EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R1352-20210101

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 tal-4 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1352/2021-01-01

02013R1352 — MT — 01.01.2021 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1352/2013

tal-4 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

(ĠU L 341 18.12.2013, p. 10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/582 tat-12 ta' April 2018

  L 98

4

18.4.2018

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1209 tat-13 ta’ Awwissu 2020

  L 274

3

21.8.2020

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2035 tas-7 ta’ Diċembru 2020

  L 416

11

11.12.2020




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1352/2013

tal-4 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali



Artikolu 1

1.  
L-applikazzjoni li titlob li l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni fir-rigward ta’ oġġetti suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali (applikazzjoni) imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 issir permezz tal-formola stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
2.  
It-talba għal estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni (talba ta’ estensjoni) imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 issir permezz tal-formola li tinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
3.  
Il-formoli stabbiliti fl-Annessi I u II jimtlew skont in-noti stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 2

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, il-formoli stabbiliti fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament jistgħu, fejn meħtieġ, ikunu leġibilment mimlija bl-id.

Dawn il-formoli ma għandu jkollhom l-ebda tħassir, kliem miktub fuq l-ieħor jew inkella alterazzjonijiet oħrajn u jkunu jikkonsistu f’żewġ kopji.

Il-formoli miktuba bl-id jimtlew bl-inka u b’ittri kapitali.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1891/2004 huwa rrevokat.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS I