EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014A0520(02)-20150801

Consolidated text: Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/284/2015-08-01

2014A2520 — MT — 01.08.2015 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

FTEHIM TA’ SĦUBIJA VOLONTARJA

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea

(ĠU L 150 20.5.2014, p. 252)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI Nru 3/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT TA' IMPLIMENTAZZJONI MWAQQAF PERMEZZ TAL-FTEHIM TA' SĦUBIJA VOLONTARJA BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA, MIN-NAĦA L-OĦRA tat-8 ta' Lulju 2015

  L 213

11

12.8.2015




▼B

FTEHIM TA’ SĦUBIJA VOLONTARJA

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea



L-UNJONI EWROPEA

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”

u

IR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Indoneżja”

minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien bħala “il-Partijiet”,

WAQT LI JFAKKRU fil-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn ir-Repubblika tal-Indoneżja u l-Komunità Ewropea ffirmat fid-9 ta’ Novembru 2009 f’Ġakarta;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Indoneżja, l-aktar fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor u t-Tajlandja – pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tal-Asja tax-Xlokk;

WAQT LI JFAKKRU fl-impenn magħmul fid-Dikjarazzjoni ta’ Bali dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u l-Governanza (FLEG) tat-13 ta’ Settembru 2001 minn pajjiżi mir-reġjun tal-Lvant tal-Asja u minn reġjuni oħra, li jieħdu azzjoni immedjata biex jintensifikaw sforzi nazzjonali u jsaħħu l-kollaborazzjoni bilaterali, reġjonali u multilaterali biex jindirizzaw ksur tal-liġijiet tal-foresti u reati b’rabta mal-foresti, b’mod partikolari l-qtugħ illegali tas-siġar, il-kummerċ illegali u l-korruzzjoni assoċjati, u l-effetti negattivi tagħhom fuq l-istat tad-dritt;

WAQT LI JINNOTAW li l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) bħala l-ewwel pass biex tkun ittrattata l-kwistjoni urġenti tal-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ assoċjat;

WAQT LI JIRRIFERU għad-Dikjarazzjoni Konġunta bejn il-Ministru tal-Forestrija tar-Repubblika tal-Indoneżja u l-Kummissarji Ewropej għall-Iżvilupp u l-Ambjent, iffirmata fit-8 ta’ Jannar 2007 fi Brussell;

WARA LI KKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Awtorevoli ta’ Prinċipji Mhux Vinkolanti Legalment tal-1992 għal Kunsens Globali dwar il-ġestjoni, il-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tat-tipi kollha ta’ foresti, u l-adozzjoni mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Istrument Mhux Legalment Vinkolanti dwar it-tipi kollha ta’ foresti;

KONXJI dwar l-importanza tal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp ta’ Rio tal-1992 fil-kuntest tal-kisba ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti, u b’mod partikolari tal-Prinċipju 10 dwar l-importanza ta’ għarfien u parteċipazzjoni tal-pubbliku fi kwistjonijiet ambjentali, u tal-Prinċipju 22 dwar l-irwol vitali ta’ nies indiġeni u komunitajiet oħra lokali fil-ġestjoni u l-iżvilupp ambjentali;

WAQT LI JAGĦRFU l-isforzi tal-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja biex jippromwovi governanza tajba tal-forestrija, infurzar tal-liġi u kummerċ f’injam maqtugħ legalment, inkluż permezz tas-Sistem Verifikasi Legalitas Kayu (SVLK) bħala s-Sistema Indoneżjana ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) li hija żviluppata permezz ta’ proċess minn ħafna partijiet interessati skont il-prinċipji ta’ governanza tajba, kredibbiltà u rappreżentanza;

WAQT LI JAGĦRFU li t-TLAS Indoneżjana hija mfassla biex tiżgura l-konformità legali tal-prodotti kollha tal-injam;

WAQT LI JAGĦRFU li l-implimentazzjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja FLEGT għandha tirrinforza l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz ta’ anqas emissjonijiet minn deforestazzjoni u degradazzjoni tal-foresti u tal-irwol tal-konservazzjoni, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u t-tisħiħ tal-istokkijiet tal-karbonju tal-foresti (REDD+);

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) u b’mod partikolari r-rekwiżit li permessi ta’ esportazzjoni maħruġin minn partijiet għas-CITES għal kampjuni ta’ speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet I, II jew III jingħataw biss taħt ċerti kondizzjonijiet, inkluż li kampjuni bħal dawn ma jkunux inkisbu bi ksur tal-liġijiet ta’ dik il-parti għall-ħarsien tal-fawna u l-flora;

WAQT LI HUMA DETERMINATI li l-Partijiet għandhom jaraw li jimminimizzaw kull impatt ħażin fuq komunitajiet indiġeni u lokali u fuq nies foqra li jista’ jkun hemm bħala konsegwenza diretta tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza li l-Partijiet jagħtu għal objettivi ta’ żvilupp maqbula f’livell internazzjonali u għall-Miri ta’ Żvilupp tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza li l-Partijiet jagħtu lill-prinċipji u lir-regoli li jmexxu s-sistemi multilaterali tal-kummerċ, b’mod partikolari d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 u fi ftehimiet multilaterali oħra li jistabbilixxu l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-ħtieġa li japplikawhom b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;

WARA LI KKUNSIDRAW ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea u r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam;

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID il-prinċipji ta’ rispett reċiproku, sovranità, ugwaljanza u nondiskriminazzjoni u jagħrfu l-benefiċċji għall-Partijiet li joħorġu minn dan il-Ftehim;

SKONT il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet;

B’DAN JIFTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Objettiv

1.  L-objettiv ta’ dan il-Ftehim, konsistenti mal-impenn komuni tal-Partijiet għall-ġestjoni sostenibbli tat-tipi kollha ta’ foresti, huwa li jkun ipprovdut qafas legali li jkollu l-għan li jkun żgurat li l-importazzjonijiet kollha għall-Unjoni mill-Indoneżja ta’ prodotti tal-injam koperti minn dan il-Ftehim ikunu nħadmu legalment u meta jsir dan li jkun promoss il-kummerċ fi prodotti tal-injam.

2.  Dan il-Ftehim jipprovdi wkoll bażi għal djalogu u kooperazzjoni bejn il-Partijiet biex titħaffef u tinġieb ’il quddiem l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan il-Ftehim u jissaħħu l-infurzar tal-liġi tal-foresti u l-governanza.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) ‘importazzjoni fl-Unjoni’ tfisser ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ prodotti tal-injam fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità li ma tistax tkun ikkwalifikata bħala 'oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali' kif iddefiniti fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju;

(b) ‘esportazzjoni’ tfisser prodotti tal-injam li jintbagħtu jew jinħarġu fiżikament minn kull parti tat-territorju ġeografiku tal-Indoneżja;

(c) ‘prodotti tal-injam’ tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness IA u fl-Anness IB;

(d) 'Kodiċi SA' tfisser kodiċi ta’ komoditajiet b’erba’ jew b’sitt numri kif stabbilita fis-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Komoditajiet stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Komoditajiet tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali;

(e) ‘Liċenzja FLEGT’ tfisser dokument Indoneżjan Ivverifikat Legali (V-Legali) li jikkonferma li trasportazzjoni ta’ prodotti tal-injam maħsubin għall-esportazzjoni għall-Unjoni tkun inħadmet legalment. Liċenzja FLEGT tista’ tkun karta jew f’għamla elettronika;

(f) ‘awtorità tal-liċenzji’ tfisser l-entitajiet awtorizzati mill-Indoneżja biex joħorġu u jivvalidaw liċenzji FLEGT;

(g) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet maħturin mill-Istati Membri tal-Unjoni biex jirċievu, jaċċettaw u jivverifikaw liċenzji FLEGT;

(h) ‘trasportazzjoni’ tfisser kwantità ta’ prodotti tal-injam koperti b’liċenzja FLEGT li tintbagħat minn speditur jew minn karigatur mill-Indoneżja u tkun ippreżentata biex tinħareġ għal ċirkolazzjoni libera f’uffiċċju doganali fl-Unjoni;

(i) ‘injam maħdum legalment’ tfisser prodotti tal-injam maħsudin jew importati u maħdumin skont il-leġiżlazzjoni kif stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 3

Skema ta’ liċenzjar FLEGT

1.  Skema ta’ liċenzji għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘Skema ta’ Liċenzjar FLEGT’) hija b’dan stabbilita bejn il-Partijiet għal dan il-Ftehim. Hija tistabbilixxi sett ta’ proċeduri u rekwiżiti bil-għan li jkun ivverifikat u kkonfermat, permezz ta’ liċenzji FLEGT, li prodotti tal-injam mibgħutin bil-baħar għall-Unjoni jkunu nħadmu legalment. Skont ir-Regolament tal-Kunsill 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005, l-Unjoni għandha taċċetta biss trasportazzjonijiet bħal dawn mill-Indoneżja għal importazzjoni fl-Unjoni jekk ikunu koperti minn liċenzji FLEGT.

2.  L-iskema ta’ liċenzjar FLEGT għandha tapplika għall-prodotti tal-injam elenkati fl-Anness IA.

3.  Il-prodotti tal-injam elenkati fl-Anness IB jistgħu ma jkunux esportati mill-Indoneżja u jista’ ma jkollhomx liċenzja FLEGT.

4.  Il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw l-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Awtoritajiet tal-Liċenzji

1.  L-Awtorità tal-Liċenzji tivverifika li prodotti tal-injam ikunu nħadmu legalment skont il-leġiżlazzjoni identifikata fl-Anness II. L-Awtorità tal-Liċenzji toħroġ liċenzji FLEGT li jkopru trasportazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam maħdumin legalment għall-esportazzjoni lill-Unjoni.

2.  L-Awtorità tal-Liċenzji m’għandhiex toħroġ liċenzji FLEGT għall-ebda prodott tal-injam li jkun magħmul minn, jew ikun jinkludi, prodotti tal-injam importati fl-Indoneżja minn pajjiż terz f’għamla li l-liġijiet ta’ dak il-pajjiż terz jipprojbixxu l-esportazzjoni, jew li dwarhom ikun hemm evidenza li dawk il-prodotti tal-injam ikunu nħadmu bi ksur tal-liġijiet tal-pajjiż fejn is-siġar ikunu nħasdu.

3.  L-Awtorità tal-Liċenzji żżomm u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-proċeduri tagħha għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT. L-Awtorità tal-Liċenzji żżomm ukoll reġistrazzjonijiet tat-trasportazzjonijiet kollha koperti minn liċenzji FLEGT u li jkunu konsistenti ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali dwar protezzjoni tad-dejta u tagħmel dawn ir-reġistrazzjonijiet disponibbli għall-finijiet ta’ monitoraġġ indipendenti, filwaqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni riżervata ta’ esportaturi.

4.  L-Indoneżja għandha tistabbilixxi Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji li sservi ta’ punt ta’ kuntatt għal komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtoritajiet tal-Liċenzji kif stabbilit fl-Annessi III u V

5.  L-Indoneżja għandha tinnotifika dettalji ta’ kuntatt tal-Awtorità tal-Liċenzji u tal-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 5

Awtoritajiet Kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li kull trasportazzjoni tkun koperta b’liċenzja FLEGT valida qabel ma jirrilaxxaw dik it-trasportazzjoni għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. Ir-rilaxx tat-trasportazzjoni jista’ jkun sospiż u t-trasportazzjoni tinżamm jekk ikun hemm dubji dwar il-validità tal-liċenzja FLEGT.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu u jippubblikaw kull sena reġistrazzjoni ta’ liċenzji FLEGT li jkunu rċevew.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lil persuni jew lil korpi maħturin bħala moniters indipendenti ta’ swieq aċċess għad-dokumenti u d-dejta rilevanti, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni tad-dejta.

4.  L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx iwettqu l-azzjoni deskritta fl-Artikolu 5(1) fil-każ ta’ trasportazzjoni ta’ prodotti tal-injam derivati minn speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet tas-CITES minħabba li dawn huma koperti mid-dispożizzjonijiet għall-verifika stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

5.  Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Indoneżja bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti. Il-Partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 6

Liċenzji FLEGT

1.  Il-liċenzji FLEGT għandhom jinħarġu mill-Awtorità tal-Liċenzji bħala mezz ta’ attestazzjoni li prodotti tal-injam ikunu nħadmu legalment.

2.  Il-liċenzja FLEGT għandha titfassal u titlesta bl-Ingliż.

3.  Il-Partijiet jistgħu, bi ftehim, jistabbilixxu sistemi elettroniċi biex jinħarġu, jintbagħtu u jkunu rċevuti liċenzji FLEGT.

4.  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-liċenzja huma stabbiliti fl-Anness IV. Il-proċedura għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT hija stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 7

Verifika ta’ Injam Maħdum Legalment

1.  L-Indoneżja għandha timplimenta TLAS biex tivverifika li prodotti tal-injam għal trasportazzjoni jkunu nħadmu legalment u biex tiżgura li trasportazzjonijiet biss verifikati bħala tali jkunu esportati għall-Unjoni.

2.  Is-sistema biex ikun ivverifikat li prodotti tal-injam għal trasportazzjonijiet ikunu nħadmu legalment hija stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 8

Rilaxx ta’ Trasportazzjonijiet koperti b’Liċenzja FLEGT

1.  Il-proċeduri li jirregolaw rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni għal trasportazzjonijiet koperti b’liċenzja FLEGT huma deskritti fl-Anness III.

2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġunijiet tajba biex jissuspettaw li liċenzja ma tkunx valida jew awtentika jew ma tkunx konformi mat-trasportazzjoni li tkun maħsuba tkopri, jistgħu jkunu applikati l-proċeduri li hemm fl-Anness III.

3.  Meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil jew diffikultajiet persistenti f’konsultazzjonijiet dwar liċenzji FLEGT, il-kwistjoni tista’ tiġi rinvjata lill-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni.

Artikolu 9

Irregolaritajiet

Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin jekk jissuspettaw jew ikunu sabu evażjoni jew irregolarità fl-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT, inkluż b’rabta ma’ dan li ġej:

(a) evażjoni tal-kummerċ, inkluż bdil fid-direzzjoni tal-kummerċ mill-Indoneżja lill-Unjoni permezz ta’ pajjiż terz;

(b) liċenzji FLEGT li jkopru prodotti tal-injam li jkun fihom injam ġej minn pajjiżi terzi li jkun issuspettat li jkun qed jinħadem illegalment; jew

(c) frodi fil-ksib jew użu ta’ liċenzji FLEGT.

Artikolu 10

Applikazzjoni tat-TLAS Indoneżjana u Miżuri Oħra

1.  Bl-użu tat-TLAS Indoneżjana, l-Indoneżja għandha tivverifika l-legalità ta’ injam esportat għal swieq mhux tal-Unjoni u injam mibjugħ fi swieq domestiċi, u għandha tagħmel l-isforzi tagħha biex tivverifika l-legalità ta’ prodotti tal-injam importati billi tuża, meta jkun possibbli, is-sistema żviluppata għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.  B’appoġġ għal sforzi bħal dawn, l-Unjoni għandha tinkuraġġixxi l-użu tas-sistema msemmija hawn fuq fir-rigward tal-kummerċ fi swieq internazzjonali oħra u ma’ pajjiżi terzi.

3.  L-Unjoni għandha timplimenta miżuri biex ma tħallix li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni injam maqtugħ illegalment u prodotti derivati minnu.

Artikolu 11

Involviment ta’ Partijiet Interessati fl-Implimentazzjoni tal-Ftehim

1.  L-Indoneżja għandha żżomm konsultazzjonijiet regolari ma’ partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u f’dak ir-rigward għandha tippromwovi strateġiji ta’ konsultazzjoni, modalitajiet u programmi xierqa.

2.  L-Unjoni għandha żżomm konsultazzjonijiet ma’ partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, billi tqis l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (Il-Konvenzjoni Aarhus)

Artikolu 12

Salvagwardji Soċjali

1.  Biex jimminimizzaw impatti ħżiena li jista’ jkun hemm ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw qbil aħjar dwar l-impatti fuq l-industrija tal-injam, kif ukoll fuq l-għajxien ta’ komunitajiet indiġeni u lokali li jistgħu jintlaqtu, kif deskritt fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali rispettivi tagħhom.

2.  Il-Partijiet għandhom jimmonitorjaw l-impatti ta’ dan il-Ftehim fuq dawk il-komunitajiet u fuq atturi oħra identifikati fil-paragrafu 1, filwaqt li jieħdu miżuri biex itaffu kull impatt ħażin. Il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar miżuri addizzjonali biex jindirizzaw impatti ħżiena.

Artikolu 13

Inċentivi tas-Suq

Billi tqis l-obbligi internazzjonali tagħha, l-Unjoni għandha tippromwovi pożizzjoni favorevoli fis-suq tal-Unjoni għall-prodotti tal-injam koperti b’dan il-Ftehim. Sforzi bħal dawn jinkludu b’mod partikolari miżuri biex jagħtu appoġġ lil:

(a) politiki ta’ akkwist pubbliku u privat li jirrikonoxxu provvista ta’ prodotti tal-injam maqtugħ legalment u jiżguraw li jkun hemm suq għalihom; u

(b) perċezzjoni aktar favorevoli ta’ prodotti b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 14

Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni

1.  Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu konġunt (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni" jew "KKI"), biex iqis kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.  Kull Parti għandha tinnomina r-rappreżentanti tagħha għall-KKI li għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’kunsens. Il-KKI għandu jkun ippresedut b’mod konġunt minn uffċjali anzjani; wieħed mill-Unjoni u l-ieħor mill-Indoneżja.

3.  Il-KKI għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

4.  Il-KKI għandu jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena, f’data u b’aġenda li jkunu maqbula minn quddiem mill-Partijiet. Jistgħu jissejħu laqgħat addizzjonali meta jintalbu minn waħda miż-żewġ Partijiet.

5.  Il-KKI għandu:

(a) iqis u jadotta miżuri konġunti biex jimplimenta dan il-Ftehim;

(b) jirrivedi u jimmonitorja l-progress globali fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inkluż il-funzjonament tat-TLAS u miżuri relatati mas-suq, abbażi tas-sejbiet u r-rapporti dwar il-mekkaniżmi stabbiliti skont l-Artikolu 15;

(c) jivvaluta l-benefiċċji u l-limitazzjonijiet li jinqalgħu fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u jiddeċiedi dwar miżuri rimedjali;

(d) jeżamina rapporti u lmenti dwar l-applikazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT fit-territorju ta’ waħda jew l-oħra tal-Partijiet;

(e) jaqbel dwar id-data li minnha għandha tibda titħaddem l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT wara evalwazzjoni tal-funzjonament tat-TLAS abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VIII;

(f) jidentifika oqsma ta’ kooperazzjoni biex jgħin fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(g) jistabbilixxi korpi sussidjarji għal xogħol li jkun jeħtieġlu kompetenzi speċifiċi, jekk ikun meħtieġ;

(h) iħejji, japprova u jqassam, u jagħmel pubbliċi rapporti annwali, rapporti tal-laqgħat tiegħu u dokumenti oħra li joħorġu minn ħidmitu.

(i) iwettaq kull kompitu ieħor li dwaru jaqbel li għandu jsir minnu.

Artikolu 15

Monitoraġġ u Evalwazzjoni

Il-Partijiet jaqblu li jużaw ir-rapporti u s-sejbiet taż-żewġ mekkaniżmi li ġejjin biex jevalwaw l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Ftehim.

(a) l-Indoneżja, b’konsultazzjoni mal-Unjoni, għandha minn żmien għal ieħor tqabbad is-servizzi ta’ Evalwatur Perjodiku biex jimplimenta l-kompiti kif stabbiliti fl-Anness VI.

(b) l-Unjoni, b’konsultazzjoni mal-Indoneżja, għandha tqabbad is-servizzi ta’ Moniter Indipendenti tas-Suq biex jimplimenta l-kompiti kif stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 16

Miżuri ta’ Sostenn

1.  Il-provvediment ta’ kull riżorsa meħtieġa għal miżuri li jgħinu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, identifikata skont l-Artikolu 14(5) (f) hawn fuq, għandu jkun iddeterminat fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ programmar tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għall-kooperazzjoni mal-Indoneżja.

2.  Il-Partijiet għandhom jiżguraw li attivitajiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ikunu kkoordinati ma’ programmi u inizjattivi eżistenti u għall-ġejjieni.

Artikolu 17

Rapportar u Żvelar ta’ Informazzjoni

1.  Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-mod kif jaħdem il-KKI ikun trasparenti kemm jista’ jkun. Rapporti li joħorġu minn ħidmitu għandhom jitħejjew b’mod konġunt u jsiru pubbliċi.

2.  Il-KKI għandu jagħmel pubbliku rapport annwali li jkun jinkludi inter alia, dettalji dwar:

(a) kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam esportati lill-Unjoni skont l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti;

(b) l-għadd ta’ liċenzji FLEGT maħruġin mill-Indoneżja;

(c) il-progress għall-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim u kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tiegħu;

(d) azzjonijiet li ma jħallux li prodotti tal-injam maħdumin illegalment ikunu esportati, importati u mqegħdin jew ikkummerċjalizzati fis-suq domestiku;

(e) kwantitajiet ta’ injam u prodotti tal-injam importati fl-Indoneżja u azzjonijiet meħudin biex ma jitħalliex ikun hemm importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam maħdumin illegalment u biex tinżamm l-integrità tal-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT;

(f) każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT u l-azzjoni meduda biex ikunu ttrattati;

(g) kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam importati fl-Unjoni skont l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti u l-Istat Membru tal-Unjoni li fih l-importazzjoni fl-Unjoni tkun saret;

(h) l-għadd ta’ liċenzji FLEGT rċevuti mill-Unjoni;

(i) l-għadd ta’ każijiet u kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam involuti meta jkunu saru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2).

3.  Biex jinkiseb l-objettiv ta’ titjib fil-governanza u t-trasparenza fis-settur tal-foresti u biex isir monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-impatti ta’ dan il-Ftehim kemm fl-Indoneżja kif ukoll fl-Unjoni, il-Partijiet jaqblu li l-informazzjoni kif deskritta fl-Anness IX għandha ssir disponibbli pubblikament.

4.  Il-Partijiet jaqblu li ma jiżvelawx informazzjoni kunfidenzjali skambjata b’dan il-Ftehim, skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom. L-ebda waħda miż-żewġ Partijiet m’għandha tiżvela lill-pubbliku, lanqas ma tħalli lill-awtoritajiet tagħha jiżvelaw, informazzjoni skambjata b’dan il-Ftehim dwar sigrieti fil-kummerċ jew informazzjoni kunfidenzjali fil-kummerċ.

Artikolu 18

Komunikazzjoni dwar Implimentazzjoni

1.  Ir-rappreżentanti tal-Partijiet responsabbli għall-komunikazzjonijiet uffiċjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu:



Għall-Indoneżja:

Għall-Unjoni

Id-Direttur-Ġeneral tal-Foresti

Utilizzazzjoni, Ministeru għall-Forestrija

Il-Kap tad-Delegazzjoni

tal-Unjoni Ewropea fl-Indoneżja

2.  Il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin b’mod f’waqtu l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi bidliet fil-paragrafu 1.

Artikolu 19

Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jkun applikat bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, min-naħa l-waħda, u għat-territorju tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra.

Artikolu 20

Riżoluzzjoni ta’ Disputi

1.  Il-Partijiet għandhom ifittxu li jirriżolvu kull disputa dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim permezz ta’ konsultazzjonijiet fil-pront.

2.  Jekk disputa ma tiġix riżolta permezz ta’ konsultazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tat-talba inizjali għal konsultazzjonijiet, parti jew oħra tista’ tirriferi d-disputa lill-KKI li għandu jagħmel sforz biex isolviha. Il-KKI għandu jkun ipprovdut bl-informazzjoni kollha rilevanti għal eżami fil-fond tas-sitwazzjoni biex tinstab riżoluzzjoni aċċettabbli. Għal dan l-għan il-KKI ikun jeħtieġlu jeżamina l-possibbiltajiet kollha biex jara li l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim tibqa’ għaddejja.

3.  F’każ li l-KKI ma jkunx jista’ jirriżolvi d-disputa fi żmien xahrejn, il-Partijiet jistgħu flimkien ifittxu l-bon offiċji ta’, jew jitolbu l-medjazzjoni minn, parti terza.

4.  Jekk ma tkunx possibbli riżoluzzjoni għad-disputa skont il-paragrafu 3, jew Parti jew oħra tista’ tinnotifika lill-parti l-oħra dwar il-ħatra ta’ arbitru; il-Parti l-oħra għandha mbagħad taħtar it-tieni arbitru fi żmien tletin jum kalendarju mill-ħatra tal-ewwel arbitru. Il-Partijiet għandhom flimkien jaħtru t-tielet arbitru fi żmien xahrejn mill-ħatra tat-tieni arbitru.

5.  Id-deċiżjonijiet tal-arbitri għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ voti fi żmien sitt xhur mill-ħatra tat-tielet arbitru.

6.  Id-deċiżjoni għandha torbot lill-Partijiet u ma jkunx hemm appell minnha.

7.  Il-KKI għandu jistabbilixxi proċeduri tax-xogħol tal-arbitraġġ.

Artikolu 21

Sospensjoni

1.  Parti li tkun tixtieq tissospendi dan il-Ftehim għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Il-kwistjoni għandha wara tkun diskussa bejn il-Partijiet.

2.  Parti jew oħra tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni għandhom ikunu nnotifikati lill-Parti l-oħra bil-miktub.

3.  Il-kondizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma jibqgħux japplikaw tletin jum kalendarju wara li jkun ingħata avviż bħal dan.

4.  L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha terġa’ tibda tletin jum kalendarju wara li l-Parti li tkun issospendiet l-applikazzjoni tiegħu tgħarraf lill-Parti l-oħra li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux għadhom japplikaw.

Artikolu 22

Emendi

1.  Parti jew oħra li tkun tixtieq temenda dan il-Ftehim għandha tressaq il-proposta mill-anqas tliet xhur qabel il-laqgħa li jkun imiss tal-KKI. Il-KKI għandu jiddiskuti l-proposta u jekk jintlaħaq kunsens, huwa għandu jagħmel rakkomandazzjoni. Jekk il-Partijiet jaqblu mar-rakkomandazzjoni, huma għandhom japprovawha skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom.

2.  Kull emenda approvata b’dan il-mod mill-Partijiet għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan il-fini jkunu tlestew.

3.  Il-KKI jista’ jadotta emendi għall-Annessi ta’ dan il-Ftehim.

4.  Notifika ta’ kull emenda għandha ssir lis-Segretarju-Ġeneral tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Indoneżja permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

Artikolu 23

Dħul fis-Seħħ, Durata u Terminazzjoni

1.  Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub li huma jkunu lestew il-proċeduri rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan il-fini.

2.  In-notifika għandha ssir lis-Segretarju-Ġeneral tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Indoneżja permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

3.  Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għall-perjodu ta’ ħames snin. Għandu jkun estiż għal perjodi konsekuttivi ta’ ħames snin jekk Parti ma tirrinunzjax għall-estensjoni billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub mill-anqas tnax-il xahar qabel ma dan il-Ftehim jiskadi.

4.  Parti jew oħra tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim għandu jieqaf milli jibqa’ japplika tnax-il xahar wara d-data ta’ notifika bħal din.

Artikolu 24

Annessi

L-Annessi ta’ dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali tiegħu.

Artikolu 25

Testi Awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa mfassal f'eżemplari fil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Indoneżjana (Indoneżja Bahasa), b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku. F’każ ta’ diverġenza ta’ interpretazzjoni t-test Ingliż għandu jipprevalixxi.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на тридесети септември две хиляди и тринадесета година.

Hecho en Bruselas, el treinta de septiembre de dos mil trece.

V Bruselu dne třicátého září dva tisíce třináct.

Udfærdiget i Bruxelles den tredivte september to tusind og tretten.

Geschehen zu Brüssel am dreißigsten September zweitausenddreizehn.

Kahe tuhande kolmeteistkümnenda aasta septembrikuu kolmekümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Σεπτεμβρίου δύο χιλιάδες δεκατρία.

Done at Brussels on the thirtieth day of September in the year two thousand and thirteen.

Fait à Bruxelles, le trente septembre deux mille treize.

Sastavljeno u Bruxellesu tridesetog rujna dvije tisuće trinaeste.

Fatto a Bruxelles, addì trenta settembre duemilatredici.

Briselē, divi tūkstoši trīspadsmitā gada trīsdesmitajā septembrī.

Priimta du tūkstančiai tryliktų metų rugsėjo trisdešimtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenharmadik év szeptember havának harmincadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tletin jum ta’ Settembru tas-sena elfejn u tlettax.

Gedaan te Brussel, de dertigste september tweeduizend dertien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzydziestego września roku dwa tysiące trzynastego.

Feito em Bruxelas, em trinta de setembro de dois mil e treze.

Întocmit la Bruxelles la treizeci septembrie două mii treisprezece.

V Bruseli tridsiateho septembra dvetisíctrinásť.

V Bruslju, dne tridesetega septembra leta dva tisoč trinajst.

Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä syyskuuta vuonna kaksituhattakolmetoista.

Som skedde i Bryssel den trettionde september tjugohundratretton.

Dibuat di Brussel, pada tanggal tiga puluh bulan September tahun dua ribu tiga belas.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Untuk Uni Eropa

signatory

За Република Индонезия

Por la República de Indonesia

Za Indonéskou republiku

For Republikken Indonesien

Für die Republik Indonesien

Indoneesia Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Ινδονησίας

For the Republic of Indonesia

Pour la République d'Indonésie

Za Republiku Indoneziju

Per la Repubblica di Indonesia

Indonēzijas Republikas vārdā –

Indonezijos Respublikos vardu

Az Indonéz Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Indoneżja

Voor de Republiek Indonesië

W imieniu Republiki Indonezji

Pela República da Indonésia

Pentru Republica Indonezia

Za Indonézsku republiku

Za Republiko Indonezijo

Indonesian tasavallan puolesta

För Republiken Indonesien

Untuk Republik Indonesia

signatory

▼M1

ANNESS I

KOPERTURA TAL-PRODOTTI

Il-lista f'dan l-Anness tirreferi għas-Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija tal-Unjoni Doganali Dinjija.

ANNESS IA

KODIĊIJIET ARMONIZZATI TAL-MERKANZIJA GĦALL-INJAM U L-PRODOTTI TAL-INJAM KOPERTI MILL-ISKEMA TA' LIĊENZJAR TAL-FLEGT

Kapitolu 44:



KODIĊIJIET TAS-SA

DESKRIZZJONI

 

Ħatab, f'forma ta' zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta' għesieleġ jew forom simili; injam f'laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta' injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili jew le.

4401.21

–  Injam f'laqx jew frak - - koniferu

Ex. 4401.22

–  Injam f'laqx jew frak - - mhux koniferu (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

4403

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

Ex. 4404.10

Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu - koniferu

Ex. 4404.20

Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu - mhux koniferu - - injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood)

Ex. 4404

Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

4406

Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

Ex.4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm.

Ex. 4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, mhux inċanat, mhux xkatlat jew mhux imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

 

Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta' injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf jew le, mhux eħxen minn 6 mm

4408.10

Koniferu

4408.31

Meranti aħmar skur, meranti aħmar ċar u meranti bakau

4408.39

Oħrajn, minbarra dawk koniferi, l-meranti aħmar skur, il-meranti aħmar ċar u l-meranti bakau

Ex. 4408.90

Oħrajn, minbarra l-injam koniferu u tropikali speċifikat fin-Nota 2 għas-subtitlu ta' dan il-kapitolu (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta' art bil-parkè, mhux immuntat) b'forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le.

4409.10

–  Koniferu

Ex. 4409.29

–  Mhux koniferu - ieħor (mhux tal-kannadindja)

 

Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta' materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le

Ex. 4410.11

–  Tal-injam - - Bord tal-injam mill-frak (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4410.12

–  Tal-injam - - Bord tat-tip oriented strand board (OSB) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4410.19

–  Tal-injam - - Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4411

Bord tal-fibri ta' injam jew materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew b'sustanzi organiċi oħrajn jew le (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom

4412.31

–  Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: - - Għall-inqas b'saff wieħed ta' barra ta' injam tropikali speċifikat f'Nota 2 għas-subtitlu ta' dan il-Kapitolu

4412.32

–  Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: - - Oħrajn għall-inqas b'saff wieħed ta' barra ta' injam mhux koniferu

4412.39

–  Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: - - Oħrajn

Ex. 4412.94

–  Oħrajn: - - Blokkbord, laminbord u battenboard (mhux tal-kannadindja)

Ex. 4412.99

–  Oħrajn: - - Oħrajn: - - - Barecore (skart tal-injam inkullat ma' xulxin) (mhux tal-kannadindja) u - - - Oħrajn (mhux tal-kannadindja)

Ex. 4413

Injam densifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom profil (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4414

Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti simili (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4415

Kontenituri għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili; tnabar tal-injam tal-kejbil; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, ta' injam; għenuq tal-palits ta' injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4416

Btieti (casks, barrels, vats), tnelli u prodotti oħrajn ta' buttar u partijiet tagħhom, ta' injam, inklużi l-injam imqawwes (staves) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4417

Għodod, il-partijiet prinċipali ta' għodod, mankijiet ta' għodod, xkupi jew xkupilji proprja u l-mankijiet tagħhom, ta' injam; forom ta' bwiez jew żraben, ta' injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4418

Xogħol ta' injam għal bennejja, inklużi pannelli ta' injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4419

Oġġetti tal-mejda u tal-kċina, ta' injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

Intarsjar fl-injam u injam ingastat; kaxxetti u kaxxi għall-ġojjelli u l-pożati, u oġġetti simili, tal-injam.

Ex. 4420.90

–  Oħrajn - - Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (il-kodiċi tas-SA ex. 4420.90.90.00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

 

Oġġetti oħrajn ta' injam

Ex. 4421.90

–  Oħrajn - - Laqx għas-sulfarini (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) u - - Oħrajn - - Blokok tal-injam għall-iċċangar (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4421.90

–  Oħrajn - - Oħrajn - - - Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (il-kodiċi tas-SA ex. 4421.90.99.00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

Kapitolu 47:



KODIĊIJIET TAS-SA

DESKRIZZJONI

 

Polpa tal-injam jew ta' materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u fdal ta') karta jew kartun irkuprat:

4701

Polpa ta' injam mekkanika

4702

Polpa ta' injam kimika, gradi li jdubu

4703

Polpa ta' injam kimika, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu.

