgħu jitwebbsu permezz tar-raġġi UV;

(f) iż-żebgħa primarjament maħsuba għall-vetturi;

(g) il-prodotti li l-funzjoni primarja tagħhom mhix li jiffurmaw saff fuq il-wiċċ li jrid jinżebagħ, pereżempju ż-żjut u x-xama';

(h) il-materjal tal-mili (“fillers”) kif iddefinit fl-istandard bir-referenza EN ISO 4618;

(i) iż-żebgħa użata għas-sinjali tat-triq.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(1) “żebgħa” tfisser materjal għall-kisi, mogħti bħala pejst likwidu jew bħala trab, miżjud bil-pigment, li meta jiġi applikat fuq wiċċ li jrid jinżebagħ, joħloq saff opak li jkollu karatteristiċi protettivi jew dekorattivi jew karatteristiċi tekniċi speċifiċi, u li, wara li jkun applikat, jinxef u jifforma kisi solidu, aderenti u protettiv;

(2) “verniċ” tfisser materjal għall-kisi trasparenti li meta jiġi applikat fuq wiċċ li jrid jinżebagħ, joħloq saff trasparenti u solidu li jkollu karatteristiċi protettivi jew dekorattivi jew karatteristiċi tekniċi speċifiċi, u li, wara li jkun applikat, jinxef u jifforma kisi solidu, aderenti u protettiv;

(3) “żebgħa u verniċ dekorattivi” tfisser żebgħa u verniċ li jiġu applikati fuq il-post fuq il-bini u t-tirqim u l-aċċessorji tiegħu, għal għanijiet dekorattivi u protettivi;

(4) “lażura” (likwidu li jlewwen lill-injam) tfisser kisjiet li jiffurmaw saff trasparenti jew semitrasparenti, biex jiddekoraw u jipproteġu l-injam mill-effetti tat-temp, u li jippermettu ż-żamma tiegħu b'mod faċli;

(5) “sistema li tagħti l-lewn” tfisser metodu kif wieħed iħejji ż-żebgħa tal-kulur billi jħallat “bażi” ma' lwien ħfief ikkuluriti;

(6) “kisi tal-bini” tfisser kisi li jifforma saff dekorattiv u protettiv għall-użu fuq il-konkos, fuq iċ-ċangar bil-briks li jista' jinżebagħ, fuq iċ-ċangar bil-blokok, fl-ewwel passata ġibs, fuq il-folji tas-silikat tal-kalċju jew is-siment li jkun imsaħħaħ bil-fibra;

(7) “żebgħa tal-ewwel passata li tgħaqqad” tfisser kisjiet imfasslin biex jistabbilizzaw il-partiċelli maħlulin tal-wiċċ li jrid jinżebagħ jew il-karatteristiċi idrofobiċi tal-impatt;

(8) “sistema taż-żebgħa li tista' titwebbes permezz tar-raġġi UV” tfisser it-twebbis tal-materjal għall-kisi permezz tal-esponiment għar-radjazzjoni artifiċjali ultravjola;

(9) “kisi f'forma ta' trab” tfisser kisi dekorattiv jew protettiv iffurmat billi wieħed japplika trab tal-kisi fuq wiċċ li jrid jinżebagħ u t-tidwib biex ikun hemm saff kontinwu;

▼M2

(10) “Preżervattivi ta' ġol-bottijiet” huma sustanzi attivi fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) li jintużaw fit-tip ta' prodott 6 kif deskritt fl-Anness V ta' dak ir-Regolament. Dawn jintużaw b'mod partikolari biex jiġu priżervati l-prodotti manifatturati waqt il-ħażna bil-kontroll tad-deterjoment mikrobiku biex ikun żgurat iż-żmien tal-ħżin tagħhom u jintużaw għall-preżervazzjoni tal-ilwien li jitferrxu bil-magni;

(11) “Preżervattivi b'saff niexef” huma sustanzi attivi fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 li jintużaw fit-tip ta' prodott 7 kif deskritt fl-Anness V ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari għall-preżervazzjoni ta' saffi jew kisjiet bil-kontroll tad-deterjoment mikrobiku jew tat-tkabbir tal-alga biex jitħarsu l-proprjetajiet inizjali tal-wiċċ tal-materjali jew tal-oġġetti;

▼B

(12) “sustanzi għal kontra t-tqaxxir” huma addittivi li jiżdiedu mal-materjal għall-kisi biex jiġi evitat li dan il-materjal jitqaxxar meta jkun qed jiġi prodott jew meta jkun maħżun;

▼M1

(13) “komposti organiċi volatili” (VOCs) tfisser kwalunkwe kompost organiku li jagħli inizjalment f'temperatura ta' 250 °C jew inqas, imkejla fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa kif iddefinit fid-Direttiva 2004/42/KE u li, f'kolonna kapillari, jgħaddi minn elużjoni sa n-Tetradekan (C14H30) u jinkludih;

(14) “komposti organiċi semivolatili” (SVOCs) tfisser kwalunkwe kompost organiku li jagħli f'temperatura ogħla minn 250 °C u anqas minn 370 °C imkejla fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa u li, f'kolonna kapillari, jgħaddi minn elużjoni b'firxa ta' ritenzjoni wara n-Tetradekan (C14H30) u sa n-Dokosan (C22H46) u jinkludih;

▼B

(15) “żebgħa bajda u ta' lewn ċar” hija dik iż-żebgħa li għandha tristimulu (valur ta' Y) ta' iktar minn 70 %;

(16) “żebgħa li tleqq” hija dik iż-żebgħa li, f'angolu tal-inċidenza ta' 60 grad ikollha riflettanza ta' 60 jew iktar;

(17) “żebgħa nofsha tleqq” (magħrufa wkoll bħala żebgħa semimatta) hija dik iż-żebgħa li, f'angolu tal-inċidenza ta' 60 grad jew 85 grad ikollha riflettanza ta' inqas minn 60 u ta' 10 jew iktar;

(18) “żebgħa matta” hija dik iż-żebgħa li, f'angolu tal-inċidenza ta' 85 grad ikollha riflettanza ta' inqas minn 10;

(19) “żebgħa matta għalkollox” hija dik iż-żebgħa li, f'angolu tal-inċidenza ta' 85 grad ikollha riflettanza ta' inqas minn 5;

(20) “trasparenti” u “semitrasparenti” ifissru saff bi proporzjon ta' kuntrast ta' inqas minn 98 % meta s-saff imxarrab ikun oħxon 120μ;

(21) “opak” tfisser saff bi proporzjon ta' kuntrast ta' iktar minn 98 % meta s-saff imxarrab ikun oħxon 120μ.

Artikolu 3

Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għal prodott li jinsab fil-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika marbutin magħhom huma stabbiliti fl-Anness.

▼M3

Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “żebgħa u verniċ ta' ġewwa u ta' barra”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2022.

▼B

Artikolu 5

Għal raġunijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa” se jkun in-numru “044”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE għandhom jitħassru.

Artikolu 7

1.  L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti taż-“żebgħa u l-verniċ” li jitressqu fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jissejsu jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE, jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li jissejsu fuqhom.

▼M1

2.  Il-liċenzji għall-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2009/543/KE u 2009/544/KE jistgħu jintużaw għal 21 xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

▼B

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U R-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U L-VERIFIKA

Il-kriterji għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ:

1. Il-pigment l-abjad u r-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil

2. Id-diossidu tat-titanju

3. L-effiċjenza fl-użu

(a) Ir-rata ta' tixrid

(b) Ir-reżistenza għall-ilma

(c) L-adeżjoni

(d) Il-brix

(e) L-effetti tat-temp

(f) Il-permeabbiltà tal-fwar tal-ilma

(g) Il-permeabbiltà tal-ilma f'forma likwida

(h) Ir-reżistenza fungali

(i) L-għeluq tat-tixqiq

(j) Ir-reżistenza għall-alkali

(k) Ir-reżistenza għall-korrużjoni

4. Il-komposti organiċi volatili u l-komposti organiċi semivolatili (il-KOV u l-KOSV)

5. Restrizzjoni tas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

(a) Ir-restrizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-klassifikazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet ta' riskju

(b) Restrizzjonijiet li japplikaw għas-Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna

(c) Restrizzjonijiet li japplikaw għal sustanzi perikolużi speċifiċi

6. Tagħrif għall-konsumaturi

7. Tagħrif li jidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-kriterji tal-Ekotikketta jirriflettu l-prodotti tas-suq taż-żebgħa u l-verniċ li għandhom l-aħjar prestazzjoni ambjentali. Hemm bżonn ta' standards għoljin tal-kwalità u tal-prestazzjoni għaż-żebgħa sabiex ikun żgurat li l-prodott ikollu ħajja twila u sabiex b'dak il-mod jingħata kontribut biex jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-impatti globali taż-żebgħa tul iċ-ċiklu ta' ħajja tal-prodott. Barra minn hekk, il-kriterji għandhom l-għan li jnaqqsu kemm jista' jkun l-użu tas-sustanzi organiċi volatili u tas-sustanzi organiċi semivolatili fit-taħlita li tifforma ż-żebgħa.

Filwaqt li l-użu tal-prodotti kimiċi u r-rilaxx tas-sustanzi li jniġġsu huwa parti mill-proċess ta' produzzjoni, prodott li jkollu l-Ekotikketta tal-UE jipprovdi garanzija lill-konsumatur li dawn is-sustanzi ntużaw biss sal-limitu teknikament possibbli mingħajr ħsara għal kemm dan il-prodott huwa tajjeb għall-użu. Barra minn hekk, il-prodott aħħari taż-żebgħa jew tal-verniċ ma jistax jiġi kklassifikat bħala tossina akuta jew bħala prodott perikoluż għall-ambjent skont il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-tikkettar tal-prodotti.

Il-kriterji jeskludu, kull fejn ikun possibbli, jew jillimitaw għal ammont minimu l-konċentrazzjoni ta' għadd ta' sustanzi identifikati bħala perikolużi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jistgħu jintużaw fit-taħlita li tifforma ż-żebgħa u l-verniċ (li hija meħtieġa biex ikun hemm ċerti funzjonijiet u karatteristiċi speċifiċi). Deroga biex sustanza tintuża fi prodotti bl-Ekotikketta tingħata biss f'każijiet fejn it-tali sustanza tkun meħtieġa biex tissodisfa l-aspettattivi tal-prestazzjoni tal-konsumaturi jew ir-rekwiżiti li japplikaw għall-prodott (pereżempju għall-preservazzjoni taż-żebgħa) u fejn ma jkun hemm l-ebda alternattivi disponibbli applikati u ttestjati.

Id-derogi huma evalwati abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni u tal-evidenza xjentifika u teknika, b'mod speċjali jekk ikunu jeżistu prodotti aktar sikuri fis-suq.

Jista' jintalab li jsiru testijiet fuq il-prodott finali sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm sustanzi perikolużi ristretti fih, sabiex il-konsumaturi jingħataw livell għoli ta' assigurazzjoni.

Fejn ikun xieraq, jiġu imposti wkoll kundizzjonijiet stretti fuq it-trattament tas-sustanzi fil-proċessi tal-manifattura taż-żebgħa u l-verniċ sabiex jiġi evitat l-esponiment tal-ħaddiema għal dawn is-sustanzi. Il-verifika tal-konformità mal-kriterji hija mfassla b'tali mod li tipprovdi livell għoli ta' assigurazzjoni għall-konsumaturi, li tirrifletti l-potenzjal prattiku għall-applikanti li jiksbu tagħrif mill-katina tal-provvista u li teskludi l-potenzjal għall-parassitiżmu min-naħa tal-applikanti.

Valutazzjoni u verifika

(a) Rekwiżiti

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.

Meta l-applikant jintalab jagħti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur/il-fornituri tiegħu u/jew il-fornitur/il-fornituri tagħhom, kif ikun xieraq.

