EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R1303-20200424

Consolidated text: Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1303/2020-04-24

02013R1303 — MT — 24.04.2020 — 009.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2013

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006

▼B

(ĠU L 347 20.12.2013, p. 320)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2015/1839 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Ottubru 2015

  L 270

1

15.10.2015

►M2

REGOLAMENT (UE) 2016/2135 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' Novembru 2016

  L 338

34

13.12.2016

►M3

REGOLAMENT (UE) 2017/825 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Mejju 2017

  L 129

1

19.5.2017

►M4

REGOLAMENT (UE) 2017/1199 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2017

  L 176

1

7.7.2017

►M5

REGOLAMENT (UE) 2017/2305 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Diċembru 2017

  L 335

1

15.12.2017

►M6

REGOLAMENT (UE, Euratom) 2018/1046 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Lulju 2018

  L 193

1

30.7.2018

►M7

REGOLAMENT (UE) 2018/1719 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Novembru 2018

  L 291

5

16.11.2018

►M8

REGOLAMENT (UE) 2019/711 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' April 2019

  L 123

1

10.5.2019

►M9

REGOLAMENT (UE) 2020/460 TAL-PARLAMENT EWOPEW U TAL KUNSILL tat-30 ta’ Marzu 2020

  L 99

5

31.3.2020

►M10

REGOLAMENT (UE) 2020/558 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' April 2020

  L 130

1

24.4.2020


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 200, 26.7.2016, p.  140 (1303/2013)

►C2

Rettifika, ĠU L 066, 7.3.2019, p.  6 (1303/2013)




▼B

▼C1

REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2013

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006

▼B



L-EWWEL PARTI

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli komuni applikabbli għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), li joperaw fl-ambitu ta’ qafas komuni (“il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej” - “Fondi ESI”). Huwa jistipula wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-Fondi ESI u l-koordinazzjoni tagħhom ma' xulxin u ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni. Ir-regoli komuni li japplikaw għall-Fondi ESI huma stabbiliti fit-Tieni Parti.

It-Tielet Parti tistabbilixxi r-regoli ġenerali li jirregolaw il-FEŻR, il-FSE (li flimkien jissejħu bħala l-“Fondi Strutturali”) u l-Fond ta' Koeżjoni li jikkonċernal-kompiti, l-objettivi ta’ prijorità u l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali u l- Fond ta' Koeżjoni (il-'Fondi'), il-kriterji li l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jissodisfaw sabiex ikunu eliġibbli għal sostenn mill-Fondi ESI, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom.

Ir-Raba' Parti tistabbilixxi r-regoli ġenerali applikabbli għall-Fondi u l-FEMS dwar il-ġestjoni u kontroll, ġestjoni finanzjarja, kontabilità u korrezzjonijiet finanzjarji.

Ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fir-Regolamenti li ġejjin (ir-"Regolamenti speċifiċi għall-Fondi") f'konformità mal-ħames subparagrafu ta' dan l-Artikolu:

(1) 

Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 (ir-“Regolament FEŻR”);

(2) 

Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 (ir-“Regolament FSE”);

(3) 

Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 (ir-“Regolament FK”);

(4) 

Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 (ir-“Regolament KTE”);

(5) 

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (ir-“Regolament FAEŻR”); u

(6) 

att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-politika marittima u tas-sajd għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014 sal-2020 (ir-"Regolament FEMS").

It-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament għandha tapplika għall-fondi ESI kollha għajr fejn jippermetti derogi. It-Tielet u r-Raba' Parti ta' dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu regoli komplementari għat-Tieni Parti li japplikaw rispettivament għall-Fondi u għall-Fondi u l-FEMS u jistgħu b'mod espliċitu jippermettu għal derogi fir-Regolamenti konċernati speċifiċi għall-Fond. Ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond jistgħu jistabbilixxu regoli komplementari għat-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament u għall-Fondi ESI, għat-Tielet Parti ta' dan ir-Regolament għall-Fondi u għar-Raba' Parti ta' dan ir-Regolament għall-Fondi u l-FEMS. Ir-regoli komplementari fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi m'għandhomx ikunu f'kontradizzjoni mat-Tieni Parti, it-Tielet Parti jew ir-Raba' Parti ta' dan ir-Regolament. F'każ ta' dubju dwar l-applikazzjoni bejn dispożizzjonijiet, it-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament għandu jkollha prevalenza fuq ir-regoli speċifiċi għall-Fondi, u t-Tieni Parti, it-Tielet Parti u r-Raba' Parti ta' dan ir-Regolament għandu jkollhom prevalenza fuq ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

'l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv' tfisser il-miri u l-għanijiet kondiviżi li jmexxu l-azzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni stipulati fil-Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 fl-Anness I (Strateġija Ewropea Ġdida għall-Impjiegi u t-Tkabbir, Miri Ewlenin tal-UE), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2010 ( 2 ) u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE ( 3 ) u kull reviżjoni ta' dawn il-miri u l-objettivi kondiviżi;

(2) 

“qafas ta’ politika strateġika” tfisser dokument jew sett ta' dokumenti stabbiliti fuq livell nazzjonali u reġjonali, li jistipula numru limitat ta’ prijoritajiet koerenti stabbiliti fuq il-bażi ta’ provi jew perjodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta' dawk il-prijoritajiet u li jista’ jinkludi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ;

(3) 

“strateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti” tfisser l-istrateġiji ta’ innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali li jistabbilixxu prijoritajiet b’mod il jinbena vantaġġ kompetittiv billi jiġu żviluppati u mqabbla il-punti ta' forza tar-riċerka u l-innovazzjoni mal-ħtiġijiet kummerċjali biex jiġu indirizzati l-opportunitajiet emerġenti u l-iżviluppi fis-suq b’mod koerenti, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-frammentazzjoni tal-isforzi; strateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tista' tieħu l-forma ta’ jew tiġi inkluża f’qafas ta’ politika strateġika ta’ riċerka u innovazzjoni (R&I) nazzjonali jew reġjonali;

(4) 

'regoli speċifiċi għall-Fondi' tfisser id-dispożizzjonijiet stipulati jew stabbiliti abbażi tat-Tielet Parti jew ir-Raba' Parti ta’ dan ir-Regolament jew Regolament li jirregola wieħed jew aktar mill-Fondi ESI elenkati fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 1;

(5) 

“programmazzjoni” tfisser il-proċess tal-organizzazzjoni, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji f’diversi stadji, bl-involviment ta' sħab f'konformità mal-Artikolu 5, maħsub għall-implimentazzjoni, fuq bażi multiannwali, ta’ azzjoni konġunta mill-Unjoni u l-Istati Membri sabiex jinkisbu l-objettivi tal-istrateġija tal-Unjoni dwar tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

(6) 

“programm” tfisser “programm operazzjonali” kif imsemmi fit-Tielet Parti jew ir-Raba' Parti ta’ dan ir-Regolament u fir-Regolament FEMS, u “programm ta’ żvilupp rurali” kif imsemmi fir-Regolament tal-FAEŻR;

(7) 

"qasam tal-programm" tfisser żona ġeografika koperta minn programm speċifiku jew, fil-każ ta' programm li jkopri aktar minn kategorija waħda ta' reġjun, iż-żona ġeografika tikkorrispondi għal kull kategorija separata ta' reġjun;

(8) 

“prijorità” fit-Tieni u r-Raba' Parti ta' dan ir-Regolament tfisser “assi ta’ prijorità” imsemmija fit-Tielet Parti ta’ dan ir-Regolament għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni u l-“prijorità tal-Unjoni” imsemmija fir-Regolament FEMS u fir-Regolament tal-FAEŻR;

(9) 

'operazzjoni' tfisser proġett, kuntratt, azzjoni jew grupp ta’ proġetti magħżula mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-programmi ikkonċernati, jew taħt ir-responsabbiltà tagħhom, li tikkontribwixxi għall-objettivi ta' prijorità jew prijoritajiet; fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji, operazzjoni tikkonsisti fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programm għall-istrumenti finanzjarji u l-appoġġ finanzjarju sussegwenti pprovdut minn dawk l-istrumenti finanzjarji;

▼M6

(10) 

“benefiċjarju” tfisser korp pubbliku jew privat jew persuna fiżika responsabbli għall-bidu jew inkella għall-bidu kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, u

(a) 

fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat, il-korp li jirċievi l-għajnuna, ħlief fejn l-għajnuna għal kull impriża hija anqas minn EUR 200 000 , f’liema każ l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li l-benefiċjarju jkun il-korp li jagħti l-għajnuna, mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 ( 4 ), (UE) Nru 1408/2013 ( 5 ) u (UE) Nru 717/2014 ( 6 ); u

(b) 

fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji taħt it-Titlu IV tat-Tieni Parti ta’ dan ir-Regolament, il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju jew il-fond tal-fondi kif adatt;

▼B

(11) 

'strumenti finanzjarji' tfisser strumenti finanzjarji kif definiti fir-Regolament Finanzjarju, ħlief fejn previst mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(12) 

'riċevitur finali' tfisser persuna legali jew fiżika li tirċievi appoġġ finanzjarju minn strument finanzjarju;

(13) 

'għajnuna mill-Istat' tfisser għajnuna li taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) tat-TFUE u li għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandha titqies li tinkludi wkoll għajnuna de minimis fit-tifsira tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 ( 7 ), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 ( 8 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 ( 9 );

(14) 

'operazzjoni kompluta' tfisser operazzjoni li tlestiet fiżikament jew ġiet implimentata għal kollox u fir-rigward tagħha saru l-pagamenti relatati kollha mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti tħallset lill-benefiċjarji;

(15) 

“nefqa pubblika” tfisser kwalunkwe kontribuzzjoni pubblika għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li l-oriġini tagħhom hija l-baġit ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali, il-baġit tal-Unjoni relatat mal-Fondi ESI, il-baġit tal-korpi tal-liġi pubblika jew il-baġit ta’ assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi jew korpi tal-liġi pubblika u, għall-fini li tiġi ddeterminata r-rata ta' kofinanzjament għall-programmi jew prijoritajiet FSE, tista' tinkludi kwalunkwe riżorsa finanzjarja kontribwita b'mod kollettiv minn dawk li jħaddmu u ħaddiema;

(16) 

'korp tal-liġi pubblika' tfisser kwalunkwe korp irregolat mil-liġi pubblika fit-tifsira tal-punt 9 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) u kwalunkwe raggruppament Ewropew ta’ kooperazjoni territorjali (REKT) stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), irrispettivament minn jekk ir-REKT jitqiesx bħala korp tal-liġi pubblika jew korp tal-liġi privata taħt id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni nazzjonali rilevanti;

(17) 

'dokument' tfisser karta jew mezz elettroniku li jġorr informazzjoni ta' rilevanza fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament;

(18) 

“korp intermedjarju” tfisser kwalunkwe korp pubbliku jew privat li jaġixxi taħt ir-responsabilità ta’ awtorità maniġerjali jew ta’ ċertifikazzjoni, jew li jwettaq dmirijiet għan-nom ta’ awtorità bħal din, fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-benefiċjarji;

(19) 

“strateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità” tfisser sett koerenti ta’ operazzjonijiet li l-iskop tagħha huwa li jissodisfaw l-objettivi u l-ħtiġijiet lokali, u li tjikkontribwixxi għat-twettiq tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u li hija mfassla u implimentata minn grupp ta’ azzjoni lokali;

(20) 

'Ftehim ta’ Sħubija' tfisser dokument imħejji minn Stat Membru bl-involviment ta’ imsieħba f'konformità mal-approċċ ibbażat fuq governanza f’diversi livelli, li jistabbilixxi l-istrateġija, il-prijoritajiet u l-arranġamenti ta' dak l-Istat Membru għall-użu tal-Fondi ESI b’mod effettiv u effiċjenti sabiex tiġi segwita l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u li hija approvata mill-Kummissjoni wara valutazzjoni u djalogu mal-Istat Membru kkonċernat;

(21) 

'kategorija ta’ reġjuni' tfisser il-kategorizzazzjoni tar-reġjuni bħala 'reġjuni inqas żviluppati', 'reġjuni fi tranżizzjoni' jew 'reġjuni aktar żviluppati' skont l-Artikolu 90(2);

▼C1

(22) 

'applikazzjoni għal pagament' tfisser applikazzjoni għal pagament jew dikjarazzjoni tan-nefqa sottomessa mill-Istat Membru lill-Kummissjoni;

▼B

(23) 

'BEI' tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalunkwe sussidjarju stabbilit mill-Bank Ewropew tal-Investiment;

(24) 

"sħubiji pubbliċi-privati" (PPPs) tfisser forom ta' kooperazzjoni bejn il-korpi pubbliċi u s-settur privat, li jimmiraw li jtejbu t-twettiq ta' investimenti fi proġetti tal-infrastruttura jew tipi oħra ta' operazzjonijiet, li jwettqu servizzi pubbliċi permezz ta' kondiviżjoni tar-riskji, ġbir ta' kompetenzi fis-settur privat jew sorsi addizzjonali ta' kapital.

(25) 

"operazzjoni PPP" tfisser operazzjoni li hija implimentata jew maħsuba biex tiġi implimentata taħt struttura sħubija pubblika-privata;

►C1  (26) 

'escrow account' tfisser kont bankarju kopert minn ftehim bil-miktub bejn awtorità ta’ ġestjoni, jew korp intermedjarju, u l-entità li timplimenta strument finanzjarju, jew, fil-każ ta’ operazzjoni ta’ PPP, ftehim bil-miktub bejn il-korp pubbliku benefiċjarju u l-imsieħeb privat approvat mill-awtorità ta' ġestjoni, jew korp intermedjarju, stabbilit speċifikament biex iżomm fondi li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà fil-każ ta' strument finanzjarju, jew matul il-perjodu ta' eliġibbiltà u/jew wara l-perjodu ta' eliġibbiltà fil-każ ta' operazzjoni PPP, esklussivament ◄ għall-finijiet provduti fil-punt (c) tal-Artikolu 42(1), l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 42(3) u l-Artikolu 64, jew kont bankarju stabbilit fuq termini li jagħtu garanziji ekwivalenti fuq il-pagamenti mill-fondi;

(27) 

'fond ta' fondi' tfisser fond stabbilit bl-objettiv li jikkontribwixxi appoġġ minn programm jew programmi lil bosta strumenti finanzjarji. Fejn l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati permezz ta’ fond ta’ fondi, il-korp li jimplimenta l-fond ta’ fondi għandu jiġu kkunsidrat bħala l-uniku benefiċjarju skont it-tifsira tal-punt 10 ta' dan l-Artikolu;

(28) 

“SME” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 12 );

(29) 

'sena ta’ kontabilità', tfisser, għall-finijiet tat-Tielet Parti u r-Raba' Parti, il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju, għajr għall-ewwel sena ta’ kontabilità tal-perjodu ta' programmazzjoni, li fir-rigward tagħha tfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għal eliġibbiltà tan-nefqa sat-30 ta' Ġunju 2015. Is-sena ta’ kontabilità finali għandha tkun bejn l-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024;

(30) 

'sena finanzjarja' tfisser, għall-finijiet tat-Tielet Parti u r-Raba' Parti, il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru;

▼M6

(31) 

'strateġija makroreġjonali' tfisser qafas integrat maqbul mill-Kunsill u, fejn adatt, approvat mill-Kunsill Ewropew, li jista’ jiġi appoġġat mill-Fondi ESI fost oħrajn, biex jiġu indirizzati sfidi komuni li qed tiffaċċa żona ġeografika definita relatata ma’ Stati Membri u pajjiżi terzi li jinsabu fl-istess żona ġeografika li b’hekk jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

▼B

(32) 

'strateġija tal-baċini tal-baħar' tfisser qafas strutturat ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ żona ġeografika partikolari, żviluppat mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mill-Istati Membri, mir-reġjuni tagħhom u, fejn xieraq, minn pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar; strateġija tal-baċini tal-baħar tqis l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, klimatiċi, ekonomiċi u politiċi tal-baċin tal-baħar;

(33) 

“kundizzjonalità ex ante applikabbli” tfisser fattur kritiku predefinit b’mod preċiż, li huwa prerekwiżit għal u għandu konnessjoni diretta u ġenwina ma’ u impatt dirett fuq il-kisba effettiva u effiċjenti ta' objettiv speċifiku għal prijorità ta’ investiment jew prijorità tal-Unjoni;

(34) 

“objettiv speċifiku” tfisser ir-riżultat li prijorità ta’ investiment jew prijorità tal-Unjoni jikkontribwixxu għalih f’kuntest nazzjonali jew reġjonali speċifiku permezz ta’ azzjonijiet jew miżuri meħuda f'tali prijorità;

(35) 

“rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż adottati skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE” u ‘rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE ifissru rakkomandazzjonijiet relatati mal-isfidi strutturali li huwa xieraq li jiġu indirizzati permezz ta’ investimenti pluriennali li jaqgħu direttament fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fondi ESI kif previst fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond;

(36) 

'irregolarità' tfisser kwalunkwe ksur tal-liġi tal-Unjoni jew ta' liġi nazzjonali relatata mal-applikazzjoni tagħha, li jirriżulta minn att jew omissjoni minn operatur ekonomiku involut fl-implimentazzjoni tal-Fondi ESI li għandu, jew jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni billi jitlob pagament għal element mhux ġustifikat ta' nefqa mill-baġit tal-Unjoni.

(37) 

'operatur ekonomiku' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità li tieħu sehem fl-implimentazzjoni tal-għajnuna mill-Fondi ESI, bl-eċċezzjoni ta' Stat Membru li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu bħala awtorità pubblika;

(38) 

'irregolarità sistemika' tfisser kwalunkwe irregolarità, li tista' tkun ta' natura rikorrenti, bi probabbiltà għolja ta' inċidenza f'tipi ta' operazzjonijiet simili, li tirriżulta minn nuqqas serju fil-funzjonament effettiv ta' sistema ta' ġestjoni jew ta' kontroll, inkluż in-nuqqas li jiġu stabbiliti proċeduri adegwati skont dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-Fondi;

(39) 

'nuqqas serju fil-funzjonament effettiv ta' sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll' tfisser, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Fondi u l-FEMS taħt ir-Raba' Parti, nuqqas li għalih jeħtieġ titjib sostanzjali fis-sistema, li jesponi l-Fondi u l-FEMS għal riskju sinifikanti ta' irregolaritajiet, u li l-eżistenza tiegħu hija inkompatibbli ma' opinjoni ta' awditjar mhux kwalifikata dwar il-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll.

Artikolu 3

Il-kalkolu tal-limiti taż-żmien għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

►C1  Meta skont l-Artikoli 16(2) u (4), 29(4), 30(2) u (3) ◄ , 102(2), 107(2), u 108(3), ikun stabbilit limitu ta’ żmien biex il-Kummissjoni tadotta jew temenda deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, dak il-limitu ta’ żmien m’għandux jinkludi l-perjodu li jibda fid-data ta’ wara d-data li fiha l-Kummissjoni tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Istat Membru u jdum sakemm l-Istat Membru jwieġeb għall-osservazzjonijiet.



IT-TIENI PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI APPLIKABBLI GĦALL-FONDI ESI



TITOLU I

Prinċipji ta’ appoġġ mill-Unjoni għall-Fondi ESI

Artikolu 4

Il-prinċipji ġenerali

1.  Il-Fondi ESI għandhom jipprovdu sostenn, permezz ta’ programmi pluriennali, li jikkumplimentaw l-interventi nazzjonali, reġjonali u lokali għat-twettiq tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, kif ukoll il-missjonijiet speċifiċi tal-Fond skont l-objettivi tagħhom li huma bbażati fuq it-Trattati, inkluża l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida Integrati tal-Ewropa 2020 rilevanti u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż adottati skont l-Artikolu 121(2) TFUE u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) TFUE u fejn xieraq fil-livell nazzjonali, il-Programm ta’ Rriforma Nazzjonali.

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’kunsiderazzjoni tal-kuntest speċifiku ta’ kull Stat Membru, li s-sostenn mill-Fondi ESI huwa konsistenti mal-politiki rilevanti, il-prinċipji orizzontali msemmija fl-Artikoli 5, 7 u 8 u l-prijoritajiet tal-Unjoni, u li hu komplementari għal strumenti oħra tal-Unjoni.

3.  Sostenn mill-Fondi ESI għandu jiġi implimentat f'kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

4.  L-Istati Membri, fil-livell territorjali xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom, u l-korpi maħtura minnhom għal dak il-għan għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali u għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, bi sħubija mas-sħab rilevanti msemmija fl-Artikolu 5, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-Fondi.

5.  L-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-użu tal-Fondi ESI, u b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni ta' programmi, fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rappurtar, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell ta’ sostenn allokat u għandhom iqisu l-għan ġenerali li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-korpi involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi.

6.  Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi ESI, u bejn il-Fondi ESI u politiki, strateġiji u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni, inklużi dawk fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

7.  Il-parti tal-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fondi ESI għandha tiġi implimentata fi ħdan il-qafas ta’ ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l- ►M6  Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju ◄ , bl-eċċezzjoni tal-ammont ta' appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni trasferit għall-FNE msemmija fl-Artikolu 92(6) ta’ dan ir-Regolament, l-azzjonijiet innovattivi fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-FEŻR, l-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u l-appoġġ għall-ġestjoni diretta taħt ir-Regolament FEMS.

▼M6

8.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba f’konformità mal-Artikolu 33, l-Artikolu 36(1) u l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju.

▼B

9.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effettività tal-Fondi ESI matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni, fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni.

10.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom fir-rigward tal-Fondi ESI bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji.

Artikolu 5

Is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli

1.  Għall-Ftehim tas-Sħubija u kull programm, kull Stat Membru għandu, skont il-qafas istituzzjonali u legalitiegħu, jorganizza sħubija mal-awtoritajiet kompetenti reġjonali u lokali. Is-sħubija għandha tinkludi wkoll is-sħab li ġejjin:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;

(b) 

is-sħab ekonomiċi u soċjali; u

(c) 

il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, inkluż l-imsieħba ambjentali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni.

2.  F’konformità mal-approċċ tal-governanza f’diversi livelli, is-sħab imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu involuti mill-Istati Membri fit-tħejjija tal-Ftehimiet ta’ Sħubija u r-rapporti ta’ progress u tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-kumitati ta’ monitoraġġ għall-programmi skont l-Artikolu 48.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 149 biex tipprovdi għal kodiċi ta’ kondotta Ewropea dwar is-sħubija (il-"kodiċi tal-kondotta") sabiex tappoġġa u tiffaċilita lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta' sħubija skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Il-kodiċi ta’ kondotta għandu jistipula l-qafas li fih l-Istati Membri, skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom u l-kompetenzi nazzjonali u reġjonali tagħhom, għandhom isegwu l-implimentazzjoni tas-sħubija. Il-kodiċi ta’ kondotta, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(a) 

il-prinċipji ewlenin li jikkonċernaw proċeduri trasparenti li għandhom jiġu segwiti għall-identifikazzjoni tas-sħab rilevanti inklużi, fejn xieraq, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom sabiex l-Istati Membri jiġu ffaċilitati biex jinnominaw is-sħab rilevanti l-aktar rappreżentattivi, skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom;

(b) 

il-prinċipji ewlenin u prattiki tajbin li jikkonċernaw l-involviment tal-kategoriji differenti ta’ msieħba rilevanti stipulati fil-paragrafu 1 fit-tħejjija tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-programmi, l-informazzjoni li għandha tingħata dwar l-involviment tagħhom, u fl-istadji diversi tal-implimentazzjoni;

(c) 

il-prattiki tajbin li jikkonċernaw tal-formulazzjoni tar-regoli ta’ sħubija u proċeduri interni ta’ kumitati ta’ monitoraġġ li għandhom jiġu deċiżi, kif xieraq, mill-Istati Membri jew il-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programmi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-Fondi;

(d) 

l-objettivi ewlenin u l-prattiki tajbin fil-każijiet fejn l-awtorità ta’ ġestjoni tinvolvi s-sħab rilevanti fit-tħejjija ta’ sejħiet għal proposti u b’mod partikolari l-prattiki tajbin biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali f’każijiet fejn hemm il-possibbiltà li sħab rilevanti jkunu wkoll benefiċjarji potenzjali, u għall-involviment tas-sħab rilevanti fit-tħejjija ta’ rapporti ta’ progress u u fir-rigward tal-programmi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall- Fondi;

(e) 

l-oqsma indikattivi, it-temi u l-prattiki tajbin dwar kif l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-Fondi ESI inkluża l-assistenza teknika biex tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali tas-sħab rilevanti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall- Fondi;

(f) 

ir-rwol tal-Kummissjoni fit-tixrid tal-prattiki tajbin;

(g) 

il-prinċipji ewlenin u l-prattiki tajbin bil-potenzjal li jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-Istati Membri tal-implimentazzjoni tas-sħubija u l-valur miżjud tagħha.

Id-dispożizzjonijiet tal-kodiċi ta’ kondotta m’għandhom bl-ebda mod jikkontradixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jew ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-att delegat, imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dwar il- Kodiċi ta' Kondotta Ewropew dwar is-sħubija, simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa 18 ta’ April 2014. Dak l-att delegat m’għandux jispeċifika data ta' applikazzjoni li tkun aktar bikrija mid-data tal-adozzjoni tiegħu.

5.  Ksur ta’ xi obbligu impost fuq l-Istati Membri jew minn dan l-Artikolu jew mill-att delegat adottat skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, ma għandux jikkostitwixxi irregolarità li twassal għal korrezzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 85.

6.  Mill-inqas darba fis-sena, għal kull Fond ESI, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-sħab fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sostenn minn dak il-Fond ESI u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu.

Artikolu 6

Konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali

Operazzjonijiet appoġġati mill-Fondi ESI għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli relatata mal-applikazzjoni tagħha ("liġi applikabbli").

Artikolu 7

Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u nondiskriminazzjoni

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi jiġu meqjusa u promossi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi,inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' sess, ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta' diżabilità, ta' età jew ta' orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. B’mod partikolari, l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità għandha titqies matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi.

Artikolu 8

L-iżvilupp sostenibbli

L-objettivi tal-Fondi ESI għandhom jiġu segwiti konformement mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli u mal-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan tal-preservazzjoni, tal-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, kif stabbilit fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, ir-reżiljenza għal diżastri, u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta’ adattament jiġu promossi fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-programmi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kategoriji ta’ intervent, oqsma ta' iffukar jew miżuri, kif xieraq, għal kull wieħed mill-Fondi ESI. Dik il-metodoloġija għandha tikkonsisti fl-assenjar ta' ippeżar speċifiku għall-appoġġ pprovdut taħt il-Fondi ESI f'livell li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jagħti kontribut għall-miri tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tal-adattament għalih. L-ippeżar speċifiku assenjat għandu jkun differenzjat fuq il-bażi ta' jekk l-appoġġ jagħtix kontribut sinifkanti jew moderat lejn l-objettivi tat-tibdil fil-klima. Fejn l-appoġġ ma jikkontribwixxix għal dawk l-objettivi jew il-kontribuzzjoni tkun insinifikanti, għandu jiġi assenjat ippeżar ta' żero. Fil-każ ta' FEŻR, FSE u Fond ta' Koeżjoni, l-ippeżar għandu jiġi mehmuż ma' kategoriji ta' intervent stabbiliti fi ħdan in-nomenklatura adottata mill-Kummissjoni. Fil-każ ta' FAEŻR, l-ippeżar għandu jiġi mehmuż ma' oqsma ta' fokus stabbiliti fir-Regolament FAEŻR u fil-każ tal-FEMS, ma' miżuri stabbiliti fir-Regolament FEMS.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kondizzjonijiet uniformi għal kull wieħed mill-Fondi ESI għall-applikazzjoni tal-metodoloġija msemmija fit-tieni paragrafu permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).



TITOLU II

APPROĊĊ STRATEĠIKU



KAPITOLU I

Objettivi tematiċi għall-Fondi ESI u l-Qafas Strateġiku Komuni

Artikolu 9

Objettivi tematiċi

Sabiex jikkontribwixxi għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll il-missjonijiet speċifiċi ta' kull Fond skont l-objettivi bbażati fuq it-Trattat, inkluża l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kull Fond ESI għandu jappoġġja l-objettivi tematiċi li ġejjin:

(1) 

it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni;

(2) 

it-tisħiħ tal-aċċess għall-ITC, u l-użu u l-kwalità tagħhom;

(3) 

it-tisħiħ tal-kompetittività tal-SMEs, tas-settur tal-agrikoltura (għall-FAEŻR) u tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura (għall-FEMS);

(4) 

ppoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha;

(5) 

il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji;

(6) 

il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi;

(7) 

il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-tneħħija ta’ ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin;

(8) 

il-promozzjoni tal-impjieg sostenibbli u ta’ kwalità u s-sostenn tal-mobilità tax-xogħol;

(9) 

il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kull diskriminazzjoni;

(10) 

l-investiment fl-edukazzjoni it-taħriġ, u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja;

(11) 

it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti;

L-objettivi tematiċi għandhom jiġu tradotti fi prijoritajiet li huma speċifiċi għal kull Fond ESI u huma stipulati fir-regoli speċifiċi għal kull Fond.

▼M6

Il-prijoritajiet stabbiliti għal kull wieħed mill-Fondi ESI fir-regoli speċifiċi għall-Fond għandhom b’mod partikolari jkopru l-użu adatt ta’ kull Fond ESI fl-oqsma tal-migrazzjoni u tal-asil. F’dak il-kuntest, għandha, fejn adatt, tiġi żgurata l-koordinazzjoni mal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).

▼B

Artikolu 10

Qafas Strateġiku Komuni

1.  Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tal-Unjoni, Qafas Strateġiku Komuni ('QSK') qiegħed jiġi b'dan stabbilit, kif stipulat fl-Anness I. Il-QSK jistabbilixxi l-prinċipji ta’ gwida strateġiċi għall-faċilitazzjoni tal-proċess ta’ programmazzjoni u l-koordinazzjoni settorjali u territorjali tal-intervent tal-Unjoni taħt il-Fondi ESI u l-politiki u strumenti oħra rilevanti tal-Unjoni skont il-miri u l-objettivi tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, filwaqt li jitqiesu l-isfidi territorjali ewlenin tat-tipi varji ta’ territorji.

2.  Il-prinċipji gwida strateġiċi previsti fil-QSK għandhom jiġu stabbiliti skont il-għan u fl-ambitu tal-appoġġ pprovdut minn kull Fond ESI, u skont ir-regoli li jirregolaw l-operazzjoni ta' kull Fond ESI, kif iddefinit f'dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-QSK m’għandux jimponi obbligi addizzjonali fuq l-Istati Membri li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fil-qafas tal-politiki settorjali rilevanti tal-Unjoni.

3.  Il-QSK għandu jiffaċilita t-tħejjija tal-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi skont il-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà u filwaqt li jitqiesu l-kompetenzi nazzjonali u reġjonali, biex jiġu deċiżi politiki u miżuri ta' koordinazzjoni speċifiċi u xierqa.

Artikolu 11

Kontenut

Il-QSK għandu jistabbilixxi:

(a) 

mekkaniżmi biex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tal-Fondi ESI għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u l-koerenza u l-konsistenza tal-programmazzjoni tal-Fondi ESI fi-rigward tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati skont l-Artikolu 121(2) TFUE, ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) TFUE, u fejn xieraq fil-livell nazzjonali, għall-Programm ta’ Riforma Nazzjonali;

(b) 

arranġamenti għall-promozzjoni ta' użu integrat tal-Fondi ESI;

(c) 

arranġamenti għall-koordinazzjoni bejn il-Fondi ESI u politiki u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni, inklużi strumenti esterni għall-kooperazzjoni;

(d) 

prinċipji orizzontali msemmijin fl-Artikolu 5, 7 u 8 u objettivi ta’ politika trażversali għall-implimentazzjoni tal-Fondi ESI;

(e) 

arranġamenti sabiex jiġu indirizzati l-isfidi territorjali ewlenin għal żoni urbani, rurali, kostali u tas-sajd, l-isfidi demografiċi tar-reġjuni jew il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ġeografiċi li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti kif imsemmija fl-Artikolu 174 tat-TFUE, u l-isfidi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 tat-TFUE;

(f) 

l-oqsma ta' prijorità għal attivitajiet ta' kooperazzjoni taħt il-Fondi ESI, fejn xieraq, filwaqt li jitqiesu strateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar;

Artikolu 12

Reviżjoni

Fejn ikun hemm bidliet maġġuri fis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika fl-Unjoni, jew ikun sar tibdil fl-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposta għal rieżami tal-QSK, jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, li jaġixxu skont l-Artikoli 225 jew 241 TFUE rispettivament, jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tissottometti tali proposta.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 sabiex tissupplimenta jew temenda t-Taqsimiet 4 u 7 tal-Anness I fejn ikun neċessarju biex jitqiesu bidliet fil-politiki jew strumenti tal-Unjoni msemmija fit-Taqsima 4 jew bidliet fl-attivitajiet ta’ kooperazzjoni msemmija fit-Taqsima 7, jew biex titqies l-introduzzjoni ta’ politiki, strumenti jew attivitajiet ta’ kooperazzjoni ġodda tal-Unjoni.

Artikolu 13

Gwida għall-benefiċjarji

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprepara gwida dwar l-aċċess u l-użu effettiv tal-Fondi ESI, u dwar kif jistgħu jiġu sfruttati l-komplementarjetajiet ma’ strumenti oħra tal-politiki tal-Unjoni rilevanti.

2.  Il-gwida għandha titfassal sat-30 ta’ Ġunju 2014 u għandha tipprovdi, għal kull objettiv tematiku, ħarsa ġenerali tal-istrumenti rilevanti disponibbli fil-livell tal-Unjoni b’sorsi ta’ informazzjoni dettaljati, eżempji tal-prattiki tajbin għall-kombinament tal-istrumenti ta’ finanzjament disponibbli fi ħdan qasam ta’ politika wieħed u f’diversi, deskrizzjoni tal-awtoritajiet u l-korpi rilevanti involuti fil-ġestjoni ta’ kull strument, u lista ta’ kontroll għall-benefiċċjarji potenzjali biex jiġu identifikati r-riżorsi ta’ finanzjament l-aktar adegwati.

3.  Il-gwida għandha tkun magħmula pubblika fuq il-websajts tad-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni, li jaġixxu skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi, u f’kooperazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jiżguraw li l-gwida tingħata lil benefiċjarji potenzjali.



KAPITOLU II

Il-Ftehim ta’ Sħubija

Artikolu 14

Tħejjija tal-Ftehim ta’ Sħubija

1.  Kull Stat Membru għandu jħejji Ftehim ta’ Sħubija għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.  Il-Ftehim ta’ Sħubija għandu jitfassal mill-Istati Membri f’kooperazzjoni mas-sħab li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5. Il-Ftehim ta’ Sħubija għandu jiġi ppreparat bi djalogu mal-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-Ftehim ta’ Sħubija bbażat fuq proċeduri li huma trasparenti għall-pubbliku, u skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom.

3.  Il-Ftehim ta' Sħubija għandu jkopri s-sostenn kollu mill-Fondi ESI fl-Istat Membru kkonċernat.

4.  Kull Stat Membru għandu jissottometti l-Ftehim ta' Sħubija tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien sa 22 ta’ April 2014.

5.  Fejn Regolament wieħed jew aktar speċifiku għal Fond ma jidħolx fis-seħħ jew mhuwiex mistenni li jidħol fis-seħħ sa 22 ta’ Frar 2014, il-Ftehim ta' Sħubija sottomess minn Stat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 4 m'għandux ikun meħtieġ li jinkludi l-elementi msemmija fil-punti (a) (ii), (iii), (iv) u (vi) tal-Artikolu 15(1) għall-Fond ESI affettwat minn tali dewmien jew dewmien mistenni fid-dħul fis-seħħ tar-Regolament speċifiku għall-Fond.

Article 15

Kontenut tal-Ftehim ta’ Sħubija

1.  Il-Ftehim ta’ Sħubija għandu jistabbilixxi:

(a) 

arranġamenti sabiex jiġi żgurat allinjament mal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll il-missjonijiet speċifiċi għall-Fondi skont l-objettivi tagħhom ibbażati fuq it-Trattat, inkluża l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż:

(i) 

analiżi tad-diverġenzi, il-ħtiġijiet tal-iżvilupp, u l-potenzjali għat-tkabbir b'referenza għall-objettivi tematiċi u l-isfidi territorjali u b'kunsiderazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma ta' Stat Membru, fejn xieraq, u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż adottati f'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE;

(ii) 

sommarju tal-evalwazzjonijiet ex ante tal-programmi, jew is-sejbiet prinċipali tal-evalwazzjoni ex ante tal-Ftehim ta' Sħubija, fejn din l-evalwazzjonijititwettaq mill-Istat Membru fuq l-inizjattiva tiegħu;

(iii) 

objettivi tematiċi magħżula, u għal kull wieħed mill-objettivi tematiċi magħżula sommarju tar-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed mill-Fondi ESI;

(iv) 

allokazzjoni indikattiva għall-appoġġ mill-Unjoni permezz ta' objettivi tematiċi fil-livell nazzjonali għal kull wieħed mill-Fondi ESI, kif ukoll l-ammont indikattiv totali tal-appoġġ previst għal objettivi tat-tibdil fil-klima;

(v) 

l-applikazzjoni tal-prinċipji orizzontali msemmijin fl-Artikoli 5, 7 u 8 u l-objettivi ta' politika għall-implimentazzjoni tal-Fondi ESI;

(vi) 

il-lista tal-programmi taħt l-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, għajr dawk taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u tal-programmi tal-FAEŻR u l-FEMS bl-allokazzjonijiet indikattivi rispettivi mill-Fond ESI u skont is-sena;

(vii) 

informazzjoni dwar l-allokazzjoni relatata mar-riżerva ta' prestazzjoni, imqassma skont il-Fond ESI u, fejn adatt, skont il-kategorija tar-reġjun, u dwar l-ammonti esklużi għall-iskop tal-kalkolu tar-riżerva ta' prestazzjoni skont l-Artikolu 20;

(b) 

arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Fondi ESI, inkluż:

(i) 

arranġamenti, skont il-qafas istituzzjonali tal-Istati Membri, li jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi ESI u strumenti ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u nazzjonali u mal-BEI;

(ii) 

l-informazzjoni meħtieġa għal verifika ex ante tal-konformità mar-regoli dwar l-addizzjonalità kif inhuma definiti fil-Parti Tlieta;

(iii) 

sommarju tal-valutazzjoni tat-twettiq tal-kondizzjonalitajiet ex ante applikabbli skont l-Artikolu 19 u l-Anness XI fil-livell nazzjonali u, fl-eventwalità li kondizzjonalitajiet ex ante applikabbli ma jkunux issodisfati, tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu, il-korpi responsabbli u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet;

(iv) 

il-metodoloġija u l-mekkaniżmi sabiex tiġi żgurata konsistenza fil-funzjonament tal-qafas ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 21;

(v) 

valutazzjoni ta’ jekk hemmx ħtieġa li tiġi rinfurzata l-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi u, fejn xieraq, tal-benefiċjarji kif ukoll, fejn meħtieġ, sommarju ta’ azzjonijiet li jridu jittieħdu għal dak il-għan;

(vi) 

sommarju tal-azzjonijiet ippjanati fil-programmi, inkluża skeda ta’ żmien indikattiva sabiex jinkiseb tnaqqis fil-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji;

(c) 

arranġamenti għall-prinċipju tas-sħubija kif imsemmi fl-Artikolu 5;

(d) 

lista indikattiva tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 5 u sommarju tal-azzjonijiet meħuda għall-involviment tagħhom skont l-Artikolu 5 u tar-rwol tagħhom fit-tħejjija tal-Ftehim ta’ Sħubija u r-rapport ta’ progress kif imsemmi fl-Artikolu 52.

2.  Il-Ftehim ta’ Sħubija għandu jindika wkoll:

(a) 

approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali appoġġat mill-Fondi ESI jew sommarju tal-approċċi integrati għal żvilupp territorjali bbażat fuq il-kontenut tal-programmi, li jistabbilixxu:

(i) 

l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat approċċ integrat għall-użu tal-Fondi ESI għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni subreġjonali speċifiċi, b’mod partikolari l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-Artikoli 32, 33 u 36, u l-prinċipji għall-identifikazzjoni taż-żoni urbani fejn għandhom jiġu implimentati azzjonijiet integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli;

(ii) 

l-oqsma prijoritarji ewlenin għall-kooperazzjoni taħt il-Fondi ESI, b'kont meħud, fejn xieraq, tal-istrateġiji makro-reġjonali u tal-baċir tal-baħar;

(iii) 

fejn xieraq, approċċ integrat biex jiġi indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi l-aktar milquta mill-faqar jew ta’ gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta’ diskriminazzjoni jew esklużjoni soċjali, b’attenzjoni speċjali lill-komunitajiet emarġinati, persuni b’diżabilità, persuni li jkun ilhom qiegħda u żgħażagħ li ma jkollhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ;

(iv) 

fejn xieraq, approċċ integrat sabiex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi tar-reġjuni jew il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ġeografiċi li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti kif imsemmi fl-Artikolu 174 tat-TFUE.

(b) 

arranġamenti biex tiġi żżgurata implimentazzjoni effikaċi tal-Fondi ESI, inkluża valutazzjoni tas-sistemi eżistenti għall-iskambju tad-data elettronika, u sommarju tal-azzjonijiet ippjanati sabiex b'mod gradwali jkunu jistgħu jsiru li l-iskambji kollha ta' informazzjoni bejn benefiċjarji, u awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta' programmi, li għandhom jitwettqu permezz ta' skambju ta' data elettronika.

Artikolu 16

Adozzjoni u emenda tal-Ftehim ta’ Sħubija

1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza tal-Ftehim ta' Sħubija ma' dan ir-Regolament filwaqt li tqis il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-Istat Membri, fejn xieraq, u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti adottati f'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati f'konformità mal-Artikolu 148(4) tat-TFUE, kif ukoll tal-evalwazzjonijiet ex ante tal-programmi, u għandha tagħmel osservazzjonijiet fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni mill-Istat Membru tal-Ftehim ta' Sħubija tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, għandu jirrevedi l-Ftehim ta' Sħubija.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, li tapprova l-elementi tal-Ftehim ta’ Sħubija li jaqgħu taħt l-Artikolu 15(1) u u dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 15(2) fl-eventwalità li Stat Membru jkun għamel użu mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 96(8), għall-elementi li jeħtieġu deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 96(10) sa mhux aktar tard minn erba' xhur mid-data tas-sottomissjoni mill-Istat Membru tal-Ftehim ta' Sħubija tiegħu, sakemm kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tkun tqieset b’mod adegwat. Il-Ftehim ta’ Sħubija m’għandux jidħol fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

3.  Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-eżitu tan-negozjati dwar il-Kuntratti ta’ Sħubija u l-programmi, inkluża ħarsa ġenerali tal-kwistjonijiet ewlenin, għal kull Stat Membru, sal-31 ta’ Diċembru 2015. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni simultanjament.

4.  Fejn Stat Membru jipproponi emenda għall-elementi tal-Ftehim ta’ Sħubija koperti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni skont il-paragrafu 1 u, fejn xieraq, għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi, li tapprova l-emenda fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-proposta għal emenda mill-Istat Membru.

▼M6

4a.  Fejn applikabbli, l-Istat Membru għandu jissottometti kull sena sal-31 ta’ Jannar Ftehim ta’ Sħubija emendat wara l-approvazzjoni tal-emendar ta’ programm wieħed jew aktar mill-Kummissjoni fis-sena kalendarja preċedenti.

Kull sena, sal-31 ta’ Marzu, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tikkonferma li l-emendi għall-Ftehim ta’ Sħubija jirriflettu programm wieħed jew aktar approvat mill-Kummissjoni fis-sena kalendarja preċedenti.

Dik id-deċiżjoni tista’ tinkludi l-emenda ta’ elementi oħrajn tal-Ftehim ta’ Sħubija skont proposta msemmija fil-paragrafu 4 diment li l-proposta tkun sottomessa lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja preċedenti.

▼B

5.  Fejn Stat Membru jemenda elementi tal-Ftehim ta' Sħubija mhux koperti bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2, hu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni li ssir l-emenda.

Artikolu 17

Adozzjoni tar-reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fil-każ ta' dewmien fid-dħul fis-seħħ ta' Regolament speċifiku għall-Fond

1.  Fejn japplika l-Artikolu 14(5), kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni Ftehim ta' Sħubija rivedut li jinkludi l-elementi nieqsa mill-Ftehim ta' Sħubija għall-Fond ESI kkonċernat, fi żmien xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament speċifiku għall-Fond li kien suġġett għal dewmien.

2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza tar-reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ma' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 16(1) u għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tapporova il-Ftehim ta' Sħubija rivedut skont l-Artikolu 16(2).



KAPITOLU III

Konċentrazzjoni tematika, kondizzjonalitajiet ex ante u analiżi tal-prestazzjoni

Artikolu 18

Konċentrazzjoni tematika

L-Istati Membri għandhom jikkonċentraw is-sostenn, skont ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond, fuq interventi li jġibu l-akbar valur miżjud fir-rigward tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jitqiesu l-isfidi territorjali ewlenin għal tipi diversi ta’ territorji b’mod konformi mal-QSK, l-isfidi identifikati fil-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali, fejn xieraq, u fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti skont l-Artikolu 121(2) TFUE u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) TFUE. Id-dispożizzjonijiet dwar il-konċentrazzjoni tematika skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi m’għandhomx japplikaw għall-assistenza teknika.

Artikolu 19

Kondizzjonalitajiet ex ante

1.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom u fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi, u fejn xieraq, tal-Ftehim tas-Sħubija, jekk il-kundizzjonalitajiet ex ante stipulati fir-regoli speċifiċi għall- Fondi rispettivi u l-kundizzjonalitajiet ex ante ġenerali stabbiliti fil-Parti II tal-Anness XI humiex applikabbli għall-objettivi speċifiċi segwiti fi ħdan il-prijoritajiet tal-programmi tagħhom u jekk il-kundizzjonalitajiet ex ante applikabbli humiex sodisfatti.

Il-kundizzjonalitajiet ex ante għandhom japplikaw biss sa fejn, u sakemm dawn jikkonformaw mad-definizzjoni stabbilita fil-punt (33) tal-Artikolu 2 fir-rigward tal-objettivi speċifiċi segwiti fi ħdan il-prijoritajiet tal-programm. Il-valutazzjoni tal-applikabilità għandha, mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni stipulata fil-punt (33) tal-Artikolu 2, tieħu kont tal-prinċipju ta' propozjonalità skont l-Artikolu 4(5) tikkunsidra l-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tal-livell tal-appoġġ allokat. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha tkun limitata għall-kriterji stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi fil-Parti II tal-Anness XI.

2.  Il-Ftehim ta’ Sħubija għandu jistabbilixxi sommarju tal-valutazzjoni tal-issodisfar tal-kondizzjonalitajiet ex ante applikabbli fil-livell nazzjonali u għal dawk li, skont il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati fid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija, l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, il-korpi responsabbli u l-iskeda għall-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet. Kull programm għandu jidentifika liema mill-kondizzjonalitajiet ex ante stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi rilevanti u l-kondizzjonalitajiet ex-ante ġenerali stabbiliti fil-Parti II tal-Anness XI huma applikabbli għalih u liema minnhom, skont il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, huma sodisfatti fid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi. Fejn il-kondizzjonalitajiet ex ante mhumiex sodisfatti, il-programm għandu jinkludi deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu meħuda, il-korpi responsabbli u l-iskeda għall-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jissodisfaw dawk il-kundizzjonalitajiet ex ante sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016 u jirrapportaw dwar l-ilħuq tagħhom sa mhux aktar tard mir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni fl-2017 skont l-Artikolu 50(4) jew ir-rapport ta’ progress fl-2017 skont il-punt (c) tal-Artikolu 52(2).

3.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-konsistenza u l-adegwatezza tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru dwar l-applikabbiltà tal-kundizzjonalitajiet ex ante u dwar l-ilħuq tal-kundizzjonalitajiet ex ante applikabbli fil-qafas tal-valutazzjoni tagħha tal-programmi u, fejn xieraq, tal-Ftehim ta’ Sħubija.

Dik il-valutazzjoni tal-applikabilità mill-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 4(5), tikkunsidra l-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tal-livell tal-appoġġ allokat, fejn dan ikun xieraq. Il-valutazzjoni tal-konformità mill-Kummissjoni għandha tkun limitata għall-kriterji stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi u l- fil-Parti II tal-Anness XI u għandha tirrispetta l-kompetenzi nazzjonali u reġjonali biex tiddeċiedi dwar miżuri ta' politika speċifiċi u adegwati inkluż il-kontenut tal-istrateġiji.

4.  Fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Kummissjoni u Stat Membru dwar l-applikabbiltà ta’ kundizzjonalità ex ante għall-objettiv speċifiku tal-prijoritajiet ta’ programm jew l-ilħuq tiegħu, kemm l-applikabbiltà f’konformità mad-definizzjoni fil-punt (33) tal-Artikolu 2 kif wkoll in-nuqqas ta' osservanza għandhom jiġu ppruvati mill-Kummissjoni.

5.  Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, meta tadotta programm, li tissospendi l-pagamenti interim kollha jew parti minnhom għall-prijorità rilevanti ta’ dak il-programm sat- tlestija sodisfaċenti tal-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 fejn meħtieġ biex jiġi evitat preġudizzju sinifikanti għall-effettività u l-effiċjenza tal-ksib tal-objettivi speċifiċi tal-prijorità kkonċernata. In-nuqqas li jitlestew l-azzjonijiet biex tintlaħaq kundizzjonalità ex ante applikabbli li ma tkunx intlaħqet sad-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u tal-programmi rispettivi, sad-data tal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 2, għandu jikkostitwixxi bażi għas-sospensjoni tal-pagamenti interim mill-Kummissjoni għall-prijoritajiet tal-programm kkonċernat li huma affettwati. Fiż-żewġ każijiet, l-ambitu tas-sospensjoni għandu jkun proporzjonat waqt li jitqiesu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u l-fondi f’riskju.

6.  Il-paragrafu 5 m'għandux japplika fl-eventwalità ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru dwar n-nonapplikabbiltà ta' kondizzjonalità ex ante jew dwar il-fatt li kondizzjonalità ex ante tkun intlaħqet, kif indikat mill-approvazzjoni tal-programm u l-Ftehim ta' Sħubija, jew fin-nuqqas ta' osservazzjonijiet mill-Kummissjoni fi żmien 60 jum mill-preżentazzjoni tar-rapport rilevanti msemmi fil-paragrafu 2.

7.  Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tneħħi s-sospensjoni tal-pagamenti interim għal prijorità fejn Stat Membru jkun ħa azzjoni fir-rigward tal-issodisfar tal-kondizzjonalitajiet ex ante applikabbli għall-programm ikkonċernat u li ma jkunux intlaħqu saż-żmien meta tittieħdet id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sospensjoni. Hija għandha wkoll mingħajr dewmien tneħħi s-sospensjoni fejn, wara li jiġi emendat il-programm relatat mal-prijorità kkonċernata, il-kondizzjonalità ex ante kkonċernata ma tibqax applikabbli.

8.  Il-paragrafi 1 sa 7 ma għandhomx japplikaw għall-programmi taħt l-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea.

Artikolu 20

Riżerva għall-prestazzjoni

6 % tar-riżorsi allokati għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni taħt il-mira Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 89(2)) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll għall-FAEŻR u għall-FEMS u għal miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża skont ir-Regolament FEMS, għandhom jikkostitwixxu riżerva għall-prestazzjoni li għandha tiġi stabbilita fil-Ftehim ta' Sħubija u fi programmi u għandha tiġi allokata lil prijoritajiet speċifiċi skont l-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament.

Ir-riżorsi li ġejjin huma esklużi għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva għall-prestazzjoni:

(a) 

ir-riżorsi allokati għall-YEI kif iddefinit fil-programm operazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament FSE;

(b) 

ir-riżorsi allokati għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni;

(c) 

ir-riżorsi trasferiti mill-ewwel pilastru tal-PAK għall-FAEŻR taħt l-Artikoli 7(2) u 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(d) 

it-trasferimenti għall-FAEŻR bl-applikazzjoni tal-Artikoli 10(b), 136 u 136b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-snin kalendarji 2013 u 2014 rispettivament;

(e) 

ir-riżorsi trasferiti lill-FNE mill-Fond ta’ Koeżjoni skont l-Artikolu 92(6) ta' dan ir-Regolament;

(f) 

ir-riżorsi trasferiti lill-Fond għal Għajnuna Ewropea għal Dawk l-Aktar fil-Bżonn skont l-Artikolu 92(7) ta' dan ir-Regolament;

(g) 

ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet innovattivi għall-iżvilupp urban sostenibbli skont l-Artikolu 92(8) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Analiżi tal-prestazzjoni

1.  Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq analiżi tal-prestazzjoni tal-programmi f’kull Stat Membru fl-2019 (l-'analiżi tal-prestazzjoni'), b’referenza għall-qafas tal-prestazzjoni stabbilit fil-programmi rispettivi. Il-metodu biex jiġi stabbilit qafas ta’ prestazzjoni huwa spjegat fl-Anness II.

2.  L-analiżi tal-prestazzjoni għandha teżamina l-ksib tal-għanijiet tal-programmi fil-livell ta’ prijoritajiet, abbażi tal-informazzjoni u l-valutazzjonijiet ippreżentati fir-rapport dwar l-implimentazzjoni annwali ppreżentat mill-Istati Membri fis-sena 2019.

Artikolu 22

Applikazzjoni tal-qafas tal-prestazzjoni

1.  Ir-riżerva għall-prestazzjoni għandha tikkostitwixxi bejn 5 u 7 % tal-allokazzjoni lil kull prijorità fi ħdan programm, bl-eċċezzjoni ta' prijoritajiet dedikati lill-assistenza teknika u programmi dedikati lil strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 39. L-ammont totali tar-riżerva għall-prestazzjoni allokat mill-Fond ESI u l-kategorija tar-reġjun għandu jkun 6 %. L-ammonti li jikkorrispondu għar-riżerva għall-prestazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-programmi diżaggregati skont il-prijorità u, meta xieraq, skont il-Fond Ewropew Strutturali u ta' Investiment u l-kategorija ta' reġjun.

2.  Abbażi tal-analiżi tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn mindu tirċievi r-rapporti ta' implimentazzjoni annwali rispettivi fis-sena 2019, tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, biex tiddetermina l-programmi u l-prijoritajiet li jkunu laħqu l-miri tagħhom għal kull wieħed mill-Fondi ESI u għal kull Stat Membru, filwaqt li tippreżenta dik l-informazzjoni skont il-Fond Ewropew Strutturali u ta' Investiment u skont il-kategorija ta' reġjun, fejn prijorità tkopri aktar minn Fond ESI wieħed jew kategorija ta' reġjun waħda.

3.  Ir-riżerva għall-prestazzjoni għandha tiġi allokata biss lil programmi u prijoritajiet li jkunu laħqu l-miri tagħhom. Meta l-prijoritajiet ikunu laħqu l-miri tagħhom, l-ammont tar-riżerva għall-prestazzjoni stabbilit għall-prijorità għandu jitqies bħala allokat definittivament abbażi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.  Meta l-projoritajiet ma jkunux laħqu l-miri tagħhom, l-Istat Membru għandu jipproponi r-riallokazzjoni tal-ammont korrispondenti tar-riżerva għall-prestazzjoni lil prijoritajiet stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, u emendi oħra għall-programm li jirriżultaw mir-riallokazzjoni tar-riżerva għall-prestazzjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni għandha tapprova, skont l-Artikolu 30(3) u (4), l-emenda għall-programmi kkonċernati. Meta Stat Membru ma jissottomettix l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 50(5) u (6), ir-riżerva għall-prestazzjoni għall-programmi jew il-prijoritajiet ikkonċernati ma għandhiex tiġi allokata lill-programmi jew il-prijoritajiet ikkonċernati.

5.  Il-proposta tal-Istat Membru biex tiġi riallokata r-riżerva għall-prestazzjoni għandha tkun konsistenti ma' rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika u allokazzjonijiet minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-regoli speċifiċi għall-Fondi. B'deroga, meta prijorità waħda jew aktar marbuta mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika jew allokazzjonijiet minimi ma jkunux laħqu l-miri tagħhom, l-Istat Membru jista' jipproponi riallokazzjoni tar-riżerva, li ma tikkonformax mar-rekwiżiti u l-allokazzjonijiet minimi msemmija hawn fuq.

6.   ►C1  Fejn ikun hemm evidenza li tirriżulta minn rieżami tal-prestazzjoni rigward prijorità, li kien hemm nuqqas serju fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet ta' dik il-prijorità relatati biss mal-indikaturi finanzjarji u tal-output u l-passi tal-implimentazzjoni ewlenin ◄ stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni u li dak in-nuqqas huwa dovut għal dgħufijiet fl-implimentazzjoni identifikati b’mod ċar, li l-Kummissjoni tkun ikkomunikat preċedentement skont l-Artikolu 50(8) wara konsultazzjonijiet mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, u dak l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex jindirizza dgħufijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’, mhux qabel ma jgħaddu ħames xhur wara tali komunikazzjoni, tissospendi l-pagament interim kollu jew parti minnu ta’ prijorità ta’ programm f’konformità mal-proċedura stabbilita mar-regoli speċifiċi għall-Fondi.

Il-Kummissjoni għandha tneħħi mingħajr dewmien is-sospensjoni ta’ pagamenti interim meta l-Istat Membru jkun ħa l-azzjoni korrettiva meħtieġa. Meta l-azzjoni korrettiva tikkonċerna t-trasferiment ta’ allokazzjonijiet finanzjarji lejn programmi jew prijoritajiet oħrajn, li jkunu laħqu l-għanijiet tagħhom, il-Kummissjoni għandha tapprova, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, l-emenda meħtieġa tal-programmi kkonċernati skont l-Artikolu 30(2). B’deroga mill-Artikolu 30(2), f’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-emenda mhux aktar tard minn xahrejn wara li l-Istat Membru ikun issottometta t-talba għall-emenda.

7.  Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-eżami tar-rapport finali ta' implimentazzjoni tal-programm, tistabbilixxi nuqqas serju biex tikseb il-miri relatati biss mal-indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-output u passi ewlenin tal-implimentazzjoni stipulati fil-qafas tal-prestazzjoni minħabba dgħufijiet identifikati b'mod ċar fl-implimentazzjoni, li l-Kummissjoni kienet ikkomunikat qabel skont l-Artikolu 50(8) wara konsultazzjonijiet mill-qrib mal-Istat Membru konċernat, u l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex jindirizza dawn id-dgħufijiet, il-Kummissjoni tista', irrespittivament mill-Artikolu 85 tapplika korrezzjkonijiet finanzjarji fir-rigward tal-prijoritajiet konċernati skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

Meta tapplika korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tqis b'konsiderazzjoni debita tal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-livell ta' assorbiment u fatturi esterni li jikkontribwixxu għan-nuqqas.

Korrezzjonijiet finanzjarji ma għandhomx japplikaw meta n-nuqqas li jinkisbu l-miri jkun minħabba l-impatt soċjoekonomiku jew fatturi ambjentali, bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet ekonomiċi jew ambjentali fl-Istat Membru konċernat jew minħabba raġunijiet ta' force majeure li jaffettwaw serjament l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet konċernati.

Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar kriterji għad-determinazzjoni tal-livell tal-korezzjoni finanzjarja li għandu japplika.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti dettaljati biex ikun żgurat approċċ konsistenti għad-determinazzjoni tal-għanijiet u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni għal kull prijorità u għad-determinazzjoni tal-ilħuq tal-għanijiet u l-miri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).



KAPITOLU IV

Miżuri marbuta ma' governanza ekonomika soda

Artikolu 23

Miżuri li jorbtu l-effikaċja tal-Fondi ESI mal-governanza ekonomika tajba

1.  Il-Kummissjoni tista' titlob lil xi Stat Membru biex jirrieżamina u jipproponi emendi għall-Ftehim ta’ Sħubija u l-programmi relevanti tiegħu, fejn dan ikun meħtieġ għall-appoġġ tal-implimentazzjoni ta' Rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Kunsill jew għall-immassimizzar tal-impatt fuq it-tkabbir u l-kompetittività tal-Fondi ESI fl-Istati Membri li jirċievu għajnuna finanzjarja.

Tali talba tista' ssir għall-finijiet li ġejjin:

(a) 

Għall-appoġġ tal-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż adottata skont l-Artikolu 121(2) TFUE u ta' rakkomandazzjoni rilevanti tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 148(4) TFUE, indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat;,

(b) 

għall-appoġġ tal-implimentazzjoni ta' Rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Kunsill indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat u adottati skont l-Artikoli 7(2) jew 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ); jew

(c) 

għall-immassimizzar tal-impatt tat-tkabbir u l-kompetittività tal-Fondi ESI disponibbli, jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tingħatalu skont ir-Regolament (UE) Nru 407/2010 ( 15 );

(ii) 

l-assistenza finanzjarja tingħatalu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 332/2002 ( 16 );

(iii) 

l-assistenza finanzjarja tingħatalu li tiskatta programm ta' aġġustament makroekonomiku skont ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) jew li tiskatta deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 136(1) TFUE.

►C1  Għall-finijiet tal-punt (c) tat-tieni subparagrafu, kull waħda minn dawk il-kundizzjonijiet għandha titqies li ġiet issodisfata meta ◄ tali assistenza tkun ingħatat lill-Istat Membru qabel jew wara 21 ta’ Diċembru 2013 u tibqa' għad-dispożizzjoni tiegħu.

2.  Talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru skont il-paragrafu 1 għandha tkun ġustifikata, b'referenza għall-ħtieġa li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relevanti jew li jiġi massimizzat l-impatt tat-tkabbir u l-kompetittività tal-Fondi ESI kif xieraq, u għandha tindika l-programmi jew il-prijoritajiet li tqis li huma kkonċernati u n-natura tal-emendi mistennija. Tali talba m'għandhiex issir qabel l-2015 jew wara l-2019, u lanqas m'għandha ssir b'rabta mal-istess programmi f'sentejn konsekuttivi.

3.  L-Istat Membru għandu jissottometti t-tweġiba tiegħu għat-talba msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien xahrejn mindu tkun waslet, filwaqt li jistabbilixxi l-emendi li jqis neċessarji fil-Ftehim u l-programmi ta' Sħubija, u r-raġunijiet għal tali emendi, jidentifika l-programmi konċernati u jiddeskrivi fil-qosor in-natura tal-emendi proposti u l-effetti mistennija tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u fuq l-implimentazzjoni tal-Fondi ESI. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel osservazzjonijiet fi żmien xahar minn meta tasal dik it-tweġiba.

4.  L-Istat Membru għandu jissottometti proposta biex jiġu emendati l-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi relevanti fi żmien xahrejn mid-data ta' sottomissjoni tat-tweġiba msemmija fil-paragrafu 3.

5.  Fejn il-Kummissjoni ma tkunx issottomettiet kummenti jew fejn il-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-kummenti sottomessi kollha jkunu ġew debitament ikkunsidrati, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tapprova l-emendi għall-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi relevanti mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ ►C1  mhux aktar tard minn tliet xhur wara s-sottomissjoni tagħhom mill-Istat Membru skont il-paragrafu 4. ◄

6.  Fejn Meta l-Istat Membru jonqos milli jieħu azzjoni effettiva b'reazzjoni għal talba magħmula skont il-paragrafu 1, sa l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni tista', fi żmien tliet xhur minn meta tagħmel il-kummenti taħt il-paragrafu 3 jew wara s-sottomissjoni tal-proposta tal-Istat Membru taħt il-paragrafu 4, tipproponi lill-Kunsill li jissospendi parti mill-pagamenti jew il-pagamenti kollha għall-programmi jew il-prijoritajiet ikkonċernati. Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet li għalihom ikkonkludiet li l-Istat Membru naqas milli jieħu azzjoni effettiva. Meta tagħmel il-proposta tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni relevanti kollha, u għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa lil kwalunkwe element li joriġina mid-djalogu strutturat taħt il-paragrafu 15 u kwalunkwe opinjoni espressa permezz tiegħu.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar dik il-proposta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. ►C1  Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu japplika biss fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament sottomessi wara d-data tal-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni. ◄

7.  Il-kamp ta' applikazzjoni u l-livell tas-sospensjoni tal-pagamenti imposta skont il-paragrafu 6, għandhom ikunu proporzjonati u effettiv, u jirrispettaw l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Il-programmi li għandhom jiġu sospiżi għandhom jiġu determinati abbażi tal-ħtiġijiet identifikati fit-talba msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Is-sospensjoni tal-pagamenti m'għandhiex taqbeż 50 % tal-pagamenti ta' kull wieħed mill-programmi kkonċernati. Id-deċiżjoni tista' tipprevedi żieda fil-livell tas-sospensjoni sa 100 % tal-pagamenti jekk l-Istat Membru jonqos milli jieħu azzjoni effettiva b'reazzjoni għal talba magħmula skont il-paragrafu 1, fi żmien tliet xhur mid-deċiżjoni biex jiġu sospiżi l-pagamenti msemmija fil-paragrafu 6.