4704

Polpa ta' injam kimika, sulfit, ħlief gradi li jdubu

4705

Polpa ta' injam miksuba b'taħlita ta' proċessi mekkaniċi u kimiċi li jagħmlu polpa

Kapitolu 48:



KODIĊIJIET TAS-SA

DESKRIZZJONI

Ex. 4802

Karta u kartun mhux miksijin, ta' tip użat għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u kartun tal-ippanċjar u karta għat-tejp tal-ippanċjar mhux imtaqqbin, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies, ħlief karta ta' titlu 4801 jew 4803 ; karta jew kartun magħmulin bl-idejn (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4803

Materjal lest biex minnu jsir tixju tat-tojlit jew tal-wiċċ, materjal lest għax-xugamani jew srievet u karta simili ta' tip użata għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, materjal artab ta' ċelluloża u nsiġ ta' fibri ċellulożi, imġegħdin (creped) jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4804

Karta jew kartun kraft mhux miksi, f'rombli jew folji, ħlief dawk ta' titlu 4802 jew 4803 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4805

Karta jew kartun oħrajn mhux miksijin, f'rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat fin-Nota 3 għal dan il-Kapitolu (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4806

Parċmina veġetali, karti oljati, karti għat-traċċar u karti jleqqu (glassine) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew trasluċidi, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4807

Karta u kartun komposti (magħmulin billi jitwaħħlu saffi ċatti ta' karta jew kartun flimkien b'kolla), mhux bil-wiċċ miksi jew mimli kimika (impregnated), kemm jekk mirfudin minn ġewwa jew le, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4808

Karta u kartun, immewġin (b'folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f'rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt fit-titlu 4803 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4809

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (inkluża karta miksija jew mimlija kimika (impregnated) għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi tal-offset), stampati jew le, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4810

Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b'kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b'materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisja oħra, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat jew le, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4811

Karta, kartun, materjal artab ta' ċelluloża u nsiġ ta' fibri ċellulożi, miksijin, mimlijin kimika (impregnated), mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies, ħlief oġġetti tat-tip deskritt f'titlu 4803 , 4809 jew 4810 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4812

Blokki, ċangaturi u pjanċi ta' filtru, ta' polpa tal-karta (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4813

Karta tas-sigaretti, maqtugħa għal qies jew le jew f'forma ta' libretti jew tubi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4814

Karta tal-ħajt u kisi simili tal-ħajt; trasparenzi tal-karta għal twieqi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4816

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (ħlief dawk ta' titlu 4809 ), stensils tad-duplikatur u pjanċi tal-offset, ta' karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4817

Envelops, kartolini tal-ittri, kartolini sempliċi u kartolini għal korrispondenza, tal-karta jew kartun; kaxxi, boroż, kartieri u pakketti għall-kitba (compendiums), tal-karta jew tal-kartun, li fihom taħlita ta' kartolerija tal-karti (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4818

Karta tat-tojlit u karta simili, materjal artab taċ-ċelluloża jew insiġ ta' fibri ċellulożi, ta' tip użati għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, f'rombli mhux usa' minn 36 cm, jew maqtugħin għal qies jew għamla; imkatar, tixjus għat-tindif, xugamani, tvalji, srievet, srievet għat-trabi, tampuni, lożor u oġġetti simili tad-dar, sanitarji jew tal-isptar, oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, ta' polpa tal-karta, ta' karta, ta' materjal artab ta' ċelluloża jew ta' nsiġ ta' fibri ċellulożi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4821

Tikketti tal-karta jew tal-kartun ta' kull tip, stampati jew le (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4822

Ċombini, irkiekel, kobob u rfid simili, ta' polpa tal-karta, karta jew kartun (kemm jekk imtaqqbin jew imwebbsin) (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4823

Karta oħra, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u nsiġ ta' fibri ċellulożi, maqtugħin għal qies jew għamla; oġġetti oħrajn ta' polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab ta' ċelluloża jew insiġ ta' fibri cellulożi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Nota: Il-prodotti tal-karta li joriġinaw minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat ikollhom magħom ittra formali mill-Ministeru Indoneżjan tal-Industrija li tivvalida l-użu tal-materjali li mhumiex tal-injam jew li huma rriċiklati. Prodotti bħal dawn ma jkollhomx liċenzja tal-FLEGT.

Kapitolu 94:



KODIĊIJIET TAS-SA

DESKRIZZJONI

 

Sits (seats) (ħlief dawk tat-titlu 94.02 ), kemm jekk jinbidlu f'sodod jew le, u partijiet tagħhom

9401.61

–  Sits (seats) oħrajn, bil-qofsa tal-injam: - - Miksijin bit-tapizzerija

9401.69

–  Sits (seats) oħrajn, bil-qofsa tal-injam: - - Oħrajn

 

Għamara oħra u partijiet tagħha

9403.30

–  Għamara tal-għuda ta' tip użat f'uffiċċji

9403.40

–  Għamara tal-għuda ta' tip użat fil-kċina

9403.50

–  Għamara tal-għuda ta' tip użat fil-kamra tas-sodda

9403.60

–  Għamara oħra tal-injam

Ex. 9403.90

–  Partijiet: - - Oħrajn (il-kodiċi tas-SA 9403.90.90 fl-Indoneżja)

 

Bini prefabbrikat

Ex. 9406.00

–  Bini ieħor prefabbrikat: - - Tal-injam (il-kodiċi tas-SA 9406.00.92 fl-Indoneżja)

Kapitolu 97:



KODIĊIJIET TAS-SA

DESKRIZZJONI

 

Inċiżjonijiet, stampi u litografi oriġinali.

Ex. 9702.00

Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (SA Ex. 9702.00.00.00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

ANNESS IB

IL-KODIĊIJIET ARMONIZZATI TAL-MERKANZIJA GĦALL-INJAM IPPROJBIT GĦALL-ESPORTAZZJONI SKONT IL-LIĠIJIET INDONEŻJANI

Kapitolu 44:



KODIĊIJIET TAS-SA

DESKRIZZJONI

4403

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff.

Ex. 4404

Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom.

4406

Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm.

Ex. 4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, mhux inċanat, mhux xkatlat jew mhux imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm.

 

Intarsjar fl-injam u injam ingastat; kaxxetti u kaxxi għal ġojjelli u pożati, u oġġetti bħalhom, ta' injam.

Ex. 4420.90

–  Oħrajn - - Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (il-kodiċi tas-SA ex. 4420.90.90.00 fl-Indoneżja).

 

Oġġetti oħra tal-injam.

Ex. 4421.90

–  Oħrajn - - Oħrajn - - - Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (il-kodiċi tas-SA ex. 4421.90.99.00 fl-Indoneżja).

 

Inċiżjonijiet, stampi u litografi oriġinali.

Ex. 9702.00

Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (il-kodiċi tas-SA ex. 9702.00.00.00 fl-Indoneżja).

ANNESS II

DEFINIZZJONI TAL-LEGALITÀ

INTRODUZZJONI

L-injam Indoneżjan huwa meqjus legali meta l-oriġini u l-proċess ta' produzzjoni tiegħu, kif ukoll l-attivitajiet sussegwenti ta' pproċessar, trasport u kummerċ tiegħu jiġu vverifikati bħala li jissodisfaw il-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani applikabbli kollha.

L-Indoneżja għandha ħames standards tal-legalità bbażati fuq sensiela ta' prinċipji, kriterji, indikaturi u verifikaturi, ilkoll ibbażati fuq il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri sottostanti. Dawn l-istandards jistgħu jiġu suddiviżi ulterjorment f'substandards kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

Il-qafas legali Indoneżjan jinkludi wkoll l-istandards tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ddefiniti għad-detenturi ta' permess li joperaw f'żoni forestali tal-produzzjoni fuq artijiet li huma proprjetà tal-istat. Id-detenturi ta' permess kollha għandhom ikunu konformi mal-kriterji ta' legalità kif stipulat fl-istandards ta' legalità. Mhux aktar tard mid-data meta tiskadi l-ewwel ċertifikazzjoni ta' legalità tagħhom, id-detenturi ta' permess li joperaw f'żoni forestali tal-produzzjoni fuq artijiet li huma proprjetà tal-istat għandhom jikkonformaw kemm mal-istandard ta' legalità kif ukoll mal-istandard ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif stipulat fil-Linji gwida tat-TLAS.

L-Indoneżja ntrabtet li tirrevedi regolarment u ttejjeb l-istandards tal-legalità permezz ta' proċess li jinvolvi diversi partijiet interessati.

Il-ħames standards ta' legalità huma:

L-Istandard tal-Legalità 1 : l-istandard għall-konċessjonijiet f'żoni forestali tal-produzzjoni li jinsabu fuq artijiet li huma proprjetà tal-istat; il-Foresti Naturali, il-Pjantaġġuni tal-Foresti, ir-Restawr tal-Ekosistemi, id-Dritt ta' Ġestjoni tal-Foresti (Hak Pengelolaan);

L-Istandard tal-Legalità 2 : l-istandard għall-foresti ta' pjantaġġuni komunitarji u għall-foresti komunitarji f'żoni tal-foresti tal-produzzjoni li jinsabu fuq artijiet li huma proprjetà tal-istat;

L-Istandard tal-Legalità 3 : l-istandard għall-foresti ta' proprjetà tal-privat;

L-Istandard tal-Legalità 4 : l-istandard għad-drittijiet tal-użu tal-injam f'żoni mhux forestali jew li ġej minn foresti ta' produzzjoni konvertibbli f'artijiet li huma proprjetà tal-istat;

L-Istandard tal-Legalità 5 : l-istandard għall-industriji u n-negozjanti forestali primarji u downstream.

Dawn il-ħames standards tal-legalità japplikaw għal tipi differenti ta' permessi għall-injam kif stabbilit fit-tabella li ġejja:



Tip ta' permess jew dritt

Deskrizzjoni

Sjieda tal-art/ġestjoni jew użu tar-riżorsi

Standard tal-legalità applikabbli

IUPHHK-HA/HPH

Permess sabiex jintuża l-injam minn foresti naturali tal-produzzjoni

Proprjetà tal-istat/ġestita minn kumpanija

1

IUPHHK-HTI/HPHTI

Permess biex tiġi stabbilita u ġestita foresta ta' pjantaġġuni industrijali

Proprjetà tal-istat/ġestita minn kumpanija

1

IUPHHK-RE

Permess għar-restawr tal-ekosistema forestali

Proprjetà tal-istat/ġestita minn kumpanija

1

Id-dritt ta' ġestjoni tal-foresti (Perum Perhutani)

Dritt għall-ġestjoni ta' foresta ta' pjantaġġuni

Proprjetà tal-istat/ġestita minn kumpanija (kumpanija tal-istat)

1

IUPHHK- HTR

Permess għal pjantaġġuni forestali komunitarji jew privati

Proprjetà tal-istat/ġestita mill-komunità jew privatament

2

IUPHHK-HKM

Permess għall-ġestjoni ta' foresta komunitarja

Proprjetà tal-istat/ġestita mill-komunità

2

IUPHHK-HD

Permess għall-ġestjoni ta' foresta tal-villaġġ

Proprjetà tal-istat/ġestita minn raħal wieħed

2

IUPHHK-HTHR

Permess sabiex jintuża l-injam minn żoni ta' riforestazzjoni

Proprjetà tal-istat/ġestita mill-komunità jew privatament

2

Art Privata

L-ebda permess meħtieġ

Proprjetà tal-privat/użu privat

3

IPK/ILS

Permess sabiex jintuża l-injam minn żoni mhux forestali jew minn foresti ta' produzzjoni konvertibbli

Proprjetà tal-istat/użu privat

4

IUIPHHK

Permess għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta' kumpanija ta' pproċessar primarju

Mhux applikabbli

5

IUI Lanjutan jew IPKL

Permess għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta' kumpanija ta' pproċessar sekondarju

Mhux applikabbli

5

TPTs (TPT, TPT-KB, TPT-KO)

Ċentri tal-injam/tal-injam ipproċessat irreġistrati

Mhux applikabbli

5

IRT

Azjendi ġestiti minn familji

Mhux applikabbli

5

ETPIK Nonproduttur

Esportaturi nonprodutturi rreġistrati

Mhux applikabbli

5

STANDARD TA' LEGALITÀ 1: L-ISTANDARDS GĦALL-KONĊESSJONIJIET F'ŻONI TAL-FORESTI TA' PRODUZZJONI



Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati (1)

1.

P1.  Status legali taż-żona u dritt għall-użu

K1.1  L-unità ta' ġestjoni tal-foresti (konċessjonarji) tinsab fiż-żona tal-foresta ta' produzzjoni.

1.1.1.  Id-detentur ta' permess jista' juri li l-permess għall-użu tal-injam (IUPHHK) huwa validu.

Ċertifikat ta' dritt għall-konċessjoni ta' foresta.

Ir-Regolament tal-Gvern PP72/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 12/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 31/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 33/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 76/2014

Prova ta' ħlas għall-permess għall-użu tal-prodotti tal-injam tal-foresti.

Prova ta' permess għal użu legali ieħor taż-żona (jekk ikun hemm)

2.

P2.  Konformità mas-sistema u l-proċeduri għall-ħsad.

K2.1  Id-detentur ta' permess għandu pjan ta' ħsad għaż-żona tal-qtugħ li jkun ġie approvat mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti.

2.1.1.  L-awtorità amministrattiva kompetenti approvat id-dokumenti tal-pjan ta' ħidma: il-pjan prinċipali u l-pjan annwali ta' ħidma, inklużi l-annessi tagħhom.

Il-pjan prinċipali approvat u l-annessi (imfasslin abbażi ta' inventarju komprensiv tal-foresti magħmul minn persunal teknikament kompetenti)

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 56/2009

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 60/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 33/2014

Il-pjan annwali approvat ta' ħidma (imfassal abbażi tal-pjan prinċipali)

Mapep (imfasslin minn persunal teknikament kompetenti, li jiddeskrivu t-tqassim u l-konfini taż-żoni koperti mill-pjan ta' ħidma)

Mappa li tindika ż-żoni ta' esklużjoni ta' qtugħ tas-siġar fil-Pjan Annwali ta' Ħidma u evidenza ta' implimentazzjoni fuq il-post.

Il-postijiet tal-ħsad (il-blokok jew il-kompartimenti) fuq il-mappa huma mmarkati b'mod ċar u vverifikati fuq il-post.

K2.2  Il-pjan ta' ħidma huwa validu

2.2.1.  Id-detentur ta' permess għall-foresta għandu pjan validu ta' ħidma f'konformità mar-regolamenti applikabbli

Id-dokument tal-pjan prinċipali għall-użu tal-prodotti tal-injam tal-foresti u l-annessi tiegħu (l-applikazzjonijiet li għaddejjin bħalissahuma aċċettabbli).

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 56/2009

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 60/2011

Il-post u l-volumi estrattabbli ta' zkuk mill-foresti naturali f'żoni li għandhom jinħasdu jikkorrispondu mal-pjan ta' ħidma.

3.

P3.  Il-legalità tat-trasport jew il-bidla fis-sjieda ta' zkuk tondi.

K3.1  Id-detenturi ta' permess għandhom jiżguraw li z-zkuk kollha ttrasportati minn depost ta' zkuk fil-foresta għal industrija primarja tal-prodotti tal-foresti jew għal għand negozjant irreġistrat taz-zkuk, inkluż permezz ta' depost intermedju taz-zkuk, ikunu identifikati fiżikament u akkumpanjati minn dokumenti validi.

3.1.1.  Iz-zkuk kollha ta' dijametru kbir maħsudin jew estratti kummerċjalment kienu rrapportati f'Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Injam

Dokumenti Approvati tar-Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Injam

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

3.1.2.  L-injam kollu ttrasportat miż-żoni tal-permess ikun akkumpanjat minn dokument validu tat-trasport.

Id-dokumenti validi tat-trasport u l-annessi jakkumpanjaw iz-zkuk mid-depost taz-zkuk għall-industrija primarja tal-prodotti tal-foresti jew għal għand negozjant irreġistrat taz-zkuk, inkluż permezz ta' deposti intermedji taz-zkuk

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

3.1.3.  Iz-zkuk tondi jkunu nħasdu fiż-żoni stabbiliti fil-permess għall-użu tal-foresta

Il-marki/il-barcode tal-amministrazzjoni tal-injam (PUHH) fuq iz-zkuk

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

L-applikazzjoni ta' marki/barcodes tal-amministrazzjoni tal-injam.

3.1.4  Iz-zkuk kollha ttrasportati mid-Depost taz-Zkuk huma akkumpanjati minn dokument validu tat-trasport

Dokument validu tat-trasport

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

K3.2  Id-detentur ta' permess ħallas it-tariffi u l-imposti applikabbli għall-estrazzjoni kummerċjali tal-injam

3.2.1.  Id-detentur ta' permess juri prova ta' ħlas tat-tariffa għall-Fond ta' Riforestazzjoni u/jew ta għar-Riżorsi tal-Foresti, li tikkorrispondi mal-produzzjoni taz-zkuk u mat-tariffa applikabbli.

L-Ordnijiet ta' Ħlas għat-tariffa għall-Fondi ta' Rifforestazzjoni u/jew għar-Riżorsi tal-Foresti.

Ir-Regolament tal-Gvern PP22/1997

Ir-Regolament tal-Gvern PP51/1998

Ir-Regolament tal-Gvern PP59/1998

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 18/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 22/2012

Prova ta' Depożitu magħmul għall-Ħlas tat-tariffa għall-Fondi ta' Riafforestazzjoni u/jew għar-Riżorsi tal-Foresti u l-Formoli ta' Ħlas.

Il-ħlas tat-tariffa għall-Fondi ta' Riafforestazzjoni u/jew għar-Riżorsi tal-Foresti huwa konsistenti mal-produzzjoni taz-zkuk u mat-tariffa applikabbli.

K3.3  Trasport u kummerċ bejn il-gżejjer

3.3.1.  Id-detenturi ta' permess li jittrasportaw iz-zkuk bil-baħar huma Negozjanti Rreġistrati tal-Injam Bejn il-Gżejjer (PKAPT).

Id-dokumenti PKAPT

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ 68/2003

Ir-Regolament Konġunt tal-Ministeru għall-Forestrija, il-Ministeru għat-Trasport u l-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

3.3.2.  Il-bastiment użat għat-trasport taz-zkuk tondi jtajjar il-bandiera Indoneżjana u għandu permess validu biex jopera.

Dokumenti ta' reġistrazzjoni li juru l-identità tal-bastiment u permess validu.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ 68/2003

Ir-Regolament Konġunt tal-Ministeru għall-Forestrija, il-Ministeru għat-Trasport u l-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

K.3.4  Il-konformità tal-immarkar V-Legali

3.4.1  Implimentazzjoni tal-immarkar V-Legali

L-immarkar V-Legali huwa applikat kif xieraq

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

4.

P4.  Il-konformità mal-aspetti ambjentali u soċjali relatati mal-ħsad tal-injam

K4.1  Id-detentur ta' permess għandu dokument approvat ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) applikabbli u jkun implimenta l-miżuri identifikati fih.

4.1.1.  Id-detentur ta' permess għandu dokumenti ta' VIA applikabbli approvati mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol.

Dokumenti tal-VIA applikabbli

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

4.1.2.  Id-detentur ta' permess għandu rapporti ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali li jindikaw l-azzjonijiet meħudin biex jittaffew l-impatti ambjentali u biex ikunu pprovduti benefiċċji soċjali.

Id-dokumenti tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Prova ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-monitoraġġ ta' impatti ambjentali u soċjali sinifikanti

5.

P5.  Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol

K5.1  It-twettiq ta' miżuri tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (SSO)

5.1.1  Disponibbiltà tal-proċeduri ta' SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Implimentazzjoni tal-proċeduri ta' SSO

Ir-Regolament tal-Gvern PP50/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 8/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 609/2012

Tagħmir ta' SSO

Rekords tal-aċċidenti

K5.2  Twettiq tad-drittijiet tal-ħaddiema

5.2.1.  Libertà ta' assoċjazzjoni għall-ħaddiema

Il-ħaddiema huma membri fil-junjins tal-ħaddiema jew hemm politiki tal-kumpanija li jippermettu lill-ħaddiema jistabbilixxu junjin jew ikunu involuti fl-attivitajiet ta' junjin

L-Att 13/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

5.2.2.  L-eżistenza ta' ftehimiet kollettivi tax-xogħol

Dokumenti ta' ftehim kollettiv tax-xogħol jew dokumenti tal-politika tal-kumpanija dwar id-drittijiet tax-xogħol

L-Att 13/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

5.2.3.  Il-kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M'hemmx ħaddiema taħt l-età

L-Att 23/2002

L-Att 13/2003

(1)   Huma indikati r-regolamenti ewlenin, li jkopru wkoll l-emendi sussegwenti.

STANDARD TA' LEGALITÀ 2: L-ISTANDARD GĦALL-FORESTI TA' PJANTAĠĠUNI KOMUNITARJI U GĦALL-FORESTI KOMUNITARJI F'ŻONI TAL-FORESTI TA' PRODUZZJONI



Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.  Status legali taż-żona u dritt għall-użu

K1.1  L-unità ta' ġestjoni tal- foresti tinsab fiż-żona tal-foresta ta' produzzjoni.

1.1.1.  Id-detentur ta' permess jista' juri li l-permess għall-użu tal-injam (IUPHHK) huwa validu.

Ċertifikat ta' dritt għall-konċessjoni ta' foresta

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 37/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 49/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 12/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 55/2011

Prova ta' ħlas għall-permess għall-użu tal-prodotti tal-injam tal-foresti.

K1.2  Unità tan-negozju fil-forma ta' grupp.

1.2.1.  Il-grupp tan-negozju huwa stabbilit legalment.

Att jew prova ta' stabbiliment.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

2.

P2.  Konformità mas-sistema u l-proċeduri għall-ħsad

K2.1  Id-detentur ta' permess għandu pjan għall-ħsad għaż-żona tal-qtugħ li jkun ġie approvat mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti

2.1.1.  L-awtorità amministrattiva kompetenti tkun approvat id-dokument tal-pjan annwali ta' ħidma.

Dokument approvat tal-pjan annwali ta' ħidma.

Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Mappa li tindika z-żoni ta' esklużjoni ta' qtugħ tas-siġar fil-Pjan Annwali ta' Ħidma u evidenza ta' implimentazzjoni fuq il-post.

Il-post tal-blokka ta' ħsad huwa mmarkat b'mod ċar u jista' jiġi vverifikat fuq il-post.

K2.2  Il-pjan ta' ħidma huwa validu

2.2.1.  Id-detentur ta' permess għall-foresta għandu pjan validu ta' ħidma f'konformità mar-regolamenti applikabbli.

Id-dokument tal-pjan prinċipali għall-użu tal-prodotti tal-injam tal-foresti u l-annessi tiegħu (l-applikazzjonijiet għaddejjin bħalissa huma aċċettabbli)

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Il-post u l-volumi estrattabbli ta' zkuk fiż-żona li għandha tkun stabbilita bħala proprjetà immobiljari tal-injam għandhom ikunu jaqblu mal-pjan ta' ħidma.

K2.3  Id-detenturi ta' permess għandhom jiżguraw li z-zkuk kollha ttrasportati minn depost ta' zkuk fil-foresta għal industrija primarja tal-prodotti tal-foresti jew għal għand negozjant irreġistrat taz-zkuk, inkluż permezz ta' depost intermedju taz-zkuk, ikunu identifikati fiżikament u akkumpanjati minn dokumenti validi.

2.3.1.  Iz-zkuk kollha li jkunu nħasdu jew ġew estratti kummerċjalment huma rrapportati fir-Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Injam.

Dokumenti Approvati tar-Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Injam

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

2.3.2.  Iz-zkuk kollha ttrasportati miż-żona tal-permess ikunu akkumpanjati minn dokument legali tat-trasport.

Id-dokumenti legali tat-trasport u l-annessi rilevanti mid-Depost taz-Zkuk għad-Depost Intermedju taz-Zkuk u mid-Depost Intermedju taz-Zkuk għall-industrija primarja u/jew għal għand negozjant irreġistrat taz-zkuk.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

2.3.3.  Iz-zkuk tondi jkunu nħasdu fiż-żoni stabbiliti fil-permess għall-użu tal-foresta

Il-marki/il-barcode tal-amministrazzjoni tal-injam (PUHH) fuq iz-zkuk.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

Id-detentur ta' permess japplika l-immarkar tal-injam b'mod konsistenti.

 

2.3.4.  Id-detentur ta' permess jista' juri l-eżistenza ta' dokumenti tat-trasport taz-zkuk li jakkumpanjaw iz-zkuk ittrasportati minn depost taz-zkuk.

Id-dokument tat-Trasport taz-Zkuk li miegħu jkun mehmuż dokument ta' lista taz-zkuk.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

K2.4  Id-detentur ta' permess ħallas it-tariffi u l-imposti applikabbli mitluba għall-estrazzjoni kummerċjali tal-injam

2.4.1.  Id-detenturi ta' permess juru prova tal-ħlas tat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti li tikkorrispondi mal-produzzjoni taz-zkuk u mat-tariffa applikabbli.

L-Ordni ta' Ħlas għat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 18/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 22/2012

Prova ta' Ħlas tat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti

Il-ħlas tat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti huwa konsistenti mal-produzzjoni taz-zkuk u mat-tariffa applikabbli.

K2.5  Il-konformità tal-immarkar V-Legali

2.5.1  Implimentazzjoni tal-immarkar V-Legali

L-immarkar V-Legali huwa applikat kif xieraq

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

3.

P3.  Il-konformità mal-aspetti ambjentali u soċjali lrelatati mal-ħsad tal-injam

K3.1  Id-detentur ta' permess għandu dokument approvat ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) applikabbli u jkun implimenta l-miżuri identifikati fih.

3.1.1.  Id-detentur ta' permess għandu dokumenti ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali applikabbli approvati mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol.

Dokumenti tal-VIA applikabbli

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

3.1.2.  Id-detentur ta' permess għandu rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-ġestjoni u tal-monitoraġġ ambjentali li tkun qed issir biex jittaffew l-impatti ambjentali u biex ikunu pprovduti benefiċċji soċjali.

Id-dokumenti rilevanti dwar il-ġestjoni u l-monitoraġġ ambjentali

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Prova ta' implimentazzjoni tal-ġestjoni ambjentali u tal-monitoraġġ ta' impatti ambjentali u soċjali sinifikanti

4.

P4.  Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol

K4.1  It-twettiq ta' miżuri tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (SSO)

4.1.1  Disponibbiltà tal-proċeduri ta' SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Implimentazzjoni tal-proċeduri ta' SSO

Ir-Regolament tal-Gvern PP50/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 8/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 609/2012

Tagħmir ta' SSO

K4.2  Twettiq tad-drittijiet tal-ħaddiema

4.2.1.  Il-kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M'hemmx ħaddiema taħt l-età

L-Att 23/2002

L-Att 13/2003

STANDARD TA' LEGALITÀ 3: L-ISTANDARD GĦALL-FORESTI TA' PROPRJETÀ PRIVATA



Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.  Is-sjieda tal-injam tista' tiġi vverifikata

K1.1  Il-legalità tas-sjieda jew tad-dritt għall-art b'rabta maż-żona ta' ħsad tal-injam.

1.1.1.  Is-sid ta' art jew ta' foresta privata jista' jagħti prova tas-sjieda jew tad-drittijiet għall-użu tal-art.

Dokumenti validi ta' sjieda jew ta' okkupazzjoni tal-art (dokumenti tad-dritt għall-art rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti)

L-Att 5/1960

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 33/2010

Ir-Regolament tal-Gvern PP12/1998

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 36/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 37/2007

L-Att 6/1983

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

Id-dritt għall-kultivazzjoni tal-art.

L-Att ta' Twaqqif tal-Kumpanija

Il-Liċenzja tan-negozju għall-kumpaniji li jagħmlu negozju fil-kummerċ (SIUP)

Ir-reġistrazzjoni tal-kumpanija (TDP)

Ir-reġistrazzjoni tal-kontribwent (NPWP)

Id-dokument ta' SSO

Dokumenti ta' ftehim kollettiv tax-xogħol jew dokumenti tal-politika tal-kumpanija dwar id-drittijiet tax-xogħol

Mappa taż-żona tal-foresta privata u l-konfini mmarkata mal-art.

1.1.2.  L-unitajiet ta' ġestjoni (ta' sjieda individwali jew ta' grupp) juru dokumenti validi tat-trasport tal-injam.

Dokumenti ta' Trasport taz-Zkuk

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2012

1.1.3.  L-unitajiet ta' ġestjoni juru prova tal-ħlas tal-imposti applikabbli relatati mas-siġar li jkun hemm qabel it-trasferiment tad-drittijiet jew l-okkupazzjoni taż-żona.

Prova ta' ħlas tat-tariffa għall-Fond ta' Riforestazzjoni u/jew għar-Riżorsi tal-Foresti u tal-kumpens lill-istat għall-valur tal-injam wieqaf maqtugħ.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 18/2007

K.1.2.  L-unità tan-negozju fil-forma ta' gruppi hija rreġistrata legalment

1.2.1.  Il-gruppi ta' negozju huma stabbiliti legalment.

Att jew prova ta' stabbiliment

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

K.1.3  Il-konformità tal-immarkar V-Legali

1.3.1  Implimentazzjoni tal-immarkar V-Legali

L-immarkar V-Legali huwa applikat kif xieraq

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

2.

P2.  Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol fil-każ ta' żoni soġġetti għal Drittijiet ta' Kultivazzjoni tal-Art

K2.1  It-twettiq ta' miżuri tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (SSO)

2.1.1.  Disponibbiltà tal-proċeduri ta' SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Implimentazzjoni tal-proċeduri ta' SSO

Ir-Regolament tal-Gvern PP50/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 8/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 609/2012

Tagħmir ta' SSO

Rekords tal-aċċidenti

K2.2  Twettiq tad-drittijiet tal-ħaddiema

2.2.1.  Libertà ta' assoċjazzjoni għall-ħaddiema

Il-ħaddiema huma membri fil-junjins tal-ħaddiema jew hemm politiki tal-kumpanija li jippermettu lill-ħaddiema jistabbilixxu junjin jew ikunu involuti fl-attivitajiet ta' junjin

L-Att 13/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

2.2.2.  L-eżistenza ta' ftehimiet kollettivi tax-xogħol

Dokumenti ta' ftehim kollettiv tax-xogħol jew dokumenti tal-politika tal-kumpanija dwar id-drittijiet tax-xogħol

L-Att 13/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

2.2.3.  Il-kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M'hemmx ħaddiema taħt l-età

L-Att 23/2002

L-Att 13/2003

3.

P3.  Il-konformità mal-aspetti ambjentali u soċjali relatati mal-ħsad tal-injam

K3.1  Id-detentur ta' Drittijiet ta' Kultivazzjoni tal-Art jew is-sidien ta' foresti privati għandhom dokument approvat ta' Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) applikabbli u jkunu implimentaw il-miżuri identifikati fih. (jekk meħtieġ skont ir-Regolament)

3.1.1.  Id-detentur ta' Drittijiet ta' Kultivazzjoni tal-Art jew is-sidien ta' foresti privati għandhom dokumenti tal-VIA applikabbli approvati mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol.

Dokumenti tal-VIA applikabbli

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

3.1.2  Id-detentur ta' Drittijiet ta' Kultivazzjoni tal-Art għandu rapporti ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali

Id-dokumenti tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Prova ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-monitoraġġ

STANDARD TA' LEGALITÀ 4: L-ISTANDARD GĦAD-DRITTIJIET TAL-UŻU TAL-INJAM F'ŻONI MHUX FORESTALI JEW LI ĠEJ MINN FORESTI TA' PRODUZZJONI KONVERTIBBLI



Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.  Status legali taż-żona u dritt għall-użu

K1.1.  Permess għall-ħsad tal-injam f'żona mhux forestali mingħajr ma jinbidel l-istatus legali tal-foresta.

1.1.1.  Operazzjoni ta' ħsad awtorizzata skont Permess Legali Ieħor (ILS)/permessi ta' konverżjoni (IPK) f'żona mikrija.

Noti: Dan japplika wkoll għal żona li qabel kienet ikklassifikati bħala Foresta ta' Pjantaġġuni abbażi ta' Riforestazzjoni (HTHR)

Il-permessi ILS/IPK għal operazzjonijiet ta' ħsad fiż-żona mikrija (inkluż id-dokument ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali/VIA applikabbli ta' negozju mhux tal-forestrija)

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 18/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 59/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Mapep mehmużin mal-permessi ILS/IPK taż-żona mikrija u evidenza ta' konformità fuq il-post.

K1.2.  Permess għall-ħsad tal-injam f'żona mhux forestali li jwassal għal bidla fl-istatus legali tal-foresta

1.2.1  Ħsad ta' injam awtorizzat skont permess ta' konverżjoni ta' art (IPK).

Noti: Dan japplika wkoll għal żona li qabel kienet ikklassifikata bħala Foresta ta' Pjantaġġuni abbażi ta' Riforestazzjoni (HTHR).

Permess ta' negozju u mapep mehmużin mal-permess (inkluż id-dokument ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali/VIA applikabbli ta' negozju mhux tal-forestrija).

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 33/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 14/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 59/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

IPK f'żoni ta' konverżjoni

Mapep mehmużin ma' IPK

Dokumenti li jawtorizzaw bidliet fl-istatus legali tal-foresta (dan ir-rekwiżit japplika kemm għad-detenturi ta' permess IPK kif ukoll għad-detenturi ta' permess tan-negozju)

1.2.2  Permess ta' konverżjoni (IPK) għar-riżoluzzjoni tat-trasmigrazzjoni

IPK f'żoni ta' konverżjoni

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 14/2011

Mapep mehmużin ma' IPK

K1.3.  Permess għall-ħsad tal-injam f'żona mhux forestali.

1.3.1.  Ħsad tal-injam awtorizzat skont permess ta' konverżjoni ta' art (IPK) f'żona mhux forestali.

Id-dokument ta' ppjanar ta' IPK

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 14/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Permess ta' negozju u mapep mehmużin mal-permess (inkluż id-dokument ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali/VIA applikabbli ta' negozju mhux tal-forestrija).

IPK f'żoni ta' konverżjoni

Mapep mehmużin ma' IPK

1.3.2  Permess ta' konverżjoni (IPK) għar-riżoluzzjoni tat-trasmigrazzjoni

IPK f'żoni ta' konverżjoni

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 14/2011

Mapep mehmużin ma' IPK

2.

P2.  Konformità mas-sistemi u l-proċeduri legali għall-ħsad tas-siġar u għat-trasport taz-zkuk

K2.1  Il-Pjan IPK/ILS u l-implimentazzjoni huma konformi mal-ippjanar tal-użu tal-art.

2.1.1.  Pjan approvat tta' ħidma għaż-żoni koperti minn IPK/ILS

Dokumenti tal-pjan ta' ħidma IPK/ILS

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 53/2009

2.1.2.  Id-detentur ta' permess jista' juri li z-zkuk ittrasportati huma minn żoni b'permess validu ta' konverżjoni ta' art/għal użu ieħor (IPK/ILS)

Dokumenti tal-inventarju tal-foresti

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Dokumenti tar-Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Injam (LHP)

K2.2  Ħlas tat-tariffi u l-imposti tal-gvern u konformità mar-rekwiżiti dwar it-trasport tal-injam

2.2.1.  Evidenza ta' ħlas tal-imposti.

L-Ordni ta' Ħlas għat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 18/2007

Prova ta' Ħlas tat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti

Il-ħlas tat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti huwa konsistenti mal-produzzjoni taz-zkuk u mat-tariffa applikabbli.

2.2.2.  Id-detentur ta' permess għandu dokumenti validi tat-trasport tal-injam

Fattura ta' Trasport taz-Zkuk (FAKB) u lista ta' zkuk għaz-zkuk b'dijametru żgħir

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Dokument ta' Legalità taz-Zkuk (SKSKB) u lista ta' zkuk għaz-zkuk b'dijametru kbir

K2.3  Il-konformità tal-immarkar V-Legali

2.3.1  Implimentazzjoni tal-immarkar V-Legali

L-immarkar V-Legali huwa applikat kif xieraq

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

3.

P3.  Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol

K3.1  It-twettiq ta' miżuri tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (SSO)

3.1.1.  Disponibbiltà tal-proċeduri ta' SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Proċeduri ta' SSO

Ir-Regolament tal-Gvern PP50/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 8/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 609/2012

Tagħmir ta' SSO

Rekords tal-aċċidenti

K3.2  Twettiq tad-drittijiet tal-ħaddiema

3.2.1  Il-kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M'hemmx ħaddiema taħt l-età

L-Att 23/2002

L-Att 13/2003

STANDARD TA' LEGALITÀ 5: L-ISTANDARD GĦALL-INDUSTRIJI U N-NEGOZJANTI FORESTALI PRIMARJI U DOWNSTREAM



Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.  L-unitajiet tan-negozju jappoġġjaw it-twettiq tal-kummerċ legali fl-injam.

K1.1.  L-industrija tal-ipproċessar tal-prodotti tal-injam tal-foresti hija fil-pussess ta' permessi validi, fil-forma ta':

(a)  industrija tal-ipproċessar, u/jew

(b)  esportaturi ta' prodotti pproċessati

1.1.1.  L-unitajiet tal-industriji tal-ipproċessar għandhom fil-pussess tagħhom permessi validi

L-Att ta' Twaqqif tal-Kumpanija u l-aktar emendi reċenti għall-att (l-Att ta' Twaqqif tal-Kumpanija)

L-Att 6/1983

L-Att 3/2014

Ir-Regolament tal-Gvern PP72/2011

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għal-Liġijiet u d-Drittijiet tal-Bniedem M.01-HT.10/2006

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 36/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 37/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Industrija 41/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni 27/2009

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 39/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 77/2013

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 9/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 55/2014

Permess biex jibda jsir negozju fil-kummerċ (Liċenzja ta' Negozju/SIUP) jew permess tan-negozju, li jista' jkun Permess tan-Negozju Industrijali (IUI) jew Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni Industrijali (TDI)

Permess ta' fastidju/disturb (permess maħruġ lill-kumpanija talli tkun affettwat l-ambjent li madwaru tkun qed tagħmel in-negozju tagħha)

Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija (TDP)

Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (NPWP)

Disponibbiltà tad-dokumenti ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali applikabbli

Disponibbiltà ta' Permess tan-Negozju Industrijali (IUI) jew ta' Permess tan-Negozju Permanenti (IUT) jew Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni Industrijali (TDI)

Disponibbiltà ta' Ppjanar tal-Istokkijiet ta' Materja Prima (RPBBI) għall-industrija primarja.

1.1.2.  L-esportaturi tal-prodotti tal-injam ipproċessat għandhom permessi validi kemm bħala produtturi kif ukoll bħala esportaturi tal-prodotti tal-injam.

L-esportaturi għandhom l-istatus ta' Esportaturi Rreġistrati ta' Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK).

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 97/2014

K1.2  L-azjendi ġestiti minn familji huma entità legali Indoneżjana

1.2.1.  Sid ta' azjenda ġestita minn familja juri l-identità formali tiegħu

Il-karta tal-identità

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

K1.3  L-importaturi ta' prodotti forestali abbażi tal-injam huma fil-pussess ta' permessi validi u jimplimentaw id-diliġenza dovuta

1.3.1  L-importaturi ta' prodotti forestali abbażi tal-injam huma fil-pussess ta' permessi validi

L-importaturi għandhom l-istatus ta' Importaturi Rreġistrati.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 78/2014

1.3.2  L-importaturi għandhom sistema ta' diliġenza dovuta

L-importaturi għandhom linji gwida/proċeduri ta' diliġenza dovuta u prova tal-implimentazzjoni tagħhom.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

K1.4  Iċ-ċentri tal-injam irreġistrati jew l-esportaturi nonprodutturi rreġistrati għandhom permessi validi fil-pussess tagħhom

1.4.1  Iċ-ċentri tal-injam irreġistrati għandhom permess validu

Dokument tal-Permess maħruġ mill-Kap tal-Uffiċċju Forestali Provinċjali/Distrettwali.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

1.4.2.  L-esportaturi nonprodutturi rreġistrati għandhom permessi validi.

L-Att ta' Twaqqif tal-Kumpanija u l-aktar emendi reċenti għall-att (l-Att ta' Twaqqif tal-Kumpanija)

L-Att 6/1983

Ir-Regolament tal-Gvern PP72/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għal-Liġijiet u d-Drittijiet tal-Bniedem M.01-HT.10/2006

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 36/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 37/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 39/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 77/2013

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 97/2014

Permess biex jibda jsir negozju fil-kummerċ (Liċenzja ta' Negozju/SIUP) jew permess tan-negozju.

Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija (TDP)

Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (NPWP)

Reġistrazzjoni tan-negozjanti bħala Esportaturi Nonprodutturi ta' Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK Non Produsen).

Ftehim ta' forniment jew kuntratt ma' industrija fuq skala żgħira non-EPTIK li jkollha ċertifikat ta' legalità għall-injam (S-LK) jew Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornitur/SDoC (DKP)

1.4.3  L-unitajiet tan-negozju għandhom dokumenti ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) applikabbli

Dokumenti tal-VIA applikabbli

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 13/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

K1.5  L-unitajiet tan-negozju fil-forma ta':

gruppi (ta' SMEs jew artiġjani/azjendi ġestiti minn familji jew ċentri tal-injam)

jew

kooperattivi (artiġjani/azjendi ġestiti minn familji)

huma rreġistrati legalment jew għandhom prova ta' stabbiliment

Nota: Mhux applikabbli għall-esportaturi nonprodutturi rreġistrati.

1.5.1.  L-unitajiet tan-negozju fil-forma ta' gruppi jew kooperattivi huma stabbiliti legalment.

Att jew prova ta' stabbiliment

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

Reġistrazzjoni tal-Kontribwent (NPWP) fil-każ ta' kooperattivi

1.5.2  L-istruttura organizzattiva tal-kooperattivi

Deċiżjoni tal-kooperattiva dwar l-istruttura organizzattiva

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

1.5.3  Tip ta' kumpaniji kooperattivi

Dokumenti tal-pjan tan-negozju tal-kooperattiva jew dokument li juri t-tip ta' kooperativa

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

1.5.4  L-identità formali ta' kull membru tal-kooperattiva

Il-karti tal-identità

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

2.

P2.  L-unitajiet tan-negozju japplikaw sistema ta' rintraċċar tal-injam li tiżgura li l-oriġini tal-injam tkun tista' tiġi rintraċċata

K2.1  Eżistenza u applikazzjoni ta' sistema li tintraċċa l-injam.

2.1.1.  L-unitajiet tan-negozju jistgħu juru li l-injam li jirċievu jiġi minn sorsi legali.

Dokumenti tal-bejgħ u x-xiri u/jew kuntratt tal-provvista tal-materjali u/jew prova tax-xiri.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 9/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ p. 78/2014

Rapport approvat dwar it-trasferiment tal-injam u/jew prova tat-trasferiment u/jew rapport uffiċjali dwar l-eżami tal-injam; ittra ta' attestazzjoni tal-legalità tal-prodotti tal-foresti

L-injam importat jiġi akkumpanjat minn Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornitur jew minn ċertifikat ta' legalità (IS-LK).

Nota: Applikabbli biss fil-każ tal-artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

Dokumenti tat-trasport tal-injam

Dokumenti tat-trasport (Nota) bir-rapporti uffiċjali korrispondenti mingħand l-uffiċjal tal-awtorità lokali fir-rigward tal-injam użat minn bini/strutturi mwaqqa', tal-injam maqlugħ mill-art u tal-injam midfun.

Dokumenti tat-trasport fl-għamla ta' Nota għall-injam industrijali mormi.

Dokumenti/rapporti dwar il-bidliet fl-istokk taz-zkuk/tal-injam/tal-prodotti.

Ċertifikat ta' legalità (S-PHPL/S-LK) jew dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornituri (DKP)

Id-dokumenti ta' sostenn għall-Ippjanar tal-Istokkijiet ta' Materja Prima (RPBBI) għall-industrija primarja

2.1.2  L-importaturi għandhom dokumenti validi fil-pussess tagħhom li jipprovaw li l-injam impurtat jiġi minn sorsi legali.

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

Notifika ta' Importazzjoni (PIB)

Id-Digriet Presidenzjali 43/1978

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 78/2014

Lista ta' imballaġġ

Fattura

P/K (polza ta' kargu)

Dikjarazzjoni ta' Importazzjoni u Rakkomandazzjoni ta' Importazzjoni

Prova ta' ħlas tad-dazju tal-importazzjoni.

Dokumenti oħra rilevanti (inklużi l-permessi CITES) għal tipi ta' injam li l-kummerċ fihom huwa ristrett

Prova ta' użu tal-injam importat

2.1.3  L-unitajiet tan-negozju japplikaw sistema ta' rintraċċar tal-injam u joperaw f'livelli permessi tal-produzzjoni

Nota: Mhux applikabbli għaċ-ċentri tal-injam u għan-nonprodutturi tal-injam irreġistrati.

Karti tat-talja dwar l-użu tal-materja prima u dwar l-outputs tal-produzzjoni.

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Industrija 41/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 55/2014

Rapporti dwar l-outputs dwar il-produzzjoni tal-prodotti pproċessati.

Il-produzzjoni tal-unità ma taqbiżx il-kapaċità permessa tal-produzzjoni.

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

Segregazzjoni/separazzjoni tal-prodotti maħdumin mill-injam issekwestrat.

2.1.4.  Il-proċess tal-produzzjoni b'kollaborazzjoni ma' parti oħra (ma' industrija oħra jew ma' artiġjani/azjendi ġestiti minn familji) jipprovdi għar-rintraċċar tal-injam.

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji, għaċ-ċentri, u għan-nonprodutturi tal-injam irreġistrati.

Ċertifikat ta' legalità (S-LK) jew dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornituri (DKP)

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 48/2006

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 36/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Industrija 41/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 55/2014

Kuntratt ta' servizz għall-ipproċessar ta' prodotti ma' parti oħra

Ittra ta' attestazzjoni tal-materja prima

Segregazzjoni/separazzjoni tal-prodotti maħdumin.

Dokumentazzjoni tal-materja prima, tal-proċessi ta' produzzjoni u, fejn applikabbli, jekk l-esportazzjoni ssir permezz ta' kuntratt ta' servizzi ma' kumpanija oħra.

K2.2  Trasferiment ta' prodotti pproċessati tal-injam minn fornitur għal esportaturi nonprodutturi rreġistrati

2.2.1  L-unitajiet tan-negozju jistgħu juru li l-prodotti miksuba huma minn sorsi legali.

Il-prodotti huma mixtrija minn imsieħba elenkati bħala industriji non-ETPIK li għandhom ċertifikat ta' legalità (S-LK) jew SDoC (DKP).

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

Dokument tat-trasport.

Dokumenti/rapporti dwar il-bidliet fl-istokk tal-prodotti.

3.

P3.  Il-legalità tal-kummerċ jew il-bidla fis-sjieda tal-injam.

K3.1  Il-kummerċ jew it-trasferiment tal-prodotti tal-injam għas-suq domestiku jikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli

Nota: Mhux applikabbli għall-esportaturi nonprodutturi rreġistrati

3.1.1.  Il-kummerċ jew it-trasferiment tal-injam għas-suq domestiku huwa akkumpanjat minn dokument tat-trasport.

Dokument tat-trasport

Ir-Regolament Konġunt tal-Ministeru għall-Forestrija 22/2003, tal-Ministeru għat-Trasport KM3/2003 u tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ 33/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

K3.2  It-trasport bil-baħar tal-injam ipproċessat għall-esportazzjoni huwa konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji u għaċ-ċentri tal-injam.

3.2.1.  It-trasport bil-baħar tal-injam ipproċessat għall-esportazzjoni b'dokumenti ta' Avviż tal-Esportazzjoni (PEB)

Prodotti għall-esportazzjoni

L-Att 17/2006 (L-Att Doganali)

Id-Digriet Presidenzjali 43/1978

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija 447/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Finanzi 223/2008

Ir-Regolament tad-Direttorat Ġenerali għall-Unjoni Doganali P-40/2008

Ir-Regolament tad-Direttorat Ġenerali għall-Unjoni Doganali P-06/2009

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ p. 50/2013

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ p. 97/2014

PEB

Lista ta' imballaġġ

Fattura

P/K (polza ta' kargu)

Dokumenti tal-liċenzja tal-esportazzjoni (V-Legali)

Riżultati tal-verifika teknika (Rapport ta' servejer) għal prodotti li għalihom il-verifika teknika hija obbligatorja

Prova ta' ħlas tad-dazju tal-esportazzjoni, fejn applikabbli.

Dokumenti oħra rilevanti (inklużi l-permessi CITES) għal tipi ta' injam li l-kummerċ fihom huwa ristrett

K. 3.3  Il-konformità tal-immarkar V-Legali

3.3.1  Implimentazzjoni tal-immarkar V-Legali

L-immarkar V-Legali huwa applikat kif xieraq

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

4.

P4.  Twettiq tar-regolamenti tax-xogħol f'dak li għandu x'jaqsam mal-industrija tal-ipproċessar

K.4.1  It-twettiq ta' miżuri tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (SSO)

4.1.1.  Disponibbiltà tal-proċeduri ta' SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Proċeduri ta' SSO

jew

fil-każ tal-industrija tal-artiġjani/azjendi ġestiti minn familji, tagħmir tal-ewwel għajnuna u tas-sikurezza

Ir-Regolament tal-Gvern PP50/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 8/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 609/2012

Implimentazzjoni tal-proċeduri ta' SSO.

Rekords tal-aċċidenti

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

K.4.2  Twettiq tad-drittijiet tal-ħaddiema

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

4.2.1.  Libertà ta' assoċjazzjoni għall-ħaddiema

Trejdjunjin jew politika tal-kumpanija li tippermetti lill-impjegati/lill-ħaddiema jwaqqfu trejdjunjin jew ikunu involuti fl-attivitajiet ta' trejdjunjin

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

4.2.2.  L-eżistenza ta' ftehim kollettiv tax-xogħol jew ta' politika tal-kumpanija dwar id-drittijiet tax-xogħol

Disponibbiltà ta' ftehim kollettiv tax-xogħol jew ta' dokumenti tal-politika tal-kumpanija dwar id-drittijiet tax-xogħol

L-Att 13/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

4.2.3.  Il-kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M'hemmx ħaddiema taħt l-età

L-Att 23/2002

L-Att 13/2003

▼B

ANNESS III

KONDIZZJONIJIET GĦAR-RILAXX GĦAL ĊIRKOLAZZJONI LIBERA FL-UNJONI TA’ PRODOTTI TAL-INJAM INDONEŻJANI LIĊENZJATI SKONT FLEGT

1.   IL-PREŻENTAZZJONI TAL-LIĊENZJA

1.1. Il-liċenzja għandha tkun ippreżentata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih it-trasportazzjoni koperta minn dik il-liċenzja tkun ippreżentata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Dan jista’ jsir b’mod elettroniku jew b’mezzi oħra ta’ ħeffa.

1.2. Liċenzja għandha tkun aċċettata jekk tħares ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Anness IV u ebda verifika oħra skont is-sezzjonijiet 3, 4 u 5 ta’ dan l-Anness ma titqies li tkun meħtieġa.

1.3. Liċenzja tista’ tkun ippreżentata qabel il-wasla tat-trasportazzjoni koperta minnha.

2.   L-AĊĊETTAZZJONI TAL-LIĊENZJA

2.1. Kull liċenzja li ma tħarisx ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV tkun invalida.

2.2. Tħassir jew alterazzjonijiet fil-liċenzja għandhom ikunu aċċettati biss jekk tħassir jew alterazzjonijiet bħal dawn ikunu ġew ivvalidati mill-Awtorità tal-Liċenzji.

2.3. Liċenzja għandha titqies nulla jekk tkun ippreżentata lill-awtorità kompetenti wara d-data ta’ skadenza indikata fil-liċenzja. L-estensjoni tal-validità ta’ liċenzja m’għandhiex tkun aċċettata jekk dik l-estensjoni ma tkunx ġiet ivvalidata mill-Awtorità tal-Liċenzji.

2.4. Liċenzja duplikata jew sostitwita m’għandhiex tkun aċċettata sakemm ma tkunx inħarġet u ġiet ivvalidata mil-Awtorità tal-Liċenzji.

2.5. Meta tkun meħtieġa aktar informazzjoni dwar il-liċenzja jew dwar it-trasportazzjoni, skont dan l-Anness, il-liċenzja għandha tkun aċċettata biss wara li tkun waslet l-informazzjoni meħtieġa.

2.6. Meta l-volum jew il-piż tal-prodotti tal-injam li jkun hemm fit-trasportazzjoni ppreżentata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ma jvarjawx b’aktar minn għaxra fil-mija mill-volum jew mill-piż indikati fil-liċenzja korrispondenti, għandu jitqies li t-trasportazzjoni tkun konformi mal-informazzjoni mogħtija fil-liċenzja f’dak li jkollu x’jaqsam ma’ volum jew piż.

2.7. L-awtorità kompetenti għandha, skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri applikabbli, tgħarraf lill-awtoritajiet doganali malli liċenzja tkun ġiet aċċettata.

3.   VERIFIKA TAL-VALIDITÀ U L-AWTENTIĊITÀ TAL-LIĊENZJA

3.1. F’każ ta’ dubju dwar il-validità jew l-awtentiċità ta’ liċenzja, ta’ liċenzja duplikata jew ta' liċenzja sostitwita, l-awtorità kompetenti tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji.

3.2. L-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji tista’ titlob lill-awtorità kompetenti biex tibgħatilha kopja tal-liċenzja inkwistjoni.

3.3. Jekk ikun meħtieġ l-Awtorità tal-Liċenzji għandha tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja korretta li tkun awtentikata bl-approvazzjoni stampata 'Duplikata' u tibgħatha lill-awtorità kompetenti.

3.4. Jekk ma tasal ebda tweġiba lill-awtorità kompetenti fi żmien wieħed u għoxrin jum kalendarju mit-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji, kif speċifikat fis-sezzjoni 3.1 ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

3.5. Jekk il-validità tal-liċenzja tkun ikkonfermata, l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti minnufih, l-aħjar b’mezzi elettroniċi. Il-kopji li jintbagħtu lura għandhom ikunu awtentikati bl-approvazzjoni stampata 'Validata fi'.

3.6. Jekk wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali u investigazzjoni ulterjuri, ikun iddeterminat li l-liċenzja ma tkunx valida jew awtentika l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

4.   VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-LIĊENZJA MAT-TRASPORTAZZJONI

4.1. Jekk jitqies li tkun meħtieġa verifika ulterjuri tat-trasportazzjoni qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk liċenzja tkunx tista’ tiġi aċċettata, jistgħu jsiru kontrolli biex ikun stabbilit jekk it-trasportazzjoni inkwistjoni tkunx konformi mal-informazzjoni mogħtija fil-liċenzja u/jew mar-reġistrazzjonijiet b’rabta mal-liċenzja rilevanti miżmuma mill-Awtorità tal-Liċenzji.

4.2. F’każ ta’ dubju dwar il-konformità tat-trasportazzjoni mal-liċenzja l-awtorità kompetenti konċernata tista’ titlob kjarifika ulterjuri mingħand l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji.

4.3. L-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji tista’ titlob lill-awtorità kompetenti biex tibgħat kopja tal-liċenzja jew is-sostituzzjoni inkwistjoni.

4.4. Jekk ikun meħtieġ, l-Awtorità tal-Liċenzji għandha tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja korretta li għandha tkun awtentikata bl-approvazzjoni stampata 'Duplikata' u mibgħuta lill-awtorità kompetenti.

4.5. Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċievi ebda tweġiba fi żmien wieħed u għoxrin jum kalendarju mit-talba għall-kjarifika ulterjuri kif speċifikat fis-sezzjoni 4.2 hawn fuq, l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

4.6. Jekk wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali u investigazzjoni ulterjuri, ikun ġie ddeterminat li t-trasportazzjoni inkwistjoni ma tkunx konformi mal-liċenzja u/jew mar-reġistrazzjonijiet b’rabta mal-liċenzja rilevanti miżmuma mill-Awtorità tal-Liċenzji, l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

5.   AFFARIJIET OĦRA

5.1. Spejjeż li jkunu saru waqt li l-verifika tkun qed titlesta għandhom jitħallsu mill-importatur, ħlief fejn il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri applikabbli tal-Istat Membru tal-Unjoni konċernat jiddetermina mod ieħor.

5.2. Meta jinqala’ nuqqas ta’ qbil jew diffikultajiet b’mod persistenti mill-verifika ta’ liċenzji l-kwistjoni tista’ tiġi rriferita lill-KKI.

6.   DIKJARAZZJONI DOGANALI TAL-UE

6.1. In-numru tal-liċenzja li jkopri l-prodotti tal-injam li jkunu qed jiġu ddikjarati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandu jiddaħħal fil-Kaxxa 44 tad-Dokument Amministrattiv Uniku li fuqu ssir id-dikjarazzjoni doganali.

6.2. Meta d-dikjarazzjoni doganali ssir permezz ta’ teknika ta’ pproċessar ta’ dejta r-referenza għandha tingħata fil-kaxxa adatta.

7.   RILAXX GĦAL ĊIRKOLAZZJONI LIBERA

7.1. Trasportazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam għandhom ikunu rrilaxxjati għal ċirkolazzjoni libera biss meta l-proċedura deskritta fis-sezzjoni 2.7 hawn fuq tkun tlestiet kif imiss.

ANNESS IV

REKWIŻITI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TA’ LIĊENZJI FLEGT

1.   REKWIŻITI ĠENERALI TA’ LIĊENZJI FLEGT

1.1. Liċenzja FLEGT tista’ tkun karta jew f’għamla elettronika.

1.2. Liċenzji kemm b’bażi tal-karta kif ukoll elettroniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 1, skont in-noti għal gwida stabbiliti fl-Appendiċi 2.

1.3. Liċenzja FLEGT għandu jingħatalha numru b’mod li jippermetti lill-Partijiet jiddistingwu bejn liċenzja FLEGT li tkopri trasportazzjonijiet destinati għal swieq tal-Unjoni u Dokument V-Legali għal trasportazzjonijiet destinati għal swieq mhux tal-Unjoni.

1.4. Liċenzja FLEGT għandha tkun valida mid-data li fiha tinħareġ.

1.5. Il-perjodu ta’ validità ta’ liċenzja FLEGT m’għandux jaqbeż erba’ xhur. Id-data ta’ skadenza għandha tkun indikata fuq il-liċenzja.

1.6. Liċenzja FLEGT għandha titqies nulla wara li tkun skadiet. Jekk ikun hemm force majeure jew kawżi validi oħra lil hinn mill-kontroll tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja, l-Awtorità tal-Liċenzji tista’ testendi l-perjodu ta’ validità għal xahrejn addizzjonali. L-Awtorità tal-Liċenzji għandha ddaħħal u tivvalida d-data l-ġdida ta’ skadenza meta tagħti estensjoni bħal din.

1.7. Liċenzja FLEGT għandha titqies nulla u għandha tintradd lill-Awtorità tal-Liċenzji jekk il-prodotti tal-injam koperti minn dik il-liċenzja jkunu ntilfu jew inqerdu qabel ma jkunu waslu fl-Unjoni.

2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI FIR-RIGWARD TA’ LIĊENZJI FLEGT B’BAŻI TAL-KARTA

2.1. Liċenzji b’bażi tal-karta għandhom ikunu konformi mal-format stabbilit fl-Appendiċi 1.

2.2. Id-daqs tal-karta għandu jkun standard A4. Il-karta għandu jkollha marki tal-ilma li juru l-logo li għandu jkun ibbuzzat ’il barra fuq il-karta flimkien mas-siġill.

2.3. Liċenzja FLEGT għandha titlesta b’test ittajpjat jew b’mezzi kompjuterizzati. Tista’ titlesta billi tinkiteb bl-id, jekk ikun meħtieġ.

2.4. Il-bolli tal-Awtorità tal-Liċenzji għandhom ikunu applikati permezz ta’ imbullatur. Iżda bbuzzar jew titqib jistgħu jkunu sostitwiti mill-boll tal-Awtorità tal-Liċenzji.

2.5. L-Awtorità tal-Liċenzji għandha tuża metodu li ma jħallix li jkun hemm tbagħbis biex tkun irreġistrata l-kwantità allokata b’mod li tagħmilha impossibbli li jiddaħħlu figuri jew referenzi.

2.6. Il-forma m’għandu jkun fiha ebda taħsira jew alterazzjoni, sakemm dik it-tħassira jew l-alterazzjoni ma tkunx ġiet awtentikata bil-boll u l-firma tal-Awtorità tal-Liċenzji.

2.7. Liċenzja FLEGT għandha tkun stampata u lesta bl-Ingliż.

3.   KOPJI TA’ LIĊENZJI FLEGT

3.1. Liċenzja FLEGT għandha sir f’seba’ kopji, kif ġej:

i. ‘Oriġinali’ għall-awtorità kompetenti fuq karta bajda;

ii. ‘Kopja għad-Dwana tad-destinazzjoni’ fuq karta safra;

iii. ‘Kopja għall-Importatur’ fuq karta bajda;

iv. ‘Kopja għall-Awtorità tal-Liċenzji’ karta bajda;

v. ‘Kopja għall-persuna li tingħatalha l-liċenzja’ fuq karta bajda;

vi. ‘Kopja għall-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji’ fuq karta bajda;

vii. ‘Kopja għad-Dwana Indoneżjana’ fuq karta bajda

3.2. Il-kopji mmarkati ‘Oriġinali’, ‘Kopja għad-Dwana tad-destinazzjoni’ u ‘Kopja għall-Importatur’ għandhom jingħataw lill-persuna li tingħatalha l-liċenzja, li għandha tibgħathom lill-importatur. L-importatur għandu jippreżenta l-Oriġinali lill-awtorità kompetenti u l-kopja rilevanti lill-awtorità doganali tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih it-trasportazzjoni koperta minn dik il-liċenzja tkun iddikjarata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. It-tielet kopja mmarkat ‘Kopja għall-Importatur’ għandha tinżamm mill-importatur għar-rekords tal-importatur.

3.3. Ir-raba’ kopja mmarkata 'Kopja għall-Awtorità tal-Liċenzji' għandha tinżamm mill-Awtorità tal-Liċenzji għar-rekords tagħha u possibbilment għal verifika fil-ġejjieni ta’ liċenzji maħruġin.

3.4. Il-ħames kopja mmarkata 'Kopja għall-persuna li tingħatalha l-liċenzja' għandha tingħata lill-persuna li tingħatalha l-liċenzja għar-rekords tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja.

3.5. Is-sitt kopja mmarkata ‘Kopja għall-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji’ għandha tingħata lill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji għar-rekords tagħha.

3.6. Is-seba’ kopja mmarkata ‘Kopja għad-Dwana Indoneżjana’ għandha tingħata lill-awtorità doganali tal-Indoneżja għall-finijiet ta’ esportazzjoni.

4.   LIĊENZJA FLEGT MITLUFA, MISRUQA JEW MEQRUDA

4.1. Fil-każ ta’ telf, serq jew qerda tal-kopja mmarkata ‘Oriġinali’ jew tal-kopja mmarkata ‘Kopja għad-Dwana tad-destinazzjoni’ jew tat-tnejn, il-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja tista’ tapplika mal-Awtorità tal-Liċenzji biex tingħatalha sostituzzjoni. Flimkien mal-applikazzjoni, il-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja għandhom jagħtu spjegazzjoni għat-telf tal-oriġinali u/jew tal-kopja.

4.2. Jekk tkun sodisfatta bl-ispjegazzjoni, l-Awtorità tal-Liċenzji għandha toħroġ sostituzzjoni tal-liċenzja fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tkun irċeviet it-talba mill-persuna li tingħatalha l-liċenzja.

4.3. Is-sostituzzjoni għandu jkollha l-informazzjoni u l-entrati li kienu jidhru fuq il-liċenzja li tkun issostitwiet, inkluż in-numru tal-liċenzja, u għandu jkollha fuqha l-approvazzjoni 'Liċenzja Sostitwita'.

4.4. Fil-każ li l-liċenzja mitlufa jew misruqa tinstab, hija m’għandhiex tintuża u għandha tintradd lill-Awtorità tal-Liċenzji.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI FIR-RIGWARD TA’ LIĊENZJI FLEGT ELETTRONIĊI

5.1. Il-liċenzja FLEGT tista’ tinħareġ u tkun ipproċessata bl-użu ta’ sistemi elettroniċi.

5.2. Fi Stati Membri tal-Unjoni li ma jkollhomx konnessjoni ma’ sistema elettronika għandha tkun disponibbli liċenzja b’bażi tal-karta.

Appendiċijiet

1. Format tal-Liċenzja

2. Noti għal Gwida.

Appendiċi 1

FORMAT TAL-LIĊENZJA

image

Appendiċi 2

NOTI GĦAL GWIDA

Ġenerali:

 B’ittri kapitali.

 Il-kodiċijiet ISO, fejn indikati, jirriferu għall-kodiċi standard internazzjonali ta’ żewġ ittri għal kull pajjiż.

 Il-Kaxxa 2 hija għall-użu tal-awtoritajiet Indoneżjani biss

 L-intestaturi A u B huma għall-użu tal-Liċenzjar FLEGT għall-UE biss



Intestatura A

Destinazzjoni

Daħħal 'Unjoni Ewropea' jekk il-liċenzja tkopri trasportazzjoni destinata għall-Unjoni Ewropea.

Intestatura B

Liċenzja FLEGT

Daħħal 'FLEGT' jekk il-liċenzja tkopri trasportazzjoni destinata għall-Unjoni Ewropea.



Kaxxa 1

Awtorità emittenti

Indika l-isem, l-indirizz, u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-Awtorità tal-Liċenzji.

Kaxxa 2

Informazzjoni għall-użu mill-Indoneżja

Indika l-isem u l-indirizz tal-importatur, il-valur totali (f’USD) tat-trasportazzjoni, kif ukoll l-isem u l-kodiċi ISO b’żewġ ittri tal-pajjiż tad-destinazzjoni u fejn applikabbli tal-pajjiż ta’ transitu.

Kaxxa 3

V-Legali/numru tal-liċenzja

Indika n-numru tal-ħruġ.

Kaxxa 4

Data ta’ skadenza

Perjodu ta’ validità tal-liċenzja.

Kaxxa 5

Pajjiż tal-esportazzjoni

Dan jirriferi għall-pajjiż sieħeb minn fejn il-prodotti tal-injam kienu esportati għall-UE.

Kaxxa 6

Kodiċi ISO

Indika l-kodiċi ISO b’żewġ ittri għall-pajjiż sieħeb imsemmi fil-Kaxxa 5.

Kaxxa 7

Mezzi ta’ trasport

Indika l-mezzi tat-trasport fil-punt ta’ esportazzjoni.

Kaxxa 8

Persuna li tingħatalha l-liċenzja

Indika l-isem u l-indirizz tal-esportatur, inklużi n-numri tal-ETPIK tal-esportatur reġistrat u tal-kontribwent.

Kaxxa 9

Deskrizzjoni Kummerċjali

Indika d-deskrizzjoni kummerċjali tal-prodott(i) tal-injam. Id-deskrizzjoni għandha tkun dettaljata b’mod suffiċjenti biex tippermetti l-klassifikazzjoni fis-SA.

Kaxxa 10

Kodiċi SA

Għall-"Oriġinali", "Kopja għad-Dwana tad-Destinazzjoni" u "Kopja għall-Importatur" jindikaw il-kodiċi ta’ komoditajiet b’erba’ numri jew b’sitt numri stabbilita skont is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni. Għal kopji għal użu fl-Indoneżja (kopji (iv) sa (vii) kif stabbilit fl-Artikolu 3.1 tal-Anness IV), indika l-kodiċi ta’ komoditajiet b’għaxar numri skont il-Ktieb ta’ Tariffi Doganali tal-Indoneżja.

Kaxxa 11

Ismijiet komuni u xjentifiċi

Indika l-ismijiet komuni u xjentifiċi tal-ispeċijiet ta’ injam użat fil-prodott. Meta tkun inkluża aktar minn speċi waħda fi prodott kompost, uża linja separata. Tista’ titħalla barra għal prodott kompost jew għal komponent li jkun fih speċijiet li l-identità tagħhom tkun intilfet (p.eż. ċipbord).

Kaxxa 12

Pajjiżi tal-ħasda

Indika l-pajjiżi fejn l-ispeċijiet ta’ injam imsemmija fil-Kaxxa 10 jkunu nħasdu. Meta prodott ikun kompost inkludi s-sorsi kollha ta’ injam użat. Tista’ titħalla barra għal prodott kompost jew għal komponent li jkun fih ħafna speċijiet li l-identità tagħhom tkun intilfet (p.eż. ċipbord).

Kaxxa 13

Kodiċijiet ISO

Indika l-kodiċi ISO tal-pajjiżi msemmija fil-Kaxxa 12. Tista’ titħalla barra għal prodott kompost jew għal komponent li jkun fih ħafna speċijiet li l-identità tagħhom tkun intilfet (p.eż. ċipbord).

Kaxxa 14

Volum (m3)

Indika l-volum globali f’m3. Tista’ titħalla barra jekk l-informazzjoni msemmija fil-Kaxxa 15 tkun tħalliet barra.

Kaxxa 15

Piż nett (kg)

Indika l-piż globali tat-trasportazzjoni fil-waqt meta jittieħed il-qies f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa netta tal-prodotti tal-injam mingħajr kontenituri immedjati jew kull imballaġġ, minbarra rfigħ, spazjar u stikers, eċċ.

Kaxxa 16

Għadd ta’ unitajiet

Indika l-għadd ta’ unitajiet, meta prodott manifatturat ikun ikkwantifikat l-aħjar b’dan il-mod. Tista’ titħalla barra.

Kaxxa 17

Marki distintivi

Daħħal barcode u kull marka distintiva fejn ikun jixraq, p.eż. numru ta’ lott, numru ta’ polza ta’ kargu. Tista’ titħalla barra.

Kaxxa 18

Firma u boll tal-awtorità emittenti

Il-kaxxa għandha tkun iffirmata mill-uffiċjal awtorizzat u stampata bill-boll uffiċjali tal-Awtorità tal-Liċenzji. Għandhon ikunu indikati wkoll l-ismijiet tal-firmatarji, kif ukoll il-post u d-data.

▼M1

ANNESS V

SISTEMA TA' ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ TA' INJAM INDONEŻJAN

1.    Daħla

Objettiv: Biex tingħata assigurazzjoni li l-ħsad, it-trasport, l-ipproċessar u l-bejgħ ta' zkuk tondi u ta' prodotti pproċessati tal-injam ikunu konformi mal-liġijiet u l-leġiżlazzjoni kollha rilevanti Indoneżjani.