Fil-każ ta' bidliet bħal bidliet fil-fornitur jew fit-taħlita li tifforma ż-żebgħa jew fil-każ ta' twessigħ tal-firxa tal-prodotti li jwassal għal bidla fil-mod kif iż-żebgħa u l-verniċ ikunu jikkonformaw ma' kriterju wieħed jew iktar (skont kif ikun rilevanti), id-detentur tal-liċenzja, qabel ma jagħmel kwalunkwe bidla, għandu jibgħat lill-Korp Kompetenti rilevanti t-tagħrif li juri l-konformità kontinwa tal-prodotti kif speċifikat fil-kriterji rilevanti.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħrajn, minbarra dawk indikati għal kull kriterju, jekk dawn ikunu deskritti fil-manwal tal-utenti dwar l-applikazzjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta u jekk il-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu bi preferenza t-testijiet li jkunu akkreditati skont l-istandard ISO 17025 u l-verifiki mwettqin minn korpi li huma akkreditati skont l-istandard EN 45011 jew standard internazzjonali ekwivalenti.

Fejn ikun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta' evidenza u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

(b) Limiti tal-kejl

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, hija meħtieġa l-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta għas-sustanzi u t-taħlitiet miżjuda apposta, kif ukoll għall-prodotti sekondarji u għall-impuritajiet mill-materja prima, li jkunu jammontaw għal 0.010 % jew iktar skont il-piż tat-taħlita aħħarija.

(c) Il-korp kompetenti għandu jingħata tagħrif dwar it-taħlita eżatta tal-prodott, inklużi l-funzjoni u l-forma fiżika tal-ingredjenti kollha identifikati fil-kriterji, kif ukoll kwalunkwe ingredjent funzjonali ieħor, u l-ammont tagħhom li jiddaħħal fit-taħlita. Għal kull ingredjent għandu jingħata l-isem kimiku, in-numru tal-CAS u l-klassifikazzjoni tal-CLP skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Għandhom jiġu rrappurtati l-ingredjenti kollha identifikati fil-kriterji, kif ukoll kwalunkwe ingredjent funzjonali ieħor u l-impuritajiet magħrufa li jkun hemm fil-prodott f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 0,010 %, sakemm ma tkunx meħtieġa konċentrazzjoni iktar baxxa għall-konformità mar-rekwiżit ta' deroga.

Fejn il-kriterji jirreferu għall-ingredjenti, dawn jinkludu s-sustanzi u l-preparazzjonijiet jew it-taħlitiet. It-tifsiriet tal-kliem “sustanzi” u “taħlitiet” huma mogħtija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) (magħruf bħala “r-Regolament REACH”).

L-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza u/jew in-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet tal-CLP għal kull ingredjent għandhom jintbagħtu lill-korp kompetenti skont ir-Regolament REACH.

(d) Il-limiti għandhom japplikaw għaż-żebgħa u l-verniċ fil-pakkett tagħhom għall-kriterji kollha, ħlief għall-Kriterju nru 4, msejjaħ “Il-komposti organiċi volatili u l-komposti organiċi semivolatili (il-KOV u l-KOSV)”. F'konformità mad-Direttiva 2004/42/KE, il-limiti tal-KOV għandhom x'jaqsmu mal-prodott li jkun lest għall-użu u b'hekk il-kontenut massimu tal-KOV għandu jitkejjel jew jiġi kkalkulat billi tiġi inkluża kwalunkwe żieda rrakkomandata bħas-sustanzi li jagħtu l-kulur u/jew li jrattbu ż-żebgħa. Għal dan il-kejl jew il-kalkolu, se tkun meħtieġa d-dejta li tingħata mill-fornituri tal-materja prima f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontenut tas-solidi, il-kontenut tal-KOV u d-densità tal-prodott. Dan t'hawn fuq japplika wkoll għall-kejl jew il-kalkolu tal-KOSV. Il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu li jsiru testijiet għall-KOSV sabiex jiġu vvalidati l-kalkoli.

Il-kriterju nru 1. Il-pigment l-abjad u r-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil

1(a)    Ir-rekwiżit minimu għall-kontenut tal-pigment l-abjad

Iż-żebgħa ta' ġewwa għall-ħitan u s-soqfa li għaliha jkun qed jingħad li għandha reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil tal-klassi nru 1 jew 2, għandu jkollha kontenut ta' pigment abjad (il-pigmenti l-bojod inorganiċi li jkollhom indiċi rifrattiv ogħla minn 1,8) li jkun daqs il-valuri mogħtija fit-Tabella 1 jew inqas minnhom għal kull metru kwadru ta' saff niexef, b'opaċità ta' 98 %. Għas-sistemi li jagħtu l-lewn, dan ir-rekwiżit japplika biss għaż-żebgħa ta' bażi.



It-Tabella 1

Rabta bejn ir-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil u l-kontenut tad-diossidu tat-titanju (TiO2) għaż-żebgħa ta' ġewwa

Reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil

Il-limitu fuq ġewwa (fi grammi għal kull metru kwadru)

Il-klassi nru 1

40

Il-klassi nru 2

36

Għaż-żebgħa l-oħra kollha, fosthom iż-żebgħa mħallta bil-ġir, iż-żebgħa tas-silikat, iż-żebgħa tal-ewwel passata, iż-żebgħa ta' kontra s-sadid u ż-żebgħa tal-faċċati, il-kontenut ta' pigment abjad (il-pigmenti l-bojod inorganiċi li jkollhom indiċi rifrattiv ogħla minn 1,8) m'għandux jaqbeż is-36 g/m2 għall-prodotti ta' ġewwa u t-38 g/m2 għall-prodotti ta' barra. Fil-każ taż-żebgħa maħsuba kemm għall-użu fuq barra u kemm għall-użu fuq ġewwa għandu japplika l-limitu l-aktar strett.

F'każ li l-prodotti msemmijin hawn fuq jaqgħu taħt l-eżenzjoni indikata fil-parti (b), il-kontenut ta' pigment abjad (il-pigmenti l-bojod inorganiċi li jkollhom indiċi rifrattiv ogħla minn 1,8) m'għandux jaqbeż il-25 g/m2 ta' saff niexef, b'opaċità ta' 98 %.

1(b)    Ir-rekwiżit minimu għar-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil (għaż-żebgħa ta' ġewwa biss)

Iż-żebgħa kollha ta' ġewwa għall-ħitan u s-soqfa (iż-żebgħa tal-aħħar passata) għandha tiġi kklassifikata fil-klassi nru 1 jew 2 b'rabta mar-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil skont l-istandards EN 13300 u EN ISO 11998. Dan ir-rekwiżit japplika biss għall-bażijiet għall-għoti ta' lewn ħafif (iż-żebgħa ta' bażi).

Iż-żebgħa ta' ġewwa għall-ħitan u s-soqfa li jkollha kontenut ta' pigment abjad (il-pigmenti l-bojod inorganiċi li jkollhom indiċi rifrattiv ogħla minn 1,8) ta' 25 g/m2 ta' saff niexef jew inqas, b'opaċità ta' 98 % hija eżentata minn dan ir-rekwiżit.

Iż-żebgħa li tkun ingħatat l-ekotikketta u tkun taqa' fil-klassi nru 1 u 2 tar-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil biss jista' jkollha mmarkat fuq it-tikketta jew fi kwalunkwe dokument ieħor tal-kummerċjalizzazzjoni li hija reżistenti għall-għorik waqt il-ħasil.

Valutazzjoni u verifika

: għandhom jiġu ssodisfati kemm ir-rekwiżiti mogħtija fil-punt 1(a) u kemm dawk mogħtija fil-punt 1(b). L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi li l-kontenut tal-pigmenti l-bojod huwa konformi ma' dan il-kriterju.

L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test skont l-istandard EN 13300 magħmul bil-metodu tal-istandard EN ISO 11198 (Test għat-tnaddif u għar-reżistenza għall-għorik). Għaż-żebgħa għas-soqfa u ż-żebgħa għall-ħitan ta' ġewwa, it-tikketta għall-pakkett, inkluż it-test li jakkumpanjaha, għandha tingħata bħala provi ta' dak li jkun qed jingħad b'rabta mar-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil.

Il-kriterju Nru 2. Il-pigment tad-diossidu tat-titanju

Jekk il-prodott ikun fih aktar minn 3,0 % w/w ta' diossidu tat-titanju, l-emissjonijiet u r-rimi tal-iskart mill-produzzjoni ta' kwalunkwe pigment tad-diossidu tat-titanju li jkun intuża m'għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin ( 4 ):

Għall-proċess tas-sulfat:

 SOx ikkalkulat bħala SO2: 7,0 kilogrammi għal kull tunnellata ta' pigment tat-TiO2;

 L-iskart tas-sulfat: 500 kilogramma għal kull tunnellata ta' pigment tat-TiO2;

Għall-proċess tal-klorur:

 jekk jintuża r-rutil naturali: 103 kilogrammi ta' skart tal-klorur għal kull tunnellata ta' pigment tat-TiO2;

 jekk jintuża r-rutil sintetiku: 179 kilogramma ta' skart tal-klorur għal kull tunnellata ta' pigment tat-TiO2;

 jekk jintużaw il-fdalijiet tal-metall mhux maħdum: 329 kilogramma ta' skart tal-klorur għal kull tunnellata ta' pigment tat-TiO2.

Jekk jintuża aktar minn tip ta' metall mhux maħdum wieħed, il-valuri għandhom japplikaw b'mod proporzjonat mal-kwantità tat-tipi individwali ta' metalli mhux maħdumin użati.

Nota:

L-emissjonijiet ta' SOx japplikaw biss għall-proċess tas-sulfat.

Għad-definizzjoni tal-iskart għandu jintuża l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), magħrufa bħala d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart. Jekk il-produttur tat-TiO2 jkun jista' jissodisfa l-Artikolu 5 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (li jittratta l-produzzjoni tal-prodotti sekondarji) għall-iskart solidu tiegħu, l-iskart għandu jiġi eżentat.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jibgħat dokumentazzjoni ta' evidenza li turi l-konformità tal-produttur tad-diossidu tat-titanju li jkun qed jimmanifattura l-materja prima għall-prodott taż-żebgħa, jew fil-forma ta' dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu jew fil-forma ta' dikjarazzjoni appoġġata mid-dejta li turi li jkunu tħarsu l-livelli rispettivi tal-emissjonijiet mill-proċessi u tar-rimi tal-iskart.