8.  Meta l-Istat Membru jkun ippropona emendi għall-ftehim ta' Sħubija u l-programmi relevanti kif mitlub mill-Kummissjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar ir-revoka tas-sospensjoni tal-pagamenti.

9.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta lill-Kunsill biex jissospendi parti mill-impenji jew il-pagamenti jew l-impenji jew il-pagamenti kollha għall-programmi ta' Stat Membru fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-Kunsill jiddeċiedi, skont l-Artikolu 126(8) jew l-Artikolu 126(11) tat-TFUE, li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa azzjoni effettiva biex jirranġa d-defiċit eċċessiv tiegħu;

(b) 

meta l-Kunsill jadotta żewġ rakkomandazzjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta' żbilanċ, skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 għar-raġunijiet li Stat Membru jkun ressaq pjan ta' azzjoni korrettiva insuffiċjenti;

(c) 

meta l-Kunsill jadotta żewġ deċiżjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta' żbilanċ skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 li jistabbilixxi nonkonformità minn Stat Membru għar-raġunijiet li ma jkunx ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata;

(d) 

meta l-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru ma jkunx ħa miżuri biex jimplimenta l-programm ta' aġġustament imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 407/2010 jew ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 u b'konsegwenza ta' dan tiddeċiedi li ma tawtorizzax il-pagament tal-assistenza finanzjarja lil dak l-Istat Membru;

(e) 

meta l-Kunsill jiddeċiedi li Stat Membru ma jikkonformax mal-programm ta' aġġustament makroekonomiku msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, jew mal-miżuri mitluba minn deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 136(1) TFUE.

Meta tagħmel il-proposta tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 11 u għandha tqis l-informazzjoni relevanti kollha f'dak ir-rigward, u għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa, lil kwalunkwe element li joriġina mid-djalogu strutturat taħt il-paragrafu 15 u kwalunkwe opinjoni espressa permezz tiegħu.

Għandha tingħata prijorità lis-sospensjoni tal-impenji: il-pagamenti għandhom jiġu sospiżi biss meta tittieħed azzjoni immedjata u f'każ ta' nonkonformità sinifikanti. ►C1  Is-sospensjoni tal-pagamenti għandha tapplika għal applikazzjonijiet għal pagament sottomessi għall-programmi konċernati wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni. ◄

10.  Proposta mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 9 b'rabta mas-sospensjoni tal-impenji għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li jirrifjuta tali proposta b'maġġoranza kwalifikata fi żmien xahar mis-sottomissjoni tal-proposta tal-Kummissjoni. Is-sospensjoni tal-impenji għandha tapplika għall-impenji mill-Fondi ESI għall-Istat Membru kkonċernat mill-1 ta' Jannar tas-sena wara d-deċiżjoni ta' sospensjoni.

Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, dwar proposta mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 9 b'rabta mas-sospensjoni tal-pagamenti.

11.  Il-kamp ta' applikazzjoni u l-livell tas-sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti li għandha tiġi imposta abbażi tal-paragrafu 10 għandhom ikunu proporzjonati, jirrispettaw l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-Istati Membri u jqisu ċ-ċirkustanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, b'mod partikolari l-livell ta' qgħad tal-Istat Membru kkonċernat meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni u l-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. L-impatt tas-sospensjonijiet fuq programmi ta' importanza fundamentali biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali avversi għandu jkun fattur speċifiku li għandu jitqies.

Dispożizzjonijiet dettaljati għad-determinazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u l-livell tas-sospensjonijiet huma stabbiliti fl-Anness III.

Is-sospensjoni tal-impenji għandha tkun soġġetta għall-iktar limitu massimu baxx minn dawn li ġejjin:

(a) 

Massimu ta' 50 % tal-impenji relatati mas-sena finanzjarja li jmiss għall-Fondi ESI fl-ewwel każ ta' nonkonformità ma' proċedura ta' defiċit eċċessiv kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9 u massimu ta' 25 % tal-impenji relatati mas-sena finanzjarja li jmiss għall-Fondi ESI fl-ewwel każ ta' nonkonformità relatat ma' pjan ta' azzjoni korrettiva taħt proċedura ta' żbilanċ eċċessiv kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9 jew nonkonformità mal-azzjoni korrettiva rakkomandata skont proċedura ta' żbilanċ eċċessiv kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9.

Il-livell tas-sospensjoni għandu jiżdied gradwalment sa massimu ta' 100 % tal-impenji relatati mas-sena finanzjarja li jmiss għall-Fondi ESI fil-każ ta' proċedura ta' defiċit eċċessiv u sa 50 % tal-impenji relatati mas-sena finanzjarja li jmiss għall-Fondi ESI fil-każ ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv, skont il-gravità tan-nonkonformità;

(b) 

massimu ta' 0,5 % tal-PDG nominali li japplika fl-ewwel każ ta' nonkonformità ma' proċedura ta' defiċit eċċessiv kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9 u massimu ta' 0,25 % tal-PDG nominali li japplika fl-ewwel każ ta' nonkonformità relatat ma' pjan ta' azzjoni korrettiva taħt proċedura ta' żbilanċ eċċessiv kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9 jew nonkonformità mal-azzjoni korrettiva rakkomandata taħt proċedura ta' żbilanċ eċċessiv kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9.

Jekk in-nonkonformità relatata mal-azzjonijiet korrettivi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9 tippersisti, il-persentaġġ ta' dak il-limitu massimu tal-PDG għandu jiżdied gradwalment sa:

— 
massimu ta' 1 % tal-PDG nominali li japplika fil-każ ta' nonkonformità persistenti ma' proċedura ta' defiċit eċċessiv skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9; u
— 
massimu ta' 0.5 % tal-PDG nominali li japplika fil-każ ta' nonkonformità persistenti ma' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv skont il-punt (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9, skont il-gravità tan-nonkonformità;
(c) 

massimu ta' 50 % tal-impenji relatati mas-sena finanzjarja li jmiss għall-Fondi ESI jew massimu ta' 0,5 % tal-PDG nominali fl-ewwel każ ta' nonkonformità kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9.

Meta jiġi determinat il-livell ta' sospensjoni u jekk għandhomx jiġu sospiżi l-impenji jew il-pagamenti, l-istadju taċ-ċiklu tal-programmi għandu jitqies b'kunsiderazzjoni, b'mod partikolari, għall-perjodu li fadal għall-użu tal-fondi wara l-ibbaġitjar mill-ġdid tal-impenji sospiżi.

12.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar ir-revoka tal-impenji stabbiliti fl-Artikoli 86 sa 88 il-Kummissjoni għandha tneħħi s-sospensjoni tal-impenji, mingħajr dewmien, fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-proċedura ta' defiċit eċċessiv tinżamm pendenti skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 jew il-Kunsill jiddeċiedi li, skont l-Artikolu 126(12) TFUE li jabroga d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv;

(b) 

meta l-Kunsill ikun approva pjan ta' azzjoni korrettiva mressaq mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 jew il-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv tiġi sospiża skont l-Artikolu 10(5) ta' dak ir-Regolament jew il-Kunsill ikun għalaq il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament;

(c) 

meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa miżuri xierqa biex jimplimenta l-programm ta' aġġustament imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 jew il-miżuri mitluba minn deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 136(1) TFUE.

Meta tirrevoka s-sospensjoni tal-impenji, il- Kummissjoni għandha tibbaġitja mill-ġdid l-impenji sospiżi skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

Deċiżjoni li tikkonċerna r-revoka tas-sospensjoni tal-pagamenti għandha tittieħed mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

13.  Il-paragrafi 6 sa 12 m'għandhomx japplikaw għar-Renju Unit sakemm is-sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti tikkonċerna kwistjonijiet koperti mill-punti (a), (b) u (c)(iii) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew il-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 99 (a), (b), jew (d).

14.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal programmi taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea.

15.  Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat bl-implimentazzjoni ta' dan l-artikolu. B'mod partikolari, meta waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 jew il-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9 tiġi ssodisfata għal Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u tipprovdi dettalji tal-Fondi u l-programmi ESI li jistgħu jkunu soġġetti għal sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti.

Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni għal djalogu strutturat dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'kunsiderazzjoni partikolari għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-proposta għal sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti jew il-proposta biex tiġi revokata tali sospensjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih wara l-adozzjoni tagħha. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega r-raġunijiet għall-proposta tagħha.

16.  Fl-2017, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport u għandha tittrażmettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat meta meħtieġ minn proposta leġiżlattiva.

17.  Meta jkun hemm bidliet kbar fis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta biex tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, li jaġixxu skont l-Artikoli 225 jew 241 TFUE rispettivament, jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tressaq tali proposta.

▼M2

Artikolu 24

Żieda fil-pagamenti għall-Istati Membri b'diffikultajiet baġitarji temporanji

1.  Fuq it-talba ta' Stat Membru, il-pagamenti interim jistgħu jiżdiedu b'10 punti perċentwali aktar mir-rata ta' kofinanzjament applikabbli għal kull prijorità għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni jew għal kull miżura għall-FAEŻR u l-FEMS.

Jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin wara l-21 ta' Diċembru 2013, ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, għandha tapplika għat-talbiet tiegħu għal pagamenti għall-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2016:

(a) 

fejn l-Istat Membru kkonċernat jirċievi self mill-Unjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 407/2010;

(b) 

fejn l-Istat Membru kkonċernat jirċievi għajnuna finanzjarja fuq perjodu ta' żmien medju skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 taħt il-kondizzjoni tal-implimentazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku;

(c) 

fejn l-għajnuna finanzjarja ssir disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat taħt il-kondizzjoni tal-implimentazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 472/2013.

Jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu wara t-30 ta' Ġunju 2016, ir-rata miżjuda għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal pagamenti tiegħu għall-perjodu sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena kalendarja li matulha l-assistenza finanzjarja relatata tasal fi tmiemha.

Dan il-paragrafu ma japplikax għal programmi taħt ir-Regolament KTE.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla minn:

(a) 

in-nefqa pubblika; jew

(b) 

l-ammont massimu ta' appoġġ mill-Fondi SIE għal kull prijorità għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, jew għal kull waħda mill-miżuri tal-FAEŻR u l-FEMS, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm,

skont liema wieħed ikun l-inqas.

▼B

Artikolu 25

▼M3

Ġestjoni ta' assistenza teknika għall-Istati Membri

1.  Fuq talba ta' Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ), parti mir-riżorsi previsti mill-Artikolu 59 ta' dan ir-Regolament u programmati bi qbil mar-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għal għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' miżuri fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-punt (l) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1) ta' dan ir-Regolament permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta.

▼B

2.  Ir- riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu addizzjonali għall-ammonti stabbiliti skont il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi għal għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni. Meta limitu massimu għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Istat Membru jkun stabbilit fir-regoli speċifiċi għall-Fondi, l-ammont li għandu jiġi ttrasferit għandu jiġi inkluż għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-konformità ma' dak il-limitu massimu.

3.   ►M3  Stat Membru għandu jitlob it-trasferiment msemmi fil-paragrafu 1 għal sena kalendarja sal-31 ta' Jannar tas-sena li fiha għandu jsir it-trasferiment. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn proposta li temenda l-programm jew programmi li minnhom se jsir it-trasferiment. Għandhom isiru emendi korrispondenti għall-Ftehim ta' Sħubija skont l-Artikolu 30(2), li jistabbilixxi l-ammont totali trasferit kull sena lill-Kummissjoni. ◄

Meta Stat Membru jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(1) fl-1 ta' Jannar 2014, huwa jista' jibgħat it-talba għal dik is-sena fl-istess ħin bħall-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija tiegħu, li għandu jistabbilixxi l-ammont li għandu jiġi ttrasferit għall-għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

▼M3

4.  Ir-riżorsi trasferiti minn Stat Membru skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu suġġetti għal regola ta' diżimpenn stabbilita fl-Artikolu 136 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

▼M10



KAPITOLU V

Miżuri eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi ESI b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19

Artikolu 25a

Miżuri eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi ESI b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19

1.  B’deroga mill-Artikolu 60(1) u l-ewwel u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 120(3), fuq talba ta’ Stat Membru, tista’ tiġi applikata rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għan-nefqa ddikjarata fl-applikazzjonijiet għal pagament matul is-sena ta’ kontabbiltà li tibda fl-1 ta’ Lulju 2020 u li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2021, għal ass ta’ prijorità wieħed jew aktar fi programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE jew mill-Fond ta’ Koeżjoni.

It-talbiet għal modifika tar-rata ta’ kofinanzjament għandha tiġi ppreżentata f'konformità mal-proċedura għall-emenda ta’ programmi stipulata fl-Artikolu 30 u għandha tkun akkumpanjata mill-programm(i) rivedut(i). Ir-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għandha tapplika biss jekk l-emenda rilevanti tal-programm operazzjonali jiġi approvat mill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni finali għal pagament interim f’konformità mal-Artikolu 135(2i.

Qabel ma tiġi preżentata l-ewwel applikazzjoni għal pagament għas-sena ta’ kontabbiltà li tibda fl-1 ta’ Lulju 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw it-tabella msemmija fil-punt (d)(ii) tal-Artikolu 96(2), u jikkonfermaw ir-rata ta’ kofinanzjament li kienet applikabbli matul is-sena ta’ kontabbiltà li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2020 għall-prijoritajiet ikkonċernati miż-żieda temporanja għal 100 %.

2.  B’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19, fuq talba ta’ Stat Membru, ir-riżorsi disponibbli għall-ipprogrammar għas-sena 2020 għall-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi jistgħu jiġu trasferiti bejn il-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni, huma x’inhuma l-persentaġġi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 92(1).

Għall-fini ta’ dawk it-trasferimenti, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92(4) ma għandhomx japplikaw.

It-trasferimenti ma għandhomx jaffettwaw ir-riżorsi allokati għall-YEI f’konformità mal-Artikolu 92(5) jew għall-għajnuna għal dawk l-aktar fil-bżonn taħt l-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi f’konformità mal-Artikolu 92(7).

Ir-riżorsi trasferiti bejn il-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni taħt dan il-paragrafu għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli tal-Fond li fih jiġu trasferiti r-riżorsi.

3.  B’deroga mill-Artikolu 93(1) u flimkien mal-possibbiltà prevista fl-Artikolu 93(2), fuq talba ta’ Stat Membru, ir-riżorsi disponibbli għall-ipprogrammar għas-sena 2020 jistgħu jiġu trasferiti bejn il-kategoriji ta’ reġjuni b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19.

4.  It-talbiet għal trasferimenti skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati f'konformità mal-proċedura għall-emenda ta’ programmi stipulata fl-Artikolu 30, għandhom ikunu debitament ġustifikati u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm(i) rivedut(i) li jidentifika(w) l-ammonti trasferiti għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni, fejn dan ikun rilevanti.

5.  B’deroga mill-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u mir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, l-allokazzjonijiet finanzjarji stipulatifit-talbiet ippreżentati għal emendi ta’ programmi jew fit-trasferimenti notifikati skont l-Artikolu 30(5) ta’ dan ir-Regolament, fi jew wara l-24 ta’ April 2020, ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti dwar konċentrazzjoni tematika stipulati f’dan ir-Regolament jew fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

6.  B’deroga mil-Artikolu 16, mill-24 ta’ April 2020, il-Ftehimiet ta’ Sħubija ma għandhomx jiġu emendati u l-emendi ta’ programmi ma għandhomx jinkludu l-emenda tal-Ftehimiet ta’ Sħubija.

B’deroga mill-Artikoli 26(1), 27(1), 30(1) u 30(2), mill-24 ta’ April 2020 il-konsistenza tal-programmi u tal-implimentazzjoni tagħhom mal-Ftehim ta’ Sħubija ma għandhiex tiġi verifikata.

7.  Għall-operazzjonijiet li jrawmu l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni għall-kriżijiet fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19 kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65(10), l-Artikolu 65(6) ma għandux japplika.

B’deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 125(3), dawn l-operazzjonijiet jistgħu jintgħażlu għal appoġġ mill-FEŻR jew mill-FSE qabel l-approvazzjoni tal-programm emendat.

8.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 87(1), fejn it-tifqigħa ta’ COVID-19 tiġi invokata bħala raġuni ta’ forza maġġuri, informazzjoni dwar l-ammonti li għalihom ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni ta’ pagament għandha tingħata fuq livell aggregat għal kull prijorità għall-operazzjonijiet li n-nefqa eliġibbli totali tagħhom tkun inqas minn EUR 1 000 000 .

9.  Ir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm imsemmi fl-Artikolu 50(1) għas-sena 2019 għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Settembru 2020 għall-Fondi ESI kollha, b’deroga mill-iskadenzi stipulati fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi. It-trażmissjoni fl-2020 tas-sommarju ta’ rapport li għandu jkun imħejji mill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 53(1), jista’ jiġi pospost skont dan.

10.  B’deroga mill-punt (g) tal-Artikolu 37(2), ma għandu jiġi rikjest l-ebda rieżami jew aġġornament tal-valutazzjonijiet ex ante fejn ikunu meħtieġa bidliet fl-istrumenti finanzjarji biex ikun hemm reazzjoni effettiva għat-tifqigħa ta’ COVID-19.

11.  Meta l-istrumenti finanzjarji jagħtu appoġġ fil-forma ta’ kapital operattiv lill-SMEs skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 37(4) ta’ dan ir-Regolament, ma għandhomx ikunu rikjesti pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju, jew dokumenti ekwivalenti, u evidenza li tippermetti l-verifika li l-appoġġ li jkun ngħata permezz tal-istrumenti finanzjarji jkun intuża għall-iskop maħsub tiegħu bħala parti mid-dokumenti ta’ prova.

B’deroga mir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, dan l-appoġġ jista’ jingħata wkoll mill-FAEŻR skont miżuri msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji. Din in-nefqa eliġibbli ma għandhiex taqbeż EUR 200 000 .

12.  Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 127(1), it-tifqigħa ta’ COVID-19 għandha tikkostitwixxi każ debitament ġustifikat li l-awtoritajiet tal-awditjar jistgħu jinvokaw, abbażi tal-ġudizzju professjonali tagħhom, biex jużaw metodu mhux statistiku ta’ teħid ta’ kampjuni għas-sena ta’ kontabbiltà li tibda fl-1 ta’ Lulju 2019 u li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2020.

13.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ), il-kundizzjoni li l-approprjazzjonijiet ikunu għall-istess objettiv ma għandhiex tapplika fir-rigward tat-trasferimenti skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

▼B



TITOLU III

PROGRAMMAZZJONI



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi ESI

Artikolu 26

It-tħejjija tal-programmi

1.  Il-Fondi ESI għandhom jiġu implimentati permezz tal-programmi skont il-Ftehim ta' Sħubija. Kull programm għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.  Il-programmi għandhom jitfasslu mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe awtorità maħtura minnhom, b’kooperazzjoni mas-sħab imsemmija fl-Artikolu 5. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-programmi bbażati fuq proċeduri li jkunu trasparenti għall-pubbliku, skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom.

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw koordinazzjoni effettiva fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta’ programmi għall-Fondi ESI, fosthom, fejn xieraq, programmi plurifondi għall-Fondi, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.

4.  L-Istati Membri għandhom iressqu l-programmi lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija. Il-programmi ta' kooperazzjoni territorjali Ewropej għandhom jitressqu sa.22 ta’ Settembru 2014 Il-programmi kollha għandhom ikunu akkumpanjati mill-evalwazzjoni ex ante kif stabbilit fl-Artikolu 55.

5.  Fejn Regolament wieħed jew aktar speċifiku għal Fond għall-Fondi ESI jidħol fis-seħħ bejn 22 ta’ Frar 2014 u 22 ta’ Ġunju 2014 il-programm jew programmi appoġġati mill-Fond ESI affettwati mid-dewmien fid-dħul fis-seħħ tar-Regolament speċifiku għall-Fond għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija rivedut imsemmi fl-Artikolu 17(1).

6.  Fejn Regolament wieħed jew aktar speċifiku għal Fond għall-Fondi ESI jidħol fis-seħħ aktar tard minn 22 ta’ Ġunju 2014 il-programm jew programmi appoġġati mill-Fond ESI affettwati mid-dewmien fid-dħul fis-seħħ tar-Regolament speċifiku għall-Fond għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament speċifiku għall-Fond li kien suġġett għad-dewmien.

Artikolu 27

Il-kontenut tal-programmi

1.  Kull programm għandu jistabbilixxi strateġija għall-kontribut tal-programm għall-istrateġija tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv li hu konsistenti ma’ dan ir-Regolament, ir-regoli speċifiċi għall-Fondi, u l-kontenut tal-Ftehim ta’ Sħubija.

Kull programm għandu jinkludi l-arranġamenti li jiżguraw implimentazzjoni effettiva, effiċjenti u kkoordinata tal-Fondi ESI u tal-azzjonijiet biex jinkiseb tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji.

2.  Kull programm għandu jiddefinixxi l-prijoritajiet li jistabbilixxu miri speċifiċi, approprjazzjonijiet finanzjarji ta’ appoġġ mill-Fondi ESI u kofinanzjament nazzjonali korrispondenti, inklużi ammonti relatati mar-riżerva tal-prestazzjoni, li jista’ jkun pubbliku jew privat skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

3.  Fejn l-Istati Membri u r-reġjuni jipparteċipaw fi strateġiji makroreġjonali jew strateġiji dwar baċiri tal-baħar, il-programm rilevanti, skont il-ħtiġijiet tal-qasam tal-programm kif identifikati mill-Istat Membru, għandu jistipula il-kontribuzzjoni tal-inverventi ppjanati għal dawk l-istrateġiji.

4.  Kull prijorità għandha tistabbilixxi l-indikaturi u l-miri korrispondenti espressi f’termini kwalitattivi jew kwantitattivi, skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi, sabiex issir valutazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programm bil-mira li jintlaħqu l-objettivi bħala l-bażi għall-monitoraġġ, l-valutazzjoni u r-reviżjoni tal-prestazzjoni. Dawk l-indikaturi għandhom jinkludu:

(a) 

indikaturi finanzjarji relatati man-nefqa allokata;

(b) 

►C1  indikaturi tal-output relatati mal-operazzjonijiet appoġġati; ◄

(c) 

indikaturi tar-riżultati relatati mal-prijorità kkonċernata.

Għal kull Fond ESI, ir-regoli speċifiċi għall-fondi għandhom jistabbilixxu indikaturi komuni u jistgħu jistipulaw dispożizzjonijiet relatati ma’ indikaturi speċifiċi għall-programmi.

5.  Kull programm, għajr dawk li jkopru esklussivament l-assistenza teknika, għandu jinkludi deskrizzjoni, skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi, tal-azzjonijiet biex jitqiesu l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5, 7 u 8.

6.  Kull programm, għajr dawk fejn l-assistenza teknika tingħata taħt programm speċifiku, għandu jistabbilixxi l-ammont indikattiv ta’ appoġġ li jrid jintuża għal għanijiet relatati mat-tibdil fil-klima, ibbażat fuq il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 8.

7.  L-Istati Membri għandhom jabbozzaw il-programm skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontenut ta' programmi ddedikati għal strumenti konġunti għal garanziji bla limitu u titolizzazzjoni li jipprovdu solliev kapitali implementat mill-BEI

1.  B'deroga mill-Artikolu 27, il-programmi ddedikati msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 394) għandhom jinkludu:

(a) 

l-elementi stabbiliti taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27, u taħt il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dak l-Artikolu fir-rigward tal-prinċipji stabbiliti taħt l-Artikolu 5;

(b) 

identifikazzjoni tal-korpi msemmija taħt l-Artikoli 125, 126 u 127 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 65(2) tar-Regolament FAEŻR kif relevanti għall-Fond ikkonċernat;

(c) 

għal kull kundizzjonalità ex ante, stabbilita skont l-Artikolu 19 u l-Anness XI, li hija applikabbli għall-programm, valutazzjoni ta' jekk il-kundizzjonalità ex ante hijiex issodisfata fid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija u l-programm, u fejn kundizzjonalitajiet ex ante mhumiex issodisfati, deskrizzjoni tal-azzjonijiet biex tiġi ssodisfata l-kundizzjonalità ex ante, il-korpi responsabbli u skeda għal dawn l-azzjonijiet bi qbil mas-sommarju ppreżentat fil-Ftehim ta’ Sħubija.

2.  B'deroga mill-Artikolu 55, il-valutazzjoni ex ante msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4) għandha titqies bħala valutazzjoni ex ante ta' tali programmi.

3.  Għall-finijiet tal-programmi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4) ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 59(5) u (6) tar-Regolament FAEŻR m'għandhomx japplikaw. Minbarra l-elementi msemmija fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c)(i), (f), 9(h), (i) u (m)(i) sa (iii) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament FAEŻR biss għandhom japplikaw għal programmi taħt l-FAEŻR.

Artikolu 29

Proċedura għall-adozzjoni ta' programmi

1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza tal-programmi ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli speċifiċi għall-Fondi, il-kontribut effettiv tagħhom għall-għanijiet tematiċi magħżula u għall-prijoritajiet tal-Unjoni speċifiċi għal kull Fond ESI, kif ukoll il-konsistenza mal-Ftehim ta’ Sħubija, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti adottati skont l-Artikolu 121(2) TFUE u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) TFUE kif ukoll l-evalwazzjoni ex ante. Il-valutazzjoni għandha tindirizza, b’mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-programm, l-għanijiet korrispondenti, l-indikaturi, il-miri u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni m'għandux ikollha għalfejn tivvaluta l-konsistenza tal-programmi operazzjonali ddedikati għall-YEI msemmija Fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 tar-Regolament FSE u l-programmi ddedikati msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4) ta' dan ir-Regolament mal-Ftehim ta' Sħubija fl-assenza tas-sottomissjoni mill-Istat Membru tal-Ftehim ta' Sħubija tiegħu fid-data ta' sottomissjoni tal-programm dedikati tiegħu.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel osservazzjonijiet fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-programm. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, jirrevedi l-programm propost.

4.  Skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi, il-Kummissjoni għandha tapprova kull programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara s-sottomissjoni tiegħu mill-Istat Membru konċernat, sakemm kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tkun ġiet ikkunsidrata b'mod adegwat, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2014 jew qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' deċiżjoni li tapprova l-Ftehim ta' Sħubija.

B'deroga mir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-programmi taħt il-mira ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea jistgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tapprova l-Ftehim ta' Sħubija, programmi operazzjonali ddedikati għall-YEI msemmija fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 tar-Regolament FSE u programmi ddedikati msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4) ta' dan ir-Regolament jistgħu jkunu approvati mill-Kummissjoni qabel is-sottomissjoni tal-Ftehim ta' Sħubija.

Artikolu 30

Emenda ta' programmi

1.  It-talbiet għall-emenda tal-programmi mressqin minn Stat Membru għandhom jiġu debitament iġġustifikati u għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fil-programm fuq l-ilħuq tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-objettivi speċifiċi ddefiniti fil-programm, filwaqt li jitqiesu dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-Fondi, il-prinċipji orizzontali msemmija fl-Artikoli 5, 7 u 8 u kif ukoll il-Ftehim ta’ Sħubija. Għandhom ikunu akkompanjati mill-programm rivedut.

2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru. Il-Kummissjoni tista' tagħmel osservazzjonijiet fi żmien xahar mis-sottomissjoni tal-programm rivedut, u l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi, il-Kummissjoni għandha tapprova t-talbiet għall-emendar ta’ programm malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha jkunu tressqu mill-Istat Membru, dejjem jekk kull osservazzjoni li tkun għamlet il-Kummissjoni tkun tqieset b’mod adegwat.

▼M6

Fejn l-emendar ta’ programm jaffettwa l-informazzjoni pprovduta fil-Ftehim ta’ Sħubija, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(4a).

▼B

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, meta t-talba għal emenda tkun ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni sabiex terġa' talloka r-riżerva ta' prestazzjoni wara l-analiżi ta' prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel osservazzjonijiet biss meta tikkunsidra li l-allokazzjoni proposta ma tkunx f'konformità mar-regoli applikabbli, ma tkunx konsistenti mal-ħtiġijiet ta' żvilupp tal-Istat Membru jew tar-reġjun, jew tkun tinvolvi riskju sinifikanti li l-objettivi u l-miri inklużi fil-proposta ma jkunux jistgħu jintlaħqu. Il-Kummissjoni għandha tapprova t-talba għall-emenda ta’ programm malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha t-talba tkun ġiet ippreżentata mill-Istat Membru, sakemm kull osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tkun tqieset b’mod adegwat. ►M6  ————— ◄

4.  B'deroga mill-paragrafu 2, proċeduri speċifiċi għall-emenda tal-programmi operazzjonali jistgħu jiġu stabbiliti fir-Regolament FEMS.

▼M9

5.  B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FSE, l-Istat Membru jista’ jittrasferixxi matul il-perijodu ta’ programmazzjoni ammont sa 8 % tal-allokazzjoni mill-1 ta’ Frar 2020 ta’ prijorità u mhux aktar minn 4 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess Fond tal‐istess programm.

Tali trasferimenti ma għandhomx jaffettwaw snin preċedenti. Dawn għandhom jitqiesu bħala mhux sostanzjali u ma għandhomx jirrikjedu deċiżjoni tal‐Kummissjoni li temenda l-programm. Madankollu, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji kollha u għandhom jiġu approvati minn qabel mill-kumitat ta’ monitoraġġ. L-Istat Membru għandu jinnotifika t-tabelli finanzjarji riveduti lill‐Kummissjoni.

▼B

Artikolu 31

Parteċipazzjoni tal-BEI

1.  Il-BEI jista', fuq talba tal-Istati Membri, jipparteċipa fit-tħejjija tal-Ftehim ta’ Sħubija, kif ukoll f'attivitajiet relatati mat-tħejjija tal-operazzjonijiet, b'mod partikolari proġetti kbar, strumenti finanzjarji u PPPs.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta mal-BEI qabel l-adozzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija jew tal-programmi.

3.  Il-Kummissjoni tista' titlob lill-BEI jeżamina l-kwalità teknika, is-sostenibilità ekonomika u finanzjarja, u l-vijabilità tal-proġetti kbar u tgħinu fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji li għandhom jiġu implementati jew żviluppati.

4.  Matul l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tagħmel għotjiet jew tagħti kuntratti ta’ servizz lill-BEI li jkopru l-inizjattivi implimentati fuq bażi pluriennali. L-impenn tal-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-Unjoni fir-rigward ta’ tali għotjiet jew kuntratti ta’ servizz għandhom jsir annwalment.



KAPITOLU II

Żvilupp lokali mmexxi mill-komunità

Artikolu 32

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

1.  L-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità għandu jiġi appoġġat mill-FAEŻR, li għandu jintgħażel bħala żvilupp lokali LEADER u jista’ jiġi appoġġat mill-FERŻ, il-FSE jew il-FEMS. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, dawk il-Fondi, minn hawn 'il quddiem, jissejħu bħala l-"Fondi ESI ikkonċernati".

2.  L-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità għandu:

(a) 

jkun iffokat fuq oqsma subreġjonali speċifiċi;

(b) 

jitmexxa minn gruppi ta’ azzjoni lokali komposti minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom, fil-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet, la l-awtoritajiet pubbliċi, kif definiti skont ir-regoli nazzjonali, u lanqas kwalunkwe grupp ta’ interess uniku ma jirrappreżenta aktar minn 49 % tad-drittijiet tal-votazzjoni;

(c) 

jitwettaq permezz ta’ strateġiji tal-iżvilupp lokali integrati abbażi tal-oqsma multisettorjali;

(d) 

jitfassal b’qies tal-ħtiġijiet u tal-potenzjal lokali, u għandu jinkludi karatteristiċi innovattivi fil-kuntest lokali, netwerking, u fejn xieraq, kooperazzjoni.

3.  L-appoġġ mill-Fondi ESI kkonċernati għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità għandu jkun konsistenti u koordinat bejn il-Fondi ESI kkonċernati. Dan għandu jiġi żgurat inter alia permezz tal-bini tal-kapaċitajiet, selezzjoni, approvazzjoni u finanzjament koordinati ta’ strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u gruppi ta' azzjoni lokali.

▼M6

4.  Fejn il-kumitat ta’ għażla għall-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità stabbilit permezz tal-Artikolu 33(3) jiddetermina li l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità magħżula teħtieġ appoġġ minn aktar minn Fond wieħed, huwa jista’ jinnomina f’konformità mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali, Fond ewlieni biex jappoġġa l-kostijiet preparatorji, operazzjonali u tal-animazzjoni kollha skont il-punti (a), (d) u (e) tal-Artikolu 35(1) għall-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

▼B

5.  L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità appoġġjat mill-Fondi ESI ikkonċernati għandu jitwettaq skont prijorità waħda jew aktar tal-programm jew programmi rilevanti skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi tal-Fondi ESI ikkonċernati.

Artikolu 33

Strateġiji ta' żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

1.  Strateġija għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

id-definizzjoni taż-żona u tal-popolazzjoni koperti mill-istrateġija;

(b) 

analiżi tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp u l-potenzjal taż-żona, inkluża analiżi tal-punti pożittivi, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddidiet;

(c) 

►C1  deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi tagħha, deskrizzjoni tal-karatteristiċi integrati u innovattivi tal-istrateġija u ġerarkija tal-prijoritajiet, inklużi miri li jistgħu jitkejlu għall-outputs jew riżultati ◄ . Fir-rigward tar-riżultati, il-miri jistgħu jiġu espressi f’termini kwantitattivi jew kwalitattivi. L-istrateġija għandha tkun konsistenti mal-programmi relevanti tal-Fondi ESI kollha kkonċernati li huma involuti;

(d) 

deskrizzjoni tal-proċess ta’ involviment tal-komunità fl-iżvilupp tal-istrateġija;

(e) 

pjan ta’ azzjoni li juri kif l-objettivi jissarrfu f’azzjonijiet;

(f) 

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ tal-istrateġija, li turi l-kapaċità tal-grupp ta’ azzjoni lokali li jimplimenta l-istrateġija u deskrizzjoni tal-arranġamenti speċifiċi għall-evalwazzjoni;

(g) 

il-pjan finanzjarju għall-istrateġija, inkluża l-allokazzjoni ppjanata minn kull wieħed mill-Fondi ESI kkonċernati.

2.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-għażla tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

3.  L-istrateġiji għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità għandhom jintgħażlu minn kumitat stabbilit għal dak l-iskop mill-awtorità jew awtoritajiet ta' ġestjoni responsabbli u approvat mill-awtorità/awtoritajiet ta' ġestjoni responsabbli.

4.  L-ewwel fażi ta’ selezzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità għandha titlesta sa sentejn mid-data tal-approvazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità addizzjonali wara dik id-data, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017.

5.  Id-deċiżjoni li tapprova strateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità għandha tistabbilixxi l-allokazzjonijiet ta' kull Fond ESI kkonċernat. Id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi wkoll ir-responsabbiltajiet għall-kompiti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll taħt il-programm jew programmi fir-rigward tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

6.  Il-popolazzjoni taż-żona msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandhiex tkun anqas minn 10 000 u mhux aktar minn 150 000 abitant. Madankollu, f’każijiet debitament ġustifikati u ►C1  fuq il-bażi ta' proposta minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tadotta jew temenda dawk il-limiti tal-popolazzjoni fid-deċiżjoni tagħha taħt l-Artikolu 16(2) jew (4) biex tapprova jew temenda ◄ rispettivament il-Ftehim ta' Sħubija sabiex jitqiesu ż-żoni sottopopolati jew popolati ħafna jew sabiex tiġi żgurata l-koerenza territorjali taż-żoni koperti mill-istrateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

Artikolu 34

Gruppi ta' azzjoni lokali

1.  Il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom ifasslu u jimplimentaw l-istrateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-irwoli rispettivi tal-grupp ta’ azzjoni lokali u tal-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti, li jikkonċernaw il-kompiti ta’ implimentazzjoni kollha marbuta mal-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

2.  L-awtorità jew l-awtoritajiet ta' ġestjoni responsabbli għandha/għandhom jiżguraw li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jew jagħżlu sieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala sieħeb ewlieni fi kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqdu flimkien fi struttura komuni kkostitwita legalment.

3.  Il-kompiti tal-gruppi ta’ azzjoni legali għandhom jinkludu dan li ġej:

▼M6

(a) 

il-bini tal-kapaċità ta’ atturi lokali, inkluż il-benefiċjarji potenzjali, li jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet inkluż bit-trawwim tal-kapaċitajiet tagħhom ta’ tħejjija u ta’ ġestjoni tal-proġetti tagħhom;

(b) 

it-tfassil ta’ proċedura tal-għażla nondiskriminatorja u trasparenti li tevita kunflitti ta’ interessi, tiżgura li tal-anqas 50 % mill-voti fid-deċiżjonijiet tal-għażla jinxteħtu minn sħab li mhumiex awtoritajiet pubbliċi, u tippermetti l-għażla bi proċedura bil-miktub;

(c) 

it-tfassil u l-approvazzjoni ta’ kriterji oġġettivi nondiskriminatorji għall-għażla tal-operazzjonijiet li jiżguraw koerenza mal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità billi tingħata prijorità lil dawk l-operazzjonijiet skont il-kontribut tagħhom għall-kisba tal-objettivi u l-miri ta’ dik l-istrateġija;

(d) 

it-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti jew proċedura ta’ sottomissjoni ta’ proġett li tkun għaddejja;

▼B

(e) 

li jirċievu u jivvalutaw l-applikazzjonijiet għas-sostenn;

(f) 

li jagħżlu l-operazzjonijiet u jiffissaw l-ammonti tas-sostenn u, fejn rilevanti, jippreżentaw il-proposti lill-korp responsabbli għall-verifika finali tal-eliġibbiltà qabel l-approvazzjoni;

(g) 

il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u l-operazzjonijiet appoġġjati u t-twettiq ta’ attivitajiet speċifiċi ta’ valutazzjoni marbuta ma' dik l-istrateġija.

▼M6

Fejn gruppi ta’ azzjoni lokali jwettqu kompiti mhux koperti mill-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni jew taċ-ċertifikazzjoni jew tal-aġenzija tal-pagamenti, dawk il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom jiġu nnominati bħala korpi intermedji f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fond.

▼B

4.  Bla preġudizzju għall-punt (b) tal-paragrafu 3, il-grupp ta’ azzjoni lokali jista’ jkun benefiċjarju u jimplimenta l-operazzjonijiet skont l-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

5.  Fil-każ ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni ta’ gruppi ta’ azzjoni lokali kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 35(1), il-kompiti stabbiliti fil-punt (f) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jitwettqu mill-awtorità ta’ ġestjoni responsabbli.

Artikolu 35

Appoġġ mill-Fondi ESI għal żvilupp lokali mmexxi mill-komunità

1.  L-appoġġ mill- Fondi ESI kkonċernati għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità għandu jkopri:

(a) 

l-ispejjeż tal-appoġġ tat-tħejjija li jikkonsisti f’bini tal-kapaċità, taħriġ u netwerking bil-għan li titħejja u tiġi implimentata strateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

Tali spejjeż jistgħu jinkludu element wieħed jew iktar minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

azzjonijiet ta’ taħriġ għall-partijiet interessati lokali;

(ii) 

studji taż-żona kkonċernata;

(iii) 

spejjeż marbuta mat-tfassil tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, inklużi spejjeż ta’ konsulenza u spejjeż għal azzjonijiet relatati mal-konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati għall-iskop tat-tħejjija tal-istrateġija;

(iv) 

spejjeż amministrattivi (spejjeż operattivi u tal-persunal) ta’ organizzazzjoni li tapplika għall-appoġġ tat-tħejjija waqt il-fażi ta’ tħejjija;

(v) 

appoġġ għal proġetti pilota żgħar.

Tali appoġġ tat-tħejjija għandu jkun eliġibbli indipendentement minn jekk l-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità mfassla mill-grupp ta’ azzjoni lokali li jibbenefika mill-appoġġ tkunx magħżula għal finanzjament mill-kumitat ta’ selezzjoni stabbilit taħt l-Artikolu 33(3).

(b) 

l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet skont l-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità;

(c) 

it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali;

(d) 

l-ispejjeż operattivi marbuta mal-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija lokali mmexxi mill-komunità li jikkonsistu fi spejjeż operattivi, spejjeż tal-persunal, spejjeż tat-taħriġ, spejjeż marbuta mar-relazzjonijiet pubbliċi, spejjeż finanzjarji kif ukoll l-ispejjeż marbuta mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dik l-istrateġija kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 34(3);

(e) 

l-animazzjoni tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju bejn il-partijiet interessati biex tingħata informazzjoni u tkun promossa l-istrateġija u biex jiġu appoġġati benefiċjarji potenzjali bl-għan li jiżviluppaw operazzjonijiet u jħejju applikazzjonijiet.

2.  Appoġġ għall-ispejjeż operattivi u l-animazzjoni kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1 m’għandux jaqbeż 25 % tan-nefqa pubblika totali mġarrba fl-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.



KAPITOLU III

Żvilupp territorjali

Artikolu 36

Investiment territorjali integrat

1.  Fejn strateġija tal-iżvilupp urban jew strateġija territorjali oħra, jew patt territorjali msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament FSE jeħtieġu approċċ integrat li jinvolvi investimenti mill-FSE, il-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni taħt aktar minn assi ta' prijorità wieħed ta' programm operazzjonali wieħed jew diversi programmi operazzjonali, jistgħu jitwettqu azzjonijiet bħala investiment territorjali integrat (“ITI”).

Azzjonijiet imwettqa bħala ITI jistgħu jiġu kkomplimentati b’appoġġ finanzjarju mill-FAEŻR jew il-FEMS.

2.  Fejn ITI ikun appoġġat mill-FSE, il-FEŻR jew il-Fond ta’ Koeżjoni, il-programm jew programmi operazzjonali rilevanti għandu jiddeskrivi/għandhom jiddeskrivu l-approċċ lejn l-użu tal-istrument ITI u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva minn kull assi ta' prijoritàf’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fondi.

Fejn ITI ikun ikkomplimentat b’appoġġ finanzjarju mill-FAEŻR jew il-FEMS, l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva u l-miżuri koperti għandhom jiġu stabbiliti fil-programm jew programmi relevanti f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fondi.

▼M6

3.  L-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni jistgħu jiddelegaw ċerti kompiti f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fond lil korp intermedju wieħed jew aktar, inkluż lil awtoritajiet lokali, lil korpi tal-iżvilupp reġjonali jew lil organizzazzjonijiet mhux governattivi, b’rabta mal-ġestjoni u mal-implimentazzjoni ta’ ITI.

▼C1

4.  L-Istat Membru jew l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti għandhom jiżguraw li s-sistema ta' monitoraġġ għall-programm jew programmi tipprovdi għall-identifikazzjoni tal-operazzjonijiet u l-outputs ta' prijorità li jikkontribwixxu għal ITI.

▼B



TITOLU V

STRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 37

Strumenti finanzjarji

1.  Il-Fondi ESI jistgħu jintużaw biex isostnu strumenti finanzjarji skont programm wieħed jew aktar, inkluż meta jkunu organizzati permezz ta’ fondi tal-fondi, biex jikkontribbwixxu għall-kisba ta’ objettivi speċifiċi stabbiliti skont prijorità.

L-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu implimentati biex isostnu investimenti li huma mistennija jkunu finanzjarjament vijabbli u ma jwasslux għal finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq. Fl-applikazzjoni ta’ dan it-Titlu, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni, il-korpi li jimplimentaw il-fondi, u l-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli, b’mod partikolari dwar l-għajnuna mill-Istat u l-akkwist pubbliku.

2.  L-appoġġ tal-istrumenti finanzjarji għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni ex ante li tkun stabbilixxiet evidenza ta’ nuqqasijiet fis-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment li mhumiex ideali, u l-livell stmat u l-ambitu tal-ħtiġijiet ta’ investiment pubbliku, inklużi tipi ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jiġu sostnuti. Tali valutazzjoni ex ante għandha tinkludi:

(a) 

analiżi ta’ nuqqasijiet fis-suq, sitwazzjonijiet ta’ investiment li huma inqas minn ideali, u ħtiġijiet ta’ investiment għall-oqsma tal-politika u objettivi tematiċi jew prijoritajiet ta’ investiment li għandhom jiġu indirizzati bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ objettivi speċifiċi stipulati taħt prijorità u li għandhom jiġu sostnuti permezz ta’ strumenti finanzjarji. Dik l-analiżi għandha tiġi bbażata fuq metodoloġija tal-aħjar prattika disponibbli;

(b) 

valutazzjoni tal-valur miżjud tal-istrumenti finanzjarji li jkunu qed jiġu kkunsidrati għall-appoġġ mill-Fondi ESI, konsistenti ma' forom oħrajn ta' intervent pubbliku li jindirizzaw l-istess suq, l-implikazzjonijiet possibbli tal-għajnuna mill-Istat, il-proporzjonalità tal-intervent u l-miżuri previsti biex tiġi mminimizzata d-distorsjoni tas-suq;

▼M6

(c) 

stima tar-riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali li potenzjalment għandhom jinġabru mill-istrument finanzjarju sal-livell tar-riċevitur finali (effett ta’ ingranaġġ mistenni), inkluż jekk adatt valutazzjoni tal-ħtieġa għal trattament differenzjat, u tal-limitu tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 43a biex jiġu attirati riżorsi tal-kontroparti minn investituri li joperaw taħt il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq u/jew deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li ser jintużaw biex tiġi stabbilita l-ħtieġa għal trattament differenzjat bħal dan, u l-limitu tiegħu, bħal proċess ta’ valutazzjoni kompetittiv jew indipendenti kif adatt;

▼B

(d) 

valutazzjoni tat-tagħlimiet miksuba minn strumenti simili u valutazzjonijiet ex ante mwettqa mill-Istati Membri fil-passat, u kif tali tagħlimiet ser jiġu applikati fil-futur;

(e) 

l-istrateġija proposta tal-investiment, inkluż eżami tal-għażliet għal arranġamenti ta’ implimentazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 38, il-prodotti finanzjari li għandhom jiġu offruti, ir-riċevituri finali fil-mira u il-kombinament previst ma’ għotja ta’ appoġġ skont il-każ;

(f) 

speċifikazzjoni tar-riżultati mistennija u kif l-istrument finanzjarju kkonċernat huwa mistenni jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati taħt il-prijorità rilevanti, inklużi l-indikaturi għal dik il-kontribuzzjoni;

(g) 

dispożizzjonijiet li jippermettu li l-valutazzjoni ex ante tiġi rieżaminata u aġġornata skont il-ħtieġa waqt l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe strument finanzjarju li ġie implimentat abbażi ta’ tali valutazzjoni, fejn waqt il-fażi ta’ implimentazzjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni kkunsidrat li hu possibbli li l-valutazzjoni ex ante m’għadhiex tirrappreżenta b’mod preċiż il-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti fiż-żmien tal-implimentazzjoni.

▼M6

3.  Il-valutazzjoni ex ante msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tista’ tqis l-evalwazzjonijiet ex ante msemmija fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju u tista’ titwettaq fi stadji. Fi kwalunkwe każ, għandha titlesta qabel l-awtorità ta’ ġestjoni tiddeċiedi li tagħmel kontribuzzjonijiet tal-programm għal strument finanzjarju.

▼B

Is-sommarju tas-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ex ante fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu ppubblikati fi żmien tliet xhur mid-data tal-finalizzazzjoni.

Il-valutazzjoni ex ante għandha tiġi ppreżentata lill-kumitat tal-monitoraġġ għall-finijiet ta’ informazzjoni skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

4.  Fejn l-istrumenti finanzjarji jappoġġaw il-finanzjament lill-impriżi, inkluż lill-SMEs, dan l-appoġġ għandu jkun immirat lejn it-twaqqif ta’ impriżi ġodda, kapital fi stadju bikri, jiġifieri l-kapital inizjali u l-kapital biex tibda negozju, kapital għall-espansjoni, kapital għat-tisħiħ tal-attivitajiet ġenerali ta’ impriża, jew it-twettiq ta’ proġetti ġodda, il-penetrazzjoni ta’ swieq ġodda jew żviluppi ġodda minn impriżi eżistenti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat u f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Tali appoġġ jista' jinkludi investiment fl-assi kemm tanġibbli u intanġibbli kif ukoll kapital operattiv fil-limiti tar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat u bil-ħsieb li jiġi stimulat is-settur privat bħala fornitur tal-finanzjament għall-impriżi. Jista’ jinkludi wkoll spejjeż tat-trasferiment tad-drittijiet ta’ proprjetà fl-impriżi sakemm tali trasferimenti isiru bejn investituri indipendenti.

▼M9

Strumenti finanzjarji jistgħu jipprovdu wkoll appoġġ fil-forma ta’ kapital operatorju lill‐SMEs, jekk meħtieġ bħala miżura temporanja, biex jipprovdu rispons effettiv għal kriżi tas-saħħa pubblika.

▼B

5.  L-investimenti li għandhom ikunu appoġġatti permezz ta' strumenti finanzjarji m'għandhomx ikunu kompluti fiżikament jew implementati bis-sħiħ fid-data tad-deċiżjoni tal-investiment.

6.  Fejn l-istrumenti finanzjarji jipprovdu appoġġ għar-reċipjenti finali fir-rigward tal-investimenti tal-infrastruttura bl-objettiv tal-appoġġ tal-iżvilupp urban jew ir-riġenerazzjoni urbana jew investimenti tal-infrastruttura simili bl-objettivi tad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet nonagrikoli f'żoni rurali, tali appoġġ jista' jinkludi l-ammont meħtieġ għar-riorganizzazzjoni ta' portafoll tad-dejn rigward l-infrastruttura li jifforma parti mill-investiment il-ġdid, sa ammont massimu ta' 20 % tat-total tal-ammont ta' appoġġ għall-programm mill-istrument finanzjarju għall-investiment.

7.  L-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu kombinati ma’ għotjiet, ma’ sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u ma’ sussidji fuq it-tariffi tal-garanziji. Fejn l-appoġġ mill-Fondi ESI jiġi provdut permezz ta’ strumenti finanzjarji u kkombinat f’operazzjoni unika, ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ relatati direttament mal-istrumenti finanzjarji li jimmiraw lejn l-istess riċevituri finali, inkluż appoġġ tekniku, sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u sussidji fuq it-tariffi tal-garanziji, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istrumenti finanzjarji għandhom japplikaw għall-forom kollha ta’ sostenn f’dik l-operazzjoni. F'każijiet bħal dawn, għandhom ikunu rispettati r-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat u għandhom jinżammu reġistri separati għal kull forma ta' sostenn.

▼M6

8.  Ir-riċevituri finali appoġġati minn strument finanzjarju tal-Fondi ESI jistgħu jirċievu wkoll assistenza minn prijorità jew programm ieħor tal-Fondi ESI jew minn xi strument ieħor appoġġat mill-baġit tal-Unjoni, inkluż mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) stabbilit mir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), f’konformità mar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, kif adatt. F’dak il-każ għandhom jinżammu rekords separati għal kull sors ta’ assistenza filwaqt li s-sostenn mill-istrument finanzjarju tal-Fondi ESI għandu jkun parti minn operazzjoni b’nefqa eliġibbli distinta mis-sorsi l-oħra ta’ għajnuna.

▼B

9.  Il-kombinament ta’ sostenn ipprovdut permezz ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 7 jista’, soġġett għar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, jkopri l-istess element tan-nefqa sakemm it-total tal-forom kollha ta’ sostenn ikkombinati ma jaqbiżx l-ammont totali tal-element ta’ nefqa kkonċernat. L-għotjiet m'għandhomx jintużaw biex jiġi rimborżat sostenn irċevut minn strumenti finanzjarji. L-istrumenti finanzjarji m'għandhomx jintużaw biex jiġu prefinanzjati l-għotjiet.

10.  Il-kontribuzzjonijiet in natura ma għandhomx jgħoddu bħala nefqa eliġibbli fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji, ħlief kontribuzzjonijiet ta’ art jew ta’ proprjetà immobbli fir-rigward ta’ investimenti bil-għan li jappoġġaw l-iżvilupp rurali, l-iżvilupp urban jew ir-riġenerazzjoni urbana, fejn l-art jew il-proprjetà immobbli jagħmlu parti mill-investiment. Dan it-tip ta’ kontribuzzjonijiet ta’ art jew ta’ proprjetà immobbli għandu jkun eliġibbli sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 69(1).

11.  Il-VAT m’għandhiex tikkostitwixxi nefqa eliġibbli ta’ operazzjoni, ħlief fil-każ li l-VAT ma tkunx tista’ tiġi rkuprata taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-VAT. It-trattament tal-VAT fil-livell tal-investimenti magħmula mir-riċevituri finali ma għandux jitqies għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tan-nefqa taħt l-istrument finanzjarju. Madankollu, fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu kkombinati ma’ għotjiet skont il-paragrafi 7 u 8 ta' dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 69(3) għandhom japplikaw għall-għotja.

12.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, ir-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Sstat għandhom ikunu dawk fis-seħħ fiż-żmien meta l-awtorità ta’ ġestjoni jew il-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi jimpenja kuntrattwalment kontribuzzjonijiet tal-programm għal strument finanzjarju, jew meta l-istrument finanzjarju jimpenja kuntrattwalment kontribuzzjonijiet tal-programm għar-riċevituri finali, skont kif japplika.

13.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 li jistabbilixxu regoli speċifiċi addizzjonali dwar ix-xiri ta’ art u dwar il-kombinament ta’ appoġġ tekniku ma’ strumenti finanzjarji.

Artikolu 38

Implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji

1.  Fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 37, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja għall-istrumenti finanzjarji li ġejjin:

(a) 

strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, ġestiti direttament jew indirettament mill-Kummissjoni;

(b) 

strumenti finanzjarji stabbiliti f’livelli nazzjonali, reġjonali, transnazzjonali jew transkonfinali, ġestiti mill-awtorità ta’ ġestjoni jew taħt ir-responsabilità tagħha;

▼M6

(c) 

strumenti finanzjarji li jikkombinaw tali kontribuzzjoni ma’ prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-FEIS f’konformità mal-Artikolu 39a.

▼B

2.  Il-kontribuzzjonijiet mill-Fondi ESI għall-istrumenti finanzjarji skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu f’kontijiet separati u użati, b’konformità mal-għanijiet tal-Fondi ESI rispettivi, biex isostnu azzjonijiet u benefiċjarji finali li huma konsistenti mal-programm jew il-programmi li minnhom isiru dawn il-kontribuzzjonijiet.

Kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu suġġetti għal dan ir-Regolament sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni espressa għal eċċezzjonijiet.

It-tieni subparagrafu hu mingħajr preġudizzju għar-regoli tatt-twaqqif u l-funzjonament tal-istrumenti finanzjarji taħt ir-Regolament Finanzjarju, sakemm dawk ir-regoli ma jkunux f’kunflitt mar-regoli ta’ dan ir-Regolament, f’liema każ jipprevali dan ir-Regolament.

3.  Għall-istrumenti finanzjarji skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta' ġestjoni tista' tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-istrumenti finanzjarji li ġejjin:

(a) 

strumenti finanzjarji li jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet standard stabbiliti mill-Kummissjoni, skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu;

(b) 

strumenti finanzjarji li diġà jeżistu jew li għadhom kif inħalqu li jkunu magħmulin speċifikament biex jilħqu l-objettivi speċifiċi stipulati taħt il-prijorità rilevanti.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrigwardaw it-termin u kondizzjonijiet standard li l-istrumenti finanzjarji taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw magħhom. Dawk l- atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

4.  Meta tappoġġa l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’:

(a) 

tinvesti fil-kapital ta’ entitajiet legali eżistenti jew maħluqa ġodda, inklużi dawk iffinanzjati minn Fondi ESI oħrajn, iddedikati għall-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji konsistenti mal-objettivi tal-Fondi ESI rispettivi, li se jwettqu l-kompiti ta' implimentazzjoni; l-appoġġ għal entitajiet bħal dawn għandu jkun limitat għall-ammonti neċessarji biex jiġu implimentati investimenti ġodda skont l-Artikolu 37 u b'mod li hu konsistenti mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament;

▼M6

(b) 

tinkariga l-kompiti ta’ implimentazzjoni, permezz tal-għoti dirett ta’ kuntratt, lil:

(i) 

il-BEI;

(ii) 

istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li Stat Membru jkun azzjonist fiha;

(iii) 

bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika, stabbiliti bħala entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

— 
ma hemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat, bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ imblokkar, rikjesti mid-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-bank jew l-istituzzjoni rilevanti, u bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhom l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet ta’ kuljum dwar il-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji appoġġati mill-Fondi ESI;
— 
topera b’mandat ta’ politika pubblika mogħti mill-awtorità rilevanti ta’ Stat Membru f’livell nazzjonali jew reġjonali, li jinkludi t-twettiq, fl-intier jew bħala parti mill-attivitajiet tagħha, ta’ attivitajiet ta’ żvilupp ekonomiku li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Fondi ESI;
— 
twettaq, fl-intier jew bħala parti mill-attivitajiet ta’ żvilupp ekonomiku tagħha li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Fondi ESI f’reġjuni, f’oqsma ta’ politika jew f’setturi li għalihom l-aċċess għal finanzjament minn sorsi pubbliċi ġeneralment ma jkunx disponibbli jew biżżejjed;
— 
topera mingħajr ma tiffoka primarjament fuq il-massimizzazzjoni tal-profitti, iżda tiżgura sostenibbiltà finanzjarja fit-tul għall-attivitajiet tagħha;
— 
tiżgura li l-għoti dirett ta’ kuntratt imsemmi fil-punt (b) ma jipprovdi l-ebda benefiċċju dirett jew indirett għal attivitajiet kummerċjali permezz ta’ miżuri adatti skont il-liġi applikabbli;
— 
hija soġġetta għas-superviżjoni ta’ awtorità indipendenti f’konformità mal-liġi applikabbli.
(c) 

tinkariga l-kompiti ta’ implimentazzjoni lil korp ieħor regolat mid-dritt pubbliku jew privat; jew

(d) 

twettaq’ kompiti ta implimentazzjoni direttament, fil-każ ta’ strumenti finanzjarji li jikkonsistu biss f’self jew garanziji. F’dak il-każ l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala l-benefiċjarju fis-sens tal-punt (10) tal-Artikolu 2.

Fl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, il-korpi msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 155(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju.

▼B

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 li jistipula regoli speċifiċi addizzjonali li jikkonċernaw ir-rwol, l-obbligi u r-responsabilità tal-korpi ta’ implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, il-kriterji ta’ selezzjoni relatati u l-prodotti li jistgħu jitwasslu permezz ta’ strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 37. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika dawk l-atti delegati simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa 22 ta’ April 2014

▼M6

5.  Il-korpi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jistgħu, fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-fondi wkoll jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji sakemm tali korpi jiżguraw taħt ir-responsabilità tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 33(1) u 209(2)tar-Regolament Finanzjarju. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex jiġi evitat kunflitt ta’ interessi.

6.  Il-korpi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 li jkunu ġew fdati b’kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom jiftħu kontijiet fiduċjarji f’isimhom u f’isem l-awtorità ta’ ġestjoni, jew jistabbilixxu l-istrument finanzjarju bħala blokka ta’ finanzjament separata fi ħdan l-istituzzjoni. Fil-każ ta’ blokka ta’ finanzjament separata, għandha ssir distinzjoni kontabilistika bejn ir-riżorsi ta’ programm investiti fl-istrument finanzjarju u r-riżorsi l-oħrajn disponibbli fl-istituzzjoni. L-assi miżmuma f’kontijiet fiduċjarji u tali blokok ta’ finanzjament separati għandhom jiġu ġestiti f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, skont regoli prudenzjali adatti u għandu jkollhom il-likwidità adatta.

7.  Fejn strument finanzjarju huwa implimentat taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, soġġett għall-istruttura ta’ implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, it-termini u l-kondizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet minn programmi għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet ta’ finanzjament f’konformità mal-Anness IV fil-livelli li ġejjin:

▼B

(a) 

fejn japplika, bejn ir-rappreżentanti b’mandat xieraq tal-awtorità ta’ ġestjoni u l-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi; u

(b) 

bejn ir-rappreżentanti b’mandat xieraq tal-awtorità ta’ ġestjoni, jew fejn japplika, il-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi, u l-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju.

▼M6

8.  Għal strumenti finanzjarji implimentati skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, il-patti u l-kondizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet mill-programmi għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu stipulati f’dokument ta’ strateġija f’konformità mal-Anness IV li għandu jiġi eżaminat mill-kumitat tal-monitoraġġ.

▼B

9.  Kontribuzzjonijiet nazzjonali pubbliċi u privati, inklużi fejn rilevanti kontribuzzjonijiet in natura kif imsemmi fl-Artikolu 37(10), jistgħu jingħataw fil-livell tal-fond tal-fondi, fil-livell tal-istrument finanzjarju jew fil-livell tar-riċevituri finali, skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

▼M6

10.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kondizzjonijiet uniformi fir-rigward tal-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-programm, ġestiti mill-korpi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 39a(5). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

▼B

Artikolu 39

Kontribuzzjoni tal-FEŻR u l-FAEŻR għall-garanzija konġunta bla limitu u strumenti finanzjarji tat-titolizzazzjoni favur l-SMEs, implimentati mill-BEI

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, 'debt finance' tfisser self, lokazzjoni jew garanziji [bankarji].

▼M6

2.  L-Istati Membri jistgħu jużaw il-FEŻR u l-FAEŻR matul il-perijodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 65(2) ta’ dan ir-Regolament biex jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja għall-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(1) ta’ dan ir-Regolament, implimentati b’mod indirett mill-Kummissjoni mal-BEI skont il-punt (c)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju, fir-rigward tal-attivitajiet li ġejjin:

▼B

(a) 

garanziji mingħajr limitu li jipprovdu solliev kapitali lil intermedjarji finanzjarji għal portafolli ta' 'debt finance' ġodda lil SMEs eliġibbli skont l-Artikolu 37(4) ta' dan ir-Regolament;

(b) 

titolizzazzjoni, kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ), ta' kwalunkwe wieħed minn dawn:

(i) 

portafolli eżistenti ta' 'debt finance' għall-SMEs u impriżi oħra [b'anqas minn 500 impjegat];

(ii) 

portafolli ġodda ta' 'debt finance' għall-SMEs.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tikkontribwixxi għal porzjonijiet żgħar u/jew medji ta' portafolli msemmija fihom sakemm l-intermedjarju finanzjarju rilevanti jżomm parti suffiċjenti tar-riskju tal-portafoll li tkun tal-anqas daqs ir-rekwiżit taż-żamma tar-riskju stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ) u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jiġi żgurat allinjament adegwat tal-interessi. Fil-każ tat-titolizzazzjoni taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-intermedjarju finanzjarju huwa obbligat li joriġina 'debt finance' ġdid lil SMEs eliġibbli skont l-Artikolu 37(4) ta' dan ir-Regolament.

Kull Stat Membru bl-intenzjoni li jipparteċipa f'tali strumenti finanzjarji għandu jikkontribwixxi ammont li hu konformi mal-ħtiġijiet ta' 'debt financing' tal-SMEs f'dak l-Istat Membru u mad-domanda stmata għal tali 'debt finance' tal-SMEs, filwaqt li titqies il-valutazzjoni ex ante msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 u f'kull każ li ma jkunx akbar minn 7 % tal-allokazzjoni mill-FEŻR u l-FAEŻR lill-Istat Membru. Il-kontribuzzjoni aggregata lill-FEŻR u l-FAEŻR mill-Istati Membri parteċipanti kollha għandha tkun soġġetta għal limitu massimu globali ta' EUR 8 500 000 000 (fi prezzijiet tal-2011).

Meta jkun ikkunsidrat mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni mal-BEI li l-kontribuzzjoni minima aggregata għall-istrument li tirrappreżenta t-total tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti kollha mhijiex biżżejjed, filwaqt li titqies il-massa kritika minima definita fil-valutazzjoni ex ante msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju għandha titwaqqaf u l-kontribuzzjonijiet jingħataw lura lill-Istati Membri.

Fejn l-Istat Membru u l-BEI ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-kundizzjonijiet tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, l-Istat Membru għandu jissottometti talba għall-emendar tal-programm imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 u jerġa' jalloka l-kontribuzzjoni lil programmi u prijoritajiet oħra skont ir-rekwiżiti għal konċentrazzjoni tematika.

