This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013R1407-20200727
Commission Regulation (EU) No 1407/2013 of 18 December 2013 on the application of Articles 107 and 108 of the Treaty on the Functioning of the European Union to de minimis aid (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02013R1407 — MT — 27.07.2020 — 001.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352 24.12.2013, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/972 tat-2 ta’ Lulju 2020 |
L 215 |
3 |
7.7.2020 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1407/2013
tat-18 ta’ Diċembru 2013
dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna mogħtija lill-impriżi fis-setturi kollha, ħlief għal:
għajnuna mogħtija lil impriżi għal attivitajiet fis-setturi tas-sajd u tal-akwakultura, kif koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 ( 1 );
għajnuna mogħtija lil impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli;
għajnuna mogħtija lil impriżi attivi fis-settur tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fil-każijiet li ġejjin:
meta l-ammont tal-għajnuna jkun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew kwantità ta’ prodotti ta’ dak it-tip mixtrija minn produtturi primarji jew imqiegħda fis-suq mill-impriżi kkonċernati;
meta l-għajnuna tkun bil-kundizzjoni li parti minnha jew kollha kemm hi tingħata lill-produtturi primarji;
għajnuna lill-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, l-aktar għajnuna marbuta direttament ma’ kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u l-operazzjoni ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew ma’ nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;
għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti domestiċi bi preferenza fuq prodotti importati.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“prodotti agrikoli” tfisser prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura koperti mir-Regolament (KE) Nru 104/2000;
“ipproċessar ta’ prodotti agrikoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirriżulta fi prodott li huwa wkoll prodott agrikolu, ħlief attivitajiet li jsiru f’razzett li huma neċessarji biex prodott minn annimal jew pjanta jiġi ppreparat għall-ewwel bejgħ;
“il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli” tfisser li żżomm jew turi bl-għan li tbiegħ, li toffri għall-bejgħ, li tikkonsenja jew kwalunkwe mod ieħor ta’ tqegħid fis-suq, minbarra l-ewwel bejgħ minn produttur primarju lil min jerġa’ jbiegħ jew lil proċessuri u kwalunkwe attività li tipprepara prodott għal dak l-ewwel bejgħ. Bejgħ minn produttur primarju lill-konsumaturi finali għandu jkun ikkunsidrat bħala kummerċjalizzazzjoni jekk isir f’bini separat irriżervat għal dak il-għan.
“Impriża waħda” tinkludi, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, l-intrapriżi kollha li jkollhom bejniethom mill-inqas waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:
intrapriża waħda li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;
intrapriża waħda li jkollha d-dritt taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, tal-ġestjoni jew dak ta’ sorveljanza ta’ intrapriża oħra;
intrapriża waħda li jkollha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni tal-memorandum jew tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħha;
intrapriża waħda, illi tkun azzjonista fi jew membru ta’ intrapriża oħra, tikkontrolla waħedha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ dik l-intrapriża, maġġoranza tad-drittijiet tal-voti tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-intrapriża.
L-intrapriżi li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda jew aktar għandhom wkoll jitqiesu bħala impriża waħda.
Artikolu 3
Għajnuna de minimis
L-għajnuna totali de minimis mogħtija lil kull Stat Membru lil xi impriża waħda li twettaq trasport tal-merkanzija bit-triq b’kiri jew bi ħlas ma għandhiex tkun iktar minn EUR 100 000 fuq kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali. Din l-għajnuna de minimis ma għandhiex tintuża għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq.
Għajnuna pagabbli f’għadd ta’ pagamenti għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Ir-rata tal-interessi li għandha tintuża għal skopijiet ta’ skont għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument li tingħata l-għajnuna.
Artikolu 4
Kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross
Għajnuna li tikkonsisti f’self titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:
il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, biex jinbdew proċeduri kollettivi ta’ stralċ fir-rigward tiegħu fuq talba tal-kredituri tiegħu. Fil-każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-; jew
is-self ikun assikurat b’garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta’ EUR 1 000 000 (jew EUR 500 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) fuq t-tul ta’ żmien ta’ ħames snin jew EUR 500 000 (jew EUR 250 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) fuq tul ta’ żmien ta’ għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta’ żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti tal-għotja gross ta’ dak is-self jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew
l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.
L-għajnuna li tikkonsisti f’garanziji għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:
il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta’ stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. F’każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-.
il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti u l-ammont iggarantit ikun EUR 1 500 000 (jew EUR 750 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) u t-tul ta’ żmien tal-garanzija jkun ħames snin jew l-ammont iggarantit ikun EUR 750 000 (jew EUR 375 000 fil-każ ta’ impriżi li jwettqu trasport tal-merkanzija bit-triq) u t-tul ta’ żmien tal-garanzija jkun għaxar snin; jekk l-ammont iggarantit ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew il-garanzija tkun għal tul ta’ żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti tal-għotja gross ta’ dik il-garanzija jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew
l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ primjums eżentati stipulati f’avviż tal-Kummissjoni; jew
qabel l-implimentazzjoni,
il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanzija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ Regolament tal-Kummissjoni ieħor fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien u l-Kummissjoni tkun aċċettata bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew ma’ kwalunkwe Avviż suċċessiv, u
dik il-metodoloġija tindirizza b’mod espliċitu t-tip ta’ garanziji u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Akkumulazzjoni
Artikolu 6
Monitoraġġ
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-1 ta’ Jannar 2014.
Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).