Il-kriterju Nru 3. L-effiċjenza fl-użu

Sabiex tintwera l-effiċjenza fl-użu taż-żebgħa u l-verniċ, għandhom isiru t-testijiet li ġejjin skont it-tip ta' żebgħa u/jew verniċ, kif indikat fit-Tabella 2:



It-Tabella 2

Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għat-tipi ta' żebgħa u verniċ differenti

Kriterji

Żebgħa u verniċ (u s-sottokategoriji tagħhom, identifikati skont id-Direttiva 2004/42/KE)

Żebgħa ta' ġewwa

(a, b)

Żebgħa ta' barra

(c)

Żebgħa għat-tirqim u l-kisi

(d)

Kisi dekorattiv magħqud ta' barra u ta' ġewwa

(l)

Verniċ u likwidi li jlewnu l-injam

(e, f)

Żebgħa ta' rendiment li jkun fiha pakkett wieħed u ż-żebgħa għall-kisi tal-art

(i)

Żebgħa tal-ewwel passata

(g)

Żebgħa ta' taħt u żebgħa tal-ewwel passata

(h)

►M1  
3(a)  Rata ta' tixrid (għaż-żebgħa l-bajda u għaż-żebgħa ta' kulur ċar biss, inkluża ż-żebgħa ta' bażi l-bajda li tintuża fis-sistemi li jagħtu l-lewn)) — ISO 6504/1. Ma japplikax għall-verniċ, għal-lażuri (il-likwidi li jlewnu l-injam), għaż-żebgħa trasparenti ta' adeżjoni tal-ewwel passata jew għal kwalunkwe kisi trasparenti ieħor  ◄

8 m2/L

4 m2/L (għaż-żebgħa elastomerika)

6 m2/L (għaż-żebgħa tal-bini)

6 m2/L għall-prodotti ta' barra

8 m2/L għall-prodotti ta' ġewwa

1 m2/L

6 m2/L għall-prodotti ta' barra

8 m2/L għall-prodotti ta' ġewwa

►M2  
6 m2/L (mingħajr karatteristiċi speiċifiċi)  ◄
8 m2/L (bl-opaċità)

►M2  
6 m2/L (mingħajr karatteristiċi speiċifiċi)  ◄
8 m2/L (bl-opaċità)

3(b)  Reżistenza għall-ilma — l-istandard ISO 2812-3

Reżistenti għall-ilma

Reżistenti għall-ilma

3(c)  Adeżjoni — l-istandard EN 24624

 

Marka ta' 2

1.5 MPa (għaż-żebgħa tal-bini)

1.5 MPa (għaż-żebgħa tal-bini)

3(d)  Il-brix – l-istandard EN ISO 7784-2

70 mg ta' telf tal-piż

3(e)  L-effetti tat-temp — l-istandard EN 11507 jew EN 927-6

1000 siegħa

1000 siegħa (fuq barra)

1000 siegħa (fuq barra)

1000 siegħa (fuq barra)

1000 siegħa (fuq barra)

3(f)  Permeabbiltà tal-fwar tal-ilma (1) – l-istandard EN ISO 7783

Klassi nru II jew aħjar

Klassi nru II jew aħjar (għaż-żebgħa ta' barra)

3(g)  Permeabbiltà tal-ilma f'forma likwida (1)

Fejn isiru l-pretensjonijiet, il-klassi nru III

Klassi nru II jew aħjar (għaż-żebgħa ta' barra)

– l-istandard EN 1062-3

Għall-prodotti l-oħra kollha, il-klassi nru II jew aħjar

3(h)  Reżistenza fungali (1) – l-istandard EN 15457

Klassi nru 1 jew inqas (għaż-żebgħa tal-bini jew tal-injam)

Klassi nru 0 (għall-prodotti għall-injam għal fuq barra)

Klassi nru 1 jew inqas (għaż-żebgħa ta' barra)

3(h)  Reżistenza għall-alka l-istandard EN 15458 (1)

Klassi nru 1 jew inqas (għaż-żebgħa tal-bini jew tal-injam)

Klassi nru 0 (għall-prodotti għall-injam għal fuq barra)

Klassi nru 1 jew inqas (għaż-żebgħa ta' barra)

3(i)  L-għeluq tat-tixqiq (1) – l-istandard bEN 1062-7

A1 (għaż-żebgħa elastomerika biss)

3(j)  Reżistenza għall-alkali l-istandard ISO 2812-4

Iż-żebgħa tal-bini

Iż-żebgħa ta' barra għall-bini

Iż-żebgħa ta' barra għall-bini

3(k)  Reżistenza għall-korrużjoni (1)

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

l-istandards EN ISO 12944-2 u 12944-6 u l-istandards ISO 9227, ISO 4628-2 u 4628-3

 

It-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa: ≥ daqs 3/densità 3

It-trobbija tas-sadid: ≥ Ri2

It-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa: ≥ daqs 3/densità 3

It-trobbija tas-sadid: ≥ Ri2

 

 

It-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa: ≥ daqs 3/densità 3

It-trobbija tas-sadid: ≥ Ri2

It-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa: ≥ daqs 3/densità 3

It-trobbija tas-sadid: ≥ Ri2

It-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa: ≥ daqs 3/densità 3

It-trobbija tas-sadid: ≥ Ri2

(1)   Dawn huma meħtieġa biss f'każ li jsiru dikjarazzjonijiet dwarhom għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni taż-żebgħa.

3(a)    Rata ta' tixrid

Ir-rekwiżit tar-rata ta' tixrid għandu japplika biss għaż-żebgħa l-bajda u għaż-żebgħa ta' kulur ċar. Għaż-żebgħa li tkun disponibbli f'aktar kuluri, ir-rata ta' tixrid għandha tapplika għal dik li jkollha l-iktar kulur ċar.

Iż-żebgħa l-bajda u ż-żebgħa ta' kulur ċar (inkluż iż-żebgħa tal-aħħar passata u ż-żebgħa intermedjarja) għandu jkollhom rata ta' tixrid (f'qawwa opaċizzanti ta' 98 %) ta' mill-inqas 8 m2 għal kull litru tal-prodott fil-każ taż-żebgħa ta' ġewwa u ta' 6 m2 fil-każ taż-żebgħa ta' barra. Il-prodotti kkummerċjalizzati kemm għall-użu fuq barra u kemm għall-użu fuq ġewwa — għandu jkollhom rata ta' tixrid (f'qawwa opaċizzanti ta' 98 %) ta' mill-inqas 8 m2 għal kull litru.

Għas-sistemi li jagħtu l-lewn, dan il-kriterju japplika biss għall-bażi l-bajda (il-bażi li jkun fiha l-akbar ammont ta' TiO2). F'każijiet fejn il-bażi l-bajda ma tkunx tista' tilħaq dan ir-rekwiżit, il-kriterju se jkun intlaħaq wara li jingħata lewn ħafif lill-bażi l-bajda sabiex jiġi prodott il-kulur standard RAL 9010.

Għaż-żebgħa li tkun parti minn sistema li tagħti l-lewn, l-applikant għandu javża lill-utent aħħari fuq il-pakkett tal-prodott u fuq il-POS dwar liema kulur jew liema żebgħa tal-ewwel passata/żebgħa ta' taħt (jekk possibbli li tkun ingħatat l-Ekotikketta Komunitarja) għandha tintuża bħala l-kisi tal-bażi qabel ma jiġi applikat il-kulur iktar skur.

▼M2

Iż-żebgħa opaka tal-ewwel passata għandu jkollha rata ta' tixrid ta' mill-inqas 8 m2 għal kull litru tal-prodott. Iż-żebgħa opaka tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċifiċi sabiex tibblokka/tissiġilla, tippenetra/tgħaqqad u ż-żebgħa tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċjali ta' adeżjoni għandu jkollhom rata ta' tixrid ta' mill-inqas 6 m2 għal kull litru tal-prodott.

▼B

Il-kisi dekorattiv magħqud (żebgħa li hi ddiżinjata speċjalment sabiex toħloq effett dekorattiv tridimensjonali u li għalhekk hija kkaratterizzata minn kisja magħquda ħafna), b'mod alternattiv, għandu jkollu rata ta' tixrid ta' 1 m2 għal kull kilogramm tal-prodott.

Iż-żebgħa elastomerika opaka għandu jkollha rata ta' tixrid ta' mill-inqas 4 m2 għal kull litru tal-prodott.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-verniċ, għal-lażuri (il-likwidi li jlewnu l-injam), għaż-żebgħa trasparenti ta' adeżjoni tal-ewwel passata jew għal kwalunkwe kisi trasparenti ieħor.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu tal-istandard ISO 6504/1 (Iż-żebgħa u l-verniċ — id-determinazzjoni tal-qawwa opaċizzanti — Il-Parti nru 1: il-metodu Kubelka-Munk għaż-żebgħa l-bajda u ż-żebgħa ta' kulur ċar) jew 6504/3 (Il-Parti nru 3: id-determinazzjoni tal-proporzjon tal-kuntrast (l-opaċità) għaż-żebgħa ta' kulur ċar f'rata fissa ta' tixrid), jew bil-metodu NF T 30 073 għaż-żebgħa ddiżinjata speċjalment sabiex toħloq effett dekorattiv tridimensjonali u kkaratterizzata minn kisja magħquda ħafna. Għall-bażijiet użati fil-manifattura ta' prodotti li jkunu ngħataw lewn ħafif li ma jkunux evalwati skont ir-rekwiżiti msemmijin hawn fuq, l-applikant għandu juri evidenza dwar kif l-utent aħħari se jkun avżat biex juża żebgħa tal-ewwel passata u/jew żebgħa ta' taħt griża (jew ta' kulur ieħor rilevanti) qabel ma juża l-prodott.

3(b)    Reżistenza għall-ilma

Il-verniċ u l-kisi u ż-żebgħa tal-art kollha għandu jkollhom reżistenza għall-ilma, kif stabbilit bl-istandard ISO 2812-3, hekk li wara li jkunu esposti għalih għal 24 siegħa u jkollhom 16-il siegħa biex jinxfu, ma jkollhom l-ebda tibdil fil-lostru jew fil-kulur.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu tal-istandard ISO 2812-3.

3(c)    Adeżjoni

F'każ fejn is-saħħa tal-koeżjoni tal-wiċċ li jrid jinżebagħ tkun inqas mis-saħħa ta' adeżjoni taż-żebgħa, iż-żebgħa tal-ewwel passata tal-bini għall-użu fuq barra, miżjuda bil-pigment, għandha tgħaddi mit-test tal-qligħ (“pull-off”) tal-istandard EN 24624 (ISO 4624), mill-bqija l-adeżjoni taż-żebgħa trid tkun ogħla mill-valur ta' 1,5 MPa li fih prodott ikun għadda mit-test.

Il-kisi tal-art, iż-żebgħa tal-art, iż-żebgħa ta' taħt tal-art, iż-żebgħa tal-ewwel passata tal-bini għall-użu fuq ġewwa u ż-żebgħa ta' taħt tal-metall u tal-injam għandhom iġibu marka ta' 2 jew inqas fit-test tal-istandard EN 2409 għall-adeżjoni.

Iż-żebgħa trasparenti tal-ewwel passata mhix inkluża f'dan ir-rekwiżit.

L-applikant għandu jevalwa ż-żebgħa tal-ewwel passata u/jew iż-żebgħa tal-aħħar passata waħedhom jew it-tnejn li huma f'daqqa. Meta ż-żebgħa tal-aħħar passata tkun qed tiġi ttestjata waħedha, dan se jitqies bħala l-agħar każ possibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-adeżjoni.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu tal-istandard EN ISO 2409 jew EN 24624 (ISO 4624), kif applikabbli.

3(d)    Il-brix

Il-kisi u ż-żebgħa tal-art għandu jkollhom reżistenza għall-brix li ma taqbiżx is-70 mg ta' telf tal-piż wara 1000 ċiklu ta' ttestjar b'piż ta' 1000 gm u rota tas-CS10 skont l-istandard EN ISO 7784-2.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu tal-istandard EN ISO 7784-2 li juri l-konformità ma' dan il-kriterju.

3(e)    Effetti tat-temp (għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra)

Iż-żebgħa tal-aħħar passata għall-bini u ż-żebgħa tal-aħħar passata għall-injam u għall-metall, inkluż il-verniċ, għandhom ikunu esposti għall-effetti artifiċjali tat-temp f'apparat li jinkludi lampi fluworexxenti tal-UV u l-kondensazzjoni jew raxx tal-ilma skont l-istandard ISO 11507. Dawn għandhom ikunu esposti għall-kundizzjonijiet ta' ttestjar għal 1000 siegħa. Il-kundizzjonijiet ta' ttestjar huma: UVA 4 sigħat/60 °C + umdità 4 sigħat/50 oC.

B'mod alternattiv, iż-żebgħa tal-aħħar passata u l-verniċ għall-injam li jkunu għall-użu fuq barra għandhom ikunu esposti għall-effetti tat-temp għal 1000 siegħa fl-apparat tal-effetti aċċellerati tat-temp QUV b'esponiment ċikliku bir-radjazzjoni tal-UV(A) u bit-tifrix tal-isprej skont l-istandard EN 927-6.

Skont l-istandard ISO 7724 3, it-tibdil fil-kulur tal-kampjuni li jkunu esposti għall-effetti tat-temp ma għandux ikun ta' iktar minn ΔΕ * = 4. Dan ma japplikax għall-bażijiet u l-verniċ.

It-tnaqqis fil-lostru tal-verniċ u ż-żebgħa li jleqqu li jkunu esposti għall-effetti tat-temp ma għandux ikun ta' iktar minn 30 % tal-valur inizjali tiegħu u għandu jitkejjel billi jintuża l-istandard ISO 2813. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għaż-żebgħa matta u nofsha tleqq tal-aħħar passata ( 6 ) li jkollha valur inizjali tal-lostru ta' inqas minn 60 % f'angolu tal-inċidenza ta' 60 grad.

Għall-kisi tal-aħħar passata tal-bini u għaż-żebgħa tal-aħħar passata għall-injam u għall-metall (fejn ikun applikabbli), it-tfarfir tal-kulur għandu jkun ittestjat bil-metodu tal-istandard EN ISO 4628-6 wara li l-kampjuni jkunu ġew esposti għall-effetti tat-temp. Il-kisi għandu jġib marka ta' 1.5 jew marka aħjar (0.5 jew 1.0) f'dan it-test. Fl-istandard hemm referenzi illustrati.

Il-parametri li ġejjin ukoll għandhom ikunu evalwati għall-kisi tal-aħħar passata tal-bini u għaż-żebgħa tal-aħħar passata għall-injam u għall-metall wara li l-kampjuni jkunu ġew esposti għall-effetti tat-temp:

it-twaqqigħ ta' frak taż-żebgħa skont l-istandard ISO 4628-5; densità tal-farka ta' 2 jew inqas, daqs tal-farka ta' 2 jew inqas;

it-tixqiq taż-żebgħa skont l-istandard ISO 4628-4; ammont tat-tixqiq ta' 2 jew inqas, daqs tat-tixqiqa ta' 3 jew inqas;

it-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa skont l-istandard ISO 4628-2; densità tat-tligħ ta' 3 jew inqas, daqs tal-biċċa l-imtella' ta' 3 jew inqas.

It-testijiet għandhom isiru fuq il-bażi għall-għoti ta' lewn ħafif.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-test magħmul jew bl-użu tal-istandard ISO 11507 skont il-parametri speċifikati, jew bl-użu tal-istandard EN 927-6, jew tat-tnejn li huma. L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet magħmulin bl-użu tal-istandard EN ISO 4628-2, 4, 5 u 6 u rapport tat-test skont l-istandard ISO 7724-3 fejn ikun applikabbli.

3(f)    Permeabbiltà tal-fwar tal-ilma

Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa ta' barra għall-bini u għal fuq il-konkos tħalli l-arja tgħaddi minnha, iż-żebgħa għandha tiġi kklassifikata skont l-istandard EN 1062-1 fil-klassi nru II (permeabbiltà medja tal-fwar) jew fi klassi aħjar skont il-metodu ta' ttestjar tal-istandard EN ISO 7783.

Minħabba l-għadd kbir ta' kuluri potenzjali għall-ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta' bażi użata.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-istandard EN ISO 7783 u klassifikazzjoni skont l-istandard EN 1062-1.

3(g)    Permeabbiltà tal-ilma f'forma likwida

Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa ta' barra għall-bini u għal fuq il-konkos ma tħallix l-ilma jidħol jew li hi elastomerika, il-kisi għandu jiġi kklassifikat skont l-istandard EN 1062-1 fil-klassi nru III (permeabbiltà baxxa tal-likwidu) skont il-metodu tal-istandard EN 1062-3.

Minħabba l-għadd kbir ta' kuluri potenzjali għall-ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta' bażi użata.

Iż-żebgħa tal-bini l-oħra kollha għandha tiġi kklassifikata skont l-istandard EN 1062-1 fil-klassi nru II (permeabbiltà medja tal-likwidu) jew fi klassi aħjar skont il-metodu ta' ttestjar tal-istandard EN 1062-3.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-istandard EN 1062-3 u klassifikazzjoni skont l-istandard EN 1062-1.

3(h)    Ir-reżistenza fungali u għall-alka

Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa tal-aħħar passata għall-bini u ż-żebgħa tal-injam li jkunu għall-użu fuq barra għandhom karatteristiċi ta' kontra l-fungi u l-alka, u skont il-PT7 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) dwar il-prodotti bijoċidali, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti li ġejjin bl-użu tal-istandards EN 15457 u EN 15458.

Iż-żebgħa tal-bini għandu jkollha marka tal-klassi nru 1 jew inqas (1 jew 0) għar-reżistenza fungali (jiġifieri jkollha kopertura fungali ta' inqas minn 10 %) u marka tal-klassi nru 1 jew inqas għar-reżistenza għall-alka.

Iż-żebgħa tal-injam għandu jkollha marka ta' 0 għar-reżistenza fungali u 0 għar-reżistenza għall-alka.

Minħabba l-għadd kbir ta' kuluri possibbli għall-ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta' bażi użata.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-istandards EN 15457 u EN 15458.

3(i)    Għeluq tat-tixqiq

Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa tal-bini (jew għal fuq il-konkos) għandha karatteristiċi elastomeriċi, din iż-żebgħa għandha tkun ikklassifikata tal-inqas bħala A1 fi 23 °C skont l-istandard EN 1062.

Minħabba l-għadd kbir ta' kuluri potenzjali għall-ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta' bażi użata.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-istandard DIN EN 1062-7.

3(j)    Reżistenza għall-alkali

Iż-żebgħa tal-bini u ż-żebgħa tal-ewwel passata m'għandhom juru l-ebda ħsara li tidher meta l-kisi jkun immarkat għal 24 siegħa b'soluzzjoni ta' 10 % tan-NaOH skont il-metodu tal-istandard ISO 2812-4. L-evalwazzjoni ssir wara perjodu ta' rkupru ta' 24 siegħa biex jinxfu.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-istandard ISO 2812-4.

3(k)    Reżistenza għall-korrużjoni

Għandhom jiġu applikati tensjonijiet simulati tal-korrużjoni fuq wiċċ li jrid jinżebagħ sabiex issir klassifikazzjoni skont il-kategorija jew il-kategoriji adattati tal-korrużjoni atmosferika mogħtija fl-istandard EN ISO 12944-2 u l-proċeduri tat-testijiet relatati magħhom speċifikati fl-istandard EN ISO 12944-6. Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid għall-uċuħ tal-azzar li jridu jinżebgħu għandha tiġi ttestjata wara 240 siegħa ta' sprej tal-melħ skont l-istandard ISO 9227. Ir-riżultati għandhom jiġu kklassifikati bl-użu tal-istandard ISO 4628-2 għat-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa u tal-istandard ISO 4628-3 għat-trobbija tas-sadid. Iż-żebgħa għandha ġġib riżultat li ma jkunx agħar minn 3 għad-daqs u għad-densità fil-każ tat-tligħ ta' bżieżaq fiż-żebgħa u li ma jkunx agħar minn Ri2 fit-test għat-trobbija tas-sadid.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi r-rapporti tat-testijiet u tal-klassifikazzjoni sabiex jikkonferma l-konformità ma' dan il-kriterju.

Il-kriterju nru 4. Kontenut tal-komposti organiċi volatili u tal-komposti organiċi semivolatili (il-KOV u l-KOSV)

Il-kontenut massimu tal-komposti organiċi volatili (il-KOV) u tal-komposti organiċi semivolatili (il-KOSV) m'għandux jaqbeż il-limiti mogħtija fit-Tabella 3.

Il-kontenut tal-KOV u tal-KOSV għandu jiġi stabbilit għall-prodott li jkun lest għall-użu u għandu jinkludi kwalunkwe żieda rrakkomandata għal qabel l-użu bħas-sustanzi li jagħtu l-kulur u/jew li jrattbu ż-żebgħa.

Il-prodotti li jkollhom kontenut tal-KOV li jkun skont il-limiti mogħtija fit-Tabella 3 jista' jkollhom fuqhom il-kliem “kontenut imnaqqas ta' KOV” u l-kontenut tal-KOV mogħti fi grammi għal kull litru ħdejn l-Ekotikketta.



It-Tabella 3

Limiti tal-kontenut tal-KOV u tal-kontenut tal-KOSV

Deskrizzjoni tal-prodott (u indikazzjoni tas-sottokategorija tiegħu skont id-Direttiva 2004/42/KE)

Limiti tal-KOV

(fi grammi għal kull litru, inkluż l-ilma)

Limiti tal-KOSV

(fi grammi għal kull litru, inkluż l-ilma)

a.  Iż-żebgħa matta ta' ġewwa għall-ħitan u s-soqfa (Lostru < 25 f'60°)

10

30 (1)/40 (2)

b.  Iż-żebgħa li tleqq ta' ġewwa għall-ħitan u s-soqfa (Lostru > 25 f'60°)

40

30 (1)/40 (2)

c.  Iż-żebgħa għall-ħitan ta' barra ta' wiċċ li jrid jinżebagħ li jkun minerali

25

40

d.  Iż-żebgħa għat-tirqim u l-kisi, minn barra u minn ġewwa, għall-injam u l-metall

80

50 (1)/60 (2)

e.  Il-verniċ u l-likwidi li jlewnu l-injam għat-tirqim ta' ġewwa, inklużi l-likwidi li jlewnu l-injam opaki

65

30

e.  Il-verniċ u l-likwidi li jlewnu l-injam għat-tirqim ta' barra, inklużi l-likwidi li jlewnu l-injam opaki

75

60

f.  Il-likwidi li jlewnu l-injam ta' barra u ta' ġewwa b'binja minima

50

30 (1)/40 (2)

g.  Iż-żebgħa tal-ewwel passata

15

30 (1)/40 (2)

h.  Iż-żebgħa tal-ewwel passata li tgħaqqad

15

30 (1)/40 (2)

i.  Il-kisi ta' rendiment li jkun fih pakkett wieħed

80

50 (1)/60 (2)

j.  Il-kisi ta' rendiment reattiv li jkun fih żewġ pakketti u jkun għal użu aħħari speċifiku eżempju għall-art

80

50 (1)/60 (2)

l.  Il-kisi b'effett dekorattiv

80

50 (1)/60 (2)

Iż-żebgħa ta' kontra s-sadid

80

60

(1)   Il-verniċ u ż-żebgħa l-bajda ta' ġewwa

(2)   Iż-żebgħa ta' ġewwa li tkun ingħatat lewn ħafif jew iż-żebgħa u l-verniċ ta' barra

Il-kontenut tal-KOV għandu jiġi stabbilit jew permezz ta' kalkolu bbażat fuq l-ingredjenti u l-materja prima jew billi jintużaw il-metodi mogħtija fl-istandard ISO 11890-2 jew, b'mod alternattiv, billi jintużaw il-metodi mogħtija fl-istandard ISO 17895 għall-prodotti li jkollhom kontenut tal-KOV ta' inqas minn 1,0 grammi għal kull litru. Il-kontenut tal-KOSV għandu jiġi stabbilit billi jintuża l-metodu mogħti fl-istandard ISO 11890-2. ►M1  It-test għandu jsir bl-użu tas-sistema analitika kif identifikat fil-Manwal tal-Utenti dwar il-Kriterji. ◄ Fil-każ ta' prodotti użati kemm fuq barra u kemm fuq ġewwa, għandhom jipprevalu l-valuri ta' limitu l-iktar stretti għall-KOSV għaż-żebgħa ta' ġewwa.

▼M1 —————

▼B

Valutazzjoni u verifika

: Għall-kontenut tal-KOV tal-prodott li jkun lest għall-użu, l-applikant għandu jipprovdi jew rapport tat-test magħmul bil-metodi mogħtija fl-istandard ISO 11890-2 jew fl-istandard ISO 17895 li juri l-konformità jew dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata minn kalkoli bbażati fuq l-ingredjenti u l-materja prima taż-żebgħa.