Magħrufa għall-irwol tagħha ta' pijuniera fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ f'injam u prodotti tal-injam maqtugħin illegalment, l-Indoneżja laqgħet il-Konferenza Ministerjali tal-Asja tal-Lvant dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u l-Governanza (FLEG) f'Bali, f'Settembru 2001, li rriżultat fid-Dikjarazzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u l-Governanza (Id-Dikjarazzjoni ta' Bali). Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-Indoneżja kompliet tkun minn ta' quddiem nett fil-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ assoċjat.

Bħala parti mill-isforzi internazzjonali biex ikunu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, għadd dejjem jikber ta' pajjiżi konsumaturi intrabtu li jieħdu miżuri biex ma jħallux ikun hemm il-kummerċ f'injam maqtugħ illegalment fis-swieq tagħhom, filwaqt li l-pajjiżi produtturi intrabtu li jipprovdu mekkaniżmu li jassigura l-legalità tal-prodotti tagħhom tal-injam. Huwa importanti li titwaqqaf sistema kredibbli biex tiggarantixxi l-legalità tal-ħsad, it-trasport, l-ipproċessar u l-kummerċ ta' prodotti tal-injam u tal-injam ipproċessat.

Is-Sistema Indoneżjana ta' Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) tipprovdi assigurazzjoni li l-injam u l-prodotti tal-injam maħdumin u pproċessati fl-Indoneżja jiġu minn sorsi legali u jkunu f'konformità sħiħa mal-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani rilevanti, kif ivverifikat minn awditjar indipendenti u mmonitorjat mis-soċjetà ċivili.

1.1.   Liġijiet u regolamenti Indoneżjani bħala l-bażi tat-TLAS

Ir-Regolament Indoneżjan dwar “L-Istandards u l-Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti u l-Verifika tal-Legalità tal-Injam fil-Foresti Proprjetà tal-Istat u tal-Privat” (Regolament tal-Ministru għall-Forestrija p. 38/Menhut-II/2009) jistabbilixxi t-TLAS. It-TLAS tinkludi wkoll l-iskema ta' sostenibbiltà u l-miri Indoneżjani biex tittejjeb il-governanza tal-foresti; jitrażżan il-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ fl-injam assoċjat biex tiġi żgurata l-kredibbiltà u tittejjeb id-dehra tal-prodotti tal-injam tal-Indoneżja.

It-TLAS hija magħmula mill-elementi li ġejjin:

1. Standards ta' Legalità,

2. Kontroll tal-Katina ta' Provvista,

3. Proċeduri ta' Verifika,

4. Skema ta' Liċenzjar

5. Monitoraġġ.

It-TLAS hija s-sistema bażika użata biex tkun żgurata l-legalità tal-injam u tal-prodotti tal-injam maħdumin fl-Indoneżja għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni u lejn swieq oħra.

1.2.   L-Iżvilupp tat-TLAS: proċess minn ħafna partijiet interessati

Sa mill-2003, firxa wiesgħa ta' partijiet interessati Indoneżjani fil-forestrija kienu okkupati b'mod attiv biex jiżviluppaw, jimplimentaw u jevalwaw it-TLAS, biex b'hekk tiġi pprovduta superviżjoni, trasparenza u kredibbiltà aħjar fil-proċess. Fl-2009, il-proċess minn ħafna partijiet interessati rriżulta fil-ħruġ tar-Regolament tal-Ministru għall-Forestrija p. 38/Menhut-II/2009, segwit mil-Linji Gwida Tekniċi għal Użu tad-DĠ għall-Foresti Nru 6/VI-SET/2009 u Nru 02/VI-BPPHH/2010, li ġew riveduti mir-Regolament tal-Ministru għall-Forestrija p. 68/Menhut-II/2011, p. 45/Menhut-II/2012, p. 42/Menhut-II/2013, il-Linji Gwida Tekniċi għal Użu tad-DĠ għall-Foresti Nru p. 8/VI-SET/2011 u Nru p. 8/VI-BPPHH/2012.

Fuq il-bażi tal-lezzjonijiet mitgħallma mill-implimentazzjoni tat-TLAS inizjali, ir-riżultati tal-valutazzjoni konġunta skont l-Anness VIII ta' dan il-Ftehim, u r-rakkomandazzjonijiet minn diversi partijiet interessati, ir-Regolamenti reġgħu ġew riveduti permezz ta' proċess li jinvolvi diversi partijiet interessati biex saru r-Regolament tal-Ministru għall-Forestrija p. 43/Menhut-II/2014 f'Ġunju 2014 u p. 95/Menhut-II/2014 f'Diċembru 2014, li ġew segwiti mil-Linji Gwida Tekniċi għal Użu tad-DĠ għall-Foresti Nru p. 14/VI-BPPHH/2014 f'Diċembru 2014 u Nru p. 1/VI-BPPHH/2015 f'Jannar 2015 (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Linji gwida tat-TLAS).

Il-proċess ta' parteċipazzjoni mal-partijiet interessati kollha ser jitkompla matul l-implimentazzjoni tat-TLAS.

2.    Il-kamp ta' applikazzjoni tat-TLAS

Ir-riżorsi tal-produzzjoni forestali Indoneżjani b'mod ġenerali jistgħu jinqasmu f'żewġ tipi ta' sjieda: foresti tal-Istat u foresti/artijiet ta' proprjetà privata. Il-foresti tal-Istat huma magħmulin minn foresti ta' produzzjoni għall-produzzjoni tal-injam fit-tul b'mod sostenibbli skont varjetà ta' tipi ta' permessi u żoni tal-foresti li jistgħu jinbidlu għall-finijiet mhux tal-forestrija bħal pereżempju għall-kolonizzazzjoni jew għall-pjantaġġuni agrikoli. L-applikazzjoni tat-TLAS għall-foresti tal-Istat u l-foresti/l-artijiet ta' proprjetà privata hija stabbilita fl-Anness II.

It-TLAS tkopri injam u prodotti tal-injam mit-tipi kollha ta' permessi, kif ukoll l-operazzjonijiet tan-negozjanti kollha tal-injam, ta' proċessuri, esportaturi u importaturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni.

It-TLAS tkopri prodotti tal-injam destinati għal swieq domestiċi u internazzjonali. Il-produtturi, il-proċessuri u n-negozjanti Indoneżjani kollha jkunu vverifikati għal-legalità, inklużi dawk li jipprovdu għas-suq domestiku.

It-TLAS tesiġi li l-injam u l-prodotti tal-injam importati jkunu approvati mid-dwana u li jkunu konformi mar-regolamenti tal-importazzjoni tal-Indoneżja. Dawn ir-regolamenti jirrikjedu li l-injam u l-prodotti tal-injam importati għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti u provi oħra li jipprovdu assigurazzjoni tal-legalità tal-injam fil-pajjiż tal-ħsad tiegħu. L-injam kollu u l-prodotti tal-injam kollha importati fl-Indoneżja għandhom jiġu inklużi f'katina tal-provvista li l-kontrolli tagħha jikkonformaw bis-sħiħ mar-regolamenti Indoneżjani rilevanti kollha.

Ċerti prodotti tal-injam jista' jkun fihom materjali rriċiklati. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-legalità għall-injam irriċiklat huma deskritti fl-istandards ta' legalità u fil-Linji gwida tat-TLAS.

L-injam issekwestrat jista' jinbiegħ għal użu esklussivament fis-suq domestiku, bl-eċċezzjoni ta' injam issekwestrat li ġie maħsud fil-foresti għall-konservazzjoni, li għandu jinqered. Kwalunkwe industrija li tirċievi injam issekwestrat għandha timplimenta l-miżuri biex tissepara dak l-injam minn fornituri oħra u debitament tinforma l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità (KVK), li għandu mill-ewwel iwettaq awditjar speċjali biex jiżgura li dan l-injam ma jidħolx fil-katina tal-provvista tal-esportazzjoni. L-ebda injam issekwestrat ma għandu jkun kopert minn liċenzja tal-esportazzjoni.

Wara l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni implimentattiva relatata se jiġu introdotti bidliet fil-proċeduri għall-użu u/jew l-amministrazzjoni tal-injam mill-Foresti Konswetudinarji, biex tiġi trattata l-implimentazzjoni ta' Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali (MK) Nru 35/PUU-X/2012.

L-injam u l-prodotti tal-injam fi tranżitu huma miżmuma strettament barra ż-Żoni Doganali Prinċipali ppubblikati (ŻDP). B'hekk, l-injam bħal dan fi tranżitu ma jidħolx fiż-ŻDP u barra minn hekk mhux se jkun inkluż fil-katini tal-provvista tal-injam tal-Indoneżja. L-ebda injam fi tranżitu mhu se tinħariġlu liċenzja tal-esportazzjoni.

2.1.   Standards ta' legalità tat-TLAS

It-TLAS hija bbażata fuq standards speċifiċi ta' legalità dwar l-injam li jkopru t-tipi kollha ta' sorsi tal-injam (permessi u operaturi) u l-attivitajiet tal-operaturi kollha. Dawn l-istandards u l-linji gwida ta' verifika tagħhom huma stabbiliti fl-Anness II.

It-TLAS tinkorpora wkoll “L-Istandard u l-Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti (SFM)”. Il-valutazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti bl-użu tal-istandard SFM tivverifika wkoll li l-oġġett tal-awditjar ikun konformi mal-kriterji ta' legalità rilevanti tat-TLAS. Id-detenturi ta' permess li joperaw f'żoni ta' foresti ta' produzzjoni fuq artijiet proprjetà tal-Istat (dominju ta' foresti permanenti) għandhom iħarsu kemm l-istandards rilevanti tal-legalità kif ukoll dwak rilevanti SFM. Għall-ewwel jistgħu jagħżlu li jkunu konformi mal-istandard ta' legalità, iżda għandhom jikkonformaw kemm mal-istandard ta' legalità kif ukoll mal-istandards ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti mhux aktar tard mid-data meta tiskadi ċ-ċertifikazzjoni tal-legalità inizjali tagħhom.

3.    Kontroll tal-Katina tal-Provvista tal-Injam

Id-detentur ta' permess (fil-każ ta' konċessjonijiet) jew is-sid ta' art (fil-każ ta' art privata) jew il-kumpanija (fil-każ ta' negozjanti, proċessuri u esportaturi) għandhom juru li kull nodu tal-katina tal-provvista tagħhom ikun ikkontrollat u ddokumentat kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Ministru għall-Forestrija p. 30/Menhut-II/2012, p. 41/Menhut-II/2014 u p. 42/Menhut-II/2014 (minn hawn 'il quddiem imsejħin ir-Regolamenti). Dawn ir-Regolamenti jesiġu li uffiċjali distrettwali u provinċjali tal-forestrija jagħmlu verifika fuq il-post u jivvalidaw id-dokumenti li jintbagħtu mid-detenturi ta' permess, mis-sidien ta' artijiet jew mill-proċessuri f'kull nodu tal-katina tal-provvista.

Id-dokumenti ewlenin għall-kontrolli operazzjonali f'kull punt fil-katina tal-provvista huma miġburin fil-qosor fid-Dijagramma 1.

Il-kunsinni kollha f'katina tal-provvista għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti rilevanti tat-trasport li jindikaw jekk il-materjal huwiex kopert minn ċertifikat SVLK validu, jew iddikjarat bħala legali permezz ta' Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornituri (SDoC), jew jekk joriġinax minn sorsi ssekwestrati. Is-sid jew il-kustodju ta' kull kunsinna ta' injam jew prodotti tal-injam f'kull punt fil-katina tal-provvista jridu jirreġistraw jekk dik il-kunsinna għandhiex ċertifikat SVLK, hijiex iddikjarata legali permezz ta' dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornituri, jew hijiex ġejja minn sors issekwestrat. Jekk kunsinna tinkludi kwalunkwe injam issekwestrat, is-sid jew il-kustodju ta' dik il-kunsinna għandu japplika sistema effettiva biex jissepara l-injam u l-prodotti tal-injam minn sorsi legali vverifikati mill-injam issekwestrat jew mill-prodotti tal-injam li ġejjin minnu, u jżommu reġistri li jiddistingwu bejn dawn iż-żewġ sorsi.

L-operaturi fil-katina tal-provvista jridu jżommu reġistri sħaħ dwar l-injam u l-prodotti tal-injam li jkunu rċevew, ħażnu, ipproċessaw u kkonsenjaw. Dawn ir-reġistri għandhom ikunu biżżejjed biex wara tkun tista' ssir rikonċiljazzjoni tad-dejta kwantitattiva bejn in-nodi tal-katina tal-provvista u fihom. Dejta bħal din għandha tkun disponibbli għall-uffiċjali provinċjali u distrettwali tal-forestrija biex iwettqu r-rikonċiljazzjoni. L-attivitajiet u l-proċeduri ewlenin, inkluża r-rikonċiljazzjoni, għal kull stadju fil-katina tal-provvista u r-rwol tal-KVK fil-valutazzjoni tal-integrità tal-katina tal-provvista, huma spjegati aktar fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

Dijagramma 1

Kontroll tal-katina tal-provvista li juri d-dokumenti ewlenin meħtieġa f'kull punt fil-katina tal-provvista fejn tkun saret ir-rikonċiljazzjoni tad-dejta.

image

4.    L-istruttura istituzzjonali għall-Verifika tal-Legalità u l-Liċenzjar għall-Esportazzjoni

4.1.   Daħla

It-TLAS Indoneżjana hija bbażata fuq approċċ magħruf bħala “liċenzjar abbażi ta' operatur” li jixbah ħafna lis-sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' ġestjoni tal-prodotti jew tal-foresti. Il-Ministeru Indoneżjan għall-Forestrija jaħtar għadd ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (Lembaga Penilai/LP u Lembaga Verifikasi/LV) u jawtorizzahom jagħmlu awditjar tal-legalità tal-operazzjonijiet tal-produtturi, in-negozjanti, il-proċessuri u l-esportaturi tal-injam (“l-operaturi”).

Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (KVK) huma akkreditati mill-Korp Nazzjonali ta' Akkreditazzjoni Indoneżjan (KAN). Il-KVKs jingħataw kuntratti minn operaturi li jkunu jridu li l-operazzjonijiet tagħhom ikunu ċċertifikati bħala legali. Il-KVKs jeħtiġilhom joperaw skont il-linji gwida tal-ISO/IEC 17065. Huma jirrapportaw ir-riżultat tal-awditi tagħhom lill-persuna awditjata u lill-Ministeru għall-Forestrija. Is-sommarji tar-rapporti huma disponibbli pubblikament.

Il-KVKs jiċċekkjaw l-operatur awditjat hux qed jopera f'konformità mad-definizzjoni Indoneżjana tal-legalità li hemm fl-Anness II, inkluża l-implimentazzjoni effettiva ta' kontrolli biex ma jitħalliex jidħol materjal minn sorsi mhux magħrufa fil-katini tal-provvista tiegħu. Meta l-persuna awditjata li topera f'foresti tal-Istat jew industrija kbira (industrija primarja b'kapaċità ta' aktar minn 6 000 m3 fis-sena, industrija sekondarja b'investiment ta' 'l fuq minn IDR 500 miljun) tinstab li tkun konformi, għandu jinħareġ ċertifikat ta' legalità SVLK b'validità ta' 3 (tliet) snin. Matul dan il-perjodu, il-KVK għandu jwettaq żjarat annwali ta' sorveljanza biex jiċċekkja li l-konformità tkun qiegħda tinżamm. Għal min qiegħed jiġi vverifikat li jopera industriji żgħar (industrija primarja b'kapaċità ta' anqas minn 6 000 m3 fis-sena, industrija sekondarja b'investiment ta' inqas minn IDR 500 miljun), il-validità taċ-ċertifikat ta' legalità huwa ta' 6 (sitt) snin, u ta' 10 (għaxar) snin għall-operaturi f'foresti/artijiet ta' proprjetà privata F'dawn il-każijiet, iż-żjajjar ta' sorveljanza tal-KVK isiru kull sentejn (biennali).

L-operaturi f'foresti/artijiet ta' sidien privati, l-azjendi ġestiti mill-familji, in-nies tas-sengħa jew l-artiġjani, l-industrija primarja li tipproċessa esklussivament l-injam minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata u ma tistax tesporta direttament, ċentri rreġistrati (li jinnegozjaw fl-injam jew fl-injam ipproċessat li ġej esklussivament minn foresti/artijiet ta' sidien privati jew minn operazzjonijiet iċċertifikati SVLK taħt Perum Perhutani), u l-importaturi jistgħu jużaw Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornituri biex juru l-legalità tal-injam u tal-prodotti tal-injam tagħhom u għalhekk mhumiex awditjati mill-KVKs (ara t-Taqsima 5.3).

L-LVs jaġixxu wkoll bħala Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji (AL) tal-esportazzjoni. Huma jivverifikaw il-validità taċ-ċertifikat SVLK tal-esportaturi u r-reġistrazzjoni tal-esportazzjoni, u l-konsistenza tad-dikjarazzjonijiet tad-dejta tal-esportaturi (il-karti tal-bilanċ ta' kull xahar) qabel ma joħorġu l-liċenzji tal-esportazzjoni fl-għamla ta' Dokumenti V-Legali jew Liċenzji FLEGT. B'hekk l-esportazzjonijiet tal-prodotti tal-injam koperti mill-Anness I mingħajr liċenzja tal-esportazzjoni huma pprojbiti. L-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet jinħarġulhom liċenzji FLEGT, filwaqt li l-esportazzjonijiet lejn destinazzjonijiet oħra jinħarġulhom Dokumenti V-Legali.

Il-Linji gwida tat-TLAS jispeċifikaw li l-gruppi tas-soċjetà ċivili, l-individwi u l-komunitajiet Indoneżjani għandhom id-dritt jimmoniterjaw l-implimentazzjoni tat-TLAS fil-prattika. Osservaturi Indipendenti bħal dawn qed jitħallew jivvalutaw il-konformità tal-operazzjonijiet mar-rekwiżiti tad-definizzjoni ta' legalità kif ukoll il-konformità tal-proċessi tal-awditjar u tal-liċenzjar mar-rekwiżiti tat-TLAS u jressqu lmenti lill-KVKs, lill-Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji, lill-KAN u lill-Ministeru għall-Forestrija.

Dijagramma 2

Ir-relazzjoni bejn l-entitajiet differenti li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni tat-TLAS

image

4.2.   Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità (KVKs) u Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji (AL).

Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (il-KVKs) jaqdu rwol ewlieni fis-sistema Indoneżjana. Huma awtorizzati mill-Ministeru tal-Forestrija u jingħataw kuntratt minn operaturi individwali biex jivverifikaw il-legalità tal-attivitajiet ta' produzzjoni, ipproċessar u kummerċ ta' operaturi individwali fil-katina tal-provvista, inkluża l-integrità tal-katina tal-provvista.

Hemm żewġ tipi ta' KVKs: (i) il-korpi ta' valutazzjoni (Lembaga Penilai/LP) li jawditjaw il-prestazzjoni tal-Unitajiet ta' Ġestjoni tal-Foresti (FMUs) fil-foresti tal-Istat mal-istandards ta' sostenibbiltà kif ukoll mar-rekwiżiti tal-istandard ta' legalità; u (ii) il-korpi ta' verifika (Lembaga Verifikasi/LV), li jawditjaw lill-FMUs, lill-industriji bbażati fuq il-foresti, lin-negozjanti u lill-esportaturi mal-istandards ta' legalità.

Biex ikun żgurat li dak l-awditjar li jivverifika l-istandards ta' legalità kif stabbiliti fl-Anness II ikun tal-ogħla kwalità, l-LPs u l-LVs jeħtiġilhom jiżviluppaw is-sistemi ta' ġestjoni meħtieġa li jindirizzaw il-kompetenza, il-konsistenza, l-imparzjalità, it-trasparenza, u r-rekwiżiti tal-proċess ta' valutazzjoni kif deskritt fil-qosor fl-istandard tal-ISO/IEC 17065. Dawn ir-rekwiżiti huma speċifikati fil-Linji gwida tat-TLAS. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (KVK) huma akkreditati mill-Korp Nazzjonali ta' Akkreditazzjoni Indoneżjan (KAN).

L-LVs jistgħu jaġixxu wkoll bħala Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji. F'dan il-każ, l-LVs joħorġu liċenzji tal-esportazzjoni biex ikopru l-prodotti tal-injam destinati għas-swieq internazzjonali. Għal swieq mhux tal-Unjoni, l-Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji joħorġu Dokumenti V-Legali, u għas-suq tal-Unjoni, għandhom jinħarġu liċenzji FLEGT skont ir-rekwiżiti spjegati fl-Anness IV. Fil-Linji gwida tat-TLAS hemm deskritti l-proċeduri ddettaljati għad-Dokument V-Legali u għal-liċenzjar FLEGT tal-konsenji għall-esportazzjoni. L-LPs ma jistgħux jaġixxu bħala Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji u ma joħorġux liċenzji tal-esportazzjoni.

L-awdituri kollha li jaħdmu għall-KVKs jew l-Awtoritajiet tal-Liċenzji għandhom ikunu rreġistrati u jkollhom ċertifikat ta' kompetenza validu mill-Korp ta' Ċertifikazzjoni tal-Professjoni (Lembaga Sertifikasi Profesi — LSP). L-LSP se jivvaluta kull imġiba ħażina allegata minn awditur miġjuba għall-attenzjoni tiegħu, u jista' jirrevoka ċ-ċertifikat ta' kompetenza ta' dak l-awditur.

4.3.   Korp ta' akkreditazzjoni

Il-Korp Nazzjonali ta' Akkreditazzjoni Indoneżjan (Komite Akreditasi Nasional — KAN) huwa korp ta' akkreditazzjoni indipendenti mwaqqaf bir-Regolament tal-Gvern (Peraturan Pemerintah/PP) 102/2000 dwar l-Istandardizzazzjoni Nazzjonali u bid-Digriet Presidenzjali (Keputusan Presiden/Keppres) 78/2001 dwar il-Kumitat Nazzjonali ta' Akkreditazzjoni. Dan jopera skont il-gwida tal-istandard ISO/IEC 17011 (Rekwiżiti Ġenerali għall-Korpi ta' Akkreditazzjoni li Jakkreditaw Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità). Dan żviluppa dokumenti ta' sostenn interni speċifiċi għat-TLAS għall-akkreditazzjoni tal-LPs u tal-LVs.

Il-KAN huwa rikonoxxut internazzjonalment mill-Kooperazzjoni ta' Akkreditazzjoni tal-Paċifiku (PAC) u mill-Forum Internazzjonali ta' Akkreditazzjoni (IAF) biex jakkredita korpi ta' ċertifikazzjoni għal Sistemi ta' Ġestjoni tal-Kwalita, Sistemi ta' Ġestjoni Ambjentali u Ċertifikazzjoni tal-Prodotti. Il-KAN huwa rikonoxxut ukoll mill-Kooperazzjoni ta' Akkreditazzjoni tal-Laboratorji tal-Asja/tal-Paċifiku (APLAC) u mill-Kooperazzjoni Internazzjonali ta' Akkreditazzjoni tal-Laboratorji (ILAC).

Fl-14 ta' Lulju 2009, il-KAN iffirma Memorandum ta' Qbil mal-Ministeru għall-Forestrija biex jipprovdi servizzi ta' akkreditazzjoni għat-TLAS. Dan ifisser li huwa responsabbli għall-akkreditazzjoni tal-KVKs biex tkun żgurata l-konformità kontinwa tagħhom mal-istandard tal-ISO/IEC 17065.

L-ilmenti li jikkonċernaw il-prestazzjoni ta' LP jew LV jistgħu jiġu sottomessi minn kwalunkwe parti interessata, inklużi operaturi u moniters indipendenti, lill-KAN.

4.4.   Persuni awditjati

Il-persuni awditjati huma operaturi li huma soġġetti għal verifika tal-legalità. Dawn jinkludu unitajiet ta' ġestjoni tal-foresti (il-konċessjonarji jew id-detenturi ta' permess għall-użu tal-injam, id-detenturi ta' permess għall-foresti b'bażi komunitarja jew f'villaġġ, is-sidien privati tal-foresti/tal-artijiet), ċentri tal-injam irreġistrati, l-industriji bbażati fuq il-foresti u l-esportaturi nonprodutturi rreġistrati. L-unitajiet ta' ġestjoni tal-foresti u l-industriji bbażati fuq il-foresti għandhom ikunu konformi mal-istandard applikabbli tal-legalità. Għall-finijiet tal-esportazzjoni, l-industriji bbażati fuq il-foresti u l-esportaturi nonprodutturi reġistrati għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-liċenzjar għall-esportazzjoni. It-TLAS tippermetti lill-persuni awditjati jissottomettu appelli lil-LP jew lil-LV dwar it-tmexxija jew ir-riżultati tal-awditjar.

4.5.   Moniter indipendenti

Is-soċjetà ċivili taqdi rwol ewlieni fil-Monitoraġġ Indipendenti (MI) tat-TLAS. Il-gruppi tas-soċjetà ċivili, l-individwi u l-komunitajiet li jaġixxu bħala moniters indipendenti għandhom id-dritt jivvalutaw u jirrapportaw dwar il-konformità tal-operazzjonijiet mar-rekwiżiti ta' legalità, kif ukoll dwar l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni, verifika u liċenzjar. Is-sejbiet minn Moniter Indipendenti jistgħu jintużaw ukoll bħala parti mill-Evalwazzjoni Perjodika (EP) li hija meħtieġa skont dan il-Ftehim (l-Anness VI).

Jekk ikun hemm irregolarità relatata mal-legalità ta' operatur, l-ilmenti mis-soċjetà ċivili għandhom ikunu sottomessi direttament lil-LP jew lil-LV kkonċernat. Jekk huma jqisu li r-risposta għal ilment min-naħa ta' LP jew LV mhix sodisfaċenti, l-Osservaturi Indipendenti jistgħu jippreżentaw rapport lill-KAN u lill-gvern. F'każ ta' lmenti dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni, l-Osservatur Indipendenti jista' jressaq l-ilmenti direttament lill-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji jew lill-Ministeru għall-Forestrija.

4.6.   Il-Gvern

Il-Ministeru għall-Forestrija (minn Ottubru 2014, il-Ministeru għall-Forestrija ngħaqad mal-Ministeru tal-Ambjent u sar il-Ministeru tal-Ambjent u l-Forestrija) jirregola t-TLAS u jawtorizza lil-LPs akkreditati biex jagħmlu valutazzjoni SFM u lil-LVs biex jagħmlu verifika tal-legalità.

Il-Ministeru għall-Forestrija jawtorizza wkoll lil-LVs joħorġu liċenzji tal-esportazzjoni (Dokumenti V-Legali jew Liċenzji FLEGT).

Il-Ministeru għall-Forestrija ħareġ sett ta' Linji gwida li jipprovdu r-rekwiżiti relatati mal-verifika u l-attivitajiet ta' liċenzjar. Dawn il-Linji gwida jinkludu wkoll dispożizzjonijiet għall-kontroll tal-Ministeru tal-Forestrija fuq il-verifika tal-LVs u jispeċifikaw il-proċeduri tal-Ministeru li jawtorizzaw u jissorveljaw l-attivitajiet ta' ħruġ tal-liċenzji tagħhom.

Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Forestrija għandu jwaqqaf tim ta' segwitu ad hoc inkarigat mill-investigazzjoni, każ b'każ, ta' kwalunkwe ksur irrapportat b'rabta mal-ħruġ ta' ċertifikat ta' legalità u/jew ta' Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT. Il-kompożizzjoni tat-tim ta' segwitu tiddependi fuq in-natura tal-ksur irrapportat. Dan it-tim jista' jinkludi aġenziji differenti tal-gvern u atturi tas-soċjetà ċivili. Abbażi tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tat-tim ta' segwitu, il-Ministeru għall-Forestrija jista' jirrevoka l-awtorizzazzjoni tal-KVK li tirriżulta f'waqfien immedjat tal-attivitajiet ta' verifika u ta' liċenzjar tiegħu.

Il-Ministru tal-Forestrija għandu jirrevoka wkoll minnufih l-awtorizzazzjoni tiegħu ta' KNK abbażi ta' deċiżjoni tal-KAN dwar l-irtirar tal-akkreditazzjoni tiegħu (li tirriżulta, pereżempju, mill-attivitajiet ta' sorveljanza annwali fuq il-KVKs min-naħa tal-KAN). Il-KVKs jistgħu jappellaw lill-KAN iżda mhux lill-Ministeru.

Il-Ministeru għall-Forestrija jirregola wkoll l-Unità ta' Informazzjoni dwar il-Liċenzji (UIL) bħala unità ta' ġestjoni tal-informazzjoni li tivvalida l-informazzjoni dwar il-ħruġ ta' Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT. L-UIL hija responsabbli wkoll għall-iskambju ġenerali tal-informazzjoni dwar it-TLAS, u tirċievi u taħżen id-dejta u l-informazzjoni rilevanti dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' legalità u ta' Dokumenti V-Legali/liċenzji FLEGT. Barra minn hekk, hija twieġeb il-mistoqsijiet mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti ta' sħab kummerċjali u mill-partijiet interessati. L-UIL timmaniġġja wkoll il-proċess ta' rakkomandazzjoni tal-importazzjoni bbażat fuq id-diliġenza dovuta permezz tas-sistema onlajn SILK tagħha.

Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Forestrija jikkontrolla r-reġistrazzjoni tas-superviżuri tekniċi governattivi fuq il-post (Wasganis) u tal-persunal ta' kumpaniji tekniċi fuq il-post (Ganis). Il-Wasganis għandhom il-kompitu li jwettqu s-superviżjoni u l-kontroll tal-kejl taz-zkuk. Huma jtemmu wkoll id-dokumenti tat-trasport obbligatorji u jwettqu rikonċiljazzjoni tad-dejta (għal aktar dettalji ara l-Appendiċi ta' dan l-Anness). Il-Ganis jipprepara d-dokumenti tal-produzzjoni u t-trasport minn kull produzzjoni fil-foresti statali. Il-Ganis jista' wkoll itemm id-dokumenti tat-trasport obbligatorji fil-każ li l-Wasganis ikunu assenti għal aktar minn 48 siegħa. Kemm il-Wasganis kif ukoll il-Ganis huma rreġistrati mal-Ministeru għall-Forestrija. Fuq bażi annwali, dawn jiġu evalwati mill-Ministeru għall-Forestrija permezz ta' eżami uffiċjali.

5.    Verifika tal-Legalità

5.1.   Daħla

L-injam Indoneżjan jitqies li huwa legali meta jkun ivverifikat li l-oriġini u l-proċess tal-produzzjoni tiegħu, kif ukoll l-ipproċessar sussegwenti tiegħu, it-trasport tiegħu u l-attivitajiet ta' kummerċ fih iħarsu l-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani kollha applikabbli, kif stabbilit fl-Anness II. Il-KVKs jagħmlu valutazzjonijiet tal-konformità biex jivverifikaw il-konformità. Biex jitnaqqas il-piż fuq is-sidien privati tal-foresti, kif ukoll fuq in-negozjanti u n-nies tas-sengħa jew l-artiġjani jew l-azjendi ġestiti minn familji li jiddependu għalkollox fuq injam li ġej minn foresti ta' proprejtà privata/minn foresti b'użu privat (permess ta' art privata), operaturi bħal dawn jitħallew, f'każijiet deskritti b'mod ċar, joħorġu Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornitur bħala alternattiva għall-kisba ta' ċertifikazzjoni SVLK (ara l-paragrafu 5.2 hawn taħt għal aktar dettalji).

5.2.   Proċess ta' verifika tal-legalità mill-KVKs.

Skont l-istandard tal-ISO/IEC 17065 u l-Linji gwida tat-TLAS, il-proċess ta' verifika tal-legalità huwa magħmul minn dan li ġej:

Applikazzjoni u kuntrattar: L-operatur jissottometti lill-KVK applikazzjoni li tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika, il-profil tal-operatur u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa. Jeħtieġ li jsir kuntratt bejn l-operatur u l-KVK li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-verifika, qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta' verifika.

Pjan ta' verifika: Wara l-iffirmar tal-kuntratt ta' verifika, il-KVK iħejji pjan ta' verifika, li jkun jinkludi l-ħatra tat-tim tal-awditjar, il-programm ta' verifika u l-iskeda tal-attivitajiet. Il-pjan jiġi kkomunikat lill-persuna li jkun ser isirilha l-awditjar, lill-Awtorità Forestali Provinċjali rilevanti u lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra fil-livell provinċjali u f'dak reġjonali, u jsir ftehim fuq id-dati tal-attivitajiet ta' verifika. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli minn qabel għall-moniters indipendenti u għall-pubbliku permezz tal-websajts tal-KVKs u tal-Ministeru għall-Forestrija u/jew permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa jew tal-ittri.

Attivitajiet ta' verifika: L-awditjar tal-verifika huwa magħmul minn tliet stadji: (i) il-laqgħa tal-ftuħ tal-awditjar u l-koordinazzjoni, (ii) il-verifika tad-dokumenti u l-osservazzjoni fuq il-post, u (iii) il-laqgħa tal-għeluq tal-awditjar.

 Il-laqgħa tal-ftuħ tal-awditjar u l-koordinazzjoni: il-koordinazzjoni mal-uffiċċji rilevanti reġjonali, provinċjali u distrettwali biex dawn jiġu mgħarrfa dwar il-pjanijiet tal-verifika u biex tinġabar informazzjoni inizjali minn dawk l-uffiċċji. Il-KVK jista' jxerred ukoll it-tagħrif u joħloq komunikazzjoni mas-CSOs rilevanti biex iżid mal-informazzjoni inizjali. Il-KVK jiddiskuti l-objettiv, il-kamp ta' applikazzjoni, l-iskeda u l-metodoloġija tal-awditjar fil-laqgħa tal-bidu tal-awditjar mal-persuna awditjata, biex il-persuna awditjata tkun tista' tagħmel il-mistoqsijiet tagħha dwar il-metodi u t-tmexxija tal-attivitajiet ta' verifika;

 Stadju ta' verifika tad-dokumenti u ta' osservazzjonijiet fuq il-post: biex tinġabar evidenza dwar il-konformità tal-persuna awditjata mar-rekwiżiti tat-TLAS Indoneżjana, biex il-KVK jeżamina s-sistemi u l-proċeduri tal-persuna awditjata, u d-dokumenti u r-reġistri rilevanti. Il-KVK imbagħad jagħmel verifiki fuq il-post biex jivverifika l-konformità, inkluża l-kontroverifika tas-sejbiet tiegħu mar-rapporti tal-ispezzjonijiet uffiċjali. Il-KVK jeżamina wkoll is-sistema tat-traċċabbiltà tal-injam tal-persuna awditjata biex jiżgura li hemm evidenza adegwata li l-injam kollu li jkun dieħel fil-katina tal-provvista jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-legalità.

 Il-laqgħa tal-għeluq tal-awditjar: ir-riżultati tal-verifika, b'mod partikolari kull nuqqas ta' konformità li seta' nstab, ikunu ppreżentati lill-persuna awditjata. Il-persuna awditjata tista' tagħmel mistoqsijiet dwar ir-riżultati tal-verifika u tipprovdi kjarifika dwar l-evidenza ppreżentata mill-KVK.

Rapportar u teħid ta' deċiżjonijiet: It-tim tal-awditjar jagħmel rapport ta' verifika, billi jsegwi struttura mogħtija mill-Ministeru għall-Forestrija. Ir-rapport, li jkun jinkludi deskrizzjoni ta' kull nuqqas ta' konformità li jkun instab u d-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni meħuda, jinqasam mal-persuna awditjata fi żmien 14-il jum kalendarju wara l-laqgħa tal-għeluq tal-awditjar u jiġi ppreżentat mill-KVK lill-Ministeru għall-Forestrija.

