EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014D0145-20140912

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/2014-09-12

2014D0145 — MT — 12.09.2014 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/145/PESK

tas-17 ta’ Marzu 2014

dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

(ĠU L 078, 17.3.2014, p.16)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/151/PESK tal-21 ta' Marzu 2014

  L 86

30

21.3.2014

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/238/PESK tat-28 ta’ April 2014

  L 126

55

29.4.2014

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/265/PESK tat-12 ta’ Mejju 2014

  L 137

9

12.5.2014

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/308/PESK tat-28 ta' Mejju 2014

  L 160

33

29.5.2014

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/455/PESK tal-11 ta' Lulju 2014

  L 205

22

12.7.2014

 M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/475/PESK tat-18 ta' lulju 2014

  L 214

28

19.7.2014

►M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/499/PESK tal-25 ta' Lulju 2014

  L 221

15

25.7.2014

►M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/508/PESK tat-30 ta' Lulju 2014

  L 226

23

30.7.2014

►M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/658/PESK tat-8 ta' Settembru 2014

  L 271

47

12.9.2014




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/145/PESK

tas-17 ta’ Marzu 2014

dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-6 ta' Marzu 2014, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni kkundannaw bil-qawwa l-ksur mhux provokat tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina mill-Federazzjoni Russa u appellaw lill-Federazzjoni Russa biex tirtira immedjatament il-forzi armati tagħha lejn iż-żoni ta' stazzjonament permanenti tagħhom, f'konformità mal-ftehimiet rilevanti. Huma appellaw lill-Federazzjoni Russa biex tippermetti aċċess immedjat lil osservaturi internazzjonali. Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern qiesu li d-deċiżjoni mill-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li jsir referendum dwar l-istatus futur tat-territorju tmur kontra l-Kostituzzjoni tal-Ukraina u hija għalhekk illegali.

(2)

Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern iddeċidew li jieħdu azzjonijiet, inklużi dawk previsti mill-Kunsill fit-3 ta' Marzu 2014, b'mod partikolari li jissospendu t-taħditiet bilaterali mal-Federazzjoni Russa dwar kwistjonijiet ta' viża kif ukoll taħditiet mal-Federazzjoni Russa dwar Ftehim ġdid. komprensiv li għandu jissostitwixxi s-Sħubija eżistenti u l-Ftehim ta' Kooperazzjoni.

(3)

Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern issottolinjaw li s-soluzzjoni għall-kriżi għandha tinstab permezz ta' negozjati bejn il-Gvernijiet tal-Ukraina u tal-Federazzjoni Russa, inkluż permezz ta' mekkaniżmi multilaterali potenzjali, u li fin-nuqqas ta' riżultati f'perjodu ta' żmien limitat l-Unjoni ser tiddeċiedi dwar miżuri addizzjonali, bħal projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, iffriżar tal-assi u t-tħassir tas-summit UE-Russja.

(4)

Fiċ-ċirkostanzi attwali, għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi kontra persuni responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, inkluż azzjonijiet dwar l-istatus futur ta' kwalunkwe parti mit-territorju li jmorru kontra l-Kostituzzjoni tal-Ukraina, u persuni, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

(5)

Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

▼M9

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':

(a) persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw, azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u persuni fiżiċi assoċjati magħhom;

(b) persuni fiżiċi li jappoġġaw attivament, b'mod materjali jew finanzjarju, jew li jibbenefikaw minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina; jew

(c) persuni fiżiċi li jwettqu transazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbass fl-Ukraina,

kif elenkat fl-Anness.

▼B

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa minn Nazzjonijiet Uniti, jew taħt l-awspiċji tagħha;

(c) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.  Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.  Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.

6.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew minħabba attendenza f'laqgħat intergovernattivi, u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi, inkluż appoġġ għall-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

7.  Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni ser tiġi kkunsidrata bħala mogħtija għajr jekk wieħed jew aktar mill-membri tal-Kunsill jagħmel oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi riċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. F'każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.  Fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għalih hija ġiet mogħtija lill-persuna kkonċernata minnha.

Artikolu 2

▼M9

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn:

(a) persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw, azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom;

(b) persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina;

(c) persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet trasferita b'mod li jmur kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment;

(d) persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw attivament, b'mod materjali jew finanzjarju, jew li jibbenefikaw minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina; jew

(e) persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jwettqu transazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbass tal-Ukraina,

kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

▼B

2.  L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness.

3.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li tagħmel disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:

(a) meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familji dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b) maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż imġarrba li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c) maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu l-oġġett ta' sentenza arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu ġew elenkati fl-Anness, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja, jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun esegwibbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) il-fondi jew riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jagħmlu tajjeb għal pretensjonijiet assigurati mit-tali sentenza jew rikonoxxuti bħala validi fit-tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

(d) ir-rikonoxximent tad-deċiżkoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru konċernat.

L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

5.  Il-paragrafu 1 ma għandux iżomm lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati milli tagħmel pagament dovut taħt kuntratt li daħlet għalih qabel id-data li fiha t-tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fl-Anness, dment li l-Istat Membru konċernat jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fil-paragrafu 1.

6.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a) imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) pagamenti dovuti minħabba kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew

(c) pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ġew mogħtija fl-Unjoni jew li huma esegwibbli fl-Istat Membru konċernat,

dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

▼M3

1.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jiddeċiedi li jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.

▼B

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika,entità jew korp kkonċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil tali persuna, entità jew korp bl-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna, entità jew korp kkonċernati kif meħtieġ.

Artikolu 4

1.  L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi imsemmijin fl-Artikolu 1(1) u 2(1).

2.  L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 5

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) u 2 (1), l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M9

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2015.

▼B

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.




ANNESS



Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Sergey Valeryevich Aksyonov

Data tat-twelid 26.11.1972

Aksyonov ġie elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal- Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-presenza ta' persuni armati favur ir-Russja. Il-“ħatra” tiegħu ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni minn Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur ir- “referendum” tas-16 ta' Marzu.