Għall-kontenut tal-KOSV tal-prodott li jkun lest għall-użu, l-applikant għandu jipprovdi jew rapport tat-test magħmul bil-metodu mogħti fl-istandard ISO 11890-2 jew dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata minn kalkoli bbażati fuq l-ingredjenti u l-materja prima taż-żebgħa. ►M1  It-test għandu jitwettaq b'referenza għall-modifki għall-ISO 11890-2 disponibbli fil-Manwal tal-Utenti dwar il-Kriterji. ◄ Fuq talba ta' Korp Kompetenti, l-applikanti jistgħu jintalbu jivvalidaw il-kalkoli billi jużaw il-metodu tat-test speċifikat.

Il-kriterju nru 5. Restrizzjoni tas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

Il-prodott aħħari m'għandux ikun fih sustanzi u taħlitiet perikolużi skont ir-regoli stabbiliti fis-sottokriterji li ġejjin li japplikaw:

 għall-klassifikazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet ta' riskju;

 għas-sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna;

 għal sustanzi elenkati speċifiċi oħrajn.

Jeħtieġ li l-applikanti jagħtu provi li t-taħlita aħħarija tal-prodott hija konformi mar-rekwiżiti ġenerali tal-valutazzjoni u l-verifika u ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor mogħti fl-Appendiċi.

5(a)    Restrizzjonijiet ġenerali għall-klassifikazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet ta' riskju

It-taħlita aħħarija tal-prodott, inklużi l-ingredjenti kollha miżjudin apposta li jkun hemm fiha f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 0,010 %, m'għandhiex tinkludi, sakemm ma jkunx hemm deroga apposta għal hekk fl-Appendiċi 1, sustanzi jew taħlitiet li huma kklassifikati bħala tossiċi, perikolużi għall-ambjent, sensitizzaturi respiratorji jew tal-ġilda, jew karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE ( 8 ) u kif interpretat skont id-dikjarazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet ta' riskju elenkati fit-Tabella 5 ta' dan il-kriterju.



It-Tabella 5

Klassifikazzjonijiet ta' periklu ristretti u t-tqassim tagħhom f'kategoriji

Tossiċità akuta

Kategoriji 1 u 2

Kategorija 3

H300 Fatali jekk jinbela' (R28)

H301 Tossiku jekk jinbela' (R25)

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda (R27)

H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda (R24)

H330 Fatali jekk jinxtamm (R23/26)

H331 Tossiku jekk jinxtamm (R23)

H304 Jista' jkun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs (R65)

EUH070 Tossiku jekk imiss mal-għajnejn (R39/41)

 

Tossiċità speċifika għal organi ta' mira

Kategorija 1

Kategorija 2

H370 Jagħmel ħsara lill-organi (R39/23, R39/24, R39/25, R39/26, R39/27, R39/28)

H371 Jista' jikkawża ħsara lill-organi (R68/20, R68/21, R68/22)

H372 Jagħmel ħsara lill-organi (R48/25, R48/24, R48/23)

H373 Jista' jikkawża ħsara lill-organi (R48/20, R48/21, R48/22)

 

Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda

Kategorija 1 A

Kategorija 1B

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda (R43)

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda (R43)

H334: Jista' jikkawża sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm (R42)

H334: Jista' jikkawża sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm (R42)

 

Karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni

Kategoriji 1 A u 1B

Kategorija 2

H340 Jista' jikkawża difetti ġenetiċi (R46)

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi (R68)

H350 Jista' jikkawża l-kanċer (R45)

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer (R40)

H350i Jista' jikkawża l-kanċer jekk jittieħed bin-nifs (R49)

 

H360F Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità (R60)

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità (R62)

H360D Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R61)

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R63)

H360FD Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R60, R60/61)

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R62/63)

H360Fd Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R60/63)

H362 Jista' jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa (R64)

H360Df Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità (R61/62)

 

 

Perikoluż għall-ambjent akkwatiku

Kategoriji 1 u 2

Kategoriji 3 u 4

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi (R50)

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema (R52/53)

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema (R50/53)

H413 Jista' jikkawża effetti ta' ħsara dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi (R53)

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema (R51/53)

 

 

Perikoluż għas-saff tal-ożonu

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu (R59)

 

Ir-regoli tal-klassifikazzjoni l-aktar riċenti adottati mill-Unjoni għandhom jieħdu preċedenza fuq il-klassifikazzjonijiet ta' periklu u l-frażijiet ta' riskju elenkati. Għalhekk, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-applikanti għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ikunu bbażati fuq ir-regoli l-aktar riċenti dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet.

Jeħtieġ li l-applikanti jikkalkulaw il-klassifikazzjoni ta' periklu tal-prodott aħħari taż-żebgħa sabiex juru l-konformità tal-prodott. Dan għandu jkun skont il-metodoloġiji għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u fil-leġiżlazzjoni kollha li temendah. It-Tabella 6 tagħti l-ekwivalenza bejn il-klassifikazzjonijiet tat-taħlitiet skont id-Direttiva 67/548/KEE dwar is-sustanzi perikolużi (imsejħa d-DSD) u dawk magħmula skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (imsejjaħ ir-Regolament CLP).

Il-prodott aħħari m'għandux ikun ikklassifikat u ttikkettat bħala tossiku ħafna, bħala sustanza tossika speċifika għal organi ta' mira, bħala sensitizzatur respiratorju jew tal-ġilda jew bħala prodott karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni jew bħala prodott perikoluż għall-ambjent skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 67/548/KEE.



It-Tabella 6

Klassifikazzjoni tal-prodott aħħari: Ekwivalenza tal-klassifikazzjoni skont ir-Regolament CLP u skont id-DSD

Klassifikazzjoni tat-taħlitiet skont ir-Regolament CLP

Klassifikazzjoni ekwivalenti skont id-DSD

Tossiku ħafna

T jew T+

Sustanza tossika speċifika għal organi ta' mira

T, T+ jew Xn

Sensitizzatur respiratorju jew tal-ġilda

Sustanza tossika karċinoġena jew mutaġena jew tossika għar-riproduzzjoni

Il-kategoriji 1 sa 3 tas-sustanzi tossiċi karċinoġeni jew mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni

Perikoluż għall-ambjent

N (minbarra R53 u R52/53)

5(a)(i)    Derogi li japplikaw għall-gruppi ta' sustanzi

▼M1

Għall-użu ta' dan il-grupp ta' prodotti, ingħataw derogi għal gruppi definiti ta' sustanzi li jistgħu jinsabu fil-prodott finali. Dawn id-derogi jistipulaw il-klassifikazzjonijiet ta' periklu li ngħataw deroga għal kull grupp ta' sustanzi speċifiku u l-kundizzjonijiet tad-deroga assoċjati u l-limiti tal-konċentrazzjoni li japplikaw. Id-derogi huma stipulati fl-Appendiċi:

▼B

1. Preżervattivi miżjudin mas-sustanzi li jagħtu l-kulur, mal-aġenti li jgħaqqdu u mal-prodott finali

(a) Preżervattivi ta' ġol-bottijiet

(b) Preżervattivi użati fil-magni tal-lewn

(c) Preżervattivi b'saff niexef

(d) Stabbilizzaturi tal-preżervattivi

2. Aġenti li jnixxfu u għal kontra t-tqaxxir

(a) Aġenti li jnixxfu

(b) Aġenti għal kontra t-tqaxxir

3. Inibituri tal-korrużjoni

(a) Inibituri tal-korrużjoni

(b) Prevenzjoni tal-firdirram

4. Tensjoattivi

(a) Tensjoattivi ta' użu ġenerali

(b) Alkilfenoletoksilati (APEOs)

(c) Tensjoattivi perfluworinati

5. Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjoni ġenerali

(a) Emulsjoni tar-raża tas-siliċju fiż-żebgħa l-bajda, s-sustanzi li jagħtu l-kulur u l-bażijiet għall-għoti ta' lewn ħafif

(b) Metalli u l-komposti tagħhom

(c) Materja prima minerali, inkluż materjal għall-mili

(d) Aġenti li jinnewtralizzaw

(e) Luminanti ottiċi

(f) Pigmenti

6. Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjonijiet speċjalizzati

(a) Protetturi UV u stabbilizzaturi

(b) Plastifikanti

7. Fdalijiet li jista' jkun hemm fil-prodott finali

(a) Formaldeid

(b) Solventi

(c) Monomeri li ma jirreaġixxux

(d) Komposti Aromatiċi Volatili u komposti aloġenati

5(a)(ii)    Kundizzjonijiet ta' deroga li japplikaw għas-siti tal-produzzjoni

Għandhom japplikaw kundizzjonijiet addizzjonali marbuta mal-produzzjoni taż-żebgħa u l-verniċ fil-każ ta' derogi għal tossini akuti jew għal tossini li għandhom organi speċifiċi fil-mira. F'dan il-każ l-applikanti għandhom jibagħtu provi li huma ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

 is-sustanzi li għalihom tapplika l-klassifikazzjoni ta' tossini akuti jew ta' tossini li għandhom organi speċifiċi fil-mira għandhom juru konformità mal-Valuri indikattivi ta' Limitu tal-Espożizzjoni fuq ix-Xogħol (OELV) rilevanti Ewropej jew mal-OELV tal-Istat Membru partikulari għas-sustanza(/i), bl-applikazzjoni tal-limitu l-aktar strett;

 fejn ma hemm l-ebda OELV ta' referenza, l-applikant għandu juri kif il-proċeduri tas-saħħa u s-sikurezza għat-trattament tal-ingredjent(i) fis-siti tal-produzzjoni għall-prodott taż-żebgħa finali bl-ekotikketta jnaqqsu kemm jista' jkun l-espożizzjoni għalih(om);

 is-sustanzi li għalihom tapplika klassifikazzjoni bħala ajrusol jew fwar għandhom juru li l-ħaddiema ma jkunux esposti għalihom f'din il-forma;

 is-sustanzi li għalihom tapplika l-klassifikazzjoni għall-forma niexfa tagħhom għandhom juru li l-ħaddiema ma jistgħux jiġu f'kuntatt mas-sustanza f'din il-forma matul il-manifattura.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu juri l-konformità ma' dan il-kriterju billi jipprovdi dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni u/jew tan-nuqqas ta' klassifikazzjoni għal:

 il-prodott taż-żebgħa jew tal-verniċ finali skont il-metodoloġiji għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u fil-leġiżlazzjoni kollha li temendah;

▼M1

 L-ingredjenti tal-formula taż-żebgħa jew tal-verniċ li jaqgħu fi ħdan il-gruppi ta' sustanzi elenkati hawn taħt:

 

(1) Preżervattivi miżjudin mas-sustanzi li jagħtu l-kulur, mal-binders u mal-prodott finali

(a) Preżervattivi ta' ġol-bottijiet,

(b) Preżervattivi użati fil-magni tal-lewn,

(c) Preżervattivi b'saff niexef,

(d) Stabbilizzaturi tal-preżervattivi,

(2) Aġenti li jnixxfu u għal kontra t-tqaxxir,

(a) Aġenti li jnixxfu,

(b) Aġenti għal kontra t-tqaxxir,

(3) Inibituri tal-korrużjoni,

(a) Inibituri tal-korrużjoni,

(b) Prevenzjoni tal-firdirram,

(4) Tensjoattivi,

(a) Tensjoattivi ta' użu ġenerali,

(b) Alkilfenoletoksilati (APEOs),

(c) Tensjoattivi perfluworinati,

(5) Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjoni ġenerali,

(a) Emulsjoni tar-raża tas-siliċju fiż-żebgħa l-bajda, s-sustanzi li jagħtu l-kulur u l-bażijiet għall-għoti ta' lewn ħafif,

(b) Metalli u l-komposti tagħhom,

(c) Materja prima minerali, inkluż materjal għall-mili,

(d) Aġenti li jinnewtralizzaw,

(e) Luminanti ottiċi,

(f) Pigmenti,

(6) Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjonijiet speċjalizzati,

(a) Protetturi UV u stabbilizzaturi,

(b) Plastifikanti,

(7) Fdalijiet li jista' jkun hemm fil-prodott finali,

(a) Formaldeid,

(b) Solventi,

(c) Monomeri li ma jirreaġixxux,

(d) Komposti Aromatiċi Volatili u komposti aloġenati,

(8) Sustanzi f'binders u d-dispersjonijiet tal-polimeri,

(a) Binders u aġenti li jgħaqqdu traversali,

(b) Prodotti tar-reazzjoni u residwi,

 u li huma preżenti f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 0,010 %.