Fejn il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Istat Membru għall-istrument stabbilit fil-ftehim ta' finanzjament bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-BEI imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ikunu ġew issodisfati, l-Istat Membru għandu jissottometti talba għall-emendar tal-programm imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 u jerġa' jalloka l-kontribuzzjoni li jkun fadal lil programmi u prijoritajiet oħra skont ir-rekwiżiti għal konċentrazzjoni tematika.

Fejn il-parteċipazzjoni ta' dak l-Istat Membru ma titkompliex, dak l-Istat Membru għandu jissottometti talba għall-emendar tal-programm. Fejn l-approprjazzjonijiet mhux użati huma diżimpenajti, l-approprjazzjonijiet diżimpenjati għandhom jerġgħu jkunu disponibbli għall-Istat Membru konċernat, sabiex jerġgħu jiġu programmati għal programmi u prijoritajiet oħra skont ir-rekwiżiti tal-konċentrazzjoni tematika.

3.  L-SMEs li jirċievu 'debt finance' ġdid, b'riżultat tal-portafoll il-ġdid żviluppat mill-intermedjarju finanzjarju fil-kuntest tal-istrument finanzjarju msemmi fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu r-reċipjenti finali tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR u l-FAEŻR għall-istrument finanzjarju kkonċernat.

4.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼M6

(a) 

b’deroga mill-Artikolu 37(2), għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ex ante fil-livell tal-Unjoni mwettqa mill-BEI u mill-Kummissjoni jew, fejn data aktar reċenti tkun disponibbli, fuq valutazzjoni ex ante fuq livell tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali.

Abbażi ta’ sorsi ta’ data disponibbli dwar il-finanzjament b’dejn bankarju u l-SMEs, il-valutazzjoni ex ante għandha tkopri, fost l-oħrajn, analiżi tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-SMEs fil-livell rilevanti, il-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-SMEs kif ukoll indikazzjoni tad-distakk ta’ finanzjament tal-SMEs, profil tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tas-settur tal-SMEs fil-livell rilevanti, il-massa kritika minima tal-kontribuzzjonijiet aggregati, firxa ta’ volumi ta’ self totali stmat iġġenerati minn tali kontribuzzjonijiet, u l-valur miżjud;

(b) 

għandha tiġi pprovduta minn kull Stat Membru parteċipanti bħala parti minn assi ta’ prijorità separat fi ħdan programm fil-każ tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR, jew programm nazzjonali ddedikat wieħed għal kull kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEŻR u mill-FAEŻR b’appoġġ tal-objettiv tematiku stipulat fil-punt (3) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9;

▼B

(c) 

għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim ta' finanzjament konkluż bejn kull Stat Membru parteċipanti u l-BEI inklużi, inter alia:

(i) 

il-kompiti u l-obbligi tal-BEI inkluża r-remunerazzjoni;

(ii) 

l-ingranaġġ minimu li għandu jinkiseb f'għanijiet definiti b'mod ċar fil-perjodu ta' eliġibbiltà indikat fl-Artikolu 65(2);

(iii) 

il-kundizzjonijiet għad-'debt finance' il-ġdid;

(iv) 

id-dispożizzjonijiet rigward attivitajiet mhux eliġibbli u kriterji ta' esklużjoni;

(v) 

l-iskeda tal-pagamenti;

(vi) 

il-penali fl-eventwalità ta' nonprestazzjoni mill-intermedjarji finanzjarji;

(vii) 

l-għażla tal-intermedjarji finanzjarji;

(viii) 

il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-awditjar;

(ix) 

il-viżibilità;

(x) 

il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-ftehim.

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-istrument, il-BEI se jidħol fi ftehimiet kuntrattwali ma' intermedjarji finanzjarji magħżula;

(d) 

fl-eventwalità li l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-punt (c) ma jkunx konkluż fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-programm imsemmi fil-punt (b), l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jerġa' jalloka tali kontribuzzjoni lil programmi u prijoritajiet oħra skont rekwiżiti għal konċentrazzjoni tematika.

Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta att ta' implimentazzjoni li jistipula l-mudell tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

5.  Għandu jinkiseb ingranaġġ minimu f'kull Stat Membru parteċipanti fl-istadji stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, ikkalkolat bħala proporzjon bejn id-'debt finance' il-ġdid lil SMEs eliġibbli li għandhom ikunu oriġinati mill-intermedjarji finanzjarji u l-kontribuzzjoni korrispondenti tal-FEŻR u l-FAEŻR mill-Istat Membru rilevanti għall-istrumenti finanzjarji. Tali ingranaġġ minimu jista' jvarja bejn l-Istati Membri parteċipanti.

Fl-eventwalità li l-intermedjarju finanzjarju ma jiksibx l-ingranaġġ minimu stabbilit fil-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, għandu jkun marbut b'kuntratt li jħallas il-penali għall-benefiċċju tal-Istat Membru parteċipanti, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament.

La l-garanziji maħruġa u lanqas it-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni rilevanti m'għandhom ikunu affettwati min-nuqqas tal-intermedjarju finanzjarju li jikseb l-ingranaġġ minimu stabbilit fil-ftehim ta' finanzjament.

6.  B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(2), il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jitqiegħdu f'kontijiet separati għal kull Stat Membru jew, jekk żewġ Stati Membri parteċipanti jew aktar jagħtu l-kunsens tagħhom, f'kont wieħed li jkopri tali Stati Membri kollha u użat skont l-objettivi speċifiċi tal-programmi li minnhom saru l-kontribuzzjonijiet.

▼M6

7.  B’deroga mill-Artikolu 41(1) u (2) fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-applikazzjoni għall-pagament tal-Istat Membru għal pagament lill-Kummissjoni għandha ssir abbażi ta’ 100 % tal-ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istat Membru lill-BEI f’konformità mal-iskeda ddefinita fil-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Tali applikazzjonijiet għal pagament għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti mitluba mill-BEI li huma meqjusa meħtieġa biex ikopru l-impenji skont ftehimiet ta’ garanzija jew tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għandhom jiġu finalizzati fi żmien it-tliet xhur sussegwenti. Il-pagamenti mill-Istati Membri lill-BEI għandhom isiru mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ qabel l-impenji li jkun daħal għalihom i l-BEI.

8.  Fl-għeluq tal-programm, in-nefqa eliġibbli kif imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) għandha tkun l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsin lill-istrument finanzjarju, li jikkorrispondu:

(a) 

għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għar-riżorsi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1);

(b) 

għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għall-ammont aggregat ta’ finanzjament b’dejn ġdid li jirriżulta mit-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, imħallsa lil, jew għall-benefiċċju ta’, SMEs eliġibbli fi ħdan il-perijodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 65(2).

▼B

9.  Għall-fini tal-Artikoli 44 u 45, il-garanziji mhux imħallsa u l-ammonti rkuprati fir-rigward, rispettivament, tal-garanziji bla limitu u t-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati riżorsi li jitħallsu lura lill-istrumenti finanzjarji. Fl-istralċ tal-istrumenti finanzjarji, id-dħul nett mir-rikavati mil-likwidazzjoni, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż, pagamenti u pagament ta' ammonti minħabba kredituri f'pożizzjoni ogħla minn dawk li jingħataw kontribuzzjoni mill-FEŻR u l-FAEŻR, għandhu jingħata lura lill-Istati Membri relevanti pro rata għall-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-istrument finanzjarju.

10.  Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 46(1) għandu jinkludi l-elementi addizzjonali li ġejjin:

(a) 

it-total tal-ammont tal-appoġġ tal-FEŻR u l-FAEŻR li ġie mħallas lill-istrument finanzjarju fir-rigward ta' garanziji mingħajr limitu u tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, skont kull programm u prijorità jew miżura;

(b) 

il-progress fil-ħolqien ta' 'debt finance' ġdid skont l-Artikolu 37(4), għall-SMEs eliġibbli.

11.  Minkejja l-Artikolu 93(1), ir-riżorsi allokati lill-istrumenti taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jintużaw għall-għan li jinħoloq 'debt finance' ġdid għall-SMEs fit-territorju kollu tal-Istat Membru mingħajr kunsiderazzjoni għall-kategoriji tar-reġjun, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4.

12.  L-Artikolu 70 m'għandux japplika għal programmi stabbiliti biex jimplimentaw strumenti finanzjarji taħt dan l-Artikolu.

▼M6

Artikolu 39a

Kontribuzzjoni tal-Fondi ESI għal strumenti finanzjarji li jikkombinaw tali kontribuzzjoni ma’ prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

1.  Biex jattiraw investiment addizzjonali mis-settur privat, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jużaw Fondi ESI sabiex jipprovdu kontribuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) dment li dan jikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għat-twettiq tal-objettivi tal-Fondi ESI u għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

2.  Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-appoġġ totali pprovdut lir-riċevituri finali. Fir-reġjuni inqas żviluppati msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 120(3), il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ taqbeż il-25 %, meta tkun iġġustifikata kif adatt mill-valutazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 37(2) jew fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, iżda ma tistax taqbeż l- 40 %. L-appoġġ totali msemmi f’dan il-paragrafu għandu jkun l-ammont totali tas-self il-ġdid u tas-self iggarantit kif ukoll l-investimenti ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità pprovduti lir-riċevituri finali. Is-self garantit imsemmi f’dan il-paragrafu għandu jiġi kkunsidrat biss sa fejn ir-riżorsi tal-Fondi ESI jkunu impenjati għal kuntratti tal-garanzija kkalkolati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti li tkopri diversi ammonti ta’ self ġdid.

3.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 37(2), il-kontribuzzjonijiet skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu bbażati fuq valutazzjoni preparatorja, inkluż id-diliġenza dovuta, imwettqa mill-BEI għall-finijiet tal-kontribuzzjoni tiegħu għall-prodott finanzjarju taħt il-FEIS.

4.  Ir-rapportar mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament dwar operazzjonijiet li jinvolvu strumenti finanzjarji skont dan l-Artikolu għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni miżmuma mill-BEI għall-finijiet tar-rapportar tiegħu skont l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2015/1017, supplimentat mill-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Artikolu 46(2) ta’ dan ir-Regolament. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom jippermettu li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi ta’ rapportar f’konformità mal-Artikolu 46(3) ta’ dan ir-Regolament.

5.  Meta tikkontribwixxi għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1), l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni minn dawn li ġejjin:

(a) 

tinvesti fil-kapital ta’ entità ġuridika eżistenti jew maħluqa ġdida ddedikata għall-implimentazzjoni ta’ investimenti f’riċevituri finali b’mod konsistenti mal-objettivi tal-Fondi ESI rispettivi li ser iwettqu kompiti ta’ implimentazzjoni;

(b) 

tinkariga l-kompiti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4).

Il-korp inkarigat bil-kompiti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jew jiftaħ kont fiduċjarju f’ismu u f’isem l-awtorità ta’ ġestjoni inkella jistabbilixxi blokka ta’ finanzjament separata fi ħdan l-istituzzjoni għal kontribuzzjoni tal-programm. Fil-każ ta’ blokka ta’ finanzjament separata, għandha ssir distinzjoni kontabilistika bejn ir-riżorsi ta’ programm investiti fl-istrument finanzjarju u r-riżorsi l-oħrajn disponibbli fl-istituzzjoni. L-assi miżmuma f’kontijiet fiduċjarji u blokok ta’ finanzjament separati bħal dawn għandhom jiġu ġestiti f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, skont regoli prudenzjali adatti u għandu jkollhom il-likwidità adatta.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, strument finanzjarju jista’ wkoll jieħu l-forma jew ikun parti minn pjattaforma ta’ investiment konformi mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) 2015/1017, dment li l-pjattaforma ta’ investiment tieħu l-forma ta’ veikolu bi skop speċjali jew ta’ kont ġestit.

6.  Fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1) ta’ dan ir-Regolament, il-korpi msemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 155(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju.

7.  Sat-3 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 149 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli speċifiċi addizzjonali dwar ir-rwol, l-obbligi u r-responsabilità tal-korpi ta’ implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, il-kriterji ta’ selezzjoni relatati u l-prodotti li jistgħu jitwasslu permezz ta’ strumenti finanzjarji f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 38(1).

8.  Il-korpi msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, meta jimplimentaw fondi ta’ fondi, jistgħu jinkarigaw lil intermedjarji finanzjarji b’parti mill-implimentazzjoni dment li tali korpi jiżguraw taħt ir-responsabbiltà tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 33(1) u 209(2) tar-Regolament Finanzjarju. Intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex jiġi evitat kunflitt ta’ interessi.

9.  Fejn, għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1), l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jikkontribwixxu riżorsi minn programm tal-Fondi ESI għal strument eżistenti, li l-maniġer tal-fond tiegħu diġà jkun intgħażel mill-BEI, minn istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha jkun azzjonist Stat Membru, jew minn bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika stabbilita bħala entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali u tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4), huma għandhom jinkarigaw il-kompiti ta’ implimentazzjoni lil dak il-maniġer tal-fond permezz tal-għoti ta’ kuntratt dirett.

10.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 41(1) u (2), għal kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji taħt il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, l-applikazzjonijiet għal pagament interim għandhom isiru f’fażijiet skont l-iskeda ta’ pagamenti stabbilita fil-ftehim ta’ finanzjament. L-iskeda ta’ pagamenti msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu għandha tikkorrispondi għall-iskeda ta’ pagament maqbula għal investituri oħrajn fl-istess strument finanzjarju.

11.  It-termini u l-kondizzjonijiet għal kontribuzzjonijiet skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1) għandhom ikunu stabbiliti fi ftehimiet ta’ finanzjament f’konformità mal-Anness IV fil-livelli li ġejjin:

(a) 

fejn japplika, bejn ir-rappreżentanti b’mandat adatt tal-awtorità ta’ ġestjoni u l-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi;

(b) 

bejn ir-rappreżentanti b’mandat adatt tal-awtorità ta’ ġestjoni, jew fejn japplika, bejn il-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi, u l-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju.

12.  Għal kontribuzzjonijiet skont il-paragrafu 1 ta’ dan il-Artikolu għal pjattaformi ta’ investiment li jirċievu kontribuzzjonijiet minn strumenti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, il-konsistenza mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandha tiġi żgurata skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju.

13.  Fil-każ ta’ strumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) li jieħdu l-forma ta’ strument ta’ garanziji, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-Fondi ESI jikkontribwixxu, kif adatt, għal segmenti differenti tal-portafolli ta’ self koperti wkoll mill-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/1017.

14.  Għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS, jistgħu jiġu stabbiliti prijorità separata u, għall-FAŻER, tip separat ta’ operazzjoni, b’rata ta’ kofinanzjament li tasal sa 100 %, fi ħdan programm sabiex jappoġġaw l-operazzjonijiet implimentati permezz tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1).

15.  Minkejja l-Artikolu 70 u l-Artikolu 93(1), il-kontribuzzjonijiet skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jintużaw għall-fini li jwasslu għall-finanzjament ġdid b’dejn u għall-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma fit-territorju kollu tal-Istat Membru mingħajr kunsiderazzjoni tal-kategoriji tar-reġjun, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-ftehim ta’ finanzjament.

16.  Sal-31 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u, fejn adatt, għandha tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼B

Artikolu 40

Il-ġestjoni u l-kontroll ta’ strumenti finanzjarji

▼M6

1.  L-awtoritajiet innominati f’konformità mal-Artikolu 124 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 65 tar-Regolament dwar il-FAEŻR ma għandhomx iwettqu verifiki fuq il-post fil-livell tal-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist, għal strumenti finanzjarji implimentati minnhom.

Madankollu, l-awtoritajiet innominati, għandhom iwettqu verifiki f’konformità mal-Artikolu 125(5) ta’ dan ir-Regolament u verifiki skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fil-livell tal-korpi l-oħra li qed jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru rispettiv tagħhom.

Il-BEI u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet innominati rapport ta’ kontroll ma’ kull applikazzjoni għal pagament. Għandhom ukoll jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet innominati b’rapport annwali tal-awditjar imfassal mill-awdituri esterni tagħhom. Dawk l-obbligi ta’ rapportar huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rapportar, inkluż fir-rigward tal-prestazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, kif stabbiliti fl-Artikolu 46(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta att ta’ implimentazzjoni li jikkonċerna l-mudelli għar-rapporti ta’ kontroll u r-rapporti annwali tal-awditjar imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 150(2).

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 127 ta’ dan ir-Regolament u għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-korpi responsabbli għall-awditjar tal-programmi ma għandhomx iwettqu awditi fil-livell tal-BEI jew ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist, għal strumenti finanzjarji implimentati minnhom.

Il-korpi responsabbli għall-awditu tal-programmi għandhom iwettqu awditi tal-operazzjonijiet u tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fil-livell ta’ korpi oħrajn li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji fl-Istati Membri rispettivi tagħhom u fil-livell tar-riċevituri finali dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

Il-Kummissjoni tista’ twettaq awditi fil-livell tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1, meta tikkonkludi li dan jenħtieġ biex tinkiseb garanzija raġonevoli minħabba r-riskji identifikati.

2a.  Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(1) u l-Artikolu 39 li ġew stabbiliti bi ftehim ta’ finanzjament iffirmat qabel it-2 ta’ Awwissu 2018, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti f’dan l-Artikolu applikabbli fil-mument tal-iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament, b’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

3.  Il-korpi responsabbli għall-awditjar tal-programmi jistgħu iwettqu awditi fil-livell tar-riċevituri finali biss fil-każ ta’ waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dokumenti ta' appoġġ li jipprovdu evidenza tal-appoġġ mill-istrument finanzjarju lir-reċipjenti finali u tal-użu tiegħu għall-finijiet previsti skont il-liġi applikabbli ma jkunux disponibbli fil-livell tal-awtorità ta' ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji;

(b) 

ikun hemm evidenza li d-dokumenti disponibbli fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji ma jirriflettux rekord veru u eżatt tal-appoġġ provdut.

▼M6

4.  Sat-3 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 149 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli speċifiċi addizzjonali dwar il-ġestjoni u l-kontroll tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) u (c) tal-Artikolu 38(1), it-tipi ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u tal-awditjar, l-arranġamenti għaż-żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn u l-elementi li għandhom jiġu ppruvati minn dokumenti ta’ appoġġ.

▼B

5.  Il-korpi li jimplementaw l-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li d-dokumenti ta' appoġġ ikunu disponibbli u m'għandhomx jimponu fuq ir-reċipjenti finali r-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords li jmorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ u jippermettulhom jissodisfaw dik ir-responsabbiltà.

▼M6

5a.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 143(4) ta’ dan ir-Regolament u mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, f’operazzjonijiet li jinvolvu strumenti finanzjarji, tista’ terġa’ tintuża, fi ħdan l-istess operazzjoni, kontribuzzjoni kkanċellata f’konformità mal-Artikolu 143(2) ta’ dan ir-Regolament jew f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, bħala riżultat ta’ irregolarità individwali, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

fejn l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tinstab fil-livell tar-riċevitur finali, il-kontribuzzjoni mħassra tista’ terġa’ tintuża biss għal riċevituri finali oħrajn fi ħdan l-istess strument finanzjarju;

(b) 

fejn l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tinstab fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju fi ħdan fond tal-fondi, il-kontribuzzjoni mħassra tista’ terġa’ tintuża biss għal intermedjarji finanzjarji oħrajn.

Fejn l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tinstab fil-livell tal-korp li jimplimenta l-fondi tal-fondi, jew fil-livell tal-korp li jimplimenta strumenti finanzjarji fejn strument finanzjarju huwa implimentat permezz ta’ struttura mingħajr fond ta’ fondi, il-kontribuzzjoni mħassra ma tistax terġa’ tintuża fi ħdan l-istess operazzjoni.

Fejn issir korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistemika, il-kontribuzzjoni mħassra ma tistax terġa’ tintuża għal xi operazzjoni affettwata mill-irregolarità sistemika.

▼B

Artikolu 41

▼C1

Applikazzjonijiet għal pagament inkluża n-nefqa għall-istrumenti finanzjarji

▼M6

1.  Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 38(1), u fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati f’konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4), l-applikazzjonijiet għal pagament interim għandhom isiru f’fażijiet għall-kontribuzzjonijiet tal-programmi mħallsin lill-istrument finanzjarju matul il-perijodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 65(2) (il-“perijodu ta’ eliġibbiltà”) f’konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

▼B

(a) 

l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-programm imħallas lill-istrument finanzjarju inkluż f'kull applikazzjoni għal pagament interim ippreżentata waqt il-perjodu ta' eliġibbiltà ma għandux jaqbeż il-25 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għall-istrument finanzjarju taħt il-ftehim ta' finanzjament rilevanti, li jikkorrispondi għal nefqa fit-tifsira tal-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 42(1) li hu mistenni li jitħallas waqt il-perjodu ta' eliġibbiltà. L-applikazzjonijiet għal pagament interim ippreżentati wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà għandhom jinkludu l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli fit-tifsira tal-Artikolu 42;

(b) 

kull applikazzjoni għal pagament interim imsemmi fil-punt (a)ta' dan il-paragrafu tista’ tinkludi sa 25 % tal-ammont totali tal-kofinanzjament nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 38(9) li hu mistenni li jitħallas lill-istrument finanzjarju, jew fil-livell ta’ riċevituri finali għal nefqa fit-tifsira tal-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 42(1), fil-perjodu ta’ eliġibbiltà;

(c) 

applikazzjonijiet sussegwenti għal pagament interim ippreżentati waqt il-perjodu ta’ eliġibbiltà għandhom isiru biss:

►C1  (i) 

għat-tieni applikazzjoni għal pagament interim, meta mill-inqas 60 % tal-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament interim intefaq bħala nefqa eliġibbli ◄ skont it-tifsira tal-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 42(1).

►C1  (ii) 

għat-tielet applikazzjoni u dawk sussegwenti għal pagament interim, meta mill-inqas 85 % tal-ammonti inkluż fl-applikazzjoni preċedenti għal pagament interim intefaq bħala nefqa eliġibbli ◄ skont it-tifsira tal-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 42(1);

►C1  (d) 

kull applikazzjoni għal pagament interim, li tinkludi nefqa relatata mal-istrumenti finanzjarji, għandha tiżvela separatament l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallas lill-istrumenti finanzjarji u l-ammonti mħallsa bħala nefqa eliġibbli ◄ fit-tifsira tal-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 42(1).

Fl-għeluq ta' programm, l-applikazzjoni għall-pagament tal-bilanċ finali għandha tinkludi l-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 42.

▼M6

2.  Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati f’konformità mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4), l-applikazzjonijiet għal pagamenti interim u l-pagament tal-bilanċ finali għandhom jinkludu l-ammont totali tal-pagamenti mħallsa mill-awtorità ta’ ġestjoni għall-investimenti f’riċevituri finali kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1).

▼C1

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 li jistipula r-regoli għall-irtirar ta' pagamenti lill-istrumenti finanzjarji u l-aġġustamenti konsegwenti fir-rigward tat-talbiet għal applikazzjonijiet għal pagament.

▼B

4.   ►C1  Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-mudelli li għandhom jintużaw meta tiġi ppreżentata informazzjoni addizzjonali rigward l-istrumenti finanzjarji bl-applikazzjonijiet għal pagament lill-Kummissjoni. ◄ Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

Artikolu 42

Nefqa eliġibbli fl-għeluq

1.  Fl-għeluq ta’ programm, in-nefqa eliġibbli tal-istrument finanzjarju għandha tkun l-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet għall-programm effettivament imħallsa, jew fil-każ ta’ garanziji, impenjati, mill-istrument finanzjarju fil-perjodu ta’ eliġibbiltà, li jikkorrispondi għal:

(a) 

pagamenti lir-riċevituri finali, u fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37(7), pagamenti għall-benefiċċju ta’ riċevituri finali;

(b) 

riżorsi impenjati għall-kuntratti ta’ garanzija, sewwa jekk pendenti kif ukoll jekk ikunu diġà mmaturaw, sabiex jiġu onorati sejħiet possibbli ta’ garanzija għal telf, ikkalkolati abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti, li jkopru ammont multiplu ta' self ġdid sottostanti jew strumenti oħra li jġorru r-riskju għall-investimenti ġodda f’riċevituri finali;

(c) 

sussidji kapitalizzati fuq ir-rati tal-imgħax jew sussidji fuq it-tariffi ta’ garanzija, li jridu jitħallsu f’perjodu li ma jaqbiżx l-10 snin wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà, użati b’kombinament mal-istrumenti finanzjarji, imħallsa f’escrow account miftuħ speċifikament għal dak l-iskop, għall-iżborżament effettiv wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà, iżda fir-rigward ta’ self jew strumenti oħra li jġorru riskju żborżati għall-investimenti f’riċevituri finali matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà;

(d) 

ir-rimborż tal-ispejjeż ta' ġestjoni mġarrba jew il-pagament ta' tariffi tal-ġestjoni tal-istrument finanzjarju.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 149 li jistipulaw ir-regoli speċifiċi tat-twaqqif ta’ sistema ta’ kapitalizzazzjoni ta’ pagamenti annwali għas-sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u s-sussidji fuq it-tariffi ta’ garanzija msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.

2.  Fil-każ ta’ strumenti bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu, l-ispejjeż jew tariffi ta’ ġestjoni kapitalizzati li jridu jitħallsu għal perjodu li ma jaqbiżx sitt snin wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà, fir-rigward ta’ investimenti f’riċevituri finali li jkunu saru f’dak il-perjodu ta’ eliġibbiltà, li ma jistgħux jiġu koperti mill-Artikoli 44 jew 45, jistgħu jitqiesu bħala nefqa eliġibbli meta jitħallsu f’escrow account stabbilit speċifikament għal dak l-iskop.

▼M6

3.  Fil-każ ta’ strumenti bbażati fuq l-ekwità mmirati lejn impriżi msemmija fl-Artikolu 37(4) li għalihom ġie ffirmat il-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 38(7) qabel il-31 ta’ Diċembru 2018, li sa tmiem il-perijodu ta’ eliġibbiltà investew tal-anqas 55 % tar-riżorsi tal-programmi impenjati fil-ftehim ta’ finanzjament rilevanti, ammont limitat ta’ pagamenti għal investimenti f’riċevituri finali għandu jsir għal perijodu li ma jaqbiżx erba’ snin wara t-tmiem tal-perijodu ta’ eliġibbiltà jista’ jitqies bħala infiq eliġibbli, meta jitħallas f’escrow account li ġie stabbilit speċifikament għal dak il-għan, sakemm ir-regoli tal-għajnuna mill-Istati jiġu osservati u jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti aktar ’l isfel.

▼B

L-ammont imħallas fl-escrow account:

(a) 

għandu jintuża biss għal investimenti ta' segwitu f'reċipjenti finali li rċevew investimenti ta' ekwità inizjali mill-istrument finanzjarji fl-ambitu tal-perjodu ta' eliġibbiltà, li għadhom pendenti b'mod sħiħ jew parzjalment,

(b) 

għandu jintuża biss għal investimenti ta' segwitu li għandhom isiru f'konformità mal-istandards tas-suq u l-arranġamenti kuntrattwali standard tas-suq u kemm jista' jkun limitati biex jiġi stimulat il-koinvestiment tas-settur privat, filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tal-finanzjament għall-intrapriżi fil-mira sabiex kemm l-investituri pubbliċi kif ukoll privati jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-investimenti;

(c) 

m'għandux jaqbeż 20 % tan-nefqa eliġibbli tal-istrument bbażat fuq l-ekwità msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 minn fejn għandhom jitnaqqsu r-riżorsi kapitali massimi u l-qligħ magħmul lil dak l-istrument bbażat fuq l-ekwità waqt il-perijodu ta' eliġibbiltà.

Kwalunkwe ammont imħallas fl-escrow account li ma jintużawx għal investimenti fir-reċipjenti finali li tħallsu fil-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jintużaw skont l-Artikolu 45.

►C1  4.  In-nefqa eliġibbli żvelata skont il-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhiex taqbeż ◄ it-total ta’:

►C1  (a) 

l-ammont totali tal-appoġġ mill-Fondi ESI imħallas għall-iskopijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3; ◄ kif ukoll

(b) 

kofinanzjament nazzjonali korrispondenti.

▼M6

5.  Fejn l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni kif imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jiġu imposti mill-korp li jimplimenta l-fond ta’ fondi jew mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1) u l-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4), ma għandhomx jaqbżu l-livelli limitu definiti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Filwaqt li l-ispejjeż tal-ġestjoni għandhom jinkludu elementi ta’ spejjeż diretti jew indiretti rimborżati fejn tingħata evidenza ta’ nefqa, it-tariffi tal-ġestjoni għandhom jirreferu għal prezz maqbul għal servizzi mogħtija, stabbilit permezz ta’ proċess tas-suq kompetittiv, fejn japplika. L-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq metodoloġija ta’ kalkolu bbażata fuq il-prestazzjoni.

▼B

L-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni jistgħu jinkludu tariffi ta’ arranġamenti. Meta t-tariffi ta’ arranġamenti, jew kwalunkwe parti minnhom, huma imposti fuq ir-riċevituri finali, m’għandhomx jiġu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli.

L-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni, inklużi dawk li jinqalgħu għall-ħidma preparatorja relatata mal-istrument finanzjarju qabel l-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament rilevanti, għandhom ikunu eliġibbli mid-data tal-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament rilevanti.

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149, billi tistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-kriterji biex jiġu determinati l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni u abbażi tal-prestazzjoni u l-livelli ta' limitu li japplikaw, kif ukoll ir-regoli għar-rimborż tal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni kapitalizzati għall-istrumenti bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu.

Artikolu 43

Imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn mill-Fondi ESI għall-istrumenti finanzjarji

1.  L-appoġġ mill-Fondi ESI imħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jitpoġġa f’kontijiet domiċiljati f’istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati Membri u għandu jiġi investit fuq bażi temporanja skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda.

►C1  2.  L-imgħax u dħul ieħor li jista’ jiġi attribwit lis-sostenn mill-Fondi ESI imħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jintuża għall-istess finijiet, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż ta' ġestjoni mġarrba jew il-pagament ta' tariffi ta' ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) u skont l-Artikolu 42(2) u (3), bħal l-appoġġ oriġinali mill-Fondi ESI, fl-istess strument finanzjarju jew, wara l-istralċ tal-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji jew forom ta' appoġġ oħra ◄ skont l-objettivi speċifiċi stabbiliti taħt prijorità, sat-tmiem tal-perjodu ta’ eleġibbiltà.

3.  L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li jinżammu rekords xierqa tal-użu tal-imgħax u qligħ ieħor.

▼M6

Artikolu 43a

Trattament differenzjat tal-investituri

1.  L-appoġġ mill-Fondi ESI għal strumenti finanzjarji investiti f’riċevituri finali u gwadanji u qligħ jew redditi oħrajn, bħall-imgħax, it-tariffi ta’ garanzija, id-dividendi, il-gwadanji kapitali jew kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat minn dawk l-investimenti, li huma attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi ESI, jistgħu jintużaw għat-trattament differenzjat ta’ investituri li joperaw taħt il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq, kif ukoll tal-BEI meta juża l-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/1017. Tali trattament differenzjat għandu jkun iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati u li jiġi ingranat il-finanzjament pubbliku.

2.  Il-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 37(2) u 39a(3) għandhom jinkludu, kif adatt, valutazzjoni tal-ħtieġa ta’, u l-limitu ta’, trattament differenzjat kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u/jew deskrizzjoni tal-mekkaniżmu li ser jintuża biex tiġi stabbilita l-ħtieġa ta’ tali trattament differenzjat u l-limitu tiegħu.

3.  It-trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ sabiex jinħolqu l-inċentivi sabiex jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati. Ma għandux jikkumpensa b’mod eċċessiv lil investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq, jew lill-BEI meta jużaw il-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/1017. L-allinjament tal-interess għandu jkun żgurat permezz ta’ qsim adatt tar-riskju u tal-profitt.

4.  It-trattament differenzjat ta’ investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq, għandu jkun bla ħsara għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

▼B

Artikolu 44

L-użu mill-ġdid ta' riżorsi attribwibbli għas-sostenn mill-Fondi ESI sat-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà

▼M6

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 43a, ir-riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji minn investimenti jew mir-rilaxx ta’ riżorsi ddedikati għal kuntratti ta’ garanziji, inklużi pagamenti lura kapitali u dħul u qligħ jew redditi oħra, bħall-imgħax, it-tariffi ta’ garanziji jew kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat mill-investimenti, li huma attribwibbli għas-sostenn mill-Fondi ESI, għandhom jerġgħu jintużaw għall-iskopijiet li ġejjin, sal-ammonti meħtieġa u fl-ordni maqbula fil-ftehimiet ta’ finanzjament rilevanti:

(a) 

aktar investimenti permezz tal-istess strumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji oħra, f’konformità mal-objettivi speċifiċi stipulati taħt prijorità;

(b) 

fejn applikabbli, sabiex ikun kopert it-telf fl-ammont nominali tal-kontribuzzjoni tal-Fondi ESI għall-istrument finanzjarju li jirriżulta mill-imgħax negattiv, jekk tali telf iseħħ minkejja ġestjoni attiva ta’ flus mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji;

(c) 

fejn applikabbli, ir-rimborż tal-kostijiet tal-ġestjoni mġarrba u l-pagament ta’ tariffi tal-ġestjoni tal-istrument finanzjarju.

▼C1

2.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li jinżammu rekords xierqa tal-użu mill-ġdid tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 45

►C1  L-użu mill-ġdid ta' riżorsi wara t-tmiem tal-perjodu ta' eleġibilità

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li r-riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji, inkluż il-pagamenti lura kapitali u d-dħul u qligħ u rendimenti oħra ġġenerati matul perijodu ta' mill-inqas tmien snin wara t-tmiem tal-perijodu ta' eliġibbiltà, li huma attribwibbli għas-sostenn mill-Fondi ESI għall-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 37, jiġu użati mill-ġdid f'konformità mal-għanijiet tal-programm jew programmi ◄ , fl-istess strument finanzjarju jew, wara l-ħruġ ta' dawk ir-riżorsi mill-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji oħra dment li, fiż-żewġ każijiet, valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq turi ħtieġa kontinwa għal investiment bħal dan jew f'forom oħra ta' sostenn.

Artikolu 46

Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji

1.  L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport speċifiku dwar l-operazzjonijiet li jinvolvu l-istrumenti finanzjarji, anness mar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali.

2.  Ir-rapport speċifiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, għal kull strument finanzjarju, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-programm u tal-prijorità jew miżura li minnhom jiġi pprovdut is-sostenn mill-Fondi ESI;

(b) 

deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju u l-arranġamenti tal-implimentazzjoni;

▼M6

(c) 

l-identifikazzjoni tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji, u l-korpi li jimplimentaw il-fondi ta’ fondi fejn applikabbli, kif imsemmi fil-punti (a) (b) u (c) tal-Artikolu 38(1);

▼B

(d) 

l-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet mill-programm skont il-prijorità jew il-miżura mħallsa lill-istrument finanzjarju;

(e) 

l-ammont totali ta’ sostenn imħallas lir-riċevituri finali jew għall-benefiċċju tar-riċevituri finali, jew impenjat f’kuntratti ta’ garanzija mill-istrument finanzjarju għal investimenti fir-riċevituri finali, kif ukoll l-ispejjeż tal-ġestjoni mġarrba jew it-tariffi tal-ġestjoni mħallsa, skont il-programm u l-prijorità jew il-miżura;

(f) 

il-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju inkluż il-progress fit-twaqqif tiegħu u fl-għażla tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju, inkluż il-korp li jimplimenta fond ta’ fondi;

▼M6

(g) 

l-imgħax u qligħ ieħor iġġenerati mill-appoġġ mill-Fondi ESI għall-istrument finanzjarju u r-riżorsi tal-programm imħallsin lura lill-istrumenti finanzjarji minn investimenti kif imsemmi fl-Artikoli 43 u 44 u l-ammonti użati għat-trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a;

(h) 

progress fil-kisba tal-effett tal-ingranaġġ mistenni ta’ investimenti magħmula mill-istrument finanzjarju;

▼B

(i) 

il-valur tal-investimenti ta’ ekwità, fir-rigward ta’ snin preċedenti;

(j) 

il-kontribut tal-istrument finanzjarju għall-kisba tal-indikaturi tal-prijorità jew il-miżura kkonċernati.

L-informazzjoni fil-punti (h) u (i) tista’ tiġi inkluża biss fl-anness għar-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali ppreżentati fl-2017 u l-2019 kif ukoll fir-rapport finali tal-implimentazzjoni. L-obbligi ta’ rappurtar kif stabbiliti fil-punti (a) sa (j) tal-ewwel subparagrafu m’għandhomx jiġu applikati fil-livell tar-riċevituri finali.

3.  Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudelli li għandhom jintużaw meta jingħataw rapporti dwra strumenti finanzjarji lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

4.  Kull sena, sa mill-2016, il-Kummissjoni għandha fi żmien sitt xhur mid-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 111(1) għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, u fl-Artikolu 82 tar-Regolament FAEŻR għall-FAEŻR, u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regoli speċifiċi għall-fondi għall-FEMS, tipprovdi sommarji tad-dejta dwar il-progress li jkun sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, mibgħuta mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni skont dan l-Artikolu. Dawk is-sommarji għandhom jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandhom ikunu magħmula pubbliċi.



TITOLU V

MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI



KAPITOLU I

Monitoraġġ



Taqsima I

Il-monitoraġġ tal-programmi

Artikolu 47

Kumitat għall-monitoraġġ

1.  Fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istat Membru bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm, l-Istat Membru għandu jwaqqaf, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tiegħu, biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm, bi qbil mal-awtorità ta’ ġestjoni (il-"kumitat ta' monitoraġġ").

Stat Membru jista' jistabbilixxi kumitat waħdieni għall-monitoraġġ biex ikopri aktar minn programm wieħed kofinanzjat mill-Fondi ESI.

2.  Kull kumitat tal-monitoraġġ għandu jfassal u jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu skont il-qafas legali u finanzjarju istituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

3.  Il-kumitat tal-monitoraġġ ta’ programm taħt l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandu jitwaqqaf mill-Istati Membri parteċipanti fil-programm ta’ kooperazzjoni u minn pajjiżi terzi, fl-eventwalità li jkunu aċċettaw l-istedina biex jipparteċipaw fil-programm ta’ kooperazzjoni, bi qbil mal-awtorità ta’ ġestjoni fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni li tadotta l-programm ta' kooperazzjoni. Dak il-kumitat ta' monitoraġġ għandu jfassal u jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 48

Kompożizzjoni tal-kumitat tal-monitoraġġ

1.  Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ għandha tiġi deċiża mill-Istat Membru, dment li l-kumitat ta' monitoraġġ ikun kompost minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-korpi intermedji rilevanti u minn rappreżentanti tas-sħab imsemmijin fl-Artikolu 5. Ir-rappreżentanti tas-sħab għandhom ikunu ddelegati biex ikunu parti mill-kumitat tal-monitoraġġ mis-sħab rispettivi permezz ta’ proċessi trasparenti. Kull membru tal-Kumitat tas-sorveljanza jista' jkollu d-dritt li jivvota.

Il-kompożizzjoni tal-kumitat tal-monitoraġġ ta’ programm taħt il-mira territorjali Ewropew għandha tiġi deċiża mill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-programm u minn pajjiżi terzi, fl-eventwalità li jkunu aċċettaw l-istedina biex jipparteċipaw fil-programm ta’ kooperazzjoni. Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta' dawk l-Istat Membri u pajjiżi terzi. Il-kumitat tal-monitoraġġ jista’ jinkludi rappreżentanti tar-REKT li jwettqu attivitajiet relatati mal-programm fil-qasam tal-programm.

2.  Il-lista tal-membri tal-kumitat tal-monitoraġġ għandha tiġi ppubblikata.

3.  Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat tal-monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.

4.  Jekk il-BEI jikkontribbwixxi għal programm, jista’ jipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat tal-monitoraġġ f’kapaċità konsultattiva.

5.  Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Istat Membru jew tal-awtorità ta' ġestjoni.

Artikolu 49

Funzjonijiet tal-kumitat tal-monitoraġġ

1.  Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jiltaqa' mill-inqas darba f'sena u għandu jagħmel rieżami tal-implimentazzjoni tal-programm u tal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu. B’hekk, għandu jqis id-data finanzjarja, l-indikaturi komuni u speċifiċi għall-programm inklużi t-tibdiliet fil-valur tal-indikaturi tar-riżultati u l-progress lejn valuri fil-mira kwantifikati, u l-għanijiet definiti fil-qafas tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 21(1), u, fejn rilevanti, ir-riżultati ta' analiżi kwalitattiva.

▼C1

2.  Għandu jeżamina il-problemi kollha li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm, inklużi l-konklużjonijiet tar-reviżjoni tal-prestazzjoni.

▼B

3.  Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jiġi kkonsultat u għandu, jekk iqis li dan ikun xieraq, jagħti opinjoni dwar kull emenda tal-programm proposta mill-awtorità ta’ ġestjoni.

▼M6

4.  Il-kumitat tal-monitoraġġ jista’ jagħmel osservazzjonijiet lill-awtorità ta’ ġestjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm inkluż azzjonijiet relatati mat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji. Huwa jista’ jagħmel ukoll osservazzjonijiet dwar il-viżibbiltà ta’ appoġġ mill-Fondi ESI u ż-żieda tal-għarfien dwar ir-riżultati ta’ tali appoġġ. Huwa għandu jimmonitorja l-azzjonijiet meħuda b’riżultat tal-osservazzjonijiet tiegħu.

▼B

Artikolu 50

Rapporti ta' implimentazzjoni

1.  Mill-2016 sal-2023,inkluża din is-sena, kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm fis-sena finanzjarja preċedenti lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni u rapport annwali dwar l-implimentazzjoni għall-FAEŻR u l-FEMS sal-iskadenza stabbilita fir-regoli speċifiċi għall-Fond.

2.  Ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni għandhom jagħtu l-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-programm u l-prijoritajiet tiegħu b’referenza għad-dejta finanzjarja, għall-indikaturi komuni u għal dawk speċifiċi għall-programm u l-valuri kwantifikati tal-miri inklużi l-bidliet fil-valur tal-indikaturi tar-riżultati fejn hu xieraq, u mir-rapport annwali ta' implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat fl-2017, il-punti ta’ referenza definiti fil-qafas tal-prestazzjoni. Id-dejta trasmessa għandha tkun marbuta mal-valuri għall-indikaturi għal operazzjonijiet kompletament implimentati u anki, fejn ikun possibbli, b’kunsiderazzjoni għall-istadju ta’ implimentazzjoni, għal operazzjonijiet magħżula. Għandhom juru wkoll sinteżi tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet kollha tal-programm li saru disponibbli matul is-sena finanzjarja preċedenti, u kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm, u l-miżuri meħuda. Ir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat fl-2016 jista’ juri wkoll, fejn rilevanti, azzjonijiet meħuda biex jissodisfaw kundizzjonalitajiet ex ante.

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, regoli speċifiċi dwar id-data li tiġi trażmessa lill-FSE jistgħu jiġu stabbiliti fir-Regolament FSE.

4.  Ir-rapport annwali ta' implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat fl-2017 għandu jipprovdi u janalizza l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 flimkien mal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-għanijiet tal-programm, inkluża l-kontribuzzjoni tal-Fondi ESI għall-bidliet fil-valur tal-indikaturi tar-riżultat, meta jkunu disponibbli provi mill-evalwazzjonijiet rilevanti. Dak ir-rapport annwali ta' implimentazzjoni għandu jistipula wkoll l-azzjonijiet meħudin biex jiġu sodisfatti l-kundizzjonalitajiet ex ante li ma kinux ġew sodisfatti fil-mument tal-adozzjoni tal-programmi. Għandu janalizza wkoll l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8, ir-rwol tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 5 fl-implimentazzjoni tal-programm u jirrapporta dwar l-appoġġ użat għall-objettivi marbutin mat-tibdil fil-klima.

►C1  5.  Ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali li għandu jiġi ppreżentat fl-2019 u r-rapport tal-implimentazzjoni finali għall-Fondi ESI għandhom, flimkien mal-informazzjoni u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4, jinkludu informazzjoni tal-progress ◄ lejn il-kisba tal-objettivi tal-programm u l-kontribuzzjoni tiegħu lejn il-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni tal-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u jivvalutawh.

6.  Sabiex jitqies ammissibbli, ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa f’dawk il-paragrafi u fir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il jum mid-data tal-irċevuta tar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali li mhuwiex ammissibbli, u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies bħala ammissibbli.

7.  Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali u tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien xahrejn mid-data li fiha tkun irċeviet ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali u fi żmien ħames xhur mid-data li fiha tkun irċeviet ir-rapport ta' implimentazzjoni finali. Fejn il-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet f’dawk id-dati tal-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala aċċettati.

8.  Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet lill-awtorità ta’ ġestjoni dwar kwistjonijiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni tal-programm. Fejn isiru dawn l-osservazzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta’ dawk l-osservazzjonijiet u, fejn ikun xieraq, tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur dwar il-miżuri meħuda.

9.  Ir-rapporti annwali u finali tal-implimentazzjoni, kif ukoll sommarju tal-kontenuti tagħhom għaċ-ċittadini, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 51

Il-laqgħa annwali ta’ rieżami

▼M6

1.  Għandha tiġi organizzata laqgħa annwali ta’ rieżami kull sena mill-2016 sal-2023, inkluża din is-sena tal-aħħar, bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru biex tiġi eżaminata l-prestazzjoni ta’ kull programm, filwaqt li jitqies ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali u l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni fejn applikabbli. Il-laqgħa għandha tirrieżamina wkoll l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u informazzjoni tal-programm, b’mod partikolari r-riżultati u l-effettività tal-miżuri meħuda biex jiġi infurmat il-pubbliku dwar ir-riżultati u l-valur miżjud tas-sostenn mill-Fondi ESI.

▼B

2.  Il-laqgħa annwali ta’ rieżami tista’ tkopri aktar minn programm wieħed. Fl-2017 u l-2019, il-laqgħa annwali ta’ rieżami għandha tkopri l-programmi kollha fl-Istat Membru u għandha tqis ukoll ir-rapporti ta' progress ippreżentati f'dawk is-snin mill-Istat Membru skont l-Artikolu 52.

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li ma jorganizzawx laqgħa annwali ta’ rieżami għal programm fi snin oħra għajr l-2017 u l-2019.

4.  Il-laqgħa annwali ta’ rieżami għandha tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni jew, jekk l-Istat Membru jitlob dan, ikkoppreseduta mill-Istat Membru u l-Kummissjoni.

5.  L-Istat Membru għandu jiżgura li jingħata segwitu xieraq għal kummenti tal-Kummissjoni wara l-laqgħa tar-reviżjoni annwali rigward kwistjonijiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni tal-programm u fejn hu xieraq, jinforma lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur, bil-miżuri meħuda.



Taqsima II

Progress strateġiku

Artikolu 52

Rapport ta' progress

1.  Sal-31 ta’ Awwissu 2017 u sal-31 ta’ Awwissu 2019 l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru 2016 u fil-31 ta’ Diċembru 2018 rispettivament.

2.  Ir-rapport ta’ progress għandu jivvaluta u jistabbilixxi informazzjoni dwar:

(a) 

it-tibdil fil-ħtiġijiet tal-iżvilupp fl-Istat Membru mill-adozzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija;

(b) 

il-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, kif ukoll tal-missjonijiet speċifiċi għall-fond imsemmija fl-Artikolu 4(1), permezz tal-kontribuzzjoni tal-Fondi ESI għall-objettivi tematiċi magħżula, u partikolarment fir-rigward tal-għanijiet stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni għal kull programm u għas-sostenn użat għall-objettivi marbutin mat-tibdil fil-klima;

(c) 

jekk ġewx implimentati skont l-iskeda ta’ żmien stabbilita l-azzjonijiet meħuda biex jiġu sodisfatti l-kondizzjonalitajiet applikabbli ex ante stipulati fil-Ftehim tas-Sħubija mhux sodisfatti fid-data tal-adozzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija; Dan il-punt għandu japplika biss għar-rapport ta' progress li għandu jiġi ppreżentat fl-2017;

(d) 

l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi li jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi ESI u strumenti ta' finanzjament oħra nazzjonali u tal-Unjoni u mal-BEI;

(e) 

l-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għal żvilupp territorjali, jew sommarju tal-implimentazzjoni tal-approċċi integrati li huma bbażati fuq il-programmi, inkluż il-progress lejn il-kisba ta’ oqsma prijoritarji stabbiliti għall-kooperazzjoni;

(f) 

fejn ikun adatt, l-azzjonijiet meħuda biex jirrinfurzaw il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-benefiċjarji li jamministraw u jużaw il-Fondi ESI;

(g) 

l-azzjonijiet meħuda u l-progress li jkun sar, fir-rigward tat-tnaqqis fil-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji;

(h) 

ir-rwol tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 5 fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija;

(i) 

sommarju tal-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipji orizzontali msemmijin fl-Artikoli 5, 7 u 8 u objettivi ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-Fondi ESI.

3.  Fejn il-Kummissjoni tiddetermina, fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tar-rapport ta' progress, li l-informazzjoni ppreżentata mhijiex sħiħa jew mhijiex ċara b'mod li sinifikament jaffettwa l-kwalità u l-affidabbiltà tal-valutazzjoni kkonċernata, hija tista' titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru, bil-kundizzjoni li dik it-talba ma tikkawżax dewmien mhux ġustifikat u li l-Kummissjoni tagħti raġunijiet biex tissostanzja in-nuqqas ta' kwalità u affidabbiltà allegati. L-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur u, fejn xieraq jirrevedi r-rapport tal-progress kif meħtieġ.

4.  Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell li għandu jintuża meta jiġi ppreżentat ir-rapport ta' progress. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 150(2).

Artikolu 53

Ir-rappurtar mill-Kummissjoni u dibattitu dwar il-Fondi ESI

1.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat kull sena mill-2016 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, sommarju ta’ rapport rigward programmi ta’ Fondi ESI ibbażat fuq ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali tal-Istati Membri mibgħuta skont l-Artikolu 50 kif ukoll sinteżi tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet disponibbli tal-programmi. Fl-2017 u 2019 is-sommarju ta' rapport għandu jifforma parti mir-rapport strateġiku msemmi f’paragrafu 2.

2.  Fl-2017 u l-2019, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport strateġiku li jagħti deskrizzjoni fil-qosor tar-rapporti tal-progress tal-Istati Membri, li sal-31 ta’ Diċembru 2017 u l-31 ta’ Diċembru 2019 rispettivament, għandha tippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u dawk l-istituzzjonijiet għandhom jiġu mistiedna biex jiddibattu dwaru.

3.  Il-Kunsill għandu jiddibatti r-rapport strateġiku partikolarment fir-rigward tal-kontribut tal-Fondi ESI għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u għandu jiġi mistieden biex jipprovdi kontribuzzjoni fil-Laqgħa tar-Rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew.

4.  Kull sentejn mill-2018, il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-Rapport ta’ Progress Annwali tagħha għal-Laqgħa tar-Rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew sezzjoni li tikteb fil-qosor l-aktar rapporti riċenti msemmija f’paragrafi 1 u 2, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Fondi ESI għal progress magħmul fl-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.



KAPITOLU II

Evalwazzjoni

Artikolu 54

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Għandhom jitwettqu l-evalwazzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tal-forma u l-implimentazzjoni tal-programmi, kif ukoll biex jiġu vvalutati l-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom. L-impatt tal-programmi għandu jiġi vvalutat fid-dawl tal-missjoni ta' kull Fond ESI fir-rigward tal-miri għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u b'konsiderazzjoni għad-daqs tal-programm f'rabta mal- PDG u l- qgħad fiż-żona kkonċernata tal-programm, fejn adatt.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tal-evalwazzjonijiet, u għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ għall-produzzjoni u l-ġbir tad-dejta meħtieġa għall-evalwazzjonijiet, inkluża d-dejta marbuta ma’ indikaturi komuni u fejn applikabbli, indikaturi speċifiċi għall-programmi.

3.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-esperti interni jew esterni li huma funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kif jitwettqu l-evalwazzjonijiet, minnufih wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.  L-evalwazzjonijiet kollha għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 55

Evalwazzjoni ex ante

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjonijiet ex ante biex itejbu l-kwalità tat-tfassil ta’ kull programm.

2.  L-evalwazzjonijiet ex-ante għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità responsabbli għat-tħejjija tal-programmi. Għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni flimkien mal-programm, u flimkien ma’ sommarju eżekuttiv. Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu jistabbilixxu limiti li taħthom l-evalwazzjoni ex ante tista’ tingħaqad mal-evalwazzjoni ta’ programm ieħor.

3.  L-evalwazzjonijiet ex ante għandhom jivvalutaw:

(a) 

il-kontribut għall-għan tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fir-rigward tal-għanijiet u prijoritajiet tematiċi magħżula, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali u l-potenzjal għall-iżvilupp kif ukoll it-tagħlimiet meħuda minn perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti;

(b) 

il-koerenza interna tal-programm jew attività proposti u r-relazzjonitagħhom ma’ strumenti oħra rilevanti;

(c) 

il-konsistenza tal-allokazzjoni ta’ riżorsi baġitarji mal-għanijiet tal-programm;

(d) 

il-konsistenza tal-għanijiet tematiċi magħżula, tal-prijoritajiet u l-miri korrispondenti tal-programmi mal-QSK, tal-Ftehim ta’ Sħubija u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti adottati skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE u fejn applikabbli fuq livell nazzjonali, il-Programm ta’ Riforma Nazzjonali;

(e) 

ir-rilevanza u ċ-ċarezza tal-indikaturi tal-programmi proposti;

(f) 

►C1  kif l-outputs mistennija se jikkontribwixxu għar-riżultati; ◄

(g) 

jekk il-valuri fil-mira kwantifikati għall-indikaturi humiex realistiċi, filwaqt li jitqies is-sostenn previst mill-Fondi ESI;

(h) 

ir-raġunament għall-forma ta’ sostenn proposta;

(i) 

l-adegwatezza tar-riżorsi umani u l-kapaċità amministrattiva għall-ġestjoni tal-programm;

(j) 

kemm huma addattati l-proċeduri għall-monitoraġġ tal-programm u għall-ġbir tad-dejta meħtieġa biex jitwettqu l-evalwazzjonijiet;

(k) 

kemm huma addattati l-għanijiet magħżula għall-qafas tal-prestazzjoni;

(l) 

l-adegwatezza tal-miżuri ppjanati biex jiġu promossi l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel u tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità;

(m) 

l-adegwatezza ta’ miżuri ppjanati biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli.

(n) 

miżuri maħsuba biex inaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji.

4.  Fejn xieraq, l-evalwazzjonijiet ex ante għandhom jinkludu r-rekwiżiti għall-valutazzjoni ambjentali strateġika stabbiliti fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ) li jqisu l-ħtiġijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Artikolu 56

Valutazzjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni

1.  Għandu jitfassal pjan ta’ evalwazzjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni jew l-Istat Membru u dan jista’ jkopri aktar minn programm wieħed. Dan għandu jiġi ppreżentat skont ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kapaċità xierqa ta’ evalwazzjoni tkun disponibbli.

3.  Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-evalwazzjonijiet, inklużi l-evalwazzjonijiet biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-impatt, jitwettqu għal kull programm abbażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni u li kull evalwazzjoni tkun soġġetta għal segwitu xieraq skont ir-regoli speċifiċi għal kull Fond. Mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, għandha ssir valutazzjoni biex issir stima ta' kif is-sostenn mill-Fondi FSI ikun ikkontribbwixxa għall-għanijiet ta' kull prijorità. Il-valutazzjonijiet kollha għandhom jiġu eżaminati mill-kumitat ta' monitoraġġ u jintbagħtu lill-Kummissjoni.

4.  Il-Kummissjoni tista’ twettaq l-evalwazzjonijiet tal-programmi. Hija għandha tgħarraf lill-awtorità ta’ ġestjoni u r-riżultati għandhom jintbagħtu lill-awtorità ta’ ġestjoni u jiġu pprovduti lill-kumitat tal-monitoraġġ ikkonċernat.

▼M6 —————

▼B

Artikolu 57

Evalwazzjoni ex post

1.  L-evalwazzjonijiet ex post għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. L-evalwazzjonijiet ex post għandhom jeżaminaw l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fondi ESI u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv b’kunsiderazzjoni tal-miri stabbiliti f'dik l-Istrateġija tal-Unjoni u skont ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

2.  Il-valutazzjonijiet ex post għandhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2024.

▼M6

3.  Il-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-kontribuzzjonijiet mill-FEŻR jew mill-FAEŻR għall-programmi ddedikati msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4).

▼B

4.  Għall kull wieħed mill-Fondi ESI, il-Kummissjoni għandha tipprepara, sal-31 ta' Diċembru 2025, rapport ta’ sinteżi li jispjega l-konklużjonijiet ewlenin tal-evalwazzjonijiet ex post.



TITOLU VI

ASSISTENZA TEKNIKA

Artikolu 58

Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

1.  Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fondi ESI jistgħu jsostnu l-miżuri ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ amministrazzjoni, ta’ għajnuna teknika, ta’ awditjar u ta’ kontroll neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Il-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu implimentati jew direttament mill-Kummissjoni jew indirettament, minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri f’konformità mal- ►M6  Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju ◄ .

Il-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu b'mod partikolari:

(a) 

għajnuna għat-tħejjija u għall-valutazzjoni tal-proġetti, inklużi dawk mal-BEI;

(b) 

sostenn għat-tisħiħ istituzzjonali u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-ġestjoni effettiva tal-Fondi ESI;

(c) 

l-istudji marbutin mar-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-Fondi ESI u r-rapport ta' koeżjoni;

(d) 

il-miżuri marbutin mal-analiżi, mal-ġestjoni, mas-sorveljar, mal-iskambju tal-informazzjoni u mal-implimentazzjoni tal-Fondi ESI, kif ukoll il-miżuri marbutin mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll u tal-għajnuna teknika u amministrattiva;

(e) 

valutazzjonijiet, rapporti ta' esperti, statistika u studji, inklużi dawk ta' natura ġenerali dwar l-operazzjoni attwali u fil-ġejjieni tal-Fondi ESI, li jistgħu jitwettqu fejn xieraq mill-BEI;

▼M6

(f) 

azzjonijiet għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni, li jsostnu n-networking, iwettqu attivitajiet ta’ komunikazzjoni b’attenzjoni partikolari għar-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi ESI, iqajmu ż-żieda tal-għarfien u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza, inkluż ma’ pajjiżi terzi;

▼B

(g) 

l-installazzjoni, l-operat u l-interkonnessjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għal ġestjoni, monitoraġġ, verifika, kontroll u evalwazzjoni;

(h) 

azzjonijiet li jtejbu metodi ta’ evalwazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar prattiċi ta’ evalwazzjoni;

(i) 

azzjonijiet marbutin mal-awditjar;

(j) 

it-tisħiħ tal-kapaċità nazzjonali u reġjonali rigward l-ippjanar tal-investimenti, l-istima tal-ħtiġijiet, it-tħejjija, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, il-pjanijiet ta’ azzjoni konġunti u l-proġetti ewlenin, inklużi l-inizjattivi konġunti mal-BEI;

(k) 

it-tixrid ta’ prattiki tajba biex jgħinu l-Istati Membri fit-tisħiħ tal-kapaċità tas-sħab rilevanti msemmija fl-Artikolu 5 u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Istati Membri;

▼M3

(l) 

l-azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-Regolament (UE) 2017/825 sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

▼M6

Il-Kummissjoni għandha tiddedika tal-anqas 15 % tar-riżorsi msemmija f’dan l-Artikolu biex ikun hemm effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni mal-pubbliku u sinerġiji akbar bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni meħuda bl-inizjattiva tal-Kummissjoni, bl-estensjoni tal-bażi tal-għarfien fuq ir-riżultati, b’mod partikolari permezz ta’ ġbir u disseminazzjoni, evalwazzjonijiet u rappurtaġġ aktar effettiv tad-data, u b’mod speċjali billi jiġi enfasizzat il-kontribut tal-Fondi ESI sabiex titjib il-ħajja tal-persuni, u billi tiżdied il-viżibbiltà tal-appoġġ mill-Fondi ESI kif ukoll billi jiżdied l-għarfien dwar ir-riżultati u l-valur miżjud ta’ tali appoġġ. Fejn adatt, l-informazzjoni, il-miżuri ta’ komunikazzjoni u l-viżibbiltà dwar ir-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi ESI, b’fokus partikolari fuq l-operat, għandhom jitkomplew wara li jintemmu l-programmi. Tali miżuri għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

▼M6

Skont l-għan tagħhom, il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ffinanzjati jew bħala nefqa operazzjonali inkella bħala waħda amministrattiva.

▼B

2.  Kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-pjanijiet tagħha dwar it-tip ta' azzjonijiet relatati mal-miżuri elenkati fil-paragrafu 1, meta tkun prevista kontribuzzjoni mill-Fondi ESI, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

Artikolu 59

Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri

1.  Fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru, il-Fondi ESI jistgħu jsostnu azzjonijiet għat-tħejjija, il-ġestjoni, is-sorveljanza, il-valutazzjoni, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, netwerking, ir-riżoluzzjoni tal-ilmenti, u l-kontroll u l-awditjar. Il-Fondi ESI jistgħu jintużaw mill-Istat Membru biex isostnu azzjonijiet għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji, inklużi s-sistemi tal-iskambju tad-dejta elettronika, u azzjonijiet li jirrinfurzaw il-kapaċità tal-awtoritajiet u tal-benefiċjarji tal-Istat Membru biex jamministraw u jużaw dawk il-Fondi. Il-Fondi ESI jistgħu jintużaw ukoll biex jappoġġaw azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità ta’ mseieħba rilevanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 5(3) u biex jiġi appoġġat l-iskambju tal-prattiki tajbin bejn tali msieħba. L-azzjonijiet imsemmijin f'dan il-paragrafu jistgħu jikkonċernaw perjodi ta’ programmazzjoni ta' qabel u dawk sussegwenti.

▼M6

1a.  Kull Fond ESI jista’ jappoġġa operazzjonijiet ta’ assistenza teknika eliġibbli taħt kwalunkwe wieħed mill-Fondi ESI l-oħra.

▼B

2.  Ir-regoli specifici ghall-Fondi jistghu jzidu jew jeskludu azzjonijiet li jistghu jigu ffinanzjati mill-Ghajnuna Teknika ta’ kull Fond ESI.

▼M6

3.  Bla ħsara għall-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 bl-għoti dirett ta’ kuntratt lil:

(a) 

il-BEI;

(b) 

istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha jkun azzjonist Stat Membru;

(c) 

bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika, kif imsemmi fil-punt (b) (iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4).

▼B



TITOLU VII

SOSTENN FINANZJARJU MILL-FONDI ESI



KAPITOLU I

Appoġġ mill-Fondi ESI

Artikolu 60

Determinazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

1.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm għandha tistabbilixxi r-rata(i) ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ appoġġ mill-Fondi ESI skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

2.  Il-miżuri ta' għajnuna teknika implementati fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha jistgħu jiġu ffinanzjati bir-rata ta' 100 %.

Artikolu 61

Operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett wara t-tlestija

▼M6

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika għal operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett wara li jitlestew. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “dħul nett” ifisser moviment ta’ flus ’il ġewwa mħallsa direttament mill-utenti għall-oġġetti jew servizzi provduti mill-operazzjoni, bħall-imposti mġarrba direttament mill-utenti għall-użu tal-infrastruttura, il-bejgħ jew il-kiri ta’ art jew bini, jew il-pagamenti għal servizzi minbarra kwalunkwe spiża operattiva u kostijiet tas-sostituzzjoni ta’ tagħmir għal perijodu qasir imġarrba waqt il-perijodu korrispondenti. L-iffrankar tal-kostijiet operattivi ġġenerati mill-operazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-iffrankar tal-kostijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija, għandu jiġi trattat bħala dħul nett sakemm ma jiġux ibbilanċjati bi tnaqqis ugwali f’sussidji operattivi.

▼B

Fejn mhux l-ispiża kollha tal-investiment hija eliġibbli għal kofinanzjament, id-dħul nett għandu jiġi allokat pro rata għall-partijiet eliġibbli u mhux eliġibbli tal-ispiża tal-investiment.

2.  In-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni li għandha tiġi kofinanzjata mill-Fondi ESI għandha titnaqqas bil-quddiem b’kont meħud tal-potenzjal tal-operazzjoni biex jiġi ġġenerat dħul nett fuq perjodu ta’ referenza speċifiku li jkopri kemm l-implimentazzjoni tal-operazzjoni kif ukoll il-perjodu ta’ wara t-tlestija tagħha.