17.3.2014

▼M4

2.

Vladimir Andreevich Konstantinov

(Владимир Андреевич Константинов)

d.t.t. 19.11.1956

Vladimirovca, Distrett ta' Slobozia, ir-Repubblika tal-Moldova

Bħala spiker tal- Verkhovna Rada tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fit-teħid ta' deċiżjonijiet minn Verkhovna Rada tal-Krimea li jikkonċernaw ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina u talab lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea.

17.3.2014

▼B

3.

Rustam Ilmirovich Temirgaliev

Data tat-twelid 15.08.1976

Bħala Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-Krimea, Temirgaliev kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Verkhovna Rada rigward ir-"referendum" kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

4.

Deniz Valentinovich Berezovskiy

Data tat-twelid 15.07.1974

Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukraina fl-1 ta' Marzu 2014 u ħa l-ġurament quddiem il-Forzi Armati tal-Krimea, biex b'hekk mar kontra l-ġurament tiegħu. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina nieda investigazzjoni kontrih bl-akkuża ta' tradiment għoli.

17.3.2014

5.

Aleksei Mikhailovich Chaliy

Data tat-twelid 13.06.1961

Chaliy sar “Sindku ta' Sevastopol” permezz ta' nomina popolari fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum tas-16 ta' Marzu 2014.

17.3.2014

▼M4

6.

Pyotr Anatolyevich Zima

(Пётр Анатольевич Зима)

d.t.t. 29.3.1965

Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Siġurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi ta' data lis-Servizz ta' Intelligence Russa (SVR). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukraina jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea.

Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz tas-Sigurtà indipendenti ġiet proklamata mill-eks uffiċjali tal-SBU tal-Krimea.

17.3.2014

7.

Yuriy Gennadyevich Zherebtsov

( Юрий Геннадьевич Жеребцов)

d.t.t. 19.11.1965

Kunsillier tal-iSpeaker tal-Verkhovna Rada tal-Krimea, wieħed minn dawk li mexxew l-organizzazzjoni tar-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina.

17.3.2014

▼B

8.

Sergey Pavlovych Tsekov

Data tat-twelid 28.03.1953

Viċi Speaker tal-Verkhovna Rada; Tsekov beda, flimkien ma' Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). F'dan it-tentattiv, huwa involva lil Vladimir Konstantinov, waqt li heddu bit-tneħħija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

17.3.2014

9.

Ozerov, Viktor Alekseevich

Data tat-twelid 5.1.1958 f'Abakan, Khakassia

President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il- Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina.

17.3.2014

10.

Dzhabarov, Vladimir Michailovich

Data tat-twelid 29.9.1952

L-ewwel Viċi President tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Dzhabarov, f'isem il- Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina.

17.3.2014

11.

Klishas, Andrei Aleksandrovich

Data tat-twelid 9.11.1972 f'Sverdlovsk

President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi, Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukraina billi ddikjara li “il-President tal-Ukraina jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva biex jiġu difiżi ċ-ċittadini tal-Krimea”.

17.3.2014

12.

Ryzhkov, Nikolai Ivanovich

Data tat-twelid 28.09.1929 fi Duleevka, reġjun ta' Donetsk, Ukraina SSR

Membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal- Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Ryzhkov appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina.

17.3.2014

13.

Bushmin, Evgeni Viktorovich

Data tat-twelid 4.10.1958 f'Lopatino, Reġjun ta' Sergachiisky, RSFSR

Viċi Speaker tal- Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Bushmin appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina.

17.3.2014

14.

Totoonov, Aleksandr Borisovich

Data tat-twelid 3.03.1957 f'Ordzhonikidze, Tramuntana ta' Ossetia

Membru tal-Kumitat dwar il-kultura, ix-xjenza, u l-informazzjoni tal- Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina

17.3.2014

15.

Panteleev, Oleg Evgenevich

Data tat-twelid 21.07.1952 fi Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan

L-ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukraina.

17.3.2014

16.

Mironov, Sergei Mikhailovich

Data tat-twelid 14.02.1953 f'Pushkin, reġjun ta' Leningrad

Membru tal-Kunsill tal-Istat ta' Duma; Mexxej tal-fazzjoni Fair Russia f' Duma.

Oriġinatur tal-liġi li tippermetti lill-Federazzjoni Russa tinkludi fil-kompożizzjoni tagħha, taħt il-pretest tal-protezzjoni taċ-ċittadini Russi, territorji ta' pajjiż barrani mingħajr il-kunsens ta' dak il-pajjiż jew ta' trattat internazzjonali.

17.3.2014

17.

Zheleznyak, Sergei Vladimirovich

Data tat-twelid 30.07.1970 f'San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

Viċi Speaker tal-Istat ta' Duma tal-Federazzjoni Russa.

Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina.

17.3.2014

18.

Slutski, Leonid Eduardovich

Data tat-twelid 4.01.1968 f'Моska

President tal-Kumitat tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS) tal-Istat ta' Duma (membru ta' LDPR).

Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea.

17.3.2014

19.

Vitko, Aleksandr Viktorovich

Data tat-twelid 4.1.1968 f'Моska

Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammiral.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina.

17.3.2014

▼M4

20.

Anatoliy Alekseevich Sidorov

(Анатолий Алексеевич Сидоров)

d.t.t. 2.7.1958

Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed timmina s-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn “referendum” u l-inkorporazzjoni fir-Russja.

17.3.2014

21.

Aleksandr Viktorovich Galkin

(Александр Викторович Галкин)

d.t.t. 22.3.1958

Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”). Il-forzi tal-SMD huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed timmina s-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja.

Il-flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett ta' Galkin: il-parti l-kbira tal-moviment ta' forza fil-Krimea oriġinat mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

17.3.2014

▼M1

22.