▼B

Din id-dikjarazzjoni għandha tkun ibbażata fuq tagħrif miġbur skont ir-rekwiżiti mogħtija fl-Appendiċi.

Għandhom jiġu identifikati wkoll l-ingredjenti attivi li għalihom jistgħu japplikaw limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u li jistgħu jaqgħu taħt il-valur ta' limitu ta' 0,010 %.

L-informazzjoni teknika li ġejja għandha tiġi pprovduta biex tappoġġa d-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni tal-ingredjenti:

(i) għal sustanzi li ma ġewx irreġistrati taħt ir-Regolament REACH jew li għad m'għandhomx klassifikazzjoni CLP armonizzata: informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament REACH;

(ii) għal sustanzi li ġew irreġistrati taħt ir-Regolament REACH u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni CLP: informazzjoni bbażata fuq id-dossier tar-reġistrazzjoni tar-REACH li tikkonferma l-istatus mhux ikklassifikat tas-sustanza;

(iii) għal sustanzi li għandhom klassifikazzjoni armonizzata jew li huma awtoklassifikati: skedi tad-dejta dwar is-sikurezza fejn dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli jew is-sustanza tkun awtoklassifikata, għandha tingħata informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni ta' periklu tas-sustanzi skont l-Anness II tar-Regolament REACH;

(iv) fil-każ ta' taħlitiet: l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza fejn dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli, għandu jiġi pprovdut kalkolu tal-klassifikazzjoni tat-taħlita skont ir-regoli mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, flimkien mal-informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni ta' periklu tat-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament REACH.

Is-sustanzi u t-taħlitiet għandhom ikunu kkaratterizzati skont it-taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament REACH (Rekwiżiti għall-Kompilazzjoni tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza). Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-forma fiżika u l-istat tal-ingredjenti u għandu jinkludi l-identifikazzjoni tal-ingredjenti nanomaterjali mmanifatturati li għalihom 50 % jew iktar tal-partikoli fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs ta' 1 nm sa 100 nm.

L-applikant għandu jidentifika wkoll is-sustanzi u t-taħlitiet użati fil-formulazzjoni taż-żebgħa li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti speċifiċi għal deroga kif stabbilit fl-Appendiċi. Għal kull sustanza jew taħlita li ngħatat deroga għandha tingħata informazzjoni ta' appoġġ li turi kif ġew issodisfati r-rekwiżiti tad-deroga.

5(b)    Restrizzjonijiet li japplikaw għas-Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna

F'konformità mal-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-prodott finali u kwalunkwe ingredjent jew materja prima, sakemm ma jkunux ingħataw deroga speċifika għal hekk, m'għandux ikun fihom sustanzi li:

 jissodisfaw il-kriterji mogħtija fl-Artikolu 57 tar-Regolament REACH;

 ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament REACH li jistabbilixxi l-Lista ta' Sustanzi Kandidati ta' Tħassib Għoli Ħafna.

Ma għandha tingħata l-ebda deroga għal sustanzi li jissodisfaw xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jew it-tnejn li huma, u li jkunu jinsabu fi prodott taż-żebgħa jew tal-verniċ f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (ta' piż skont il-piż).

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, appoġġata minn dikjarazzjonijiet ta' konformità ffirmati mill-fornituri tiegħu. L-applikanti għandhom juru li huma wettqu skrinjar tal-ingredjenti fil-konfront tal-Lista ta' Sustanzi Kandidati ta' Tħassib Għoli Ħafna u l-kriterji mogħtija fl-Artikolu 57 tar-Regolament REACH.

5(c)    Restrizzjonijiet li japplikaw għal sustanzi perikolużi speċifiċi

Il-prodott finali ma għandux ikun fih is-sustanzi perikolużi li huma speċifikament identifikati fl-Appendiċi fil-limiti tal-konċentrazzjoni speċifikati jew f'konċentrazzjonijiet ogħla minnhom. Ir-restrizzjonijiet dwar is-sustanzi mogħtija fl-Appendiċi japplikaw għall-ingredjenti u r-residwi li ġejjin taż-żebgħa u l-verniċ:

(i) il-preżervattivi b'saff niexef;

(ii) il-preżervattivi użati fil-magni tal-lewn;

(iii) il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet;

(iv) l-istabbilizzaturi tal-preżervattivi;

(v) it-tensjoattivi tal-alkilfenoletoksilati (APEOs);

(vi) it-tensjoattivi perfluworinati;

(vii) il-metalli u l-komposti tagħhom;

(viii) il-pigmenti;

(ix) il-plastifikanti;

(x) il-formaldeid liberu.

Valutazzjoni u verifika

: Ir-rekwiżiti ta' verifika u ttestjar huma kif speċifikati fl-Appendiċi għal kull sustanza u skont kif ikun rilevanti għall-forom speċifiċi taż-żebgħa u l-verniċ.

Il-kriterju nru 6. Tagħrif għall-konsumaturi

6(a) Il-kliem li ġej għandu jidher fuq il-pakkett jew ikun mehmuż miegħu:

 “Naqqas kemm jista' jkun il-ħela taż-żebgħa billi tikkalkula kemm żebgħa se jkollok bżonn”;

 “Erfa' ż-żebgħa mhux użata biex tintuża mill-ġdid”;

 “L-użu mill-ġdid taż-żebgħa jista' jnaqqas kemm jista' jkun, b'mod effettiv, l-impatt ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom”.

6(b) L-informazzjoni ġenerali u l-avviżi li ġejjin għandhom jidhru fuq il-pakkett jew ikunu mehmuża miegħu:

 kif wieħed għandu jikkalkula kemm żebgħa se jkollu bżonn qabel ma jixtri l-prodott, sabiex tonqos kemm jista' jkun il-ħela taż-żebgħa, u ammont li jiġi rrakkomandat bħala linja gwida (pereżempju, għal metru kwadru ta' ħajt hemm bżonn ta' x litri ta' żebgħa);

 x'għandu jagħmel dak li jkun biż-“żebgħa mhux użata” flimkien ma' ħolqa għas-sit tal-Internet, fejn din tkun disponibbli, jew id-dettalji ta' kuntatt minn fejn il-konsumatur jista' jsib tagħrif aktar iddettaljat dwar dan.

6(c) L-avviżi u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin dwar kif wieħed għandu juża ż-żebgħa għandhom jidhru fuq il-pakkett jew ikunu mehmuża miegħu:

 il-miżuri ta' sikurezza għall-utent. Dan għandu jinkludi rakkomandazzjoni bażika dwar it-tagħmir personali protettiv li għandu jintlibes. Għandu jinkludi wkoll il-miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu meta wieħed juża t-tagħmir taż-żebgħa tal-isprey;

 l-użu ta' tagħmir tat-tindif u l-ġestjoni x-xierqa tal-iskart (sabiex jitnaqqas it-tniġġis tal-ilma u l-ħamrija). Pereżempju, avviż li ż-żebgħa li ma tintużax teħtieġ trattament speċjalizzat biex tintrema b'mod sikur fl-ambjent u li għaldaqstant ma għandhiex tintrema mal-iskart tad-dar jew kummerċjali (eż. “Tarmix iż-żebgħa li jibqalek fis-sink tal-kċina jew fit-tojlit, jew f'landa għall-iskart”);

 il-ħażna taż-żebgħa f'kundizzjonijiet xierqa (qabel u wara l-ftuħ), inkluż, fejn xieraq, avviż tas-sikurezza.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jipprovdi lill-korp kompetenti bl-artefatt jew il-kampjuni tal-informazzjoni għall-utent u/jew ħolqa għas-sit tal-Internet tal-manifattur li jkun fiha dan it-tagħrif bħala parti mill-applikazzjoni. Għandu jingħata l-ammont taż-żebgħa rrakkomandat bħala linja gwida.

Il-kriterju nru 7. It-tagħrif li jidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Fejn rilevanti, it-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tal-kliem għandu jkollha l-kliem li ġej:

 Kontenut imnaqqas kemm jista' jkun ta' sustanzi perikolużi

 Kontenut imnaqqas ta' komposti organiċi volatili (KOV): x g/l

 Prestazzjoni tajba għall-użu fuq ġewwa (fejn ikunu ssodisfati l-kriterji ta' fuq ġewwa) jew

 Prestazzjoni tajba għall-użu fuq barra (fejn ikunu ssodisfati l-kriterji ta' fuq barra) jew

 Prestazzjoni tajba kemm għall-użu fuq barra kif ukoll għall-użu fuq ġewwa (fejn ikunu ssodisfati kemm il-kriterji ta' fuq ġewwa kif ukoll dawk ta' fuq barra)

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tal-kliem jinsabu fil-“Guidelines for use of the Ecolabel logo” (il-“Linji gwida għall-użu tal-lowgo tal-Ekotikketta”) fuq is-sit tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf.

Valutazzjoni u verifika

: L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott jew artefatt tal-pakkett fejn titqiegħed l-Ekotikketta tal-UE flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.




Appendiċi

LISTA TAR-RESTRIZZJONIJIET U TAD-DEROGI APPLIKABBLI GĦAS-SUSTANZI PERIKOLUŻI



Grupp ta' sustanzi

Ambitu tar-restrizzjoni u/jew tad-deroga

Limiti tal-konċentrazzjoni (fejn dawn ikunu applikabbli)

Valutazzjoni u verifika

1.  Preżervattivi miżjudin mas-sustanzi li jagħtu l-kulur, mal-aġenti li jgħaqqdu u mal-prodott finali

►M2  
(i)  Regoli dwar l-istatus ta' awtorizzazzjoni tal-preżervattivi
Il-formulazzjoni taż-żebgħa għandha tinkludi biss sustanzi attivi (fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012) li jissodisfaw ir-rekwiżiti li hemm f'1a, 1b u 1c (kif applikabbli) u li jkunu approvati f'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-użu fi prodotti tat-tip 6 fil-każ ta' 1a u 1b jew tat-tip ta' prodott 7 fil-każ ta' 1c, jew li hemm fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Barra minn hekk, fir-Rapport ta' Valutazzjoni kellha tingħata valutazzjoni tar-riskju għall-użu professjonali u mill-konsumaturi (mhux professjonali). L-applikanti għandhom jikkonsultaw il-lista tal-aktar sustanzi attivi approvati attwali tal-UE (1) u l-Anness I ta' dak ir-Regolament.
Il-formulazzjonijiet taż-żebgħa jista' jkun fihom preżervattivi li għalihom ikun ġie sottomess dossier u li jkun għad qed isirilhom eżami sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-approvazzjoni fil-perjodu interim sal-adozzjoni ta' deċiżjoni pożittiva biex tkun approvata s-sustanza attiva jew biex tiġi inkluża fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.  ◄
(ii)  L-għadd totali ta' preżervattivi ta' ġol-bottijiet u b'saff niexef permessi fil-prodott li jkun lest għall-użu
Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet u b'saff niexef jistgħu jintużaw fi prodotti għal ġewwa u għal barra skont l-għadd totali ta' konċentrazzjonijiet mogħtija fit-tabella 7 li ġejja.