3.  Id-dħul potenzjali nett tal-operazzjoni għandu jiġi ddeterminat minn qabel b’wieħed mill-metodi li ġejjin magħżula mill-awtorità ta’ ġestjoni għal settur, sottosettur jew tip ta’ operazzjoni:

(a) 

applikazzjoni ta' perċentwal ta' dħul nett b'rata fissa għas-settur jew is-subsettur applikabbli għall-operazzjoni kif definita fl-Anness V jew fi kwalunkwe att delegat imsemmi fit-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi; fit-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi;

▼M6

(aa) 

applikazzjoni ta’ perċentwal tad-dħul nett b’rata fissa stabbilit minn Stat Membru għal settur jew għal sottosettur mhux kopert mill-punt (a). Qabel l-applikazzjoni tar-rata fissa, l-awtorità tal-awditjar responsabbli għandha tivverifika li r-rata fissa ġiet stabbilita b’metodu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq data storika jew kriterji oġġettivi;

▼B

(b) 

il-kalkolu tad-dħul nett attwalizzat tal-operazzjoni, b'kont meħud tal-perjodu ta' referenza adatt għas-settur jew is-subsettur applikabbli għall-operazzjoni, il-profitabbiltà normalment mistennija tal-kategorija tal-investiment ikkonċernat, l-applikazzjoni tal-prinċipju li min iniġġes iħallas u, jekk adatt, konsiderazzjonijiet tal-ekwità marbuta mal-prosperità relattiva tal-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 149 f’każijiet debitament ġustifikati biex jiġi emendat l-Anness V billi jiġu aġġustati r-rati fissi stabbiliti fih b’kont meħud tad-dejta storika u l-potenzjal għall-irkupru tal-ispiża u l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas meta applikabbli.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 biex tistabbilixxi rati fissi għas-setturi jew subsetturi fl-oqsma tal-ICT, ir-RŻI u l-effiċjenza enerġetika. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-atti delegati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 149 f’każijiet debitament ġustifikati fir-rigward taż-żieda ta' setturi jew subsetturi, inklużi subsetturi għal setturi fl-Annes V, li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tematiċi definiti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 u appoġġati mill-Fondi ESI.

Meta jiġi applikat il-metodu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, id-dħul kollu nett iġġenerat waqt l-implimentazzjoni u wara t-tlestija tal-operazzjoni għandu jitqies li jittieħed kont tiegħu bl-applikazzjoni tar-rata fissa u għalhekk m’għandux jitnaqqas sussegwentement min-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni.

Meta permezz tal-adozzjoni ta’ att delegat tiġi stabbilita rata fissa għal settur jew subsettur ġdid skont it-tielet u r-raba' subparagrafi, awtorità ta’ ġestjoni tista’ tagħżel li tapplika l-metodu stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għal operazzjonijiet ġodda relatati mas-settur jew is-subsettur kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149, li jistabbilixxi l-metodu imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu. Meta jiġi applikat dak il-metodu, id-dħul nett iġġenerat waqt l-implimentazzjoni tal-operazzjoni, li jirriżulta minn sorsi ta' dħul li ma ġewx meqjusa fid-determinazzjoni tad-dħul potenzjali nett tal-operazzjoni, għandu jitnaqqas min-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni, mhux aktar tard mit-talba ta' pagament finali ppreżentata mill-benefiċjarju.

►C1  4.  Il-metodu li permezz tiegħu d-dħul nett jitnaqqas min-nefqa tal-operazzjoni inkluża fl-applikazzjoni għal pagament sottomessa lill-Kummissjoni għandu jkun ◄ determinat f’konformità mar-regoli nazzjonali.

▼M6

5.  Bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodi stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-rata massima ta’ kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 60(1) tista’, fuq talba ta’ Stat Membru, titnaqqas għal prijorità jew għal miżura li taħtha l-operazzjonijiet kollha appoġġati jistgħu japplikaw rata uniformi fissa f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. It-tnaqqis ma għandux ikun anqas mill-ammont ikkalkolat billi tiġi mmultiplikata r-rata massima ta’ kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi bir-rata fissa rilevanti msemmija f’dak il-punt.

▼B

6.  Meta huwa oġġettivament impossibbli li d-dħul jiġi determinat minn qabel abbażi ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi stabbilit fil-paragrafi 3 jew 5, id-dħul nett iġġenerat fi żmien tliet snin mit-tlestija ta’ operazzjoni, jew sad-data ta' skadenza għall-preżentazzjoni tad-dokumenti għall-għeluq tal-programm iffissat fir-regoli speċifiċi għall-Fondi, skont liema data tiġi l-ewwel, għandu jitnaqqas min-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni.

7.  Il-paragrafi 1 sa 6 ma għandhomx japplikaw għal:

(a) 

operazzjonijiet jew partijiet mill-operazzjonijiet appoġġjati biss mill-FSE,

(b) 

operazzjonijiet li l-ispiża totali eliġibbli tagħhom qabel l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 6 ma taqbiżx il-EUR 1 000 000 ;

(c) 

għajnuna rimborżabbli soġġetta għal obbligu ta’ rimborż sħiħ u premji;

(d) 

assistenza teknika;

(e) 

sostenn lil jew minn strumenti finanzjarji;

(f) 

operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ pubbliku jieħu l-forma ta’ somom f’daqqa jew spejjeż għal kull unità bi skala standard;

(g) 

operazzjonijiet implimentati skont pjan ta’ azzjoni konġunt,

▼M6

(h) 

operazzjonijiet li għalihom l-ammonti jew ir-rati ta’ appoġġ huma ddefiniti fl-Anness II għar-Regolament tal-FAEŻR jew fir-Regolament tal-FEMS.

▼B

Minkejja l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, meta Stat Membru japplika l-paragrafu 5, jista’ jinkludi fil-prijorità jew miżura rilevanti l-operazzjonijiet li l-ispiża totali eliġibbli tagħhom qabel l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 6 ma taqbiżx EUR 1 000 000 .

▼M6

8.  Barra minn hekk, il-paragrafi 1 sa 6 m’għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ taħt il-programm jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

▼B



KAPITOLU II

Regoli speċjali dwar l-appoġġ mill-Fondi ESI għall-PPPs

Artikolu 62

PPPs

Il-Fondi ESI jistgħu jintużaw biex jaġġoġġaw operazzjonijiet PPP. Tali operazzjonijiet PPP għandhom ikunu konformi mal-liġi applikabbli, b’mod partikolari li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat u l-akkwist pubbliku.

Artikolu 63

Benefiċjarji taħt operazzjonijiet PPP

1.  Fir-rigward tal-operazzjoni PPP, u b'deroga mill-punt (10) tal-Artikolu 2, il-benefiċjarju jista' jkun:

(a) 

il-korp tal-liġi pubblika li jibda l-operazzjoni; jew

(b) 

korp irregolat mil-liġi privata ta' Stat Membru (is-"sieħeb privat") magħżul jew li għandu jintgħażel għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni).

2.  Il-korp tal-liġi pubblika li jibda l-operazzjoni PPP jista' jipproponi li s-sieħeb privat, li għandu jintgħażel wara l-approvazzjoni tal-operazzjoni, ikun il-benefiċjarju għall-finijiet tal-appoġġ mill-Fondi ESI. F’dik l-eventwalità, id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni għandha tkun kondizzjonali fuq li l-awtorità ta’ ġestjoni tissodisfa lilha nfisha li l-imsieħeb privat magħżul iwettaq u jassumi l-obbligi kollha korrispondenti ta’ benefiċjarju skont dan ir-Regolament.

3.  L-imsieħeb privat magħżul biex jimplimenta l-operazzjoni jista’ jiġi sostitwit bħala benefiċjarju waqt l-implimentazzjoni fejn dan ikun mitlub taħt it-termini u l-kundizzjonijiet tal-PPP jew il-ftehim ta’ finanzjament bejn is-sieħeb privat u l-istituzzjoni finanzjarja li tikkofinanzja l-operazzjoni. F’dik l-eventwalità l-imsieħeb privat ta’ sostituzzjoni jew il-korp ta’ liġi pubblika għandu jsir il-benefiċjarju sakemm l-awtorità ta’ ġestjoni tissodisfa lilha nnifisha li s-sieħeb ta’ sostituzzjoni jissodisfa u jassumi l-obbligi korrispendenti kollha ta’ benefiċjarju skont dan ir-Regolament.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar is-sostituzzjoni ta' benefiċjarju u dwar ir-responsabbiltajiet relatati.

5.  Is-sostituzzjoni ta' benefiċjarju m’għandhiex titqies bħala bidla fis-sjieda fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 71(1) jekk dik is-sostituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli stipulati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u f'att delegata skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 64

Appoġġ għal operazzjonijiet PPP

►C1  1.  Fil-każ ta' operazzjoni PPP fejn il-benefiċjarju huwa korp tad-dritt pubbliku, in-nefqa taħt operazzjoni PPP li ġiet imġarrba u mħallsa mis-sieħeb privat tista', b'deroga mill- Artikolu 65(2), titqies li ġiet imġarrba u mħallsa minn benefiċjarju u inkluża f'applikazzjoni għal pagament lill-Kummissjoni ◄ sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-benefiċjarju jkun daħal fi ftehim PPP ma’ sieħeb privat;

(b) 

l-awtorità ta’ ġestjoni tkun ivverifikat li n-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarju tkun tħallset mis-sieħeb privat u li l-operazzjoni hija konformi mal-liġi nazzjonali u applikabbli tal-Unjoni, mal-programm u l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni.

►C1  2.  Pagamenti lil benefiċjarji magħmula fir-rigward tan-nefqa inklużi f'applikazzjoni għal pagament f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jitħallsu ◄ f’escrow account stabbilit għal dak il-għan f’isem il-benefiċjarju.

3.  Il-fondi mħallsa f’escrow account msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintużaw għal pagamenti skont il-ftehim PPP, inkluż kwalunkwe pagament li għandu jsir f’każ ta’ tmiem ta’ ftehim PPP.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 149 li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi li għandhom jiġu inklużi fi ftehimiet PPP li huma neċessarji għall-applikazzjoni tad-deroga stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inklużi dispożizzjonijiet relatati ma' tmiem tal-ftehim PPP u bil-għan li tiġi żgurata sekwenza tat-transazzjonijiet adegwata.



KAPITOLU III

Eliġibbiltà tal-infiq u d-durabbiltà

Artikolu 65

Eliġibbiltà

1.  L-eliġibbiltà tan-nefqa għandha tiġi ddeterminata abbażi tar-regoli nazzjonali, ħlief fejn ikunu stabbiliti r-regoli speċifiċi f’dan ir-Regolament jew abbażi tiegħu jew tar-regoli speċifiċi għall-Fondi.

2.  In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi ESI jekk tkun saret minn benefiċjarju u ġiet imħallsa bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Jannar 2014, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta’ Diċembru 2023. Barra minn hekk, in-nefqa għandha tkun eliġibbli biss għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2023.

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, in-nefqa taħt il-YEI għandha tkun eliġibbli mill-1 ta' Settembru 2013.

4.  Fil-każ tal-ispejjeż rimborżati skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1), l-azzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi tar-rimborż għandhom jitwettqu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2023.

5.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 4, id-data tal-bidu fir-rigward tal-ispejjeż rimborżati abbażi tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67 (1) għal azzjonijiet taħt il-YEI għandha tkun l-1 ta' Settembru 2013.

6.  L-operazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħżula għall-appoġġ mill-Fondi ESI fejn ikunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma tkun ġiet imressqa mill-benefiċjarju l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm lill-awtorità ta’ ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti relatati kollha jkunux saru mill-benefiċjarju.

7.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stabbiliti fl-Artikolu 58.

8.  Dan il-paragrafu għandu japplika għal operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett matul l-implimentazzjoni tagħhom u li ma japplikawx għalihom il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu 61.

In-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni li għandha tiġi kofinanzjata mill-Fondi ESI għandha titnaqqas bid-dħul nett mhux meqjus fil-waqt tal-approvazzjoni tal-operazzjoni ġġenerata direttament biss waqt l-implimentazzjoni tagħha, mhux aktar tard mit-talba tal-pagament finali ppreżentata mill-benefiċjarju. Meta mhux l-ispejjeż kollha jkunu eliġibbli għal kofinanzjament, id-dħul nett għandu jiġi allokat pro rata fuq il-partijiet eliġibbli u mhux eliġibbli tal-ispiża.

Dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika għal:

(a) 

assistenza teknika;

(b) 

strumenti finanzjarji;

(c) 

għajnuna rimborżata soġġetta għal obbligu ta’ rimborż sħiħ;

(d) 

premji;

(e) 

operazzjonijiet soġġetti għar-regoli dwar għajnuna mill-Istat;

(f) 

operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ pubbliku jieħu l-forma ta’ somma f’daqqa jew spejjeż ta’ unità ta’ skala standard sakemm id-dħul nett ġie kkunsidrat ex ante;

(g) 

operazzjonijiet implimentati skont pjan ta’ azzjoni konġunt sakemm id-dħul nett ġie kkunsidrat ex ante,

▼M6

(h) 

operazzjonijiet li għalihom l-ammonti jew ir-rati ta’ appoġġ huma ddefiniti fl-Anness II għar-Regolament tal-FAEŻR jew fir-Regolament tal-FEMS bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-operazzjonijiet li għalihom issir referenza għal dan il-paragrafu fir-Regolament tal-FEMS; jew

(i) 

operazzjonijiet li għalihom il-kost eliġibbli totali ma jaqbiżx il-EUR 100 000 .

▼B

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 61, kwalunkwe pagament riċevut mill-benefiċjarju li jirriżulta minn penali kuntrattwali bħala riżultat ta' ksur ta’ kuntratt bejn il-benefiċjarju u parti terza jew partijiet terzi jew li sar bħala riżultat tal-irtirar ta' offerta minn parti terza magħżula taħt ir-regoli tal-akkwist pubbliku (id-'depożitu') m’għandux jitqies bħala dħul u m’għandux jitnaqqas min-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni.

9.  In-nefqa li ssir eliġibbli b'riżultat tal-emenda ta' programm għandha tkun eliġibbli biss mid-data li fiha tiġi preżentata lill-Kummissjoni t-talba għal emenda jew, fl-eventwalità tal-applikazzjoni tal-Artikolu 96(11), mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li temenda l-programm.

Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jidderogaw mill-ewwel subparagrafu.

10.  B'deroga mill-paragrafu 9, dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-data ta' bidu tal-eliġibbiltà jistgħu jiġu stabbiliti fir-Regolament FAEŻR.

▼M9

B’deroga mill-paragrafu 9, in-nefqa għal operazzjonijiet għat-trawwim ta’ kapaċitajiet ta’ rispons għall-kriżijiet fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19 għandha tkun eliġibbli mill‐1 ta’ Frar 2020.

▼M6

11.  Operazzjoni tista’ tirċievi l-appoġġ minn Fond ESI wieħed jew aktar jew minn programm wieħed jew aktar u minn strumenti oħrajn tal-Unjoni, dment li n-nefqa ddikjarata f’applikazzjoni għal pagament għal wieħed mill-Fondi ESI ma tiġix iddikjarata għal appoġġ minn Fond jew strument tal-Unjoni ieħor, jew għal appoġġ mill-istess Fond taħt programm ieħor. L-ammont tan-nefqa li jrid jiddaħħal f’applikazzjoni għal pagament ta’ Fond ESI jista’ jiġi kkalkolat għal kull Fond ESI u għall-programm jew programmi kkonċernati fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

▼B

Artikolu 66

Forom ta’ appoġġ

Il-Fondi ESI għandhom jintużaw biex jipprovdu l-appoġġ fil-forma ta’ għotjiet, premji, għajnuna li titħallas lura, strumenti finanzjarji, jew taħlita tagħhom.

Fil-każ ta’ għajnuna li titħallas lura, l-appoġġ li jitħallas lura lill-korp li pprovdieh jew lil awtorità kompetenti oħra tal-Istat Membru, għandu jinżamm f’kont separat jew separat b’kodiċi ta’ kontabilità u jerġa’ jintuża għall-istess għan jew skont l-għanijiet tal-programm.

Artikolu 67

Forom ta’ għotjiet u għajnuna li titħallas lura

1.  L-għotjiet u l-għajnuna li titħallas lura jistgħu jkunu fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a) 

rimborż tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu realment imġarrba u mħallsa, flimkien ma’ kontribuzzjonijiet in natura u deprezzament, fejn applikabbli;

(b) 

skala standard ta' spejjeż għal kull unità;

▼M6

(c) 

somom f’daqqa;

▼B

(d) 

finanzjament b’rata fissa ddeterminata permezz tal-applikazzjoni ta’ perċentwal għal kategorija waħda ddefinita ta’ spejjeż, jew aktar minn waħda;

▼M6

(e) 

finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti iżda li jkun ibbażat fuq it-twettiq tal-kondizzjonijiet relatati mat-twettiq tal-progress fl-implimentazzjoni jew il-kisba tal-objettivi tal-programmi kif stabbiliti fl-att delegat adottat f’konformità mal- paragrafu 5a.

▼B

Regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu jillimitaw il-forom ta' għotjiet jew għajnuna ripagabbli applikabbli għal ċerti operazzjonijiet.

▼M6

Għall-forma ta’ finanzjament imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, l-awditu għandu jimmira b’mod esklużiv biex jivverifika li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet għar-rimborż.

▼B

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, forom addizzjonali ta' għotjiet u metodi ta' kalkolu jistgħu jiġu stabbiliti fir-Regolament FEMS.

▼M6

2a.  Għal operazzjoni jew proġett li mhumiex koperti mill-ewwel sentenza tal-paragrafu 4 u li jirċievu appoġġ mill-FEŻR u mill-FSE, l-għotjiet u l-assistenza pagabbli mill-ġdid li għalihom l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx il-EUR 100 000 għandhom jieħdu l-forma ta’ skali standard ta’ kostijiet unitarji, ta’ somom f’daqqa jew ta’ rati fissi, ħlief għal operazzjonijiet li jirċievu appoġġ fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat li ma tikkostitwixxix għajnuna de minimis.

Fejn jintuża l-finanzjament b’rata fissa, il-kategoriji tal-kostijiet li għalihom tiġi applikata r-rata fissa jistgħu jiġu rimborżati f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Għal operazzjonijiet appoġġati mill-FAEŻR, il-FEŻR jew l-FSE, fejn tintuża r-rata fissa msemmija fl-Artikolu 68b(1), l-allokazzjonijiet u s-salarji mħallsa lill-parteċipanti jistgħu jiġu rimborżati f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Dan il-paragrafu għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 152(7).

▼B

3.  L-għażliet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħaqdu biss fejn kull għażla tkopri kategoriji differenti ta' spejjeż jew fejn dawn jintużaw għal proġetti differenti li jiffurmaw parti minn operazzjoni jew għal fażijiet suċċessivi ta' operazzjoni.

▼M6

4.  Fejn operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni jiġi implimentat esklużivament permezz tal-akkwist pubbliku ta’ xogħlijiet, oġġetti jew servizzi, għandhom japplikaw biss il-punti (a) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. Fejn l-akkwist pubbliku fi ħdan l-operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni huwa limitat għal ċerti kategoriji ta’ kostijiet, l-għażliet kollha msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu applikati għall-operazzjoni kollha jew il-proġett li jifforma parti minn operazzjoni.

▼B

5.  L-ammonti msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti b’wieħed mill-modi li ġejjin:

▼M6

(a) 

metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i) 

data statistika, informazzjoni oġġettiva oħra jew ġudizzju espert;

(ii) 

id-data storika vverifikata ta’ benefiċjarji individwali;

(iii) 

l-applikazzjoni tal-prattiki kontabilistiċi normali tal-kostijiet ta’ benefiċjarji individwali;

▼M6

(aa) 

abbozz ta’ baġit stabbilit skont il-każ u maqbul ex-ante mill-awtorità ta’ ġestjoni jew fil-każ tal-FAEŻR l-awtorità responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet, fejn l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx il-EUR 100 000 ;

▼B

(b) 

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skali korrispondenti ta’ spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;

(c) 

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skali korrispondenti ta’ spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;

(d) 

ir-rati stabbiliti minn dan ir-Regolament jew ir-regoli speċifiċi għall-Fondi;

(e) 

metodi speċifiċi għad-determinazzjoni tal-ammonti stabbiliti skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

▼M6

5a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 149 li jissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b’rata fissa msemmijin fil-punti (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-metodi relatati msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u l-forma ta’ appoġġ imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, billi tispeċifika modalitajiet dettaljati dwar il-kondizzjonijiet ta’ finanzjament u l-applikazzjoni tagħhom.

▼B

6.  Id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ ta' kull operazzjoni għandu jistabbilixxi l-metodu li jrid jiġi applikat għad-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-operazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-pagament tal-għotja.

▼M6

Artikolu 68

Finanzjament b’rata fissa għal kostijiet indiretti li jikkonċernaw għotjiet u assistenza pagabbli mill-ġdid

Fejn l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni twassal għal kostijiet indiretti, dawn jistgħu jiġu kkalkolati b’rata fissa b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

rata fissa sa 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, diment li r-rata tiġi kkalkolata abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli jew metodu applikat skont skemi għal għotjiet iffinanzjati għalkollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;

(b) 

rata fissa sa massimu ta’ 15 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli;

(c) 

rata fissa applikata għal kostijiet diretti eliġibbli bbażata fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti, applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 149 biex tissupplimenta d-dispożizzjonijiet dwar ir-rata fissa u l-metodi relatati msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

▼M6

Artikolu 68a

Kostijiet tal-persunal li jikkonċernaw għotjiet u assistenza pagabbli mill-ġdid

1.  Il-kostijiet diretti tal-persunal ta’ operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati b’rata fissa sa massimu ta’ 20 % tal-kostijiet diretti għajr il-kostijiet tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni. L-Istati Membri mhumiex meħtieġa jagħmlu kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli dment li l-kostijiet diretti tal-operazzjoni ma jinkludux kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi li jeċċedu fil-valur il-limitu stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE.

2.  Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kostijiet tal-persunal, ir-rata fis-siegħa tista’ tiġi kkalkolata bid-diviżjoni tal-aħħar kostijiet tal-impjiegi gross annwali ddokumentati b’1 720 siegħa għall-persuni li jaħdmu full-time, jew bi prorata korrispondenti ta’1 720 siegħa, għal persuni li jaħdmu part-time.

3.  Meta tiġi applikata r-rata fis-siegħa kkalkulata f’konformità mal-paragrafu 2, l-għadd totali ta’ sigħat iddikjarati għal kull persuna għal sena partikolari ma għandhomx jeċċedu l-għadd ta’ sigħat użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata fis-siegħa.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-programmi li jaqgħu taħt l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għal kostijiet tal-persunal relatati ma’ individwi li jaħdmu fuq assenjament part-time fuq l-operazzjoni.

4.  Fejn il-kostijiet tal-impjiegi gross annwali ma jkunux disponibbli, dawn jistgħu jiġu dderivati mill-kostijiet tal-impjiegi gross iddokumentati disponibbli jew mill-kuntratt għall-impjieg, aġġustati kif adatt għal perijodu ta’ 12-il xahar.

5.  Il-kostijiet tal-persunal relatati ma’ individwi li jaħdmu fuq assenjament part-time fuq l-operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati bħala perċentwal fiss mill-kostijiet tal-impjieg gross, f’konformità ma’ perċentwal fiss ta’ ħin maħdum kull xahar fuq l-operazzjoni, mingħajr ebda obbligu li tiġi stabbilita sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol separata. Min iħaddem għandu joħroġ dokument għall-impjegati li jistabbilixxi dak il-perċentwal fiss.

Artikolu 68b

Finanzjament b’rata fissa għal kostijiet għajr kostijiet tal-persunal

1.  Tista’ tintuża rata fissa sa massimu ta’ 40 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli sabiex tkopri l-kostijiet eliġibbli li jifdal ta’ operazzjoni mingħajr obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel xi kalkolu biex jistabbilixxi r-rata applikabbli.

Għal operazzjonijiet appoġġati mill-FSE, il-FEŻR jew il-FAEŻR, is-salarji u l-allokazzjonijiet imħallsin lill-parteċipanti għandhom jitqiesu bħala kostijiet eliġibbli addizzjonali mhux inkluż fir-rata fissa.

2.  Ir-rata fissa msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi applikata għal kostijiet tal-persunal ikkalkolati fuq il-bażi ta’ rata fissa.

▼B

Artikolu 69

Regoli tal-eliġibbiltà speċifiċi għall-għotjiet u l-għajnuna li titħallas lura

1.  Kontribuzzjonijiet in natura fil-forma tal-provvista ta’ xogħlijiet, oġġetti, servizzi, art u proprjetà immobbli li għalihom ma jkun sar ebda pagament fi flus sostnut minn fatturi jew minn dokumenti ta’ valur probatorju ekwivalenti, jistgħu jkunu eliġibbli bil-kundizzjoni li r-regoli ta’ eliġibbiltà tal-Fondi ESI u tal-programm jipprevedu dan u li l-kriterji kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

l-appoġġ pubbliku mogħti lill-operazzjoni li jinkludi kontribuzzjonijiet in natura ma jaqbżux in-nefqa totali eliġibbli, minbarra kontribuzzjonijiet in natura, fl-aħħar tal-operazzjoni;

(b) 

il-valur attribbwit lill-kontribuzzjonijiet in natura ma jaqbiżx l-ispejjeż aċċettati ġeneralment fis-suq in kwistjoni;

(c) 

il-valur u t-twassil tal-kontribuzzjonijiet jista’ jiġi vvalutat u vverifikat b’mod indipendenti;

(d) 

fil-każ tal-provvista ta’ art jew ta’ proprjetà immobbli, jista’ jsir pagament bi flus kontanti għall-finijiet ta’ ftehim ta’ kiri ta’ ammont nominali annwalment li ma jaqbiżx unità singola tal-munita tal-Istat Membru;

(e) 

fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta’ xogħol mhux imħallas, il-valur ta’ dak ix-xogħol jiġi ddeterminat billi jitqies il-ħin meħud ivverifikat u r-rata ta’ rimunerazzjoni għal xogħol ekwivalenti.

Il-valur tal-art jew tal-proprjetà immobbli msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi ċċertifikat minn espert kwalifikat indipendenti jew minn korp uffiċjali awtorizzat kif mistħoqq u ma jaqbiżx il-limitu stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

2.  L-ispejjeż tad-deprezzament jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

ir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm jippermettu dan;

(b) 

l-ammont tan-nefqa huwa ġġustifikat permezz ta’ dokumenti li jappoġġjawh li għandhom valur probatarju ekwivalenti għall-fatturi għal spejjeż eliġibbli fejn ir-rimborż ingħata fil-forma msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 57(1);

(c) 

l-ispejjeż ikunu marbuta b’mod esklussiv mal-perjodu ta’ appoġġ għall-operazzjoni;

(d) 

ma kkontribbwixxewx għotjiet pubbliċi għall-akkwist tal-assi deprezzati.

3.  L-ispejjeż li ġejjin m'għandhomx ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi ESI u mill-ammont ta' appoġġ trasferit mill-Fond ta' Koeżjoni għall-FNE kif imsemmi fl-Artikolu 92(6):

(a) 

interessi fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta’ sussidju għal rata tal-interess jew sussidju ta’ tariffa għal garanzija;

(b) 

ix-xiri ta' art mhux mibnija u ta' art mibnija fl-ammont li jaqbeż l-10 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-operazzjoni kkonċernata. Għal siti abbandunati u għal dawk li qabel kellhom użu industrijali li jinkludu bini, dak il-limitu għandu jiżdied għal 15 %. F’każi eċċezzjonali u debitament ġġustifikati, il-limitu jista' jittella' 'l fuq mill-perċentwali imsemmijin qabel għall-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali;

(c) 

it-taxxa fuq il-valur miżjud ħlief fejn ma tkunx tista’ tintradd lura skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali.

▼M6

Artikolu 70

Eliġibbiltà tal-operazzjonijiet skont il-lokalità

1.  Soġġett għad-derogi msemmija fil-paragrafu 2 u r-regoli speċifiċi għall-Fondi, l-operazzjonijiet appoġġati mill-Fondi ESI għandhom jinsabu fil-qasam tal-programm.

L-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-forniment ta’ servizzi lil ċittadini jew negozji li jkopru t-territorju sħiħ ta’ Stat Membru għandhom jitqiesu li jinsabu fl-oqsma tal-programm kollha fi ħdan Stat Membru. F’dawn il-każijiet, in-nefqa għandha tkun allokata lill-oqsma tal-programm ikkonċernati fuq bażi prorata, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.

It-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-programm nazzjonali msemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew għall-programm speċifiku għall-istabbiliment u għall-operazzjoni tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.

2.  L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ taċċetta li operazzjoni tiġi implimentata barra mill-qasam tal-programm iżda fl-Unjoni, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha:

(a) 

l-operazzjoni tkun għall-benefiċċju tal-qasam tal-programm;

(b) 

l-ammont totali mill-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR jew il-FEMS allokat skont il-programm għall-operazzjonijiet li jinsabu barra l-qasam tal-programm ma jaqbiżx il-15 % tal-appoġġ mill-Fondi tal-FEŻR, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-FAEŻR jew mill-FEMS fil-livell prijoritarju fi żmien l-adozzjoni tal-programm;

(c) 

il-kumitat tal-monitoraġġ ikun ta l-kunsens tiegħu għall-operazzjoni jew għat-tipi ta’ operazzjonijiet ikkonċernati;

(d) 

l-obbligi tal-awtoritajiet għall-programm relatati mal-ġestjoni, il-kontroll u l-awditu li jikkonċernaw l-operazzjoni jkunu ssodisfati mill-awtoritajiet responsabbli għall-programm li taħtu dik l-operazzjoni hija appoġġata jew jidħlu fi ftehimiet ma’ awtoritajiet fil-qasam li fih hija implimentata l-operazzjoni.

Fejn operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi u l-FEMS ikunu implimentati barra mill-qasam tal-programm f’konformità ma’ dan il-paragrafu u jkollhom benefiċċji kemm barra kif ukoll fi ħdan il-qasam tal-programm tali nefqa għandha tiġi allokata għal dawk iż-żoni fuq bażi pro rata abbażi ta’ kriterji oġġettivi.

Fejn l-operazzjonijiet jikkonċernaw l-objettiv tematiku msemmi fil-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 u jkunu implimentati barra mill-Istat Membru iżda ġewwa l-Unjoni, għandhom japplikaw biss il-punti (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

3.  Għal operazzjonijiet li jikkonċernaw assistenza teknika jew miżuri ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità u attivitajiet promozzjonali, u għal operazzjonijiet li jikkonċernaw l-objettiv tematiku msemmi fil-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9, in-nefqa tista’ ssir barra l-Unjoni dment li n-nefqa tkun neċessarja għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-operazzjoni.

4.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx għall-programmi taħt l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE.

▼B

Artikolu 71

Id-durabbiltà tal-operazzjonijiet

1.  Operazzjoni li tinkludi investiment fl-infrastruttura jew investiment produttiv għandha trodd lura l-kontribuzzjoni mill-Fondi ESI jekk fi żmien ħames snin mill-pagament finali lill-benefiċjarju jew fil-perjodu ta' żmien stabbilit fir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli, tkun soġġetta għal wieħed milli ġejjin:

(a) 

waqfien jew rilokazzjoni ta’ attività produttiva barra mill-qasam kopert mill-programm;

(b) 

bidla tas-sjieda ta’ oġġett infrastrutturali li tagħti vantaġġ mhux dovut lil impriża jew lil korp pubbliku;

(c) 

bidla sostanzjali li taffettwa n-natura, l-għanijiet jew il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħha, li jirriżulta fl-imminar tal-għanijiet oriġinali tagħha.

Somom imħallsa indebitament fir-rigward tal-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati mill-Istat Membru b’mod proporzjonali mal-perjodu li għalih ir-rekwiżiti ma ntlaħqux.

L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każ taż-żamma ta’ investimenti jew impjiegi maħluqa minn SMEs.

2.  Operazzjoni li tinkludi investiment fl-infrastruttura jew investiment produttiv għandha tħallas lura l-kontribuzzjoni mill-Fondi ESI jekk fi żmien 10 snin mill-pagament finali lill-benefiċjarju l-attività produttiva hija soġġetta għal rilokazzjoni barra mill-Unjoni, ħlief meta l-benefiċjarju jkun SME. Fejn il-kontribuzzjoni mill-Fondi ESI tieħu l-forma ta’ għajnuna mill-Istat, il-perjodu ta’ 10 snin għandu jkun sostitwit mit-terminu applikabbli taħt ir-regoli ta’ għajnuna mill-Istat.

3.  Operazzjonijiet appoġġjati mill-FSE u operazzjonijiet appoġġjati mill-Fondi ESI l-oħrajn li mhumiex investimenti fl-infrastruttura jew investimenti produttivi għandhom iħallsu mill-ġdid il-kontribuzzjoni mill-Fond biss meta jkunu soġġetti għal obbligu għaż-żamma ta' investiment skont ir-regoli applikabbli tal-għajnuna mill-Istat u meta jgħaddu minn waqfien jew rilokazzjoni ta' attività produttiva fil-perjodu stabbilit f'dawk ir-regoli.

▼M6

4.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal kontribuzzjonijiet għal jew minn strumenti finanzjarji jew għal lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri taħt il-punt (b) tal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u lanqas għal xi operazzjoni li tkun twaqqfet l-attività produttiva tagħha minħabba falliment mhux frodulenti.

▼B

5.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal persuni fiżiċi li huma benefiċjarji tal-appoġġ tal-investiment u, wara t-tlestija tal-operazzjoni tal-investiment, isiru eliġibbli għall-appoġġ u jirċivuh taħt ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn l-investiment ikkonċernat huwa direttament marbut mat-tip ta’ attività identifikata bħala eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni.



TITOLU VIII

ĠESTJONI U KONTROLL



KAPITOLU I

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

Artikolu 72

Prinċipji ġenerali tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

Is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għandhom, f’konformità mal-Artikolu 4(8), jipprovdu għal:

(a) 

deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta’ kull korp involut fil-ġestjoni u l-kontroll, u fl-allokazzjoni tal-funzjonijiet fi ħdan kull korp;

(b) 

konformità mal-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet bejn dawn il-korpi u fi ħdanhom;

(c) 

proċeduri li jiżguraw il-korrettezza u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata;

(d) 

sistemi kompjuterizzati għall-kontabilità, għall-ħżin u t-trażmissjoni ta’ dejta finanzjarja u dejta dwar indikaturi, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar;

(e) 

sistemi għar-rappurtar u għall-monitoraġġ fejn il-korp responsabbli jafda t-twettiq tal-kompiti f'idejn korp ieħor;

(f) 

arranġamenti għall-verifika tal-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll;

(g) 

sistemi u proċeduri sabiex jiżguraw proċess ta’ verifika xieraq;

(h) 

il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet, inklużi frodi, u l-irkupru ta’ ammonti li ma kellhom jitħallsu, flimkien ma’ kwalunkwe interessi fuq pagamenti li saru tard.

Artikolu 73

Responsabbiltajiet skont ġestjoni kondiviża

F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ programmi f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

Artikolu 74

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi ta’ ġestjoni, kontroll u awditjar u jassumu r-responsabbiltajiet li huma stabbiliti fir-regoli dwar il-ġestjoni kondiviża stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u r-regoli speċifiċi għall-Fondi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom għall-programmi huma stabbiliti skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi u li dawk is-sistemi jaħdmu b’mod effettiv.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm fis-seħħ arranġamenti effettivi għall-eżami ta' lmenti dwar il-Fondi ESI. L-għan, ir-regoli u l-proċeduri li jikkonċernaw dawn l-arranġamenti għandhom ikunu r-responsabilità tal-Istati Membri skont il-qafas ġuridiku u istituzzjonali tagħhom. L-Istati Membri għandhom, fuq talba mill-Kummissjoni, jeżaminaw ilmenti sottomessi lill-Kummissjoni li jaqgħu fl-ambitu tal-arranġamenti tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fuq talba, dwar ir-riżultati ta’ dak l-eżami.

4.  L-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jitwettqu permezz ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li magħhom dik is-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika għandha tikkonforma. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).



KAPITOLU II

Setgħat u responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

Artikolu 75

Setgħat u responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tissodisfa ruħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inklużi informazzjoni dwar il-ħatra ta’ korpi responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll, id-dokumenti pprovduti kull sena, skont l- ►M6  Artikolu 63(5), (6) u (7) tar-Regolament Finanzjarju ◄ , minn dawk il-korpi maħtura, ir-rapporti ta’ kontroll, ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u l-awditjar imwettaq mill-korpi nazzjonali u tal-Unjoni, li l-Istati Membri stabbilixxew sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-Fondi u li dawk is-sistemi jaħdmu b’mod effettiv matul l-implimentazzjoni tal-programmi.

2.  L-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu awditjar jew kontrolli fuq il-post bil-kondizzjoni li jingħata avviż minn qabel ta' mill-anqas 12 il-ġurnata tax-xogħol lill-awtorità nazzjonali kompetenti, ħlief f’każijiet urġenti. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità billi tikkunsidra l-ħtieġa li tiġi evitata duplikazzjoni mhux ġustifikata ta' verifiki jew kontrolli mwettqa mill-Istati Membri, il-livell ta' riskju għall-baġit tal-Unjoni u l-ħtieġa li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji f'konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan l-awditjar jew kontrolli jista’ jinkludi, b’mod partikolari, il-verifika tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fi programm jew parti minnu, f'operazzjonijiet u valutazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja soda ta’ operazzjonijiet jew ta' programmi. Uffiċjali jew rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f'tali awditi jew kontrolli.

Uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni, li jkunu ngħataw is-setgħa li jwettqu l-verifiki jew kontrolli fuq il-post, għandu jkollhom aċċess għar-rekords kollha meħtieġa, għad-dokumenti u għall-metadata kollha, marbuta man-nefqa kofinanzjata mill-Fondi ESI jew mas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, irrispettivament mill-mezz li bih jinħażnu. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kopji ta’ dawn ir-rekords, dokumenti u metadejta lill-Kummissjoni meta jintalbu.

Is-setgħat stabbiliti f'dan il-paragrafu m'għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriservaw ċerti atti għal aġenti ddeżinjati speċifikament mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-uffiċjali tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jieħdu sehem, inter alia, fi żjarat fid-djar jew fl-intervisti formali ta’ persuni fi ħdan il-qafas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, tali uffiċjali u rappreżentanti għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni hekk miksuba mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-qrati nazzjonali u b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti legali kkonċernati.

▼M6

2a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtorità nazzjonali kompetenti:

(a) 

l-abbozz ta’ rapport tal-awditjar mill-awditu jew il-verifika fuq il-post fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta’ dak l-awditu jew dik il-verifika;

(b) 

ir-rapport tal-awditjar finali fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni ta’ tweġiba sħiħa mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-abbozz ta’ rapport tal-awditjar mill-awditu jew verifika fuq il-post ikkonċernati.

Ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom isiru disponibbli fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dawk il-punti f’tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jinkludi l-perijodu li jibda mid-data wara d-data li fiha l-Kummissjoni tibgħat it-talba tagħha għal informazzjoni addizzjonali lill-Istat Membru u jdum sakemm l-Istat Membru jwieġeb għal dik it-talba.

Dan il-paragrafu ma għandux ikun applikabbli għall-FAEŻR.

▼B

3.  Il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li Stat Membru jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżgura t-tħaddim effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tiegħu jew il-korrettezza tan-nefqa skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.



TITOLU IX

ĠESTJONI FINANZJARJA, EŻAMI U AĊĊETTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KORREZZJONIJIET FINANZJARJI, DIŻIMPENN



KAPITOLU I

Ġestjoni finanzjarja

Artikolu 76

Impenji tal-Baġit

L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull programm għandhom isiru f’pagamenti annwali għal kull Fond matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2020. L-impenji baġitarji relatati mar-riżerva ta' prestazzjoni f'kull programm għandhom isiru b'mod separat mill-allokazzjoni li jkun fadal għall-programm.

►C1  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament fis-sens tal- ►M6  Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju ◄  ◄ u ladarba tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat, tkun impenn legali fis-sens ta’ dak ir-Regolament.

Għal kull programm, l-impenji baġitarji għall-ewwel pagament parzjali għandhom isegwu l-adozzjoni tal-programm mill-Kummissjoni.

L-impenji baġitarji għall-pagamenti parzjali sussegwenti għandhom isiru mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, abbażi tad-deċiżjoni li hemm referenza għaliha fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, għajr fejn japplika l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju.

B'segwitu għall-applikazzjoni tal-qafas ta' prestazzjoni b'konformità mal-Artikolu 22, meta l-prijoritajiet ma jkunux kisbu l-miri prinċipali tagħhom, il-Kummissjoni, fejn meħtieġ, għandha tiddiżimpenja l-approprjazzjonijiet korrispondenti li ġew impenjati għall-programmi kkonċernati bħala parti mir-riżerva ta' prestazzjoni u għandha terġa' tagħmilhom disponibbli għall-programmi li għalihom tkun żdiedet l-allokazzjoni b'riżultat ta' emenda approvata mill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 22(5).

Artikolu 77

Regoli komuni għall-pagamenti

1.  Il-pagamenti mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-Fondi ESI għal kull programm għandhom isiru skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u soġġett għall-finanzjament disponibbli. Kull pagament għandu jkun assenjat lill-impenn tal-baġit miftuħ tal-Fond ikkonċernat li jmur l-aktar lura fiż-żmien.

2.  Il-pagamenti relatati mal-impenji tar-riżerva ta' prestazzjoni m'għandhomx isiru qabel l-allokazzjoni definittiva tar-riżerva ta' prestazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 22(3) u (4).

3.  Il-pagamenti għandhom jieħdu l-forma ta' prefinanzjament, pagamenti interim u pagament tal-bilanċ finali.

4.  Għal forom ta’ sostenn skont il-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) u skont l-Artikoli 68 u 69, l-ispejjeż ikkalkolati skont il-bażi applikabbli għandhom jitqiesu bħala nfiq eleġibbli.

Artikolu 78

Regoli komuni sabiex jiġu kalkolati l-pagamenti interim, u l-pagament tal-bilanċ finali

Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għandhom jistipulaw ir-regoli għall-kalkulazzjoni tal-ammont rimborsat bħala pagamenti interim u tal-bilanċ finali. Dak l-ammont se jkun funzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament speċifika applikabbli għan-nefqa eleġibbli.

Artikolu 79

▼C1

Applikazzjonijiet għal pagament

▼B

►C1  1.  Il-proċedura speċifika u l-informazzjoni li għandhom jiġu mressqa għal applikazzjonijiet għal pagament f'relazzjoni ma' kull Fond ESI ◄ għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

►C1  2.  L-applikazzjoni għal pagament li għandha titressaq lill-Kummissjoni għandha tipprovdi ◄ l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tipproduċi kontijiet skont l- ►M6  Artikolu 82(2) tar-Regolament Finanzjarju ◄ .

Artikolu 80

Użu tal-euro

L-ammonti stabbiliti fil-programmi mressqin mill-Istati Membri, ►C1  it-tbassir tan-nefqa, l-applikazzjonijiet għal pagament, il-kontijiet u n-nefqa msemmija fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali għandhom ikunu denominati fil-munita euro. ◄

Artikolu 81

Pagament ta’ prefinanzjament inizjali

1.  Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm, ammont inizjali ta' prefinanzjament għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni għandu jitħallas mill-Kummissjoni. L-ammont ta’ prefinanzjament inizjali għandu jitħallas fi pagamenti parzjali skont il-ħtiġijiet baġitarji. Il-livell tal-pagamenti bin-nifs għandhom jiġu ddefiniti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

2.  Il-prefinanzjament inizjali għandu jintuża biss għal pagamenti lill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm. Għandu jitpoġġa minnufih għad dispożizzjoni tal-korp responsabbli għal dak il-għan.

Artikolu 82

Saldu tal-prefinanzjament

L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali għandu jiġi saldat għal kollox mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm.

Artikolu 83

Interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-pagament

1.  Id-data tal-għeluq għal talba ta’ pagament interim tista’ tiġi interrotta mill-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b’delega fi ħdan it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju għal perjodu massimu ta’ sitt xhur jekk:

(a) 

wara informazzjoni provduta minn korp ta’ verifika nazzjonali jew tal-Unjoni, ikun hemm provi ċari li jissuġġerixxu nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta' kontroll;

▼C1

(b) 

l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b'delega għandu jwettaq verifiki addizzjonali wara li jkun ġie mgħarraf b'informazzjoni li twissi lil dak l-uffiċjal li n-nefqa f'applikazzjoni għal pagament hija marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji;

▼B

(c) 

ma jiġix imressaq wieħed mid-dokumenti meħtieġa skont l- ►M6  Artikolu 63(5), (6) u (7) tar-Regolament Finanzjarju ◄ .

L-Istat Membru jista’ jaqbel li l-perjodu ta’ interruzzjoni jiġi estiż għal tliet xhur oħra.

Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu bażi speċifiċi għall-interruzzjoni tal-pagamenti marbuta man-nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli taħt il-Politika Komuni tas-Sajd, li għandha tkun proporzjonata, billi tqis in-natura, il-gravità, it-tul u r-rikorrenza tan-nuqqas ta' konformità.

2.  L-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b’delega għandu jillimita l-interruzzjoni għall-parti tan-nefqa koperta mit-talba ta’ pagament affettwata mill-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, sakemm ma jkunx possibbli li tiġi identifikata l-parti tan-nefqa affettwata. L-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b’delega għandu jgħarraf bil-miktub lill-Istat Membru u lill-awtorità ta’ ġestjoni minnufih bir-raġuni għall-interruzzjoni u għandu jitlobhom jirmedjaw is-sitwazzjoni. L-interruzzjoni għandha tinġieb fi tmiemha mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega hekk kif ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa.



KAPITOLU II

Eżami u aċċettazzjoni tal-kontijiet

Artikolu 84

Data ta’ skadenza għall-eżami u aċċettazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni

Sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara tmiem il-perjodu kontabilistiku, il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal- ►M6  Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju ◄ , tapplika proċeduri għall-eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet u tinforma lill-Istat Membru dwar jekk taċċettax li l-kontijiet huma sħaħ, preċiżi u veri, skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.



KAPITOLU III

Korrezzjonijiet finanzjarji

Artikolu 85

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji billi tħassar il-kontribuzzjoni kollha tal-Unjoni, jew parti minnha, lejn programm, u twettaq l-irkupru mill-Istati Membri sabiex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li tkun bi ksur tal-liġi applikabbli.

2.  Ksur tad-dritt applikabbli għandu jwassal għal korrezzjoni finanzjarja biss fir-rigward tan-nefqa li ġiet dikjarata lill-Kummissjoni u meta jkun hemm waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin issodisfata:

(a) 

il-ksur affettwa l-għażla ta' operazzjoni mill-korp responsabbli għall-appoġġ mill-Fondi ESI jew f'każijiet fejn, minħabba n-natura tal-ksur, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit dak l-impatt imma hemm riskju ssostanzjat li l-ksur kellu tali effett;

(b) 

il-ksur affettwa l-ammont ta' nefqa ddikjarata għal rimborż mill-baġit tal-Unjoni jew f'każijiet fejn, minħabba n-natura tal-ksur, mhuwiex possibbli li jiġi kwantifikat l-impatt finanzjarju tiegħu imma hemm riskju issostanzjat li l-ksur kellu tali effett.

3.  Meta tiddeċiedi dwar il-korrezzjoni finanzjarja taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità billi tikkunsidra n-natura u l-gravità tal-ksur tal-liġi applikabbli u l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat bid-deċiżjonijiet meħuda biex tapplika korrezzjonijiet finanzjarji.

4.  Il-kriterji u l-proċeduri għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi



KAPITOLU IV

Diżimpenn

Artikolu 86

Prinċipji

►C1  1.  Il-programmi kollha għandhom jiġu sottomessi għal proċedura ta’ diżimpenn stabbilita fuq il-bażi li għandhom jiġu diżimpenjati dawk l-ammonti marbutin ma' impenn li mhumiex koperti minn prefinanzjament jew minn applikazzjoni għal pagament fi żmien perjodu definit, inkluż kwalunkwe applikazzjoni għal pagament ◄ li kollu jew parti minnu jkun suġġett għal interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagament jew sospensjoni tal-pagamenti.

2.  L-impenn relatat mal-aħħar sena tal-perjodu għandu jiġi diżimpenjat skont ir-regoli li għandhom jiġu segwiti għall-għeluq tal-programmi.

3.  Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għandhom jispeċifikaw l-applikazzjoni preċiża tar-regola ta’ diżimpenn għal kull Fond ESI.

4.  Il-parti tal-impenji li tkun għadha miftuħa għandha tiġi diżimpenjata jekk kwalunkwe wieħed mid-dokumenti meħtieġa għall-għeluq ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni sad-dati ta’ skadenza stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

5.  L-impenji baġitarji fir-rigward tar-riżerva ta' prestazzjoni għandhom ikunu soġġetti biss għall-proċedura ta' diżimpenn stabbilita fil-paragrafu 4.

Artikolu 87

Eċċezzjoni għad-diżimpenn

1.  L-ammont ikkonċernat minn diżimpenn għandu jitnaqqas bl-ammonti ekwivalenti għal dik il-parti tal-impenn baġitarju li għaliha:

(a) 

l-operazzjonijiet huma sospiżi minn proċedura ġuridika jew appell amministrattiv li għandhom effett ta’ sospensjoni; jew

►C1  (b) 

ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni għal pagament ◄ minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri li jaffettwaw b’mod serju l-implimentazzjoni tal-programm kollu jew parti minnu.

L-awtoritajiet nazzjonali li jiddikjaraw forza maġġuri taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom juru l-konsegwenzi diretti tagħha fuq l-implementazzjoni tal-programm kollu jew ta' parti minnu.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, it-tnaqqis imsemmi hawn fuq jista' jintalab darba, jekk is-suspensjoni jew il-forza maġġuri tkun damet mhux iktar minn sena, jew għadd ta' drabi li jikkorrispondu għad-durata tal-force majeure jew l-għadd ta' snin bejn id-data tad-deċiżjoni ġuridika jew amministrattiva li tissospendi l-implementazzjoni tal-operazzjoni u d-data tad-deċiżjoni ġuridika jew amministrattiva finali.

2.  Sal-31 ta’ Jannar, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-eċċezzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għall-ammont li jrid jiġi dikjarat sat-tmiem tas-sena preċedenti.

Artikolu 88

Proċedura

1.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf fi żmien xieraq lill-Istat Membru u lill-awtoritajiet kkonċernati kull meta jkun hemm riskju ta’ applikazzjoni tar-regola ta' diżimpenn taħt l-Artikolu 86.

2.  Abbażi tal-informazzjoni li tkun irċeviet sal-31 ta' Jannar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru u lill-awtorità ta’ ġestjoni dwar l-ammont tad-diżimpenn li jirriżulta minn dik l-informazzjoni.

3.  L-Istat Membru għandu jkollu xahrejn biex jaqbel dwar l-ammont li għandu jiġi diżimpenjat jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

4.  L-Istat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju pjan ta’ finanzjament rivedut li jirrifletti għas-sena finanzjarja kkonċernata l-ammont imnaqqas ta’ sostenn rigward prijorità waħda jew iktar tal-programm b’kunsiderazzjoni tal-allokazzjoni mill-Fond u skont il-kategorija ta’ reġjun, kif ikun xieraq. Fin-nuqqas li ssir din is-sottomissjoni, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-pjan ta’ finanzjament billi tnaqqas il-kontribuzzjoni mill-Fondi ESI għas-sena finanzjarja kkonċernata. Dak it-tnaqqis għandu jiġi allokat għal kull prijorità b’mod proporzjonat.

5.  Il-Kummissjoni għandha temenda d-deċiżjoni li tadotta l-programm, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru.



PARTI TLIETA

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI APPLIKABBLI GĦALL-FEŻR, L-FSE U L- FOND TA' KOEŻJONI



TITOLU I

OBJETTIVI U L-QAFAS FINANZJARJU



KAPITOLU I

Missjoni, għanijiet u kopertura ġeografika tas-sostenn

Artikolu 89

Missjoni u għanijiet

1.  Il-Fondi għandhom jikkontribbwixxu għall-iżvilupp u l-insegwiment tal-azzjonijiet tal-Unjoni li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha skont l-Artikolu 174 tat-TFUE.

L-azzjonijiet sostnuti mill-Fondi għandhom jikkontribbwixxu wkoll għat-twettiq tal-istrateġija tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

2.  Għall-finijiet tal-missjoni msemmija fil- paragrafu 1, għandhom jiġu segwiti l-għanijiet li ġejjin:

(a) 

Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fi Stati Membri u reġjuni, li għandu jiġi sostnut mill-Fondi; u

(b) 

kooperazzjoni territorjali Ewropea, li għandha tiġi sostnuta mill-FEŻR.

Artikolu 90

Għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

1.  Il-Fondi Strutturali għandhom isostnu l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni 'NUTS livell 2') stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 ( 24 ) u emendata bir-Regolament (KE) Nru 105/2007.

2.  Riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati fost it-tliet kategoriji tan-NUTS livell 2 li ġejjin:

(a) 

reġjuni anqas żviluppati, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa anqas minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

(b) 

reġjuni ta’ tranżizzjoni, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa bejn 75 % u 90 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(c) 

reġjuni aktar żviluppati, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa ogħla minn 90 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

Il-klassifikazzjoni tar-reġjuni f’waħda mit-tliet kategoriji ta’ reġjuni għandha tkun iddeterminata abbażi ta’ kif il-PDG minn ras għal ras tagħhom f’kull reġjun, imkejjel f’paritajiet ta’ poter ta’ akkwist (PPS) u kkalkolat abbażi tal-figuri tal-Unjoni għall-perjodu 2007 – 2009, jirrelata mal-medja tal-PDG tal-UE-27 għall-istess perjodu ta’ referenza.

3.  Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jsostni lil dawk l-Istati Membri li l-ING l-per capita tagħhom, imkejjel f'PPSu kkalkolat abbażi tal-figuri tal-Unjoni għall-perjodu 2008 - 2010, ikun inqas minn 90 % tal-medja tal-ING minn ras għal ras tal-UE-27 għall-istess perjodu ta’ referenza.

L-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni fl-2013, iżda li l-ING minn ras għal ras tagħhom jaqbeż id-90 % tal-medja tal-ING minn ras għal ras tal-UE-27 kif ikkalkolat taħt l-ewwel subparagrafu għandhom jirċievu sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni fuq bażi tranżizzjonali u speċifika.

4.  Immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxi l-lista ta’ reġjuni li jissodisfaw il-kriterji tat-tliet kategoriji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u tal-Istati Membri li jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 3. Dik il-lista għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

5.  Fl-2016, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-eliġibbiltà tal-Istati Membri għall-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni tal-ING għall-perjodu 2012 - 2014 għall-UE-27. Dawk l-Istati Membri li l-ING nominali tagħhom per capita jaqa' taħt 90 % tal-medja tal-ING per capita tal-UE-27 għandhom isiru mill-ġdid eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni u dawk l-Istati Membri li kienu eliġibbli għall-Fond ta' Koeżjoni u li l-ING nominali per capita tagħhom jaqbeż 90 % għandhom jitilfu l-eliġibbiltà tagħhom u għandhom jirċievu appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni fuq bażi tranżitorja u speċifika.



KAPITOLU II

Qafas finanzjarju

Artikolu 91

Riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

▼M8

1.  Ir-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenn baġitarju għall-perijodu 2014 - 2020 għandhom ikunu EUR 330 081 919 243 fi prezzijiet tal-2011, b'konformità mad-diżaggregazzjoni annwali stabbilita fl-Anness VI, li minnhom EUR 325 938 694 233 jirrappreżentaw ir-riżorsi globali allokati għall-FEŻR, għall-FSE u għall-Fond ta' Koeżjoni, u EUR 4 143 225 010 jirrappreżentaw allokazzjoni speċifika għall-YEI. Għall-finijiet ta' programmazzjoni u tal-inklużjoni sussegwenti fil-baġit tal-Unjoni, l-ammont tar-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandu jkun indiċizzat għal 2 % kull sena.

▼B

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi r-rendikont annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru, taħt l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, u r-rendikont annwali tar-riżorsi mill-allokazzjoni speċifika għall-YEI għal kull Stat Membru flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli, f'konformità rispettivament mal-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fl-Annessi VII u VIII rispettivament, mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 92(8).

▼M3

3.  0,35 % tar-riżorsi globali wara t-tnaqqis tal-appoġġ għall-FNE imsemmija fl-Artikolu 92(6) u għall-għajnuna għal dawk l-aktar fil-bżonn imsemmija fl-Artikolu 92(7) jiġu allokati għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, li minnhom massimu ta' EUR 112 233 000 fi prezzijiet attwali għandhom jiġu allokati għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali stabbiliti mir-Regolament (UE) 2017/825 għall-użu fl-ambitu u l-għan ta' dak il-programm.

▼B

Artikolu 92

Riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea

▼M7

1.  Ir-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 96,09  % tar-riżorsi globali (jiġifieri, total ta’ EUR 317 073 545 392 ) u għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a) 

51,52  % (jiġifieri, total ta’ EUR 163 359 380 738 ) għar-reġjuni anqas żviluppati;

(b) 

10,82  % (jiġifieri, total ta’ EUR 34 319 221 039 ) għar-reġjuni fi tranżizzjoni;

(c) 

16,33  % (jiġifieri, total ta’ EUR 51 773 321 432 ) għar-reġjuni aktar żviluppati;

(d) 

20,89  % (jiġifieri, total ta’ EUR 66 236 030 665 ) għall-Istati Membri sostnuti mill-Fond ta’ Koeżjoni;

(e) 

0,44  % (jiġifieri, total ta’ EUR 1 385 591 518 ) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u għar-reġjuni tan-NUTS livell 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994.

▼B

2.  Barra mill-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 91 u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għas-snin 2014 u 2015, ammont ulterjuri ta' EUR 94 200 000 u ta' EUR 92 400 000 rispettivament għandhom jiġu magħmula disponibbli kif stabbilit fl-"Aġġustamenti Addizzjonali" taħt l-Anness VII. Dawk l-ammonti għandhom jiġu ġustifikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 91(2).

►C1  3.  Fl-2016, il-Kummissjoni għandha, fl-aġġustament tekniku tagħha għas-sena 2017 f'konformità mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, tirrevedi l-allokazzjonijiet totali taħt l-għan Investmenti għat-Tkabbir u l-Impjiegi ta' kull Stat Membru għall-2017-2020, bl-applikazzjoni tal-metodu ta' allokazzjoni stabbilit fil-paragrafi 1 sa 16 tal-Anness VII fuq il-bażi tal-istatistika l-aktar reċenti disponibbli u tat-tqabbil, għall-Istati Membri b'limiti massimi, bejn il-PDG nazzjonali akkumulat osservat għas-snin 2014-2015 u l-PDG nazzjonali akkumulat għall-istess perjodu stmat fl-2012 f'konformità mal-paragrafu 10 tal-Anness VII. Fejn hemm diverġenza kumulattiva ta' aktar minn +/-5 % bejn l-allokazzjonijiet riveduti u l-allokazzjonijiet totali, l-allokazzjonijiet totali għandhom jiġu aġġustati b'mod korrispondenti. F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, l-aġġustamenti għandhom jitqassmu fi proporzjonijiet ugwali ◄ tul is-snin 2017-2020 u l-limiti massimi korrispondenti tal-qafas finanzjarju għandhom jiġu mmodifikati b'mod korrispondenti. L-effett nett totali tal-aġġustamenti, sew jekk pożittiv jew negattiv, ma għandux jaqbeż EUR 4 000 000 . Wara l-aġġustament tekniku, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jfasslu rendikont annwali rivedut tar-riżorsi globali għal kull Stat Membru.

4.  Sabiex jiġi żgurat li biżżejjed investiment ikun immirat lejn l-impjiegi taż-żgħażagħ, il-mobilità tal-ħaddiema, l-għarfien, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, is-sehem tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali disponibbli għall-ipprogrammar għall-programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi allokat lill-FSE f’kull Stat Membru ma għandux ikun inqas mis-sehem korrispondenti tal-FSE għal dak l-Istat Membru kif stipulat fil-programmi operazzjonali għall-objettivi tal-Konverġenza u tal-Kompetittività reġjonali u tal-impjiegi għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Ma' dak is-sehem għandu jiżdied ammont addizzjonali għal kull Stat Membru determinat skont il-metodu stabbilit fl-Anness IX sabiex jiġi żgurat li s-sehem tal-FSE bħala perċentwal tar-riżorsi totali kombinati għall-Fondi fil-livell tal-Unjoni, minbarra l-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-infrastruttura tat-trasport skont il-FNE imsemmi fil-paragrafu 6 u l-appoġġ mill-Fondi Strutturali għal għajnuna għal dawk l-aktar fil-bżonn imsemmija fil-paragrafu 7, fl-Istati Membri mhuwiex anqas minn 23,1 %. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-investiment provdut mill-FSE għall-YEI għandu jitqies li jkun parti mis-sehem ta’ Fondi Strutturali allokat lill-FSE

▼M8

5.  Ir-riżorsi għall-YEI għandhom jammontaw għal EUR 4 143 225 010 mill-allokazzjoni speċifika għall-YEI, li minnhom EUR 99 573 877 jikkostitwixxu riżorsi addizzjonali għall-2019. Dawk ir-riżorsi għandhom jiġu kkomplementati mill-investiment immirat tal-FSE b'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-FSE.

L-Istati Membri li jibbenefikaw minn riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI għall-2019 kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jitolbu t-trasferiment lill-FSE sa 50 % tar-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI, bil-għan li jiġi kkonstitwit l-investiment immirat korrispondenti tal-FSE kif meħtieġ mill-Artikolu 22 tar-Regolament tal-FSE. Tali trasferiment għandu jsir għall-kategoriji rispettivi ta' reġjuni li jikkorrispondu għall-kategorizzazzjoni tar-reġjuni eliġibbli għaż-żieda tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI. L-Istati Membri għandhom jitolbu t-trasferiment fit-talba għal emenda tal-programm b'konformità mal-Artikolu 30(1) ta' dan ir-Regolament. Ir-riżorsi allokati għas-snin li għaddew ma jistgħux jiġu ttrasferiti.

It-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu japplika għar-riżorsi addizzjonali kollha għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI li jżidu ir-riżorsi 'l fuq minn EUR 4 043 651 133 .

▼B

6.  L-ammont ta' sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni li għandu jiġi ttrasferit għall-FNE għandu jkun ta’ EUR 10 000 000 000 . Huwa għandu jintefaq fuq proġetti ta' infrastruttura tat-trasport f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 esklussivament fi Stati Membri eliġibbli għall-fondi mill-Fond ta' Koeżjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxi l-ammont li għandu jiġi trasferit mill-allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni ta' kull Stat Membru għall-FNE liema ammont għandu jiġi ddeterminat fuq bażi pro rata, għall-perjodu sħiħ. L-allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni ta' kull Stat Membru għandha titnaqqas skont dan.

L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu għas-sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jiddaħħlu fil-linji tal-baġit rilevanti tal-FNE mill-eżerċizzju tal-baġit tal-2014.

L-ammont ittrasferit mill-Fond ta' Koeżjoni lill-FNE, imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għandu jiġi implimentat billi jitniedu sejħiet speċifiċi għal proġetti li jimplimentaw netwerks ċentrali għal u attivitajiet orizzontali identifikati fil-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1316/2013

Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport taħt ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013għandhom japplikaw għas-sejħiet speċifiċi msemmijin fir-raba' subparagrafu. Sal-31 ta' Diċembru 2016, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandhom jirrispettaw l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni. Mill-1 ta' Jannar 2017, ir-riżorsi trasferiti għall-FNE li ma jkunux ġew impenjati għal proġett tal-infrastruttura tat-trasport għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond ta' Koeżjoni biex jiġu ffinanzjati proġetti tal-infrastruttura tat-trasport f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

Sabiex jiġu appoġġjati Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet fid-disinn ta' proġetti li huma ta' maturità, kwalità suffiċjenti, jew it-tnejn, u li għandhom valur miżjud suffiċjenti għall-Unjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi mmirati lejn it-tisħiħ l-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza ta' amministrazzjonijiet pubbliċi u servizzi pubbliċi b'relazzjoni mal-iżvilupp u l-proġetti ta' implimentazzjoni elenkati fil-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1316/2013. Biex jiġi żgurat l-ogħla assorbiment possibbli ta' fondi trasferiti fl-Istati Membri kollha eliġibbli għall-fondi mill-Fond ta' Koeżjoni, il-Kummissjoni tista' torganizza sejħiet addizzjonali.

7.  Is-sostenn mill-Fondi Strutturali għal għajnuna lil dawk l-aktar fil-bżonn taħt l-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi ma għandux ikun inqas minn EUR 2 500 000 000 u jista' jiżdied sa EUR 1 000 000 000 b'appoġġ addizzjonali fuq bażi volontarja mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxi l-ammont li għandu jiġi trasferit mill-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali ta’ kull Stat Membru għal għajnuna lil dawk l-aktar fil-bżonn, għall-perjodu sħiħ. L-allokazzjoni tal-Fond Strutturali ta’ kull Stat Membru għandha titnaqqas kif meħtieġ, fuq il-bażi ta' tnaqqis pro rata skont il-kategorija tar-reġjun.