Rogozin, Dmitry Olegovich

d.t.t. 21.12.1963; f'Moska

Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa.

Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

23.

Glazyev, Sergey

d.t.t. 1.1.1961, Zaporozhye, (RSS Ukraina)

Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa.

Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

24.

Matviyenko, Valentina Ivanova

d.t.t. 7.4.1949, Shepetovka, Khmelnitskyi oblast (RSS Ukraina)

Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina.

21.3.2014

25.

Naryshkin, Sergei Evgenevich

d.t.t. 27.10.1954,

San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

Speaker tal-Istat ta' Duma. Appoġġa pubblikament il- mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. Appoġġa pubblikament it-trattat tar-riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata.

21.3.2014

26.

Kiselyov, Dmitry Konstantinovich

d.t.t. 26.4.1954

Maħtur b'Digriet Presidenzjali fid-9 ta' Diċembru 2013. Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat Federali Russu "Rossiya Segodnya".

Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li tappoġġa l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina.

21.3.2014

27.

Nosatov, Alexander Mihailovich

d.t.t. 27.3.1963 Sevastopol, (RSS Ukraina)

Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina.

21.3.2014

28.

Kulikov, Valery Vladimirovich

d.t.t. 1.9.1956, Zaporozhye, (RSS Ukraina)

Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina.

21.3.2014

29.

Surkov, Vladislav Yurievich

d.t.t. 21.9.1964, Solntsevo, Lipetsk

Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet sabiex jheddu l-awtoritajiet tal-Ukraina fil-Krimea.

21.3.2014

▼M4

30.

Mikhail Grigoryevich Malyshev

(Александр Викторович Галкин)

d.t.t. 10.10.1955

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea.

Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- “referendum”.

21.3.2014

31.

Valery Kirillovich Medvedev

(Михаил Григорьевич Малышев)

d.t.t. 21.8.1946

Ir-Russja

Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- “referendum”.

21.3.2014

32.

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich Turchenyuk

(Валерий Кириллович Медведев)

d.t.t. 5.12.1959

Kirghizia/Osh

Kmandant de facto tat-truppi Russi stazzjonati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”).

21.3.2014

33.

Elena Borisovna Mizulina

(Елена Борисовна Мизулина)

d.t.t. 9.12.1954

Buly, Kostroma Oblast

Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

21.3.2014

▼M2

34.

Dmitry Nikolayevich Kozak

Imwieled fis-7.11.1958 f'Kirovohrad, RSS Ukraina

Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

35.

Oleg Yevgenyvich Belaventsev

Imwieled fil-15.9.1949 f'Moska

Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

29.4.2014

36.

Oleg Genrikhovich Savelyev

Imwieled fis-27.10.1965 f'Leningrad

Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

37.

Sergei Ivanovich Menyailo

Imwieled fit-22.8.1960 f'Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR

Aġent gvernatur tal-belt Ukraina annessa ta' Sevastopol.

29.4.2014

38.

Olga Fedorovna Kovatidi

Imwielda fis-7.5.1962 f'Simferopol, RSS Ukraina.

Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

29.4.2014

39.

Ludmila Ivanovna Shvetsova

Imwielda fl-24.9.1949 f'Alma-Ata, USSR

Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita — Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

40.

Sergei Ivanovich Neverov

Imwieled fil-21.12.1961 f'Tashtagol, USSR

Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

41.

Igor Dmitrievich Sergun

Imwieled fit-28.3.1957

Direttur tal-GRU (Direttorat Prinċipali tal-Intelligence), Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Logutenent Ġeneral. Responsabbli mill-attività tal-uffiċjali tal-GRU fil-Lvant tal-Ukraina.

29.4.2014

42.

Valery Vasilevich Gerasimov

Imwieled fit-8.9.1955 f'Kazan

Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-istazzjonament massiv ta' truppi Russi matul il-fruntiera mal-Ukraina u milli naqas li jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni.

29.4.2014

43.

German Prokopiv

 

Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali f'Lugansk tas-Servizz ta' Sigurtà, irrekordja filmat indirizzat lill-President Putin u lir-Russja mill-bini okkupat. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”.

29.4.2014

▼M4

44.

Valeriy Dmitrievich Bolotov

(Валерий Дмитриевич Болотов)

d.t.t. 13.2.1970

Stachanov, Lugansk Oblast, Ukrainian SSR

Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali.

29.4.2014

45.

Andriy Yevgenevich Purgin

(Андрей Евгеньевич Пургин)

d.t.t. 26. 1. 1972

Kap tar-“Repubblika ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbas għall-Unjoni Ewro-Asjatika”.

29.4.2014

▼M2

46.

Denys Pushylin

Imwieled f'Makiivka

Wieħed mill-mexxejja tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti.

29.4.2014

▼M4

47.

Sergey Gennadevich Tsyplakov

(Сергей Геннадьевич Цыплаков)

d.t.t. 1.5.1983

Donetsk, SSR tal-Ukraina

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

29.4.2014

48.

Igor Vsevolodovich Girkin a.k.a. Igor Strelkov

(Игорь Всеволодович Гиркин)

d.t.t. 17.12.1970

nru. tal-passaport 4506460961

Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim ministru tal-Krimea.

29.4.2014

▼M3

49.

Vyacheslav Viktorovich Volodin

Imwieled fl-4 ta' Frar 1964 f'Alekseevka, reġjun ta' Saratov.

L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukrain tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

50.

Vladimir Shamanov

Imwieled fil-15.02.1954 f'Barnaul.

Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.

12.5.2014

51.

Vladimir Nikolaevich Pligin

Imwieled fid-19.05.1960 f'Ignatovo, Vologodsk Oblast, USSR.

President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli mill-ipproċessar ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

52.

Petr Grigorievich Jarosh

 

Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

12.5.2014

53.

Oleg Grigorievich Kozyura

Imwieled fid-19.12.1962 f'Zaporozhye

Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

12.5.2014

▼M4

54.