Is-sejbiet tat-tim tal-awditjar jintużaw primarjament biex tittieħed deċiżjoni dwar ir-riżultat tal-verifika tal-awditjar mill-KVK. Il-KVK jieħu d-deċiżjoni dwar jekk joħroġx ċertifikat ta' legalità abbażi tar-rapport tal-verifika mħejji mit-tim tal-awditjar.

F'każijiet ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità, il-KVK ma joħroġx ċertifikat ta' legalità, ħaġa li ma tħallix lill-injam jidħol fil-katina tal-provvista tal-injam ivverifikat bħala njam li nqata' legalment. Meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġie indirizzat, l-operatur ikun jista' jerġa' jissottometti talba għal verifika tal-legalità.

Il-ksur li jkun instab mill-KVK matul il-verifika jiġi rrapportat lill-Ministeru għall-Forestrija u ttrattat mill-awtoritajiet responsabbli skont il-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji. Jekk operatur ikun issuspettat li kiser ir-regolamenti, l-awtoritajiet nazzjonali, provinċjali u distrettwali jistgħu jiddeċiedu li jwaqqfu l-attivitajiet tiegħu.

Ħruġ taċ-ċertifikat ta' legalità u ċertifikazzjoni mill-ġdid: il-KVK joħroġ ċertifikat ta' legalità jekk il-persuna awditjata tinstab li tkun konformi bis-sħiħ mal-indikaturi u l-verifikaturi kollha fl-istandard ta' legalità, inklużi r-regoli dwar il-kontroll tal-katina tal-provvista tal-injam.

Il-KVK jista' jirrapporta f'kull żmien lill-Ministeru għall-Forestrija dwar iċ-ċertifikati maħruġin, mibdulin, sospiżi u rtirati, u kull tliet xhur għandu joħroġ rapport. Il-Ministeru għall-Forestrija mbagħad jippubblika dawn ir-rapporti fil-websajt tiegħu.

Skont it-tip ta' permess li jkollha l-persuna awditjata, ċertifikat ta' legalità jkun validu għal perjodu ta' tliet sa għaxar snin, u warajhom l-operatur jerġa' jsirlu awditjar għal ċertifikazzjoni mill-ġdid. Iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid għandha ssir qabel id-data ta' skadenza taċ-ċertifikat.

Sorveljanza: Skont it-tip ta' permess li jkollha l-persuna awditjata, l-operaturi b'ċertifikat ta' legalità ssirilhom sorveljanza annwali jew biennali li ssegwi l-prinċipji tal-attivitajiet ta' verifika miġburin fil-qosor hawn fuq. Il-KVK jista' jwettaq ukoll sorveljanza aktar kmieni milli jkun skedat jekk il-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika jkun ġie estiż.

It-tim ta' sorveljanza jagħmel rapport ta' sorveljanza. Kopja tar-rapport, inkluża deskrizzjoni ta' kull nuqqas ta' konformità misjub, tintbagħat lill-Ministeru għall-Forestrija. In-nuqqasijiet ta' konformità li jkunu nkixfu mis-sorveljanza jġibu magħhom is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta' legalità.

Awditjar speċjali: L-operaturi b'ċertifikat ta' legalità huma obbligati jirrapportaw lill-KVK kull bidla sinifikanti fis-sjieda, fl-istrutturi, fil-ġestjoni u fl-operazzjonijiet li tista' tolqot il-kwalità tal-kontrolli tal-legalità tiegħu matul il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat. Il-KVK jista' jagħmel awditjar speċjali biex jinvestiga kull ilment jew tilwim ippreżentat mill-moniters indipendenti, minn istituzzjonijiet tal-gvern jew minn partijiet interessati oħra jew meta jirċievi r-rapport tal-operatur dwar bidliet li jolqtu l-kwalità tal-kontrolli tal-legalità tiegħu. Il-KVKs iwettqu wkoll awditi speċjali jekk l-operatur jirrapporta li huwa beħsiebu jipproċessal-injam issekwestrat.

5.3.   Il-verifika tal-legalità bl-użu ta' Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornitur (SdoC) u l-kontrolli interni

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornitur ibbażata fuq l-istandard SNI/ISO 17050 hija “awtodikjarazzjoni” kif iddefinit fl-istandard tal-ISO/IEC 17000, jiġifieri ċertifikazzjoni mill-ewwel parti li ssegwi analiżi li turi li twettqu r-rekwiżiti speċifiċi.

L-SDoCs jistgħu jintużaw minn (i) sidien ta' foresti privati, (ii) ċentri rreġistrati tal-injam (dawk iċ-ċentri tal-injam biss li jirċievu l-injam esklussivament minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata jew li jirċievu injam b'ċertifikat SVLK minn Perum Perhutani), (iii) l-azjendi ġestiti minn familji jew nies tas-sengħa jew artiġjani, (iv) l-industriji primarji u sekondarji li jipproċessaw esklussivament l-injam minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata u li ma għandhom l-ebda permess tal-esportazzjoni. L-SDoC tapplika għal (a) l-injam minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata, (b) l-injam minn riġenerazzjonijiet tal-ġnub tat-toroq u taċ-ċimiterji, (c) l-injam irriċiklat jew distrutt, u (d) l-injam jew il-prodotti tal-injam importati.

L-SDoC fiha informazzjoni dwar il-fornitur, il-prodotti u s-sorsi tagħhom, id-dokument tat-trasport, ir-riċevitur tal-prodotti u d-data tal-ħruġ. L-SDoC mimlija mis-sidien tal-foresti privati għandha tinkludi wkoll prova tas-sjieda tal-art minn fejn ikun ġej l-injam. L-SDoC hija mehmuża mad-dokument tat-trasport abbażi tar-regolamenti tal-amministrazzjoni tal-injam. Il-Linji gwida tat-TLAS jipprovdu proċeduri ddettaljati għall-ħruġ tal-SDoCs u l-kontrolli relatati.

Ir-riċevitur tal-SDoC minn foresti ta' proprjetà privata għandu jwettaq u jiddokumenta l-kontrolli interni dwar il-validità tal-informazzjoni li għandha tiġi ddikjarata fl-SDoC qabel l-iffirmar tal-kuntratt tax-xiri u mill-inqas darba fis-sena wara li l-kuntratt ikun ġie ffirmat. L-informazzjoni li tinsab fl-SDoCs maħruġa miċ-ċentri tal-injam hija kkontrollata minn min jirċievi l-SDoC (jiġifieri l-industriji primarji jew sekondarji) f'intervalli ta' tliet xhur, għat-traċċabbiltà tas-sorsi taz-zkuk. Din hija vverifikata mill-KVKs meta dawn iwettqu l-awditu SVLK tar-riċevitur permezz ta' analiżi tad-dokumenti f'każ li r-riċevitur ikun iċċertifikat. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Forestrija jista' jwettaq spezzjonijiet għal għarrieda, li jistgħu jiġu kkuntrattati lil partijiet terzi kompetenti. Meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' frodi u irregolaritajiet, il-Ministeru għall-Forestrija jista' jwettaq spezzjonijiet speċjali tal-operatur li juża l-SDoC.

Il-prodotti kollha tal-injam li jkunu koperti minn dokument V-Legali jew minn liċenzja FLEGT iridu jkunu ġejjin minn katina tal-provvista li jkollha ċertifikat SVLK u/jew minn katina tal-provvista li għaliha jkun hemm SDoC. L-injam u l-prodotti tal-injam koperti minn SDoC ma għandhomx aċċess dirett għas-swieq internazzjonali. It-tali aċċess huwa possibbli biss permezz ta' operatur li għandu ċertifikat SVLK.

5.4.   Il-verifika tal-legalità tal- injam u tal-prodotti tal-injam importati

Ir-Regolament tal-Ministeru tal-Kummerċ 78/M-DAG/PER/10/2014 jiddikjara li l-injam u l-prodotti tal-injam importati jeħtieġ li jkollhom prova ta' legalità fil-pajjiż tal-ħsad tagħhom. F'dan il-kuntest, il-mudell tal-SDoC jintuża wkoll għall-importazzjonijiet. L-importaturi rreġistrati (in-negozjanti) u l-operaturi tal-ipproċessar biss jistgħu jimportaw l-injam u/jew il-prodotti tal-injam fl-Indoneżja. Dawn l-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta fuq l-injam importat u/jew il-prodotti tal-injam importati biex jiġi mminimizzat ir-riskju li l-injam illegali jidħol fil-katina tal-provvista Indoneżjana. Huma jeħtieġ li jipprovdu tagħrif bħal, pereżempju, il-kodiċijiet tas-SA tal-prodotti, il-Polza ta' Kargu, il-pajjiżi tal-ħsad, il-pajjiż ta' oriġini, il-prova tal-legalità tal-injam u l-port tal-esportazzjoni fil-mudell tad-dikjarazzjoni. Il-proċeduri ta' diliġenza dovuta jinkludu l-ġbir tad-dejta u l-analiżi u l-mitigazzjoni tar-riskju. Il-proċeduri huma mwettqa bl-użu tas-sistema onlajn SILK tal-Ministeru għall-Forestrija. Il-Ministeru joħroġ rakkomandazzjoni ta' importazzjoni lill-Ministeru tal-Kummerċ wara li jivvaluta kull proċess ta' diliġenza dovuta mwettaq minn operatur.

Meta l-KVKs ikunu qegħdin iwettqu awditi fuq l-importatur, huma jwettqu wkoll reviżjoni tad-dokumenti tas-sistema ta' diliġenza dovuta applikata. Proċeduri ddettaljati għall-kontrolli tas-sistema ta' diliġenza dovuta u l-kontrolli relatati se jiġu pprovduti fil-Linji gwida tat-TLAS u fir-regolamenti tal-importazzjoni relatati.

5.5.   Responsabbiltà tal-gvern għall-infurzar

Il-Ministeru għall-Forestrija, kif ukoll l-uffiċċji forestali provinċjali u distrettwali, huma responsabbli għall-kontroll tal-katini tal-provvista tal-injam u biex jiċċekkjaw id-dokumenti relatati (pereżempju l-pjanijiet annwali tax-xogħol, ir-rapporti dwar it-tqaċċit tas-siġar, ir-rapporti dwar il-karti tal-bilanċ taz-zkuk, id-dokumenti ta' trasport, ir-rapporti dwar il-karti tal-bilanċ taz-zkuk/tal-materja prima/tal-prodotti pproċessati u l-karti tat-talja tal-produzzjoni). Jekk ikun hemm inkonsistenzi, l-uffiċjali forestali jistgħu ma japprovawx id-dokumenti ta' kontroll u dan iwassal għal sospensjoni tal-operazzjonijiet.

Il-ksur li jindunaw bih l-uffiċjali forestali jew il-moniters indipendenti jiġi kkomunikat lill-KVK, li malli jivverifikah jista' jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat ta' legalità mogħti. L-uffiċjali forestali jistgħu jieħdu azzjoni xierqa ta' segwitu skont il-proċeduri regolatorji.

Il-Ministeru għall-Forestrija jirċievi wkoll kopji tar-rapporti ta' verifika u tar-rapporti dwar is-sorveljanza sussegwenti u l-awditjar speċjali maħruġin mill-KVKs. Il-ksur li jindunaw bih il-KVKs, l-uffiċjali forestali jew il-moniters indipendenti jiġi kkomunikat lill-atturi involuti u jiġi ttrattat skont il-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji. Jekk operatur ikun issuspettat li kiser ir-regolamenti, l-awtoritajiet nazzjonali, provinċjali u distrettwali jistgħu jiddeċiedu li jissospendu jew li jwaqqfu l-attivitajiet tiegħu. Il-KVKs minnufih jirrevokaw iċ-ċertifikati ta' legalità jekk ir-rekwiżiti tal-istandard ta' legalità ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

Il-Ministeru għall-Forestrija għandu jistabbilixxi task force ad hoc inkarigat biex jistħarreġ u jinvestiga kwalunkwe ksur irrappurtat fir-rigward tal-ħruġ ta' ċertifikat ta' legalità u/jew ta' Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT (tim ta' segwitu) fuq il-bażi ta' każ b'każ.

6.    Liċenzjar FLEGT

Il-liċenzja tal-esportazzjoni Indoneżjana għall-prodotti tal-injam legali hija magħrufa bħala “id-Dokument V-Legali”. Din hija liċenzja tal-esportazzjoni li tipprovdi evidenza li l-prodotti tal-injam esportati jħarsu r-rekwiżiti tal-istandard ta' legalità Indoneżjan kif stabbilit fl-Anness II u li s-sors tagħhom ikun ġej minn katina tal-provvista b'kontrolli adegwati kontra l-fluss ta' dħul ta' injam minn sorsi mhux ivverifikati bħala legali. Id-Dokument V-Legali jinħareġ mil-LVs li jaġixxu bħala Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji (AL) u jintuża bħala liċenzja FLEGT għall-konsenji lejn l-Unjoni meta l-partijiet ikunu qablu li jibdew l-iskema ta' liċenzji FLEGT.

Il-proċeduri għall-ħruġ ta' liċenzji FLEGT/ta' Dokumenti V-Legali huma pprovduti fil-Linji gwida tat-TLAS.

Il-Ministeru għall-Forestrija stabbilixxa Unità ta' Informazzjoni dwar il-Liċenzji biex iżomm bażi tad-dejta elettronika b'kopji tad-Dokumenti V-Legali/tal-liċenzji FLEGT kollha u bir-rapporti tal-AL dwar in-nuqqas ta' konformità. L-Unità ta' Informazzjoni dwar il-Liċenzji se tagħti aċċess onlajn għall-bażi tad-dejta tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni. F'każ li jkun hemm inkjesta dwar l-awtentiċità, il-kompletezza u l-validità ta' liċenzja FLEGT speċifika, l-awtorità kompetenti tal-Unjoni se tkun tista' tivverifika l-informazzjoni dwar il-liċenzja permezz tal-bażi tad-dejta SILK onlajn. Għal aktar informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni jistgħu jikkuntattjaw lill-Unità ta' Informazzjoni dwar il-Liċenzji, li min-naħa tagħha se tikkomunika mal-AL rilevanti jekk ikun meħtieġ.

Id-Dokument V-Legali/il-liċenzja FLEGT jinħarġu fil-punt li fih il-konsenja tiġi kkonsolidata qabel l-esportazzjoni. Il-proċedura hija kif ġej:

6.1. Id-Dokument V-Legali/il-liċenzja FLEGT jinħarġu mill-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji, li jkollha kuntratt mal-esportatur, għall-konsenja ta' prodotti tal-injam li għandha tiġi esportata.

6.2. Is-sistema tat-traċċabbiltà interna tal-esportatur għandha tipprovdi evidenza dwar il-legalità tal-injam għal-liċenzja tal-esportazzjoni. L-istadju ta' qabel tal-katina tal-provvista għandu jiġi inkluż fis-sistema tat-traċċabbiltà interna tal-esportatur.

6.3. Biex jinħarġu Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT, il-fornituri kollha tal-katina tal-provvista tal-esportatur li tifforma l-konsenja jridu jkunu ġew koperti b'ċertifikat ta' legalità jew b'ċertifikat SFM validu jew b'SDoC.

6.4. Biex jikseb Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT, operatur irid ikun esportatur irreġistrat (detentur ta' ETPIK) li jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat ta' legalità validu. Id-detentur ta' ETPIK jissottometti ittra ta' applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji u jehmeż id-dokumenti li ġejjin magħha biex juri li l-materja prima tal-injam fil-prodott toriġina biss minn sorsi legali vverifikati (li jkollhom ċertifikat SVLK jew li jkunu ġew iddikjarati fuq l-SDoC):

6.4.1. sommarju tad-dokumenti ta' trasport għall-injam kollu/għall-materja prima kollha li jkunu waslu fil-fabbrika mill-aħħar awditu (sa massimu ta' tnax-il xahar); kif ukoll

6.4.2. sommarji tar-Rapporti tal-Karti tal-Bilanċ tal-Injam/tal-Materja Prima u r-Rapporti tal-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat mill-aħħar awditu (sa massimu ta' 12-il xahar).

6.5. L-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji mbagħad twettaq l-istadji ta' verifika li ġejjin:

6.5.1. Verifika tal-validità taċ-ċertifikat ta' legalità tal-operatur u tar-reġistrazzjoni ETPIK tiegħu, bl-użu tal-bażi tad-dejta tal-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji stess, kif ukoll tas-SILK.

6.5.2. Rikonċiljazzjoni tad-dejta abbażi tas-sommarji tad-dokumenti ta' trasport, tar-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal- Injam/tal-Materja Prima, u tar-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat.

6.5.3. Kontroll tar-rata/i ta' rkupru għal kull tip ta' prodott (l-industrija primarja biss), abbażi ta' analiżi tar-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam/tal-Materja Prima u tar-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat.

6.5.4. Meta jkun meħtieġ, tista' ssir żjara fuq il-post min-naħa tal-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji wara r-rikonċiljazzjoni tad-dejta biex tkun żgurata l-konsistenza mal-informazzjoni li għandha tiġi speċifikata fid-Dokument V-Legali/fil-liċenzja FLEGT. Dan jista' jsir permezz tal-iċċekkjar ta' kampjuni tal-konsenji għall-esportazzjoni u permezz ta' spezzjonijiet tal-operazzjoni tal-fabbrika jew taċ-ċentru tal-injam, kif ukoll permezz taż-żamma ta'reġistri.

6.6. Riżultat tal-verifika:

6.6.1. Jekk detentur ta' ETPIK ikun konformi mar-rekwiżiti ta' legalità u tal-katina tal-provvista, l-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji għandha toħroġ Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT fil-format ippreżentat fl-Anness IV.

6.6.2. Detentur ta' ETPIK li jissodisfa r-rekwiżiti msemmijin hawn fuq jista' juża l-immarkar ta' konformità (it-Tikketta V-Legali) fuq il-prodotti u/jew fuq l-imballaġġ. Il-Linji gwida nazzjonali dwar l-użu tal-immarkar ta' konformità huma deskritti fil-Linji gwida tat-TLAS.

6.6.3. Jekk detentur ta' ETPIK ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' legalità u tal-katina tal-provvista, l-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji toħroġ rapport dwar in-nuqqas ta' konformità minflok id-Dokument V-Legali/il-liċenzja FLEGT. Ir-rapport dwar in-nuqqas ta' konformità jwaqqaf il-moviment tal-injam u/jew tal-prodotti tal-injam relatati.

6.6.4. F'każ li konsenja tibdel il-konfigurazzjoni qabel toħroġ mill-port ta' esportazzjoni (pereżempju jekk ikun hemm bidla fid-destinazzjoni, fil-volum jew fl-ispeċi kif iddefinit fil-Linji gwida tat-TLAS), l-esportatur għandu jitlob lill-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji tikkanċella l-liċenzja tal-esportazzjoni inizjali u toħroġ liċenzja ġdida/liċenzji ġodda. L-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji għandha tinforma lill-UIL dwar il-liċenzji tal-esportazzjoni kkanċellati kollha.

6.6.5. F'każ ta' użu ħażin jew ta' falsifikazzjoni taċ-ċertifikati ta' legalità u/jew tal-liċenzji tal-esportazzjoni min-naħa ta' operatur, għandha tkun imposta sanzjoni mill-Ministeru għall-Forestrija hekk kif iddefinit fir-regolamenti applikabbli.

6.7. L-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji għandha:

6.7.1. tibgħat kopja ta' Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT jew ta' rapport dwar nuqqas ta' konformità lill-Ministeru għall-Forestrija fi żmien 24 siegħa mill-ħin li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni;

6.7.2. tissottometti rapport komprensiv u rapport sommarju pubbliku li jindikaw l-għadd ta' Dokumenti V-Legali/liċenzji FLEGT maħruġin, kif ukoll l-għadd u t-tip ta' nuqqasijiet ta' konformità misjuba lill-Ministeru għall-Forestrija darba kull tliet xhur u jibagħtu kopja tagħhom lill-Ministeru tal-Kummerċ u lill-Ministeru tal-Industrija.

7.    Monitoraġġ

It-TLAS Indoneżjana tinkludi monitoraġġ mis-soċjetà ċivili (Monitoraġġ Indipendenti). Biex is-sistema ssir ukoll aktar robusta għal FLEGT-FSV, jiżdied komponent ta' Evalwazzjoni Perjodika (EP).

Il-MI jsir mis-soċjetà ċivili biex tkun ivvalutata l-konformità tal-operaturi, tal-LPs, tal-LVs u tal-AL mar-rekwiżiti tat-TLAS Indoneżjana, inklużi l-istandards ta' akkreditazzjoni u l-Linji gwida. Is-soċjetà ċivili hija ddefinita f'dan il-kuntest bħala l-entitajiet legali Indoneżjani, inklużi l-NGOs, il-komunitajiet u ċ-ċittadini individwali Indoneżjani.

L-objettiv tal-EP huwa li tipprovdi assigurazzjoni indipendenti li t-TLAS Indoneżjana qed tiffunzjona kif deskritt, u b'hekk tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-liċenzji FLEGT maħruġin. L-EP tagħmel użu mis-sejbiet u mir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-MI. It-Termini ta' Referenza għall-EP huma stabbiliti fl-Anness VI.

Appendiċi

Kontroll tal-Katina ta' Provvista

Kif deskritt fl-Anness V, tul id-diversi ktajjen tal-provvista, id-dikjarazzjonijiet tal-operaturi u ż-żamma tar-rekords (eż. dokumenti tat-trasport u rapporti ta' karti tal-bilanċ) għandhom jindikaw jekk l-injam jew il-prodotti tal-injam għandhomx iċ-ċertifikazzjoni SVLK, jekk ikunux iddikjarati legali permezz ta' Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornituri (SDoC), jew jekk humiex ġejjin minn sors issekwestrat.

1.   DESKRIZZJONI TAL-KONTROLL OPERAZZJONALI TAL-KATINA TA' PROVVISTA GĦAL INJAM ĠEJ MINN FORESTI LI HUMA PROPRJETÀ TAL-ISTAT.

Kontrolli operazzjonali tal-katina ta' provvista għal foresti li huma proprjetà tal-istat (foresti naturali u pjantaġġuni forestali) huma rregolati minn Regolamenti tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/Menhut-II/2014 u p. 42/Menhut-II/2014 dwar l-amministrazzjoni tal-injam. Dawn jinkludu r-Regolament p. 43/Menhut-II/2014 tal-Ministeru għall-Forestrija dwar l-istandards SVLK, segwit mil-Linji Gwida Tekniċi tad-DĠ għall-Użu u l-Ġestjoni tal-Foresti Nru p. 14/VI-BPPHH/2014 u ċ-ċirkolari tad-DG SE 8/VI-BPPHH/2014 f'Awwissu 2014.

Il-proċeduri u r-regoli kollha għat-teħid ta' deċiżjonijiet relatati mal-verifika, ir-rikonċiljazzjoni tad-data u n-nonkonformità ta' ġestjoni f'kull stadju tal-katina tal-provvista elenkat hawn taħt japplikaw għal kull tip ta' permessi forestali mogħtija lill-foresti li huma proprjetà tal-istat: konċessjonijiet ta' foresti naturali (IUPHHK-HA/HPH), konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali industrijali (IUPHHK-HT/HPHTI), konċessjonijiet għar-restawr tal-ekosistema (IUPHHK-RE), ġestjoni tad-dritt għal pjantaġġuni forestali (Perum Perhutani), konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali komunitarji (IUPHHK-HTR) u konċessjonijiet forestali komunitarji (IUPHHK-HKM), konċessjonijiet tal-foresti tal-irħula (IUPHHK-HD), konċessjonijiet għall-użu ta' injam minn żoni ta' riforestazzjoni (IUPHHK-HTHR) u l-użu ta' injam ġej minn żoni mhux forestali jew foresti ta' produzzjoni konvertibbli (IPK). Dawn il-proċeduri u r-regoli huma deskritti fil-linji gwida tekniċi previsti fir-Regolamenti tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/Menhut-II/2014 u p. 42/Menhut-II/2014 dwar l-amministrazzjoni tal-injam.

L-operaturi kollha li għandhom permess ta' ħsad ta' injam minn konċessjoni ta' foresti naturali għandhom jiddikjaraw id-data tal-produzzjoni kollha tagħhom fis-sistema nazzjonali ta' rintraċċar onlajn f'kull stadju tal-katina tal-provvista mill-konċessjoni forestali sad-depost intermedju taz-zkuk u l-industrija primarja.

1.1.    Sit ta' qtugħ

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 Servej forestali (enumerazzjoni ta' siġar għal konċessjonijiet ta' foresti naturali jew Perum Perhutani) jew inventarju tal-injam (għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali jew biex jiġi propost IPK) mid-detentur tal-permess;

 Tħejjija ta' Rapport dwar Servej Forestali jew Inventarju tal-Injam mid-detentur tal-permess;

 Verifika u approvazzjoni tar-Rapport dwar Servej Forestali jew Inventarju tal-Injam mill-uffiċjal forestali tad-distrett;

 Sottomissjoni ta' Pjan Annwali ta' Ħidma Propost (jew Pjan ta' Ħidma/Bagan Kerja għall-proposta ta' IPK) mid-detentur tal-permess;

 L-approvazzjoni ta' Pjan ta' Ħidma Annwali (jew il-Pjan ta' Ħidma/Bagan Kerja għal IPK) mill-uffiċjal forestali provinċjali;

 Innota li operatur li jkollu ċertifikat SFM validu maħruġ skont is-sistema SVLK jista' japprova lilu nnifsu u joħroġ Pjan ta' Ħidma Annwali. Il-konformità mal-Pjan ta' Ħidma Annwali hija vverifikata mill-KVK meta jwettaq l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza.

 Operazzjonijiet ta' ħsad mid-detentur tal-permess, inkluż ċaqliq ta' zkuk għas-sit tal-ħatt ta' zkuk.

(b) Proċeduri:

 Is-Servejs Forestali (enumerazzjoni ta' siġar) għal konċessjonijiet tal-foresti naturali jsiru mid-detentur tal-permess bl-użu tat-tikketti. Dawn it-tikketti jkunu magħmula minn tliet sezzjonijiet li jinqalgħu, imwaħħlin maz-zkuk li jibqgħu fl-art ta' siġar maħsudin, maz-zkuk maħsuda, u mar-rapport tal-operatur. Kull sezzjoni jkun fiha t-tagħrif meħtieġ għar-rintraċċar tal-injam, inkluż in-numru tas-siġra u fejn tkun tinstab. Inventarju tal-injam għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali jew ta' IPK jitmexxew minn detenturi ta' permess;

 Id-detentur ta' permess iħejji Rapport dwar Servej Forestali jew Rapport dwar Inventarju tal-Injam, li jkun fih tagħrif dwar l-għadd, il-volum stmat, l-identifikazzjoni preliminari ta' speċijiet u l-post fejn ikunu jinsabu s-siġar (jew il-post fejn isir il-ħsad għall-konċessjonijiet tal-pjantaġġuni forestali jew IPK) li jkollhom jinħasdu, u sommarju, bl-użu ta' Formoli uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija;

 Id-detentur tal-permess jibgħat ir-Rapport dwar Servej Forestali jew ir-Rapport dwar l-Inventarju tal-Injam lill-uffiċjal forestali tad-distrett. L-uffiċjal jagħmel verifika kemm iddokumentata kif ukoll fuq il-post tar-Rapport dwar Servej Forestali jew tar-Rapport dwar Inventarju tal-Injam abbażi ta' kampjun. L-uffiċjal japprova r-Rapport jekk id-data kollha ddikjarata taqbel mal-osservazzjonijiet fuq il-post.

 Ir-Rapport dwar Servej Forestali (jew ir-Rapport dwar Inventarju tal-Injam) jipprovdi l-bażi għall-Pjan Annwali ta' Ħidma Propost (jew il-Pjan ta' Ħidma/Bagan Kerja), li jitħejja mid-detentur tal-permess u jintbagħat lill-uffiċjal forestali tad-distrett għal eżami u lill-uffiċjal forestali provinċjali għall-approvazzjoni. L-uffiċjal forestali tad-distrett jagħmel eżami u kontroverifika tal-Pjan Annwali ta' Ħidma Propost (jew il-Pjan ta' Ħidma/Bagan Kerja), mar-Rapport dwar Servej Forestali approvat (jew ir-Rapport dwar Inventarju tal-Injam) u japprova l-pjan ta' ħidma jekk kollox ikun sewwa. Ma tkunx meħtieġa approvazzjoni uffiċjali għal detentur ta' permess li jkun għadda ċertifikazzjoni SFM b'marki tajbin skont kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS. Malli l-Pjan Annwali ta' Ħidma (jew il-Pjan ta' Ħidma/Bagan Kerja) jkun approvat mill-uffiċjal, id-detentur ta' permess jitħalla jibda operazzjonijiet ta' ħsad;

 Matul l-operazzjonijiet ta' ħsad, jintużaw tikketti biex ikun żgurat li z-zokk ikun minn sit ta' qtugħ approvat, kif deskritt hawn fuq. Ma jinħtiġux tikketti għas-siġar imħawla jew is-siġar maħsuda fil-konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali (għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx).

1.2.    Sit ta' Ħatt ta' Zkuk

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 Meta jkun meħtieġ, qtugħ trasversali taz-zkuk mid-detentur ta' permess, u mmarkar ta' zkuk bħal dawn biex tkun żgurata l-konsistenza mar-Rapport dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk. L-immarkar ma jiġix applikat għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx;

 Skalar (kejl) u klassifikazzjoni taz-zkuk mid-detentur ta' permess. Klassifikazzjoni ma tiġix applikata għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali (għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

 Tħejjija ta' lista ta' zkuk mid-detentur tal-permess;

 Sottomissjoni ta' Rapport dwar Produzzjoni ta' Zkuk Propost mid-detentur tal-permess;

 Approvazzjoni tar-Rapport dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk minn naħa tas-superviżur tekniku tal-gvern fuq il-post (Wasganis).

(b) Proċeduri:

 Id-detentur ta' permess jimmarka z-zkuk kollha maqtugħin trasversalment (mhux applikabbli għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

 L-immarkar fiżiku permanenti taz-zkuk jikkonsisti min-numru tal-identità oriġinali tas-siġra u minn marki oħra biex iz-zokk ikun jista' jkollu rabta mas-sit tal-qtugħ approvat (mhux applikabbli għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

 Id-detentur tal-permess jiskala u jikklassifika z-zkuk kollha u jirreġistra t-tagħrif fuq iz-zkuk f'lista ta' zkuk billi juża Formola uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija (il-klassifikazzjoni ma tapplikax għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

 Id-detentur tal-permess taz-zkuk itella' d-data tal-lista taz-zkuk fis-sistema nazzjonali ta' rintraċċar onlajn. Barcodes uniċi maħruġa permezz ta' sistema ta' rintraċċar onlajn għandhom jiġu ttikkettati fuq iz-zkuk u z-zkuk maqtugħa korrispondenti, u ttikkettati fid-dokument tat-trasport irrelatat (applikati biss għal konċessjonijiet ta' foresti naturali);

 Abbażi tal-lista ta' zkuk, id-detentur tal-permess iħejji perjodikament Rapporti dwar Produzzjoni ta' Zkuk u rapport sommarju rrelatat billi juża Formoli uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija;

 Id-detentur ta' permess jissottometti perjodikament ir-Rapport dwar Produzzjoni ta' Zkuk u s-sommarji relatati lill-Wasganis għall-approvazzjoni;

 Il-Wasganis jagħmel verifika fiżika abbażi ta' kampjun tar-rapporti. Ir-riżultat tal-verifika fiżika jinġabar fil-qosor f'lista ta' verifika ta' zkuk billi tintuża Formola uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija;

 Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika fiżika abbażi ta' kampjun, il-Wasganis japprova r-Rapporti dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk; Fil-każ li jinqabżu t-48 siegħa minn meta jkun ġie sottomess ir-rapport, il-persunal maħtur tal-kumpanija teknika (Ganis) tad-detentur tal-permess jista' japprova lilu nnifsu u joħroġ ir-Rapporti ta' Produzzjoni taz-Zkuk fuq ir-responsabbiltà tiegħu (dan ma japplikax għall-IPK);

 Malli z-zkuk ikunu ġew ivverifikati mill-Wasganis huma għandhom jintrefgħu f'munzelli separati minn zkuk oħra mhux ivverifikati;

 Ir-Rapport dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk jintuża biex ikun ikkalkulat il-pagament tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u għall-Fond tar-Riforestazzjoni (skont kif applikabbli);

 Id-detentur ta' permess jissottometti ta' kull xahar ir-Rapporti dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk approvati u s-sommarji relatati lill-uffiċċju forestali distrettwali.

(c) Rikonċiljazzjoni tad-data:

Għal konċessjonijiet ta' foresti naturali jew konċessjonijiet għar-restawr tal-ekosistema jew konċessjonijiet forestali komunitarji jew konċessjonijiet forestali tal-villaġġ jew IPK;

L-uffiċjal forestali tad-distrett jivverifika l-għadd ta' zkuk, it-tikketti u l-volum totali kumulattiv ta' zkuk estratti u ddikjarati fir-Rapport dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk mal-kwota approvata fil-Pjan Annwali ta' Ħidma. It-tikketti ma japplikawx għall-IPK.

Għal konċessjonijiet forestali ta' pjantaġġuni industrijali jew Perum Perhutani jew konċessjonijiet għal pjantaġġuni forestali komunitarji jew konċessjonijiet għall-użu ta' injam minn żoni ta' riforestazzjoni:

L-uffiċjal forestali tad-distrett jivverifika l-volum totali kumulattiv taz-zkuk estratti u ddikjarati fir-Rapport dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk mal-kwota approvata fil-Pjan Annwali ta' Ħidma.

Matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVKs jivverifikaw ukoll ir-Rapporti dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk. Il-KVKs jorganizzaw ukoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali tad-distrett jinforma lill-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur, u viċi versa.

1.3.    Depost taz-Zkuk

Iz-zkuk jinġarru mis-sit tal-ħatt taz-zkuk għad-deposti taz-zkuk u wara jew jinġarru direttament għal mitħna tal-ipproċessar jew għal depost intermedju ta' zkuk jew għal ċentru tal-injam irreġistrat.

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 F'każ li Rapport dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk ikun għadu ma ġiex approvat fuq is-Sit tal-Ħatt taz-Zkuk: Tħejjija ta' lista ta' zkuk mid-detentur tal-permess Sottomissjoni ta' Rapport dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk Propost mid-detentur tal-permess; Approvazzjoni tar-Rapport dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk mill-Wasganis.

 Fatturi mill-uffiċċju forestali distrettwali u ħlas tal-ammont rilevanti għad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u għall-Fond tar-Riforestazzjoni mid-detentur ta' permess abbażi tar-Rapporti tal-Produzzjoni taz-Zkuk approvati;

 Il-ħruġ ta' Dokument tat-Trasport taz-Zkuk mill-Ganis, li miegħu tkun mehmuża lista ta' zkuk;

 Tħejjija ta' Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk mid-detentur tal-permess.