Għadd totali ta’ preżervattivi permessi fil-prodotti taż-żebgħa u l-verniċ

Tip ta’ preżervazzjoni

Prodotti għal użu fuq ġewwa

Prodotti għal użu fuq barra

Preżervattivi ta’ ġol-bottijiet

0,060 %

0,060 %

Preżervattivi b’saff niexef

Mhux permessi

0,30 %

Eċċezzjonijiet li ngħataw deroga:

 

 

(i)  Żebgħa għall-użu f’żoni għolja ta’ umdità

0,10 %

Mhux applikabbli

(ii)  Kombinazzjonijiet tal-IPBC għall-protezzjoni ta’ fuq barra

Mhux applikabbli

0,65 %

Għadd totali ta’ preżervattivi

0,060 %

0,360 %

Bl-eċċezzjonijiet mogħtija deroga (i) jew (ii) għall-preżervazzjoni b’saff niexef

0,160 %

0,710 %


(iii)  Għadd totali ta' sustanzi u komposti tal-iżotijażolinon permessi fil-prodott li jkun lest għall-użu
L-għadd totali ta' komposti tal-iżotijażolinon fi kwalunkwe prodott taż-żebgħa jew tal-verniċ ma għandux jaqbeż iż-0,050 % (500 ppm), għajr għaż-żebgħa u l-verniċ għall-injam għal fuq barra li ma għandux jaqbeż iż-0,20 %. Il-preżervattivi li ġejjin ingħataw deroga għall-użu suġġetti għal limiti speċifiċi fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-għadd totali tal-komposti tal-iżotijażolinon fil-prodott finali li jkun lest għall-użu.

2-metil-2H-iżotijażol-3on: 0,0200 %

1,2-Benżiżotijażol-2(2H)-on: 0,0500 %

2-Ottil-2H-iżotijażol-3-on: 0,0500 % għajr għaż-żebgħa u l-verniċ għall-injam ta' fuq barra li fih jista' jintuża f'konċentrazzjonijiet ogħla

5-kloro-2-metil-4-iżotijażolin-3-on/2- metil-4-iżotijażolin-3-on: 0,0015 %

▼M2

(a)  Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor

Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet ikklassifikati fost dawn il-klassifikazzjonijiet ta' periklu b'deroga jistgħu jintużaw fi prodotti bl-Ekotikketta:

Il-klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H331 (R23), H400 (R50), H410 (R50/53), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H317 (R43)

Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet ikklassifikati ma' dawn il-klassifikazzjonijiet b'deroga għandhom jissodisfaw ukoll dawn il-kundizzjonijiet tad-deroga:

— L-għadd totali tal-konċentrazzjoni ma għandux jaqbeż iż-0,060 % w/w

— Is-sustanzi kklassifikati bħala H400 (R50) u/jew H410 (R50/53) għandhom ikunu non-bijoakkumulattivi. Is-sustanzi non-bijoakkumulattivi għandu jkollhom Log Kow ≤ 3,2 jew Fattur ta' Bijokonċentrazzjoni (BCF) ≤ 100.

— Għal dawk is-sustanzi approvati għall-użu jew inklużi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandha tiġi pprovduta evidenza li qed jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni għall-prodott taż-żebgħa.

— Meta jintużaw preżervattivi li huma donaturi tal-formaldeid, il-kontenut u l-emissjonijiet tal-formaldeid mill-prodott finali jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-restrizzjoni tas-sustanzi 7(a)

Il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet

L-għadd totali fil-prodott finali: 0,060 % w/w

Verifika:

Dikjarazzjoni mingħand l-applikant u mingħand il-fornitur tiegħu tal-aġenti li jgħaqqdu, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għas-sustanza attiva fil-prodott finali u fl-aġent li jgħaqqad tiegħu.

Din għandha tinkludi kalkolu mill-applikant tal-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva fil-prodott finali.

Għandhom jiġu identifikati s-sustanzi attivi mmanifatturati kollha li għalihom 50 % tal-partikoli jew aktar li hemm fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs minn 1 nm sa 100 nm.

Għal dawn il-preżervattivi japplikaw xi limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni:

Limitu tal-konċentrazzjoni

(i)  Il-piritjon taż-żingu

0,050 %

(ii)  N-(3-propil amminiku)-N-dodeċilpropan-1, 3-diammina.

0,050 %

(b)  Il-preżervattivi użati fil-magni tal-lewn (is-sustanzi li jagħtu l-kulur)

Il-klassifikazzjonijiet ta' periklu b'deroga u l-kundizzjonijiet tad-deroga elenkati fil-punt 1(a) għandhom japplikaw ukoll għall-preżervattivi użati għall-protezzjoni tal-ilwien maħżuna fil-magni qabel it-taħlita maż-żebgħa bażi.

Il-preżervattivi miżjuda għall-protezzjoni tal-ilwien li se jitferrxu bil-magni ma għandhomx jaqbżu l-għadd totali ta' 0,20 % w/w.

Dawn il-preżervattivi huma soġġetti għal limiti massimi speċifiċi tal-konċentrazzjoni li jikkontribwixxu għall-għadd totali ta' preżervattivi fis-sustanza li tagħti l-kulur:

L-għadd totali ta' preżervattivi fis-sustanza li tagħti l-kulur:

0,20 % w/w

Verifika:

Dikjarazzjoni mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur tiegħu tal-materjal li jagħti l-kulur, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għas-sustanza attiva fil-prodott finali u fl-aġent li jgħaqqad tiegħu.

Ma' din għandu jkun hemm kalkolu tal-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva fil-prodott finali tal-lewn.

Għandhom jiġu identifikati s-sustanzi attivi mmanifatturati kollha li għalihom 50 % tal-partikoli jew aktar li hemm fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs minn 1 nm sa 100 nm.

(i)  3-jodu-2-propinil butilkarbamat (IPBC);

0,10 %

(ii)  il-piritjon taż-żingu;

0,050 %

(iii)  N-(3-propil amminiku)-N-dodeċilpropan-1, 3-diammina.

0,050 %

(c)  Il-preżervattivi b'saff niexef

Applikabbiltà:

Iż-żebgħa ta' barra, iż-żebgħa ta' ġewwa għal applikazzjonijiet speċifiċi

Il-preżervattivi b'saff niexef u l-istabbilizzaturi tagħhom ikklassifikati ma' dawn il-klassifikazzjonijiet ta' periklu b'deroga jistgħu jintużaw fil-prodotti ta' barra kollha u fi prodotti speċifiċi ta' ġewwa biss:

Il-klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H400 (R50), H410 (R50/53), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H317 (R43)

Il-preżervattivi b'saff niexef ikklassifikati ma' dawn il-klassifikazzjonijiet b'deroga għandhom jissodisfaw ukoll dawn il-kundizzjonijiet tad-deroga:

— L-għadd totali tal-konċentrazzjoni ma għandux jaqbeż iż-0,10 % w/w jew iż-0,30 % w/w (kif rilevanti)

— Is-sustanzi kklassifikati bħala H400 (R50) u/jew H410 (R50/53) għandhom ikunu non-bijoakkumulattivi. Is-sustanzi non-bijoakkumulattivi għandu jkollhom Log Kow ≤ 3,2 jew Fattur ta' Bijokonċentrazzjoni (BCF) ≤ 100.

— Għal dawk is-sustanzi approvati għall-użu jew inklużi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandha tiġi pprovduta evidenza li qed jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni għall-prodott taż-żebgħa.

Għadd totali ogħla u deroga mir-rekwiżiti fil-kriterju 5a li għandhom jippermettu li l-prodott finali jiġi kklassifikat bħala perikoluż għall-ambjent akkwatiku (Kategorija Kronika 3) u li l-prodott finali jkun juri d-dikjarazzjoni ta' periklu H412, japplikaw biss għall-użu tal-preżervattiv b'saff niexef għall-applikazzjoni speċifikata:

Il-preżervattivi b'saff niexef

L-għadd totali fil-prodott finali:

Żebgħa ta' ġewwa maħsuba għall-użu f'postijiet b'ħafna umdità, inklużi l-kċejjen u l-kmamar tal-banju

0,10 % w/w

L-applikazzjonijiet kollha taż-żebgħa ta' barra

0,30 % w/w

Verifika:

Dikjarazzjoni mingħand l-applikant u mingħand il-fornitur tiegħu tal-aġenti li jgħaqqdu, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għas-sustanza attiva fil-prodott finali u fl-aġent li jgħaqqad tiegħu.

Din għandha tinkludi kalkolu mill-applikant tal-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva fil-prodott finali.

Għandhom jiġu identifikati s-sustanzi attivi mmanifatturati kollha li għalihom 50 % tal-partikoli jew aktar li hemm fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika jkollhom dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs minn 1 nm sa 100 nm.

il-kombinazzjonijiet ta' 3-jodu-2-propinil butilkarbamat (IPBC)

Iż-żebgħa u l-verniċ ta' barra

L-għadd totali taż-żebgħa ta' barra

għall-kombinazzjonijiet tal-IPBC:

0,650 %

Limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni japplikaw għall-preżervattivi li ġejjin:

 

Il-piritjon taż-żingu

0,050 %

▼B

(d)  Stabbilizzatur tal-preżervattivi

L-ossidu taż-żingu ngħata deroga għall-użu bħala stabbilizzatur għall-kombinazzjonijiet tal-preżervattivi b'saff niexef li jeħtieġu l-piritjon taż-żingu jew 1,2 Benżiżotijażol-3(2H)-on (BIT).

0,050 %

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu.

2.  Aġenti li jnixxfu u għal kontra t-tqaxxir

(a)  Aġenti ta' tnixxif

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha taż-żebgħa sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H301 (R24), H317 (R43), H373 (H48/20-22), H412 (R52/53), H413 (R53)

L-aġenti ta' tnixxif bil-kobalt fiż-żebgħa alkidika, li huma addizzjonalment ikklassifikati ma' H400 (R50) u H410, ingħataw deroga għaż-żebgħa l-bajda u għaż-żebgħa ta' kulur ċar biss sal-limiti tal-konċentrazzjoni li ġejjin:

Il-kontenut tal-għadd totali tal-aġenti ta' tnixxif

0,10 % w/w

Limitu tal-kontenut tal-aġenti ta' tnixxif bil-kobalt

0,050 %

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

(b)  Aġenti għal kontra t-tqaxxir

Applikabbiltà:

Il-prodotti taż-żebgħa kollha

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H412 (R52/53), H413 (R53), H317 (R43)

0,40 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

3.  Inibituri tal-korrużjoni

(a)  Pigmenti ta' kontra l-korrużjoni

Applikabbiltà:

Fejn meħtieġ

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H410 (R50/53), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H413 (R53)

Il-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom japplikaw:

(i)  il-klassijiet d, i u j tad-Direttiva dwar iż-Żebgħa 2004/42/KE

8,0 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bl-SDS mehmuża magħha.

(ii)  il-prodotti l-oħra kollha

2,0 % w/w

(b)  Prevenzjoni tal-firdirram

Applikabbiltà:

Fejn meħtieġ

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H412 (R52/53), H413 (R53)

0,50 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

4.  Tensjoattivi

(a)  Tensjoattivi ta' użu ġenerali

Applikabbiltà:

It-tensjoattivi użati fil-prodotti kollha.

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H411 (R51/53), H412 (R52/53), H413 (R53)

Il-valuri tal-għadd totali li ġejjin japplikaw għall-prodott finali li jkun lest għall-użu:

— il-prodotti bojod u ta' kulur ċar

— il-kuluri l-oħra kollha

Id-deroga tapplika għat-taħlita tat-tensjoattiv ipprovduta lill-manifattur taż-żebgħa. Restrizzjonijiet speċifiċi japplikaw għall-alkilfenoletoksilati (APEOs) u għat-tensjoattivi perfluworinati.

L-għadd totali ta' tensjoattivi fil-prodott li jkun lest għall-użu:

1,0 % w/w

3,0 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant, mill-fornituri tal-materja prima u/jew mill-fornitur tat-tensjoattiv tiegħu, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għat-tensjoattivi użati.

(b)  Alkilfenoletoksilati (APEOs)

Applikabbiltà:

It-tensjoattivi użati fil-prodotti kollha.