Viacheslav Ponomariov

Vyacheslav Vladimirovich Ponomariov

(Вячеслав Владимирович Пономарёв)

d.t.t. 2.5.1965

Sloviansk

Sindku awtodikjarat ta' Slaviansk. Ponomarev appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomarev huwa involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu l-ġurnalisti Ukraini Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati. Huma żammew maqbuda l-osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE).

12.5.2014

55.

Igor Mykolaiovych Bezler

Igor Nikolaevich Bezler,

(Игорь Николаевич Безлер)

d.t.t. 30.12.1965

Simferopol

Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukraina għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni fir-raħal ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Igor Girkin li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU.

12.5.2014

▼M3

56.

Igor Kakidzyanov

 

Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk” awtoproklamata. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.5.2014

▼M4

57.

Oleg Tsariov

Oleg Anatolevich Tsariov

(Олег Анатолiйович Царьов)

(Олег Анатольевич Царёв)

d.t.t. 2.6.1970

Dnipropetrovsk

Membru tar-Rada. Appella pubblikament għall-ħolqien tar-Repubblika Federali tan-Novorossia, magħmula mir-reġjuni Ukraini tax-Xlokk.

12.5.2014

58.

Roman Lyagin

(Роман Лягин)

d.t.t. 30.5.1980

Donetsk

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.5.2014

▼M3

59.

Aleksandr Malykhin

 

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari tal- Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari tal-Lugansk”.

12.5.2014

60.

Natalia Vladimirovna Poklonskaya

Imwielda fit-18.03.1980 f'Eupatoria.

Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

12.5.2014

61.

Igor Sergeievich Shevchenko

 

Aġent Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja.

12.5.2014

▼M4

62.

PJSC Chernomorneftegaz

magħruf bħala Chornomornaftogaz

Prospekt Kirova/ per. Sovarkomovskji 52/1 Simferopol, Krimea

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014

63.

Feodosia magħruf bħala Feodossyskoje

Predprijatije po Obespetscheniju nefteproduktami

98107, Krimea, Feodosiya, Geologicheskaya str.2

Kumpanija li tipprovdi servizzi ta' trasbord għall-prodotti taż-żejt mhux raffinat u taż-żejt

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014

▼M5

64.

Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич Бородай)

Data tat-twelid: 25.7.1972f' Moska

L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju ddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-‘faxxisti’ Ukraini”), Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”.

12.7.2014

65.

Alexander KHODAKOVSKY (Александр Сергеевич Ходаковский)

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tas-Sigurtà tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Responsabbli għall-attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.7.2014

66.

Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY, (Александр Александрович Калюсский)

 

L-hekk imsejjaħ “de facto Viċi Prim Ministru tal-

Affarijiet Soċjali tar-RPD”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.7.2014

67.

Alexander KHRYAKOV

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni tal-Massa tar-RPD”.

Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.7.2014

68.

Marat BASHIROV

 

L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk, ikkonfermat fit-8 ta' Lulju”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

12.7.2014

69.

Vasyl NIKITIN

 

L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”, (qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”, u kien kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”).

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal-Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukraini fir-“Repubblika Popolari ta' Luhansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus “il-ġdid” tar-reġjun.

12.7.2014

70.

Aleksey KARYAKIN (Алексей Карякин)

1979

L-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”

Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”.

12.7.2014

71.

Yurij IVAKIN (Юрий Ивакин)

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Interni tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

12.7.2014

72.

Igor PLOTNITSKY

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

12.7.2014

73.

Nikolay KOZITSYN

20 ta' Ġunju, 1956 fir-reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukraina fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukrain.

12.7.2014

74.

Oleksiy MOZGOVY (Олексiй Мозговий)

 

Wieħed mill-mexxejja tal-gruppi armati fil-Lvant tal-Ukraina.

Responsabbli għat-taħriġ tas-separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain.

12.7.2014

▼M7

75.

Mikhail Efimovich FRADKOV

Михаил Ефимович Фрадков

Twieled fl-1.9.1950 f'Kurumoch, reġjun ta' Kuibyshev

Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz tal-Intelligence Estera. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

76.

Nikolai Platonovich PATRUSHEV

Николай Платонович Патрушев

Twieled fil-11.7.1951 f'Leningrad (St Petersburg)

Membru permanent u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

77.

Aleksandr Vasilievich BORTNIKOV

Александр Васильевич Бортников

Twieled fil-15.11.1951 f'Perm

Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz Federali ta' Sigurtà (FSB). Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

78.

Rashid Gumarovich NURGALIEV

Рашид Гумарович Нургалиев

Twieled fit-8.10.1956 f'Zhetikara, Repubblika Soċjalista Sovjetika Kazaka

Membru permanenti u Viċi Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

79.

Boris Vyacheslavovich GRYZLOV

Борис Вячеславович Грызлов

Twieled fil-15.12.1950 fi Vladivostok

Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

80.

Sergei Orestovoch BESEDA

Сергей Орестович Беседа

1954

Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Bħala uffiċjali għoli tal-FSB, huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali.

25.7.2014

81.

Mikhail Vladimirovich DEGTYAREV

Михаил Владимирович Дегтярёв

Twieled fl-10.7.1981 f'Kuibyshev (Samara)

Membru tad-Duma tal-Istat.

Fit-23.05.2014 huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika Popolari ta' Donetsk” f'Moska, huwa jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

82.

Ramzan Akhmadovitch KADYROV

Рамзан Ахматович Кадыров

Twieled fil-05.10.1976 fi Tsentaroy.

President tar-Repubblika taċ-Ċeċnja. Kadyrov għamel dikjarazzjonijiet b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u b'appoġġ għar-ribelljoni armata fl-Ukraina. Fl-14 ta' Ġunju 2014 huwa ddikjara fost affarijiet oħra li hu 'ser jagħmel minn kollox biex jagħti l-ħajja mill-ġdid lill-Krimea'. F'dak il-kuntest, huwa ingħata l-medalja għal-'liberazzjoni tal-Krimea' mill-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. Barra minn hekk, fl-1 ta' Ġunju 2014 huwa qal li huwa lest jibgħat 74 000 voluntier Ċeċen fl-Ukraina jekk jintalab jagħmel dan.