L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu għas-sostenn mill-Fondi Strutturali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiddaħħlu fil-linji tal-baġit rilevanti tal-għajnuna għall-istrument dwar il-persuni l-aktar fil-bżonn mal-eżerċizzju tal-baġit tal-2014.

8.  EUR 330 000 000 tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għall-azzjonijiet innovattivi taħt ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli.

▼M5

9.  Ir-riżorsi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal 2,69 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu bejn 2014-2020 (jiġifieri total ta' EUR 8 865 148 841 ).

▼B

10.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 18, 91, 93, 95, 99, 120, l-Anness I u l-Anness X ta' dan ir-Regolament, tal-Artikolu 4 tar-Regolament FEŻR, l-Artikolu 4 u l-Artikoli 16 sa 32 tar-Regolament FSE, l-Artikolu 3(3) tar-Regolament KTE, ir-reġjun imbiegħed ta’ Mayotte għandu jitqies bħala reġjun NUTS livell 2 u jaqa’ fil-kategorija ta’ reġjuni anqas żviluppati. Għall-finijiet tal-Artikoli 3(1) u (2) tar-Regolament KTE, Mayotte u Saint Martin għandhom jitqiesu bħala reġjuni NUTS livell 3.

Artikolu 93

Nontrasferibbiltà tar-riżorsi bejn kategoriji ta' reġjuni

1.  It-total tal-approprjazzjonijiet allokati lil kull Stat Membru fir-rigward ta’ reġjuni inqas żviluppati, reġjuni ta’ tranżizzjoni u reġjuni aktar żviluppati m'għandhomx ikunu trasferibbli bejn dawk il-kategoriji ta’ reġjuni.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ taċċetta, f’ċirkostanzi ġġustifikati kif mistħoqq li huma marbuta mal-implimentazzjoni ta’ objettiv tematiku wieħed jew aktar, proposta minn Stat Membru fl-ewwel sottomissjoni tiegħu tal-Ftehim tas-Sħubija jew, f'ċirkostanzi ġustifikati debitament, fil-mument tal-allokazzjoni tar-riserva tal-prestazzjoni, jew f'reviżjoni estensiva tal-Ftehim ta' Sħubija, li jittrasferixxi sa 3 % tal-approprjazzjoni totali għal kategorija ta’ reġjuni lil kategoriji oħra ta’ reġjuni.

Artikolu 94

Non-trasferibbiltà tar-riżorsi bejn l-għanijiet

1.  L-approprjazzjonijiet totali allokati lil kull Stat Membru fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea ma għandhom ikunu trasferibbli bejn dawk l-għanijiet.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', sabiex iżomm il-kontribuzzjoni effettiva tal-Fondi lill-missjonijiet imsemmija fl-Artikolu 89(1), f'ċirkostanzi debitament ġustifikati, u suġġett għall-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 3, taċċetta, bis-saħħa ta' att ta' implimentazzjoni, proposta minn Stat Membru fl-ewwel sottomissjoni tiegħu tal-Ftehim ta' Sħubija li jittrasferixxi parti mill-approprjazzjonijiet tiegħu għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea lill-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi.

3.  Is-sehem mill-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea fl-Istat Membru li jagħmel il-proposta msemmija fil-paragrafu 2 ma għandux ikun anqas minn 35 % tat-total allokat lil dak l-istat Membru fir-rispett tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, u wara t-trasferiment għandu jkun mhux inqas minn 25 % ta' dak it-total.

Artikolu 95

Addizzjonalità

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u l-Anness X, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(1) 

“formazzjoni ta’ kapital fiss gross” tfisser l-akkwiżizzjonijiet kollha tal-produtturi residenti, bl-oġġetti ta’ valur disponibbli mnaqqsa, ta’ assi fissi matul perjodu partikolari u ċerti żidiet għall-valur ta’ assi mhux prodotti realizzati mill-attività produttiva ta’ produttur jew unitajiet istituzzjonali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 ( 25 );

▼C2

(2) 

“assi fissi” tfisser l-assi tanġibbli u mhux tanġibbli kollha prodotti bħala outputs mill-proċessi ta' produzzjoni li huma stess jintużaw b’mod ripetut, jew kontinwament, fil-proċess ta’ produzzjoni għal aktar minn sena waħda;

▼B

(3) 

“gvern ġenerali” tfisser it-totalità ta' unitajiet istituzzjonali li, flimkien mat-twettiq tar-responsabbiltajiet politiċi tagħhom u r-rwol tagħhom ta' regolamentazzjoni ekonomika, jipproduċu servizzi prinċipalment mhux tas-suq (possibbilment oġġetti) għall-konsum individwali u kollettiv u jiddistribbwixxu mill-ġdid id-dħul u l-ġid;

(4) 

“nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti” tfisser il-formazzjoni tal-kapital fiss gross tal-gvern ġenerali;

2.  Is-sostenn mill-Fondi għall-mira ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandux jieħu post in-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti minn Stat Membru.

3.  L-Istati Membri għandhom iżommu għall-perjodu 2014-2020 livell ta’ nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti, bħala medja kull sena, mill-inqas ugwali għal-livell ta’ referenza stabbilit fil-Ftehim ta’ Sħubija.

Fl-iffissar tal-livell ta’ referenza msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jqisu l-kondizzjonijiet makroekonomiċi ġenerali u ċ-ċirkostanzi speċifiċi jew eċċezzjonali, bħal privatizzazzjonijiet, livell eċċezzjonali ta’ nefqa strutturali pubblika jew l-ekwivalenti tagħha minn Stat Membru fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 u l-evoluzzjoni ta’ indikaturi oħra tal-investiment pubbliku. Għandhom ukoll iqisu bidliet fl-allokazzjonijiet nazzjonali mill-Fondi kif imqabbel mas-snin 2007-2013.

4.  Verifika ta’ jekk il-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi jkunx inżamm għall-perjodu għandha sseħħ biss f’dawk l-Istati Membri li fihom, ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru mill-inqas 15 % tat-total tal-popolazzjoni.

F’dawk l-Istati Membri li fihom, ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru mill-inqas 65 %tal-popolazzjoni totali, il-verifika għandha sseħħ fuq livell nazzjonali.

F’dawk l-Istati Membri, li fihom ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru aktar minn 15 % u inqas minn 65 % tal-popolazzjoni totali, il-verifika għandha sseħħ fuq livell nazzjonali u reġjonali. Għal dik il-fini, dawk l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar in-nefqa fir-reġjuni anqas żviluppati u ta' tranżizzjoni f'kull stadju tal-proċess tal-verifika.

5.  Il-verifika ta’ jekk il-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi tkunx inżammet għandha sseħħ fil-ħin tas-sottomissjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija (il-"verifika ex ante"), fl-2018 (il-"verifika ta’ nofs it-terminu"), u fl-2022 (il-"verifika ex post").

Ir-regoli dettaljati relatati mal-verifika tal-addizzjonalità huma stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness X.

6.  Jekk jiġi stabbilit mill-Kummissjoni fil-verifika ex post li Stat Membru ma jkunx żamm il-livell ta’ referenza ta’ nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti stabbilit fil-Ftehim ta’ Sħubija u kif stabbilit fl-Anness X, il-Kummissjoni, b'relazzjoni mal-grad tan-nuqqas ta' konformità, tista’ twettaq korrezzjoni finanzjarja, permezz tal-adozzjoni ta' deċiżjoni bis-saħħa ta' att ta' implimentazzjoni. Fid-determinazzjoni dwar jekk għandhiex tagħmel korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tqis jekk is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istat Membru tkunx inbidlet b’mod sinifikanti mill-verifika ta’ nofs it-terminu. Ir-regoli dettaljati relatati mar-rati tal-korrezzjoni finanzjarja huma stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness X.

7.  Il-paragrafi 1 sa 6 ma għandhomx japplikaw għall-programmi taħt l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea.



TITOLU II

PROGRAMMAZZJONI



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi

Artikolu 96

Kontenut, adozzjoni u emenda tal-programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

1.  Programm operazzjonali għandu jikkonsisti f’assi ta' prijorità. Assi ta' prijorità għandu jikkonċerna Fond wieħed u kategorija ta’ reġjun waħda, minbarra fil-każ tal-Fond ta’ Koeżjoni, u għandu jikkorrispondi, mingħajr ħsara għall-Artikolu 59, għal objettiv tematiku u għandu jinkludi waħda jew aktar mill-prijoritajiet ta’ investiment ta’ dak l-objettiv tematiku f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Fejn hu xieraq u sabiex jiżdiedu l-impatt u l-effikaċja tiegħu permezz ta' approċċ integrat tematikament koerenti, assi ta' prijorità jista’:

(a) 

jikkonċerna iżjed minn kategorija waħda ta’ reġjuni;

(b) 

jikkombina prijorità kumplimentari waħda jew iżjed minn waħda mill-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FSE taħt għan tematiku wieħed;

(c) 

f’każijiet debitament ġustifikati jikkombina prijorità ta’ investiment kumplimentari waħda jew aktar minn objettivi tematikament differenti sabiex jilħaq il-kontribuzzjoni massima għal dak l-assi ta' prijorità;

(d) 

għall-FSE jikkombina prijoritajiet ta’ investiment minn objettivi tematiċi differenti stabbiliti fil-punti (8), (9), (10), u (11) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 sabiex tiġi faċilitata l-kontribuzzjoni tagħhom għal assi ta' prijorità oħra u sabiex jiġu implimentati l-innovazzjoni soċjali u l-kooperazzjoni transnazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jikkombinaw tnejn jew iżjed mill-għażliet fil-punti (a) sa (d).

2.  Programm operazzjonali għandu jikkontribwixxi għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u għall-kisba ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għandu jistabbilixxi:

(a) 

ġustifikazzjoni għall-għażla tal-objettivi tematiċi, il-prijoritajiet ta’ investiment u l-allokazzjonijiet finanzjarji korrispondenti, b’kont meħud tal-Ftehim ta’ Sħubija, abbażi tal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet reġjonali u, fejn xieraq, dawk nazzjonali, inkluża l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż adottati f’konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u r-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE, b’kont meħud tal-evalwazzjoni ex ante skont l-Artikolu 55;

(b) 

għal kull assi ta' prijorità għajr assistenza teknika:

(i) 

il-prijoritajiet ta’ investiment u l-objettivi speċifiċi korrispondenti;

(ii) 

sabiex tissaħħaħ l-orjentazzjoni tar-riżultati tal-programmazzjoni, ir-riżultati mistennija għal kull objettiv speċifiku, u r-riżultati korrispondenti tal-indikaturi komuni, b’valur bażi u valur tal-mira, fejn xieraq, kwantifikati f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fondi;

(iii) 

deskrizzjoni tat-tip u eżempji ta’ azzjonijiet li jridu jiġu sostnuti taħt kull prijorità ta’ investiment u l-kontribut mistenni minnhom għall-objettivi speċifiċi msemmija fil-punt (i) inklużi l-prinċipji ta’ gwida għall-għażla tal-operazzjonijiet u fejn xieraq, l-identifikazzjoni tal-gruppi fil-mira ewlenin, it-territorji speċifiċi mmirati, it-tipi ta’ benefiċjarji, l-użu ppjanat ta’ strumenti finanzjarji u l-proġetti kbar;

►C1  (iv) 

l-indikaturi tal-output, inkluż il-valur kwantifikat tal-mira, ◄ li huma mistennija jikkontribwixxu għar-riżultati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fondi, għal kull prijorità ta’ investiment;

(v) 

l-identifikazzjoni tal-passi ta’ implimentazzjoni u l-indikaturi finanzjarji u tal-output, u fejn xieraq, indikaturi tar-riżultati, li għandhom jintużawbħala għanijiet u miri għall-qafas ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 21(1) u l-Anness II;

(vi) 

il-kategoriji korrispondenti ta’ intervent ibbażati fuq nomenklatura adottata mill-Kummissjoni, u analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati;

(vii) 

fejn hu xieraq, sommarju tal-użu maħsub għall-għajuna teknika inklużi, fejn meħtieġa, azzjonijiet biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u kontroll tal-programmi u benefiċjarji;

(c) 

għal kull assi ta' prijorità li jikkonċerna assistenza teknika:

(i) 

objettivi speċifiċi;

(ii) 

ir-riżultati mistennija għal kull objettiv speċifiku, u, meta jkunu debitament ġustifikati minħabba l-kontenut tal-azzjonijiet, l-indikaturi tar-riżultati korrispondenti, b’valur tal-bażi u valur tal-mira, skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi;

(iii) 

deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu sostnuti u l-kontribut mistenni minnhom għall-objettivi speċifiċi msemmija f'punt (i);

▼C1

(iv) 

l-indikaturi tal-output li mistennija jikkontribwixxu għar-riżultati;

▼B

(v) 

il-kategoriji korrispondenti ta’ intervent ibbażati fuq nomenklatura adottata mill-Kummissjoni, u analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati.

Il-punt (ii) m’għandux japplika meta l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-assi ta’ prijorità jew ta’ prijoritajiet li jikkonċernaw l-assistenza teknika fi programm operattiv ma taqbiżx l-EUR 15 000 000 .

(d) 

pjan ta' finanzjament li jkun fih it-tabelli li ġejjin:

(i) 

tabelli li jispeċifikaw għal kull sena, skont l-Artikoli 60, 120 u 121, l-ammont tal-approprjazzjoni finanzjarja totali prevista għall-kontribuzzjoni minn kull wieħed mill-Fondi, u li jispeċifikaw l-ammont relatati mar-riżerva tal-prestazzjoni;

(ii) 

tabelli li jispeċifikaw, għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni, għall-programm operazzjonali u għal kull assi ta' prijorità, it-total tal-ammont tal-approprjazzjoni finanzjarja tas-sostenn minn kull wieħed mill-Fondi u l-kofinanzjament nazzjonali, li jidentifika l-ammonti relatati mar-riżerva tal-prestazzjoni. Fil-każ ta’ assi ta' prijorità li jikkonċernaw diversi kategoriji ta’ reġjun, it-tabelli għandhom jispeċifikaw l-ammont tal-approprjazzjoni finanzjarja totali mill-Fondi u l-kofinanzjament nazzjonali għal kull kategorija ta’ reġjun;

Għal assi ta’ prijorità li jikkombinaw flimkien prijoritajiet ta’ investiment minn objettivi tematiċi differenti, it-tabella għandha tispeċifika l-ammont tal-approprjazzjoni finanzjarja totali minn kull wieħed mill-Fondi u l-kofinanzjament nazzjonali għal kull wieħed mill-objettivi tematiċi korrispondenti;

Fejn il-kofinanzjament nazzjonali jkun jikkonsisti minn kofinanzjament pubbliku u privat, it-tabella għandha tagħti t-tqassim indikattiv bejn il-komponenti pubbliċi u privati. Għandha turi, għall-finijiet ta' informazzjoni, il-parteċipazzjoni prevista mill-BEI.

(e) 

lista ta’ proġetti kbar li l-implimentazzjoni tagħhom hi ppjanata matul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw in-nomenklatura msemmija fil-punt (b) (vi) u (c)(v) tal-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċeduta ta' eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

3.  Filwaqt li jitqiesu l-kontenut u l-objettivi tiegħu, programm operazzjonali għandu jiddeskrivi, b’kont meħud tal-kontenut u l-objettivi tiegħu, l-approċċ integrat għal żvilupp territorjali, b’kunsiderazzjoni għall-Ftehim ta’ Sħubija, u billi juri kif dak il-programm operazzjoni jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettivi u r-riżultati mistennija tiegħu, billi jispeċifika, fejn xieraq, dan li ġej:

(a) 

l-approċċ għall-użu tal-istrumenti ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità u l-prinċipji għall-identifikazzjoni tal-oqsma fejn se jiġi implimentat;

►C1  (b) 

l-ammont indikattiv tal-appoġġ tal-FEŻR għal azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, li għandu jiġi implimentat f'konformità mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament FEŻR ◄ u l-allokazzjoni indikattiva tal-appoġġ tal-FSE għal azzjonijiet integrati;

(c) 

l-approċċ għall-użu tal-istrument tal-ITI minbarra l-każijiet koperti mill-punt (b), u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva tagħhom minn kull assi ta' prijorità;

(d) 

l-arranġamenti għal azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu mill-inqas fi Stat Membru wieħed ieħor;

(e) 

fejn l-Istati Membri u r-reġjuni jipparteċipaw fi strateġiji makroreġjonali u strateġiji ta’ qiegħ il-baħar, soġġetti għall-ħtiġijiet tal-qasam tal-programm kif identifikati mill-Istat Membru, il-kontribuzzjoni tal-interventi ppjanati taħt il-programm għal tali strateġiji.

4.  Minbarra dan, il-programm operazzjonali għandu jispeċifika dan li ġej:

(a) 

fejn hu xieraq, l-identifikazzjoni dwar jekk u kif jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi l-aktar milquta mill-faqar jew gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta’ diskriminazzjoni jew esklużjoni soċjali, b’kunsiderazzjoni speċjali għal komunitajiet marġinalizzati, u persuni b’diżabilità, u fejn rilevanti l-kontribut għall-approċċ integrat stabbilit fil-Ftehim ta’ Sħubija;

(b) 

fejn xieraq, l-identifikazzjoni dwar jekk u kif jindirizza l-isfidi demografiċi tar-reġjuni jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ żoni li jsofru minn diffikultajiet naturali jew demografiċi severi u permanenti, kif imsemmi fl-Artikolu 174 tat-TFUE u l-kontribuzzjoni għall-approċċ integrat stipulat fil-Ftehim ta’ Sħubija għal din il-għan.

5.  Il-programm operazzjonali għandu jidentifika:

(a) 

l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, fejn applikabbli, u l-awtorità tal-awditjar;

(b) 

il-korp li għandhom isirulu l-pagamenti mill-Kummissjoni;

(c) 

l-azzjonijiet meħuda sabiex is-sħab imsemmija fl-Artikolu 5 jiġu involuti fit-tħejjija tal-programm operazzjonali, u r-rwol ta' dawk is-sħab fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm operazzjonali.

6.  Il-programm operazzjonali għandu jistabbilixxi wkoll dan li ġej, b’kunsiderazzjoni għall-kontenut tal-Ftehim ta’ Sħubija u b’kont meħud tal-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri:

(a) 

mekkaniżmi biex jiżguraw koordinazzjoni bejn il-Fondi, il-FAEŻR, il-FEMS u strumenti ta’ ffinanzjar oħra tal-Unjoni u nazzjonali, u bil-BEI iqis id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fil-QSK;

(b) 

għal kull kondizzjonalità ex ante, stabbilita skont l-Artikolu 19 u Anness XI, li huwa applikabbli għall-programm operazzjonali stima dwar jekk il-kundizzjonalità ex ante hiex sodisfatta fid-data tas-sottomissjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija u l-programm operazzjonali, u fejn kundizzjonalitajiet ex ante mhumiex sodisfatti, deskrizzjoni tal-azzjonijiet biex tiġi sodisfatta l-kundizzjonalità ex ante, il-korpi responsabbli u skeda ta' żmien għal dawn l-azzjonijiet f'konformità mas-sommarju sottomess fil-Ftehim ta’ Sħubija;

(c) 

sommarju tal-valutazzjoni tal-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u, fejn meħtieġ, l-azzjonijiet ippjanati, akkumpanjati bi skeda ta’ żmien indikattiva, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

7.  Kull programm operazzjonali, minbarra fejn ikun hemm assistenza teknika taħt programm operattiv speċifiku, soġġett għall-valutazzjoni tal-Istat Membru fir-rigward tar-rilevanza tiegħu għall-kontenut u l-objettivi tal-programmi operazzjonali, għandu jinkludi deskrizzjoni ta':

(a) 

l-azzjonijiet speċifiċi sabiex jitqiesu rekwiżiti ta’ protezzjoni ambjentali, l-effiċjenza fir-riżorsi, il-mitigazzjoni u tat-tibdil fil-klima u l-addattament għaliha, ir-reżistenza għad-diżastri u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji, fis-selezzjoni tal-operazzjonijiet;

(b) 

l-azzjonijiet speċifiċi sabiex jiġu promossi opportunitajiet ugwali u tiġi evitata diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, ta’ oriġini razzjali jew etnika, ta’ reliġjon jew twemmin, ta’ diżabilità, ta’ età jew ta’ orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, id-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali u partikolarment fir-rigward tal-aċċess għall-finanzjament filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tad-diversi gruppi fil-mira f’riskju ta’ din id-diskriminazzjoni u partikolarment ir-rekwiżiti biex tiġi żgurata aċċessibilità għal persuni b’diżabilità;

(c) 

il-kontribut tiegħu tal-programm operazzjonali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u, fejn xieraq, l-arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell tal-programm operazzjonali u dak ta’ operazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw opinjoni mill-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza dwar il-miżuri stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu mal-proposta għal programm operazzjonali fil-qafas tal-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi.

8.  Meta Stat Membru jħejji massimu ta' programm operazzjonali wieħed għal kull Fond, l-elementi tal-programm operazzjonali li jaqgħu fl-ambitu tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-pargarafu 2, il-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 3, il-paragrafu 4 u l-paragrafu 6 jistgħu jiġu inkorporati biss taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim ta' Sħubija.

9.  Il-programm operazzjonali għandu jitħejja skont mudell. Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi dan il-mudell. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 150(2).

▼M9

10.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(5), il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tapprova l-elementi kollha, inkluż kwalunkwe emenda futura tagħha, tal-programm operazzjonali li jaqa’ taħt dan l‐Artikolu, minbarra dawk li jaqgħu taħt il-punti (b)(vi), (c)(v) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-paragrafi 4 u 5, u l-punti (a) u (c) tal-paragrafu 6 u l‐paragrafu 7, li jibqgħu taħt ir-responsabilità tal-Istati Membri.

▼B

11.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni li temenda l-elementi tal-programm operazzjonali mhux koperti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, imsemmija fil-paragrafu 10, fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni ta' emenda. Id-deċiżjoni ta' emenda għandha tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, li m'għandhiex tkun qabel id-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 97

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-ipprogrammar ta' appoġġ għall-istrumenti konġunti għal garanziji mingħajr limitu massimu u titolizzazzjoni fil-qafas tal-mira tal-Investment għat-tkabbir u l-impjiegi

F'konformità mal-Artikolu 28, il-programmi operazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4) għandhom jinkludu biss l-elementi msemmija fil-punt (b)(i), (ii) u (iv) u l-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(2), l-Artikolu 96(5) u l-punt (b) tal-Arikolu 96(6).

Artikolu 98

Sostenn konġunt mill-Fondi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

1.  Il-Fondi jistgħu jipprovdu appoġġ b’mod konġunt għall-programmi operazzjonali tal-mira għall-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi.

▼M6

2.  Il-FEŻR u l-FSE jistgħu jiffinanzjaw, b’mod komplementari u soġġetti għal limitu ta’ 10 % tal-finanzjament tal-Unjoni għal kull assi ta’ prijorità ta’ programm operazzjonali, parti minn operazzjoni li għaliha l-kostijiet huma eliġibbli għal sostenn mill-Fond l-ieħor abbażi tar-regoli applikati lil dak il-Fond, diment li t-tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-operazzjoni u jkunu marbutin direttament magħha.

▼B

3.  Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-programmi taħt l-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea.

Artikolu 99

Ambitu ġeografiku tal-programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

Sakemm ma jsirx ftehim mod ieħor bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru, il-programmi operazzjonali għall-FEŻR u l-FSE għandhom jitfasslu fil-livell ġeografiku xieraq u mill-inqas fin-NUTS livell 2, skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istat Membru.

Il-programmi operazzjonali b’sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jitfasslu fil-livell nazzjonali.



KAPITOLU II

Proġetti kbar

Artikolu 100

Kontenut

Bħala parti minn programm operazzjonali jew minn programmi operazzjonali, li kienu soġġetti għal Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 96(10) ta' dan ir-Regolament, jew taħt l-Artikolu 8(12) tar-Regolament KTE, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jiffinanzjaw operazzjoni li tinkludi sensiela ta’ xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi maħsuba fiha nfisha sabiex twettaq kompitu indiviżibbli ta’ natura ekonomika jew teknika preċiża, li jkollha għanijiet identifikati b’mod ċar u li għaliha t-total tal-ispiża eliġibbli jaqbeż EUR 50 000 000 u fil-każ ta’ operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-objettiv tematiku taħt il-punt (7) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 fejn it-total tal-ispiża eliġibbli jaqbeż EUR 75 000 000 (il-“proġett kbir”). L-istrumenti finanzjarji ma għandhomx jiġu kkunsidrati li huma proġetti kbar.

Artikolu 101

Informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni ta' proġett kbir

Qabel ma jiġi approvat proġett kbir, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli:

(a) 

dettalji li jikkonċernaw il-korp li se jkun responsabbli għall-implementazzjoni tal-proġett kbir u l-kapaċità tiegħu;

(b) 

deskrizzjoni tal-investiment u l-lokalità tiegħu;

(c) 

l-ispiża totali u l-ispiża eliġibbli totali, billi jitqiesu r-rekwiżiti sabbiliti fl-Artikolu 61;

(d) 

l-istudji tal-fattibilità mwettqa, inkluż l-analiżi tal-għażliet, u r-riżultati;

(e) 

analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjez, inkluż analiżi ekonomika u finanzjarja, u valutazzjoni tar-riskju;

(f) 

analiżi tal-impatt ambjentali filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u r-reżistenza għad-diżastri;

(g) 

spjegazzjoni dwar kif il-proġett kbir jkun konsistenti mal-assi ta' prijorità rilevanti tal-programm operazzjonali jew il-programmi operazzjonali kkonċernati, u l-kontribuzzjoni mistennija tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta’ dawk l-assi ta' prijorità u l-kontribuzzjoni mistennija għall-iżvilupp soċjoekonomiku;

(h) 

il-pjan ta’ finanzjament li juri r-riżorsi finanzjarji totali ppjanati u s-sostenn ippjanat mill-Fondi, il-BEI, u s-sorsi l-oħra kollha ta’ finanzjament, flimkien mal-indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress filwaqt li jitqiesu r-riskji identifikati;

(i) 

skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-proġett kbir u, fejn il-perjodu ta' implimentazzjoni huwa mistenni li jkun itwal mill-perjodu ta' programmazzjoni, il-fażijiet li għalihom huwa mitlub sostenn mill-Fondi matul il-perjodu ta' programmar.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija li għandha tintuża abbażi tal-aħjar prattika rikonoxxuta, sabiex titwettaq l-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż magħmula msemmija fil-punt (e) tal-ewwel paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 150(2).

Fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru, l-informazzjoni fil-punti (a) sa (i) tal-ewwel paragrafu tista' tiġi valutata minn esperti indipendenti appoġġjati minn għajnuna teknika tal-Kummissjoni jew, bi qbil mal-Kummissjoni, minn esperti indipendenti oħrajn ("reviżjoni tal-kwalità"). F'każijiet oħra, l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni stabbilita fil-punti (a) sa (i) tal-ewwel paragrafu hekk kif tkun disponibbli.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 149, li jistabbilixxu l-metodoloġija li għandha tintuża fit-twettiq tar-rieżami ta’ kwalità ta’ proġett kbir.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni stabbilit fil-punti (a) sa (i) tal-ewwel paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 150(2).

Artikolu 102

Deċiżjoni dwar proġett kbir

1.  Meta proġett kbir ikun ġie vvalutat b’mod pożittiv permezz ta’ rieżami ta’ kwalità minn esperti indipendenti, abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-informazzjoni msemmija fl-fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 101, l-awtorita ta' ġestjoni tista’ tipproċedi bl-għażla tal-proġett kbir skont l-Artikolu 125(3). L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-proġett kbir magħżul. Dik in-notifika għandha tikkonsisti fl-elementi li ġejjin:

(a) 

id-dokument imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 125(3) li jistabbilixxi:

(i) 

il-korp li għandu jkun responsabbli għall-implementazzjoni tal-proġett kbir;

(ii) 

deskrizzjoni tal-investiment, fejn huwa lokalizzat, l-iskeda ta’ żmien u l-kontribut mistenni tal-proġett kbir għall-objettivi speċifiċi tal-assi ta' prijorità jew l-assi ta' prijorità rilevanti;

(iii) 

l-ispiża totali u l-ispiża eliġibbli totali, b’kont meħud tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 61;

(iv) 

il-pjan ta’ finanzjament, u l-indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress, b’kont meħud tar-riskji identifikati;

(b) 

ir-rieżami ta’ kwalità tal-esperti indipendenti, li tipprovdi dikjarazzjonijiet ċari dwar il-fattibilità tal-investiment u l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett kbir.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett kbir mill-Istat Membru għandha titqies bħala approvata mill-Kummissjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tirrifjuta l-kontribuzzjoni finanzjarja fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-kontribuzzjoni finanzjarja biss għar-raġuni li hija tkun stabbiliet dgħufija sinifikanti fir-rieżami ta’ kwalità indipendenti.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għan-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

2.  F’każijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-proġett kbir abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 101 sabiex tiddetermina jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja rikjesta għall-proġett kbir magħżul mill-awtorità ta’ ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 125(3) tkunx iġġustifikata. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett kbir magħżul, permezz ta’ att ta' implimentazzjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 101.

3.  L-approvazzjoni mill-Kummissjoni taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 għandha tkun kondizzjonali fuq il-fatt li l-kuntratt tal-ewwel xogħlijiet jiġi konkluż, jew fil-każ ta’ operazzjonijiet implimentati taħt strutturi PPP), meta jiġi ffirmat il-ftehim tal-PPP bejn il-korp pubbliku u l-korp tas-settur privat, fi żmien tliet snin mid-data tal-approvazzjoni. Fuq talba motivata kif xieraq tal-Istat Membru, b’mod partikulari fil-każ ta’ dewmien li jirriżulta minn proċedimenti amministrattivi u legali relatati mal-implimentazzjoni tal-proġetti kbar, u magħmula fil-perjodu ta’ tliet snin, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta' implimentazzjoni, dwar l-estensjoni tal-perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn.

4.  Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett kbir magħżul, hija għandha tagħti fid-deċiżjoni tagħha r-raġunijiet għar-rifjut tagħha.

5.  Proġetti kbar notifikati lill-Kummissjoni taħt il-paragrafu 1 jew ippreżentati għall-approvazzjoni taħt il-paragrafu 2 għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ proġetti kbar fi programm operazzjonali.

▼M6

6.  In-nefqa relatata ma’ proġett maġġuri tista’ tkun inkluża f’applikazzjoni għal pagament wara s-sottomissjoni għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità ta’ ġestjoni, id-dikjarazzjoni tan-nefqa wara l-irtirar tal-applikazzjoni mill-Istat Membru jew l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi rettifikata kif adatt.

▼M6

7.  Fejn il-proġett maġġuri jiġi vvalutat minn esperti indipendenti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, in-nefqa relatata ma’ dak il-proġett maġġuri tista’ tkun inkluża f’applikazzjoni għal pagament wara li l-awtorità maniġerjali tkun informat lill-Kummissjoni dwar is-sottomissjoni lill-esperti indipendenti tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 101.

Għandu jitressaq rieżami indipendenti tal-kwalità fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ dik l-informazzjoni lill-esperti indipendenti.

In-nefqa korrispondenti għandha tiġi rtirata u d-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tiġi rettifikata kif adatt fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta r-rieżami indipendenti tal-kwalità ma jkunx ġie nnotifikat lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-iskadenza tat-terminu msemmi fit-tieni subparagrafu;

(b) 

fejn il-preżentazzjoni tal-informazzjoni tiġi rtirata mill-Istat Membru; jew

(c) 

fejn il-valutazzjoni rilevanti tkun negattiva.

▼B

Artikolu 103

Deċiżjoni dwar proġett kbir soġġett għal implimentazzjoni maqsuma f’fażijiet

1.  B’deroga mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 101 u l-Artikolu 102(1) u (2), il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal operazzjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-operazzjoni tikkonsisti mit-tieni fażi jew minn dik sussegwenti ta’ proġett kbir taħt il-perjodu ta’ programmar preċedenti li għalih il-fażi jew il-fażijiet preċedenti jkunu approvati mill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015 skont ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006; jew fil-każ tal-Istati Membri li aderixxew mal-Unjoni wara l-1 ta’ Jannar 2013, mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016;

(b) 

it-total tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-fażijiet kollha tal-proġett kbir jaqbeż il-livelli rispettivi stabbiliti fl-Artikolu 100;

(c) 

l-applikazzjoni u l-valutazzjoni tal-proġett kbir mill-Kummissjoni taħt il-perjodu ta’ programmar preċedenti koprew il-fażijiet kollha ppjanati;

(d) 

m'hemm l-ebda bidla sostanzjali fl-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 101 ta' dan ir-Regolament għall-proġett kbir meta mqabbla mal-informazzjoni prevista għall-applikazzjoni tal-proġett il-kbir ippreżentata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, b'mod partikolari fir-rigward tan-nefqa eliġibbli totali;

(e) 

il-fażi tal-proġett il-kbir li se tiġi implimentata taħt il-perjodu ta’ programmar preċedenti hija lesta jew se tkun lesta biex tintuża għall-fini intenzjonat tagħha kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni sal-iskadenza tal-preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ għeluq għall-programm jew il-programmi operazzjonali rilevanti.

2.  L-awtortà ta' ġestjoni tista’ tipproċedi bl-għażla tal-proġett kbir f’konformità mal-Artikolu 125(3) u tippreżenta n-notifika li tinkludi l-elementi kollha stabbiliti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 102(1) flimkien mal-konferma tagħha li l-kondizzjoni skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġiet sodisfatta. M’għandu jkun meħtieġ ebda rieżami ta’ kwalità tal-informazzjoni minn esperti indipendenti.

3.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-proġett kbir magħżul mill-awtorità ta' ġestjoni għandha titqies bħala approvata mill-Kummissjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tirrifjuta l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett kbir fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tirrifjuta biss il-kontribuzzjoni finanzjarja għar-raġuni li kien hemm bidliet sostanzjali fl-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu (1) jew li l-proġett kbir ma jkunx konsistenti mal-assi ta’ prijorità rilevanti tal-programm operazzjonali jew tal-programmi kkonċernati.

4.  L-Artikolu 102(3) sa (6) għandu japplik għal proġett kbir soġġett għal implimentazzjoni f'fażijiet.



KAPITOLU III

Pjan ta’ azzjoni konġunta

Artikolu 104

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   ►C1  Pjan ta' azzjoni konġunta huwa operazzjoni li l-iskop tagħha huwa definit u hi ġestita fir-rigward tal-outputs u r-riżultati li għandhom jinkisbu. Jikkonsisti fi proġett jew grupp ta’ proġetti li ma jikkonsistux fil-forniment ta’ infrastruttura mwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-benefiċjarju, bħala parti mill-programm operazzjonali jew programmi operazzjonali. L-outputs u r-riżultati ta' pjan ta' azzjoni ◄ konġunta għandhom jiġu miftiehma bejn Stat Membru u l-Kummissjoni u għandhom jikkontribbwixxu għal objettivi speċifiċi tal-programmi operazzjonali u jiffurmaw il-bażi ta' sostenn mill-Fondi. Ir-riżultati għandhom jirreferu għall-effetti diretti tal-pjan ta’ azzjoni konġunta. Il-benefiċjarju ta' pjan ta' azzjoni konġunta għandu jkun korp tal-liġi pubblika. Pjanijiet ta’ azzjoni konġunta m’għandhomx jitqiesu li jkunu proġetti maġġuri.

▼M6

2.  In-nefqa pubblika allokata għal pjan ta’ azzjoni konġunt għandha tkun tal-anqas ta’ EUR 5 000 000 jew 5 % tal-appoġġ pubbliku tal-programm operazzjonali jew ta’ wieħed mill-programmi ta’ kontribuzzjoni, skont liema minnhom ikun l-anqas.

3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal operazzjonijiet appoġġati mil-YEI, għall-ewwel pjan ta’ azzjoni konġunta sottomess minn Stat Membru taħt l-għan ta’ Investiment għall-impjiegi u għat-tkabbir jew l-ewwel pjan ta’ azzjoni konġunta ppreżentati minn programm taħt l-għan ta’ Kooperazzjoni territorjali Ewropea.

▼B

Artikolu 105

Tħejjija tal-pjanijiet ta' azzjoni konġunti

1.  L-Istat Membru, l-awtorità ta’ ġestjoni jew kwalunkwe korp tal-liġi pubblika nnominat jistgħu jippreżentaw proposta għal pjan ta’ azzjoni konġunta fl-istess ħin jew wara l-preżentazzjoni tal-programmi operazzjonali kkonċernati. Dik il-proposta għandha tinkludi l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 106.

2.  Pjan ta’ azzjoni konġunta għandu jkopri parti mill-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2023. ►M6  ————— ◄

Artikolu 106

Kontenut tal-pjanijiet ta’ azzjoni konġunta

Pjan ta’ azzjoni konġunta għandu jkun fih:

▼M6

(1) 

deskrizzjoni tal-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni konġunt u kif jikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm jew għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż u l-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni skont l-Artikolu 121(2) TFUE u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw fil-politika tal-impjiegi tagħhom skont l-Artikolu 148(4) TFUE;

▼M6 —————

▼C2

(3) 

deskrizzjoni tal-proġetti jew tat-tipi ta' proġetti previsti, flimkien mat-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-outputs u r-riżultati marbutin mal-indikaturi komuni skont l-assi ta' prijorità, fejn rilevanti;

▼B

(4) 

informazzjoni dwar il-kopertura ġeografika tiegħu u l-gruppi fil-mira;

(5) 

il-perjodu tal-implimentazzjoni mistenni tiegħu;

▼M6

(6) 

konferma li ser tikkontribwixxi għall-approċċ għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif stabbilit fil-programm rilevanti jew fil-Ftehim ta’ Sħubija;

(7) 

konferma li ser tikkontribwixxi għall-approċċ dwar żvilupp sostenibbli, kif stabbilit fil-programm rilevanti jew fil-Ftehim ta’ Sħubija;

(8) 

id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tiegħu, inkluż dan li ġej:

(a) 

informazzjoni dwar l-għażla tal-pjan ta’ azzjoni konġunt mill-awtorità ta’ ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 125(3);

(b) 

l-arranġamenti għall-ġestjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunt, f’konformità mal-Artikolu 108;

▼C2

(c) 

l-arranġamenti għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-pjan ta' azzjoni konġunt inklużi l-arranġamenti li jiżguraw il-kwalità, il-ġbir u l-ħażna tad-data dwar il-kisba tat-tragwardi, tal-outputs u tar-riżultati;

▼B

(9) 

l-arranġamenti finanzjarji tiegħu, inkluż dan li ġej:

▼M6

(a) 

l-ispejjeż tal-kisba tat-tragwardji u l-miri għall-outputs u r-riżultati, ibbażati, fil-każ ta’ skali standard ta’ spejjeż għal kull unità u somom f’daqqa, fuq il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 67(5) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-FSE;

▼M6 —————

▼B

(c) 

il-pjan ta’ finanzjament skont il-programm operazzjonali u l-assi ta' prijorità, inkluż l-ammont totali eliġibbli u l-ammont tan-nefqa pubblika.

Il-Kummissjoni, għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-mudell għall-pjan ta' azzjoni konġunta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 150(2).

Artikolu 107

Deċiżjoni dwar il-pjan ta' azzjoni konġunta

1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan ta’ azzjoni konġunta abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 106 sabiex tkun tista’ tiddetermina jekk is-sostenn mill-Fondi huwiex iġġustifikat.

Fejn il-Kummissjoni, fi żmien xahrejn wara s-sottomissjoni ta’ proposta ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta, tikkunsidra li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 104 għandha tagħmel osservazzjonijiet lill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, jirrevedi l-pjan ta’ azzjoni konġunta kif meħtieġ.

2.  Dment li kull osservazzjoni tkun ġiet ikkunsidrata b’mod adegwat, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tapprova l-pjan ta’ azzjoni konġunta mhux aktar tard minn erba’ xhur wara s-sottomissjoni tagħha minn Stat Membru iżda mhux qabel l-adozzjoni tal-programmi operazzjonali kkonċernati.

▼C2

3.  Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tindika l-benefiċjarju u l-objettivi tal-pjan ta' azzjoni konġunt, it-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-outputs u għar-riżultati, il-kostijiet tal-kisba ta' dawk it-tragwardi u l-miri għall-outputs u għar-riżultat, u l-pjan ta' finanzjament skont il-programm operazzjonali u l-assi ta’ prijorità, inkluż l-ammont eliġibbli totali u l-ammont tan-nefqa pubblika, il-perijodu tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunt u, fejn rilevanti, il-kopertura ġeografika u l-gruppi fil-mira tal-pjan ta’ azzjoni konġunt.

▼B

4.  Fejn il-Kummissjoni tirrifjuta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tippermetti li sostenn mill-Fondi jiġi allokat għal pjan ta’ azzjoni konġunta, għandha tinnotifika lill-Istat Membru bir-raġunijiet tagħha fi ħdan il-perjodu stabbilit fil-paragrafu 2.

Artikolu 108

Il-kumitat ta' tmexxija u l-emenda tal-pjan ta' azzjoni konġunt

▼M6

1.  L-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni għandhom jistabbilixxu kumitat ta’ tmexxija għall-pjan ta’ azzjoni konġunt, li jista’ jkun distint mill-kumitat tal-monitoraġġ tal-programmi operazzjonali rilevanti. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jiltaqa’ għall-inqas darbtejn fis-sena u għandu jirrapporta lill-awtorità ta’ ġestjoni. Fejn rilevanti, l-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-kumitat tal-monitoraġġ rilevanti bir-riżultati tax-xogħol imwettaq mill-kumitat ta’ tmexxija u bil-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunt f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 110(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 125(2).

▼B

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' tmexxija għandha tiġi deċiża mill-Istat Membru bi qbil mal-awtorità ta’ ġestjoni rilevanti, li tirrispetta l-prinċipju ta’ sħubija.

Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat ta’ tmexxija f’kapaċità konsultattiva.

2.  Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin:

▼C1

(a) 

jirrevedi l-progress lejn il-kisba tal-għanijiet, l-outputs u r-riżultati tal-pjan ta' azzjoni konġunta;

▼B

(b) 

jikkunsidra u japprova kwalunkwe proposta sabiex jiġi emendat il-pjan ta’ azzjoni konġunta sabiex titqies kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tiegħu.

3.  Talbiet għall-emenda tal-pjanijiet ta’ azzjoni konġunta sottomessi minn Stat Membru lill-Kummissjoni għandhom jiġu sostanzjati b'mod dovut. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk it-talba għall-emenda hijiex ġustifikata, filwaqt li tqis l-informazzjoni provduta mill-Istat Membru. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet u l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, fuq talba għal emenda mhux aktar tard minn tliet xhur wara s-sottomissjoni tagħha mill-Istat Membru sakemm kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tkun tqieset b’mod sodisfaċenti. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ mid-data tad-deċiżjoni, sakemm mhux stabbilit mod ieħor fid-deċiżjoni.

Artikolu 109

Ġestjoni u kontroll finanzjarju tal-pjan ta' azzjoni konġunta

1.  Pagamenti lill-benefiċjarju ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom jiġu ttrattati bħala somom f’daqqa jew skali standard ta’ spejjeż unitarji. ►M6  ————— ◄

2.  Il-ġestjoni, il-kontroll u l-awditjar finanzjarji tal-pjan ta' azzjoni konġunta għandhom isiru esklussivament bil-għan li ssir verifika dwar jekk il-kundizzjonijiet ta' pagament kif imfissra fid-deċiżjoni li tapprova l-pjan ta' azzjoni koġunta jkunux qed jiġu ssodisfatti.

3.  Il-benefiċjarju ta' pjan ta' azzjoni konġunta u l-korpi li jkunu qed jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu jistgħu japplikaw il-prattiki ta’ kontabilità tagħhom għall-ispejjeż tal-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni. Dawk il-prattiki ta’ kontabilità, u l-ispejjeż li effettivament jispiċċa jġorr il-benefiċjarju m’għandhomx ikunu suġġetti għal awditjar mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni.



TITOLU III

Il-MONITORAĠĠ, L-EVALWAZZJONI, L-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI



KAPITOLU I

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

Artikolu 110

Funzjonijiet tal-kumitat għall-monitoraġġ

1.  Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jeżamina b’mod partikolari:

(a) 

kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm operazzjonali;

(b) 

il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan tal-evalwazzjoni u s-segwitu li jingħata lis-sejbiet tal-evalwazzjonijiet;

▼M6

(c) 

l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-komunikazzjoni, inkluż miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni u ta’ miżuri li jtejbu l-viżibilità tal-Fondi;

▼B

(d) 

l-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar;

(e) 

l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni konġunta'

(f) 

azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, l-opportunitajiet indaqs, u n-nondiskriminazzjoni, inkluż l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà;

(g) 

azzjonijiet li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli;

(h) 

fejn kondizzjonalitajiet ex ante applikabbli mhumiex sodisfatti fid-data tas-sottomissjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija u l-programm operazzjonali, progress fuq azzjonijiet biex jiġu sodisfatti kondizzjonalitajiet ex ante applikabbli;

(i) 

l-istrumenti finanzjarji

2.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 49(3), il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jeżamina u japprova:

▼M6

(a) 

il-metodoloġija u l-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet, għajr fejn dawk il-kriterji huma approvati minn gruppi ta’ azzjoni lokali f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 34(3);

▼B

(b) 

ir-rapporti annwali u finali tal-implimentazzjoni;

(c) 

il-pjan tal-evalwazzjoni għall-programm operazzjonali u kwalunke emenda tal-pjan tal-evalwazzjoni, inkluż fejn wieħed minnhom hu parti minn pjan ta’ evalwazzjoni komuni skont l- Artikolu 114(1);

(d) 

l-istrateġija tal-komunikazzjoni għall-programm u kwalunkwe emenda tal-istrateġija;

(e) 

kwalunkwe proposta mill-awtorità ta’ ġestjoni għal kull emenda għall-programm operazzjonali.

Artikolu 111

Rapporti ta’ implimentazzjoni għall-mira ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

1.  Sal-31 ta’ Mejju 2016 u sal-istess data ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2023, l-Istat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapport annwali ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 50(1). Ir-rapport sottomess fl-2016 għandu jkopri s-snin finanzjarji 2014 u 2015, kif ukoll il-perjodu bejn id-data tal-bidu għall-eliġibbiltà tan-nefqa u l-31 ta’ Diċembru 2013.

2.  Għar-rapporti mressqa fl-2017 u fl-2019, l-iskadenza msemmija f’paragrafu 1 għandha tkun it-30 ta’ Ġunju.

3.  Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar:

(a) 

implimentazzjoni tal-programm operazzjonali skont l-Artikolu 50(2);

(b) 

progress fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar u l-pjanijiet ta’ azzjoni konġunta.

4.  Ir-rapporti ta' implimentazzjoni annwali ppreżentati fl-2017 u l-2019 għandhom jagħtu u jivvalutaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 50(4) u (5) rispettivament u l-informazzjoni mogħtija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu flimkien mal-informazzjoni li ġejja

(a) 

il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni u s-segwitu għas-sejbiet għall-evalwazzjonijiet;

(b) 

ir-riżultati tal-miżuri ta' informazzjoni u pubbliċità tal-Fondi mwettqa taħt l-istrateġija tal-komunikazzjoni;

(c) 

l-involviment tal-imsieħba fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm operazzjonali.

Ir-rapporti tal-implimentazzjoni annwali sottomessi fl-2017 u l-2019 jistgħu, skont il-kontenut u l-objettivi tal-programmi operazzjonali, jistabbilixxu informazzjoni u jivvalutaw li ġej:

(a) 

il-progress fl-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għal żvilupp territorjali, inkluż żvilupp tar-reġjuni li qed jiffaċċjaw sfidi demografiċi u żvantaġġi permanenti u naturali, l-iżvilupp urban sostenibbli, u żvilupp immexxi mill-komunità lokali taħt il-programm operazzjonali;

(b) 

il-progress fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet sabiex tiġi rinfurzata l-kapaċità tal-awtoritajiet u l-benefiċjarji tal-Istat Membru sabiex jamministraw u jużaw il-Fondi;

(c) 

il-progress fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni interreġjonali u transnazzjonali;

(d) 

fejn hu xieraq, il-kontribut għal strateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar;

(e) 

l-azzjonijiet speċifiċi meħuda sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u sabiex tiġi prevenuta d-diskriminazzjoni, b’mod partikolari l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà, u l-arranġamenti implimentati sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fil-programm u l-operazzjonijiet;

(f) 

azzjonijiet meħuda biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli skont l-Artikolu 8;

(g) 

il-progress fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet fil-qasam tal-innovazzjoni soċjali, fejn xieraq;

(h) 

il-progress fl-implimentazzjoni ta’ miżuri sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ġeografiċi l-aktar milquta mill-faqar jew ta’ gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta’ diskriminazzjoni jew esklużjoni soċjali, b’kunsiderazzjoni speċjali għal komunitajiet marġinalizzati, persuni b’diżabilità, il-persuni qiegħda fit-tul u żgħażagħ mingħajr xogħol, inkluż, fejn xieraq, ir-riżorsi finanzjarji użati;

Permezz ta’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi, u sabiex tkun żgurata konsistenza bejn il-Ftehim ta’ Sħubija u r-rapport ta’ progress, ►C1  l-Istati Membri b'mhux aktar minn programm operazzjonali wieħed għal kull Fond jistgħu jinkludu l-informazzjoni relatata ma' kondizzjonalitajiet ex ante msemmija fl-Artikolu 50(4), l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 50(5) ◄ u l-informazzjoni msemmija f’punti (a), (b), (c) u (h) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu fir-rapport ta’ progress minflok ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali sottomessi fl-2017 u 2019 rispettivament u r-rapport finali tal-implimentazzjoni, mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 110(2).

5.  Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudelli għar-rapportu tal-implimentazzjoni annwali u finali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 150(2).

Artikolu 112

Trażmissjoni ta' data finanzjarja

1.  Sal-31 ta’ Jannar, il-31 ta’ Lulju u l-31 ta’ Ottubru, l-Istat Membru għandu jittrażmetti b’mod elettroniku lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ, għal kull programm operazzjonali u skont l-assi ta' prijorità:

(a) 

in-nefqa pubblika totali u eliġibbli tal-operazzjonijiet u n-numru ta' operazzjonijiet magħżula għas-sostenn;

(b) 

l-ispiża eliġibbli totali ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni.

2.  Barra minn hekk, it-trażmissjoni magħmula sal-31 ta’ Jannar għandha tinkludi d-dejta kollha msemmija hawn fuq imqassma skont il-kategorija tal-intervent. Dik it-trażmissjoni għandha tiġi kkunsidrata li tissodisfa r-rekwiżit għall-preżentazzjoni tad-dejta finanzjarja msemmija fl-Artikolu 50(2).

3.  Previżjoni tal-ammont li għalih l-Istati Membri huma mistennija li jippreżentaw applikazzjonijiet ta’ pagament għas-sena finanzjarja attwali u s-sena finanzjarja sussegwenti għandu jakkompanja t-trażmissjonijiet li jridu jsiru sal-31 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju.

4.  Id-data tal-iskadenza għad-dejta ppreżentata taħt dan l-Artikolu għandha tkun l-aħħar tax-xahar ta’ qabel ix-xahar tal-preżentazzjoni.

5.  Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell li għandu jintuża meta tintbagħat id-dejta finanzjarja lill-Kummissjoni għal-skopijiet ta' monitoraġġ. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

Artikolu 113

Rapport ta' Koeżjoni

Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 175 TFUE għandu jinkludi:

(a) 

rekord tal-progress magħmul lejn il-kisba tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika u l-iżvilupp tar-reġjuni, kif ukoll l-integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-Unjoni;

(b) 

rekord tar-rwol tal-Fondi, il-finanzjament tal-BEI u tal-istrumenti finanzjarji l-oħra fil-progress magħmul, kif ukoll l-effett tal-linji politiċi Komunitarji u nazzjonali l-oħra fuq dan il-progress;

(c) 

fejn hu xieraq, indikazzjoni ta’ miżuri u politiki futuri tal-Unjoni meħtieġa biex isaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ikoll biex jitwettqu l-prijoritajiet tal-Unjoni.

Artikolu 114

Evalwazzjoni

▼M6

1.  Għandu jitfassal pjan ta’ evalwazzjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni jew minn Stat Membru għal programm operazzjonali wieħed jew aktar. Il-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-kumitat ta’ monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni tal-programm operazzjonali. Fil-każijiet ta’ programmi ddedikati msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4) adottati qabel it-2 ta’ Awwissu 2018, il-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jiġi sottomess lill-kumitat tal-monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara dik id-data.

▼C1

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2022, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, għal kull programm operazzjonli, rapport li jagħti deskrizzjoni fil-qosor tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' programmazzjoni u l-outputs u r-riżultati prinċipali tal-programm operazzjonali, filwaqt li jagħmlu kummenti dwar l-informazzjoni rrappurtata.

▼B

3.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ex post f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

▼M6 —————

▼B



KAPITOLU II

▼M6

Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità

▼B

Artikolu 115

▼M6

Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità

▼B

1.  L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandu jkollhom ir-responsabbiltà biex:

(a) 

ifasslu strateġiji ta’ komunikazzjoni;

(b) 

jiżguraw il-ħolqien ta' websajt unika jew portal ta’ websajts uniku li jipprovdi informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali kollha f’dak l-Istat Membru u aċċess għalihom, inkluż informazzjoni dwar iż-żmien tal-implimentazzjoni tal-programmazzjoni u kwalunkwe proċess ta’ konsultazzjoni pubblika relatata;

(c) 

jinfurmaw lill-benefiċjarji potenzjali dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt programmi operazzjonali;

▼M6

(d) 

jippubbliċizzaw għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni r-rwol u l-kisbiet tal-politika ta’ koeżjoni u tal-Fondi permezz ta’ miżuri biex tittejjeb il-viżibilità tar-riżultati u l-impatt tal-Ftehimiet ta’ Sħubija, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet.

▼B

2.  L-Istati Membri jew l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom, sabiex jiżguraw it-trasparenza li tikkonċerna s-sostenn ipprovdut mill-Fondi, iżommu lista tal-operazzjonijiet skont il-programmi operazzjonali u skont il-Fond f’format ta’ spreadsheet tad-dejta, li jippermetti li d-dejta tiġi magħżula, imfittxa, estratta, imqabbla u ppublikata faċilment fuq l-internet, pereżempju f’format CSV jew XML. Il-lista ta’ operazzjonijiet għandha tkun aċċessibbli permezz tal-websajt unika jew tal-portal tal-websajts uniku li jipprovdu lista u sommarju tal-programmi operazzjonali kollha f’dak l-Istat Membru.

Sabiex jiġi mħeġġeġ l-użu tal-lista ta’ operazzjonijiet sussegwentement mis-settur privat, is-soċjetà ċivili u l-ammistrazzjoni pubblika nazzjonali, il-websajt tista’ tindika b'mod ċar ir-regoli ta’ liċenzjar applikabbli li permezz tagħhom hija ppubblikata d-dejta.

Il-lista ta’ operazzjonijiet għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull sitt xhur.

L-informazzjoni minima li trid tiġi stabbilita fil-lista tal-operazzjonijiet hija stabbilita fl-Anness XII.

▼M6

3.  Regoli dettaljati li jikkonċernaw informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità għall-pubbliku u miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali u għall-benefiċjarji huma stabbiliti fl-Anness XII.

▼B

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward il-karatteristiċi tekniċi ta' miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni għall-operazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-ħolqien ta’ emblema u definizzjoni tal-kuluri standard. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

Artikolu 116

Strateġija ta' komunikazzjoni

1.  L-Istat Membru jew l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom ifasslu strateġija ta’ komunikazzjoni għal kull programm operazzjonali. Strateġija komuni ta’ komunikazzjoni tista’ titfassal għal diversi programmi operazzjonali. L-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha tieħu kont tad-daqs tal-programm jew programmi operazzjonali kkonċernati, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

L-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha tinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness XII.

2.  L-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-kumitat tal-monitoraġġ għall-approvazzjoni f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 110(2) mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni tal-programm jew programmi operazzjonali kkonċernati.

Meta strateġija ta’ komunikazzjoni komuni titfassal għal diversi programmi operazzjonali u tirrigwardja diversi kumitati tal-monitoraġġ, l-Istat Membru jista’ jinnomina kumitat tal-monitoraġġ wieħed li jkollu r-responsabbiltà, f’konsultazzjoni ma’ kumitati tal-monitoraġġ rilevanti oħrajn, għall-approvazzjoni tal-istrateġija ta' komunikazzjoni komuni u għall-approvazzjoni ta’ kwalunkwe emenda sussegwenti ta' dik l-istrateġija.

Fejn meħtieġ, l-Istat Membru jew l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jemendaw l-istrateġija ta' komunikazzjoni matul il-perjodu ta' programmar. L-istrateġija ta' komunikazzjoni emendata għandha tiġi ppreżentata mill-awtorità ta’ ġestjoni lill-kumitat tal-monitoraġġ għall-approvazzjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 110(2).

▼M6

3.  B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinforma lill-kumitat jew kumitati tal-monitoraġġ responsabbli tal-anqas darba f’sena dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 110(1) u dwar l-analiżi tagħha tar-riżultati ta’ dik l-implimentazzjoni kif ukoll dwar l-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni biex tiżdied il-viżibilità tal-Fondi li jkunu ppjanati għas-sena ta’ wara. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jagħti opinjoni dwar l-attivitajiet u l-miżuri ppjanati għas-sena ta’ wara, inkluż dwar modi kif tiżdied l-effettività ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni mmirati lejn il-pubbliku.

▼B

Artikolu 117

Ufficjali tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u n-netwerks taghhom

1.  Kull Stat Membru għandu jinnomina uffiċjal tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni sabiex jikkoordina l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni fir-rigward ta’ Fond wieħed jew iktar, inkluż il-programmi rilevanti taħt il-mira tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea KTE, u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

2.  L-uffiċjal tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tan-netwerk nazzjonali ta’ komunikaturi tal-Fondi, fejn jeżisti tali netwerk, il-ħolqien u ż-żamma tal-websajt jew tal-portal ta’ websajts imsemmi fl-Anness XII u l-għoti ta’ ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta’ komunikazzjoni meħuda fil-livell ta’ Stat Membru.

3.  Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tinnomina persuna waħda li għandha tkun responsabbli għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni fil-livell tal-programm u għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dawk innominati. Fejn hu xieraq, tista’ tiġi nnominata persuna waħda għal diversi programmi operazzjonali.

▼M6

4.  Għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni netwerks tal-Unjoni li jinkludu l-membri nominati minn Stati Membri sabiex jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni, l-iskambju tal-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, l-iskambju ta’ prattiki tajba u biex ikun permess l-ippjanar konġunt jew il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni fejn adatt. In-netwerks għandhom tal-anqas darba fis-sena jiddiskutu u jivvalutaw l-effettività tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, u jipproponu rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-ilħuq u l-impatt ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni u biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar ir-riżultati u l-valur miżjud ta’ dawk l-attivitajiet.

▼B



TITOLU IV

ASSISTENZA TEKNIKA

Artikolu 118

Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

Il-Fondi, meta jqisu t-tnaqqis li sar skont l-Artikolu 91(3), jistgħu jappoġġjaw l-assistenza teknika sa limitu massimu ta’ 0,35 % tal-allokazzjoni annwali rispettiva tagħhom.

Artikolu 119

Għajnuna teknika tal-Istati Membri

▼M6

1.  L-ammont ta’ Fondi allokati għall-assistenza teknika fi Stat Membru għandu jkun limitat għal 4 % tal-ammont totali tal-Fondi allokati lil programmi operazzjonali taħt il-mira ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi.

▼B

L-allokazzjoni speċifika għall-YEI tista’ tiġi ikkunsidrata mill-Istati Membri fil-kalkolu tal-limitu fuq l-ammont totali tal-Fondi allokati għal assistenza teknika għal kull Stat Membru.

2.   ►M6  ————— ◄ Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-allokazzjoni għall-għajnuna teknika minn Fond m’għandhiex taqbeż l-10 % tal-allokazzjoni totali ta’ dak il-Fond għall-programmi operazzjonali fi Stat Membru taħt kull kategorija ta’ reġjun, fejn applikabbli, tal-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi.

3.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 70(1) u (2), operazzjonijiet ta’ assistenza teknika jistgħu jigu implimentati barra l-qasam tal-programm, iżda fl-Unjoni, dment li l-operazzjonijiet jkunu għall-benefiċċju tal-programm operazzjonali, jew, fil-każ tal-programm operazzjonali ta’ għajnuna teknika għall-programmi l-oħrajn ikkonċernati.

▼M6

4.  Fil-każ tal-Fondi Strutturali, fejn l-allokazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jintużaw sabiex jappoġġaw operazzjonijiet ta’ assistenza teknika f’daqqa relatati ma’ aktar minn kategorija waħda ta’ reġjun, in-nefqa relatata mal-operazzjonijiet tista’ tkun implimentata taħt assi ta’ prijorità li jgħaqqad kategoriji differenti ta’ reġjun u tiġi attribwita fuq bażi pro rata filwaqt li jitqiesu jew l-allokazzjonijiet rispettivi għall-kategoriji differenti ta’ reġjuni tal-programm operazzjonali jew inkella l-allokazzjoni taħt kull kategorija ta’ reġjun bħala sehem mill-allokazzjoni totali għall-Istat Membru.

▼B

5.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn l-ammont totali tal-Fondi allokati għal Stat Membru taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma jkunx jaqbeż EUR 1 000 000 000 , l-ammont allokat għall-għajnuna teknika jista’ jiżdied sa 6 % ta' dak l-ammont totali jew EUR 50 000 000 , skont liema ammont ikun l-inqas.

▼M6

5a.  Il-valutazzjoni tar-rispett tal-perċentwali għandha ssir fiż-żmien tal-adozzjoni tal-programm operazzjonali.

▼B

6.  Assistenza teknika għandha tieħu l-forma ta’ assi ta' prijorità ta’ monofond fi ħdan programm jew ta’ programm operazzjonali speċifiku, jew it-tnejn.



TITOLU V

SOSTENN FINANZJARJU MILL-FONDI

Artikolu 120

Determinazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

1.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm operazzjonali għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fondi għal kull assi ta' prijorità. Fejn assi ta' prijorità jikkonċerna aktar minn kategorija waħda ta' reġjuni jew aktar minn Fond wieħed, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tiffissa r-rata ta' kofinanzjament skont il-kategorija tar-reġjun u l-Fond.

2.  Għal kull assi ta' prijorità, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk ir-rata ta’ kofinanzjament għall-assi ta' prijorità għandhiex tiġi applikata:

(a) 

għan-nefqa totali eliġibbli inkluż nefqa pubblika u privata; jew

(b) 

għan-nefqa pubblika eliġibbli.

3.  Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull assi ta’ prijorità u, fejn rilevanti, skont il-kategorija tar-reġjun u l-Fond, tal-programmi operazzjonali fil-mira għal Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a) 

85 % għall-Fond ta’ Koeżjoni:

(b) 

85 % għar-reġjuni l-anqas żviluppati ta' dawk l-Istati Membri li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu 2007 - 2009 kien anqas minn 85 % tal-medja tal-UE-27 matul l-istess perjodu u għar-reġjuni l-aktar imbiegħda inkluża l-allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda skont il-punt (e) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament KTE;

(c) 

80 % għar-reġjuni l-anqas żviluppati ta' Stati Membri barra dawk imsemmija fil-punt (b), u għar-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom li hu użat bħala kriterju ta' eliġibbiltà għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kien anqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 iżda li l-PDG per capita tagħhom ikun ogħla minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE27, kif ukoll għar-reġjuni definiti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 1083/2006 li jirċievu appoġġ tranżizzjonali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013;

(d) 

60 % għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (c);

(e) 

50 % għar-reġjuni l-aktar żviluppati barra dawk imsemmija fil-punt (c).

▼M2

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-għeluq tal-programm operazzjonali, ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull assi ta' prijorità għall-programmi operazzjonali kollha f'Ċipru m'għandhiex tkun ogħla minn 85 %.

▼B

Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi biex tivvaluta l-ġustifikazzjoni għaż-żamma tar-rata ta' kofinanzjament, imsemmija fit-tieni subparagrafu, wara t-30 ta' Ġunju 2017 u, jekk meħtieġ, għandha tagħmel proposta leġiżlattiva qabel it-30 ta' Ġunju 2016.

Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull assi ta’ prijorità tal-programmi operazzjonali taħt il-kooperazzjoni territorjali Ewropea m’għandhiex tkun ogħla minn 85 %.

Ir-rata massima ta' kofinanzjament tal-punti (b), (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu għandha tiżdied għal kull assi ta' prijorità li jimplimenta l-YEI u fejn assi ta' prijorità tkun iddedikata għall-innovazzjoni soċjali jew għall-kooperazzjoni transnazzjonali, jew kombinament tat-tnejn. Dik iż-żieda għandha tiġi determinata skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

4.  Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-allokazzjoni addizzjonali skont il-punt (e) tal-Artikolu 92(1) m'għandhiex tkun ogħla minn 50 % għal reġjuni tal-livell NUTS 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-Protokoll Nru 6 tal-Att tal-Adeżjoni tal-1994.

5.  Ir-rata massima ta’ kofinanzjament taħt il-paragrafu 3 fil-livell ta' assi ta' prijorità għandha tiżdied b'għaxar punti perċentwali, fejn l-assi ta' prijorità kollu jitwassal permezz ta' strumenti finanzjarji, jew permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

6.  Il-kontribuzzjoni mill-Fondi għal kull assi ta' prijorità m'għandhiex tkun inqas minn 20 % tan-nefqa pubblika eliġibbli.

7.  Assi ta’ prijorità separat b’rata ta’ kofinanzjament li tasal sa 100 % jista’ jiġi stabbilit fi ħdan il-programm operazzjonali sabiex jappoġġja l-operazzjonijiet implimentati permezz tal-istrumenti finanzjarji mfassla fuq livell tal-Unjoni u ġestiti direttament jew indirettament mill-Kummissjoni. Fejn huwa stabbilit assi ta' prijorità separat għal dan il-għan, l-appoġġ tal-assi ma jista’ jiġi implimentat bl-ebda mod ieħor.

▼M4

8.  Assi ta' prijorità separat b'rata ta' kofinanzjament li tasal sa 95 % jista' jiġi stabbilit fi ħdan programm operazzjonali bħala appoġġ għal operazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-operazzjonijiet huma magħżula minn awtoritajiet tal-immaniġġjar bħala rispons għal diżastri naturali ewlenin jew reġjonali kif definiti fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 ( 26 );

(b) 

l-operazzjonijiet huma immirati lejn rikostruzzjoni bħala rispons għad-diżastru naturali; u

(c) 

l-operazzjonijiet huma appoġġati taħt prijorità ta' investiment tal-FEŻR.

L-ammont allokat għall-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandux jaqbeż 5 % tal-allokazzjoni totali tal-FEŻR fi Stat Membru għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

B'deroga mill-Artikolu 65(9), in-nefqa għal operazzjonijiet taħt dan l-assi ta' prijorità għandha tkun eliġibbli mid-data meta jkun seħħ id-diżastru naturali.

Fejn in-nefqa b'rabta ma' operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tkun ġiet inkluża f'applikazzjoni ta' pagament sottomessa lill-Kummissjoni qabel it-twaqqif tal-assi ta' prijorità separat, l-Istat Membru għandu jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta' pagament li jmiss u, fejn xieraq, għall-kontijiet li ġejjin sottomessi wara l-adozzjoni tal-emenda għall-programm.

▼B

Artikolu 121

Modulazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

Ir-rata ta’ kofinazjament mill-Fondi lill-assi ta' prijorità tista' tiġi modulata sabiex tqis:

(1) 

l-importanza tal-assi ta' prijorità għat-twassil tal-prijoritajiet tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, filwaqt li jitqiesu d-distakki speċifiċi li jridu jiġu indirizzati;

(2) 

il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, l-aktar bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni, il-prinċipju ta' azzjoni preventiva, u l-prinċipju li min iniġġes iħallas;

(3) 

ir-rata ta' mobilizzazzjoni tal-finanzjament mill-privat;

(4) 

il-kopertura ta’ żoni bi żvantaġġi naturali u demografiċi gravi u permanenti definiti kif ġej:

(a) 

Stati Membri gżejjer eliġibbli taħt il-Fond ta' Koeżjoni, u gżejjer oħra ħlief dawk fejn tkun tinsab il-belt kapitali ta' Stat Membru jew li jkollhom kollegament fiss mal-kontinent.

(b) 

żoni muntanjużi kif definiti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru;

(c) 

żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa (jiġifieri inqas minn 50 abitant kull kilometru kwadru) u baxxa ħafna (inqas minn 8 abitanti kull kilometru kwadru);

(d) 

l-inklużjoni tar-Reġjuni l-aktar imbiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE;



IR-RABA’ PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI APPLIKABBLI GĦALL-FONDI U L-FEMS



TITOLU I

ĠESTJONI U KONTROLL



KAPITOLU I

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

Artikolu 122

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-programmi operazzjonali huma stabbiliti skont l-Artikoli 72, 73 u 74.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprevjenu, jindividwaw u jikkorreġu l-irregolaritajiet u għandhom jirkupraw l-ammonti li tħallsu indebitament, flimkien mal-imgħax fuq pagamenti li saru tard. ►C1  Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet li jaqbżu EUR 10 000 f'kontribuzzjoni minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi jew l-FEMS, u ◄ għandhom iżommuha mgħarrfa dwar il-progress sinifikanti fi proċeduri amministrattivi u legali relatati.

L-Istati Membri ma għandhomx jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet f'relazzjoni ma' dan li ġej:

(a) 

il-każijiet fejn l-irregolarità tikkonsisti biss fin-nuqqas li tiġi eżegwita, b’mod parzjali jew sħiħ, operazzjoni inkluża fil-programm operazzjonali kofinanzjat minħabba l-falliment tal-benefiċjarju;

(b) 

il-każijiet li b’mod volontarju jinġiebu għall-attenzjoni tal-awtorità ta’ ġestjoni jew tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni mill-benefiċjarju u qabel individwazzjoni minn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet, kemm qabel jew wara l-pagament tal-kontribuzzjoni pubblika;

▼C1

(c) 

il-każijiet skoperti u korretti mill-awtorità ta' ġestjoni jew l-awtorità ta' ċertifikazzjoni qabel l-inklużjoni tan-nefqa kkonċernata f'applikazzjoni għalpagament ippreżentata lill-Kummissjoni.

▼B

Fil-każijiet l-oħra kollha, b'mod partikolari dawk li jiġu qabel il-falliment jew f'każijiet ta' suspett ta' frodi, l-irregolaritajiet skoperti u l-miżuri ta' prevenzjoni u korrettivi assoċjati għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.

▼M6

Meta l-ammonti mħallsa bi żball lil benefiċjarju għal operazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati u dan ikun riżultat ta’ difett jew negliġenza min-naħa ta’ Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati lill-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammont imħallas bi żball jekk l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx il-EUR 250 f’kontribuzzjoni mill-Fondi għal operazzjoni f’sena kontabilistika.

▼B

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 li jistabbilixxi regoli dettaljati addizzjonali rigward il-kriterji għad-determinazzjoni tal-każijiet ta’ irregolarità li jridu jiġu rapportati, id-dejta li trid tingħata u dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri li jridu jiġu applikati biex jiġi ddeterminat jekk l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati għandhomx jiġu rimborżati mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-frekwenza tar-rapportar u l-format tar-rapportar li għandu jintuża. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artiolu 150(2).

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015 l-iskambji kollha ta’ informazzjoni bejn il-benefiċjarji u awtorità ta’ ġestjoni, awtorità ta’ ċertifikazzjoni, awtorità ta’ awditjar u l-korpi intermedji jistgħu jitwettqu permezz ta’ sistemi tal-iskambju tad-dejta elettronika.

Is-sistemi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiffaċilitaw l-interoperabbiltà ma’ oqfsa nazzjonali u tal-Unjoni u jippermettu lill-benefiċjarji jissottomettu l-informazzjoni kollha msemmija fis-subparagrafu darba biss.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati rigward l-iskambji tal-informazzjoni skont dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

4.  Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għall-FEMS.



KAPITOLU II

Awtoritajiet ta’ ġestjoni u kontroll

Artikolu 123

Nomina tal-awtoritajiet

1.  Kull Stat Membru għandu jinnomina, għal kull programm operazzjonali, awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, reġjonali jew lokali jew korp privat bħala awtorità ta’ ġestjoni. L-istess awtorità ta' ġestjoni tista' tiġi nnominata għal aktar minn programm operazzjonali wieħed.

2.  L-Istat Membru għandu jinnomina, għal kull programm, awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, reġjonali jew lokali bħala awtorità ta’ ċertifikazzjoni, mingħajr ħsara għall-paragrafu 3. L-istess awtorità li tiċċertifika tista' tintgħażel għal aktar minn programm operazzjonali wieħed.

3.  L-Istat Membru jista’ jinnomina għal programm operazzjonali awtorità ta’ ġestjoni, li hija awtorità jew korp pubbliku, biex twettaq ukoll il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni.

4.  L-Istat Membru għandu jinnomina, għal kull programm operazzjonali, awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, reġjonali jew lokali, funzjonalment indipendenti mill-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, bħala l-awtorità ta’ awditjar. L-istess awtorità tal-awditjar tista' tintgħażel għal aktar minn programm operazzjonali wieħed.

▼M6

5.  Fil-każ tal-Fondi u fil-każ tal-FEMS, sakemm jiġi rispettat il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, fejn applikabbli, u l-awtorità tal-awditjar jistgħu jkunu parti mill-istess awtorità jew korp pubbliku.

▼B

Fejn l-ammont totali ta' sostenn mill-Fondi għal programm operazzjonali jaqbeż EUR 250 000 000 jew, mill-FEMS jaqbeż EUR 100 000 000 , l-awtorità tal-awditjar tista' tkun parti mill-istess awtorità jew korp pubbliku bħall-awtorità ta' ġestjoni jekk, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-perjodu preċedenti ta' programmazzjoni, il-Kummissjoni tkun infurmat lill-Istat Membru qabel id-data ta' adozzjoni tal-programm operazzjonali kkonċernat dwar il-konklużjoni tagħha li wieħed jista' joqgħod prinċipalment fuq l-opinjoni tiegħu dwar l-awditjar, jew jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta abbażi tal-esperjenza tal-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti li l-organizzazzjoni istituzzjonali u r-responsabbiltà tal-awtorità tal-awditjar jipprovdu garanziji adegwati tal-indipendenza funzjonali u l-affidabbiltà tagħha.

6.  L-Istat Membru jista' jinnomina korp intermedju wieħed jew aktar sabiex iwettaq ċertu kompiti tal-awtorità ta' ġestjoni jew ta' ċertifikazzjoni taħt ir-responsabbiltà ta' dik l-awtorità. L-arranġamenti rilevanti bejn l-awtorità ta’ ġestjoni jew l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u l-korpi intermedji għandhom jiġu rreġistrati formalment bil-miktub.

7.  L-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tafda l-ġestjoni ta’ parti minn programm lil korp intermedju permezz ta' ftehim bil-miktub bejn il-korp intermedju u l-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni ('għotja globali'). Il-korp intermedju għandu jipprovdi garanziji tas-solvenza u l-kompetenza tiegħu fid-dominju kkonċernat kif ukoll il-kapaċità tiegħu ta' ġestjoni amministrattiva u finanzjarja.

8.  L-Istat Membru jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jinnomina korp ta' koordinazzjoni li r-responsabbiltà tiegħu għandha tkun il-kollegament mal-Kummissjoni u l-għoti ta' informazzjoni lilha, il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-korpi nominati rilevanti l-oħrajn u l-promozzjoni tal-applikazzjoni armonizzata tal-liġi applikabbli.

9.  L-Istat Membru għandu jistabbilixxi bil-miktub regoli li jirregolaw ir-relazzjoni tiegħu mal-awtoritajiet ta' ġestjoni, l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni u l-awtoritajiet ta' verifika, ir-relazzjonijiet bejn dawn l-awtoritajiet, u r-relazzjoni ta' dawn l-awtoritajiet mal-Kummissjoni.

Artikolu 124

Proċedura għan-nomina tal-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni

1.  L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-data u l-forma tan-nomini, li għandhom jitwettqu f’livell xieraq, tal-awtorità ta’ ġestjoni u, fejn ikun xieraq, tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel applikazzjoni għal pagament interim lill-Kummissjoni.

2.  In-nomini msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq rapport u opinjoni ta’ korp indipendenti ta’ awditjar li jivvaluta kemm l-awtoritajiet nominati jissodisfaw il-kriterji marbuta mal-ambjent ta’ kontroll intern, il-ġestjoni tar-riskji, l-attivitajiet ta’ ġestjoni u kontroll, u l-monitoraġġ, li jinsabu fl-Anness XIII. Il-korp indipendenti ta’ awditjar għandu jkun l-awtorità ta’ awditjar, jew korp legali ieħor pubbliku jew privat bil-kapaċità meħtieġa ta’ verifika, li jkun indipendenti mill-awtorità ta’ ġestjoni u, fejn applikabbli, mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, u li għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’konsiderazzjoni ta’ standards ta’ awditjar internazzjonalment aċċettati. Meta l-korp indipendenti ta’ awditjar jikkonkludi li l-parti mis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, li tirrigwarda l-awtorità ta’ ġestjoni jew l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, tkun essenzjalment l-istess bħal dik għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, u li jkun hemm evidenza, abbażi tal-ħidma ta' awditjar imwettqa skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 ( 27 ), tal-funzjonament effettiv tagħhom matul dak il-perjodu, huwa jista’ jikkonkludi li l-kriterji rilevanti huma sodisfatti mingħajr ma jwettaq aktar ħidma ta’ awditjar.

3.  Meta l-ammont totali ta’ sostenn mill-Fondi għal programm operazzjonali jaqbeż EUR 250 000 000 jew mill-FEMS jaqbeż EUR 100 000 000 , il-Kummissjoni tista’ titlob, fi żmien xahar min-notifika dwar in-nomini msemmija fil-paragrafu 1, ir-rapport u l-opinjoni tal-korp indipendenti ta’ awditjar imsemmi fil-paragrafu 2 u d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u l-proċeduri fis-seħħ għall-awtorità ta’ ġestjoni jew, fejn ikun xieraq, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk titlobx dawk id-dokumenti abbażi tal-valutazzjoni tagħha tar-riskji, filwaqt li tqis informazzjoni dwar bidliet sinifikanti fil-funzjonijiet u l-proċeduri tal-awtorità ta’ ġestjoni jew, fejn ikun xieraq, tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, meta mqabblin ma’ dawk fis-seħħ għall-perjodu preċedenti ta’ programmazzjoni, u evidenza rilevanti tal-funzjonament effettiv tagħhom.

Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet fi żmien xahrejn minn meta tkun irċeviet id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu. Mingħajr preġudizzju għall- Artikolu 83, l-eżami ta' dawk id-dokumenti m’għandux jinterrompi t-trattament tal-applikazzjonijiet għal pagamenti interim.

4.  Meta l-ammont totali ta’ sostenn mill-Fondi għal programm operazzjonali jaqbeż l-EUR 250 000 000 jew mill-FEMS jaqbeż l-EUR 100 000 000 u jkun hemm bidliet sinifikanti fil-funzjonijiet u l-proċeduri tal-awtorità ta’ ġestjoni jew, fejn ikun xieraq, tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, meta mqabblin ma’ dawk fis-seħħ għall-perjodu preċedenti ta’ programmazzjoni, l-Istat Membru jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jippreżenta lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika tan-nomini msemmija fil-paragrafu 1, id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel osservazzjonijiet dwar dawk id-dokumenti fi żmien tliet xhur minn meta jaslulha.

5.  Meta r-riżultati eżistenti ta’ awditjar u kontrolli juru li l-awtorità nominata ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji msemmijin fil-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu, f’livell xieraq, jiffissa, skont is-severità tal-problema, perjodu ta’ prova, li waqtu għandha tittieħed l-azzjoni ta’ rimedju meħtieġa.

Meta l-awtorità nominata tonqos milli timplimenta l-azzjoni ta’ rimedju mitluba fi żmien il-perjodu ta’ prova ddeterminat mill-Istat Membru, l-Istat Membru, f’livell xieraq, għandu jtemm in-nomina tagħha.

L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien meta awtorità nominata titpoġġa taħt prova, filwaqt li jagħti informazzjoni dwar il-perjodu rispettiv ta’ prova, meta l-prova tintemm wara l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ rimedju, kif ukoll meta tintemm in-nomina ta’ awtorità. In-notifika li korp nominat ikun tqiegħed taħt prova mill-Istat Membru, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 83, ma għandhiex tinterrompi t-trattament ta’ applikazzjonijiet għal pagamenti interim.

6.  Meta n-nomina ta' awtorità ta' ġestjoni jew awtorità ta' ċertifikazzjoni tintemm, l-Istati Membri għandhom jinnominaw, skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2, korp ġdid biex jieħu f'idejh il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni jew tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan.

7.  Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-mudell għar-rapport u l-opinjoni tal-korp indipendenti ta’ verifika u d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u l-proċeduri fis-seħħ għall-awtorità ta’ ġestjoni u, fejn ikun xieraq, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

Artikolu 125

Il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni

1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-programm operazzjonali skont il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba.

2.  Fir-rigward tal- ġestjoni tal-programm operazzjonali, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:

(a) 

tappoġġja l-ħidma tal-kumitat tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 47 u tipprovdih bl-informazzjoni li jeħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, b’mod partikolari dejta relatata mal-progress tal-programm operazzjonali fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu, dejta finanzjarja u dejta relatata ma’ indikaturi u għanijiet;

(b) 

tfassal u, wara approvazzjoni mill-kumitat tal-monitoraġġ, tissottometti lill-Kummissjoni rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali msemmija fl-Artikolu 50;

(c) 

tagħmel disponibbli lill-korpi intermedji u lill-benefiċjarji informazzjoni li hija rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet rispettivament;

(d) 

tistabbilixxi sistema sabiex tirreġistra u taħżen f’forma kompjuterizzata dejta dwar kull operazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-verifika, inkluż dejta dwar parteċipanti individwali fl-operazzjonijiet fejn applikabbli;

(e) 

tiżgura li d-dejta msemmija fil-punt (d) tinġabar, tiġi rreġistrata u maħżuna fis-sistema msemmija fil-punt (d), u li d-dejta fuq l-indikaturi titqassam skont is-sess fejn meħtieġ bl-Annessi I u II tar-Regolament FSE.

3.  Fir-rigward tas-selezzjoni tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:

(a) 

tfassal u, ladarba approvati, tapplika proċeduri u kriterji xierqa ta’ selezzjoni li:

(i) 

tiżgura l-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet għall-kisba ta' objettivi u riżultati speċifiċi tal-prijorità rilevanti;

(ii) 

huma non-diskriminatorji u trasparenti;

(iii) 

iqisu l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8;

▼C1

(b) 

tiżgura li l-operazzjoni magħżula taqa' fl-ambitu tal-FEMS, tal-Fond jew il-Fondi kkonċernati u tista' tkun attribwita għal kategorija ta' intervent jew, fil-każ tal-FEMS, miżura identifikata fil-prijorità jew fil-prijoritajiet tal-programm operazzjonali;

▼M6

(c) 

tiżgura li l-benefiċjarju jingħata dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għas-sostenn ta’ kull operazzjoni inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi dwar il-prodotti jew is-servizzi li għandhom jingħataw taħt l-operazzjoni, il-pjan finanzjarju, il-limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti rigward informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità;

▼B

(d) 

tissodisfa lilha nnifisha li l-benefiċjarju għandu l-kapaċità amministrattiva, finanzjarja u operattiva sabiex jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) qabel l-approvazzjoni tal-operazzjoni;

(e) 

tissodisfa lilha nnifisha li, fejn l-operazzjoni tkun bdiet qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta’ ġestjoni, il-liġi applikabbli rilevanti għall-operazzjoni tkun ġiet osservata;

(f) 

tiżgura ruħha li l-operazzjonijiet magħżula għal sostenn mill-Fondi jew l-FEMS ma jinkludux attivitajiet li kienu parti minn operazzjoni li kienet jew kellha tkun soġġetta għal proċedura ta’ rkupru skont l-Artikolu 71 wara r-rilokazzjoni ta’ attività produttiva barra mill-qasam tal-programm;

(g) 

tiddetermina l-kategoriji ta’ intervent jew, fil-każ tal-FEMS, il-miżuri li għalihom għandha tiġi attribwita n-nefqa ta’ operazzjoni.

4.  Fir-rigward tal-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju tal-programm, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:

▼M6

(a) 

tivverifika li l-prodotti u s-servizzi kofinanzjati ġew ipprovduti, li l-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli, mal-programm operazzjonali u mal-kondizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni u:

(i) 

fejn l-ispejjeż ikunu jridu jiġu rimborżati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1), li jkun tħallas l-ammont tan-nefqa ddikjarat mill-benefiċjarji b’rabta ma’ dawk l-ispejjeż;

(ii) 

fil-każ ta’ spejjeż rimborżati skont il-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1), li jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa lill-benefiċjarju;

▼B

(b) 

tiżgura li l-benefiċjarji involuti fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet rimborsati abbażi tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba jżommu jew sistema ta' awditjar separata jew kodiċi ta' awditjar xieraq għat-tranżazzjonijiet kollha relatati ma' operazzjoni;

(c) 

tpoġġi fis-seħħ miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi filwaqt li tqis ir-riskji identifikati;

(d) 

tistabbilixxi proċeduri sabiex jiġi żgurat li d-dokumenti kollha dwar in-nefqa u l-verifiki meħtieġa għal sekwenza xierqa tal-awditjar jinżammu skont ir-rekwiżiti tal-punt (g) tal-Artikolu 72;

(e) 

tfassal id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u s-sommarju annwali msemmi fil- ►M6  punti (a) u (b) tal-Artikolu 63(5) u l-Artikolu 63(6) u (7) tar-Regolament Finanzjarju ◄ .

Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ir-Regolament KTE jista' jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar verifiki applikabbli għall-programmi ta' kooperazzjoni.

5.  Verifiki skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom jinkludu l-proċeduri li ġejjin:

(a) 

verifiki amministrattivi fir-rigward ta’ kull applikazzjoni għar-rimborż mill-benefiċjarji;

(b) 

verifiki fuq il-post tal-operazzjonijiet.

Il-frekwenza u l-kopertura tal-verifiki fuq il-post għandu jkun proporzjonat għall-ammont ta’ sostenn pubbliku għal operazzjoni u għal-livell ta’ riskju identifikat minn tali verifiki u mill-verifiki mill-awtorità tal-awditjar tal-kontijiet għas-sistema kollha kemm hi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

6.  Il-verifiki fuq il-post ta' operazzjonijiet individwali skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 jistgħu jitwettqu fuq bażi ta' kampjuni.

7.  Fejn l-awtorità ta’ ġestjoni hija wkoll benefiċjarju taħt il-programm operazzjonali, arranġamenti għall-verifiki msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu tal-ewwel subparagrafu 4 għandhom jiżguraw is-separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet.

8.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 149, li jistabbilixxu regoli li jispeċifikaw l-informazzjoni relatata mad-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f’forma kompjuterizzata fis-sistema ta’ monitoraġġ stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema stabbilita skont il-punt (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċeduri ta' eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

9.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 149, li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi dettaljati għas-sekwenza tal-awditjar imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-kotba tal-kontijiet li għandhom jinżammu u d-dokumenti ta’ appoġġ li għandhom jinħażnu fil-livell tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji.

10.  Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-mudell għad-dikjarazzjoni tal-maniġment msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 150(2).

Artikolu 126

Il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni

L-awtorità ta' ċertifikazzjoni ta' programm operazzjonali għandha tkun responsabbli b'mod partikolari sabiex:

(a) 

tfassal u tissottometti lill-Kummissjoni applikazzjonijiet ta’ pagament u tiċċertifika li jirriżultaw minn sistemi ta’ kontabilità affidabbli, huma bbażati fuq dokumenti ta’ sostenn verifikabbli u ġew soġġetti għal verifiki mill-awtorità ta’ ġestjoni;

(b) 

tfassal il-kontijiet imsemmijin fil- ►M6  punt (a) tal-Artikolu 63(5) u l-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju ◄ ;

(c) 

tiċċertifika l-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet u li n-nefqa rreġistrata fil-kontijiet tikkonforma mal-liġi applikabbli u tkun tħallset fir-rigward ta' operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament f'konformità mal-kriterji applikabbli għall-programm operazzjonali u li tikkonforma mal-liġi applikabbli;

(d) 

tiżgura li jkun hemm sistema li tirreġistra u taħżen, f’forma kompjuterizzata, rekords ta’ awditjar għal kull operazzjoni, u li ssostni d-dejta kollha meħtieġa għat-tfassil ta’ applikazzjonijiet ta’ pagament u kontijiet, inklużi rekords ta’ ammonti li jistgħu jiġu rkuprati, ammonti rkuprati u ammonti rtirati wara kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha għal operazzjoni jew programm operazzjonali;

(e) 

tiżgura għall-finijiet tat-tfassil u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tal-pagament li tkun irċeviet informazzjoni adegwata mill-awtorità ta’ ġestjoni dwar il-proċeduri u l-verifiki mwettqa fir-rigward tan-nefqa;

(f) 

tqis, meta tfassal u tissottometti l-applikazzjonijiet ta’ pagament tar-riżultati tal-verifiki kollha mwettqa minn jew taħt ir-responsabilità tal-awtorità tal-awditjar;

(g) 

iżżomm, f’forma kompjuterizzata, rekords ta’ kontabilità, tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni u tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti mħallsa lill-benefiċjarji;

(h) 

iżżomm kont tal-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati u ta' ammonti miġbuda wara kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti mill-kontribuzzjoni għal operazzjoni. ►C1  L- ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lura lill-baġit tal- Unjoni qabel l-għeluq tal-programm operazzjonali billi jitnaqqsu mill-applikazzjoni għal pagament sussegwenti. ◄

Artikolu 127

Funzjonijiet tal-awtorità tal-awditjar

1.  L-awtorità tal-awditjar għandha tiżgura li jitwettaq awditjar rigward il-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-programmi operazzjonali u fuq kampjun xieraq ta’ operazzjonijiet fuq il-bażi tan-nefqa ddikjarata. In-nefqa ddikjarata għandha tkun verifikata abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv u, bħala regola ġenerali, fuq metodi statistiċi tat-teħid ta’ kampjuni.

Metodu mhux statistiku ta’ teħid ta’ kampjuni jista’ jintuża fuq il-ġudizzju professjonali tal-awtorità tal-awditjar, f’każijiet debitament ġustifikati, skont standards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali u fi kwalunkwe każ fejn in-numru ta’ operazzjonijiet għal sena ta’ kontabilità ma jkunx biżżejjed biex jippermetti l-użu ta’ metodu statistiku.

F’każijiet bħal dawn id-daqs tal-kampjun għandu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-awtorità tal-awditjar tħejji opinjoni tal-awditjar valida skont ►M6  l-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju ◄ .

Il-metodu ta’ kampjun mhux statistiku għandu jkopri minimu ta’ 5 % tal-operazzjonijiet li għalihom in-nefqa tkun ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni matul sena ta’ kontabilità u 10 % tan-nefqa li tkun ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni matul sena ta’ kontabilità.

2.  Fejn l-awditjar jitwettaq minn korp ieħor għajr l-awtorità tal-awditjar, l-awtorità tal-awditjar għandha tiżgura li kwalunkwe korp bħal dan għandu l-indipendenza funzjonali meħtieġa.

3.  L-awtorità tal-awditjar għandha tiżgura li x-xogħol tal-awditjar iqis standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

4.  L-awtorità tal-awditjar għandha, fi żmien tmien xhur mill-adozzjoni ta’ programm operazzjonali, tħejji strateġija ta’ awditjar biex isir l-awditjar. L-istrateġija tal-awditjar għandha tistabbilixxi l-metodoloġija tal-verifika, il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għall-awditjar fuq l-operazzjonijiet u l-ippjanar tal-awditjar fir-rigward tas-sena attwali ta’ kontabilità u s-sentejn ta’ kontabilità sussegwenti. L-istrateġija tal-verifika għandha tiġi aġġornata kull sena mill-2016 sa, u inkluża, l-2024. Fejn sistema komuni ta' ġestjoni u ta' kontroll tapplika għal aktar minn programm wieħed, tista’ titħejja strateġija tal-awditjar waħda għall-programmi operazzjonali kkonċernati. L-awtorità tal-awditjar għandha tissottometti l-istrateġija tal-awditjar lill-Kummissjoni fuq talba.

5.  L-awtorità tal-awditjar għandha tfassal:

(a) 

opinjoni tal-awditjar f'konformità ►M6  l-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju ◄ ;

(b) 

rapport ta’ kontroll dwar ir-riżultati ewlenin, tal-awditjar imwettaq skont il-paragrafu 1, inklużi sejbiet fir-rigward tan-nuqqasijiet li nstabu fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, u l-azzjonijiet korrettivi proposti u implimentati.

Fejn sistema komuni ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tapplika għal aktar minn programm wieħed, l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tista’ tingħaqad f’rapport wieħed.

6.  Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu mudelli għall-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapport ta’ kontroll. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 150(2).

7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 biex tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tal-awditjar tal-operazzjonijiet u l-awditjar tal-kontijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjuni ta’ operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

8.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 149, li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-użu tad-dejta miġbura matul dan l-awditjar imwettaq mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew minn rappreżentati tal-Kummissjoni awtorizzati.



KAPITOLU III

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-awditjar

Artikolu 128

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-awditjar

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkopera mal-awtoritajiet tal-awditjar sabiex tikkoordina l-pjanijiet u l-metodi tagħhom ta’ awditjar u għandha minnufih tagħmel skambju ma’ dawk l-awtoritajiet tar-riżultati tal-awditjar imwettqa fuq is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

2.  Sabiex tiġi faċilitata din il-kooperazzjoni fil-każijiet fejn Stat Membru jinnomina aktar minn awtorità tal-awditjar waħda, l-Istat Membru jista' jinnomina korp ta' koordinazzjoni.

3.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar u kwalunkwe korp ta’ koordinazzjoni għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari u bħala regola ġenerali, mill-inqas darba fis-sena, sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor, sabiex jeżaminaw ir-rapport annwali ta’ kontroll, l-opinjoni tal-awditjar u l-istrateġija tal-awditjar u sabiex jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet relatati mat-titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.



TITOLU II

▼C1

ĠESTJONI FINANZJARJA, TĦEJJIJA, EŻAMI U AĊĊETTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KORREZZJONIJIET FINANZJARJI

▼B



KAPITOLU I

Ġestjoni finanzjarja

Artikolu 129

Regoli komuni għall-pagamenti

L-Istat Membru għandu jiżgura li mal-għeluq tal-programm operazzjonali, ►C1  l-ammont tan-nefqa pubblika mħallas lill-benefiċjarji huwa tal-inqas daqs il-kontribuzzjoni mill-Fondi u l-FEMS mħallsa mill-Kummissjoni lill-Istat Membru. ◄

Artikolu 130

Regoli komuni għall-kalkolu ta' pagamenti interim u l-pagament tal-bilanċ finali

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrimborża bħala pagamenti interim 90 % tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament għal kull prijorità stabbilita fid-deċiżjoni li tadotta l-programm għan-nefqa eliġibbli għall- prijorità inkluża fl-applikazzjoni tal-ħlas. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammonti li jkun fadal għar-rimborż bħala pagamenti interim jew li għandhom jiġu rkuprati skont l-Artikolu 139.

▼C1

2.  Il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS lil prijorità permezz ta’ pagamenti interim u l-pagament tal-bilanċ finali m'għandhiex tkun ogħla minn:

(a) 

in-nefqa pubblika eliġibbli indikata fl-applikazzjonijiet għal pagament għall-prijorità; jew

(b) 

il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS għall-prijorità stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.

skont liema ammont ikun l-inqas.

▼M10

3.  B’deroga mill-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS permezz ta’ pagamenti tal-bilanċ finali għal kull prijorità għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni fl-aħħar sena ta’ kontabbiltà ma għandhiex taqbeż, b’aktar minn 10 %, il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS għal kull prijorità għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni kif stipulat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.

Il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS permezz ta’ pagamenti tal-bilanċ finali fl-aħħar sena ta’ kontabbiltà ma għandhiex taqbeż in-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata jew il-kontribuzzjoni minn kull Fond u kategorija ta’ reġjuni għal kull programm operazzjonali kif stipulat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali, skont liema ammont ikun l-inqas.

▼M6

Artikolu 131

Applikazzjonijiet għall-pagament

1.  L-applikazzjonijiet għall-pagament għandhom jinkludu, għal kull prijorità:

(a) 

l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, kif imdaħħla fis-sistema tal-kontabbiltà tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni;

(b) 

l-ammont totali ta’ nefqa pubblika mġarrba fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, kif imdaħħla fis-sistema tal-kontabbiltà tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni.

Fir-rigward tal-ammonti li għandhom jiġu inklużi f’applikazzjonijiet għall-pagament għall-forma ta’ appoġġ imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1), l-applikazzjonijiet għall-pagament għandhom jinkludu l-elementi stipulati fl-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 67(5a) u għandhom jużaw il-mudell għall-applikazzjonijiet għall-pagament stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

2.  In-nefqa eliġibbli inkluża f’applikazzjoni għall-pagament għandha tiġi evidenzjata b’riċevuti jew dokumenti ta’ kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti, ħlief għall-forom ta’ appoġġ imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 68, 68a, u 68b ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 69(1) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-FSE. Għal dawk il-forom ta’ appoġġ, l-ammonti inklużi f’applikazzjoni għall-pagament għandhom ikunu l-kosti kkalkulati fuq il-bażi applikabbli.

3.  Fil-każ tal-għajnuna mill-Istat, il-kontribuzzjoni pubblika li tikkorrispondi għan-nefqa inkluża f’applikazzjoni għall-pagament għandha tkun tħallset lill-benefiċjarji mill-korp li jagħti l-għajnuna jew, fejn Stati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, imħallsa mill-benefiċjarju lill-korp li qed jirċievi l-għajnuna.

4.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat, l-applikazzjoni għall-pagament tista’ tinkludi pagamenti bil-quddiem imħallsa lill-benefiċjarju mill-korp li jagħti l-għajnuna jew, fejn Stati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, imħallsa mill-benefiċjarju lill-korp li qed jirċievi l-għajnuna skont il-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a) 

dawk il-pagamenti bil-quddiem huma soġġetti għal garanzija pprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra stabbilita fl-Istat Membru jew ikunu koperti minn faċilità pprovduta bħala garanzija minn entità pubblika jew mill-Istat Membru;

(b) 

dawk il-pagamenti bil-quddiem ma jaqbżux l-40 % tal-ammont totali tal-għajnuna li għandha tingħata lil benefiċjarju għal operazzjoni partikolari jew, meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li qed jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, tal-ammont totali tal-għajnuna li għandha tingħata lill-korp li qed jirċievi l-għajnuna bħala parti minn operazzjoni partikolari;

(c) 

dawk il-pagamenti bil-quddiem huma koperti min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju jew, fejn Stati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li qed jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, in-nefqa mħallsa mill-korp li qed jirċievi l-għajnuna fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni u evidenzjata b’riċevuti jew dokumenti ta’ kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti fi żmien tliet snin mis-sena tal-pagament tas-somma bil-quddiem jew fil-31 ta’ Diċembru 2023, liema minnhom tkun l-aktar kmieni.

Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ma jkunux sodisfatti, l-applikazzjoni għall-pagament li jmiss għandha tkun korretta kif meħtieġ.

5.  Kull applikazzjoni għall-pagament li tinkludi pagamenti bil-quddiem tat-tip imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tiddivulga b’mod separat:

(a) 

l-ammont totali mħallas mill-programm operazzjonali bħala pagamenti bil-quddiem;

(b) 

l-ammont li, fi żmien tliet snin mill-pagament bil-quddiem f’konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, kien kopert min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju jew, fejn Stati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, mill-korp li qed jirċievi l-għajnuna; u

(c) 

l-ammont li ma kienx kopert min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju jew, fejn Stati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li qed jagħti l-għajnuna skont il-punt 10(a) tal-Artikolu 2, mill-korp li qed jirċievi l-għajnuna, u li għalih ma jkunx għadu skada l-perijodu ta’ tliet snin.

6.  Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għall-applikazzjonijiet għall-pagament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

▼B

Artikolu 132

Pagament lill-benefiċjarji

1.  Suġġett għad-disponibilità ta' finanzjament minn pagamenti ta' prefinanzjament u interim inizjali u annwali, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li benefiċjarju jirċievi l-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli kollu kemm hu u mhux aktar tard minn 90 jum mid-data ta' sottomissjoni tal-klejm għall-pagament mill-benefiċjarju.

L-ebda ammont m'għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b’effett ekwivalenti m'għandhom jiġu imposti li jnaqqsu ammonti dovuti lill-benefiċjarji.

2.  L-iskadenza tal-pagament imsemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi sospiża mill-awtorità ta' ġestjoni f'wieħed mill-każijiet ġustifikati debitament li ġejjin:

(a) 

l-ammont tal-klejm għall-pagament mhuwiex dovut jew id-dokumenti ta' sostenn xierqa, inklużi d-dokumenti neċessarji għall-verifika amministrattiva skont il-punt (a) equivalent probative value tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(4), ma jkunux ġew ipprovduti;

(b) 

tkun bdiet investigazzjoni fir-rigward ta' irregolarità possibbli li taffettwa n-nefqa kkonċernata.

Il-benefiċjarju kkonċernat għandu jiġi infurmat bil-kitba dwar l-interruzzjoni u r-raġunijiet għaliha.

Artikolu 133

Użu tal-euro

1.  L-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom fid-data ta' applikazzjoni għall-pagament għandhom jikkonvertu f'euro l-ammonti tan-nefqa mġarrba fil-munita nazzjonali. Dawk l-ammonti għandhom jiġu konvertiti f’euro bl-użu tar-rata tal-kambju tal-kontabilità mensili tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu n-nefqa ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni tal-programm operazzjonali kkonċernat. Ir-rata tal-kambju għandha tiġi ppubblikata elettronikament mill-Kummissjoni kull xahar.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, ir-Regolament KTE jista' jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-mument meta ssir il-konverżjoni fl-euro.

3.  Meta l-euro ssir il-munita ta’ Stat Membru, il-proċedura ta’ konverżjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tkompli tapplika għan-nefqa kollha reġistrata fil-kontijiet mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rata fissa ta’ konverżjoni bejn il-munita nazzjonali u l-euro.

Artikolu 134

Pagament ta’ prefinanzjament

1.  L-ammont ta' prefinanzjament għandu jitħallas fi pagamenti parzjali kif ġej:

(a) 

fl-2014: 1 % tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali jew 1.5 % tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi u mill-FEMS għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali meta Stat Membru jkun ilu jirċievi assistenza finanzjarja sa mill-2010, f'konformità mal-Artikoli 122 u 143 TFUE, jew mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), jew ikun qed jirċievi assistenza finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2013 f'konformità mal-Artikoli 136 u 143 TFUE;

(b) 

fl-2015: 1 % tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali jew 1.5 % tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi u mill-FEMS għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali meta Stat Membru jkun ilu jirċievi assistenza finanzjarja sa mill-2010, f'konformità mal-Artikoli 122 u 143 TFUE, jew mill-EFSF, jew ikun qed jirċievi assistenza finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2014 f'konformità mal-Artikoli 136 u 143 TFUE;

(c) 

fl-2016: 1 % tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali.

Jekk programm operazzjonali jiġi adottat fl-2015 jew aktar tard, il-pagamenti preċedenti għandhom jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni.

▼M1

1a.  Minbarra l-pagamenti previsti fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, ammont ta' prefinanzjament inizjali addizzjonali ta' 3,5 % tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu kollu ta' programmar għandu jitħallas għall-programmi operazzjonali fil-Greċja kull sena fl-2015 u fl-2016.

Il-prefinanzjament inizjali addizzjonali ma għandux japplika għal programmi taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u lanqas għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi fost iż-Żgħażagħ.

Jekk, sal-31 ta' Diċembru 2016, l-ammont totali ta' prefinanzjament inizjali addizzjonali mħallas fuq il-bażi ta' dan il-paragrafu fl-2015 u fl-2016 għal programm operazzjonali mill-Fond, fejn applikabbli, mhuwiex kopert minn applikazzjonijiet ta' pagament mibgħuta mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni għal dak il-programm, il-Greċja għandha tħallas lura lill-Kummissjoni l-ammont totali ta' prefinanzjament inizjali addizzjonali għal dak il-Fond imħallas għal dak il-programm. Dawk il-pagamenti lura m'għandhomx jikkostitwixxu korrezzjoni finanzjarja u m'għandhomx inaqqsu l-appoġġ mill-Fondi jew l-FEMS għall-programmi operazzjonali. Il-pagamenti lura għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat skont il-punt (c) tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju.

▼B

2.  Ammont annwali ta' prefinanzjament għandu jitħallas qabel l-1 ta’ Lulju tas-snin 2016 sa 2023. Għandu jkun perċentwal tal-ammont tal-appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali kif ġej:

— 
2016: 2 %
— 
2017: 2,625 %
— 
2018: 2,75 %
— 
2019: 2,875 %
— 
2020 sa 2023: 3 %.

3.  Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta' prefinanzjament inizjali msemmi fil-paragrafu 1, l-ammont ta' appoġġ għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu għandu jeskludi l-ammonti mir-riżerva għall-prestazzjoni li huma relatati mal-programm operazzjonali.

Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta' prefinanzjament annwali msemmi fil-paragrafu 2 sa u li jinkludi l-2020, l-ammont ta' appoġġ għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu għandu jeskludi l-ammonti mir-riżerva għall-prestazzjoni li kienu allokati inizjalment lill-programm operazzjonali.

Artikolu 135

Dati tal-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal pagamenti interim u għall-pagament tagħhom

1.  L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha fuq bażi regolari tissottometti applikazzjoni għal pagament interim f'konformità mal-Artikolu 131(1) li jkopri l-ammonti mdaħħla fis-sistema ta' kontabilità tagħha fis-sena ta' kontabilità. Madankollu, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, fejn tqis li jkun meħtieġ, tista' tinkludi dawk l-ammonti fl-applikazzjonijiet għal pagament imressqa fi snin ta' kontabilità sussegwenti.

2.  L-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha tissottometti l-applikazzjoni finali għal pagament interim sal-31 ta’ Lulju wara t-tmien tas-sena ta’ kontabilità preċedenti u, fi kwalunkwe każ, qabel l-ewwel applikazzjoni għal pagament interim għas-sena ta' kontabilità li jmiss.

3.  L-ewwel applikazzjoni għal pagament temporanju m’għandhiex issir qabel in-notifika lill-Kummissjoni tan-nomina tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 124.

4.  Il-pagamenti interim m’għandhomx isiru għal programm operazzjonali sakemm ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali ma jkunx intbagħat lill-Kummissjoni skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

5.  Soġġett għall-finanzjament disponibbli, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagament interim mhux aktar tard minn 60 ġurnata wara d-data li fiha applikazzjoni għal pagament tkun ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni.

Artikolu 136

Diżimpenn

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe parti mill-ammont fi programm operazzjonali li ma jkunx intuża għall-pagament tal-prefinanzjament inizjali u annwali u għall-pagamenti interim sal-31 ta’ Diċembru tat-tielet sena finanzjarja wara s-sena ta’ impenn tal-baġit skont il-programm operazzjonali jew għal applikazzjoni ta’ pagament imfassla skont l-Artikolu 131 li ma ġietx sottomessa skont l-Artikolu 135.

2.  Dik il-parti tal-impenji li jkunu għadhom miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2023 għandha tiġi diżimpenjata jekk kwalunkwe wieħed mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 141(1) ma jkunx ġie sottomess lill-Kummissjoni sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 141(1).



KAPITOLU II

Tħejjija, eżami u aċċettazzjoni ta’ kontijiet u għeluq ta' programmi operazzjonali u sospensjoni ta' pagamenti



Taqsima I

Tħejjija, eżami u aċċettazzjoni ta' kontijiet

Artikolu 137

Tħejjija tal-kontijiet

1.  Il-kontijiet imsemmija fil- ►M6  punt (a) tal-Artikolu 63(5) u l-Artikolu 63(6) tar-Regolament Finanzjarju ◄ għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal kull programm operazzjonali. Il-kontijiet għandhom ikopru s-sena ta’ kontabilità u għandhom jinkludu fil-livell ta’ kull assi ta' prijorità u, fejn applikabbli, kull fond u kategorija ta’ reġjuni:

(a) 

l-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistemi ta' kontabilità tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni li ġie inkluż fl-applikazzjonijiet ta' pagament sottomessi lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 131 u l0-Artikolu 135(2) sal-31 ta' Lulju wara t-tmiem tas-sena ta' kontabilità, l-ammont totali tan-nefqa pubblika korrispondenti mġarrba fl-operazzjonijiet implimentattivi, u l-ammont totali ta' pagamenti korrispondenti li saru lill-benefiċjarji skont l-Artikolu 132(1);

(b) 

l-ammonti rtirati u rkuprati matul is-sena fiskali, l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fl-aħħar tas-sena ta’ kontabilità, l-ammonti rkuprati skont l-Artikolu 71 u l-ammonti irrekuperabbli;

(c) 

l-ammonti ta' kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 41(1) u pagamenti bil-quddiem ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 131(4)

(d) 

għal kull prijorità, rikonċiljazzjoni bejn in-nefqa ddikjarata skont il-punt (a) u n-nefqa ddikjarata fir-rigward tal-istess sena ta' kontabilità f’applikazzjonijiet għall-ħlas, akkompanjati minn spjegazzjoni ta’ kwalunkwe differenza.

2.  Fejn in-nefqa li preċedentement kienet inkluża f'applikazzjoni għal pagament interim għas-sena ta' kontabilità tiġi eskluża minn Stat Membru mill-kontijiet tiegħu għar-raġuni ta' valutazzjoni pendenti tal-legalità u r-regolarità ta' dik in-nefqa, kwalunkwe nefqa jew in-nefqiet kollha li sussegwentament jinstab li huma legali u regolari tista' tiġi inkluża f'applikazzjoni għal pagament interim b'rabta ma' snin ta' kontabilità sussegwenti.

3.  Il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjoni uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu il-mudell għall-applikazzjonijiet ta’ ħlas. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 150(3).

Artikolu 138

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Għal kull sena mill-2016 sal-2025, l-Istati Membri għandhom jissottomettu, sad-data tal-iskadenza msemmija fl- ►M6  Artikolu 63(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju ◄ , id-dokumenti msemmija f'dak l-Artikolu jiġifieri:

(a) 

il-kontijiet, imsemmija fl-Artikolu 137(1) ta' dan ir-Regolament, għas-sena kontabilistika preċedenti;

(b) 

id-dikjarazzjoni tal-amministrazzjoni u s-sommarju annwali msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(4) ta' dan ir-Regolament, għas-sena kontabilistika preċedenti;

(c) 

l-opinjoni tal-awditjar u r-rapport ta' kontroll imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 127(5) ta' dan ir-Regolament, għas-sena kontabilistika preċedenti.

Artikolu 139

Eżami u aċċettazzjoni tal-kontijiet

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq eżami tad-dokumenti ppreżentati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 138. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa biex tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina jekk il-kontijiet humiex kompluti, preċiżi u veri sad-data ta’ skadenza mogħtija fl-Artikolu 84.

2.  Il-Kummissjoni għandha taċċetta l-kontijiet fejn tkun tista’ tikkonkludi li l-kontijiet huma kompluti, preċiżi u veri. Il-Kummissjoni għandha tasal għal dik il-konklużjoni meta l-awtorità tal-awditjar tkun ipprovdiet opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet ħlief jekk il-Kummissjoni jkollha evidenza speċifika li l-opinjoni tal-awditjar dwar il-kontijiet ma tkunx affidabbli.

3.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru, sal-iskadenza mogħtija fl-Artikolu 84, dwar jekk tistax taċċetta l-kontijiet.

4.  Jekk, għal raġunijiet attribwibbli għall-Istati Membri, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ taċċetta l-kontijiet sad-data stabbilita fl-Artikolu 84, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri u tispeċifika r-raġunijiet f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-azzjonijiet li huma meħtieġa jitwettqu u l-perjodu ta’ żmien għat-tlestija tagħhom. Fl-aħħar tal-perjodu ta’ żmien għat-tlestija ta' dawk l-azzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar jekk tistax taċċetta l-kontijiet.

5.  Kwistjonijiet marbuta mal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti marbuta man-nefqa mdaħħla fil-kontijiet m’għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-aċċettazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni. Il-proċedura għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet m’għandhiex tinterrompi t-trattament tal-applikazzjonijiet għal pagamenti interim u m’għandhiex twassal għas-sospensjoni ta’ pagamenti, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 83 u 142.

6.  Fuq il-bażi tal-kontijiet aċċettati, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont li jintalab mill-Fondi għas-sena ta’ kontabilità u l-aġġustamenti konsegwenti fir-rigward tal-pagamenti lill-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tqis:

(a) 

l-ammonti fil-kontijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 137(1) u li għalih għandha tiġi applikata r-rata ta’ kofinanzjament għal kull prijorità;

(b) 

l-ammont totali ta’ pagamenti magħmula mill-Kummissjoni matul dik is-sena ta’ kontabilità li jikkonsisti minn:

(i) 

l-ammont tal-pagamenti interim imħallsa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 130(1) u l-Artikolu 24; kif ukoll

(ii) 

l-ammont ta’ prefinanzjament annwali mħallas taħt l-Artikolu 134(2).

7.  Wara l-kalkolu mwettaq skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tirrilaxxa l-prefinanzjament annwali rispettiv u tħallas kwalunkwe ammont addizzjonali dovut fi żmien 30 jum mill-aċċettazzjoni tal-kontijiet. Meta jkun hemm ammont li jista’ jiġi rkuprat mill-Istat Membru, huwa għandu jkun soġġett għal ordni ta’ rkupru maħruġa mill-Kummissjoni li għandha tiġi eżegwita, fejn ikun possibbli, billi jitnaqqsu l-ammonti dovuti lill-Istat Membru għal pagamenti sussegwenti għall-istess programm operazzjonali. ►C1  Dak l-irkupru m'għandux jikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m'għandux inaqqas l- appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-programm operazzjonali. ◄ L-ammont irkuprat għandu jikkostitwixxi dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 177(3) tar-Regolament Finanzjarju.

▼M9

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni ma għandhiex toħroġ ordni ta’ rkupru għall-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mill-Istat Membru għall-kontijiet ippreżentati fl‐2020. L-ammonti mhux irkuprati għandhom jintużaw biex jiġu aċċellerati l-investimenti relatati mat-tifqigħa COVID-19 u li jkunu eliġibbli skont dan ir-Regolament u regoli speċifiċi għall-Fond.

L-ammonti mhux irkuprati għandhom jiġu rilaxxati jew irkuprati fil-mument tal-għeluq.

▼B

8.  Wara li tiġi applikata l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni ma tkunx tista' taċċetta l-kontijiet, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u f'konformità mal-paragrafu 6, ►C1  l-ammont attribwibbli għall-Fondi u l-FEMS għas-sena ta' kontabilità, u għandha tgħarraf lill-Istat Membru. Meta l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bil-qbil tiegħu fi żmien xahrejn minn meta l-Kummissjoni tibgħat l-informazzjoni, għandu japplika l-paragrafu 7. Fin- nuqqas ta' tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi l-ammont dovut lill-Fondi u l-FEMS għas-sena ta' kontabilità. Dik id-deċiżjoni m'għandhiex tikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m'għandhiex tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-programm operazzjonali ◄ . Fuq il-bażi tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tapplika l-aġġustamenti għall-pagamenti lill-Istat Membru f’konformità mal-paragrafu 7.

9.  L-aċċettazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni, jew deċiżjoni mill-Kummissjoni taħt il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet taħt l-Artikoli 144 u 145.

10.  Stati Membri jistgħu jissostitwixxu ammonti irregolari li jinkixfu wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet billi tagħmel l-aġġustamenti korrispondenti fil-kontijiet għas-sena ta’ kontabilità fejn tinkixef l-irregolarità, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 144 u 145.

Artikolu 140

Disponibbiltà ta' dokumenti

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, ►C1  l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li kull dokument ta' prova marbut ma' nefqa appoġġata mill-Fondi u l-FEMS dwar operazzjonijiet ◄ li n-nefqa eliġibbli totali għalihom hija inqas minn EUR 1 000 000 , ikunu disponibbli fuq talba mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għal perjodu ta' tliet snin mill-31 ta' Diċembru wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet fejn tkun inkluża n-nefqa tal-operazzjoni.

Fil-każ tal-operazzjonijiet għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, id-dokumenti ta' sostenn kollha għandhom ikunu disponibbli għal perjodu ta' sentejn mill-31 ta' Diċembru wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet fejn tkun inkluża l-aħħar nefqa tal-operazzjoni kompluta.

Awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi li tapplika għal operazzjonijiet li għalihom in-nefqa totali eliġibbli hija inqas minn EUR 1 000 000 r-regola msemmija fit-tieni subparagrafu.

▼C1

Il-perjodu ta' żmien imsemmi fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu għandu jiġi interrott jew fil-każ ta' proċeduri legali jew inkella permezz ta' rapport debitament iġġustifikat tal-Kummissjoni.

▼B

2.  L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tgħarraf lill-benefiċjarji bid-data tal-bidu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

3.  Id-dokumenti għandhom jinżammu jew fil-forma tal-oriġinali, jew f’kopji veri attestati, jew fuq mezzi tal-ġarr tad-dejta komunement aċċettati inklużi verżjonijiet elettroniċi ta’ dokumenti oriġinali jew dokumenti li jeżistu fil-verżjoni elettronika biss. ►M6  Fejn jinżammu dokumenti fuq mezzi tal-ħażna tad-data aċċettati b’mod komuni f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5, ma għandu jkun meħtieġ ebda oriġinal. ◄

4.  Id-dokumenti għandhom jinżammu f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom inġabret id-dejta jew li għalihom jiġu pproċessati ulterjorment;

5.  Il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta' dokumenti miżmuma data carriers normalment aċċettati mad-dokumenti oriġinali għandha tiġi stabbilita mill-awtoritajiet nazzjonali u għandha tiżgura li l-verżjonijiet miżmuma jikkonformaw mar-rekwiżiti legali nazzjonali affidabbli għal skopijiet ta' awditjar.

6.  Fejn id-dokumenti jeżistu fil-forma elettronika biss, is-sistemi tal-kompjuter użati għandhom jissodisfaw standards ta' sigurtà aċċettati li jiżguraw li d-dokumenti miżmuma jikkonformaw mar-rekwiżiti legali nazzjonali u huma affidabbli għal skopijiet ta’ awditjar.



Taqsima II

Għeluq tal-programmi operazzjonali

Artikolu 141

Sottomissjoni tad-dokumenti ta’ għeluq u pagament tal-bilanċ finali

1.  Minbarra d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 138, għall-aħħar sena ta' kontabilità mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Ġunju 2024, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport ta' implimentazzjoni finali għall-programm operazzjonali jew l-aħħar rapport ta' implimentazzjoni annwali għall-programm operazzjonali appoġġat mill-FEMS.

2.  Il-bilanċ finali għandu jitħallas sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-aċċettazzjoni tal-kontijiet tas-sena finanzjarja finali jew xahar wara d-data tal-aċċettazzjoni tar-rapport finali ta’ implimentazzjoni, skont liema data tiġi l-aħħar.



Taqsima III

Is-sospensjoni tal-pagamenti

Artikolu 142

Sospensjoni ta' pagamenti

1.  Il-pagamenti interim kollha jew parti minnhom fil-livell ta’ assi ta' prijorità jew ta’ programmi operazzjonali jistgħu jiġu sospiżi mill-Kummissjoni jekk tiġi sodisfatta kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

ikun hemm nuqqas serju fil-funzjonament effikaċi tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm operazzjonali li jkun poġġa f’riskju l-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-programm operazzjonali u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;

▼C1

(b) 

in-nefqa f'applikazzjoni għal pagament tkun marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkunx ġiet ikkorreġuta;

▼B

(c) 

l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li tagħti lok għal interruzzjoni skont l-Artikolu 83;

(d) 

ikun hemm nuqqas serju fil-kwalità u fl-affidabilità tas-sistema ta' monitoraġġ jew tad-dejta dwar l-indikaturi komuni u speċifiċi;

(e) 

ikun hemm nuqqas ta’ tlestija ta’ azzjonijiet biex tiġi sodisfatta kundizzjonalità ex ante soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19;

►C1  (f) 

minn analiżi tal-prestazzjoni għal prijorità jirriżulta li hemm evidenza li kien hemm nuqqas serju fil-kisba tal-istadji importanti relatati ma' indikaturi finanzjarji u tal-output u passi ta' implimentazzjoni ◄ ewlenin stipulati fil-qafas ta’ prestazzjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22.

Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu bażijiet speċifiċi għal sospensjoni ta' pagamenti marbuta ma' nonkonformità mar-regoli applikabbli skont il-Politika Komuni tas-Sajd, li għandhom ikunu proporzjonati, b'kunsiderazzjoni tan-natura, il-gravità, id-durata u r-rikorrenza tan-nonkonformità.

2.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, li tissospendi l-pagamenti interim kollha jew parti minnhom, wara li tkun tat l-opportunità lill-Istat Membru biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

3.  Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sospensjoni tal-pagamenti interim kollha jew ta' parti minnhom meta l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa li jippermettu t-tneħħija tas-sospensjoni.



KAPITOLU III

Korrezzjonijiet finanzjarji



Taqsima I

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-istati membri

Artikolu 143

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom qabel xejn jerfgħu r-responsabilità biex jinvestigaw l-irregolaritajiet, u biex jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa u jsegwu l-irkupri. F'każ ta' irregolarità sistematika, l-Istat Membru għandu jestendi l-investigazzjoni tiegħu b'mod li jkopri l-operazzjonijiet kollha li jistgħu jkunu milquta.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa b’konnessjoni mal-irregolaritajiet individwali jew sistemiċi li jiġu individwati fl-operazzjonijiet jew fil-programmi operazzjonali. Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jikkonsistu fil-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni pubblika kollha jew ta' parti minnha f'operazzjoni jew fil-programm operazzjonali. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju li jġarrbu l-Fondi jew il-FEMS u għandu japplika korrezzjoni proporzjonata. ►C1  Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet għas-sena ta' kontabilità li fiha tkun ittieħdet id- deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni. ◄

3.  Il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS li tkun ġiet ikkanċellata skont il-paragrafu 2 tista' terġa' tintuża mill-Istat Membru fi ħdan il-programm operazzjonali ikkonċernat, soġġett għall-paragrafu 4.

4.  Il-kontribuzzjoni kkanċellata skont il-paragrafu 2 ma tista terġa' tintuża għal ebda operazzjoni li kienet is-suġġett tal-korrezzjoni, jew, meta tkun saret korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistemika, għal ebda operazzjoni affettwata mill-irregolarità sistemika.

5.  Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu bażijiet speċifiċi għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri marbuta ma' nonkonformità mar-regoli applikabbli skont il-Politika Komuni tas-Sajd li għandhom ikunu proporzjonati, b'kunsiderazzjoni tan-natura, il-gravità, id-durata u r-rikorrenza tan-nonkonformità.



Taqsima II

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-kummissjoni

Artikolu 144

Kriterji għall-korrezzjonijiet finanzjarji

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha tal-Unjoni jew parti minnha fi programm operazzjonali, skont l-Artikolu 85 meta, wara li jkun twettaq l-eżami meħtieġ, hija tikkonkludi li:

(a) 

hemm nuqqas gravi fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm operazzjonali li poġġa f'riskju l-kontribuzzjoni tal-Unjoni li tkun diġà tħallset lill-programm operazzjonali;

(b) 

l-Istat Membru ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 143 qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni skont dan il-paragrafu;

(c) 

in-nefqa msemmija f'applikazzjoni ta’ pagament tkun irregolari u ma tkunx ġiet ikkorreġuta mill-Istat Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni skont dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq każijiet individwali ta' irregolaritajiet identifikati u għandha tqis jekk l-irregolarità hijiex sistemika. Fejn ma jkunx possibbli li jiġi kwantifikat b’mod preċiż l-ammont ta’ nefqa irregolari mħallas mill-Fondi jew mill-FEMS, il-Kummissjoni għandha tapplika rata fissa jew korrezzjoni finanzjarja estrapolata.

2.  Meta tkun qed tiddeċiedi dwar korrezzjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi tqis in-natura u l-gravità tal-irregolarità u l-firxa u l-implikazzjonijiet finanzjarji tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll li jkunu nstabu fil-programm operazzjonali.

3.  Meta l-Kummissjoni tibbaża l-pożizzjoni tagħha fuq rapporti ta’ awdituri li mhumiex dawk tas-servizzi tagħha stess, hija għandha tiġbed il-konklużjonijiet tagħha dwar il-konsegwenzi finanzjarji wara li teżamina l-miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat taħt l-Artikolu 143(2), in-notifiki li jkunu ntbagħtu taħt l-Artikolu 122(2), u kwalunkwe tweġiba mill-Istat Membru.

4.  Skont l-Artikolu 22(7), fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-eżami tar-rapport ta’ implimentazzjoni finali tal-programm operazzjonali għall-Fondi jew l-aħħar rapport ta' implimentazzjoni annwali għall-FEMS, tistabbilixxi nuqqas serju fil-kisba tal-għanijiet stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni, hija tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-prijoritajiet kkonċernati permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni.

▼C1

5.  Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 95, il-Kummissjoni tista', fir-rigward tal-grad ta' nuqqas ta' konformità ma' dawk l-obbligi, tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha mill-Fondi jew mill-FEMS jew parti minnha fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat.

▼B

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142, li jistabbilixxu regoli dettaljati rigward il-kriterji sabiex jiġu determinati nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' kontroll u ġestjoni, inkluż it-tipi ewlenin ta' tali nuqqasijiet, il-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja li għandha tiġi applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' regoli fissi jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati.

7.  Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu bażijiet speċifiċi għall-korrezzjonijiet finanzjarji, marbuta man-nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli taħt il-Politika Komuni tas-Sajd, li għandhom ikunu proporzjonati b'kont meħud tan-natura, il-gravità, it-tul u r-rikorrenza tan-nuqqas ta' konformità.

Artikolu 145

Proċedura

1.  Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiftaħ il-proċedura billi tinforma lill-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet provviżorji tal-eżami tagħha u titlob lill-Istat Membru biex jissottometti l-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn.

2.  Meta l-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja fuq il-bażi ta' estrapolazzjoni jew rata fissa, l-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li juri, permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni konċernata, li l-livell reali tal-irregolarità huwa inqas mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Bi qbil mal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' jillimita l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-eżami għal proporzjon jew kampjun xieraq tad-dokumentazzjoni kkonċernata. Minbarra f'każijiet debitament iġġustifikati, il-ħin permess għal dak l-eżami m'għandux jaqbeż perjodu ta' aktar minn xahrejn wara l-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1.

3.  Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe prova pprovduta mill-Istat Membru fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4.  Meta Stat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet provviżorji tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istat Membru għal seduta ta' smigħ sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet kollha rilevanti jkunu disponibbli bħala bażi għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja.

▼C1

5.  Fl-eventwalità ta' ftehim, u mingħajr preġudizzju għall- paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru jista' juża mill-ġdid il-Fondi kkonċernati jew l-FEMS f'konformità mal-Artikolu 143(3).

▼B

6.  Sabiex tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fi żmien sitt xhur mid-data tas-smigħ, jew mid-data tal-wasla ta' informazzjoni addizzjonali meta l-Istat Membru jaqbel li jissottometti din l-informazzjoni addizzjonali wara s-seduta ta' smigħ. Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet kollha sottomessi matul il-proċedura. Jekk ma jseħħ l-ebda seduta ta' smigħ, il-perjodu ta’ sitt xhur għandu jibda jiddekorri xahrejn wara d-data tal-ittra tal-istedina għas-seduta ta' smigħ mibgħuta mill-Kummissjoni.

▼C1

7.  Meta l-Kummissjoni, filwaqt li twettaq ir-responsabilitajiet tagħha skont l-Artikolu 75, jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jidentifikaw irregolaritajiet li jagħtu xhieda ta' nuqqas serju fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi jew mill-FEMS għall-programm operazzjonali.

▼B

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta' nuqqas serju fil-funzjonament effettiv ta' sistema ta' kontroll u ġestjoni li, qabel id-data ta' identifikazzjoni mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri:

(a) 

kien ġie identifikat fid-dikjarazzjoni tal-ġestjoni, fir-rapport ta' kontroll annwali jew l-opinjoni ta' awditjar sottomessa lill-Kummissjoni f'konformità mal- ►M6  Artikolu 63(5), (6) u (7) tar-Regolament Finanzjarju ◄ , jew f'rapporti oħra ta' awditjar tal-awtorità tal-awditjar sottomessi lill-Kummissjoni u jittieħdu miżuri xierqa; jew

(b) 

kien is-suġġett ta' miżuri ta' rimedju xierqa mill-Istat Membru.