L-alkilfenoletoksilati (APEOs) u d-derivattivi tagħhom ma għandhomx jintużaw fi kwalunkwe preparazzjoni jew taħlita taż-żebgħa u l-verniċ.

Mhux applikabbli

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, flimkien man-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet għat-tensjoattivi użati.

(c)  Tensjoattivi perfluworinati

Applikabbiltà:

It-tensjoattivi użati fi prodotti speċifiċi.

Ma għandhomx jintużaw it-tensjoattivi perfluworinati ta' katina twila, kif speċifikat fid-definizzjoni tal-OECD hawn taħt:

(i)  l-aċidi perfluworokarbossiliċi b'tulijiet ta' katina tal-karbonju ta' ≥ C8, inkluż l-aċidu perfluworooktanojku (PFOA);

(ii)  is-sulfonati perfluworoalkiliċi b'tulijiet ta' katina tal-karbonju ta' ≥ C6, inkluż l-aċidu sulfoniku perfluworoessan (PFHxS) u s-sulfonat perfluworoottan (PFOS); u

(iii)  il-komposti relatati li jistgħu jiddegradaw fis-sustanzi identifikati fil-punt (i) jew (ii) ma għandhomx ikunu preżenti fit-tensjoattiv jew bħala residwu fil-prodott taż-żebgħa jew tal-verniċ.

It-tensjoattivi perfluworinati li ma jissodisfawx il-punt (i), (ii) jew (iii) jistgħu jintużaw biss fiż-żebgħa li jeħtieġ li jkollha reżistenza għall-ilma jew li ma tħallix l-ilma jidħol (ara l-kriterji 3b u 3 g għall-effiċjenza fl-użu rispettivament) u li għandha rata ta' tixrid ta' aktar minn 8 m2/l (ara l-kriterjiu 3a għall-effiċjenza fl-użu).

Mhux applikabbli

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, flimkien man-numri tal-CAS u l-identifikazzjoni tat-tul tal-katina għat-tensjoattivi użati.

5.  Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjoni ġenerali

(a)  Emulsjoni tar-raża tas-siliċju fiż-żebgħa l-bajda, s-sustanzi li jagħtu l-kulur u l-bażijiet għall-għoti ta' lewn ħafif

Applikabbiltà:

Il-prodotti taż-żebgħa kollha

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H412 (R52/53), H413 (R53)

2,0 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

(b)  Metalli u l-komposti tagħhom

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha

Il-metalli li ġejjin jew il-komposti tagħhom ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott jew fl-ingredjenti użati fil-prodott 'il fuq mil-limitu speċifikat:

il-kadmju, iċ-ċomb, il-kromju VI, il-merkurju, l-arseniku, il-barju, is-silenju, l-antimonju u l-kobalt.

Japplikaw id-derogi li ġejjin:

— Il-barju, l-antimonju u l-kobalt fil-pigmenti (ara r-restrizzjoni 5(f))

— Il-kobalt fl-aġenti ta' tnixxif (ara r-restrizzjoni 2(a))

Limitu ta' 0,010 % għal kull metall elenkat

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu.

(c)  Materja prima minerali, inkluż materjal għall-mili

Applikabbiltà:

Il-prodotti taż-żebgħa kollha

Il-materja prima minerali li tinkludi s-silika kristallina u l-minerali lewkofilliti li fihom is-silika kristallina ngħatat deroga għal H373 (R48/20).

Il-materja prima minerali li fiha l-metalli msemmija fir-restrizzjoni 5(b) tista' tintuża jekk it-testijiet tal-laboratorju juru li l-metall huwa mgħaqqad ġewwa kannizzata tal-kristall u huwa insolubbli (ara l-metodu tat-test applikabbli).

Il-materjali għall-mili li ġejjin ingħataw deroga abbażi ta' dan:

is-sijenit tan-nefelina li fih il-barju

 

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

L-applikanti li jixtiequ jużaw aġenti li jgħaqqdu li fihom metalli ristretti għandhom jibagħtu rapporti tat-testijiet imwettqa skont l-istandard elenkat.

Metodu tat-test:

DIN 53770-1 jew l-ekwivalenti

(d)  Aġenti li jinnewtralizzaw

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha taż-żebgħa sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H311 (R24), H331 (R23), H400 (R50), H410 (R50/53), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H413 (R53)

Il-limiti tal-konċentrazzjoni li ġejjin għandhom japplikaw:

 

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

—  il-verniċ u ż-żebgħa tal-art

1,0 % w/w

—  il-prodotti l-oħra kollha

0,50 % w/w

(e)  Luminanti ottiċi

Applikabbiltà:

Il-prodotti taż-żebgħa kollha

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H413 (R53)

0,10 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

(f)  Pigmenti

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha

Il-pigmenti li fihom il-metalli għandhom jintużaw biss fejn l-ittestjar fil-laboratorju tal-pigment juri li l-kromoforju tal-metall huwa mgħaqqad ġewwa kannizzata tal-kristall u huwa insolubbli.

Il-metalli li ġejjin li fihom il-pigmenti ngħataw deroga għall-użu mingħajr il-bżonn li jiġu ttestjati:

— Is-sulfat tal-barju

— In-nikil tal-antimonju ġewwa kannizzata tat-TiO2 insolubbli

— Spinell blu tal-aluminat tal-kobalt

— Spinell blu-aħdar tal-kromit tal-kobalt

Mhux applikabbli

Verifika:

Riżultati tat-test li juru li l-kromoforju tal-lewn huwa mgħaqqad ġewwa kannizzata tal-kristall u huwa insolubbli.

Metodu tat-test:

DIN 53770-1 jew metodu ekwivalenti

6.  Sustanzi funzjonali mixxellanji b'applikazzjonijiet speċjalizzati

(a)  Protetturi UV u stabbilizzaturi għaż-żebgħa ta' barra

Applikabbiltà:

Iż-żebgħa ta' barra

Klassifikazzjonijiet li ngħataw deroga: H317 (R43), H411 (R51/53), H412 (R52/53), H413 (R53),

0,60 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

(b)  Plastifikanti fiż-żebgħa u l-verniċ.

Applikabbiltà:

Fejn ikunu inklużi fit-taħlita

Il-ftalati li ġejjin m'għandhomx jiżdiedu bi ħsieb bħala plastifikanti:

DEHP (Bis-(2-etileżil)-ftalat)

BBP (Butilbenżilftalat)

DBP (Dibutilftalat)

DMEP (Bis2-metossietil) ftalat

DIBP (Diiżobutilftalat)

DIHP (Di-C6-8-alkilftalati fi friegħi)

DHNUP (Di-C7-11-alkilftalati fi friegħi)

DHP (Di-n-eżilftalat)

Limitu tal-konċentrazzjoni għal kwalunkwe ftalat individwali:

0,010 %

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-applikant u mill-fornituri tal-materja prima tiegħu, bin-numri tal-CAS u l-klassifikazzjonijiet mehmuża magħha.

▼M1

7.  Fdalijiet ta' sustanzi li jista' jkun hemm fil-prodott finali

(a)  Formaldeid

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha.

Il-formaldeid liberu ma għandux jiżdied intenzjonalment mal-prodott finali. Il-prodott finali għandu jiġi ttestjat sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta' formaldeid liberu fih. Ir-rekwiżiti tal-kampjunar għall-ittestjar għandhom jirriflettu l-firxa tal-prodotti.

Għandu japplika l-valur ta' limitu tal-għadd totali li ġej:

Id-derogi li ġejjin huma magħmula mir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel paragrafu:

(i)  Fejn huma meħtieġa preżervattivi li huma donaturi tal-formaldeid bħala preżervattivi ta' ġol-bottijiet biex jipproteġu tip speċifiku ta' żebgħa jew verniċ u fejn il-formaldeid donatur jintuża minflok il-preżervattivi tal-iżotijażolinon.

(ii)  Fejn id-dispersjonijiet tal-polimeri (binders) jipprovdu, permezz tal-livelli tal-formaldeid li jibqa', il-funzjoni ta' donaturi tal-formaldeid minflok il-preżervattivi ta' ġol-bottijiet.

Fiż-żewġ każijiet (i) u (ii) l-għadd totali ma għandux jaqbeż il-valur ta' limitu li ġej:

 

Verifika:

Il-kontenut tal-formaldeid liberu għandu jiġi stabbilit għall-bażi l-bajda jew għall-bażi trasparenti għall-għoti ta' lewn ħafif li tkun maħsuba li jkun fiha l-ogħla ammont teoretiku ta' formaldeid. Għandu jiġi stabbilit ukoll il-kontenut tal-bażi li tagħti l-lewn li tkun maħsuba li jkun fiha l-ogħla ammont teoretiku ta' formaldeid.

Metodu tat-test:

Valur ta' limitu ta' 0,0010 %:

Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' ġol-bottijiet bl-użu tal-metodu Merckoquant. Jekk l-eżitu ma jkunx definittiv bl-użu ta' dan il-metodu, allura għandha tintuża l-kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC) biex tiġi kkonfermata l-konċentrazzjoni ta' ġol-bottijiet.

Valur ta' limitu ta' 0,010 %:

(1)  Iż-żebgħa kollha: Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' formaldeid ta' ġol-bottijiet permezz ta' analiżi bl-użu tal-VdL-RL 03 jew tal-kromatografija likwida ta' rendiment għoli (HPLC).

(2)  Iż-żebgħa u l-verniċ ta' ġewwa: Determinazzjoni permezz ta' analiżi skont l-istandard ISO 16000-3. L-emissjonijiet ma għandhomx ikunu ta' iktar minn 0,25 ppm mal-ewwel applikazzjoni u għandhom ikunu ta' inqas minn 0,05 ppm wara 24 siegħa mill-ewwel applikazzjoni.

0,0010 %

0,010 %

▼M2

8.  Sustanzi f'aġenti li jgħaqqdu u dispersjonijiet tal-polimeri

(a)  L-aġenti li jgħaqqu u l-aġenti tar-retikolazzjoni

Applikabbiltà:

— Tirqim intern/estern

— Dekorazzjoni, protezzjoni u kisi tal-injam

— Kisi tal-metall

— Kisi tal-art

— Kisi b'ħafna lostru

— Kisi arkitettoniku u dekorattiv

L-aċidu adipiku diidrażid (ADH) użat bħala promotur tal-adeżjoni jew bħala aġent li jgħaqqad b'mod trasversali

1,0 % w/w

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mingħand l-applikant u mingħand il-fornituri tiegħu tal-materja prima appoġġata b'kalkoli jew b'rapport ta' test analitiku.

(b)  Il-prodotti ta' reazzjoni u r-residwi

Applikabbiltà:

Prodotti b'sistemi ta' polimeri li jgħaqqdu

Il-preżenza tal-Metanol residwu hija ristretta skont il-kontenut tal-aġent li jgħaqqad fil-prodott finali.

 

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni mingħand l-applikant u mingħand il-fornituri tiegħu tal-materja prima appoġġata b'kalkoli jew b'rapport ta' test analitiku.

—  il-kontenut tal-aġent li jgħaqqad fil-prodott finali hu aktar minn 10 % sa 20 %

0,02 % w/w

—  il-kontenut tal-aġent li jgħaqqad fil-prodott finali hu aktar minn 20 % sa 40 %

0,03 % w/w

—  aktar minn 40 % kontenut ta' aġent li jgħaqqad fil-prodott finali

0,05 %w/w

(1)   L-ECHA, Sustanzi attivi bijoċidali — lista ta' sustanzi attivi approvati, http://www.echa.europa.eu/web/guest/information-on-chemicals/biocidal-active-substances



( 1 ) Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

( 3 ) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

( 4 ) Kif meħudin mid-Dokument ta' Referenza dwar l-Aqwa Teknoloġija Disponibbli għall-Manifattura ta' Volumi Kbar ta' Kimiċi Inorganiċi (BREF) ta' Awwissu tal-2007.

( 5 ) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

( 6 ) Ara l-istandard EN ISO 2813.

( 7 ) Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

( 8 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).

Top