25.7.2014

83.

Alexander Nikolayevich TKACHYOV

АЛЕКСАНДР НИКОЛАЕВИЧ ТКАЧЁВ

Twieled fit-23.12.1960 fi Vyselki.

Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

Ingħata l-medalja “għal-liberazzjoni tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F'dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

25.7.2014

84.

Pavel GUBAREV

Павел Юрьевич Губарев

Twieled fl-10.2.1983 f'Sievierodonetsk

Wieħed minn dawk li jiddefinixxu lilhom infushom mexxejja tal-hekk imsejħa “Repubblika popolari ta' Donetsk”. Huwa talab l-intervent Russu fl-Ukraina tal-lvant, inkluż permezz tal-iskjerament ta' forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Gubarev huwa responsabbli mir-reklutaġġ ta' nies għall-forzi armati tas-separatisti.

Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-“gvernatur tal-poplu”.

Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukraina, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jilgħab rwol prominenti fl-attivitajiet separatisti, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

85.

Ekaterina GUBAREVA

Екатерина Юрьевна Губарева

Twieldet fil-5.7.1983 f'Kakhovka

Fil-kapaċità tagħha tal-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Barranin” hija responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Barra minn hekk, il-kont tal-bank tagħha huwa użat biex jiffinanzja gruppi separatisti illegali armati.

Billi ħadet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

86.

Fedor BEREZIN

Фёдор Дмитриевич Березин

Twieled fis-7.2.1960 f'Donetsk

L-hekk imsejjaħ “viċi ministru tad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, l-hekk imsejjaħ “ministru tad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

87.

Valery Vladimirovich KAUROV

Валерий Владимирович Кауров

Twieled fit-2.4.1956 f'Odessa

L-hekk imsejjaħ “president” tal-hekk imsejħa “Repubblika ta' Novorossiya” li appella lir-Russja biex tiskjera truppi fl-Ukraina. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità huwa għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

88.

Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK

Сергей Анатольевич Здрылюкv

Twieled fit-23.6.1972 fir-reġjun ta' Vinnytsia

Assistent għoli ta' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità, Zdriliuk għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

89.

Vladimir ANTYUFEYEV

Владимир Антюфеев

(magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV)

Twieled fid-19.2.1951 f'Novosibirsk

Ex-'Ministru tas-Sigurtà tal-Istat' fir-reġjun separatist tat-Transnistrija. Mid-9 ta' Lulju 2014, huwa kien l-ewwel l-ewwel viċi prim ministru tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu, huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governamentali' tas-separatisti tal-hekk imsejjaħ 'gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk'.

25.7.2014

90.

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”

“Луганская народная республика”

“Luganskaya narodnaya respublika”

Sit elettroniku uffiċjali:

http://lugansk-online.info

Numru tat-telefon

+38-099-160-74-14

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” ġiet stabbilita fis-27 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fit-22 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk ħolqu l-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukraina, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal-“Armata tax-Xlokk” separatista u gruppi separatisti illegali armati oħrajn, u għaldaqstant iddgħajjef l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

25.7.2014

91.

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”

“Донецкая народная республика”

“Donétskaya naródnaya respúblika”

Informazzjoni uffiċjali, inkluż il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-kompożizzjoni tal-Kunsill Suprem

http://dnr-news.com/

Media soċjali:

https://twitter.com/dnrpress

http://vk.com/dnrnews

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” ġiet iddikjarata fis-7 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukraina, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal- gruppi separatisti illegali armati, u għaldaqstant iddgħajjef l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

25.7.2014

92.

L-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”

“Федеративное государство Новороссия”

“Federativnoye Gosudarstvo Novorossiya”

Stqarrijiet uffiċjali għall-istampa:

http://novorossia.su/official

Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya” mhux rikonoxxut.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukraina, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

25.7.2014

93.

Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army”

Международный Союз Общественных Объединений

“Всевеликое Войско Донское”

Sit elettroniku uffiċjali:

http://vvd2003.narod.ru/

Numru tat-telefon:

+7-8-908-178-65-57

Media soċjali:

Gwardja Nazzjonali Kosakka

http://vk.com/kazak_nac_guard

Indirizz: 346465 Russia Rostov Region. October (C) District. St Zaplavskaya. Str Shosseynaya 1

Il-“Great Don Army” stabbiliet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina kif ukoll thedded l-istabbilta jew is-sigurtà tal-Ukraina.

Assoċjata mas-Sur Nikolay KOZITSYN, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukraina tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain.

25.7.2014

94.

“Sobol”

“СОБОЛЬ”

Sit elettroniku uffiċjali:

http://soboli.net

Media soċjali:

http://vk.com/sobolipress

Numru tat-telefon:

(0652) 60-23-93.

Posta elettronika: SoboliPress@gmail.com

Indirizz: Crimea, Simferopol, str. Kiev, 4 (area bus station “Central”).

Organizzazzjoni paramilitari radikali, responsabbli għall-appoġġ bla ħabi tal-użu tal-forza biex jintemm il-kontroll tal-Ukraina fuq il-Krimea, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

25.7.2014

95.

L-hekk imsejħa “Gwardja ta' Lugansk”

“Луганская гвардия”

Media soċjali:

https://vk.com/luguard

http://vk.com/club68692201

Milizzja għall-awtodifiża ta' Lugansk, responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

Assoċjata mas-Sur German PROPOKIV, mexxej attiv li huwa responsabbli li ħa parti fit-teħid tal-bini tal-uffiċċju reġjonali ta' Lugansk tas-Servizz tas-Sigurtà Ukrain u rreġistra filmat b'dikjarazzjoni lill-President Putin u r-Russja mill-bini okkupat.