L-evalwazzjoni ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għandha tkun ibbażata fuq il-liġi applikabbli meta ġew sottomessi d-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni rilevanti, ir-rapporti ta' kontroll annwali u l-opinjonijiet ta' awditjar.

Meta tiddeċiedi dwar korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha:

(a) 

tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi tqis in-natura u l-gravità tan-nuqqas serju fil-funzjonament effettiv ta' sistema ta' kontroll u ġestjoni u l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-baġit tal-Unjoni;

(b) 

għall-iskop tal-applikazzjoni ta' rata fissa jew korrezzjoni estrapolata, teskludi nefqiet irregolari li nstabu preċedentement mill-Istat Membru, li kienu s-suġġett ta' aġġustament fil-kontijiet f'konformità mal-Artikolu 139(10), u nefqiet suġġetti għal evalwazzjoni kontinwa tal-legalità u r-regolarità skont l-Artikolu 137(2);

(c) 

tikkunsidra korrezzjonijiet ta' rati fissi jew estrapolati applikati għan-nefqa mill-Istat Membru għal nuqqasijiet serji oħra li jkunu ġew identifikati mill-Istat Membru meta jiddetermina r-riskju residwu għall-baġit tal-Unjoni.

8.  Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali ta' proċedura għall-korrezzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 144(7).

Artikolu 146

Obbligi tal-Istati Membri

Korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istat Membru li jsegwi l-irkupri skont l-Artikolu 143(2) ta’ dan ir-Regolament u li jirkupra l-għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 ( 28 ).

Artikolu 147

Pagament lura

►C1  1.  Kwalunkwe pagament lura dovut li għandu jsir lill-baġit tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data indikata fl-ordni għall-irkupru mfassal skont l- ►M6  Artikolu 98 tar-Regolament Finanzjarju ◄ . ◄ Id-data dovuta għandha tkun l-aħħar ġurnata tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni.

2.  Kwalunkwe dewmien fil-pagament lura għandu jagħti lok għal imgħax minħabba pagament tard, li jibda mid-data dovuta u jintemm fid-data tal-pagament attwali. Ir-rata ta’ dan l-imgħax għandha tkun punt perċentwali u nofs aktar mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu fl-ewwel jum ta’ ħidma tax-xahar li fih tkun id-data dovuta.



TITOLU III

KONTROLL PROPORZJONALI TAL-PROGRAMMI OPERAZZJONALI

Artikolu 148

Kontroll proporzjonali tal-programmi operazzjonali

▼M6

1.  Operazzjonijiet li n-nefqa totali eliġibbli għalihom ma taqbiżx l-EUR 400 000 għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, it-EUR 300 000 għall-FSE jew il-EUR 200 000 għall-FEMS, ma għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-kontijiet għas-sena ta’ kontabbiltà li fiha tkun tlestiet l-operazzjoni. Operazzjonijiet oħra ma għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed f’kull sena ta’ kontabbiltà, mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni qabel is-sottomissjoni tal-kontijiet għas-sena ta’ kontabbiltà li fiha tkun tlestiet l-operazzjoni. L-operazzjonijiet m’għandhomx ikunu soġġetti għal awditjar mill-Kummissjoni jew l-awtorità tal-awditjar f’ebda sena jekk diġà kien hemm awditjar f’dik is-sena mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, sakemm ir-riżultati tax-xogħol ta’ awditjar imwettaq mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għal dawn l-operazzjonijiet jistgħu jintużaw mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni għall-fini li jaqdu l-kompiti rispettivi tagħhom.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operazzjonijiet li għalihom in-nefqa eliġibbli totali hija bejn EUR 200 000  u EUR 400 000 għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, bejn EUR 150 000  u EUR 300 000 għall-FSE u bejn EUR 100 000  u EUR 200 000 għall-FEMS jistgħu jkunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed, jekk l-awtorità tal-awditjar, abbażi tad-deċiżjoni professjonali tagħha, tikkonkludi li mhuwiex possibbli li tinħareġ jew titfassal opinjoni tal-awditjar abbażi ta’ metodi tal-kampjunar statistiku u mhux statistiku msemmijin fl-Artikolu 127(1) mingħajr ma jitwettaq aktar minn awditu wieħed tal-operazzjoni rispettiva.

▼B

2.  Fir-rigward ta' programmi operazzjonali li għalihom l-opinjoni tal-awditjar l-aktar riċenti tindika li ma hemm l-ebda nuqqas sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ taqbel mal-awtorità tal-awditjar fil-laqgħa sussegwenti msemmija fl-Artikolu 128(3) li l-livell ta’ xogħol ta’ awditjar meħtieġ jista’ jitnaqqas sabiex ikun proporzjonat mar-riskju stabbilit. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni ma għandhiex twettaq awditjar fuq il-post sakemm ma jkunx hemm prova li tissuġġerixxi nuqqasijiet fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li jaffettwaw in-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni f’sena ta’ kontabilità li għaliha l-kontijiet kienu ġew aċċettati mill-Kummissjoni.

3.  Fil-każ ta' programmi operazzjonali li għalihom il-Kummissjoni tikkonkludi li l-opinjoni tal-awtorità tal-awditjar hija affidabbli, tista’ taqbel mal-awtorità tal-awditjar li tillimita l-awditjar tal-Kummissjoni stess fuq il-post għall-verifika tal-ħidma tal-awtorità tal-awditjar sakemm ma jkunx hemm evidenza ta' nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtorità tal-awditjar għal sena ta’ kontabilità li għaliha l-kontijiet ikunu ġew aċċettati mill-Kummissjoni.

4.  Minkejja li l-paragrafu 1, l-awtorità tal-awditjar u l-Kummissjoni jistgħu jwettqu awditjar ta’ operazzjonijiet fl-eventwalità li valutazzjoni tar-riskju jew awditjar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jistabbilixxu riskju speċifiku ta’ irregolarità jew frodi, f’każ ta’ prova ta’ nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm operazzjonali kkonċernat, u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 140(1). Il-Kummissjoni tista’, bl-iskop tal-valutazzjoni tax-xogħol ta’ awtorità għall-awditjar, tirrevedi r-rekord tal-awditjar tal-awtorità għall-awditjar jew tieħu sehem fl-awditjar fuq il-post tal-awtorità għall-awditjar u, fejn, skont l-istandards ta’ awditjar aċċettati internazzjonalment, dan ikun meħtieġ sabiex tinkiseb assigurazzjoni dwar il-funzjonament effettiv tal-awtorità għall-awditjar, il-Kummissjoni tista’ twettaq awditjar tal-operazzjonijiet.



PARTI ĦAMSA

DELEGI TA’ SETGĦAT, DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI, TRANŻITORJI U FINALI



KAPITOLU I

Delega tas-setgħa u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet

Artikolu 149

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

▼M6

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 22(7), l-Artikolu 7(13), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4), l-Artikolu 39a(7), l-Artikolu 40(4), l-Artikolu 41(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1), l-Artikolu 42(6), it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u s-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 61(3), l-Artikoli 63(4), 64(4) u 67(5a), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1), ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 101, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), l-Artikolu 125(9), l-Artikolu 127(7) u (8), u l-Artikolu 144(6) hija mogħtija lill-Kummissjoni mill-21 ta’ Diċembru 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

3.  Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 5(3), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 22(7), fl-Artikolu 37(13), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4), fl-Artikolu 39a(7), fl-Artikolu 40(4), fl-Artikolu 41(3), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1), fl-Artikolu 42(6), fit-tieni, it-tielet, ir-raba’ u s-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 61(3), fl-Artikoli 63(4), 64(4) u 67(5a), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 68, fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 101, fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2), fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), fl-Artikolu 125(9), fl-Artikolu 127(7) u (8), u fl-Artikolu 144(6) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

▼M6

3a.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

▼B

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M6

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5(3), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 22(7), l-Artikolu 37(13), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4), l-Artikoli 39a(7), 40(4), u 41(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1), l-Artikolu 42(6), it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u s-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 61(3), l-Artikoli 63(4), 64(4) u 67(5a), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 68, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 101, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2), l- ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), l-Artikolu 125(9), l-Artikolu 127(7) u (8), u l-Artikolu 144(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 150

Proċedura ta’ Kumitat

1.  Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament FEŻR, ir-Regolament KTE, ir-Regolament FSE u r-Regolament FK, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta’ Koordinazzjoni għall-Fondi Strutturali u ta' Investimenti Ewropej. Dak il-kumitat ikun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 8, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 22(7), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38(3), l-Artikolu 38(10), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39(4), l-Artikolu 46(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(2), l-Artikolu 115(4) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 125(8), u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.



KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali jew finali

Artikolu 151

Rieżami

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2020 skont l-Artikolu 177 TFUE.

Artikolu 152

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  Dan ir-Regolament m’għandu jaffettwa la l-kontinwazzjoni u lanqas il-modifika, inkluża l-kanċellazzjoni totali jew parzjali ta’ assistenza approvata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, jew ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta' Diċembru 2013. Dak ir-Regolament jew tali leġiżlazzjoni applikabbli oħra għandhom konsegwentement ikomplu japplikaw wara l-31 ta' Diċembru 2013 għal din l-għajnuna jew l-operazzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu l-assistenza għandha tkopri programmi operazzjonali u proġetti kbar.

2.  L-applikazzjonijiet biex wieħed jirċievi assistenza magħmulin jew approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandhom jibqgħu validi.

3.  Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-opzjoni stabbilita fl-Artikolu 123(3), huwa għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni biex l-awtorità ta’ ġestjoni twettaq il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għall-programmi operazzjonali korrispondenti implimentati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni magħmula mill-awtorità tal-awditjar. Fejn il-Kummissjoni hija sodisfatta abbażi tal-informazzjoni magħmula disponibbli mill-awtorità tal-awditjar u mill-awditjar tagħha stess li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ta’ dawk il-programmi operazzjonali jiffunzjonaw effettivament u li l-funzjonament tagħhom mhux se jkun ippreġudikat mill-awtorità ta’ ġestjoni li twettaq il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istat Membru bil-qbil tagħha fi żmien xahrejn minn meta tasal it-talba.

▼M1

4.  B'deroga mill-Artikolu 79(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, il-limitu massimu għall-ammont totali kumulattiv ta' prefinanzjament u ta' pagamenti interim għandu jkun ta' 100 % tal-kontribuzzjoni mill-Fondi għall-programmi operazzjonali għall-objettivi ta' Konverġenza u ta' kompetittività Reġjonali u impjiegi fil-Greċja.

5.  B'deroga mill-Artikoli 53(2) u 77(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u minkejja d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiffissaw ir-rata massima u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni mill-Fondi għal kull programm operazzjonali Grieg u għal kull assi prijoritarju, il-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali għandhom jiġu kkalkolati billi tiġi applikata rata massima ta' kofinanzjament ta' 100 % għan-nefqa eliġibbli indikata għall-programmi operazzjonali Griegi għall-objettivi ta' Konverġenza u ta' kompetittività Reġjonali u impjiegi taħt kull assi prijoritarju f'kull dikjarazzjoni tan-nefqa ċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni. L-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 m'għandux japplika għal programmi operazzjonali fil-Greċja.

6.  Il-Greċja għandha tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi żgurat li ammonti addizzjonali li saru disponibbli bħala riżultat tal-miżuri stipulati fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu jintużaw biss għal pagamenti lil benefiċjarji u għal operazzjonijiet għall-programmi operazzjonali tagħha.

Il-Greċja għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu sal-aħħar tal-2016 u għandha tirrapporta wkoll fir-rapport ta' implimentazzjoni finali li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (a) tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

▼M6

7.  L-awtorità ta’ ġestjoni, jew il-kumitat tal-monitoraġġ għall-programmi taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 67(2a) għal perijodu massimu ta’ 12-il xahar mit-2 ta’ Awwissu 2018.

Fejn l-awtorità ta’ ġestjoni, jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi skont l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, jqisu li l-Artikolu 67(2a) joħloq piż amministrattiv sproporzjonat, jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-perijodu tranżizzjonali msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għal perijodu li jqisu adatt. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’tali deċiżjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu tranżizzjonali inizjali.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ma japplikawx għal għotjiet u għal assistenza pagabbli mill-ġdid appoġġati mill-FSE li għalihom l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx il-EUR 50 000 .

▼B

Artikolu 153

Revoka

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 152, ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa revokat b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.

2.  Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XIV.

Artikolu 154

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 20 sa 24, l-Artikolu 29(3), il-punt (a) tal-Artikolu 38(1), l-Artikoli 58, 60, 76 sa 92, 118, 120, 121 u l-Artikoli 129 sa 147 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014.

It-tieni sentenza tas-seba' subparagrafu tal-Artikolu 39(2) u l-ħames paragrafu tal-Artikolu 76 għandhom japplikaw b'effett mid-data li fiha tkun daħlet fis-seħħ l-emenda għar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tad-diżimpenn ta' approprjazzjonijiet.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

QAFAS STRATEĠIKU KOMUNI

1.   INTRODUZZJONI

Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp armonizzat, bilanċjat u sostenibbli tal-Unjoni u tiġi sfruttata l-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, kif ukoll il-missjonijiet speċifiċi għall-Fondi ESI, inklużi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-impenji ta’ politika li saru fil-kuntest tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv. Il-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għandu, għalhekk, skont l-Artikolu 10, u f’konformità mal-prijoritajiet u l-objettivi stabbiliti fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, jipprovdi prinċipji ta’ gwida strateġiċi sabiex jinkiseb approċċ ta’ żvilupp integrat bl-użu tal-Fondi ESI kkoordinati ma’ strumenti u politiki oħra tal-Unjoni u f’konformità mal-objettivi tal-politika u l-miri ewlenin tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv u, fejn xieraq, l-inizjattivi ewlenin, filwaqt li jittieħed kont tal-isfidi territorjali ewlenin u l-kuntesti speċifiċi nazzjonali, reġjonali u lokali.

2.   KONTRIBUZZJONI TAL-FONDI ESI LILL-ISTRATEĠIJA TAL-UNJONI GĦAL TKABBIR SOSTENIBBLI, INTELLIĠENTI U INKLUŻIV U KOERENZA MAL-GOVERNANZA EKONOMIKA TAL-UNJONI

1. Biex jiġi appoġġat l-immirar effettiv tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fil-Ftehimiet ta' Sħubija u l-programmi, dan ir-Regolament jidentifika ħdax-il objettiv tematiku stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 li jikkorrispondu għall-prijoritajiet tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv li għandhom jirċievu appoġġ mill-Fondi ESI.

2. F’konformità mal-objettivi tematiċi, stipulati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom, sabiex jiżguraw il-massa kritika meħtieġa għat-twettiq tat-tkabbir u l-impjiegi, jikkonċentraw l-appoġġ skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-Fondi fuq il-konċentrazzjoni tematika u għandhom jiżguraw l-effettività tal-infiq. L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikulari biex tingħata prijorità lin-nefqa li tkun ta’ siwi għat-tkabbir, bħal infiq fuq l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-effiċjenza enerġetika u l-infiq li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs u sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali, u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali u l-azzjoni dwar il-klima kif ukoll il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika. Huma għandhom iqisu wkoll li jżommu jew itejbu l-kopertura u l-effettività tas-servizzi tal-impjieg u l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol għall-ġlieda kontra l-qgħad, b’enfasi fuq iż-żgħażagħ u jindirizzaw il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi, u jippromwovu l-inklużjoni soċjali.

3. Biex jiżguraw konsistenza mal-prijoritajiet stabbiliti fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, waqt it-tħejjija tal-Ftehimiet ta’ Sħubija tagħhom, l-Istati Membri għandhom jippjanaw l-użu tal-Fondi ESI filwaqt li jqisu l-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali, fejn xieraq, u l-aktar rakkomandazzjonijiet riċenti għal kull pajjiż adottati skont l-Artikolu 121(2) u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE f’konformità mar-rwoli u l-obbligi rispettivi tagħhom. L-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom ukoll iqisu r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill ibbażati fuq il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, u l-programmi ta’ aġġustament ekonomiku.

4. Sabiex jiġi ddeterminat il-mod li bih il-Fondi ESI jkunu jistgħu jikkontribwixxu bl-aktar mod effettiv tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv, u biex jittieħed kont tal-objettivi tat-Trattat, inkluża l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-objettivi tematiċi għall-użu ppjanat tal-Fondi ESI fil-kuntesti nazzjonali, reġjonali u lokali xierqa.

3.   APPROĊĊ INTEGRAT U ARRANĠAMENTI GĦALL-UŻU TAL-FONDI ESI

3.1   Introduzzjoni

1. F’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(2), il-Ftehim ta’ Sħubija għandu jindika approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għażla ta’ objettivi tematiċi u investiment u l-prijoritajiet tal-Unjoni tindirizza l-ħtiġijiet tal-iżvilupp u l-isfidi territjorjali b’mod integrat f’konformità mal-analiżi li tinsab fit-taqsima 6.4. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jagħmlu l-ikbar użu mill-possibbiltajiet biex jiżguraw tqassim koordinat u integrat tal-Fondi ESI.

2. L-Istati Membri u, fejn xieraq skont l-Artikolu 4(4), ir-reġjuni għandhom jiżguraw li l-interventi appoġġjati permezz tal-Fondi ESI ikunu kumplimentari u implimentati b’mod ikkoordinat bl-għan li jinħolqu sinerġiji, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u l-piżijiet għall-korpi ta’ ġestjoni u l-benefiċjarji skont l-Artikoli 4, 15 u 27.

3.2   Il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà

1. L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fondi ESI għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u tal-programmi. B'mod partikolari, għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet li ġejjin jitwettqu:

(a) 

jidentifikaw oqsma ta' intervent fejn il-Fondi ESI jistgħu jiġu kkombinati b'mod kumplementari sabiex jintlaħqu l-objettivi tematiċi stipulati f'dan ir-Regolament;

(b) 

jiżguraw, skont l-Artikolu 4(6), l-eżistenza ta’ arranġamenti għall-koordinament effettiv tal-Fondi ESI sabiex jiżdiedu l-impatt u l-effettività tal-Fondi, inkluż, fejn xieraq, permezz tal-użu ta’ programmi b'diversi fondi għall-Fondi;

(c) 

jippromwovu l-involviment tal-awtoritajiet amministrattivi responsabbli għal Fondi ESI oħra u l-ministeri rilevanti, fl-iżvilupp ta’ skemi ta’ appoġġ sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni u jiġi evitat xogħol doppju;

(d) 

joħolqu, fejn xieraq, kumitati konġunti ta' monitoraġġ għal programmi li jimplimentaw il-Fondi ESI, u l-iżvilupp ta' arranġamenti oħra ta' ġestjoni u kontroll konġunti għall-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fondi ESI;

(e) 

jużaw soluzzjonijiet konġunti dwar il-governanza elettronika li jkunu jistgħu jgħinu l-applikanti u l-benefiċjarji, u "uffiċċji b’servizzi varji taħt saqaf wieħed", inkluż għal parir dwar l-opportunitajiet ta’ appoġġ disponibbli permezz ta’ kull wieħed mill-Fondi ESI;

(f) 

jistabbilixxu mekkaniżmi biex jikkoordinaw attivitajiet ta’ kooperazzjoni ffinanzjati mill-FEŻR u l-FSE ma’ investimenti appoġġat mill-programmi taħt il-mira tal-Investiment għatt-tkabbir u l-impjiegi.

(g) 

jippromovu approċċi komuni bejn il-Fondi ESI fir-rigward tal-gwida għall-iżvilupp ta’ operazzjonijiet, sejħiet għall-proposti u proċessi tal-għażla jew mekkaniżmi oħra biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-proġetti integrati għall-Fondi.

(h) 

jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ Fondi ESI differenti fl-oqsma tal-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll, u l-awditjar.

3.3   L-inkoraġġiment ta’ approċċi integrati

1. stati Membri għandhom, fejn xieraq, jgħaqqdu l-Fondi ESI f’pakketti integrati fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali, li huma magħmula apposta biex jindirizzaw l-isfidi territorjali speċifiċi sabiex jappoġġjaw il-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-Ftehim ta’ Sħubija u l-programmi. Dan jista’ jsir bl-użu tal-ITIs, l-operazzjonijiet integrati, il-pjanijiet ta’ azzjoni konġunta u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

2. F’konformità mal-Artikolu 36, biex jinkiseb użu integrat ta’ objettivi tematiċi, finanzjament minn assi ta’ prijorità jew programmi operazzjonali differenti appoġġjati mill-FSE, mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni jistgħu jiġu kkombinati taħt ITI. L-azzjonijiet imwettqa taħt ITI jistgħu jkunu kkumplementati b’appoġġ finanzjarju mill-programmi taħt il-FAEŻR jew il-FEMS rispettivament.

3. F’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regoli speċifiċi għall-Fondi, biex jiżdiedu l-impatt u l-effettività f’approċċ integrat tematikament koerenti, assi ta' prijorità jista’ jikkonċerna aktar minn kategorija waħda ta’ reġjuni, jikkombina prijorità waħda jew iktar ta’ investiment komplementari mill-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FSE taħt objettiv tematiku wieħed u, f’każijiet debitament ġustifikati jikkombina prijorità ta’ investiment komplementari waħda jew iktar minn objettivi tematiċi differenti sabiex jinkiseb il-kontribut massimu għal dak l-assi ta' prijorità.

4. L-Istati Membri għandhom jippromwovu, f’konformità mal-qafas istituzzjonali u legali tagħhom u mal-Artikolu 32 l-iżvilupp ta’ approċċi lokali u subreġjonali. L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għandu jkun implimentat fil-kuntest ta’ approċċ strateġiku biex jiżgura li d-definizzjoni “minn isfel għal fuq” tal-bżonnijiet lokali tqis il-prijoritajiet stabbiliti f’livell ogħla. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiddefinixxu l-approċċ ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fil-FAEŻR u, fejn xieraq, fil-FEŻR, l-FSE jew il-FEMS f’konformità mal-Artikolu 15(2) u għandhom jindikaw fil-Ftehim ta’ Sħubija l-isfidi ewlenin li għandhom jiġu indirizzati b'dan il-mod, l-għanijiet ewlenin u l-prijoritajiet tal-Iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità, it-tipi ta’ territorji li għandhom jiġu koperti, liema rwol speċifiku li se jiġi attribwit lil gruppi ta' azzjoni lokali meta jitwettqu l-istrateġiji, u r-rwol previst għall-FAEŻR u fejn xieraq għall-FEŻR, il-FSE jew il-FEMS biex jiġu implimentati l-istrateġiji għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità f’tipi differenti ta’ territorji bħal dawk rurali, urbani u ż-żoni kostali, u l-mekkaniżmi ta' koordinament korrispondenti.

4.   IL-KOORDINAZZJONI U S-SINERĠIJI BEJN IL-FONDI ESI U POLITIKI U STRUMENTI OĦRA TAL-UNJONI

Il-koordinazzjoni mill-Istati Membri kif previst taħt din it-taqsima għandha tapplika sakemm Stat Membru beħsiebu jagħmel użu mill-Fondi ESI u strumenti oħra tal-Unjoni fil-qasam ta’ politika rilevanti. Il-programmi tal-Unjoni stipulati f’din it-Taqsima ma jikkostitwixxux lista eżawrjenti.

4.1   Introduzzjoni

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, iqisu l-impatt tal-politiki tal-Unjoni fuq livell nazzjonali u reġjonali, u fuq il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali bil-għan li jissaħħu sinerġiji u koordinazzjoni effettiva u sabiex jiġu identifikati u promossi l-mezzi l-aktar xierqa ta’ kif jintużaw il-fondi tal-Unjoni sabiex jappoġġjaw l-investiment lokali, reġjonali u nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll komplementarjetà bejn il-politiki tal-Unjoni u l-istrumenti u l-interventi nazzjonali, reġjonali u lokali.

2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, f’konformità mal-Artikolu 4(6) u mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom jiżguraw koordinazzjoni bejn il-Fondi ESI u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru. Huma għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw konsistenza fl-istadji ta’ programmazzjoni u implimentazzjoni bejn l-interventi appoġġati mill-Fondi ESI u l-għanijiet ta’ politiki tal-Unjoni oħrajn. Għal dan il-għan, għandhom jippruvaw iqisu l-aspetti li ġejjin:

(a) 

isaħħu l-komplementaritajiet u s-sinerġiji bejn l-istrumenti differenti tal-Unjoni f’livell tal-Unjoni, dak nazzjonali u dak reġjonali, kemm fil-fażi ta’ ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni;

(b) 

jottimizzaw strutturi eżistenti u fejn meħtieġ, jistabbilixxu strutturi ġodda li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni strateġika tal-prijoritajiet għal strumenti u strutturi differenti għall-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali li jevitaw l-isforzi doppji u jiġu identifikati oqsma fejn hu meħtieġ appoġġ finanzjarju addizzjonali;

(c) 

jagħmlu użu mill-potenzjal li jgħaqqad l-appoġġ minn strumenti differenti sabiex jiġu appoġġjati operazzjonijiet individwali u jaħdmu mill-qrib ma’ dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex iwasslu opportunitajiet ta’ finanzjament koerenti u simplifikati lill-benefiċjarji.

4.2   Il-koordinazzjoni mal-Politika Agrikola Komuni u l-Politika Komuni tas-Sajd

1. Il-FAEŻR huwa parti integrali tal-Politika Agrikola Komuni u jikkumplimenta l-miżuri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija li jipprovdi appoġġ dirett lill-bdiewa u jappoġġja l-miżuri tas-suq. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw dawk l-interventi flimkien b'mod li jimmassimizzaw is-sinerġiji u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Unjoni.

2. Il-FEMS jimmira li jikseb l-għanijiet tal-Politika Komuni dwar is-Sajd riformata u tal-politika Marittima Integrata. L-Istati Membri għandhom għalhekk jagħmlu użu mill-FEMS biex jappoġġjaw l-isforzi li jtejbu l-ġbir tad-dejta u jsaħħu l-kontroll, u jiżguraw li jfittxu sinerġiji li jappoġġjaw il-prijoritajiet tal-Politika Marittima Integrata, bħall-għarfien dwar il-baħar, l-ippjanar spazjali marittimu, il-ġestjoni integrata taż-żona kostali, is-sorveljanza marittima integrata, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u tal-bijodiversità, u l-adattament għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq iż-żoni tal-kosta.

4.3   Orizzont 2020 u programmi oħrajn tal-Unjoni ġestiti b’mod ċentrali fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw debitament li jissaħħu l-koordinazzjoni u l-kumplementarjetajiet bejn il-Fondi ESI u Orizzont 2020, il-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u medji (COSME) skont ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 ), u programmi oħra ta' finanzjament mill-Unjoni relevanti ġestiti b’mod ċentrali filwaqt li jistabbilixxu wkoll diviżjoni ċara taż-żoni ta’ intervent bejniethom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw strateġiji nazzjonali u/jew reġjonali għal "speċjalizzazzjoni intelliġenti" f’konformità mal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali, fejn xieraq. Tali strateġiji jistgħu jieħdu l-forma ta’ jew jiġu inklużi fil-qafas ta’ politika strateġika ta’ riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali għal “speċjalizzazzjoni intelliġenti”. Strateġiji għal speċjalizzazzjoni intelliġenti għandhom jiġu żviluppati bl-involviment tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali jew reġjonali u tal-partijiet interessati, bħal universitajiet u istituzzjonijiet oħra ta' edukazzjoni ogħla, l-industrija kif ukoll is-sħab soċjali fi proċess intraprenditorjali ta’ skoperta. L-awtoritajiet direttament ikkonċernati bl-inizjattiva Orizzont 2020 għandhom ikunu assoċjati mill-qrib ma’ dak il-proċess. Strateġiji għal speċjalizzazzjoni intelliġenti għandhom jinkludu:

(a) 

Azzjonijiet “’il fuq” għall-preparazzjoni ta’ protagonisti tar-R&Ż sabiex jieħdu sehem fi proġetti ta’ Orizzont 2020 (“turġien lejn l-eċċellenza”) għandhom jiġu żviluppati permezz tal-bini tal-kapaċità. Għandhom jiġu msaħħa l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali ta’ Orizzont 2020 u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-Fondi ESI.

(b) 

Azzjonijiet “’l isfel” għandhom jipprovdu l-mezzi sabiex jiġu sfruttati u mxerrda r-riżultati tar-R&Ż fis-suq, li jinbtu mill-inizjattiva Orizzont 2020 u l-programmi preċedenti, b’enfasi partikolari fuq il-ħolqien ta’ ambjent li jiffavorixxi l-innovazzjoni għan-negozju u l-industrija, inklużi l-SMEs, u konformi mal-prijoritajiet identifikati għat-territorji fl-istrateġija rilevanti ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jippermettu li l-Fondi ESI jiġu kombinati mar-riżorsi taħt Orizzont 2020 fil-programmi rilevanti użati sabiex jiġu implimentati partijiet tal-istrateġiji msemmija fil-punt 2. Għandu jiġi pprovdut appoġġ konġunt lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji bħal dawn, sabiex jiġu identifikati opportunitajiet għall-finanzjament konġunt ta’ infrastrutturi tar-R&Ż ta’ interess Ewropew, għall-promozzjoni ta' kollaborazzjoni internazzjonali, l-appoġġ metodoloġiku permezz ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari, l-iskambju ta’ prassi tajba, u t-taħriġ fir-reġjuni kollha.

4. Ll-Istati Membri u, fejn xieraq skont l-Artikolu 4(4), ir-reġjuni, għandhom jikkunsidraw miżuri addizzjonali li jimmiraw biex jiżblukkaw il-potenzjal tagħhom għal eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjonim b'mod li huwa komplementari għal u li joħloq sinerġiji mal-inizjattiva Orizzont 2020, b’mod partikolari permezz tal-finanzjament konġunt. Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu fi:

(a) 

il-kollegament ta' istituzzjonijiet ta' riċerka eċċellenti u reġjuni anqas żviluppati kif ukoll Stati Membri b'Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni (RDI) anqas żviluppata sabiex jinħolqu ċentri ta' eċċellenza ġodda jew dawk eżistenti jiġu mtejba, li jinsabu f'reġjuni anqas żviluppati kif ukoll fi Stati Membri u reġjuni fejn l-RDI ma tiksibx riżultati suffiċjenti.

(b) 

il-bini ta' rabtiet f'reġjuni inqas żviluppati kif ukoll fi Stati Membri u reġjuni b'riżultati insuffiċjenti ta' RDI bejn raggruppamenti innovattivi ta' eċċellenza rikonoxxuta;

(c) 

l-istabbiliment ta' "Kattedri tal-ŻER" biex jiġu attirati akkademiċi eċċellenti, b'mod partikolari f'reġjuni anqas żviluppati u Stati Membri u reġjuni b'riżultati insuffiċjenti ta' RDI;

(d) 

jappoġġa l-aċċess għal netwerks internazzjonali għal riċerkaturi u innovaturi li huma nieqsa minn involviment suffiċjenti fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) jew ġejjin minn reġjuni inqas żviluppati jew Stati Membri u reġjuni b'riżultati insuffiċjenti ta' RDI;

(e) 

jikkontribwixxi kif xieraq fi Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni;

(f) 

jipprepara l-istituzzjonijiet nazzjonali u/jew raggruppamenti ta’ eċċellenza għall-parteċipazzjoni fi Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT); kif ukoll

(g) 

jospita programmi għall-mobilità ta’ riċerkaturi internazzjonali ta' kwalità għolja b’kofinanzjament “mill-Azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie”.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jużaw, fejn ikun xieraq, u skont l-Artikolu 70, il-flessibilità biex jappoġġjaw operazzjonijiet barra l-qasam tal-programm, b’livell ta’ investiment suffiċjenti biex tinkiseb massa kritika, sabiex jimplimentaw il-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu bl-aktar mod effettiv possibbli.

4.4   Riżerva għal Min Jidħol Ġdid (NER), 300 finanzjament għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni ( 30 )

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament mill-Fondi ESI ikun ikkoordinat mal-appoġġ mill-Programm NER 300, li juża d-dħul mill-irkant ta’ 300 miljun kwota taħt ir-riżerva għal min jidħol ġdid tal-Iskema Ewropea għall-Iskambju tal-Kwoti tal-emissjonijiet.

4.5   Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) ( 31 ) u l-acquis ambjentali

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, permezz ta’ konċentrazzjoni tematika aktar b’saħħitha fuq il-programmi u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli skont l-Artikolu 8, ifittxu li jisfruttaw is-sinerġiji mal- strumenti tal-politika tal-Unjoni (kemm strumenti ta' finanzjament kif ukoll dawk mhux ta' finanzjament) li jservu għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-effiċjenza tar-riżorsi

2. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u, fejn xieraq u skont l-Artikolu 4, jiżguraw il-kumplimentarjetà u l-koordinazzjoni ma’ LIFE, b’mod partikolari ma’ proġetti integrati fl-oqsma tan-natura, il-bijodiversità, l-ilma, l-iskart, l-arja, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Tali koordinazzjoni għandha tinkiseb permezz ta’ miżuri bħall-promozzjoni tal-finanzjament mill-Fondi ESI li jikkumplimentaw proġetti integrati taħt il-programm LIFE kif ukoll billi jippromwovu l-użu ta’ metodi, approċċi u soluzzjonijiet validati mill-programm LIFE, fost l-oħrajn, inklużi investimenti fl-infrastruttura ekoloġika, l-effiċjenza enerġetika, l-ekoinnovazzjoni, soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ekosistema, u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi relatati.

3. Il-pjanijiet settorjali rilevanti, il-programmi jew l-istrateġiji (inklużi l-Qafas ta’ Azzjoni Prijorizzata, il-Pjan ta’ Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara, il-Pjan għall-Ġestjoni tal-Iskart, il-pjan ta’ mitigazzjoni jew l-istrateġija ta’ adattament), jistgħu jservu bħala qafas ta’ koordinazzjoni, fejn l-appoġġ huwa previst għaż-żoni kkonċernati.

4.6   ERASMUS + ( 32 )

1. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jużaw il-Fondi ESI biex jintegraw l-għodod u l-metodi żviluppati u ttestjati b’suċċess taħt "Erasmus +" sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt soċjali u ekonomiku tal-investiment fin-nies u, fost l-oħrajn tingħata spinta lill-inizjattivi għaż-żgħażagħ u l-azzjonijiet għaċ-ċittadini.

2. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jiżguraw skont l-Artikolu 4, koordinazzjoni effettiva bejn il-Fondi ESI u “Erasmus +” fil-livell nazzjonali permezz ta’ distinzjoni ċara tat-tipi ta’ investiment kif ukoll il-gruppi fil-mira appoġġjati. L-Istati Membri għandhom ifittxu l-kumplimentarjetà fir-rigward tal-finanzjament għal azzjonijiet ta’ mobilità.

3. Il-koordinazzjoni għandha tinkiseb billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi u l-aġenziji nazzjonali stabbiliti taħt il-Programm “Erasmus +”, li jistgħu jippromwovu l-komunikazzjoni trasparenti u aċċessibbli lejn iċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali.

4.7   Programm tal-Unjoni Ewropea għall-impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) ( 33 )

1. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jiżguraw skont l-Artikolu 4(6) koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni (EaSI) u l-appoġġ ipprovdut mill-Fondi ESI taħt l-objettivi tematiċi tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali. Dik il-koordinazzjoni effettiva tinkludi koordinazzjoni tal-appoġġ ipprovdut taħt l-assi EURES tal-EaSI b’azzjonijiet għal titjib fil-mobbiltà tax-xogħol transnazzjonali appoġġjata mill-FSE sabiex tiġi promossa l-mobbiltà ġeografika tal-ħaddiema u tingħata spinta lill-opportunitajiet ta’ impjieg, kif ukoll il-koordinazzjoni bejn l-appoġġ tal-Fondi ESI lill-impjieg indipendenti, l-intraprenditorija, il-ħolqien tan-negozju u l-intrapriżi soċjali u l-appoġġ tal-EaSI taħt l-assi tal-mikrofinanzjament u l-intraprenditorija soċjali.

2. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jkomplu javvanzaw l-aktar miżuri ta’ suċċess żviluppati taħt l-assi tal-progress tal-EaSI, b’mod partikolari dwar l-innovazzjoni soċjali u l-esperimentazzjoni tal-politika soċjali bl-appoġġ tal-FSE.

4.8   Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) ( 34 )

1. Sabiex jiġi massimizzat il-valur miżjud Ewropew fl-oqsma tat-trasport, it-telekomunikazzjoni u l-enerġija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-interventi tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jkunu ppjanat b’kooperazzjoni mill-qrib mal-appoġġ ipprovdut mill-FNE, sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà, jiġu evitati sforzi doppji u jiġi żgurat li jkunu previsti l-aħjar rabtiet ta’ tipi differenti ta’ infrastruttura fuq livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll madwar l-Unjoni. L-akbar influwenza tal-istrumenti ta’ finanzjament differenti għandha tkun żgurata għall-proġetti b’dimensjoni tal-Unjoni u tas-Suq Intern, li jfornu l-ogħla valur miżjud Ewropew, u li jippromovu koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, b’mod partikolari dawk il-proġetti li jimplimentaw il-prijorità tat-trasport, l-enerġija u n-netwerks tal-infrastruttura diġitali kif identifikati fl-oqfsa rispettivi tal-politika dwar in-netwerk trans-Ewropew, sabiex tinbena infrastruttura ġdida u tiġi aġġornata sostanzjalment l-infrastruttura eżistenti.

2. Fil-qasam tat-trasport, l-ippjanar tal-investiment għandu jkun ibbażat fuq id-domanda tat-trasport reali u dik ipproġettata, kif ukoll għandu jidentifika r-rabtiet neqsin u d-diffikultajiet, filwaqt li jitqies, f’approċċ koerenti, l-iżvilupp tar-rabtiet transkonfinali tal-Unjoni, u l-iżvilupp tar-rabtiet bejn ir-reġjuni fi Stat Membru. Investiment fil-konnettività reġjonali man-netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u mal-qalba tan-netwerk TEN-T għandhom jiżguraw li żoni urbani u rurali jibbenefikaw mill-opportunitajiet maħluqa min-netwerks kbar.

3. L-għoti ta' prijorità lill-investimenti li jkollhom impatt lil hinn minn Stat Membru individwali u b’mod partikolari dawk li huma parti mill-kurituri ewlenin tan-netwerk TEN-T, għandha tkun ikkoordinata mal-ippjanar tat-TEN-T u mal-pjanijiet ta’ implimentazzjoni tal-kurituri ewlenin tan-netwerk, sabiex l-investimenti mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni fl-infrastruttura tat-trasport ikunu kompletament konformi mal-Linji Gwida tat-TEN-T.

4. L-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq forom sostenibbli tat-trasport u l-mobilità urbana sostenibbli, u fuq l-investiment f’oqsma li joffru l-akbar valur miżjud Ewropew, b’kont meħud tal-ħtieġa li jitjiebu l-kwalità, l-aċċessibilità u l-affidabilità tas-servizzi tat-trasport għall-promozzjoni tat-trasport pubbliku. Ladarba jiġu identifikati, l-investimenti għandhom jingħataw prijorità skont il-kontribut tagħhom għall-mobilità, għas-sostenibbiltà, għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, u għaż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport, f'konformità mal-viżjoni stabbilita fil-White Paper intitolata "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti", li tenfasizza li jeħtieġ tnaqqis sinifikanti fil-gassijiet b’effett ta’ serra fis-settur tat-trasport. Il-kontribut ta’ proġetti għal netwerks sostenibbli ta’ trasport ta’ merkanzija Ewropej permezz tal-iżvilupp ta’ passaġġi tal-ilma interni għandu jkun promoss abbażi ta’ valutazzjoni minn qabel tal-impatt ambjentali tagħhom.

5. Il-Fondi ESI għandhom iwasslu lill-infrastrutturi lokali u reġjonali u r-rabtiet tagħhom lejn in-netwerks prijoritarji tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni.

6. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu koordinazzjoni xierqa u mekkaniżmi ta’ appoġġ tekniku sabiex jiżguraw il-kumplementarjetà u l-ippjanar effettiv tal-miżuri tal-ICT sabiex isir użu sħiħ mill-istrumenti differenti tal-Unjoni (il-Fondi ESI, il-FNE, in-netwerks Trans-Ewropej, Orizzont 2020) għall-finanzjament ta' netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali. L-għażla tal-iktar strument ta' finanzjament xieraq għandha tieħu kont tal-potenzjal li jkollha operazzjoni biex tiġġenera dħul, u l-livell tagħha ta’ riskju sabiex tagħmel użu mill-aktar effettiv tal-fondi pubbliċi. L-Istati Membri jistgħu, fil-kuntest tal-valutazzjoni tagħhom ta’ applikazzjonijiet għal appoġġ mill-Fondi ESI, iqisu l-valutazzjonijiet ta’ operazzjonijiet relatati ma' dawk li tressqu għall-FNE iżda li ma ntgħażlux, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni dwar l-għażla finali mill-awtorità ta’ ġestjoni.

4.9   L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, ifittxu li jżidu l-koordinazzjoni bejn l-strumenti esterni u l-Fondi ESI sabiex titjieb l-effikaċja fil-kisba tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni multipli. Koordinazzjoni u kumplimentarjetà mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, mal-Istrument ta’ Qabel l-Adeżjoni u mal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat huma partikolarment importanti.

2. Biex tkun appoġġjata integrazzjoni territorjali aktar profonda, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jikkapitalizzaw fuq is-sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni territorjali taħt il-politika ta’ Koeżjoni u l-istrumenti Ewropej ta’ Viċinat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni transkonfinali, b’kont meħud tal-potenzjal offrut mir-REKT.

5.   IL-PRINĊIPJI ORIZZONTALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 5, 7 U 8 U L-GĦANIJIET TA’ POLITIKA TRANSVERSALI

5.1   Is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli

1. Skont l-Artikolu 5, il-prinċipju ta’ sħubija u governanza f’diversi livelli għandu jkun irrispettat mill-Istati Membri sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jitwasslu l-prijoritajiet tal-Unjoni dwar it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Sabiex dawn il-prinċipji jiġu osservati, hemm bżonn ta' azzjoni kkoordinata, b’mod partikolari bejn il-livelli differenti ta’ governanza, imwettqa fi sħubija skont il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, inkluż permezz ta' kooperazzjoni operazzjonali u istituzzjonali, fir-rigward tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Ftehim tas-Sħubija u l-programmi.

2. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-ħtieġa għat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tas-sħab sabiex jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom biex jikkontribwixxu għall-effettività tas-sħubija.

5.2   L-iżvilupp sostenibbli

1. L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom, f’kull fażi ta’ implimentazzjoni, jiżguraw l-integrazzjoni sħiħa tal-iżvilupp sostenibbli fil-Fondi ESI, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 3(3) tat-TUE, kif ukoll jikkonformaw mal-obbligu li jiġu integrati l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni ambjentali skont l-Artikolu 11 tat-TFUE, u l-prinċipju li min iniġġes iħallas, kif stipulat fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom iwettqu azzjonijiet fil-proċess kollu tal-programm, biex jevitaw jew inaqqsu l-effetti ta’ ħsara tal-interventi għall-ambjent u jiżguraw riżultati f’benefiċċji netti soċjali, ambjentali u klimatiċi. Azzjonijiet li jistgħu jittieħdu jistgħu jinkludu dan li ġej:

(a) 

jidderieġu l-investimenti lejn l-aktar opzjonijiet li huma effiċjenti fir-riżorsi kif ukoll sostenibbli;

(b) 

jevitaw investimenti li jista’ jkollhom impatt klimatiku jew ambjentali negattiv sinifikanti, u li jappoġġjaw azzjonijiet li jtaffu kwalunkwe impatt li jifdal;

(c) 

jieħdu perspettiva ta’ żmien twil meta jiġu mqabbla l-ispejjeż “taċ-ċiklu tal-ħajja” ta’ opzjonijiet alternattivi għal investiment;

(d) 

jiżdied l-użu ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku.

2. L-Istati Membri għandhom iqisu l-potenzjal ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-potenzjal ta’ adattament tal-investimenti magħmula bl-appoġġ tal-Fondi ESI, f’konformità mal-Artikolu 8, u jiżguraw li jkunu reżiljenti għall-impatt tal-bidla fil-klima u d-diżastri naturali bħal riskji akbar tal-għargħar, in-nixfiet, is-sħanat qawwija, in-nirien fil-foresti u każijiet estremi tat-temp.

3. L-Investimenti għandhom ikunu konsistenti mal-ġerarkija tal-ġestjoni tal-ilma, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 35 ), b’enfasi fuq l-għażliet tal-ġestjoni tad-domanda. Għażliet alternattivi tal-provvista għandhom jiġu kkunsidrati biss meta l-potenzjal għal iffrankar tal-ilma u l-effiċjenza jkunu ġew eżawriti. Intervent pubbliku fis-settur tal-ġestjoni tal-iskart għandu jikkumplementa l-isforzi mis-settur privat, partikolarment rigward ir-responsabilità tal-produttur. L-investimenti għandhom jinkoraġġixxu l-approċċi innovattivi li jippromwovu livelli għoljin ta’ riċiklaġġ. L-investimenti għandhom ikunu konsistenti mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita permezz tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 36 ). In-nefqa relatata mal-bijodiversità u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali għandha tkun konsistenti mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 37 ).

5.3   Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u nondiskriminazzjoni

1. Skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom isegwu l-għan ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u għandhom jieħdu passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ operazzjonijiet ikkofinanzjati mill-Fondi ESI. Meta jippruvaw jilħqu l-objettivi tal-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, b’mod partikolari fir-rigward tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-iffissar tal-objettivi għall-interventi, u l-arranġamenti għall-monitoraġġ u r-rappurtar. L-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll analiżi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, fejn xieraq. B’mod partikolari, l-azzjonijiet speċifiċi mmirati għandhom jiġu appoġġjati permezz tal-FSE.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’konformità mal-Artikoli 5 u 7, il-parteċipazzjoni tal-korpi rilevanti responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni fis-sħubija, u għandhom jiżguraw strutturi adegwati skont il-prattiki nazzjonali biex jagħtu pariri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà, sabiex jipprovdu l-għarfien espert meħtieġ fit-tħejjija, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-Fondi ESI.

3. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom iwettqu valutazzjonijiet jew eżerċizzji ta’ awtovalutazzjoni, f’koordinazzjoni mal-kumitati ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiffokaw fuq il-prinċipju tal-applikazzjoni tal-integrazzjoni bejn is-sessi.

4. L-istati Membri għandhom jindirizzaw b’mod xieraq, il-bżonnijiet tal-gruppi żvantaġġati sabiex jippermettulhom jintegraw aħjar fis-suq tax-xogħol, u biex b’hekk jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà.

5.4   Aċċessibbiltà

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, skont l-Artikolu 7, jieħdu passi xierqa biex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq diżabilità. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiżguraw permezz ta' azzjoni fiċ-ċikli tal-ħajja tal-programmi li l-prodotti kollha, l-oġġetti, is-servizzi u l-infrastrutturi li huma miftuħa jew offruti għall-pubbliku, u huma kkofinanzjati mill-Fondi ESI ikunu aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha inklużi dawk b’diżabilitajiet skont il-liġi applikabbli, u b’hekk jikkontribwixxu għal ambjent mingħajr ostakoli għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani. B'mod partikolari, għandha tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għall-ICT, sabiex tiġi promossa l-inklużjoni tal-gruppi żvantaġġjati, inklużi l-persuni b’diżabilità. L-azzjonijiet li għandhom jittieħdu jistgħu jinkludu d-direzzjoni tal-investimenti lejn aċċessibbiltà f’bini eżistenti u servizzi stabbiliti.

5.5   L-indirizzar tal-bidla demografika

1. L-isfidi li jirriżultaw mill-bidla demografika, inklużi b’mod partikolari dawk relatati mal-popolazzjoni ta’ ħaddiema li dejjem tiċkien, proporzjon ta’ persuni rtirati li dejjem jiżdied fil-popolazzjoni ġenerali u mad-depopolazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati fil-livelli kollha. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-Fondi ESI, f’konformità ma’ strateġiji nazzjonali jew reġjonali rilevanti meta jkun hemm tali strateġiji, sabiex jindirizzaw problemi demografiċi u sabiex joħolqu tkabbir marbut ma’ soċjetà li qed tixjieħ.

2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-Fondi ESI, skont l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali rilevanti biex jiffaċilitaw l-inklużjoni tal-gruppi tal-etajiet kollha, inkluż permezz ta’ aċċess imtejjeb għall-edukazzjoni u l-istrutturi ta’ appoġġ soċjali bl-għan li jissaħħu l-opportunitajiet tax-xogħol għall-anzjani u ż-żgħażagħ u b’enfasi fuq ir-reġjuni b’rati għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ meta mqabbla mar-rata medja tal-Unjoni. L-investimenti f'infrastrutturi tas-saħħa għandhom ikunu mmirati biex jiżguraw ħajja tax-xogħol twila u b’saħħitha għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni.

3. Biex jiġu indirizzati l-isfidi fir-reġjuni l-aktar affettwati mill-bidla demografika, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jidentifikaw miżuri biex:

(a) 

jappoġġjaw it-tiġdid demografiku permezz ta’ kundizzjonijiet aħjar għall-familji kif ukoll titjib fil-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja;

(b) 

jagħtu spinta lill-impjiegi, iżidu l-produttività u l-prestazzjoni ekonomika permezz ta’ investiment fl-edukazzjoni, l-ICT u r-riċerka u l-innovazzjoni;

(c) 

jiffukaw fuq l-adegwatezza u l-kwalità tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-istrutturi ta’ appoġġ soċjali kif ukoll fejn xieraq, fuq l-effiċjenza tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali;

(d) 

jippromwovu forniment ta' kura tas-saħħa u kura fit-tul b'mod effettiv fil-konfront tal-ispiża magħmula, inklużi l-investiment fis-saħħa, is-saħħa elettronika u l-infrastruttura.

5.6   Il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima

F’konformità mal-Artikolu 8, il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju għandhom jiġu integrati fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija u programmi.

6.   ARRANĠAMENTI SABIEX JIĠU INDIRIZZATI SFIDI TERRITORJALI EWLENIN

6.1 L-Istati Membri għandhom iqisu l-karatteristiċi ġeografiċi jew demografiċi u jieħdu passi biex jindirizzaw l-isfidi territorjali speċifiċi ta’ kull reġjun biex jiżblukkaw il-potenzjal ta’ żvilupp speċifiku tagħhom, u b’hekk jgħinu wkoll biex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv bl-aktar mod effiċjenti.

6.1a. L-Għażla u l-kombinazzjoni tal-objettivi tematiċi, kif ukoll l-għażla tal-investiment korrispondenti u l-prijoritajiet tal-Unjoni u l-objettivi speċifiċi stabbiliti għandhom jirriflettu l-ħtiġijiet u l-potenzjal għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv ta’ kull Stat Membru u reġjun.

6.1b. Għalhekk, meta jħejju l-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-programmi, l-Istati Membri għandhom iqisu li l-isfidi soċjali kbar li qed tiffaċċja l-Unjoni llum - il-globalizzazzjoni, it-tibdil demografiku, id-degradazzjoni ambjentali, il-migrazzjoni, it-tibdil fil-klima, l-użu tal-enerġija, il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-kriżi – jista’ jkollhom impatti differenti f’reġjuni differenti.

6.4. Bil-ħsieb ta’ approċċ territorjali integrat biex jiġu indirizzati sfidi territorjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi taħt il-Fondi ESI jirriflettu d-diversità tar-reġjuni Ewropej, f’termini ta’ impjiegi u l-karatteristiċi tas-suq tax-xogħol, interdipendenzi bejn is-setturi differenti, il-patterns tal-ivvjaġġar, il-popolazzjoni li qed tixjieħ u ċaqliq demografiku, karatteristiċi kulturali, tal-pajsaġġ u tal-wirt storiku, vulnerabbiltajiet u impatti minħabba tibdil fil-klima, l-użu tal-art u l-limitazzjonijiet tar-riżorsi, il-potenzjal għal użu aktar sostenibbli tar-riżorsi naturali inklużi dawk li jiġġeddu, arranġamenti istituzzjonali u ta’ governanza, il-konnettività u l-aċċessibbiltà, u konnessjonijiet bejn żoni rurali u urbani. Skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom għalhekk jieħdu l-passi li ġejjin bl-iskop li jħejju il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-programmi tagħhom:

(a) 

Analiżi tal-karatteristiċi, tal-potenzjal u l-kapaċità ta’ żvilupp tal-Istat Membru jew tar-reġjun, partikolarment fir-rigward tal-isfidi ewlenin li ġew identifikati fil-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, fejn xieraq, f'rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għal kull pajjiż adottati skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE u f'rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE;

(b) 

Evalwazzjoni tal-isfidi ewlenin li għandhom jiġu indirizzati mir-reġjun jew l-Istat Membru, l-identifikazzjoni ta' ostakli u nuqqas ta’ konnessjonijiet, lakuni fl-innovazzjoni, inklużi n-nuqqas ta' kapaċità ta’ ppjanar u implimentazzjoni li jinibixxu l-potenzjal fit-tul għat-tkabbir u l-impjiegi. Dan jifforma l-bażi sabiex jkunu identifikati l-oqsma u l-attivitajiet possibbli għall-prijoritizzazzjoni, l-intervent u l-konċentrazzjoni ta’ politiki;

(c) 

Evalwazzjoni tal-isfidi transsettorjali, transġurisdizzjonali jew tal-koordinazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ strateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar;

(d) 

Identifikazzjoni tal-passi sabiex tinkiseb koordinazzjoni mtejba f’livelli territorjali differenti, b’kont meħud tal-iskala territorjali xierqa u l-kuntest għat-tfassil tal-politika kif ukoll il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri, u tas-sorsi ta’ finanzjament sabiex jitwassal l-approċċ integrat li jgħaqqad l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv ma’ partijiet reġjonali u lokali.

6,5. Sabiex jiġu kkunsidrat l-objettiv ta’ koeżjoni territorjali, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li approċċ globali għall-promozzjoni tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-oqsma kkonċernati:

(a) 

jirrifletti r-rwol tal-bliet, iż-żoni urbani u rurali, iż-żoni tas-sajd u ż-żoni tal-kosta, u żoni li jiffaċċjaw żvantaġġi ġeografiċi jew demografiċi speċifiċi;

(b) 

jieħu kont tal-isfidi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, tar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna kif ukoll tal-gżejjer, tar-reġjuni transkonfinali u tar-reġjuni muntanjużi;

(c) 

jindirizza ir-rabtiet bejn żoni urbani u żoni rurali, f'termini ta' aċċess għal infrastrutturi u servizzi bi prezzijiet raġonevoli u ta’ kwalità għolja, kif ukoll problemi f'reġjuni b'konċentrazzjoni għolja ta' komunitajiet soċjalment emarġinati.

7A.   ATTIVITAJIET TA’ KOOPERAZZJONI

7a.1   Il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà

1. L-Istati Membri għandhom ifittxu l-kumplementarjetà bejn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u azzjonijiet oħra appoġġjati mill-Fondi ESI.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni jagħtu kontribut effettiv għall-għanijiet tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u li l-kooperazzjoni tiġi organizzata biex tagħti appoġġ lil għanijiet ta' politika usa'. Biex dan jinkiseb, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jiżguraw kumplimentarjetà u koordinazzjoni ma’ programmi jew strumenti oħra ffinanzjati mill-Unjoni.

3. Sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni, l-Istati Membri għandhom ifittxu koordinazzjoni u kumplimentarjetà bejn programmi taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi, b'mod partikolari sabiex ikun żgurat ippjanar koerenti u tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-investiment fuq skala kbira.

4. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jiżguraw li l-għanijiet ta’ strateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar jiffurmaw parti mill-ippjanar strateġiku globali, fi Ftehimiet ta’ Sħubija, f’konformità mal-Artikolu 15(2) ta’ dan ir-Regolament, u fi programmi operazzjonali fir-reġjuni u l-Istati Membri kkonċernati f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regoli speċifiċi għall-Fondi. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw ukoll li fejn ġew attwati l-istrateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar, il-Fondi ESI jappoġġjaw l-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regoli speċifiċi għall-Fondi u f’konformità mal-ħtiġijiet tal-qasam tal-programm identifikat mill-Istati Membri. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti, għandu jkun hemm koordinazzjoni ma' strumenti oħra ffinanzjati mill-Unjoni, u strumenti rilevanti oħra.

5. L-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jagħmlu użu mill-possibbiltà li jwettqu azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu minn tal-inqas fi Stat Membru ieħor fil-qafas tal-programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, inkluża l-implimentazzjoni tar-riċerka rilevanti u l-miżuri innovattivi li joħorġu mill-istrateġiji tal-'ispeċjalizzazzjoni intelliġenti' tagħhom.

6. L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jagħmlu l-aħjar użu minn programmi ta’ kooperazzjoni territorjali biex jingħelbu l-ostakli għall-kooperazzjoni lil hinn mill-fruntieri amministrattivi, filwaqt li jikkontribwixxu għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. F’dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni koperti mill-Artikolu 349 tat-TFUE.

7.2   Kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali skont il-FEŻR

1. L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom ifittxu li jagħmlu użu minn kooperazzjoni biex jiksbu massa kritika, fost l-oħrajn, fil-qasam tal-ICT u r-riċerka u l-innovazzjoni, u wkoll biex jippromovu l-iżvilupp ta’ approċċi konġunti għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u sħubijiet fost l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni. Il-kooperazzjoni interreġjonali għandha, fejn xieraq, tinkludi l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni bejn raggruppamenti u skambji innovattivi li jkunu intensivi fir-riċerka bejn istituzzjonijiet ta’ riċerka li jqisu l-esperjenza ta’ “Reġjuni ta’ Għarfien” u “Potenzjal ta’ riċerka fir-reġjuni ta’ Konverġenza u Ultraperiferiċi” taħt is-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka.

2. L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom, fl-oqsma kkonċernati, ifittxu li jużaw kooperazzjoni transkonfinali u transnazzjonali biex:

(a) 

jiżguraw li oqsma li jikkondividu fatturi ġeografiċi kruċjali (gżejjer, għadajjar, xmajjar, baċini jew ktajjen ta’ muntanji) jappoġġjaw il-ġestjoni u l-promozzjoni konġunta ta’ riżorsi nazzjonali tagħhom;

(b) 

jisfruttaw l-ekonomiji ta’ skala li jistgħu jinkisbu, b'mod partikolari fir-rigward ta’ investiment relatat mal-użu kondiviż ta’ servizzi pubbliċi komuni;

(c) 

jippromovu ppjanar u żvilupp koerenti ta’ infrastruttura tan-netwerks transkonfinali, b’mod partikolari rabtiet transkonfinali neqsin, u mezzi ta’ trasport favur l-ambjent u interoperabbli f’żoni ġeografiċi ikbar;

(d) 

jiksbu massa kritika, partikolarment fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-ICT, l-edukazzjoni u fir-rigward ta’ miżuri li jtejbu l-kompetittività tal-SMEs.

(e) 

isaħħu servizzi transkonfinali tas-suq tax-xogħol biex iżidu l-mobilità ta’ ħaddiema minn konfini għal ieħor;

(f) 

itejbu l-governanza transkonfinali.

3. L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom ifittxu li jagħmlu użu minn kooperazzjoni interreġjonali biex isaħħu mill-ġdid l-effettività tal-Politika ta’ Koeżjoni billi jinkoraġġixxu l-iskambju ta’ esperjenza bejn ir-reġjuni u l-ibliet biex jissaħħu t-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi taħt il-mira ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea.

7.3   Kontribut ta’ programmi ewlenin għal strateġiji makroreġjonali u għall-baċini tal-baħar

1. F’konformità mal-punt (a)(ii) tal-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regoli speċifiċi għall-Fondi l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw il-mobilizzazzjoni b’suċċess ta’ finanzjament tal-Unjoni għal strateġiji makroreġjonali u għall-baċini tal-baħar konformement mal-ħtiġijiet tal-qasam tal-programm identifikat mill-Istati Membri. L-iżgurar tal-mobilizzazzjoni b’suċċess jista’ jsir, fost azzjonijiet oħra, billi tingħata prijorità lill-operazzjonijiet li ġejjin minn istrateġiji makroreġjonali u għall-baċini tal-baħar billi jiġu organizzati sejħiet speċifiċi għalihom jew billi tingħata prijorità lil dawk l-operazzjonijiet fil-proċess tal-għażla permezz tal-identifikazzjoni tal-operazzjonijiet li jistgħu jiġu finanzjati b’mod konġunt mill-programmi differenti.

2. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jagħmlu użu minn programmi transnazzjonali rilevanti bħala oqfsa biex jappoġġjaw il-firxa ta’ politiki u fondi meħtieġa biex jiġu implimentati l-istrateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar.

3. L-Istati Membri għandhom jippromovu, fejn xieraq, l-użu ta’ Fondi ESI fil-kuntest ta’ strateġiji makroreġjonali, għall-ħolqien ta’ kurituri Ewropej għat-trasport, inkluż l-appoġġ tal-modernizzazzjoni tad-dwana, il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali, il-ġestjoni tal-ilma fil-livell tal-baċini tax-xmajjar, l-infrastruttura ekoloġika, il-kooperazzjoni marittima integrata transkonfinali u transettorjali, R&I u netwerks tal-ICT u l-ġestjoni ta’ riżorsi marittimi kondiviżi fil-baċin tal-baħar u l-protezzjoni tal-bijodiversità tal-baħar.

7.4   Kooperazzjoni transnazzjonali skont l-FSE

1. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jindirizzaw oqsma ta’ politika identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill sabiex ikun massimizzat it-tagħlim reċiproku.

2. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jagħżlu t-temi għal attivitajiet transnazzjonali u jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni xierqa f’konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.




ANNESS II

METODU GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-QAFAS TA’ PRESTAZZJONI

1. Il-qafas ta’ prestazzjoni għandu jkun magħmul minn miri stabbiliti għal kull prijorità, bl-eċċezzjoni tal-prijoritajiet iddedikati lill-assistenza teknika u programmi ddedikati lill-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 39, għas-sena 2018 u l-għanijiet stabbiliti għall-2023. L-istadji importanti u l-għanijiet għandhom jiġu ppreżentati skont il-format stabbilit fit-tabella 1.



Tabella 1:  Format standard għall-qafas ta’ prestazzjoni

Prijorità

►C1  Indikatur jew, fejn xieraq, pass prinċipali tal-implimentazzjoni u unità ta' kejl ◄

 

Stadju importanti għall-2018

Għan għall-2023

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2. L-istadji importanti huma għanijiet intermedji, direttament marbuta mal-ilħuq tal-objettiv speċifiku ta’ prijorità, fejn xieraq, li jesprimu l-progress prospettat lejn il-kisba tal-għanijiet stabbiliti għat-tmiem tal-perjodu. ►C1  L-istadji importanti stabbiliti għall-2018 għandhom jinkludu indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-output u ◄ , fejn xieraq, indikaturi tar-riżultati, li huma marbutin mill-qrib mal-interventi ta’ politika li huma appoġġjati. M’għandux jittieħed kont tal-indikaturi tar-riżultati għall-finijiet tal-Artikolu 22(6) u (7). L-istadji importanti jistgħu jiġu stabbiliti wkoll fir-rigward tal-passi prinċipali tal-implimentazzjoni.

3. L-Istadji importanti u l-għanijiet għandhom ikunu:

(a) 

realistiċi, li jistgħu jinkisbu, rilevanti, li jħaddnu fihom l-informazzjoni essenzjali dwar il-progress li jkun sar fi prijorità waħda;

(b) 

konsistenti man-natura u l-karatteristiċi tal-għanijiet speċifiċi tal-prijorità;

(c) 

trasparenti, b’objettivi oġġettivament verifikabbli u fejn id-dejta tas-sors li tkun ġiet identifikata tkun, fejn possibbli, disponibbli pubblikament;

(d) 

verifikabbli, mingħajr ma jiġi impost piż amministrattiv sproporzjonat;

(e) 

konsistenti matul il-programmi, fejn xieraq.

4. L-għanijiet għall-2023 għal prijorità partikolari għandhom jiġu stabbiliti b'kunsiderazzjoni tal-ammont ta' riżerva għall-prestazzjoni relatat mal-prijorità.

5. F’każijiet debitament ġustifikati, bħal meta jkun hemm bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u tas-suq tal-impjiegi fi Stat Membru jew reġjun, u flimkien ma’ emendi li jirriżultaw minn bidliet f’allokazzjonijiet għal prijorità partikolari, li dak l-Istat Membru jista’ jipproponi r-reviżjoni tal-miri u l-għanijiet f’konformità mal-Artikolu 30.