(b) Proċeduri:

 Jekk tintuża s-sistema nazzjonali ta' rintraċċar taz-zkuk onlajn, id-detentur ta' permess jista' jissottometti r-Rapporti dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk u r-rapport sommarju relatat lill-Wasganis għall-approvazzjoni; il-Wasganis iwettaq verifika fiżika abbażi ta' kampjun tar-rapporti, jekk ma jkunux diġà approvati fuq is-sit tal-ħatt taz-zkuk. Ir-riżultat tal-ispezzjoni fuq il-post jinġabar fil-qosor f'lista ta' verifika ta' zkuk billi tintuża formola uffiċjali stabbilita mill-Ministeru għall-Forestrija; suġġett għal riżultat pożittiv tal-inspezzjoni fuq il-post, l-uffiċjal japprova r-rapporti; F'każ li jinqabżu 48 siegħa wara s-sottomissjoni tar-Rapport dwar Produzzjoni ta' Zkuk u rapport sommarju relatat, il-Ganis japprova huwa stess ir-rapporti fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess (dan ma japplikax għal IPK);

 Id-detentur tal-permess jissottometti talba biex iħallas it-tariffi rilevanti lill-uffiċjal forestali tad-distrett responsabbli mill-kontijiet, abbażi tal-lista taz-zkuk, li tkun mehmuża mat-talba;

 Abbażi tat-talba msemmija hawn fuq, l-uffiċjal forestali tad-distrett joħroġ fattura jew fatturi għall-ħlas mid-detentur tal-permess;

 F'każ li jinqabżu 48 siegħa wara s-sottomissjoni tat-talba, id-detentur tal-permess jista' joħroġ il-fattura jew fatturi relatati li jinvolvu r-responsabbiltà tiegħu stess;

 Id-detentur tal-permess iħallas l-ammont stabbilit fid-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u/jew fil-Fattura/i tal-Fond għal Riforestazzjoni u/jew il-valur tal-injam wieqaf u l-uffiċjal forestali tad-distrett joħroġ irċevuta jew irċevuti għal dan il-pagament. Il-valur tal-injam wieqaf applikat biss għal HTHR jew IPK;

 Id-detentur tal-permess jissottometti talba għall-ħruġ ta' Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk, akkumpanjata bl-irċevuta tal-ħlas, il-lista ta' zkuk, u r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk;

 Il-Ganis joħroġ id-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk li jakkumpanjaw il-lista taz-zkuk;

 Id-detentur tal-permess iħejji/jaġġorna r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk biex jirreġistra l-kwantità ta' zkuk dieħla, maħżuna u ħierġa fid-depost taz-zkuk.

 Id-detentur tal-permess jibgħat ir-Rapport dwar Servej Forestali lill-uffiċjal forestali tad-distrett.

(c) Rikonċiljazzjoni ta' data:

L-uffiċjal forestali tad-distrett jeżamina r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk billi jqabbel id-dħul, il-ħruġ u l-ħżin taz-zkuk fid-depost taz-zkuk, abbażi tar-Rapport dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk u Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk rilevanti. Meta jkun hemm bżonn, l-uffiċjal forestali tad-distrett iwettaq ukoll spezzjonijiet fuq il-post biex jivvaluta l-konsistenza bejn iz-zkuk stokkjati, ir-rapport dwar il-karti tal-bilanċ u d-dokumenti ta' trasport rilevanti. Matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVKs jivverifikaw ukoll ir-Rapporti dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk. Il-KVKs jorganizzaw ukoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali tad-distrett jinforma lill-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur, u viċi versa.

1.4.    Depost Intermedju ta' Zkuk

Id-deposti intermedji ta' zkuk jintużaw jekk iz-zkuk ma jinġarrux miż-żona ta' konċessjoni direttament għad-depost tal-mitħna. Id-deposti intermedji taz-zkuk jintużaw l-aktar għal ġarr ta' zkuk bejn gżejjer jew jekk il-modalità tal-ġarr tinbidel.

Il-permess għat-twaqqif ta' depost intermedju ta' zkuk li jinsab fil-foresti tal-istat jingħata mill-uffiċjal forestali tad-distrett abbażi ta' proposta mibgħuta mid-detentur tal-permess. Permess għal depost intermedju ta' zkuk ikun validu għal tliet snin, iżda jista' jiġi estiż wara li jkun eżaminat u approvat mill-uffiċjal tal-forestrija. L-istabbiliment ta' depost intermedju ta' zkuk li jinsab barra l-foresti statali, ma jeħtieġ l-ebda permess speċifiku u huwa ddeterminat mid-detentur tal-permess.

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 Terminazzjoni tal-validità tad-Dokument ta' Trasport ta' Zkuk għal injam minn foresti naturali minn uffiċjal forestali tad-distrett;

 Fil-każ li jinqabżu 48 siegħa wara l-preżentazzjoni ta' Dokument ta' Trasport taz-Zkuk, it-terminazzjoni ta' validità tiegħu jista' jsir minn Ganis.

 Barra minn hekk, it-terminazzjoni tal-validità tad-Dokument ta' Trasport ta' Zkuk jista' jsir mill-Ganis biss fil-każ ta':

 

(i) operatur li juża injam minn foresti naturali li jiddikjara l-produzzjoni tiegħu permezz tas-sistema ta' rintraċċar taz-zkuk onlajn, jew

(ii) operatur li juża l-injam mill-pjantaġġuni (applikabbli biss għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

 Tħejjija ta' Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Zkuk mid-detentur ta' permess;

 Tħejjija ta' lista ta' zkuk mill-Ganis;

 Il-Ganis ilesti d-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

(b) Proċeduri:

 Il-Wasganis fiżikament jivverifika l-għadd, l-ispeċijiet u l-qisien taz-zkuk deħlin billi jgħoddhom (ċensiment) jew abbażi ta' kampjun jekk l-għadd ta' zkuk jaqbeż il-mija (100);

 Fil-każ li jinqabżu 48 siegħa wara li jkun ġie ppreżentat id-Dokument ta' Trasport taz-Zkuk, din il-verifika tista' titwettaq mill-Ganis.

 Il-Ganis jista' wkoll iwettaq din il-verifika fil-każ ta':

 

(i) operatur li juża injam minn foresti naturali li jiddikjara l-produzzjoni tiegħu permezz tas-sistema ta' rintraċċar taz-zkuk onlajn, jew

(ii) operatur li juża l-injam minn pjantaġġuni forestali (applikabbli biss għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

 Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, il-Wasganis jittermina l-validità tad-Dokument ta' Trasport ta' Zkuk għaz-zkuk deħlin u jirreġistra z-zkuk fir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk;

 Id-detentur ta' permess iħejji Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk bħala mezz ta' kontroll ta' zkuk deħlin u ħerġin fid-depost intermedju taz-zkuk;

 Għaz-zkuk li jkunu qed jinħarġu, il-Ganis iħejji lista ta' zkuk, li tkun relatata mad-Dokumenti ta' Trasport taz-Zkuk preċedenti;

 Id-Dokument ta' Trasport taz-Zkuk għaċ-ċaqliq taz-zkuk mid-depost intermedju taz-zkuk jitlesta mill-Ganis;

 Id-detentur ta' permess jaġġorna r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk, li jirreġistra d-dħul, il-ħruġ u l-ħżin taz-zkuk fid-depost intermedju taz-zkuk, abbażi tad-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk rilevanti;

 Id-detentur tal-permess jibgħat ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk lill-uffiċjal forestali tad-distrett.

(c) Rikonċiljazzjoni ta' data:

L-uffiċjal forestali tad-distrett jeżamina r-rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk biex jivvaluta l-konsistenza bejn iz-zkuk li jkunu nġarru mid-depost taz-zkuk u z-zkuk li jidħlu fid-depost intermedju taz-zkuk. Meta jkun hemm bżonn, l-uffiċjal forestali tad-distrett iwettaq ukoll spezzjonijiet fuq il-post biex jivvaluta l-konsistenza bejn zkuk stokkjati, ir-rapport dwar il-karti tal-bilanċ u d-dokumenti tat-trasport rilevanti.

Matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVKs jivverifikaw ukoll ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk. Il-KVKs jorganizzaw ukoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KONTROLL OPERAZZJONALI TA' KATINI TA' PROVVISTA TA' INJAM MINN FORESTI/ARTIJIET TA' PROPRJETÀ PRIVATA

Operazzjonijiet ta' ħsad ta' injam f'foresti/artijiet ta' proprjetà privata huma rregolati mir-Regolament p. 30/Menhut-II/2012 tal-Ministeru tal-Forestrija (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-Regolament).

M'hemmx rekwiżiti legali għas-sidien privati ta' foresti/artijiet biex iwaħħlu tikketti jew marki ta' identità fuq siġar li jkunu ddaħħlu f'inventarju għall-ħsad. Id-deposti ta' zkuk u d-deposti intermedji taz-zkuk ġeneralment ma jintużawx għal injam maħsud minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata.

Proċeduri ta' kontroll għal injam minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata jkunu differenti bejn dawk għal zkuk miksubin minn siġar li kienu fis-sit meta t-titolu għall-art kien inkiseb u dawk għal zkuk miksubin minn siġar li jkunu ġew stabbiliti minn meta t-titolu kien inkiseb. Jiddependu wkoll mill-ispeċijiet tas-siġar maħsuda. Il-ħlas tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti, għall-Fond tar-Riforestazzjoni u l-ħlas għal injam wieqaf japplika għal zkuk minn siġar li jkunu diġà mħawla fis-sit meta t-titolu għall-art ikun ingħata; iżda ma japplikax għal zkuk minn siġar imħawla wara l-għoti tat-titolu għall-art.

Fil-każ ta' ħlas għall-zkuk maħsuda minn siġar imħawla wara l-għoti tat-titolu għall-art, hemm żewġ xenarji:

 għal speċijiet elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (bħal pereżempju is-siġar tal-gomma, is-siġar tas-sengon, u s-siġar tal-frott), is-sid iħejji fattura skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija, li jservi bħala d-Dokument tat-Trasport.

 għal speċijiet oħra, (bħas-siġar tat-Tik, is-siġar tal-Kewba, u s-siġar tal-Arżnu), il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur u mħarreġ joħroġ id-Dokument tat-Trasport.

Fil-każ ta' zkuk maqtugħa minn siġar li jkun hemm f'sit qabel l-għoti tat-titolu għall-art, l-uffiċjal forestali tad-distrett joħroġ id-dokument ta' Trasport. Injam bħal dan jeħtieġ li jkollu ċ-ċertifikazzjoni SVLK.

2.1.    Sit tal-Qtugħ/tal-Ħatt taz-Zkuk

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 Għarfien tad-dritt għall-proprjetà;

 Meta jkun meħtieġ, qtugħ trasversali;

 Skalar (kejl);

 Tħejjija ta' lista ta' zkuk;

 Fatturi mill-uffiċjal forestali tad-distrett u ħlas tal-ammont f'fattura mis-sid tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u/jew għall-Fond tar-Riforestazzjoni

 Ħruġ jew tħejjija tad-dokument ta' trasport;

 Ħruġ jew tħejjija ta' Dikjarazzjoni tal-Konformità mill-Fornitur (SDoC), sakemm l-operatur ikun involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK.

(b) Proċeduri:

 Is-sid tal-foresta/art privata jitlob għarfien tad-dritt għall-proprjetà tiegħu;

 Malli d-dritt għall-proprjetà ta' foresta/art jingħata għarfien mill-Istat (Aġenzija Nazzjonali tal-Artijiet), is-sid iħejji lista ta' zkuk wara li jitkejlu z-zkuk;

Fil-każ ta' zkuk maqtugħa minn siġar li jkun hemm f'sit qabel l-għoti tat-titolu għall-art:

 Is-sid jissottometti lista ta' zkuk u talba għall-ħlas tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti, tal-Fond ta' Riforestazzjoni u l-ħlas tal-injam wieqaf lill-uffiċjal forestali tad-distrett;

 L-uffiċjal jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (qisien, identifikazzjoni ta' speċijiet u għadd ta' zkuk);

 Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-eżamijiet tad-dokumenti u tal-verifika fiżika, l-uffiċjal forestali tad-distrett joħroġ Fattura tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u tal-Fond ta' Riforestazzjoni biex titħallas mis-sid;

 Is-sid tal-art jissottometti l-irċevuta tal-ħlas ta' Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u tal-Fond ta' Riforestazzjoni lill-uffiċjal forestali tad-distrett, flimkien ma' talba għall-ħruġ ta' Dokument tat-Trasport taz-Zkuk;

 L-uffiċjal forestali tad-distrett jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (qisien, identifikazzjoni ta' speċijiet u għadd ta' zkuk);

 Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, uffiċjal forestali tad-distrett joħroġ id-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk.

Fil-każ ta' zkuk maħsuda minn siġar imħawla wara l-għoti tat-titolu għall-art:

Speċijiet elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament:

 Is-sid iħejji lista ta' zkuk u jidentifika l-ispeċijiet;

 Is-sid iħejji lista ta' zkuk;

 Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, is-sid iħejji fattura skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija, li jservi wkoll bħala d-dokument ta' trasport.

Speċijiet oħra mhux elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament:

 Is-sid iħejji lista ta' zkuk u jidentifika l-ispeċijiet;

 Is-sid iħejji lista ta' zkuk;

 is-sid jissottometti l-lista ta' zkuk u talba għal ħruġ ta' Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk lill-kap tar-raħal jew lill-uffiċjal maħtur;

 Il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (identifikazzjoni ta' speċijiet, għadd ta' zkuk, marki/numru fuq full zokk, post tal-ħasda);

 Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur joħroġ id-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

Għall-injam kollu maħsud minn siġar imħawwla, jekk ma jkollux iċ-ċertifikazzjoni SVLK, is-sid joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

(c) Rikonċiljazzjoni tad-data:

Il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur mill-uffiċjal forestali tad-distrett, jew l-uffiċjal forestali tad-distrett (f'każ ta' injam minn siġar imkabbra b'mod naturali) jqabbel il-volum ta' zkuk maħsuda mal-lista taz-zkuk.

F'każ li l-operatur ikun involva ruħu fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, il-KVK jeżamina wkoll il-konsistenza bejn il-volum ta' zkuk maħsuda u l-lista taz-zkuk matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza. Il-KVK jorganizza wkoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ.

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur jew l-uffiċjal forestali tad-distrett (f'każ ta' injam minn siġar imkabbra b'mod naturali) jinforma l-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

3.   DESKRIZZJONI TAL-KONTROLL OPERAZZJONALI TA' KATINI TA' PROVVISTA TA' INJAM GĦAĊ-ĊENTRI TAL-INJAM U GĦALL-INDUSTRIJA.

Ċentri ta' Injam u ta' Injam Ipproċessat irreġistrati jirrappreżentaw atturi speċifiċi fi ħdan il-katina tal-provvista. Filwaqt li jaġixxu bħala negozjanti, dawn l-operaturi, jixtru l-istokk u jbiegħu l-injam u l-prodotti tal-injam lill-operaturi oħra mingħajr ma jkunu involuti fl-attivitajiet ta' produzzjoni jew ta' pproċessar.

Hemm tliet tipi differenti ta' permessi għal ċentri rreġistrati ta' injam u injam ipproċessat:

 Iċ-ċentri tal-injam li jużaw esklussivament injam (iz-zkuk) li joriġinaw minn foresti tal-istat u/jew importazzjonijiet (TPT-KB);

 Iċ-ċentri tal-injam li jużaw esklussivament l-injam u/jew l-injam ipproċessat li joriġina minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata (TPT);

 Iċ-ċentri tal-injam li jużaw esklussivament injam ipproċessat li joriġina minn foresti tal-istat u/jew importazzjonijiet (TPT-KO).

3.1.    Ċentru tal-Injam Irreġistrat għal injam minn foresti tal-Istat u injam Importat (TPT-KB)

Ċentri tal-Injam Irreġistrati għal injam minn foresti tal-Istat u injam importat (TPT-KB) jintużaw jekk iz-zkuk ma jinġarrux direttament lejn id-depost tal-mitħna, miż-żona ta' konċessjoni u/jew deposti intermedji ta' zkuk u/jew TPT-KB oħrajn jew fil-każ ta' injam importat (zkuk).

Il-permess għat-twaqqif ta' TBT-KB jingħata mill-uffiċjal tal-forestrija abbażi ta' proposta mibgħuta mid-detentur ta' permess. Permess għal TBT-KB ikun validu għal tliet snin, iżda jista' jiġi estiż wara li jkun eżaminat u approvat mill-uffiċjal tal-forestrija.

L-operaturi TBT-KB jistgħu jużaw SDoC biss jekk huma jużaw esklussivament injam impurtat u/jew injam Perum Perhutani biċ-ċertifikazzjoni SVLK. Jekk wieħed biss mis-sorsi tal-injam tagħhom fih injam minn foresti tal-istat (ħlief l-injam iċċertifikat Perum Perhutani), dawn għandhom ikollhom iċ-ċertifikazzjoni SVLK.

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 Il-Wasganis jittermina l-validità tad-Dokument ta' Trasport taz-Zkuk għaz-zkuk deħlin;

 Tħejjija tar-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Zkuk mid-detentur tal-permess;

 Preparazzjoni ta' lista ta' zkuk mid-detentur ta' permess jew Ganis għaz-zkuk li jkunu qed jinħarġu;

 Id-detentur tal-permess jew il-Ganis ilesti d-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk għaz-zkuk li jkunu qed jinħarġu skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

 Ħruġ jew tħejjija tal-SDoC (fil-każ li jkun qed jintuża biss injam importat u/jew injam iċċertifikat Perum Perhutani u l-operatur ma jkollux iċ-ċertifikazzjoni SVLK)

(b) Proċeduri:

 Il-Wasganis jittermina l-validità tad-Dokument ta' Trasport taz-Zkuk għaz-zkuk deħlin.

 Il-Wasganis fiżikament jivverifika l-għadd, l-ispeċijiet u l-qisien taz-zkuk deħlin billi jgħoddhom kollha (ċensiment) jew abbażi ta' kampjun jekk l-għadd ta' zkuk jaqbeż il-mija (100);

 Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, id-detentur tal-permess jirreġistra l-injam fir-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk;

 Id-detentur ta' permess iħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk bħala mezz ta' kontroll taz-zkuk deħlin u ħerġin fiċ-ċentru taz-zkuk irreġistrat;

 Għaz-zkuk li jkunu ħerġin, id-detentur ta' permess jew il-Ganis iħejji lista ta' zkuk, li tkun relatata mad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk preċedenti;

 Id-Dokument tat-Trasport taz-Zkuk għaz-zkuk li jkunu ħerġin jitlesta mid-detentur tal-permess jew il-Ganis.

 Jekk ma jkollux iċ-ċertifikazzjoni SVLK u qed juża esklussivament injam impurtat u/jew injam ċċertifikat Perum Perhutani, id-detentur tal-permess joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

 Id-detentur ta' permess jaġġorna r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk, li jirreġistra d-dħul, il-ħruġ u l-ħżin taz-zkuk fid-depost irreġistrat taz-zkuk, abbażi tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk rilevanti.

 Id-detentur tal-permess jibgħat ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk lill-uffiċjal forestali tad-distrett.

(c) Rikonċiljazzjoni ta' data:

L-uffiċjal forestali tad-distrett jeżamina r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Zkuk u l-konsistenza bejn iz-zkuk li jkunu nġarru mid-depost taz-zkuk jew mid-depost intermedju taz-zkuk u z-zkuk li jidħlu fiċ-ċentru tal-injam irreġistrat billi jitqabbel id-dokument ta' trasport taz-zkuk u l-lista taz-zkuk deħlin. Meta jkun meħtieġ, l-uffiċjal forestali tad-distrett jagħmel spezzjonijiet fuq il-post.

Fil-każ li detentur tal-permess ikun involva ruħu fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVK jivverifika wkoll ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk. Il-KVK jorganizza wkoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali tad-distrett jinforma lill-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

3.2.    Ċentru Rreġistrat ta' Injam u/jew Injam Ipproċessat ta' injam li joriġina minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata (TPT)

Ċentri Rreġistrati ta' Injam u/jew Injam Ipproċessat għal injam minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata (TPTS) jintużaw jekk zkuk u/jew injam ipproċessat ma jiġux ittrasportati direttament għad-depost tal-mitħna, minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata u/jew TPT oħrajn.

Il-permess għat-twaqqif ta' TPT jingħata mill-uffiċjal tal-forestrija abbażi ta' proposta mibgħuta mid-detentur ta' permess. Permess TPT jiġi rrevedut u approvat mill-uffiċjal tal-forestrija.

Operaturi li jħaddmu TPTs jistgħu jużaw SDoC biss jekk dawn ma jkunux involuti fiċ-ċertifikazzjoni SVLK.

Operaturi li jmexxu TPTs għandhom jużaw esklussivament injam u/jew injam ipproċessat minn siġar imħawla f'foresti/artijiet ta' proprjetà privata.

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 Id-detentur tal-permess jivverifika l-validità tad-Dokument tat-Trasport tal-Injam u/jew tal-Injam Ipproċessat;

 Tħejjija ta' Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u jew tal-Injam Ipproċessat mid-detentur tal-permess;

 Id-detentur tal-permess iħejji l-lista taz-zkuk u/jew tal-injam ipproċessat;

 Id-detentur tal-permess ilesti d-Dokument tat-Trasport taz-Zkuk u/jew tal-injam ipproċessat.

 Ħruġ jew tħejjija tal-SDoC (fil-każ ta' operatur li ma jkunx involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK)

(b) Proċeduri:

 Id-detentur tal-permess jiċċekkja l-validità tad-Dokument tat-Trasport taz-Zkuk/Injam Ipproċessat li jkunu deħlin;

 Id-detentur tal-permess iħejji Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u/jew tal-Injam Ipproċessat bħala mezz ta' kontroll taz-zkuk u/jew tal-injam ipproċessat deħlin u ħerġin;

 Għaz-zkuk li jkunu ħerġin, id-detentur ta' permess iħejji lista ta' zkuk u/jew ta' injam ipproċessat, li tista' jkollha x'taqsam mad-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk u/jew Injam Importat preċedenti;

 Id-Dokument tat-Trasport taz-Zkuk u/jew tal-Injam Ipproċessat jitlesta mid-detentur tal-permess;

 Jekk ma jkunx involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, id-detentur tal-permess joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

 Id-detentur tal-permess jaġġorna r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u/jew tal-Injam Ipproċessat, li jirreġistra d-dħul, il-ħruġ u l-ħżin taz-zkuk u/jew l-injam ipproċessat fiċ-Ċentri rreġistrati, abbażi tad-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk u/jew Injam Ipproċessat rilevanti.

 Id-detentur ta' permess ta' kull xahar jibgħat ir-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u/jew tal-Injam Ipproċessat lill-uffiċċju forestali distrettwali.

(c) Rikonċiljazzjoni ta' data:

L-uffiċjal forestali tad-distrett jeżamina r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk jew tal-Injam Ipproċessat u l-konsistenza bejn iz-zkuk u/jew l-injam ipproċessat ittrasportat minn foresti ta' proprjetà privata jew TPTs oħra u z-zkuk u/jew l-injam ipproċessat li jkun dieħel fit-TPT billi jqabbel id-Dokument tat-Trasport tal-Injam Ipproċessat u l-lista ta' zkuk u/jew il-lista ta' injam ipproċessat taz-zkuk u/jew l-injam ipproċessat li jkun dieħel. L-uffiċjal forestali tad-distrett jagħmel spezzjonijiet fuq il-post meta jkun meħtieġ.

Jekk id-detentur tal-permess ikun involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVKs jivverifikaw ukoll ir-Rapporti tal-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u/jew tal-Injam Ipproċessat. Il-KVKs jorganizzaw ukoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali tad-distrett jinforma lill-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

3.3.    Industrija Primarja/Integrata

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 Tħejjija ta' Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk mill-mitħna tal-ipproċessar;

 Terminazzjoni tal-validità ta' Dokument ta' Trasport ta' Zkuk minn uffiċjal forestali tad-distrett;

 Verifika fiżika ta' zkuk mill-uffiċjal forestali tad-distrett;

 F'każ li l-operatur juża sistema ta' rintraċċar onlajn, l-informazzjoni hija rreġistrata bl-użu ta' qarrej tal-barcodes u tittella' fis-sistema;

 Tħejjija ta' Materja Prima u Karta tat-Talja ta' Prodotti mill-operatur tal-mitħna;

 Tħejjija ta' Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Injam Ipproċessat mill-operatur tal-mitħna;

 L-operatur tal-mitħna ilesti d-Dokument ta' Trasport ta' Prodotti tal-Injam skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

 Tħejjija ta' rapport dwar il-bejgħ tal-mitħna;

 Ħruġ jew tħejjija tal-SdoC (f'każ li l-operatur juża esklussivament injam li joriġina minn foresti/artijiet ta' sidien privati u li mhumiex involuti fiċ-ċertifikazzjoni SVLK).

(b) Proċeduri:

 L-operatur tal-mitħna jħejji abbozz ta' Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk bħala mezz biex ikun irreġistrat il-fluss ta' zkuk li jkun wasal fil-mitħna (depost tal-mitħna) u z-zkuk li jidħlu fil-mitħna (linji ta' produzzjoni);

 L-operatur tal-mitħna jissottometti kopji tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk li jkunu jaqblu ma' kull lott ta' zkuk li jkun wasal fil-mitħna lill-uffiċjal forestali tad-distrett;

 L-uffiċjal forestali tad-distrett jittermina l-validità tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk;

 F'każ li l-operatur juża sistema ta' rintraċċar ta' zkuk onlajn uffiċjali, id-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk jintemmu mill-persunal tekniku rreġistrat.

 L-uffiċjal forestali tad-distrett jivverifika l-informazzjoni fid-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk billi jqabbel mal-prodotti fiżiċi. Dan jista' jsir abbażi ta' kampjun jekk ikun hemm aktar minn 100 zokk;

 L-uffiċjal forestali tad-distrett jivverifika l-informazzjoni li tinsab fir-Rapporti dwar Karti tal-Bilanċ ta' Zkuk;

 Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, l-injam jiġi rreġistrat fid-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk;

 L-uffiċjal forestali tad-distrett jiffajlja kopji tad-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk u jħejji Lista Sommarja tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk, skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

 Kopji tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk li l-validità tagħhom tkun ġiet itterminata minn uffiċjal jgħaddu għal għand il-kumpanija biex jiġu ffajljati;

 Ġabra fil-qosor tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk tintbagħat lill-uffiċċju forestali tad-distrett fl-aħħar ta' kull xahar;

 L-operatur tal-mitħna jħejji karta tat-talja tal-materja prima u karta tat-talja għall-prodott skont il-linja ta' produzzjoni bħala mezz ta' kontroll tad-dħul ta' zkuk u l-ħruġ tal-prodotti tal-injam u biex tiġi kkalkulata r-rata ta' rkupru;

 L-operatur tal-mitħna jħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat bħala mezz biex ikunu rrapportati l-flussi ta' prodotti tal-injam li jidħlu fil-mitħna u joħorġu minnha, kif ukoll stokkijiet;

 L-operatur tal-mitħna li jħejji rapporti dwar il-bejgħ tal-mitħna għar-rekords tiegħu;

 Jekk juża esklussivament injam li joriġina minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata u li mhuwiex involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, id-detentur tal-permess joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

 Ta' kull xahar, id-detentur tal-permess jissottometti r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Zkuk, u r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk Ipproċessat lill-uffiċċju forestali.

(c) Rikonċiljazzjoni ta' data:

L-uffiċjal forestali jeżamina r-Rapporti dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u taz-Zkuk Ipproċessat billi jqabbel id-dħul, il-ħruġ u l-ħżin taz-zkuk abbażi ta' Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk.

Il-Karta tat-Talja tal-Produzzjoni tintuża għar-rikonċiljazzjoni ta' volum ta' dħul u ħruġ ta' linji ta' produzzjoni u r-rata ta' rkupru titqabbel mar-rata medja ppubblikata.

Jekk id-detentur tal-permess ikun involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza l-KVK jivverifika wkoll ir-Rapporti tal-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u tal-Injam Ipproċessat. Il-KVK jorganizza wkoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali jinforma l-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

3.4.    Ċentri Rreġistrati ta' Injam Ipproċessat għal injam li ġej minn Foresta tal-Istat u/jew Importazzjonijiet (TPT-KO)

Ċentri Rreġistrati ta' Injam Ipproċessat għal injam li ġej minn Foresti tal-Istat u/jew Importazzjonijiet (TPT-KOs) huma ċentri ta' injam ipproċessat li jirċievu injam ipproċessat minn unitajiet tal-ipproċessar primarju, u/jew minn TPT-KOs oħra, u/jew injam ipproċessat importat. Prodotti tal-injam minn TPT-KOs jinbiegħu lil unitajiet oħra ta' pproċessar sekondarju, TPT-KOs oħra, industriji ta' affarijiet domestiċi, esportaturi reġistrati, u/jew utenti aħħarin.

Il-permess għat-twaqqif ta' TBT-KO jingħata mill-uffiċjal forestali tad-distrett abbażi ta' proposta mibgħuta mid-detentur ta' permess. Permess għal TPT-KO ikun validu għal tliet snin, iżda jista' jiġi estiż wara li jkun eżaminat u approvat mill-uffiċjal forestali tad-distrett.

L-operaturi tat-TPT-KOs jistgħu jużaw SDoC biss jekk jużaw esklussivament prodotti tal-injam li joriġinaw minn injam ipproċessat importat. Jekk wieħed biss mill-prodotti ta' injam ipproċessat tagħhom ikun fih injam ipproċessat li joriġina minn foresti naturali, dawn għandhom ikollhom ċertifikazzjoni SVLK.

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 Terminazzjoni tal-validità tad-Dokument ta' Trasport ta' Prodotti tal-Injam mill-Ganis;

 Tħejjija ta' Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Injam Ipproċessat mid-detentur tal-permess;

 Tħejjija ta' lista ta' injam ipproċessat mid-detentur tal-permess;

 Id-detentur ta' permess ilesti d-Dokumenti ta' Trasport tal-Prodott tal-Injam billi jimla l-formola/uża l-mudell skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

 Ħruġ jew tħejjija tal-SDoC (fil-każ ta' injam ipproċessat esklussivament minn injam importat u l-operatur ma jkunx involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK).

(b) Proċeduri:

 Il-Ganis jittermina l-validità tad-Dokumenti ta' Trasport ta' Prodotti tal-Injam għall-injam ipproċessat li jkun dieħel.

 Id-detentur tal-permess iħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat bħala mezz ta' kontroll ta' injam ipproċessat li jidħol u joħroġ fmiċ-Ċentri Rreġistrati tal-Injam Ipproċessat;

 Għaz-zkuk li jkunu ħerġin, id-detentur ta' permess iħejji lista ta' injam, li tkun relatata mad-Dokumenti ta' Trasport ta' Prodotti tal-Injam preċedenti;

 Id-detentur ta' permess ilesti d-Dokumenti ta' Trasport tal-Prodotti tal-Injam

 Jekk ma jkollux ċertifikazzjoni SVLK u qed juża b'mod esklussiv injam importat ipproċessat, id-detentur tal-permess joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

 Id-detentur tal-permess jaġġorna r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat, li jirreġistra d-dħul, il-ħruġ u l-ħżin ta' prodotti tal-injam fiċ-Ċentri tal-Injam Ipproċessat, abbażi tad-Dokumenti ta' Trasport ta' Prodotti tal-Injam rilevanti u dokumenti ta' importazzjoni.

(c) Rikonċiljazzjoni ta' data:

Il-Ganis jivverifika r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat u l-konsistenza bejn l-injam ipproċessat u Dokumenti tat-Trasport tal-Prodotti tal-Injam irrelatati u dokumenti ta' importazzjoni.

Meta jkun meħtieġ, l-uffiċjal forestali tad-distrett jagħmel spezzjonijiet fuq il-post.

F'każ li d-detentur tal-permess ikun involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVK jivverifika wkoll ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat. Il-KVK jorganizza spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali tad-distrett jinforma lill-KVK responsabbli li jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

3.5.    Industrija Sekondarja

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 Tħejjija ta' Rapporti ta' Karti tal-Bilanċ ta' Injam Ipproċessat (prodotti nofshom ipproċessati) u ta' Prodotti Pproċessati mill-operatur tal-fabbrika;

 Tħejjija ta' fatturi mill-operatur tal-fabbrika, billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija, li jservu wkoll bħala dokumenti ta' trasport għal prodotti pproċessati tal-injam;

 L-operatur tal-fabbrika jħejji Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat;

 Il-kumpanija jew l-operatur tal-fabbrika jħejju Rapport dwar il-Bejgħ.

 Ħruġ jew tħejjija tal-SDoC (f'każ li l-operatur juża esklussivament injam li joriġina minn foresti/artijiet ta' sidien privati u li mhumiex involuti fiċ-ċertifikazzjoni SVLK).

(b) Proċeduri:

 Il-fabbrika tiffajlja d-Dokumenti ta' Trasport ta' Injam Ipproċessat (għal materjal li jkun dieħel) u tħejji ġabra fil-qosor ta' dawn id-dokumenti;

 L-operatur tal-fabbrika juża l-Karta tat-Talja tal-Injam Ipproċessat u tal-Prodotti Pproċessati skont linja ta' produzzjoni bħala mezz għal rapportar dwar flussi ta' materjali fil-fabbrika u l-ħruġ ta' prodotti u biex tkun ikkalkulata r-rata ta' rkupru ta' materja prima;

 L-operatur tal-fabbrika iħejji Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat bħala mezz biex ikunu eżaminati l-flussi tal-materjali fil-mitħna, il-ħruġ tal-prodotti tal-injam u l-istokkijiet miżmuma; l-operatur tal-fabbrika iħejji fatturi għal prodotti pproċessati, skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija, li jservi wkoll bħala d-dokument ta' trasport, u jarkivja kopji tal-fatturi. Lista ta' prodotti tal-injam tkun mehmuża ma' kull fattura;

 L-operatur tal-fabbrika jħejji Rapporti dwar il-Bejgħ għar-rekords tiegħu;

 F'każ li l-operatur tal-fabbrika jkun jixtieq jittrasporta mill-ġdid il-prodotti tal-injam isserrat, il-kumpanija għandha tiġi rreġistrata wkoll bħala Ċentru tal-Injam Ipproċessat u l-operatur għandu jħejji d-Dokumenti ta' Trasport tal-Injam Ipproċessat għall-prodotti tal-injam isserrat li jkunu ħerġin;

 Jekk jintuża esklussivament injam ipproċessat li joriġina minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata u li mhumiex involuti fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, detentur tal-permess non-ETPIK joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

(c) Rikonċiljazzjoni tad-data:

L-operatur tal-fabbrika jeżamina r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Injam Ipproċessat billi jqabbel id-dħul, il-ħruġ u l-ħżin ta' materjali abbażi tad-Dokumenti tat-Trasport tal-Injam Ipproċessat u tal-Karta tat-Talja tal-Injam Ipproċessat.

Il-Karta tat-Talja tal-Produzzjoni tintuża biex ikun eżaminat volum ta' dħul u ħruġ ta' linji ta' produzzjoni u tkun evalwata r-rata ta' rkupru.

L-operatur tal-kumpanija jeżamina r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ ta' Injam Ipproċessat, billi jqabbel id-dħul, il-ħruġ u l-ħżin ta' prodotti abbażi ta' fatturi.

Meta jkun meħtieġ, l-uffiċjal forestali jwettaq spezzjonijiet fuq il-post.

Fil-każ li d-detentur tal-permess ikun involva ruħu fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVK jivverifika wkoll ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat. Il-KVK jorganizza spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali jinforma l-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

4.   ESPORTAZZJONI

Il-proċeduri u l-proċessi ta' rikonċiljazzjoni tad-data għall-esportazzjoni ta' injam li joriġina minn foresti proprjetà tal-Istat u minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata huma identiċi.

(a) Attivitajiet Prinċipali:

 Il-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ Ċertifikat ta' Esportaturi Reġistrati ta' Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK) lill-esportatur;

 L-esportatur jitlob il-ħruġ ta' Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT għal kull konsenja ta' esportazzjoni;

 Jekk detentur ta' ETPIK ikun konformi ma' rekwiżiti ta' legalità u ta' katina ta' provvista, l-AL toħroġ Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT. Il-liċenzja FLEGT tinħareġ fil-format ippreżentat fl-Anness IV;

 L-esportatur iħejji Dokument ta' Dikjarazzjoni ta' Esportazzjoni (PEB) filwaqt li juża l-format pprovdut mid-Dwana, li mbagħad jintbagħat lid-Dwana;

 Id-Dwana toħroġ Dokument ta' Approvazzjoni ta' Esportazzjoni għal Approvazzjoni Doganali.

(b) Proċeduri:

 L-esportatur jitlob lill-AL biex toħroġ Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT billi tibgħat ittra ta' applikazzjoni u tehmeż dokumenti biex turi li l-materja prima ta' injam fil-prodotti toriġina biss minn sorsi legali vverifikati (ċertifikazzjoni SVLK jew koperti minn SDoC);

 L-AL toħroġ Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT wara verifika abbażi ta' dokumenti u verifika fiżika tal-konsistenza tad-data jekk meħtieġ, biex ikun żgurat li l-prodotti tal-injam jiġu minn sorsi vverifikati legalment u jkunu, għalhekk, maħduma b'konformità mad-definizzjoni ta' legalità deskritta fl-Anness II. L-AL trid toħoroġ il-liċenzja ta' esportazzjoni permezz tal-bażi tad-data onlajn SILK. Dan jiżgura li l-operatur għandu ċertifikati validi ta' esportazzjoni (ETPIK) u ċertifikati ta' legalità;

 L-esportatur jissottometti Dokument ta' Dikjarazzjoni ta' Esportazzjoni (PEB) li miegħu jkunu mehmuża l-fattura, Lista ta' Imballaġġ, Irċevuta ta' Dazju ta' Esportazzjoni (jekk tkun regolata), Ċertifikat ETPIK, Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT, Permess ta' Esportazzjoni (jekk ikun regolat), Rapport ta' Servejer (jekk ikun regolat), u Dokument CITES (meta applikabbli) lid-Dwana għal approvazzjoni;

 Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika tad-Dokument ta' Dikjarazzjoni ta' Esportazzjoni, id-Dwana toħroġ Dokument ta' Approvazzjoni ta' Esportazzjoni.

(c) Rikonċiljazzjoni tad-data

L-uffiċjal forestali jwettaq spezzjonijiet fuq il-post meta jkun meħtieġ.

Il-KVK u l-AL jikkontrollaw il-konsistenza tad-dħul, il-ħruġ u l-ħżin abbażi tar-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat. Matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVK jikkontroverifika wkoll din id-data mal-volum mogħti fil-fattura. Il-KVK jorganizza spezzjonijiet fuq il-post u l-AL torganizza verifika fiżika tal-konsistenza tad-data fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali jinforma lill-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

▼B

ANNESS VI

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAL EVALWAZZJONI PERJODIKA

1.   OBJETTIV

Evalwazzjoni Perjodika (EP) hija evalwazzjoni indipendenti magħmula minn parti terza indipendenti, msejħa Evalwatur. L-objettiv ta’ EP huwa li tingħata assigurazzjoni li t-TLAS tkun qed tiffunzjona kif deskritt, b’hekk tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-liċenzji FLEGT maħruġin skont dan il-Ftehim.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

EP għandha tkopri:

1. Il-funzjonament ta’ miżuri ta’ kontroll mill-punt ta’ produzzjoni fil-foresta sal-punt ta’ esportazzjoni ta’ prodotti tal-injam.

2. Is-sistemi tal-ġestjoni ta’ dejta u ż-żamma tat-traċċi ta’ injam li jgħinu lit-TLAS, il-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT, kif ukoll l-istatistika tal-produzzjoni, tal-liċenzjar u tal-kummerċ rilevanti għal dan il-Ftehim.

3.   OUTPUT

L-output ta’ EP jikkomprendi rapporti regolari li jippreżentaw sejbiet ta’ evalwazzjoni u rakkomandazzjonijiet dwar miżuri li jkollhom jittieħdu biex ikunu indirizzati differenzi u dgħjufijiet ta’ sistemi identifikati mill-evalwazzjoni.

4.   ATTIVITAJIET EWLENIN

Attivitajiet ta’ EP jinkludu inter alia:

(a) Awditjar ta’ konformità mill-korpi kollha li jkunu qed jaqdu funzjonijiet ta’ kontroll skont id-dispożizzjonijiet tat-TLAS;

(b) Evalwazzjoni tal-effikaċja ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista mill-punt ta’ produzzjoni fil-foresta sal-punt ta’ esportazzjoni mill-Indoneżja;

(c) Valutazzjoni ta’ kemm ikunu adegwati sistemi ta’ ġestjoni ta’ dejta u ta’ żamma tat-traċċi ta’ injam li jgħinu lit-TLAS, kif ukoll il-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT;

(d) Identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u sistemi li jfallu, u li jkunu preskritti azzjonijiet korrettivi meħtieġa;

(e) Valutazzjoni tal-implimentazzjoni effikaċi ta’ azzjonijiet korrettivi li jkunu ġew identifikati u rrakkomandati qabel; u

(f) Rapportar ta’ sejbiet lill-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni (KKI).

5.   METODOLOĠIJA TA’ EVALWAZZJONI

5.1. L-Evalwatur għandu juża metodoloġija dokumentata u b’bażi ta’ evidenza li tħares ir-rekwiżiti ta’ ISO/IEC 19011, jew ekwivalenti. Dan għandu jinkludi eżamijiet adegwati ta’ dokumentazzjoni rilevanti, proċeduri u reġistrazzjonijiet operattivi tal-operazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni tat-TLAS, identifikazzjoni ta’ kull każ ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ falliment ta’ sistemi, u ħruġ ta’ talbiet għal azzjoni korrettiva korrispondenti.

5.2. L-Evalwatur għandu, inter alia:

(a) Jevalwa l-proċess għal akkreditazzjoni ta’ Korpi Indipendenti ta’ Valutazzjoni u Verifika (LP u LV);

(b) Jevalwa proċeduri dokumentati ta’ kull korp involut f’kontrolli ta’ implimentazzjoni tat-TLAS għall-kompletezza u l-koerenza;

(c) Jeżamina l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u reġistrazzjonijiet dokumentati, inklużi prattiki ta’ xogħol, matul żjarat f’uffiċċji, f’żoni ta’ ħsad f’foresti, f’deposti taz-zkuk/vaski taz-zkuk, fi stazzjonijiet ta’ verifika ta’ foresti, f’siti ta’ mtieħen u punti ta’ esportazzjoni u importazzjoni;

(d) Jeżamina informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet regolatorji u ta’ infurzar, LPs u LVs u korpi oħra identifikati fit-TLAS biex jivverifikaw il-konformità;

(e) Jeżamina l-ġbir ta’ dejta minn organizzazzjonijiet tas-settur privat involuti f’implimentazzjoni tat-TLAS;

(f) Jivvaluta d-disponibbiltà ta’ informazzjoni pubblika stabbilita fl-Anness IX, inkluża l-effikaċja ta’ mekkaniżmi ta’ żvelar ta’ informazzjoni;

(g) Juża s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ rapporti ta’ Monitoraġġ Indipendenti u ta’ Evalwazzjoni Komprensiva, kif ukoll ta’ rapporti tal-Moniter Indipendenti tas-Suq;

(h) Jitlob l-opinjonijiet ta’ partijiet interessati u juża informazzjoni li jirċievi minn partijiet interessati li jkunu jew direttament jew indirettament involuti fl-implimentazzjoni tat-TLAS; u

(i) Juża t-teħid adatt ta’ kampjuni u metodi ta’ spezzjoni fuq il-post biex jevalwa x-xogħol tal-aġenziji regolatorji tal-foresti, LPs u LVs, industriji u atturi oħra rilevanti fil-livelli kollha ta’ attivitajiet għal foresti, kontroll ta’ katini ta’ provvista, ipproċessar ta’ injam u liċenzjar għall-esportazzjoni, inklużi kontroverifiki ma’ informazzjoni dwar importazzjonijiet ta’ injam mill-Indoneżja mogħtija mill-Unjoni.

6.   KWALIFIKI TAL-EVALWATUR

L-Evalwatur għandu jkun parti terza kompetenti, indipendenti u imparzjali li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) L-Evalwatur għandu juri l-kwalifiki u l-ħila li jħares ir-rekwiżiti tal-Gwida 65 ISO/IEC u ISO/IEC 17021, jew ekwivalenti, inkluża l-kwalifika li joffri servizzi ta’ valutazzjoni li jkopru s-settur tal-foresti u l-katini ta’ provvista ta’ prodotti ta’ foresti;

(b) L-Evalwatur m’għandux ikun direttament involut f’ġestjoni ta’ foresti, ipproċessar ta’ injam, kummerċ fl-injam jew f’kontroll tas-settur tal-foresti fl-Indoneżja jew fl-Unjoni;

(c) L-Evalwatur għandu jkun indipendenti mill-komponenti l-oħra kollha tat-TLAS u mill-awtoritajiet regolatorji tal-Indoneżja dwar il-foresti u għandu jkollu sistemi biex ikun evitat kull konflitt ta’ interess. L-Evalwatur għandu jiddikjara kull konflitt ta’ interess potenzjali li jista’ jinqala’ u jieħu azzjoni effikaċi biex itaffih;

(d) L-Evalwatur u l-impjegati tiegħu li jagħmlu x-xogħlijiet ta’ evalwazzjoni għandu jkollhom esperjenza bil-provi ta’ awditjar ta’ ġestjoni ta’ foresti tropikali, ta’ industriji ta’ pproċessar ta’ injam u ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista relatati;

(e) L-Evalwatur għandu jkollu mekkaniżmu lesti biex jirċievi u jittratta lmenti li jinqalgħu mill-attivitajiet u mis-sejbiet tiegħu.

7.   RAPPORTAR

7.1. Ir-rapport ta’ EP għandu jikkomprendi: (i) rapport sħiħ li jkun fih l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-evalwazzjoni, is-sejbiet tagħha (inklużi każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u fallimenti ta’ sistemi) u rakkomandazzjonijiet; u (ii) rapport sommarju pubbliku msejjes fuq ir-rapport sħiħ, li jkopri sejbiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin;

7.2. Ir-rapport sħiħ u r-rapport sommarju pubbliku għandhom jintbagħtu lill-KKI għal eżami u approvazzjoni qabel ma r-rapporti jinħarġu għall-pubbliku;

7.3. Meta jintalab mill-KKI l-Evalwatur għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali biex isostni jew jiċċara s-sejbiet tiegħu;

7.4. L-Evalwatur għandu jinnotifika lill-KKI b’kull ilment li jirċievi u bl-azzjonijiet meħudin biex jinħall.

8.   KUNFIDENZJALITÀ

L-Evalwatur għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta’ dejta li jirċievi waqt li jkun qed jagħmel l-attivitajiet tiegħu.

9.   ĦATRA, PERJODIĊITÀ U FINANZJAMENT

9.1. L-Evalwatur għandu jinħatar mill-Indoneżja wara konsultazzjoni mal-Unjoni fil-KKI;

9.2. EP għandha ssir f’intervalli ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar li jibdew mid-data maqbula mill-KKI skont l-Artikolu 14(5) (e) tal-Ftehim.

9.3. Il-finanzjament tal-EP għandu jkun deċiż mill-KKI.

ANNESS VII

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAL MONITORAĠĠ INDIPENDENTI TAS-SUQ

1.   OBJETTIV TAL-MONITORAĠĠ INDIPENDENTI TAS-SUQ

Monitoraġġ Indipendenti tas-Suq (MIS) huwa monitoraġġ tas-suq magħmul minn parti terza indipendenti msejħa Moniter. L-objettiv tal-Monitoraġġ Indipendenti tas-Suq (MIS) huwa li tinġabar u tkun analizzata informazzjoni dwar l-aċċettazzjoni ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni, u biex ikunu eżaminati impatti tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam u dwar inizjattivi relatati bħal politiki ta’ akkwist pubbliku u privat.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

MIS għandu jkopri:

2.1. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT f’punti ta’ dħul fl-Unjoni;

2.2. Il-prestazzjoni ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni u l-impatt ta’ miżuri relatati mas-suq meħudin fl-Unjoni għat-talba ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT;

2.3. Il-prestazzjoni ta’ injam mhux b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni u l-impatt ta’ miżuri relatati mas-suq meħudin fl-Unjoni għat-talba ta’ injam mhux b’liċenzja FLEGT;

2.4. Eżami tal-impatt ta’ miżuri oħra relatati mas-suq meħudin fl-Unjoni bħal politiki ta’ akkwist pubbliku, kodiċijiet ta’ bini kompatibbli mal-ambjent u azzjoni mis-settur privat bħal kodiċijiet ta’ prattika fil-kummerċ u responsabbiltà soċjali korporattiva.

3.   OUTPUT

L-output ta’ MIS għandu jinkludi rapporti regolari lill-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni (KKI) li jkun fih is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar miżuri biex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni u biex titjib l-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati mas-suq biex ma jitħalliex li injam maqtugħ illegalment jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni.

4.   ATTIVITAJIET EWLENIN

MIS jinkludi inter alia:

4.1. Evalwazzjoni ta’:

(a) il-progress u l-impatti tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika għall-kontroll tal-kummerċ f’injam maqtugħ illegalment fl-Unjoni.

(b) xejriet f’importazzjonijiet ta’ injam u prodotti tal-injam mill-Unjoni mill-Indoneżja, kif ukoll minn pajjiżi ta’ FSV u mhux ta’ FSV li jesportaw l-injam;

(c) azzjonijiet minn gruppi ta’ pressjoni li jistgħu jaffettwaw talba għal injam u prodotti tal-injam jew swieq għall-kummerċ fi prodotti tal-foresti mill-Indoneżja.

4.2. Rapportar ta’ sejbiet u rakkomandazzjonijiet lill-KKI.

5.   METODOLOĠIJA TA’ MONITORAĠĠ

5.1. Il-Moniter għandu jkollu metodoloġija dokumentata u b’bażi ta’ evidenza. Din għandha tinkludi analiżi adegwata ta’ dokumentazzjoni rilevanti, identifikazzjoni ta’ kull inkonsistenza fid-dejta u fl-informazzjoni kummerċjali disponibbli, u intervisti fil-fond ma’ atturi rilevanti dwar indikaturi ewlenin tal-impatti u tal-effikaċja ta’ miżuri relatati mas-suq.

5.2. Il-Moniter għandu jagħmel osservazzjonijiet u analiżi dwar, inter alia:

(a) Il-qagħda kurrenti tas-suq u xejriet fl-Unjoni għall-injam u għal prodotti tal-injam;

(b) Politiki ta’ akkwist pubbliku u t-trattament tagħhom ta’ injam u prodotti tal-injam b’liċenzja FLEGT u mhux b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

(c) Leġiżlazzjoni li taffettwa l-industrija tal-injam, il-kummerċ fl-injam u fi prodotti tal-injam fl-Unjoni u importazzjonijiet ta’ injam u prodotti tal-injam fl-Unjoni;

(d) Divrenzjar fil-prezzijiet bejn injam u prodotti tal-injam b’liċenzja FLEGT u mhux b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

(e) Aċċettazzjoni fis-suq, perċezzjoni u s-sehem tas-suq f’injam u fi prodotti tal-injam fl-Unjoni b’liċenzja FLEGT u ċċertifikati;

(f) Statistika u xejriet dwar volumi u valuri ta’ importazzjonijiet f’portijiet differenti tal-Unjoni ta’ injam u ta’ prodotti tal-injam b’liċenzja FLEGT u mhux b’liċenzja FLEGT mill-Indoneżja, kif ukoll minn pajjiżi oħra ta’ FSV u mhux ta’ FSV li jesportaw l-injam;

(g) Deskrizzjonijiet tal-istrumenti u tal-proċessi legali, inkluża kull bidla, li bihom awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet ta’ kontroll tal-fruntieri fl-Unjoni jivvalidaw liċenzji FLEGT u jirrilaxxaw trasportazzjonijiet għal ċirkolazzjoni libera, kif ukoll penalitajiet imposti għal nuqqas ta’ konformità;

(h) Diffikultajiet u limitazzjonijiet li jista’ jkun hemm li esportaturi u importaturi jiltaqgħu magħhom meta jġibu injam b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

(i) L-effikaċja ta’ kampanji għall-promozzjoni ta’ injam b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

5.3. Il-Moniter għandu jirrakkomanda attivitajiet ta’ promozzjoni tas-suq biex tissaħħaħ aktar l-aċċettazzjoni fis-suq ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT

6.   KWALIFIKI TAL-MONITER INDIPENDENTI TAS-SUQ

Il-Moniter għandu:

(a) ikun parti terza indipendenti b’esperjenza tajba bil-provi ta’ professjonaliżmu u integrità fil-monitoraġġ tas-suq tal-injam u ta’ prodotti tal-injam fl-Unjoni u f’affarijiet relatati mal-kummerċ;

(b) ikun familjari fil-kummerċ u fis-swieq tal-injam u prodotti tal-injam Indoneżjani, b’mod partikolari ta’ injam iebes, u dwar dawk il-pajjiżi fl-Unjoni li jaħdmu prodotti simili;

(c) ikollu sistemi biex jevita kull konflitt ta’ interess. Il-Moniter għandu jiddikjara kull konflitt ta’ interess potenzjali li jista’ jinqala’ u jieħu azzjoni effikaċi biex itaffih.

7.   RAPPORTAR

7.1. Rapporti għandhom jintbagħtu kull sentejn u jkunu magħmulin minn: (i) rapport sħiħ tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjonijiet kollha rilevanti; u (ii) rapport sommarju abbażi tar-rapport sħiħ.

7.2. Ir-rapport sħiħ u r-rapport sommarju għandhom jintbagħtu lill-KKI għal eżami u approvazzjoni qabel ma r-rapporti jinħarġu għall-pubbliku;

7.3. Meta jintlab mill-KKI il-Moniter għandu jipprovdu informazzjoni addizzjonali biex isostni jew jiċċara s-sejbiet tiegħu.

8.   KUNFIDENZJALITÀ

Il-Moniter għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta’ dejta li jirċievi waqt li jkun qed jagħmel l-attivitajiet tiegħu.

9.   ĦATRA, PERJODIĊITÀ U FINANZJAMENT

9.1. Il-Moniter għandu jinħatar mill-Unjoni wara konsultazzjoni mal-Indoneżja fil-KKI;

9.2. Il-MIS għandu jagħmel f’intervalli ta’ mhux aktar minn erbgħa u għoxrin xahar li jibdew mid-data maqbula mill-KKI skont l-Artikolu 14(5) (e) tal-Ftehim

9.3. Il-finanzjament ta’ MIS għandu jkun deċiż mill-KKI.

ANNESS VIII

KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-OPERABBILTÀ TAS-SISTEMA TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ TA’ INJAM INDONEŻJAN

SFOND

Evalwazzjoni teknika indipendenti tat-TLAS Indoneżjana għandha ssir qabel ma jibda l-liċenzjar FLEGT ta’ esportazzjonijiet ta’ injam lill-Unjoni. Din l-evalwazzjoni teknika jkollha l-għan li: (i) teżamina l-funzjoni tat-TLAS fil-prattika biex ikun iddeterminat jekk twassalx ir-riżultati maħsuba u (ii) teżamina kull reviżjoni magħmula lit-TLAS wara li ġie ffirmat il-Ftehim;

Il-kriterji għal din l-evalwazzjoni huma stabbiliti hawn taħt:

1. Definizzjoni ta’ legalità

2. Kontroll tal-katina ta’ provvista

3. Proċeduri ta’ verifika

4. Liċenzjar ta’ esportazzjonijiet

5. Monitoraġġ indipendenti

1.   DEFINIZZJONI TAL-LEGALITÀ

Injam maħdum legalment għandu jkun iddefinit skont il-liġijiet applikabbli fl-Indoneżja. Id-definizzjoni użata għandha tkun mingħajr ambigwità, verifikabbli oġġettivament u tista’ titħaddem b’mod operabbli u, mill-anqas, tinkludi dawk il-liġijiet u regolamenti li jkopru:

 Drittijiet ta’ ħsad: L-għoti ta’ drittijiet legali għal ħsad ta’ injam f’limitazzjonijiet indikati legalment u/jew ippubblikati uffiċjalment;

 Operazzjonijiet għal foresti: Konformità ma’ rekwiżiti legali dwar ġestjoni ta’ foresti, inkluża l-konformità ma’ liġijiet u regolament rilevanti dwar l-ambjent u x-xogħol;

 Tariffi u taxxi: Konformità ma’ rekwiżiti legali dwar taxxi, royalties u tariffi direttament relatati ma’ drittijiet ta’ ħsad ta’ injam u ma’ ħsad ta’ injam;

 Utenti oħra: Rispett għall-okkupazzjoni legali jew għad-drittijiet ta’ użu ta’ artijiet u riżorsi ta’ partijiet oħra li jistgħu jintlaqtu minn drittijiet ta’ ħsad ta’ injam, meta drittijiet oħra bħal dawn ikunu jeżistu;

 Kummerċ u dwana: Konformità ma’ rekwiżiti legali għal proċeduri ta’ kummerċ u dwana.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Id-definizzjoni ta’ legalità u l-istandards tal-verifika tal-legalità ġew emendati minn meta ġie konkluż il-Ftehim?

 Il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti kienu inklużi fid-definizzjonijiet tal-legalità skont l-Anness II?

Fil-każ ta’ emendi għad-definizzjoni ta’ legalità, mistoqsijiet ewlenin għandhom jinkludu:

 Il-partijiet interessati rilevanti kollha kienu kkonsultati dwar dawn l-emendi u dwar kull bidla sussegwenti għas-sistema tal-verifika tal-legalità permezz ta’ proċess li kien ħa qies tal-fehmiet tagħhom?

 Huwa ċar liema strument legali huwa l-bażi ta’ kull element ġdid tad-definizzjoni? Huma speċifikati kriterji u indikaturi li jistgħu jintużaw biex jittestjaw il-konformità ma’ kull element tad-definizzjoni? Il-kriterji u l-indikaturi huma ċari, oġġettivi u jistgħu jitħaddmu b’mod operabbli?

 l-kriterji u l-indikaturi jidentifikaw b’mod ċar l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha rilevanti u l-verifika tivvaluta l-prestazzjoni tagħhom?

 Id-definizzjoni ta’ legalità tinkludi l-oqsma ewlenin ta’ liġijiet u regolamenti eżistenti li l-profil tagħhom jidher hawn fuq? Jekk le, għaliex ċerti oqsma ta’ liġijiet u regolament tħallew barra mid-definizzjoni?

2.   KONTROLL TAL-KATINA TA’ PROVVISTA

Sistemi għall-kontroll tal-katina ta’ provvista għandhom jipprovdu assigurazzjoni kredibbli li prodotti tal-injam ikunu jistgħu jiġu rrintraċċati tul il-katina kollha ta’ provvista mill-ħsad jew mill-punt ta’ importazzjoni sal-punt ta’ esportazzjoni. Ma jkunx dejjem meħtieġ li jkun hemm żamma fiżika tat-traċċi għal zokk, tagħbija ta’ zkuk jew prodott tal-injam mill-punt ta’ esportazzjoni lura għall-foresta tal-oriġini, iżda dejjem ikun hemm ħtieġa tagħha bejn il-foresta u l-ewwel punt ta’ taħlit (p.eż. terminal għal injam jew faċilità għal ipproċessar).

2.1.   Drittijiet ta’ użu

Hemm delineazzjoni ċara ta’ żoni fejn id-drittijiet ta’ użu ta’ Riżorsi tal-Foresti jkunu ġew allokati u d-detenturi ta’ dawn id-drittijiet ikunu ġew identifikati.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Is-sistema ta’ kontroll tiżgura li injam biss li joriġina minn żona ta’ foresta bi drittijiet ta’ użu validi jidħol fil-katina ta’ provvista?

 Is-sistema ta’ kontroll tiżgura li intrapriżi li jagħmlu operazzjonijiet ta’ ħsad ikunu ngħataw drittijiet ta’ użu xierqa għaż-żoni konċernati ta’ foresti?

 Il-proċeduri għall-ħruġ ta’ drittijiet għal ħsad u l-informazzjoni dwar drittijiet bħal dawn, inklużi d-detenturi tagħhom, huma disponibbli fid-dominju pubbliku?

2.2.   Metodi għall-kontroll tal-katina ta’ provvista

Hemm mekkaniżmi effikaċi għar-rintraċċar ta’ injam tul il-katina kollha ta’ provvista mill-ħsad sal-punt ta’ esportazzjoni. L-approċċ għall-identifikazzjoni ta’ injam jista’ jvarja, fb’firxa mill-użu ta’ tikketti għal oġġetti individwali għal dipendenza fuq dokumentazzjoni li takkumpanja tagħbija jew lott. Il-metodu magħżul għandu jirrifletti t-tip u l-valur tal-injam u r-riskju ta’ tniġġis minn injam mhux magħruf jew maqtugħ illegalment.

Mistoqsijiet ewlenin:

 L-alternattivi kollha tal-katina ta’ provvista, inklużi sorsi differenti ta’ injam, huma identifikati u deskritti fis-sistema ta’ kontroll?

 L-istadji kollha fil-katina ta’ provvista huma identifikati u deskritti fis-sistema ta’ kontroll?

 Kienu ddefiniti u ddokumentati metodi biex ikun identifikat l-oriġini tal-prodott u biex ma jitħalliex ikun hemm taħlit ma’ injam minn sorsi mhux magħrufin fl-istadji li ġejjin tal-katina ta’ provvista?

 injam mhux maħsud

 zkuk fil-foresta

 trasport u ħżin temporanju (deposti/vaski ta’ zkuk, deposti/vaski temporanji ta’ zkuk)

 wasla fil-faċilità tal-ipproċessar u ħżin ta’ materjali

 dħul fi u ħruġ minn linji ta’ produzzjoni f’faċilità tal-ipproċessar

 ħżin ta’ prodotti pproċessati fil-faċilità tal-ipproċessar

 ħruġ mill-faċilità tal-ipproċessar u trasport

 wasla f’punt ta’ esportazzjoni

 Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għall-kontroll tal-flussi tal-injam? Għandhom riżorsi umani u oħrajn adegwati biex iwettqu l-attivitajiet ta’ kontroll?

 Jekk ikun hemm sejbiet konkreti li injam mhux verifikat jidħol fil-katina ta’ provvista, kienu identifkati dgħjufijiet fis-sistema ta’ kontroll p.eż. in-nuqqas ta’ inventarju ta’ injam mhux maħsud qabel ħsad minn foresti/artijiet privati?

 L-Indoneżja għandha politika biex materjali riċiklati jiddaħħlu fit-TLAS Indoneżjana u jekk għandha, kienet żviluppata gwida dwar kif materjali riċiklati jiddaħħlu?

2.3.

Ġestjoni ta’ dejta kwantitattiva:

Hemm mekkaniżmi robusti u effikaċi għall-kejl u r-reġistrazzjoni tal-kwantitajiet ta’ injam jew prodotti tal-injam f’kull stadju tal-katina ta’ provvista, inklużi stimi affidabbli u korretti ta’ qabel il-ħsad tal-volum ta’ injam mhux maħsud f’kull sit ta’ ħsad.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Is-sistema ta’ kontroll tipproduċi dejta kwantitattiva ta’ dħul u ħruġ, inklużi proporzjonijiet ta’ konverżjoni fejn applikabbli, fl-istadji li ġejjin tal-katina ta’ provvista?

 injam mhux maħsud

 zkuk fil-foresta (fi ħtut ta’ zkuk)

 injam trasportat u maħżun (deposti/vaski ta’ zkuk, deposti/vaski temporanji ta’ zkuk)

 wasla fil-faċilità tal-ipproċessar u ħżin ta’ materjali

 dħul fi u ħruġ minn linji ta’ produzzjoni

 ħżin ta’ prodotti pproċessati fil-faċilità tal-ipproċessar

 ħruġ mill-faċilità tal-ipproċessar u trasport

 wasla fil-punt ta’ esportazzjoni

 Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għaż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet dwar id-dejta kwantitattiva? Għandhom riżorsi adegwati f’dak li għandu x’jaqsam ma persunal u tagħmir?

 X’inhija l-kwalità tad-dejta kontrollata?

 Id-dejta kwantitattiva kollha hija rreġistrata b’mod li tagħmilha possibbli li jkunu vverifikati kwantitajiet mal-istadji ta’ qabel u ta’ wara fil-katina ta’ provvista b’mod f’waqtu?

 X’informazzjoni dwar il-kontroll tal-katini ta’ provvista hija disponibbli pubblikament? Kif jistgħu partijiet interessati jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?

2.4.

Segregazzjoni ta’ injam ivverifikat legalment minn injam minn sorsi mhux magħrufin

Mistoqsijiet Ewlenin:

 Hemm kontrolli suffiċjenti għal-lest li jeskludu injam minn sorsi mhux magħrufin jew injam li jkun inħasad mingħajr drittijiet ta’ ħsad legali?

 X’miżuri ta’ kontroll huma applikati biex ikun żgurat li materjali verifikati u mhux verifikati jkunu ssegregati tul il-katina ta’ provvista?

2.5.

Prodotti tal-injam importati

Hemm kontrolli adegwati biex ikun żgurat li injam importat u prodotti derivati jkunu ġew importati legalment.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Kif tintwera l-importazzjoni legali ta’ injam u ta’ prodotti derivati?

 X’dokumenti jinħtieġu biex ikun identifikat il-pajjiż tal-ħasda u biex tingħata assigurazzjoni li prodotti importati joriġinaw minn injam maħsud legalment, kif imsemmi fl-Anness V?

 It-TLAS tidentifika injam importat u prodotti tal-injam tul il-katina ta’ provvista sakemm jitħalltu biex jinħadmu prodotti pproċessati?

 Fejn jintuża injam importat, jista’ l-oriġini tal-pajjiż tal-ħasda jkun identifikat fuq il-liċenzja FLEGT (tista’ titħalla barra għal prodotti rikostitwiti)?

3.   PROĊEDURI TA’ VERIFIKA

Il-verifika tipprovdi kontrolli adegwati biex tkun żgurata l-legalità tal-injam. Għandha tkun robusta u effiċjenti b’mod suffiċjenti li tiżgura li kull nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti, jew fil-foresta jew fil-katina ta’ provvista, ikun identifikat u tittieħed azzjoni fil-pront.

3.1.   Organizzazzjoni

Il-verifika ssir minn organizzazzjoni ta’ parti terza li jkollha riżorsi adegwati, sistemi ta’ ġestjoni, persunal ta’ ħila u mħarreġ, kif ukoll mekkaniżmi ta’ kontroll robusti u effikaċi biex ikunu kkontrollati konflitti ta’ interess.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Il-korpi ta’ verifika għandhom ċertifikat ta’ akkreditazzjoni validu maħruġ mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN)?

 Il-gvern jaħtar korpi biex jagħmlu x-xogħlijiet ta’ verifika? Il-mandat (u r-responsabbiltajiet assoċjati) huwa ċar u fid-dominju pubbliku?

 Rwoli u responsabbiltajiet istituzzjonali huma ddefiniti u applikati b’mod ċar?

 Il-korpi ta’ verifika għandhom riżorsi adegwati biex jagħmlu verifika skont id-definizzjoni ta’ legalità u s-sistemi għall-kontroll tal-katina ta’ provvista tal-injam?

 Il-korpi ta’ verifika għandhom sistema ta’ ġestjoni ddokumentata b’mod sħiħ li:

 

 tiżgura li l-persunal tagħhom ikollu l-kompetenza u l-esperjenza meħtieġa biex jagħmel verifika effikaċi?

 tapplika kontroll/superviżjoni interni?

 tinkludi mekkaniżmi għall-kontroll ta’ konflitti ta’ interess?

 tiżgura t-trasparenza tas-sistema?

 iddefinixxi u tapplika metodoloġija ta’ verifika?

3.2.   Verifika fir-rigward tad-definizzjoni ta’ legalità

Hemm definizzjoni ċara li tistabbilixxi x’għandu jkun ivverifikat. Il-metodoloġija ta’ verifika tkun iddokumentata u tiżgura li l-proċess ikun sistematiku, trasparenti, abbażi ta’ referenza, magħmul f’intervalli regolari u jkun ikopri kulma jkun inkluż fid-definizzjoni.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Il-metodoloġija ta’ verifika użata mill-korpi ta’ verifika tkopri l-elementi kollha tad-definizzjoni ta’ legalità u tinkludi testijiet ta’ konformità mal-indikaturi kollha?

 Il-korpi ta’ verifika:

 

 jeżaminaw dokumentazzjoni, reġistrazzjonijiet operattivi u operazzjonijiet fuq il-post (inkluż permezz ta’ verifiki fuq il-post)?

 jiġbru informazzjoni mingħand partijiet interessati barranin?

 jirreġistraw l-attivitajiet ta’ verifika tagħhom?

 Ir-riżultati ta’ verifika huma disponibbli pubblikament? Kif jistgħu l-partijiet interessati jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?

3.3.   Verifika ta’ sistemi għall-kontroll tal-integrità tal-katina ta’ provvista

Hemm kamp ta’ applikazzjoni ċar biex kriterji u indikaturi jkunu vverifikati li jkopri l-katina kollha ta’ provvista. Il-metodoloġija ta’ verifika hija ddokumentata, tiżgura li l-proċess ikun sistematiku, trasparenti abbażi ta’ evidenza, isir f’intervalli regolari, ikopri l-kriterji u l-indikaturi kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni u jinkludi rikonċiljazzjoni regolari u f’waqtha ta’ dejta bejn kull stadju fil-katina.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Il-metodoloġija ta’ verifika tkopri b’mod sħiħ il-verifika ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista? Dan jingħad b’mod ċar fil-metodoloġija tal-verifika?

 X’evidenza hemm li turi applikazzjoni ta’ verifika ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista?

 Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għal verifika ta’ dejta? Għandhom riżorsi umani u oħrajn adegwati biex iwettqu l-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ dejta?

 Hemm metodi biex tkun ivvalutata l-korrispondenza bejn injam mhux maħsud, zkuk maħsudin u injam li jidħol fil-faċilità tal-ipproċessar jew fil-punt ta’ esportazzjoni?