25.7.2014

96.

L-hekk imsejħa “Armata tax-Xlokk”

“Армии Юго-Востока”

Reklutaġġ:

http://lugansk-online.info/statements

Media Soċjali:

http://vk.com/lugansksbu

Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukraina tal-Lvant.

Responsabbli għall-okkupazzjoni tal-bini tas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat.

Assoċjat mas-Sur Valeriy BOLOTOV, elenkat bħala wieħed mill-mexxejja tal-grupp.

Assoċjat mas-Sur Vasyl NIKITIN, responsabbli għall-attivitajiet “governamentali” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

25.7.2014

97.

L-hekk imsejħa “Milizzja Popolari ta' Donbass”

“Нарóдное ополчéние Донбáсса”

Media soċjali:

http://vk.com/polkdonbassa

+38-099-445-63-78;

+38-063-688-60-01;

+38-067-145-14-99;

+38-094-912-96-60;

+38-062-213-26-60

Posta elettronika: voenkom.dnr@mail.ru

mobilisation@novorossia.co

Volontarji fuq it-telefon fir-Russja:

+7 (926) 428-99-51

+7 (967) 171-27-09

jew posta elettronika novoross24@mail.ru

Indirizz: Donetsk. Prospect Zasyadko.13

Grupp separatista illegali armat responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukraina tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

L-ex mexxej tiegħu, is-Sur Pavel Gubarev,

huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

25.7.2014

98.

“Battaljun Vostok”

“батальоны Восток”

Media soċjali:

http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas

Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukraina tal-Lvant.

Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina

Ipprova jieħu l-Ajruport ta' Donetsk.

25.7.2014

99.

Intrapriża statali tal-vapuri “Kerch ferry”

Государственная судоходная компания “Керченская паромная переправа”

Gosudarstvenoye predpriyatiye

Kerchenskaya paromnaya pereprava

16 Tselibernaya Street, 98307 Kerch

(Автономная Республика Крым, г. Керчь, ул. Целимберная, 16)

kodiċi: 14333981

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17.3.2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukraini tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” u l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1802-6/14 fl-24.3.2014“Dwar l-Intrapriża ta' sjieda tal-istat tal-vapuri ‘Kerch Ferry’ li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali tal-vapuri tal-passiġġieri ‘Kerch Ferry’ f'isem ir-Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

25.7.2014

100.

Intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol”

Государственное предприятие “Севастопольский морской торговый порт”

Gosudarstvenoye predpriyatiye

Sevastopolski morskoy torgovy port

3 Place Nakhimova, 99011 Sevastopol

(99011, г. Севастополь, пл. Нахимова, 3)

kodiċi: 01125548

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fis-17.3.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukraini tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea.

25.7.2014

101.

Intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Kerch”

Государственное предприятие “Керченский морской торговый порт”

Gosudarstvenoye predpriyatiye

Kerchenski morskoy torgovy port

28 Kirova Str., 98312, Kerch, Autonomous Republic of Crimea,

(98312, Автономная Республика Крым, г. Керчь, ул. Кирова, 28)

Kodiċi: 01125554

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17.3.2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukraini tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” u riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 fis-26.3.2014“Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat”“Crimean Sea Ports” (“О Государственном предприятии ‘Крымские морские порты’”) li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Kerch” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa t-tieni l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea.

25.7.2014

102.

Intrapriża statali Universal -Avia

Государственном предприятии “Универсал-Авиа”

Gosudarstvenoye predpriyatiye

“Universal-Avia”

5, Aeroflotskaya street, 95024 Simferopol

(Аэрофлотская улица, 5, Симферополь г.)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fl-24.3.2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia’” (“О Государственном предприятии ‘Универсал-Авиа’)” Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Universal-Avia” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

25.7.2014

103.

Resort “Nizhnyaya Oreanda”

Санаторий “Нижняя Ореанда”

Resort “Nizhnyaya Oreanda”, 08655, Yalta, Oreanda

(08655, г.Ялта, пгт. Ореанда, Санаторий “Нижняя Ореанда”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fil-21 ta' Marzu l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u resorts” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lir-resort “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

25.7.2014

104.

L-intrapriża tal-Krimea “Impjant tad-distillazzjoni Azov”

Крымское республиканское предприятие “Азовский ликероводочный Завод”

Azovsky likerovodochny zavod

40 Zeleznodorozhnaya str., 96178 town of Azov, Jankoysky district

Джанкойский район, пгт Азовское, ул. Железнодорожная, 40)

code: 01271681

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lil “Azovsky likerovodochny zavod” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

25.7.2014

105.

Entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’”

Национальное производственно-аграрное объединение “Массандра”

Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra

6, str. Mira, Massandra 98600 city of Yalta

(98600, г. Ялта, пгт Массандра, ул. Мира, д. 6)

kodiċi: 00411890

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

25.7.2014

106.

“Intrapriża statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid”

Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач”

Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”

9 Chapayeva str., 98433 Vilino, Bakhchisarayski district,

(98433, Автономная Республика Крым, Бахчисарайский район, с. Вилино, ул. Чапаева, д. 9)

Kodiċi: 31332064

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

25.7.2014

107.

Intrapriża statali “Fabbrika tal-inbid effervexxenti Novy Svet”

Государственное предприятиеЗавод шампанских вин “Новый свет”

Gosudarstvenoye predpriyatiye “Zavod shampanskykh vin Novy Svet”

1 Shalyapina str., 98032 Sudak, Novy Svet

(98032, г. Судак, пгт Новый Свет, ул. Шаляпина, д. 1)

Kodiċi: 00412665

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Zavod shampanskykh vin Novy Svet” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

25.7.2014

▼M8

108.

Alexey Alexeyevich GROMOV

image

Imwieled fil-31.5.1960 f'Zagorsk (Sergiev Posad)

Bħala l-ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa responsabbli mill-għoti ta' struzzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni Russi biex jieħdu pożizzjoni favorevoli mas-separatisti fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea, u b'hekk jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina tal-Lvant u l-annessjoni tal-Krimea.

30.7.2014

109.

Oksana TCHIGRINA

Оксана Чигрина

 

Kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukrain, it-teħid ta' ostaġġi, l-attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali li bħala konsegwenza dgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina.

30.7.2014

110.

Boris LITVINOV

Борис Литвинов

 

Sa mit-22 ta' Lulju, president tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Suprem” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” li minnu oriġinaw politiki u l-organizzazzjoni tar-referendum illegali li wasslu għall-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, li kkostitwixxiet ksur tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina.

30.7.2014

111.

Sergey ABISOV

image

Imwieled fis-27.11.1967

Billi aċċetta l-ħatra tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Intern tar-Repubblika tal-Krimea” mill-President tar-Russja (digriet Nru 301) fil-5 ta' Mejju 2014 u bl-azzjonijiet tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Intern” huwa dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukraina.

30.7.2014

112.

Arkady Romanovich ROTENBERG

image

Imwieled fil-15.12.1951 f'Leningrad (San Pietruburgu)

Is-Sur Rotenberg ilu jaf għal żmien twil lill-President Putin u kien jipprattika l-judo miegħu.

Huwa stagħna matul it-tmexxija tal-President Putin. Huwa kien iffavorit mill-persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-għoti ta' kuntratti importanti mill-Istat Russu jew minn intrapriżi tal-Istat. Il-kumpanniji tiegħu ingħataw diversi kuntratti vantaġġużi ħafna għat-tħejjijiet tal-Logħob Olimpiku ta' Sochi.

Huwa azzjonist ewlieni ta' Giprotransmost, kumpannija li rċeviet kuntratt ta' akkwist pubbliku minn kumpannija proprjetà tal-Istat Russu biex tagħmel l-istudju ta' fattibbiltà tal-bini ta' pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, u għalhekk ġiet ikkonsolidata l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa, li b'hekk idgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina.

30.7.2014

113.

Konstantin Valerevich MALOFEEV

Константин Валерьевич Малофеев

Imwieled fit-03.7.1974 f'Puschino

Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma' separatisti Ukraini fil-Lvant tal-Ukraina u l-Krimea. Kien jimpjega lis-Sur Borodai, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” u ltaqa' mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukrain fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti.

Barra minn hekk, huwa għamel numru ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukraina fir-Russja u b'mod partikolari f'Ġunju 2014 iddikjara li “Ma tistax tinkorpora l-Ukraina kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukraina)”.

Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal- Lvant tal-Ukraina.

30.7.2014

114.

Yuriy Valentinovich KOVALCHUK

Юрий Валентинович Ковальчук

Imwieled fil- 25.7.1951 f'Leningrad (San Pietruburgu)

Is-Sur Kovalchuk ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofondatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' flimkien grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 38 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il- Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin- National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politiki tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukraina.

30.7.2014

115.

Nikolay Terentievich SHAMALOV

Николай Терентьевич Шамалов

Imwieled fl-24.1.1950

Is-Sur Shamalov ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa' flimkien grupp influwenti ta' individwi madwar il-President Putin.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u t-tieni l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 10 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il- Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol, biex b'hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin- National Media Group li min-naħa tiegħu jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politiki tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukraina.

30.7.2014

116.

JOINT-STOCK COMPANY CONCERN ALMAZ-ANTEY (magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY CORP; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY DEFENSE CORPORATION; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY JSC),

image

41 ul.Vereiskaya, Moscow 121471, Russia;

Website: almaz-antey.ru;

Indirizz Elettroniku antey@almaz-antey.ru

Almaz-Antei hija kumpannija Russa proprjetà tal-Istat. Timmanifattura armi kontra l-inġenji tal-ajru inkluż missili mill-art għall-ajru li hija tforni lill-armata Russa. L-awtoritajiet Russi kienu qegħdin ifornu lis-separatisti tal-Lvant tal-Ukraina b'armamenti tqal, li kkontribwew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. Dawn l-armi jintużaw mis-separatisti, inkluż għat-twaqqigħ ta' ajruplani. Għalhekk, bħala kumpannija proprjetà tal-Istat, Almaz-Antei tikkontribwixxi għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina.

30.7.2014

117.

DOBROLET magħrufa ukoll bħala DOBROLYOT

Добролет/Добролёт

Kodiċi tal-linja tal-ajru QD

International Highway, House 31, building 1, 141411 Moscow

141411, Москва г, Международное ш, дом 31, строение 1

Website: www.dobrolet.com

Dobrolet hija sussidjarja ta' linja tal-ajru proprjetà tal-istat Russu. Sa mill-annessjoni illegali tal-Krimea, Dobrolet sa issa ħaddmet titjiriet esklużivament bejn Moska u Simferopol. Għalhekk, hija tiffaċilita l-integrazzjoni tal-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa u ddgħajjef is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina.

30.7.2014

118.

RUSSIAN NATIONAL COMMERCIAL BANK

image

License of the Central Bank of Russia No. 1354

Russian Federation, 127 030 Moscow, Krasnoproletarskaya street 9/5.

Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-Russian National Commercial Bank (RNCB) sar proprjetà totali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Sar attur dominanti fis-suq, meta qabel l-annessjoni ma kellu l-ebda preżenza fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta' fergħat ta' banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, l-RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-gvern Russu biex jintegra l-Krimea fil-Federazzjoni Russa, u b'hekk dgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina.

30.7.2014

▼M9

119.

Alexander ZAKHARCHENKO

Александр Владимирович Захарченко

Imwieled fl-1976 f'Donetsk

Mis-7 t'Awwissu 'l hawn, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fit-teħid u t-tħaddim ta' din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

120.