 Hemm metodi biex tkun ivvalutata l-koerenza bejn dħul ta’ materja prima u l-ħruġ ta’ prodotti pproċessati f’postijiet fejn jisserraw l-injam il-kbir u f’impjanti oħra? Dawn il-metodi jinkludu speċifikazzjoni u aġġornament perjodiku ta’ proporzjonijiet ta’ konverżjoni?

 X’sistemi u teknoloġiji ta’ informazzjoni huma applikati għal ħżin, verifika u reġistrazzjoni ta’ dejta? Hemm sistemi robusti għal-lest biex tinkiseb id-dejta?

 Ir-riżultati tal-verifika dwar kontroll ta’ katini ta’ provvista huma disponibbli pubblikament? Kif jistgħu l-partijiet interessati jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?

3.4.   Mekkaniżmi biex ikunu ttrattati lmenti

Hemm mekkaniżmi adegwati biex ikunu ttrattati lmenti u disputi li jinqalgħu mill-proċess ta’ verifika.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Il-korpi ta’ verifika għandhom mekkaniżmu għal ilmenti disponibbli għall-partijiet interessati kollha?

 Il-korpi ta’ verifika għandhom mekkaniżmi għal-lest biex jirċievu u jwieġbu oġġezzjonijiet mingħand il-moniters indipendenti?

 Il-korpi ta’ verifika għandhom mekkaniżmi għal-lest biex jirċievu u jwieġbu għal vjolazzjonijiet/ksur mikxufin minn uffiċjali tal-gvern?

 Huwa ċar kif ilmenti jkunu rċevuti, iddokumentati u skalati (meta jkun meħtieġ) u mwieġba?

3.5.   Mekkaniżmi biex ikun ittrattat nuqqas ta’ konformità

Hemm mekkaniżmi adegwati biex ikunu ttrattati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati matul il-proċess ta’ verifika jew miġjubin ’il quddiem permezz ta’ lmenti u monitoraġġ indipendenti.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Hemm mekkaniżmu effikaċi li jaħdem li jesiġi u li jinforza deċiżjoni korrettiva xierqa dwar riżultati ta’ verifika u azzjoni fejn ikun identifikat ksur?

 Is-sistema ta’ verifika tiddefinixxi r-rekwiżit ta’ hawn fuq?

 Kienu żviluppati mekkaniżmi biex ikunu ttrattati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità? Dawn ikunu applikati fil-prattika?

 Hemm reġistrazzjonijiet adegwati disponibbli dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ korrezzjoni tar-riżultati ta’ verifika, jew dwar azzjonijiet oħra meħudin? Hemm evalwazzjoni tal-effikaċja ta’ azzjonijiet bħal dawn?

 Hemm mekkaniżmu għal rapportar lill-gvern dwar sejbiet ta’ verifika tal-korpi ta’ verifika?

 X’tip ta’ informazzjoni dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tmur fid-dominju pubbliku?

4.   LIĊENZJAR TA’ ESPORTAZZJONIJIET

L-Indoneżja assenjat responsabbiltà globali għall-ħruġ ta’ Dokument V-Legali/liċenzji FLEGT lil awtoritajiet ta’ liċenzji. Liċenzji FLEGT jinħarġu għal trasportazzjonijiet individwali destinati għall-Unjoni.

4.1.   Struttura organizzazzjonali

Mistoqsijiet ewlenin:

 Liema korpi huma assenjati r-responsabbiltà għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT?

 L-Awtorità tal-Liċenzji għandha ċertifikat ta’ akkreditazzjoni validu maħruġ mill-KAN?

 L-irwoli tal-Awtorità tal-Liċenzji u l-persunal tagħha fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT huma ddefiniti b’mod ċar u disponibbli pubblikament?

 Ir-rekwiżiti ta’ kompetenza huma ddefiniti u l-kontrolli interni huma stabbiliti għal persunal tal-Awtorità tal-Liċenzji?

 L-Awtorità tal-Liċenzji għandha riżorsi adegwati biex tagħmel ix-xogħol tagħha?

4.2.   Ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali u l-użu tagħhom għal liċenzjar FLEGT

Saru arranġamenti adegwati biex jintużaw Dokumenti V-Legali għal liċenzjar FLEGT.

Mistoqsijiet ewlenin:

 L-Awtorità tal-Liċenzji għandha proċeduri dokumentati li jistgħu jinkisbu mill-pubbliku għal ħruġ ta’ Dokument V-Legali?

 X’evidenza hemm li dawn il-proċeduri jkunu applikati sewwa fil-prattika?

 Hemm reġistrazzjonijiet adegwati dwar Dokumenti V-Legali maħruġin u dwar każijiet fejn Dokumenti V-Legali ma nħarġux? Ir-reġistrazzjonijiet juru b’mod ċar l-evidenza li fuqha huwa msejjes il-ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali?

 L-Awtorità tal-Liċenzji għandha proċeduri adegwati biex tiżgura li kull trasportazzjoni ta’ injam tħares ir-rekwiżiti tad-definizzjoni ta’ legalità u l-kontrolli tal-katini ta’ provvista?

 Ir-rekwiżiti għall-ħroġ ta’ liċenzji kienu ddefiniti b’mod ċar u kkomunikati lil esportaturi u lil partijiet konċernati oħra?

 X’tip ta’ informazzjoni dwar liċenzji maħruġin tmur fid-dominju pubbliku?

 Il-liċenzji FLEGT huma konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li hemm fl-Anness IV?

 L-Indoneżja żviluppat sistema ta’ enumerazzjoni għal liċenzji FLEGT li biha tkun tista’ ssir differenza bejn liċenzji FLEGT destinati għas-suq tal-Unjoni u Dokumenti V-Legali destinati għal swieq mhux tal-Unjoni?

4.3.   Mistoqsijiet dwar liċenzji FLEGT maħruġin

Hemm mekkaniżmu adegwat għal-lest biex ikunu ttrattati mistoqsijiet minn awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ liċenzji FLEGT, kif stabbiliti fl-Anness III.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Kienet assenjata u stabbilita Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji, inter alia, biex tirċievi u twieġeb mistoqsijiet minn awtoritajiet kompetenti?

 Kienu stabbiliti proċeduri ta’ komunikazzjoni ċari bejn l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji u l-awtoritajiet kompetenti?

 Kienu stabbiliti proċeduri ta’ komunikazzjoni ċari bejn l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji u l-awtoritajiet tal-liċenzji?

 Hemm mezzi għal partijiet interessati Indoneżjani u internazzjonali biex jistaqsu dwar liċenzji FLEGT li jkunu inħarġu?

4.4.   Mekkaniżmu biex ikunu ttrattati lmenti

Hemm mekkaniżmu adegwat biex ikunu ttrattati lmenti u disputi li jinqalgħu minn liċenzjar. Dan il-mekkaniżmu jagħmilha possibbli li kull ilment ikun ittrattat b’rabta mal-operazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Hemm proċedura dokumentata biex ikunu ttrattati lmenti li tista’ tinkiseb mill-partijiet interessati kollha?

 Huwa ċar kif ilmenti jkunu rċevuti, iddokumentati u skalati (meta jkun meħtieġ) u mwieġba?

5.   MONITORAĠĠ INDIPENDENTI

Il-Monitoraġġ Indipendenti (MI) jitmexxa mis-soċjetà ċivili tal-Indoneżja u huwa indipendenti minn elementi oħra tat-TLAS (dawk involuti fil-ġestjoni jew fir-regolamentazzjoni ta’ riżorsi tal-foresti u dawk involuti fl-awditjar indipendenti). Wieħed mill-objettivi ewlenin huwa ż-żamma tal-kredibbiltà tat-TLAS billi jsir monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-verifika.

L-Indoneżja rrikonoxxiet formalment il-funzjoni tal-MI u qed tħalli lis-soċjetà ċivili tissottometti lmenti meta jinstabu irregolaritajiet fil-proċessi ta’ akkreditazzjoni, valutazzjoni u liċenzjar.

Mistoqsijiet ewlenin:

 Il-gvern għamel il-linji gwida għall-MI disponibbli pubblikament?

 Il-linji gwida jipprovdu rekwiżiti ċari dwar l-eliġibbiltà ta’ organizzazzjonijiet biex iwettqu funzjonijiet ta’ MI biex jiżguraw imparzjalità u jevitaw konflitti ta’ interess?

 Il-linji gwida jipprovdu proċeduri għal aċċess għal informazzjoni li hemm fl-Anness IX?

 Tista’ s-soċjetà ċivili jkollha aċċess fil-prattika għall-informazzjoni li hemm fl-Anness IX?

 Il-linji gwida jipprovdu proċeduri għas-sottomissjoni ta’ lmenti? Dawn il-proċeduri jistgħu jinkisbu pubblikament?

 Kienu ċċarati u stabbiliti dispożizzjonijiet dwar rapportar u żvelar pubbliku li japplikaw għal korpi ta’ verifika?

ANNESS IX

ŻVELAR PUBBLIKU TA’ INFORMAZZJONI

1.   DAĦLA

Il-partijiet huma marbutin li jiżguraw li informazzjoni ewlenija relatata mal-forestrija tkun disponibbli għall-pubbliku.

Dan l-Anness jipprovdi għal dan l-objettiv li jitħares billi jagħti profil (i) tal-informazzjoni relatata mal-forestrija li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, (ii) tal-korpi responsabbli biex dik l-informazzjoni tkun disponibbli, u (iii) tal-mekkaniżmi li bihom jista’ jkun hemm aċċess għaliha.

L-għan huwa li jkun żgurat li (1) operazzjonijiet tal-KKI matul implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ikunu trasparenti u mifhuma; (2) ikun jeżisti mekkaniżmu għall-Partijiet, kif ukoll għall-partijiet interessati rilevanti biex ikollhom aċċess għal informazzjoni ewlenija relatata mal-forestrija; (3) il-funzjonament tat-TLAS jissaħħaħ permezz tad-disponibbiltà ta’ informazzjoni għal monitoraġġ indipendenti; u (4) jinkisbu objettivi akbar ta’ dan il-Ftehim. Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni għall-pubbliku tirrappreżenta kontribuzzjoni importanti għar-rinfurzar tal-governanza Indoneżjana tal-foresti.

2.   MEKKANIŻMI GĦAL AĊĊESS GĦAL INFORMAZZJONI

Dan l-Anness huwa konformi mal-Liġi Indoneżjana tal-Libertà ta’ Informazzjoni Nru 14/2008. Skont din il-Liġi huwa obbligatorju għal kull istituzzjoni pubblika li tiżviluppa regolamenti dwar aċċess għal informazzjoni mill-pubbliku. Il-liġi tiddistingwi erba’ kategoriji ta’ informazzjoni: (1) informazzjoni disponibbli u mxerrda b’mod attiv fuq bażi regolari; (2) informazzjoni li għandha ssir pubblika mingħajr dewmien; (3) informazzjoni li hija disponibbli f’kull żmien u mogħtija meta tintalab; u (4) informazzjoni li hija ristretta jew kunfidenzjali.

Il-Ministeru għall-Forestrija (Ministeru għall-Forestrija), uffiċċji provinċjali u distrettwali, il-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni (KAN), il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità (KVK), l-awtoritajiet tal-liċenzji huma kollha istituzzjonijiet sinifikanti fil-funzjonament tat-TLAS u, għalhekk, huma obbligati bħala parti mid-dmirijiet tagħhom li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-forestrija lill-pubbliku.

Biex jimplimenta l-imsemmija Liġi, il-Ministeru għall-Forestrija, uffiċċji provinċjali u distrettwali u aġenziji pubbliċi oħra, inkluż il-KAN, żviluppaw jew qed jiżviluppaw proċeduri biex informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku.

Il-KAN jeħtieġlu wkoll li jagħmel informazzjoni disponibbli għall-pubbliku skont ISO/IEC 17011:2004, klawżola 8.2-Obbligazzjoni tal-korp ta’ akkreditazzjoni. Korpi ta’ verifika u awtoritajiet tal-liċenzji jeħtiġilhom jagħmlu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku skont Regolamenti tal-Ministru għall-Forestrija u ISO/IEC 17021:2006 klawżola 8.1-Informazzjoni aċċessibbli pubblikament u l-Gwida 65 ISO/IEC:1996 klawżola 4.8-Dokumentazzjoni.

Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiffunzjonaw bħala wieħed mis-sorsi ta’ informazzjoni relatata mal-forestrija skont Regolamenti tal-Ministru għall-Forestrija.

Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Ministru għall-Forestrija ħareġ ir-Regolament Nru P.7/Menhut-II/2011, li jipprevedi li talbiet għal informazzjoni miżmuma mill-Ministeru għall-Forestrija għandhom ikunu indirizzati lid-Direttur taċ-Ċentru għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Ministeru għall-Forestrija f’politika ta’ informazzjoni ċentralizzata. Gwida ulterjuri ta’ implimentazzjoni qed tkun żviluppata mill-Ministeru għall-Forestrija. Informazzjoni disponibbli f’uffiċċji forestali reġjonali, provinċjali u distrettwali jista’ jkun hemm aċċess għaliha direttament.

Biex dan l-Anness ikun jista’ jitħaddem, il-proċeduri/linji gwida/istruzzjonijiet biex l-istituzzjonijiet imsemmija jwieġbu għal talbiet għal informazzjoni jeħtiġilhom ikunu żviluppati u approvati. Barra dan, id-dispożizzjonijiet dwar rapportar u żvelar pubbliku li japplikaw għal korpi ta’ verifika u għal Awtoritajiet tal-Liċenzji għandhom ikunu ċċarati.

3.   IL-KATEGORIJI TA’ INFORMAZZJONI UŻATI GĦAR-RINFORZ TAL-MONITORAĠĠ U TAL-EVALWAZZJONI TAL-FUNZJONAMENT TAT-TLAS

Liġijiet u regolamenti: Il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards u l-linji gwida kollha elenkati fl-istandards ta’ legalità.

Allokazzjoni ta’ artijiet u foresti: mapep ta’ allokazzjonijiet ta’ artijiet u pjanti spazjali provinċjali, proċeduri għal allokazzjoni ta’ artijiet, konċessjoni ta’ foresti jew drittijiet ta’ użu u drittijiet oħra ta’ sfuttament u pproċessar, u dokument relatat bħal mepep ta’ konċessjonijiet, permess għal rilaxx ta’ żona ta’ foresta, dokumenti ta’ titoli għal artijiet u mapep ta’ titoli ta’ artijiet.

Prattiki ta’ ġestjoni ta’ foresti: pjanijiet għal użu ta’ foresti, pjanijiet annwali ta’ xogħlijiet, inklużi mapep u permess għal tagħmir, minuti ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ komunitajiet fi u madwar żona ta’ permess meħtieġa għall-iżvilupp tal-pjanijiet annwali ta’ xogħlijiet, pjan ta’ ħidma u annessi dwar sfruttament ta’ injam tal-foresti, dokumenti dwar Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u minuti ta’ laqgħat ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi meħtieġa għall-iżvilupp tar-rapporti tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, rapporti dwar produzzjoni ta’ zkuk, u dejta minn inventarji ta’ injam mhux maqtugħ f’art ta’ foresti proprjetà tal-Istat.

Informazzjoni dwar trasport u katini ta’ provvista, p.eż. dokumenti u annessi ta’ trasport ta’ zkuk jew ta’ prodotti tal-foresti u rapporti ta’ rikonċiljazzjoni ta’ injam, dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ trasport bejn gżejjer u dokumenti li juru l-identità ta’ vapuri.

Informazzjoni dwar ipproċessar u industriji: p.eż. att ta’ twaqqif ta’ kumpanija, liċenzja ta’ negozju u numru ta’ reġistrazzjoni ta’ kumpanija, rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, liċenzja ta’ negozju industrijali jew numri ta’ reġistrazzjonijiet industrijali, pjanijiet ta’ provvista ta’ materja prima industrijali għal industriji primarji ta’ prodotti ta’ foresti, reġistrazzjoni tal-esportatur ta’ prodotti tal-industrija tal-foresti, rapporti dwar materja prima u prodotti pproċessati, lista ta’ detenturi ta’ drittijiet għal ipproċessar, u informazzjoni dwar kumpaniji ta’ pproċessar sekondarju.

Tariffi relatati ma’ foresti: p.eż. tariffi ta’ ħlas abbażi ta’ żona u fatturi ta’ formoli ta’ ħlas, ordnijiet ta’ ħlas u fatturi għal tariffi għal riżorsi għal riforestazzjoni u forestrija.

Informazzjoni dwar verifika u liċenzjar: gwida tal-kwalità u standard ta’ proċeduri għal akkreditazzjoni; l-isem u l-indirizz ta’ kull KVK akkreditat, dati tal-għoti ta’ akkreditazzjoni u dati ta’ skadenza; kampijiet ta’ applikazzjoni ta’ akkreditazzjoni; lista tal-persunal ta’ KVK (awdituri, dawk li jieħdu deċiżjonijiet) assoċjati ma’ kull ċertifikat; kjarifika dwar x’titqies informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali; pjan ta’ awditjar biex ikun magħruf meta jsiru konsultazzjonijiet pubbliċi; tħabbir ta’ awditjar minn KVK; minuti minn konsultazzjonijiet pubbliċi ma’ KVK, inkluża lista ta’ parteċipanti; sommarju pubbliku ta’ riżultat ta’ awditjar; rapporti ta’ sommarji minn korp ta’ awditjar dwar ħruġ ta’ ċertifikati; rapport dwar status għall-awditjar kollu: ċertifikati mgħoddijin, falluti, dawk li jkunu għadhom qed jiġu pproċessati, mogħtijin, sospiżi u rtirati u kull bidla għal dan ta’ hawn fuq; każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità rilevanti għal awditjar u liċenzjar u l-azzjoni meħuda biex ikunu ttrattati; liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġin; rapporti regolari ta’ sommarji minn awtoritajiet tal-liċenzji.

Proċeduri ta’ monitoraġġ u lmenti: proċeduri standard ta’ operazzjoni għal ilmenti lil KAN, korpi ta’ verifika u awtoritajiet tal-liċenzji, inklużi proċeduri għall-monitoraġġ tal-progress ta’ rapporti ta’ lmenti u għeluq ta’ rapport dwar ilmenti.

Lista ta’ dokumenti ewlenin ta’ rilevanza għall-monitoraġġ ta’ foresti, l-aġenziji li jkollhom dawn id-dokumenti, kif ukoll il-proċedura li biha din l-informazzjoni tkun tista’ tinkiseb jinsabu fl-appendiċi to dan l-Anness.

4.   KATEGORIJI TA’ INFORMAZZJONI UŻATI GĦAR-RINFURZAR TA’ OBJETTIVI AKBAR TA’ FSV

1. Reġistrazzjoni ta’ Diskussjonijiet fil-KKI

2. Ir-rapport annwali tal-KKI li jagħti profil ta’:

(a) il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam esportati mill-Indoneżja lill-Unjoni bl-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti, u l-Istat Membru tal-Unjoni li fih l-importazzjoni lill-Unjoni tkun saret;

(b) l-għadd ta’ liċenzji FLEGT maħruġin mill-Indoneżja;

(c) il-progress fil-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim u affarijiet b’rabta mal-implimentazzjoni tiegħu;

(d) l-azzjonijiet biex prodotti tal-injam maħdumin illegalment ma jitħallewx ikunu esportati, importati, u mqiegħda jew ikkummerċjalizzati fis-suq domestiku;

(e) il-kwantitajiet ta’ injam u prodotti tal-injam importati fl-Indoneżja u azzjonijiet meħuda biex ma jitħalliex li jkun hemm importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam maħdumin illegalment u tinżamm l-integrità tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT;

(f) il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT u l-azzjoni meħuda biex ikunu ttrattati;

(g) il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam importati fl-Unjoni bl-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti u l-Istat Membru tal-Unjoni li fih tkun saret l-importazzjoni lill-Unjoni;

(h) l-għadd ta’ liċenzji FLEGT mill-Indoneżja li rċeviet l-Unjoni;

(i) l-għadd ta’ każijiet u kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam involuti li dwarhom kienu saru konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji Indoneżjana.

3. Rapport sħiħ u rapport sommarju tal-EP.

4. Rapport sħiħ u rapport sommarju tal-MIS.

5. Ilmenti dwar l-EP u l-MIS u dwar kif kienu ttrattati.

6. Skeda ta’ żmien għal implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u prospett ta’ attivitajiet imwettqa.

7. Kull dejta u informazzjoni oħra ta’ rilevanza għall-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ dan il-Ftehim. Dan jinkludi:

Informazzjoni legali:

 It-test ta’ dan il-Ftehim, l-Annessi tiegħu u kull emenda

 It-test tal-liġijiet u r-regolamenti kollha msemmija fl-Anness II

 Regolamenti u proċeduri ta’ implimentazzjoni

Informazzjoni dwar produzzjoni:

 Total ta’ produzzjoni annwali ta’ injam fl-Indoneżja;

 Volumi annwali ta’ prodotti tal-injam esportati (total u lill-Unjoni);

Informazzjoni dwar allokazzjoni ta’ konċessjonijiet:

 Erja totali ta’ konċessjonijiet ta’ forestrija allokata;

 Lista ta’ konċessjonijiet, l-ismijiet tal-kumpaniji li lilhom kienu allokati u l-ismijiet tal-kumpaniji li jiġġestuhom;

 Mappa ta’ postijiet tal-konċessjonijiet kollha ta’ qtugħ ta’ siġar;

 Lista ta’ kumpaniji ta’ forestrija rreġistrati (produzzjoni, ipproċessar, kummerċ u esportazzjonijiet);

 Lista ta’ kumpaniji ta’ forestrija ċċertifikati skont l-SVLK (produzzjoni, ipproċessar, kummerċ u esportazzjonijiet);

Informazzjoni dwar ġestjoni:

 Lista ta’ konċessjonijiet ġestiti skont it-tip;

 Lista ta’ konċessjonijiet ta’ forestrija ċertifikati u t-tip ta’ ċertifikat li bih ikunu ġestiti;

Informazzjoni dwar awtoritajiet:

 Lista ta’ Awtoritajiet tal-Liċenzji fl-Indoneżja, inkluż l-indirizz u dettalji ta’ kuntatt;

 Indirizz u dettalji ta’ kuntatt tal-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji;

 Lista ta’ awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni, inkluż indirizz u dettalji ta’ kuntatt;

Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-websajts tal-Partijiet.

5.   IMPLIMENTAZZJONI TA’ DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ŻVELAR PUBBLIKU

Bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness il-Partijiet għandhom jivvalutaw:

 Il-ħtieġa għall-formazzjoni ta’ ħiliet dwar l-użu ta’ informazzjoni pubblika għal monitoraġġ indipendenti;

 Il-ħtieġa li jikber l-għarfien min-naħa tas-settur pubbliku u minn partijiet interessati dwar id-dispożizzjonijiet dwar żvelar pubbliku li hemm f’dan il-Ftehim.

Appendiċi



INFORMAZZJONI GĦAL RINFURZAR TAL-VERIFIKA, IL-MONITORAĠĠ U L-FUNZJONAMENT TAT-TLAS

Nru

Dokument li għandu jsir disponibbli pubblikament

Aġenziji li jkollhom id-dokument

Kategorijata’ Informazzjoni

INJAM MINN FORESTI FUQ ARTIJIET PROPRJETÀ TAL-ISTAT (IUPHHK-HA/HPH, IUPHHK-HTI/HPHTI,IUPHHK RE) u INJAM MINN FORESTI FUQ ARTIJIET PROPRJETÀ TAL-ISTAT ĠESTITI MINN KOMUNITAJIET LOKALI (IUPHHK-HTR, IUPHHK-HKM)

1

Permessi għal Drittijiet ta’ Konċessjonijiet ta’ Foresti

(SK IUPHHK-HA/HPH, IUPHHK- HTI/HPHTI, IUPHHK RE)

Ministeru tal-Forestrija (BUK); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali

3

2

Mapep ta’ konċessjonijiet

Ministeru tal-Forestrija (BAPLAN); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali

3

3

Permessi għall-Użu ta’ Prodotti tal-Injam tal-Foresti ta’ Produzzjoni:

SK IUPHHK-HTR, IUPHHK- HKm

Ministeru tal-Forestrija (BUK); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali

3

4

Mapep għall-Użu ta’ Prodotti tal-Injam tal-Foresti ta’ Produzzjoni

Ministeru tal-Forestrija (BAPLAN); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali

3

5

Pjan ta’ Użu ta’ Foresti (TGHK)

Ministeru tal-Forestrija(BAPLAN); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali

3

6

Pjan ta’ Ħidma ta’ Sfruttament ta’ Injam tal-Foresti (RKUPHHK) u annessi, inkluż permess għal tagħmir

Ministeru tal-Forestrija(BUK)

3

7

Tariffa ta’ Permess ta’ Ordni ta’ Ħlas ta’ IUPHHK (SPP) u formola ta’ ħlas

Ministeru tal-Forestrija (BUK)

3

8

Pjan Annwali ta’ Ħidma (RKT/ Pjan Dettaljat), inkluża mappa

Uffiċċji forestali provinċjali; kopji f’uffiċċji forestali distrettwali

3

9

Dokumenti ta’ rapporti dwar fili u produzzjoni (LHP u LHC)

Uffiċċji forestali distrettwali; kopji f’uffiċċji provinċjali

3

10

Dokumenti ta’ trasport (skshh)

Uffiċċju forestali distrettwali; kopji f’uffiċċji forestali provinċjali

3

11

Rapport ta’ rikonċiljazzjoni ta’ zkuk (LMKB)

Uffiċċji forestali distrettwali u unità lokali tal-Ministeru tal-Forestrija (BP2HP)

3

12

Ordni ta’ Ħlas u formola għal tariffa ta’ produzzjoni (SPP)

(skont iz-zkuk/volum)

Uffiċċji forestali distrettwali

3

13

Irċevuta ta’ ħlas ta’ Tariffa għal Riżorsi Forestali u ta’ Tariffa għall-Fond ta’ Riforestazzjoni

(PSDH jew DR għal detenturi ta’ liċenzji ta’ foresti naturali jew PSDH għal detenturi ta’ liċenzji ta’ foresti ta’ pjantaġġuni)

Uffiċċji forestali distrettwali

3

14

Dokumenti ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA)

(AMDAL, ANDAL, RKL and RPL)

Uffiċċju ambjentali provinċjali jew distrettwali (BAPEDALDA jew BLH); kopji fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK)

3

INJAM MINN ART PRIVATA

15

Dokument ta’ titolu validu għal art

Uffiċċju nazzjonali jew provinċjali/distrettwali ta’ aġenzija ta’ artijiet (BPN)

3

16

Titolu għal art/mapep ta’ postijiet

Uffiċċju nazzjonali jew provinċjali/distrettwali ta’ aġenzija ta’ artijiet (BPN)

3

17

Dokument ta’ trasport SKAU jew SKSKB ta’ zkuk stampat b’KR (Injam Komunitarju)

Kap ta’ raħal (SKAU); kopji f’uffiċċji forestali distrettwali (SKSKB-KR u SKAU).

3

INJAM MINN ART TA’ KONVERŻJONI TA’ FORESTA (IPK)

18

Liċenzji għal użu ta’ injam: ILS/IPK, inkluż permess għal tagħmir

Uffiċċji forestali distrettwali u provinċjali

3

19

Mapep mehmużin ma’ ILS/IPK

Uffiċċji forestali distrettwali u provinċjali

3

20

Permess għal rilaxx ta’ zona forestali

Ministeru tal-Forestrija (BAPLAN) u Unità Provinċjali tal-Ministeru tal-Forestrija (BPKH)

3

21

Pjan ta’ ħidma IPK/ILS

Uffiċċji forestali distrettwali

3

22

Dejta minn inventarji ta’ injam mhux maqtugħ f’art ta’ foresti proprjetà tal-Istat li jkollha tiġi kkonvertita (sezzjoni fi pjan ta’ ħidma IPK/ILS)

Uffiċċji forestali distrettwali

3

23

Dokument ta’ produzzjoni ta’ injam (LHP)

Uffiċċji forestali distrettwali

3

24

Irċevuta ta’ ħlas DR u PSDH (ara nru 13)

Uffiċċji forestali distrettwali; kopji fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK)

3

25

Dokumenti ta’ trasport FAKB u l-annessi għal KBK u SKSKB u l-annessi għal KB

Uffiċċji forestali distrettwali

3

INDUSTRIJA BBAŻATA FUQ IL-FORESTI

26

Kuntratt ta’ Stabbiliment tal-Kumpanija

Ministeru għal-Liġi u d-Drittijiet tal-Bniedem; għal industrija primarja u integrata b’kapaċità ta’ aktar minn 6 000 m3 kopja fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK), b’kapaċità inqas minn 6 000 m3 kopja f’uffiċċji forestali provinċjali u distrettwali; għal kopji tal-industrija sekondarja fil-Ministeru tal-Industrija.

3

27

Liċenzja Kummerċjali (SIUP)

Uffiċċju tal-investiment lokali jew aġenzija ta’ koordinazzjoni tal-investiment (BKPMD), Ministru għall-Kummerċ. Għal kopji tal-industrija sekondarja fil-Ministeru tal-Industrija.

3

28

Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Kumpanija (TDP)

Uffiċċju tal-investiment lokali jew aġenzija ta’ koordinazzjoni tal-investiment (BKPMD) u l-Ministru għall-Kummerċ

3

29

Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA) (UKL/UPL u SPPL)

Uffiċċji ambjentali provinċjali u distrettwali (BAPEDALDA jew BLH); kopji fl-uffiċċju kummerċjali lokali jew aġenzija ta’ koordinazzjoni tal-investiment (BKPMD)

3

30

Liċenzja Kummerċjali Industrijali (IUI) jew Numru ta’ Reġistrazzjoni Industrijali (TDI)

Industrija primarja u integrata b’kapaċità ta’ aktar minn 6 000 m3 kopja fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK), b’kapaċità inqas minn 6 000 m3 kopja f’uffiċċji forestali provinċjali, b’kapaċità inqas minn 2 000 m3 kopja f’Uffiċċji forestali distrettwali; għal kopji tal-industrija sekondarja fil-Ministeru tal-Industrija.

3

31

Pjan tal-Provvistra tal-Materja Prima Industrijali (RPBBI) għal Industriji tal-Prodotti Forestali Primarji (IPHH)

Industrija primarja u integrata b’kapaċità ta’ aktar minn 6 000 m3 kopja fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK), b’kapaċità inqas minn 6 000 m3 kopja f’uffiċċji forestali provinċjali, b’kapaċità inqas minn 2 000 m3 kopja f’Uffiċċji forestali distrettwali; kopji f’uffiċċji forestali provinċjali u distrettwali.

3

32

Esportatur Reġistrat tal-Prodott Industrijali Forestali (ETPIK)

Ministru għall-Kummerċ

3

33

Dokumenti tat-trasport (SKSKB, FAKB, SKAU u/jew FAKO)

Kap tal-villaġġ (SKAU); kopji fl-uffiċċji forestali distrettwali (SKSKB-KR, SKAU), kopji ta’ FAKO f’uffiċċji forestali provinċjali

3

34

Dokumenti li jirrapportaw tibdil fil-ħażniet taz-zkuk tondi (LMKB/LMKBK)

Uffiċċji forestali distrettwali

3

35

Rapport tal-Prodott Ipproċessat (LMOHHK)

Uffiċċji forestali distrettwali, kopji lill-uffiċċji tal-forestrija provinċjali

3

36

Dokument kummerċjali tal-injam bejn gżira u oħra (PKAPT)

Ministru għall-Kummerċ (DĠ Kummerċ Domestiku)

3

37

Dokument li juri l-identità tal-bastiment

Uffiċċju Amministrattiv tal-Port Lokali (taħt il-Ministeru tat-Trasport); kopja fil-Bureau tal-Klassifikazzjoni Indoneżjan (BKI)

3

INFORMAZZJONI RELEVANTI OĦRA

38

Liġijiet u regolamenti: Il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards u l-linji gwida kollha elenkati fl-istandards ta’ legalità

Ministeru tal-Forestrija, Uffiċċji forestali provinċjali jew distrettwali

3

39

Informazzjoni dwar Verifika u Liċenzjar:

 

 

(a)  gwida tal-kwalità u standard ta’ proċeduri għal akkreditazzjoni

Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN)

1

(b)  l-isem u l-indirizz ta’ kull korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat (LP u LV)

Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN)

1

(c)  lista tal-persunal (awdituri, dawk li jieħdu deċiżjonijiet) assoċjati ma’ kull ċertifikat

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV), Ministeru tal-Forestrija

1

(d)  kjarifika dwar x’titqies informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

1

(e)  pjan ta’ awditjar biex ikun magħruf meta jsiru konsultazzjonijiet pubbliċi; tħabbir ta’ awditjar minn korp tal-verifika, sommarju pubbliku tar-riżultat ta’ awditjar; rapporti ta’ sommarji minn korp ta’ awditjar dwar ħruġ ta’ ċertifikati

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

1

40

Rapporti dwar l-istatus għall-awditjar:

 

 

(a)  ċertifikati li jkunu għaddew, li ma jkunux għaddew, dawk li jkunu għadhom qed jiġu pproċessati, li jkunu ngħataw, li jkunu ġew sospiżi u rtirati u kull bidla għal dan ta’ hawn fuq

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

1

(b)  każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità rilevanti għal awditjar u liċenzjar u l-azzjoni meħuda għall-indirizzar tagħhom;

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

3

(c)  Liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġin (Dokument V-Legali); rapporti perjodiċi mill-korp tal-ħruġ tal-liċenzji

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

1

41

Proċeduri ta’ monitoraġġ u lmenti:

 

 

(a)  proċeduri standard ta’ operat għal ilmenti lil korp ta’ akkreditazzjoni u lil kull korp ta’ verifika

Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN), korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

1

(b)  proċeduri tas-soċjetà ċivili għall-monitoraġġ, ilmenti, rapporti mill-monitor tas-soċjetà ċivili

Ministeru tal-Forestrija, Monitor Indipendenti

1

(c)  dokumenti li jimmonitorjaw il-progress ta’ rapporti ta’ lmenti u r-rapport ta’ solvien tal-ilment

Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN), korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV)

3

Proċeduri għall-ksib ta’ informazzjoni:

 L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (UU 14/2008) jagħmel distinzjoni bejn erba’ kategoriji ta’ informazzjoni: (1) informazzjoni disponibbli u mqassma b’mod attiv fuq bażi regolari; (2) informazzjoni li għandha tkun magħmula pubblika minnufih; (3) informazzjoni li hija magħmula pubblika f’kull ħin u pprovduta malli tkun mitluba u (4) informazzjoni ristretta jew kunfidenzjali.

 Informazzjoni skont il-kategorija 3 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni hija pprovduta lill-pubbliku meta din tintalab lil korp maħtur apposta (PPID) fi ħdan l-istituzzjoni rispettiva, eż. Ċentru tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Ministeru tal-Forestrija. Kull istituzzjoni għandha r-regolament implimentattiv tagħha stess fuq l-informazzjoni pubblika, abbażi tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

 Xi informazzjoni, għalkemm taqa’ taħt il-Kategorija 3 taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni hija ppubblikata fuq is-siti elettroniċi tal-istituzzjonijiet relevanti, inter alia: digrieti u regolamenti, mapep ta’ allokazzjoni tal-art, pjanijiet tal-użu tal-foresti.

Top