Vladimir KONONOV/magħruf ukoll bħala “Tsar”

image

Imwieled fl-14.10.1974 f'Gorsky

Mill-14 t'Awwissu 'l hawn, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukraina. Konokov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

121.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO

Мирослав Владимирович Руденко

21.1.1983 f'Debalcevo

Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu ta' Donbass. Huwa stqarr fost l-oħrajn li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

122.

Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV

Геннадий Николаевич Цыпкалов.

Imwieled fis-6.21.1973

Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel, kien attiv fl-Armata tal-milizzja tax-Xlokk. Tsyplakov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

123.

Andrey Yurevich PINCHUK

Андрей Юрьевич ПИНЧУК

 

“Ministru tas-Sigurtà Statali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ 'gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk'. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

124.

Oleg BEREZA

Олег БЕРЕЗА

 

“Ministru tal-Affarijiet Interni” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governattivi' separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

125.

Andrei Nikolaevich RODKIN

Андрей Николаевич Родкин

 

Rapprezentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukraini. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

126.

Aleksandr KARAMAN

Александр караман

 

“Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin.

12.9.2014

127.

Georgiy L'vovich MURADOV

Георгий Львович Мурадов

Imwieled fid-19.11.1954

L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru” tal-Krimea u Rapprezentant Plenipotenzjarju tal-Krimea għall-President Putin. Muradov qeda rwol importanti fil-konsolidazzjoni tal-kontroll istituzzjonali Russu fuq il-Krimea minn mindu saret l-annessjoni illegali. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

128.

Mikhail Sergeyevich SHEREMET

Михаил Сергеевич Шеремет

Imwieled fit-23.5.1971 f'Dzhankoy

L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, kien hemm rapporti li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta' awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

12.9.2014

129.

Yuri Leonidovich VOROBIOV

Юрий Леонидович Воробьев

Imwieled fit-2.2.1948 fi Krasnoyarsk

Viċi Speaker tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta' Marzu 2014 Vorobiov appoġġa pubblikament fil-Kunsill tal-Federazzjoni l-iskjerament ta' forzi Russi fl-Ukraina. Wara huwa vvota favur id-digriet relatat.

12.9.2014

130.

Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY

Владимир Вольфович Жириновски

Imwieled fl-10.6.1964 f'Eidelshtein, il-Kazakistan

Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; mexxej tal-partit tal-LDPR. Huwa appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b'mod attiv biex l-Ukraina tinqasam. Iffirma f'isem il-partit tal-LDPR li jippresiedi ftehim mal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.9.2014

131.

Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

image

Imwieled fil-11.8.1949 fi Klin

Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

132.

Viktor Petrovich VODOLATSKY

Виктор Петрович Водолацкий

Imwieled fid-19.8.1957 fir-Reġjun ta' Azov.

President (“ataman”) tal-Unjoni tal-Forzi Kosakki Russi u Barranin, u deputat tad-Duma tal-Istat. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea u ammetta li l-Kosakki Russi kellhom involviment attiv fil-konflitt Ukrain fuq in-naħa tas-separatisti appoġġati minn Moska. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

133.

Leonid Ivanovich KALASHNIKOV

Леонид Иванович Калашников

Imwieled fis-6.8.1960 fi Stepnoy Dvorets

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

134.

Vladimir Stepanovich NIKITIN

image

Imwieled fil-5.4.1948 f'Opochka

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

135.

Oleg Vladimirovich LEBEDEV

Олег Владимирович Лебедев

Imwieled fil-21.3.1964 f'Orel/Rudny

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar ir-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-asjatika u r-Rabtiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

136.

Ivan Ivanovich MELNIKOV

Иван Иванович Мельников

Imwieled fis-7.8.1950f'Bogoroditsk

L-Ewwel Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

137.

Igor Vladimirovich LEBEDEV

Игорь Владимирович Лебедев

Imwieled fis-27.9.1972 f'Moska

Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

138.

Nikolai Vladimirovich LEVICHEV

Николай Владимирович Левичев

Imwieled fit-28.5.1953 f'Pushkin

Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

139.

Svetlana Sergeevna ZHUROVA

Светлана Сергеевна Журова

Imwielda fis-7.1.1972 f'Pavlov-on-the-Neva

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 hija vvotat favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

140.

Aleksey Vasilevich NAUMETS

Алексей Васильевич Hаумец

Imwieled fil-11.2.1968

Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Huwa l-kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukraina, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea.

12.9.2014

141.

Sergey Viktorovich CHEMEZOV

image

Imwieled fl-20.8.1952f'Cheremkhovo

Sergei Chemezov huwa wieħed minn dawk magħrufa bħala assoċjati mill-qrib mal-President Putin, it-tnejn kienu uffiċjali tal-KGB stazzjonati fi Dresden u huwa membru tal-Kunsill Suprem tar-“Russja Magħquda”. Huwa qiegħed igawdi mir-rabtiet tiegħu mal-President Russu billi ġie promoss għal karigi għoljin f'kumpanniji kkontrollati mill-Istat. Huwa jippresiedi l-konglomerat ta' Rostec, il-korporazzjoni tad-difiża u l-manifattura industrijali ewlenija Russa kkontrollata mill-Istat. Wara deċiżjoni tal-gvern Russu, Technopromexport, sussidjarja ta' Rostec, qed tippjana li tibni impjanti tal-enerġija fil-Krimea u b'hekk tappoġġa l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn hekk, Rosoboronexport, sussidjarja ta' Rostec, appoġġat l-integrazzjoni ta' kumpanniji tad-difiża mill-Krimea fl-industrija tad-difiża tar-Russja, u b'hekk ikkonsolidat l-annessjoni illegali tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

12.9.2014

142.

Alexander Mikhailovich BABAKOV

Aлександр Михайлович Бабаков

Imwieled fit-8.2.1963 f'Chisinau

Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar id-Dispożizzjonijiet Leġislattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Industrijali Militari tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b'investimenti kbar fl-Ukraina u l-Krimea.

Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz ta' Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

Top