ANNESS III

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI U L-LIVELL TAS-SOSPENSJONI TA' IMPENJI JEW PAGAMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 23(11)

1.   DETERMINAZZJONI TAL-LIVELL TA' SOSPENSJONI TAL-IMPENJI

Il-livell massimu ta' sospensjoni applikat għal Stat Membru għandu fl-ewwel istanza jkun determinat b'kunsiderazzjoni tal-limiti massimi stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(11). Dak il-livell għandu jitnaqqas jekk japplikaw wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:

(a) 

meta r-rata tal-qgħad fl-Istat Membru għas-sena li tippreċedi l-avveniment skattatur imsemmi fl-Artikolu 23(9) taqbeż ir-rata medja għall-Unjoni b'aktar minn żewġ punti perċentwali, il-livell massimu ta' sospensjoni għandu jitnaqqas bi 15 %;

(b) 

meta r-rata tal-qgħad fl-Istat Membru għas-sena li tippreċedi l-avveniment skattatur imsemmi fl-Artikolu 23(9) taqbeż ir-rata medja għall-Unjoni b'aktar minn ħames punti perċentwali, il-livell massimu ta' sospensjoni għandu jitnaqqas b'25 %;

(c) 

meta r-rata tal-qgħad fl-Istat Membru għas-sena li tippreċedi l-avveniment skattatur imsemmi fl-Artikolu 23(9) taqbeż ir-rata medja għall-Unjoni b'aktar minn tmien punti perċentwali, il-livell massimu ta' sospensjoni għandu jitnaqqas b'50 %;

(d) 

meta l-proporzjon ta' persuni f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali fl-Istat Membru jaqbeż il-medja għall-Unjoni b'aktar minn 10 punti perċentwali għas-sena li tippreċedi l-avveniment skattatur imsemmi fl-Artikolu 23(9), il-livell massimu ta' sospensjoni għandu jitnaqqas b'20 %;

(e) 

meta l-Istat Membru jesperjenza tnaqqis fil-PDG reali għal sentejn konsekuttivi jew aktar li jippreċedu l-avveniment skattatur imsemmi fl-Artikolu 23(9), il-livell massimu ta' sospensjoni għandu jitnaqqas b'20 %;

(f) 

meta s-sospensjoni tikkonċerna impenji għas-snin 2018, 2019 jew 2020, għandu jiġi applikat tnaqqis fil-livell li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 23(11) kif ġej:

(i) 

għas-sena 2018, il-livell ta' sospensjoni għandu jitnaqqas bi 15 %;

(ii) 

għas-sena 2019, il-livell ta' sospensjoni għandu jitnaqqas b'25 %;

(iii) 

għas-sena 2020, il-livell ta' sospensjoni għandu jitnaqqas b'50 %;

It-tnaqqis fil-livell ta' sospensjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punti (a) sa (f) m'għandux jaqbeż total ta' 50 %.

Fl-eventwalità li s-sitwazzjoni deskritta fil-punt (b) jew (c) isseħħ simultanjament mal-punti (d) u (e), l-effett tas-sospensjoni għandu jiġi pospost b'sena.

2.   DETERMINAZZJONI TAL-AMBITU TAL-IMPENJI FIL-PROGRAMMI U L-PRIJORITAJIET

Sospensjoni tal-impenji applikata għal Stat Membru għandha fl-ewwel istanza taffettwa proporzjonalment il-programmi u l-prijoritajiet kollha.

Madankollu, il-programmi u l-prijoritajiet li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tas-sospensjoni:

(i) 

programmi jew prijoritajiet li diġà huma soġġetti għal deċiżjoni ta' sospensjoni adottata skont l-Artikolu 23(6);

(ii) 

programmi jew prijoritajiet li r-riżorsi tagħhom għandhom jiżdiedu b'riżultat ta' talba għal riprogrammazzjoni indirizzata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 23(1) fis-sena tal-avveniment skattatur imsemmi fl-Artikolu 23(9);

(iii) 

programmi jew prijoritajiet li r-riżorsi tagħhom ġew miżjuda fis-sentejn li jippreċedu l-avveniment skattatur imsemmi fl-Artikolu 23(9) b'riżultat ta' deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 23(5);

(iv) 

programmi jew prijoritajiet li huma ta' importanza fundamentali biex jiġu indirizzati kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali avversi. Tali programmi jew prijoritajiet li jappoġġaw investimenti ta' importanza partikolari għall-Unjoni relatati mal-YEI. Programmi jew prijoritajiet jistgħu jitqiesu ta' tali importanza fundamentali meta jappoġġaw investimenti relatati mal-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tas-Semestru Ewropew u li l-għan tagħhom huwa r-riformi strutturali, jew relatati mal-prijoritajiet li jappoġġaw it-tnaqqis tal-faqar jew mal-istrumenti finanzjarji għall-kompetittività tal-SMEs.

3.   DETERMINAZZJONI TAL-LIVELL FINALI TA' SOSPENSJONI TAL-IMPENJI GĦALL-PROGRAMMI LI JAQGĦU FIL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAS-SOSPENSJONI

L-esklużjoni ta' prijorità fi programm għandha titwettaq billi jitnaqqas l-impenn tal-programm pro rata għall-allokazzjoni lill-prijorità.

Il-livell ta' sospensjoni li għandu jiġi applikat għall-impenji tal-programmi għandu jkun dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq il-livell aggregat ta' sospensjoni determinat taħt il-punt 1.

4.   DETERMINAZZJONI TAL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI U L-LIVELL TA' SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI

Il-programmi u l-prijoritajiet imsemmija fil-punt 2(i) sa (iv) għandhom jiġu esklużi wkoll mill-kamp ta' applikazzjoni tas-sospensjoni tal-pagamenti.

Il-livell ta' sospensjoni li għandu jiġi applikat m'għandux jaqbeż 50 % tal-pagamenti tal-programmi u l-prijoritajiet.




ANNESS IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTRUMENTI FINANZJARJI FTEHIMIET TA' FINANZJAMENT

▼M6

1. Fejn strument finanzjarju jkun implimentat taħt l-Artikolu 39a u l-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4), il-ftehim ta’ finanzjament għandu jinkludi t-termini u l-kondizzjonijiet biex isiru kontribuzzjonijiet mill-programm għall-istrument finanzjarju u għandu jinkludi tal-anqas wieħed minn dawn l-elementi:

▼B

(a) 

strateġija jew il-politika tal-investiment li tinkludi arranġamenti tal-implimentazzjoni, prodotti finanzjarji li għandhom jiġu offruti, riċevituri finali mmirati, u kombinazzjoni prevista mas-sostenn mogħti (kif inhu xieraq);

(b) 

pjan tan-negozju jew dokumenti ekwivalenti għall-istrument finanzjarju li għandu jiġi implimentat, inkluż l-effett ta’ ingranaġġ finanzjarju mistenni msemmi fl-Artikolu 37(2);

(c) 

ir-riżultati fil-mira li l-istrument finanzjarju kkonċernat huwa mistenni jikseb biex jikkontribwixxi għall-objettivi u r-riżultati speċifiċi tal-prijorità rilevanti;

(d) 

dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-investimenti u tal-flussi tat-tranżazzjonijiet inkluż rappurtar mill-istrument finanzjarju lill-fond tal-fondi u/jew lill-awtorità ta’ ġestjoni biex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 46;

(e) 

rekwiżiti tal-awditjar, bħar-rekwiżiti minimi għad-dokumentazzjoni li għandhom jinżammu fil-livell tal-istrument finanzjarju (u fil-livell tal-fond tal-fondi fejn xieraq), u rekwiżiti relatati maż-żamma ta’ rekords separati għall-forom differenti ta’ sostenn f’konformità mal-Artikolu 37(7) u (8) (fejn applikabbli), inklużi dispożizzjonijiet u rekwiżiti rigward l-aċċess għal dokumenti minn awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membi, awdituri tal-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex tiġi żgurata sekwenza ċara tat-tranżazzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 40;

▼M6

(f) 

rekwiżiti u proċeduri għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni fi stadji prevista mill-programm f’konformità mal-Artikolu 41 u għall-previżjoni ta’ flussi ta’ tranżazzjonijiet, inkluż rekwiżiti għal kontabilità fiduċjarja/separata kif stabbilita fl-Artikolu 38(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39a(5);

▼B

(g) 

rekwiżiti u proċeduri għall-ġestjoni tal-imgħax u qligħ ieħor iġġenerat kif imsemmi fl-Artikolu 43, inklużi operazzjonijiet/investimenti aċċettabbli tat-teżor, u r-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-partijiet ikkonċernati;

(h) 

dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu u l-pagament ta’ spejjeż tal-ġestjoni li jsiru jew tat-tariffi tal-ġestjoni tal-istrument finanzjarju;

▼M6

(i) 

dispożizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid tar-riżorsi attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi ESI sa tmiem il-perijodu ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 44 u, fejn applikabbli, dispożizzjonijiet dwar trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a;

▼C1

(j) 

dispożizzjonijiet rigward l-użu mill-ġdid ta' riżorsi attribwibbli għas-sostenn tal-Fondi ESI wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà f'konformità mal-Artikolu 45 u politika rigward il-ħruġ ta' dawk ir-riżorsi mill-istrument finanzjarju;

▼B

(k) 

kundizzjonijiet għal irtirar possibbli totali jew parzjali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm minn programmi għall-istrumenti finanzjarji, inkluż il-fond tal-fondi fejn applikabbli;

(l) 

dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji jiġġestixxu strumenti finanzjarji b’mod indipendenti u f’konformità mal-istandards professjonali rilevanti, u jaġixxu fl-interess esklussiv tal-partijiet li jipprovdu l-kontribuzzjonijiet lill-istrument finanzjarju;

(m) 

dispożizzjonijiet għal-likwidazzjoni tal-istrument finanzjarju.

Barra minn hekk, meta l-istrumenti finanzjarji huma organizzati permezz ta’ fond tal-fondi, il-ftehim tal-finanzjament bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi għandu jipprovdi wkoll għall-analiżi u l-għażla ta’ korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji, inkluż sejħiet għall-espressjoni ta’ interess jew proċeduri għall-akkwist pubbliku.

▼M6

2. Id-dokumenti ta’ strateġija msemmija fl-Artikolu 38(8) għall-istrumenti finanzjarji implimentati fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

▼C1

(a) 

l-istrateġija jew il-politika tal-investiment tal-istrument finanzjarju, it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tad-dejn jew garanziji previsti, riċevituri finali fil-mira u azzjonijiet li għandhom jiġu sostnuti;

▼B

(b) 

pjan tan-negozju jew dokumenti ekwivalenti għall-istrument finanzjarju li għandu jiġi implimentat, inkluż l-effett ta’ ingranaġġ finanzjarju mistenni msemmi fl-Artikolu 37(2);

▼M6

(c) 

l-użu u l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi attribwibbli għall-appoġġ tal-Fondi ESI f’konformità mal-Artikoli 43, 44 u 45, u, fejn applikabbli, dispożizzjonijiet dwar trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a;

▼B

(d) 

sorveljanza u rappurtar tal-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju biex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 46.




ANNESS V



DEFINIZZJONI TA’ RATI FISSI GĦAL PROĠETTI LI JIĠĠENERAW DĦUL NETT

 

Settur

Rati fissi

1

TOROQ

30 %

2

FERROVIJI

20 %

3

TRASPORT URBAN

20 %

4

ILMA

25 %

5

SKART SOLIDU

20 %

▼M8




ANNESS VI

DIŻAGGREGAZZJONI ANNWALI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN GĦAS-SNIN 2014 SAL-2020

Profil annwali aġġustat (inkluż pagament supplimentari għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ)



 

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Total

EUR, prezzijiet tal-2011

34 108 069 924

55 725 174 682

46 044 910 736

48 027 317 164

48 341 984 652

48 811 933 191

49 022 528 894

330 081 919 243

▼B




ANNESS VII

METODOLOĠIJA TA' ALLOKAZZJONI

Metodu ta' allokazzjoni għar-reġjuni l-anqas żviluppati eliġibbli taħt l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(2)

1. L-allokazzjoni ta' kull Stat Membru għandha tkun it-total tal-allokazzjonijiet għar-reġjuni livell 2 NUTS eliġibbli individwali tiegħu, ikkalkulat skont il-passi li ġejjin:

(a) 

id-determinazzjoni ta' ammont assolut (f'EUR) miksub bil-multiplikazzjoni tal-popolazzjoni tar-reġjun ikkonċernat bid-differenza bejn il-PDG per capita ta' dak ir-reġjun, imkejjel f'PPS, u l-PDG medju tal-UE-27 per capita (f'PPS);

(b) 

l-applikazzjoni ta' perċentwal għall-ammont assolut ta' hawn fuq sabiex jiġi determinat il-pakkett finanzjarju ta' dak ir-reġjun; dan il-perċentwal għandu jkun gradwat biex jirrifletti l-prosperità relattiva, imkejla f'PPS, kif imqabbel mal-medja tal-UE-27, tal-Istat Membru li fih jinsab ir-reġjun eliġibbli, jiġifieri:

(i) 

għal reġjuni fl-Istati Membri li l-livell tagħhom ta' ING per capita huwa anqas minn 82 % tal-medja tal-UE-27: 3,15 %;

(ii) 

għal reġjuni fl-Istati Membri li l-livell tagħhom ta' ING per capita huwa bejn 82 % u 99 % tal-medja tal-UE-27: 2,70 %;

(iii) 

għal reġjuni fl-Istati Membri li l-livell tagħhom ta' ING per capita huwa 'l fuq minn 99 % tal-medja tal-UE-27: 1,65 %;

(c) 

għall-ammont miksub skont il-punt (b) jiġi miżjud, jekk applikabbli, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' primjum ta' EUR 1 300 għal-kull persuna qiegħda fis-sena, applikat għan-numru ta' persuni qiegħda f'dak ir-reġjun li jaqbeż in-numru ta' nies li jkunu qiegħda li kieku kienet tapplika r-rata medja tal-qgħad tar-reġjuni l-anqas żviluppati kollha tal-UE.

Metodu ta' allokazzjoni għar-reġjuni ta' tranżizzjoni eliġibbli taħt l-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi, imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(2)

2. L-allokazzjoni ta' kull Stat Membru għandu jkun it-total tal-allokazzjonijiet għar-reġjuni ta' livell 2 NUTS eliġibbli individwali tiegħu, ikkalkulat skont il-passi li ġejjin:

(a) 

id-determinazzjoni tal-intensità ta' għajnuna teoretika minima u massima għal kull reġjun ta' tranżizzjoni eliġibbli. Il-livell minimu ta' appoġġ huwa determinat mill-intensità ta' għajnuna medja per capita għal kull Stat Membru qabel l-applikazzjoni tax-xibka ta' sikurezza reġjonali, allokata lir-reġjuni aktar żviluppati ta' dak l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru ma jkollux aktar reġjuni żviluppati, il-livell minimu ta' appoġġ jikkorrispondi mal-intensità ta' għajnuna medja per capita inizjali tar-reġjuni aktar żviluppati kollha, jiġifieri EUR 19,80 per capita u kull sena. Il-livell massimu ta' appoġġ jirreferi għal reġjun teoretiku bi PDG per capita ta' 75 % tal-medja tal-UE-27 u huwa kkalkulat bil-metodu definit fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. Mill-ammont miksub b'dan il-metodu, jitqies 40 %;

(b) 

il-kalkolu tal-allokazzjonijiet reġjonali inizjali, filwaqt li jitqies il-PDG reġjonali per capita (f'PPS) permezz ta' interpolazzjoni lineari tal-PDG relattiv tar-reġjun per capita mqabbel ma' dak tal-UE-27;

(c) 

għall-ammont miksub skont il-punt (b) jiġi miżjud, jekk applikabbli, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' primjum ta' EUR 1 100 għal-kull persuna qiegħda fis-sena, applikat għan-numru ta' persuni qiegħda f'dak ir-reġjun li jaqbeż in-numru ta' nies li jkunu qiegħda li kieku kienet tapplika r-rata medja tal-qgħad tar-reġjuni l-anqas żviluppati kollha.

Metodu ta' allokazzjoni għar-reġjuni aktar żviluppati eliġibbli taħt l-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi, imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(2)

3. Il-pakkett finanzjarju teoretiku inizjali totali għandu jinkiseb bil-multiplikazzjoni tal-intensità ta' għajnuna per capita u kull sena ta' EUR 19,80 bil-popolazzjoni eliġibbli.

4. Is-sehem ta' kull Stat Membru konċernat għandu jkun is-somma tal-ishma tar-reġjuni ta' livell 2 NUTS eliġibbli tiegħu, li huma determinati abbażi tal-kriterji li ġejjin, ponderati kif indikat:

(a) 

il-popolazzjoni reġjonali totali (ponderazzjoni 25 %);

(b) 

in-numru ta' persuni qiegħda fir-reġjuni ta' livell 2 NUTS b'rata tal-qgħad 'il fuq mill-medja tar-reġjuni aktar żviluppati kollha (ponderazzjoni 20 %);

(c) 

l-impjiegi li jridu jiżdiedu biex tintlaħaq il-mira tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv għar-rata tal-impjieg reġjonali (etajiet minn 20 sa 64) ta' 75 % (ponderazzjoni 20 %);

(d) 

l-għadd ta' persuni bejn it-30 u l-34 sena li kisbu edukazzjoni terzjarja li għandhom jiġu miżjuda biex tintlaħaq il-mira tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv ta' 40 % (ponderazzjoni 12,5 %);

(e) 

l-għadd ta' studenti li jitilqu qabel iż-żmien mill-edukazzjoni jew mit-taħriġ (età ta' bejn it-18 u l-24 sena) jiġi mnaqqas biex tintlaħaq il-mira tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv ta' 10 % (ponderazzjoni ta' 12,5 %);

(f) 

differenza bejn il-PDG osservat tar-reġjun (imkejla f'PPS), u l-PDG reġjonali teoretiku kieku r-reġjun kien ikollu l-istess PDG per capita bħar-reġjuni l-aktar prosperu ta' livell 2 NUTS (ponderazzjoni 7,5 %);

(g) 

popolazzjoni ta' reġjuni ta' livell 3 NUTS b'densità ta' popolazzjoni taħt it-12,5 % ta' abitanti/km2 (ponderazzjoni 2,5 %).

Metodu ta' allokazzjoni għall-Istati Membri eliġibbli għall-Fond ta' Koeżjoni skont l-Artikolu 90(3)

5. It-total teoretiku tal-pakkett finanzjarju għandu jinkiseb billi tiġi mmultiplikata l-intensità medja tal-għajnuna per capita u kull sena ta' EUR 48 bil-popolazzjoni eliġibbli. L-allokazzjoni a priori ta' kull Stat Membru eliġibbli għal dan il-pakkett finanzjarju teoretiku tikkorrispondi għal perċentwal ibbażat fuq il-popolazzjoni tiegħu, iż-żona tal-wiċċ u l-prosperità nazzjonali, u għandu jinkiseb bl-applikazzjoni tal-passi li ġejjin:

(a) 

kalkolu tal-medja aritmetika tal-popolazzjoni ta' dak l-Istat Membru u taż-żona tal-wiċċ kondiviża bit-total tal-popolazzjoni u taż-żona tal-wiċċ tal-Istati Membri kollha eliġibbli. Jekk, madankollu, is-sehem ta' Stat Membru tat-total tal-popolazzjoni teċċedi s-sehem tiegħu taż-żona tal-wiċċ b'fattur ta' ħamsa jew aktar, li jirrifletti densità estremament għolja ta' popolazzjoni, hu biss is-sehem tat-total tal-popolazzjoni li jiġi użat għal dan il-pass;

(b) 

l-aġġustament taċ-ċifri perċentwali li jinkisbu permezz ta' koeffiċjent li jirrappreżenta terz tal-perċentwali li bih l-ING per capita ta' dak l-Istat Membru (imkejla f'paritajiet tal-poter tal-akkwist) għall-perjodu 2008-2010 jeċċedi jew jaqa' taħt il-medja tal-ING per capita għall-Istati Membri kollha eliġibbli (medja espressa bħala 100 %).

6. Sabiex jiġu riflessi l-ħtiġijiet sinifikanti tal-Istati Membri, li ngħaqdu mal-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2004 jew wara, f'termini ta' trasport u ambjent, is-sehem tagħhom tal-Fond ta' Koeżjoni se jkun stabbilit bħala minimu ta' terz tal-allokazzjoni finanzjarja totali u finali wara livell ta' limitar kif definit fil-paragrafi 10 sa 13 li jirċievu fuq medja matul il-perjodu.

7. L-allokazzjoni mill-Fond ta' Koeżjoni għall-Istati Membri, definit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 90(3), għandu jkun digressiv fuq seba' snin. Dan l-appoġġ tranżitorju se jkun ta' EUR 48 per capita fl-2014, applikat għat-total tal-popolazzjoni tal-Istat Membru. L-ammonti fis-snin ta' wara se jkunu espressi bħala perċentwal tal-ammont definit għall-2014, il-perċentwali jkunu 71 % fl-2015, 42 % fl-2016, 21 % fl-2017, 17 % fl-2018, 13 % fl-2019 u 8 % fl-2020.

Il-metodu ta' allokazzjoni tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament KTE

8. L-allokazzjoni tar-riżorsi mill-Istat Membru, li jkopru kooperazzjoni transkonfinali u transnazzjonali, u jinkludu l-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għall-Istrument tal-Viċinat Ewropew u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, hi determinata bħala s-somma ponderata tas-sehem tal-popolazzjoni tar-reġjun tal-konfini u tas-sehem tal-popolazzjoni totali ta' kull Stat Membru. Il-piż hu determinat mill-ishma rispettivi tal-fili transkonfinali u transnazzjonali. L-ishma tal-komponenti ta' kooperazzjoni transkonfinali u transnazzjonali huma ta' 77,9 % u ta' 22,1 %.

Il-metodu ta' allokazzjoni tal-finanzjament addizzjonali għar-reġjuni msemmijin fil-punt (e) tal-Artikolu 92(1)

9. Allokazzjoni addizzjonali speċjali li tikkorrispondi għal intensità ta' għajnuna ta' EUR 30 kull abitant kull sena se tkun allokata lir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta' livell 2 NUTS u lir-reġjuni tat-Tramuntana b'popolazzjoni baxxa ta' livell 2 NUTS. Dik l-allokazzjoni se tkun imqassma skont ir-reġjun u l-Istat Membru b'mod proporzjonali għat-total tal-popolazzjoni ta' dawk ir-reġjuni.

Livell massimu ta' trasferimenti mill-fondi li jappoġġaw il-koeżjoni

10. Sabiex jingħata kontribut biex tintlaħaq konċentrazzjoni adegwata ta' finanzjament ta' koeżjoni fir-reġjuni u l-Istati Membri l-inqas żviluppati u biex jitnaqqsu d-disparitajiet fil-medja per capita tal-intensitajiet tal-għajnuna, il-livell massimu ta' trasferiment (livelli ta' limitazzjoni) mill-Fondi għal kull Stat Membru individwali se jkun ta' 2.35 % tal-PDG tal-Istat Membru. Il-livell ta' limitazzjoni se jkun applikat fuq bażi annwali, soġġett għal aġġustamenti meħtieġa biex jiġi akkomodat il-frontloading tal-YEI, u - jekk applikabbli - se jnaqqas b'mod proporzjonali t-trasferimenti kollha (minbarra għar-reġjuni l-aktar żviluppati u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-Istat Membru kkonċernat sabiex jintlaħaq il-livell massimu tat-trasferiment. Għall-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-2013 u li l-medja reali tat-tkabbir tal-PDG tagħhom bejn l-2008 u l-2010 kienet aktar baxxa minn -1 %, il-livell massimu ta' trasferiment se jkun ta' 2,59 %.

11. Il-valuri massimi msemmija fil-paragrafu 10 hawn fuq jinkludu l-kontribuzzjonijiet mill-FEŻR għall-finanzjament tal-fil transkonfinali tal-Istrument tal-Viċinat Ewropew u tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, Dawk il-limiti massimi ma jinkludux l-allokazzjoni speċifika ta' EUR 3 000 000 000 għall-YEI.

12. Il-kalkoli tal-PDG mill-Kummissjoni sejrin jibbażaw fuq l-istatistika disponibbli f'Mejju 2012. Ir-rati ta' tkabbir tal-PDG nazzjonali individwali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, kif proġettati mill-Kummissjoni f'Mejju 2012, sejrin jiġu applikati għal kull Stat Membru separatament.

13. Ir-rati deskritti fil-paragrafu 10 ma għandhomx jirriżultaw f'allokazzjonijiet għal kull Stat Membru li jkunu ogħla minn 110 % tal-livell tagħhom f'termini reali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007 - 2013.

Dispożizzjonijiet addizzjonali

14. Għal dawk ir-reġjuni kollha li l-PDG tagħhom per capita (imkejla f'PPS) intuża bħala kriterju ta' eliġibilità għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007 - 2013 u kien anqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25, iżda li l-PDG per capita tagħhom huwa aktar minn 75 % tal-medja għall-UE-27, il-livell minimu ta' appoġġ fil-perjodu 2014 - 2020 taħt l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi se jikkorrispondi kull sena għal 60 % tal-ammont preċedenti tal-allokazzjoni annwali indikattiva ta’ sostenn tagħhom taħt l-allokazzjoni ta' Konverġenza, ikkalkulat mill-Kummissjoni fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013.

15. L-ebda reġjun ta' tranżizzjoni m'għandu jirċievi anqas milli kien jirċievi li kieku kien reġjun aktar żviluppat. Biex il-livell ta' din l-allokazzjoni minima jiġi ddeterminat, il-metodu tad-distribuzzjoni tal-allokazzjoni għar-reġjuni aktar żviluppati sejjer jiġi applikat għar-reġjuni kollha li jkollhom PDG per capita ta' tal-anqas 75 % tal-medja għall-UE-27.

16. L-allokazzjoni minima totali mill-Fondi għal Stat Membru għandha tikkorrispondi għal 55 % tal-allokazzjoni totatli tiegħu għall-2007-2013. L-aġġustamenti meħtieġa għall-qadi ta' dan ir-rekwiżit għandhom jiġu applikati proporzjonatament għall-allokazzjonijiet mill-Fondi, bl-esklużjoni tal-allokazzjonijiet tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea.

17. Biex jindirizzaw l-effetti tal-kriżi ekonomika fuq il-livelli ta' prosperità tal-Istati Membri fi ħdan iż-żona tal-euro, u biex jagħtu spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi f'dawn l-Istati Membri, il-Fondi Strutturali sejrin jipprovdu l-allokazzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

EUR 1 375 000 000 għar-reġjuni aktar żviluppati tal-Greċja;

(b) 

EUR 1 000 000 000 għall-Portugall, imqassma kif ġej: EUR 450 000 000 għar-reġjuni aktar żviluppati, li minnhom EU 150 000 000 ikunu għal Madeira, EUR 75 000 000 għar-reġjun ta' tranżizzjoni u EUR 475 000 000 għar-reġjuni anqas żviluppati.

(c) 

EUR 100 000 000 għar-reġjuni Border, Midland u Western tal-Irlanda;

(d) 

EUR 1 824 000 000 għal Spanja, li minnhom EUR EUR 500 000 000 għal Extremadura, EUR 1 051 000 000 għar-reġjuni fi tranżizzjoni u EUR 273 000 000 għar-reġjuni l-aktar żviluppati;

(e) 

EUR 1 500 000 000 għar-reġjuni anqas żviluppati tal-Italja, li minnhom EUR 500 000 000 ikunu għal żoni mhux urbani.

18. B'rikonoxximant tal-isfidi mqajma mis-sitwazzjoni ta' Stati Membri li huma gżejjer u l-bogħod ta' ċerti partijiet tal-Unjoni, Malta u Ċipru għandhom jirċievu, wara li jiġi applikat l-metdou ta' kalkolu msemmi fil-paragrafu 16, pakkett finanzjarju addizzjonali ta' EUR 200 000 000 u EUR 150 000 000 rispettivament taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, imqassma kif ġej: terz għall-Fond ta' Koeżjoni u żewġ terzi għall-Fondi Strutturali.

Ir-reġjuni Spanjoli ta' Ceuta u Melilla għandhom jiġu allokati pakkett finanzjarju addizzjonali totali ta' EUR 50 000 000 taħt il-Fondi Strutturali.

Ir-reġjun l-aktar imbiegħed ta' Mayotte għandu jiġi allokat pakkett finanzjarju totali ta' EUR 200 000 000 taħt il-Fondi Strutturali.

19. Biex jiffaċilitaw l-aġġustament ta' ċerti reġjuni jew għal tibdiliet fl-istatus ta' eliġibilità tagħhom jew għall-effetti dejjiema ta' żviluppi reċenti fl-ekonomiji tagħhom, qed isiru l-allokazzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

Għall-Belġju EUR 133 000 000 , li minnhom EUR 66 500 000 ikunu għal Limburg u EUR 66 500 000 għar-reġjuni ta' tranżizzjoni tar-Reġjun tal-Wallonie;

(b) 

Għall-Ġermanja EUR 710 000 000 , li minnhom EUR 510 000 000 ikunu għar-reġjuni li qabel kienu reġjuni ta' Konverġenza fil-kategorija ta' reġjuni ta' tranżizzjoni, u EUR 200 000 000 għar-reġjun ta' Leipzig;

(c) 

minkejja l-paragrafu 10, ir-reġjuni anqas żviluppati tal-Ungerija sejrin jiġu allokati pakkett finanzjarju addizzjonali ta' EUR 1 560 000 000 , ir-reġjuni anqas żviluppati tar-Repubblika Ċeka pakkett finanzajru addizzjonali ta' EUR 900 000 000 u r-reġjuni anqas żviluppati tas-Slovenja pakkett finanzjarju addizzjonali ta' EUR 75 000 000 , taħt il-Fondi Strutturali.

20. Total ta' EUR EUR 150 000 000 sejjer jiġi allokat għall-programm PEACE, li minnhom EUR 106 500 000 ikunu għar-Renju Unit u EUR 43 500 000 għall-Irlanda. Dak il-programm sejjer jiġi implimentat bħala programm ta' kooperazzjoni transkonfinali li jinvolvi l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda.

Aġġustamenti addizzjonali skont l-Artikolu 92(2)

21. Minbarra l-ammonti stabbiliti fl-Artikoli 91 u 924, Ċipru għandu jibbenefika minn allokazzjoni addizzjonali ta' EUR 94 200 000 fl-2014 u EUR 92 400 000 fl-2015 li għandhom jiżdiedu mal-allokazzjoni tiegħu mill-Fondi Strutturali.




ANNESS VIII

METODOLOĠIJA RIGWARD L-ALLOKAZZJONI SPEĊIFIKA GĦALL-YEI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 91

I. Ir-ripartizzjoni tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI għandu jiġi determinat f'konformità mal-passi li ġejjin:

1. 

L-għadd ta' żgħażagħ mhux impjegati li għandhom bejn il-15 u l-24 sena għandu jiġi identifikat fir-reġjuni tal-livell 2 NUTS eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament FSE, jiġifieri reġjuni tal-livell 2 NUTS li għandhom rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ għal dawk bejn il-15 u l-24 sena ta' aktar minn 25 % fl-2012, u għall-Istati Membri fejn ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ żdiedet b'aktar minn 30 % fl-2012, ir-reġjuni li għandhom rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ta' aktar minn 20 % fl-2012 (ir-“reġjuni eliġibbli”).

2. 

L-allokazzjoni li tikkorrispondi ma' kull reġjun eliġibbli għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-proporzjon bejn in-numru ta' żgħażagħ qiegħda fir-reġjun eliġibbli u n-numru totali ta' żgħażagħ imsemmija fil-punt 1 fir-reġjuni eliġibbli kollha.

3. 

L-allokazzjoni għal kull Stat Membru għandha tkun it-total tal-allokazzjonijiet għal kull wieħed mir-reġjuni eliġibbli tiegħu.'

II. L-allokazzjoni speċifika għall-YEI ma titqiesx għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-limiti massimi stabbiliti fl-Anness VII fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi globali.

III. Għad-determinazzjoni tal-allokazzjoni speċifika mill-YEI lill-Majott, ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u l-għadd ta' persuni żgħażagħ qiegħda għandhom jiġu determinati abbażi tad-dejta l-aktar reċenti disponibbli fil-livell nazzjonali sakemm id-dejta tal-Eurostat fil-livell 2 NUTS ma tkunx disponibbli.

IV. Ir-riżorsi għall-YEI jistgħu jiġu riveduti 'l fuq għas-snin 2016-2020 fil-qafas tal-proċedura baġitarja b'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru▐1311/2013 It-tqassim għal kull Stat Membru tar-riżorsi addizzjonali għandu jsegwi l-istess passi li japplikaw għall-allokazzjoni inizjali iżda għandu jirreferi għad-dejta annwali l-aktar reċenti disponibbli.




ANNESS IX

METODOLOĠIJA BIEX JIĠI DETERMINAT IS-SEHEM MINIMU TAL-FSE

Is-sehem perċentwali addizzjonali li għandu jiżdied mas-sehem tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali msemmija fl-Artikolu 92(4) allokat fi Stat Membru lill-FSE li jikkorrispondi għas-sehem ta' dak l-Istat Membru għal perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 għandu jiġi determinat kif ġej, abbażi tar-rati ta' impjiegi (għall-persuni bejn l-età ta' 20-64) tas-sena ta' referenza 2012:

— 
fejn ir-rata ta' impjieg hija 65 % jew anqas is-sehem għandu jiġi miżjud b' 1,7 punti perċentwali;
— 
fejn ir-rata ta’ impjieg taqbeż 65 % iżda mhijiex aktar għolja minn 70 %, is-sehem addizjonali huwa 1.2 punti perċentwali;
— 
fejn ir-rata ta’ impjieg taqbeż 65 % iżda mhijiex aktar għolja minn 70 %, is-sehem addizjonali huwa 0.7 punti perċentwali;
— 
fejn ir-rata ta' impjieg taqbeż 75 %, ma tinħtieġ l-ebda żieda.

Is-sehem perċentwali ta' Stat Membru wara l-addizzjoni ma għandux jaqbeż il-52 % tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali msemmija fl-Artikolu 92(4).

Għall-Kroazja s-sehem tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali, eskluż l-għan ta' Kooperazzjoni Ewropea Territorjali, allokat lill-FSE għall-perjodu ta' programazzjoni 2007-2013 għandu jkun is-sehem medju ta' reġjuni ta' konverġenza għal dawk l-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni fl-ewwel ta' Jannar 2004 jew wara.




ANNESS X

ADDIZZJONALITÀ

1.   IN-NEFQA STRUTTURALI PUBBLIKA JEW L-EKWIVALENTI TAGĦHA

Fl-Istati Membri li fihom ir-reġjuni anqas żviluppati jkopru mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni, iċ-ċifra dwar il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss irrappurtata fil-Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza, imħejjija mill-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 biex jippreżentaw l-istrateġija baġitarja tagħhom fuq perijodu medju, se tintuża biex tiġi determinata n-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti. Iċ-ċifra li għandha tintuża għandha tkun dik irrappurtata fil-kuntest tal-bilanċ u d-dejn pubbliku ġenerali u relatata mal-prospetti baġitarji pubbliċi ġenerali u għandha tiġi ppreżentata bħala perċentwal tal-PDG.

F'dawk l-Istati Membri li fihom ir-reġjuni inqas żviluppati jkopru aktar minn 15 % u inqas minn 65 % tal-popolazzjoni, iċ-ċifra totali dwar il-formazzjoni grossa tal-kapitali fiss fir-reġjuni inqas żviluppati ser tintuża biex tiġi determinata n-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti. Hija għandha tiġi rrappurtata fl-istess format kif stipulat fl-ewwel subparagrafu.

2.   VERIFIKA

Il-verifiki ta’ addizzjonalità skont l-Artikolu 95(5) huma soġġetti għar-regoli li ġejjin:

2.1   Verifika ex ante

(a) Meta Stat Membru jissottometti Ftehim ta' Sħubija, għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-profil tal-pjan tan-nefqa fil-forma tat-Tabella 1.



Tabella 1

Nefqa tal-Gvern Ġenerali bħala sehem tal-PDG

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

P51

X

X

X

X

X

X

X

(b) L-Istati Membri li fihom ir-reġjuni inqas żviluppati jkopru aktar minn 15 % u inqas minn 65 % tal-popolazzjoni, għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dwar il-profil ippjanat ta' nefqa f'dawk ir-reġjuni inqas żviluppati fil-format tat-Tabella 2.



Tabella 2

 

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Formazzjoni Grossa tal-Kapital Fiss tal-Gvern Ġenerali fir-reġjuni anqas żviluppati bħala sehem tal-PDG

X

X

X

X

X

X

X

(c) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-indikaturi makroekonomiċi ewlenin u l-previżjonijiet li fuqhom ikun imsejjes il-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti.

(d) L-Istati Membri li fihom ir-reġjuni inqas żviluppati jkopru aktar minn 15 % u inqas minn 65 % tal-popolazzjoni, għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-metodu użat biex tiġi stmata l-formazzjoni grossa tal-kapital fiss f'dawk ir-reġjuni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw dejta ta' investiment pubbliku f'livell reġjonali meta disponibbli. Fl-eventwalità li tali dejta ma tkunx disponibbli, jew f'każijiet oħra debitament ġustifikati, fosthom meta Stat Membru għall-perjodu 2014-2020 ikun biddel b'mod sinifikanti r-rendikont kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003,il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss tista' tiġi stmata bl-applikazzjoni ta' indikaturi tan-nefqa pubblika reġjonali jew dejta ta' investiment pubbliku tal-popolazzjoni reġjonali mqabbla mal-livell nazzjonali.

(e) Ladarba jkun hemm qbil min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istat Membri, it-Tabella 1 u fejn applikabbli, it-Tabella 2 se jiġu inklużi fil-Ftehim ta’ Sħubija tal-Istat Membru kkonċernat bħala l-livell ta’ referenza tan-nefqa strutturali pubblika jew l-ekwivalenti tagħha li trid tinżamm fis-snin 2014-2020.

2.2   Verifika ta’ nofs il-perjodu

(a) Fil-mument tal-verifika ta’ nofs il-perjodu, jitqies li Stat Membru jkun żamm il-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew l-ekwivalenti tagħha jekk il-medja annwali tan-nefqa fis-snin 2014-2017 tkun ugwali jew ogħla mil-livell ta' referenza tan-nefqa stabbilit fil-Ftehim ta' Sħubija.

(b) Wara l-verifika ta’ nofs il-perjodu, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi, b’konsultazzjoni ma’ Stat Membru, il-livell ta’ referenza tan-nefqa strutturali pubblika jew l-ekwivalenti tagħha fil-Ftehim ta’ Sħubija jekk is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istat Membru tkun inbidlet b’mod sinifikanti minn dik stmata fil-ħin tal-adozzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija.

2.3   Verifika ex post

Fil-mument tal-verifika ex post, Stat Membru għandu jitqies li jkun żamm il-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew l-ekwivalenti tagħha jekk il-medja annwali tan-nefqa fis-snin 2014-2020 tkun ugwali jew ogħla mil-livell ta' referenza stabbilit fil-Ftehim ta' Sħubija.

3.   RATI TA’ KORREZZJONI FINANZJARJA WARA L-VERIFIKA EX POST

Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li twettaq korrezzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 95(6), ir-rata ta’ korrezzjoni finanzjarja għandha tinkiseb billi jitnaqqas 3 % mid-differenza bejn il-livell ta' referenza fil-Ftehim ta' Sħubija u l-livell miksub, espress bħala perċentwal tal-livell ta' referenza, u mbagħad ir-riżultat jiġi diviż b'10. Il-korrezzjoni finanzjarja gћandha tiġi stabbilita billi din ir-rata ta’ korrezzjoni finanzjarja tiġi applikata gћall-kontribuzzjoni mill-Fond lill-Istat Membru kkonċernat għar-reġjuni inqas żviluppati u għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni fil-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni.

Jekk id-differenza bejn il-livell ta’ referenza fil-Ftehim ta’ Sħubija u l-livell miksub, espressa bħala perċentwal tal-livell ta’ referenza fil-Ftehim ta’ Sħubija, tkun 3 % jew inqas, m’għandha ssir l-ebda korrezzjoni finanzjarja.

Il-korrezzjoni finanzjarja m’għandhiex taqbeż il-5 % tal-allokazzjoni tal-Fondi lill-Istat Membru kkonċernat għar-reġjuni inqas żviluppati fil-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni.




ANNESS XI

Kondizzjonalitajiet ex ante



PARTI I:  Kondizzjonalitajiet tematiċi ex ante

Objettivi tematiċi

Prijoritajiet ta’ investiment

Kondizzjonalità ex ante

Kriterji li għandhom jiġu ssodisfati

1.  It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni

L-għan għar-R&Ż)

(imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9)

FEŻR:

— Il-prijoritajiet ta' investiment kollha taħt l-objettiv tematiku nru 1

1.1.  Riċerka u innovazzjoni: L-eżistenza ta’ strateġija nazzjonali jew reġjonali għall-istrateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti f’konformità mal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali, biex tiġi sfruttata n-nefqa privata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, li tikkonforma mal-karatteristiċi ta’ sistemi ta’ R&I nazzjonali jew reġjonali bi prestazzjoni tajba.

— Ikun hemm strateġija nazzjonali jew reġjonali għal speċjalizzazzjoni intelliġenti li:

— 

— tkun imsejsa fuq analiżi SWOT jew simili biex ir-riżorsi jiġu kkonċentrati fuq sett limitat ta’ prijoritajiet ta’ riċerka u innovazzjoni;

— tindika l-miżuri li jħeġġu l-investiment privat fir-Riċerka u l-Iżvilupp;

— tinkludi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ.

— Ikun ġie adottat qafas li jiddeskrivi riżorsi baġitarji disponibbli għar-riċerka u l-innovazzjoni.

FEŻR:

— It-titjib tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I), l-infrastruttura u l-kapaċitajiet biex tiġi żviluppata eċċellenza, fir-R&I, u l-promozzjoni ta' ċentri ta' kompetenza, b'mod partikolari dawk li huma ta' interess Ewropew;

1.2  Infrastruttura tar-Riċerka u l-Innovazzjoni L-eżistenza ta' pjan pluriennali għall-ibbaġitjar u l-prijoritizzazzjoni ta’ investimenti.

—  Pjan pluriennali indikattiv għall-ibbaġitjar u l-prijoritizzazzjoni ta' investimenti marbuta ma' prijoritajiet tal-Unjoni, u fejn xieraq, il-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka - (ESFRI), ikun ġie adottat.

2.  It-titjib tal-aċċessgħalt-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u l-użu u l-kwalità tagħhom (l-għan tal-Broadband)

(imsemmija fil-punt (2) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9)

FEŻR:

— L-iżvilupp ta' prodotti u servizzi tal-ICT, il-kummerċ elettroniku, u t-titjib fid-domanda għall-ICT.

— It-tisħiħ tal-applikazzjonijiet tal-ICT għall-gvern elettroniku, tagħlim elettroniku, inklużjoni elettronika, kultura elettronika u struttura tas-saħħa elettronika

2.1.  Tkabbir diġitali: Qafas ta' politika strateġika għat-tkabbir diġitali biex jiġu stimulati servizzi privati u pubbliċi li jintlaħqu mill-but ta’ kulħadd, ta' kwalità tajba u interoperabbli, megħjuna mill-ICT ubiex ikun hemm żieda fl-għażla tagħhom miċ-ċittadini, inklużi gruppi vulnerabbli, negozji u amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll inizjattivi transkonfinali.

—  Ikun hemm qafas ta’ politika strateġika għat-tkabbir diġitali, pereżempju, fi ħdan l-istrateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti nazzjonali jew reġjonali li fih:

— l-ibbaġitjar u l-prijoritizzazzjoni ta' azzjonijiet permezz ta’ analiżi SWOT jew analiżi simili konsistenti mat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa;

— analiżi tal-appoġġ għall-ibbilanċjar fir-rigward tad-domanda u l-provvista ta’ ICT li kellhom jitwettqu;

— indikaturi li jkejlu l-progress ta' interventi f'oqsma bħal-litteriżmu diġitali, l-inklużjoni elettronika, l-aċċessibbiltà elettronika, u progress tas-saħħa elettronika fil-limiti tal-Artikolu 168 tat-TFUE li jkunu allinjati, fejn xieraq, mal-istrateġiji settorjali tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali, eżistenti u rilevanti;

— valutazzjoni tal-ħtiġijiet biex jissaħħaħ il-bini tal-kapaċità tal-ICT.

FEŻR:

— Broadband aktar mifrux u r-roll-out ta' netwerks b'veloċità għolja u l-appoġġ għall-adozzjoni ta' teknoloġiji u netwerks emerġenti għall-ekonomija diġitali.

2.2.  Infrastruttura tan-Netwerk tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGN): L-eżistenza ta’ Pjanijiet nazzjonali jew reġjonali ta' NGN li jqisu l-azzjonijiet reġjonali sabiex jilħqu l-miri tal-Unjoni għal aċċess għall-Internet b'veloċità għolja, li jiffukaw fuq iż-żoni fejn is-suq jonqos milli jipprovdi infrastruttura miftuħa bi prezz li jintlaħaq mill-but ta' kulħadd u ta’ kwalità b’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, u biex jipprovdu servizzi aċċessibbli għal gruppi vulnerabbli.

—  Ikun hemm Pjan NGN nazzjonali jew reġjonali li jinkludi:

— pjan ta' investimenti ta' infrastruttura bbażat fuq analiżi ekonomika li tqis l-infrastruttura privata u pubblika eżistenti u l-investimenti ppjanati;

— mudelli ta' investiment sostenibbli li jsaħħu l-kompetizzjoni u jipprovdu aċċess għal infrastruttura u servizzimiftuħa, li jilħqu l-but ta' kulħadd, ta' kwalità u li jkunu validi anke fil-ġejjieni;

— miżuri biex jiġi stimulat l-investiment privat.

3.  It-tisħiħ tal-kompetittività ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)

(imsemmija fil-punt (3) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9)

FEŻR:

— Il-promozzjoni tal-intraprenditorija, b'mod partikolari billi jiġi aġevolat l-isfruttament ekonomiku ta' ideat ġodda u t-trawwim tal-ħolqien ta' ditti ġodda, inkluż permezz ta' inkubaturi tan-negozju.

— L-appoġġ tal-kapaċità tal-SMEs li jikbru fis-swieq reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, u li jinvolvu ruħhom fil-proċessi ta' innovazzjoni.

3.1.  Twettqu azzjonijiet speċifiċi sabiex tiġi appoġġjata l-promozzjoni tal-intraprenditorija filwaqt li ġie kkunsidrat l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA).

—  L-azzjonijiet speċifiċi huma:

— ġew stabbiliti miżuri bil-għan li jitnaqqsu ż-żmien u l-ispiża involuti fit-twaqqif ta' negozju filwaqt li jitqiesu l-miri tal-SBA;

— ġew stabbiliti miżuri bil-għan li jitnaqqas iż-żmien meħtieġ biex jiġu akkwistati liċenzji u permessi biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta’ impriża filwaqt li jitqiesu l-miri tal-SBA;

— hemm mekkaniżmu stabbilit biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-miżuri SBA li kien ġie stabbilit u vvaluta l-impatt fuq l-SMEs.

4.  L-appoġġ għall-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha;

(imsemmija fil-punt (4) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9)

FEŻR+Fond ta' Koeżjoni:

— L-Appoġġ tal-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni intelliġenti tal-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-infrastruttura pubblika, inkluż f'bini pubbliku u fis-settur tad-djar;

4.1.  Twettqu azzjonijiet biex jiġi promoss titjib kosteffettiv tal-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u investiment kosteffettiv fl-effiċjenza enerġetika fil-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-bini.

—  L-azzjonijiet huma:

— miżuri li jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti minimi relatati mal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini konsistenti mal-Artikolu 3, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

— miżuri meħtieġa sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini b'mod konsistentimal-Artkolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

— miżuri sabiex jiġi żgurat l-ippjanar strateġiku dwar l-effiċjenza fl-enerġija, konsistenti mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE ttal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

— miżuri konsistenti mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti aħħarin jiġu provduti individwalment b’arloġġi tal-kejl dment li dan ikun teknikament possibbli, finanzjarjament raġonevoli u proporzjonat b'rabta mal-iffrankar potenzjali tal-enerġija.

FEŻR + Fond ta' Koeżjoni:

— Il-promozzjoni tal-użu ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja ta’ sħana u elettriku abbażi tad-domanda utli.

4.2.  Twettqu azzjonijiet sabiex tiġi promossa l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja ta' sħana u elettriku.

—  L-azzjonijiet huma:

— L-appoġġ ta' koġenerazzjoni jkun ibbażat fuq id-domanda għal sħana utli u l-iffrankar l-enerġija primarja konsistenti mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2004/8/KE, l-Istati Membri jew il-korpi kompetenti tagħhom ikunu evalwaw il-qafas leġiżlattiv u regolatorju eżistenti fir-rigward tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni jew proċeduri oħra sabiex:

— 

(a)  jippromwovu disinn ta' unitajiet ta' koġenerazzjoni li jkun jaqbel ma' domandi ġustifikabbli mil-lat ekonomiku għalproduzzjoni ta' sħana utli u li tiġi evitata l-produzzjoni ta' aktar sħana minn sħana utli; kif ukoll

(b)  inaqqsu l-ostakoli regolatorji u mhux regolatorji għal żieda fil-koġenerazzjoni.

FEŻR+Fond ta' Koeżjoni:

— Il-promozzjoni tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ enerġija li hi dderivata minn sorsi rinnovabbli;

4.3.  Twettqu azzjonijiet biex jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli (2).

— Ikun hemm skemi ta' appoġġ trasparenti, prijorità fl-aċċess għan-netwerk jew aċċess garantit u prijorità fil-kunsinna, kif ukoll regoli standard relatati mal-pagament u l-kondiviżjoni tal-ispejjeż ta' adattamenti tekniċi li jkunu saru pubbliċi f'konsistenza mal-Artikolu 14(1), l-Artikolu 16(2) u 16(3) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

— Stat Membru jkun adotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli konsistenti mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE.

5.  Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

(L-għan tat-tibdil fil-klima) (imsemmi fil-punt (5) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9)

FEŻR + Fond ta' Koeżjoni:

— Il-promozzjoni tal-investiment għall-indirizzar ta’ riskji speċifiċi, l-iżgurar tar-reżiljenza għal diżastri u l-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri

5.1.  Prevenzjoni tar-riskju u ġestjoni tal-kriżi: l-eżistenza ta' valutazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali tar-riskju għall-ġestjoni tad-diżastri, li jqisu l-adattament għat-tibdil fil-klima

—  Għandu jkun hemm valutazzjoni nazzjonali jew reġjonali tar-riskju bl-elementi li ġejjin:

— deskrizzjoni tal-proċess, metodoloġija, il-metodi u d-dejta mhux sensittiva użati għall-valutazzjoni tar-riskju kif ukoll tal-kriterji bbażati fuq ir-riskju biex tingħata prijorità lill-investiment;

— deskrizzjoni tax-xenarji b’riskju wieħed u b’diversi riskji;

— il-kunsiderazzjoni, fejn xieraq, ta' strateġiji nazzjonali għall-adattament għat-tibdil fil-klima.

6.  Il-preżervazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi

(imsemmija fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9)

FEŻR + Fond ta' Koeżjoni:

— L-investiment fil-qasam tal-ilma, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati mill-Istati Membri għal investiment li jmur lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti.

6.1.  Is-settur tal-ilma: L-eżistenza ta' a) politika tal-ipprezzar tal-ilma li tipprovdi inċentivi adegwati għall-utenti biex jużaw ir-riżorsi tal-ilma b’mod effiċjenti u b) kontribuzzjoni adegwata tal-użu differenti tal-ilma għall-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma, b'rata stabbilita fil-pjan ta' ġestjoni tal-baċir tax-xmara approvat għal investiment appoġġat mill-programmi.

— Fis-setturi appoġġati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, Stat Membru żgura li jkun hemm kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma biex jirkupra l-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma skont is-settur b'konsistenza mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE b’kunsiderazzjoni, fejn xieraq, tal-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru kif ukoll tal-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun jew ir-reġjuni milquta.

— L-adozzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara għad-distrett tal-baċir tax-xmara konsistenti mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.

FEŻR + Fond ta' Koeżjoni

— L-investiment fil-qasam tal-iskart, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-acquis ambjentali tal-Unjoni u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati mill-Istati Membri għal investiment li jmur lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti.

6.2.  Is-settur tal-iskart: Il-promozzjoni ta' investimenti ekonomikament u ambjentalment sostenibbli fis-settur tal-iskart b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' pjanijiet tal-ġestjoni tal-iskart konsistenti mad-Direttiva 2008/98/KE, u mal-ġerarkija tal-iskart.

— Kif mitlub mill-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2008/98/KE, intbagħat rapport ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE.

— L-eżistenza ta' pjan wieħed jew aktar għall-ġestjoni tal-iskart kif rikjest taħt l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/98/KE;

— L-eżistenza ta’ programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart, kif rikjest taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;

— Ġew adottati miżuri meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi dwar it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ sal-2020 b'mod konsistenti mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE.

7.  Il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin

(imsemmija fil-punt (7) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9)

FEŻR + Fond ta' Koeżjoni:

— L-appoġġ għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fit TEN-T.

— Jiġu żviluppati u riabilitati sistemi ferrovjarji komprensivi, ta’ kwalità għolja u interoperabbli, u jiġu promossi miżuri ta' tnaqqis tal-istorbju;

— Jiġu żviluppati u mtejba sistemi tat-trasport b'kuxjenza ambjentali (inkluż b'livell ta' storbju baxx) u b'livell ta' karbonju baxx, inklużi passaġġi tal-ilma interni u trasport marittimu, portijiet, konnessjonijiet multimodali u infrastruttura tal-ajruporti, sabiex tiġi promossa l-mobilità reġjonali u lokali sostenibbli;

FEŻR:

— Tiġi mtejba l-mobilità reġjonali billi jiġu konnessi nodi sekondarji u terzjarji mal-infrastruttura TEN-T, inklużi nodi multimodali;

7.1.  Trasport: L-eżistenza ta' pjan jew pjanijiet jew qafas jew oqfsa komprensivi għall-investiment fit-trasport skont l-organizzazzjoni istituzzjonali tal-Istati Membri (inkluż it-trasport pubbliku fil-livell reġjonali u lokali) li tappoġġa l-iżvilupp tal-infrastruttura u ttejjeb il-konnettività man-netwerks komprensivi u ċentrali tat-TEN-T.

— L-eżistenza ta' pjan jew pjanijiet jew qafas jew oqfsa komprensiv(i) tat-trasport għall-investiment fit-trasport li jikkonformaw mar-rekwiżiti legali għall-valutazzjoni ambjentali strateġika u tistipula:

— 

— il-kontribut għaż-Żona tat-Trasport Unika Ewropea b'mod konsistenti mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Eworpew u tal-Kunsill (3), inklużi l-prijoritajiet għal investimenti:

— 

— fin-netwerk ċentrali tat-TEN-T u n-netwerk komprensiv fejn huwa previst l-investiment mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni; kif ukoll

— fil-konnettività sekondarja;

— f'sensiela ta' proġetti realistiċi u maturi għal għalihom hemm previst appoġġ mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni;

— Miżuri biex tiġi żgurata l-kapaċità ta’ korpi intermedjarji u ta' benefiċjarji li jwettqu s-sensiela ta' proġetti.

FEŻR + Fond ta' Koeżjoni:

— L-appoġġ għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fit TEN-T.

— Jiġu żviluppati u riabilitati sistemi ferrovjarji komprensivi, ta’ kwalità għolja u interoperabbli, u jiġu promossi miżuri ta' tnaqqis tal-istorbju; L-iżvilupp u

— t-titjib ta' sistemi tat-trasport favur l-ambjent (inkluż b'livell ta' storbju baxx) u b'livell ta' karbonju baxx, inklużi passaġġi tal-ilma interni u trasport marittimu, portijiet, konnessjonijiet multimodali u infrastruttura tal-ajruporti, sabiex tiġi promossa l-mobilità reġjonali u lokali sostenibbli;

FEŻR:

— It-titjib tal-mobilità billi jiġu konnessi nodi sekondarji u terzjarji mal-infrastruttura TEN-T, inklużi nodi multimodali.

7.2.  Ferrovija: L-eżistenza fil-pjan jew pjanijiet jew qafas jew oqfsa komprensivi tat-trasport ta' sezzjoni speċifika dwar l-iżvilupp tal-ferrovija skont l-organizzazzjoni istituzzjonali tal-Istati Members (inkluża dik li tikkonċerna t-trasport pubbliku fil-livell reġjonali ulokali) li tappoġġa l-iżvilupp tal-infrastruttura u ttejjeb il-konnettività man-netwerks komprensivi u ċentrali tat-TEN-T. L-investimenti jkopru assi mobbli u l-interoperabilità u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

— L-eżistenza ta' sezzjoni dwar l-iżvilupp tal-ferroviji fi ħdan il-pjan jew pjanijiet jew qafas jew oqfsa tat-trasport kif stipulat hawn fuq, li jikkonformaw mar-rekwiżitilegali għall-valutazzjoni ambjentali strateġika (SEA) u li tistipula sensiela realistika u matura ta' proġetti (inkluża skeda ta' żmien u qafas baġitarju);

— Miżuri biex tiġi żgurata l-kapaċità ta’ korpi intermedjarji u ta' benefiċjarji li jwettqu sensiela ta' proġetti.

FEŻR + Fond ta' Koeżjoni:

— L-appoġġ ta' Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fin-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T).

— Jiġu żviluppati u riabilitati sistemi ferrovjarji komprensivi, ta’ kwalità għolja u interoperabbli, u jiġu promossi miżuri ta' tnaqqis tal-istorbju;

— L-iżvilupp u t-titjib ta' sistemi tat-trasport favur l-ambjent (inkluż b'livell ta' storbju baxx) u b'livell ta' karbonju baxx, inklużi passaġġi tal-ilma interni u trasport marittimu, portijiet, konnessjonijiet multimodali u infrastruttura tal-ajruporti, sabiex tiġi promossa l-mobilità reġjonali u lokali sostenibbli;

FEŻR:

— It-titjib tal-mobilità reġjonali permezz ta’ konnessjonijiet bejn nodi sekondarji u terzjarji u l-infrastruttura TEN-T, inklużi nodi multimodali.

7.3.  Mezzi oħra tat-trasport, inklużi passaġġi tal-ilma interni u trasport marittimu, portijiet, konnessjonijiet multimodali u infrastruttura tal-ajruporti: l-eżistenza fil-pjan jew pjanijiet jew qafas jew oqfsa komprensiv(i) ta' sezzjoni speċifika dwar passaġġi tal-ilma interni u trasport marittimu, portijiet, konnessjonijiet multimodali u infrastruttura tal-ajruporti, li jikkontribwixxu għat-titjib tal-konnettività man-netwerks komprensivi u ċentrali tat-TEN-T u għall-promozzjoni tal-mobilità reġjonali u lokali sostenibbli.

— L-eżistenza ta' sezzjoni dwar passaġġi tal-ilma interni u trasport marittimu, portijiet, konnessjonijiet multimodali u infrastruttura tal-ajruporti fil-pjan jew pjanijiet jew qafas jew oqfsa komprensiv(i) li:

— 

— tikkonforma mar-rekwiżiti legali għall-valutazzjoni ambjentali strateġika;

— tistabbilixxi sensiela ta’ proġetti realistiċi u maturi (inklużi skeda ta’ żmien u qafas baġitarju);

— Miżuri biex tiġi żgurata l-kapaċità ta’ korpi intermedjarji u ta' benefiċjarji li jwettqu sensiela ta' proġetti.

FEŻR:

— It-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u s-sigurtà tal-provvista permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi intelliġenti tad-distribuzzjoni, tal-ħżin u tat-trażmissjoni tal-enerġija u permezz tal-integrazzjoni ta’ ġenerazzjoni distribwita minn sorsi rinnovabbli;

7.4  L-Iżvilupp ta’ sistemi intelliġenti tad-distribuzzjoni, tal-ħżin u tat-trażmissjoni tal-enerġija.

L-eżistenza ta’ pjanijiet komprensivi għal investimenti f’infrastruttura tal-enerġija intelliġenti, u ta’ miżuri regolatorji, li jikkontribwixxu għat-titjib fl-effiċjenza u s-sigurtà tal-provvista.

— Ikunu ġew stabbiliti pjanijiet li jiddeskrivu l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija nazzjonali li huma:

— 

— skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/72/KE u tad-Direttiva 2009/73/KE, fejn applikabbli, u

— b'konsistenza mal-pjanijiet rilevanti ta’ investiment reġjonali skont l-Artikolu 12 u mal-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk għal għaxar snin madwar l-Unjoni kollha skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u

— kompatibbli mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

— Dawk il-pjanijiet għandhom jinkludu:

— 

— sensiela ta’ proġetti realistika u matura għal proġetti li għalihom hu previst appoġġ mill-FEŻR;

— miżuri biex jinkisbu l-objettivi ta’ koeżjoni soċjali u ekonomika u protezzjoni ambjentali, skont l-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2009/73/KE;

— miżuri biex isir l-aħjar użu mill-enerġija u tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija, skont l-Artikoli 3(11) tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 3(8)_tad-Direttiva 2009/73/KE.

8.  Il-promozzjoni tal-impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità u l-appoġġ għall-mobilità tax-xogħol

(L-għan tal-impjieg)

(imsemmija fil-punt (8) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9)

FSE:

— L-aċċess għall-impjiegi għal dawk li qed ifittxu xogħol u għall-persuni li mhumiex attivi, inklużi l-persuni li ilhom bla impjieg u l-persuni li huma 'l bogħod mis-suq tax-xogħol, ukoll permezz ta’ inizjattivi għall-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobilità tax-xogħol.

8.1.  Politiki attivi tas-suq tax-xogħol jiġu mfassla u mwassla fid-dawl tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi.

— is-servizzi tal-impjieg ikollhom il-kapaċità li jipprovdu u effettivament jipprovdu:

— 

— servizzi personalizzati u miżuri attivi u preventivi fis-suq tax-xogħol sa minn stadju bikri u li jkunu miftuħa għal dawk kollha li jfittxu x-xogħol, filwaqt li jiffukaw fuq persuni li jinsabu fl-akbar riskju ta' esklużjoni soċjali, inklużi persuni minn komunitajiet marġinalizzati;

— informazzjoni komprensiva u trasparenti dwar pożizzjonijiet u opportunitajiet ġodda ta' impjieg filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet li qed jinbidlu tas-suq tax-xogħol.

— Is-servizzi tal-impjiegi jkunu stabbilixxew arranġamenti ta' kooperazzjoni formali jew informali mal-partijiet interessati rilevanti.

FSE:

— Impjieg indipendenti, intraprenditorija u l-ħolqien ta' negozju, inklużi impriżi innovattivi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u.

FEŻR:

— Appoġġ għall-iżvilupp ta’ inkubaturi tan-negozju u l-appoġġ għall-investiment għall-impjieg indipendenti, il-mikrointrapriżi u l-ħolqien ta’ negozju.

8.2.  Impjieg indipendenti, intraprenditorija u ħolqien tan-negozju: l-eżistenza ta' qafas ta' politika strateġika biex wieħed jibda negozju b'mod inklużiv.

—  Ikun hemm qafas ta' politika strateġika għall-appoġġ għall-bidu ta' negozju b'mod inklużiv bl-elementi li ġejjin:

— ikunu ġew stabbiliti miżuri bil-għan li jitnaqqsu ż-żmien u l-ispiża involuti fit-twaqqif ta' negozji filwaqt li jitqiesu l-miri tal-SBA;

— ġew stabbiliti miżuri bil-għan li jonqos iż-żmien meħtieġ biex jiġu akkwistati liċenzji u permessi involuti biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta’ impriża, filwaqt li jitqiesu l-miri tal-SBA;

— azzjonijiet marbuta ma’ servizzi adattati tal-iżvilupp tan-negozju u servizzi finanzjarji (aċċess għall-kapital) inkluż l-involviment ta' gruppi, żoni żvantaġġjati, jew it-tnejn li huma, fejn ikun meħtieġ.

FSE:

— L-immodernizzar tal-istituzzjonijiet tas-swieq tax-xogħol, bħas-servizzi tal-impjieg pubbliċi u privati, u t-titjib tal-adattabbiltà għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' azzjonijiet li jtejbu l-mobilità tax-xogħol transnazzjonali kif ukoll permezz ta’ skemi ta’ mobilità u kooperazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati rilevanti.

FEŻR:

— Investiment fl-infrastruttura għas-servizzi tal-impjieg.

8.3.  Modernizzazzjoni u tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol fid-dawl tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi;

Riformi fl-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol se jkunu ppreċeduti minn qafas strateġiku ta' politika ċar u valutazzjoni ex ante, inkluż fir-rigward tad-dimensjoni tal-ugwaljanza tas-sessi.

— Azzjonijiet biex jiġu rriformati s-servizzi tal-impjieg, bil-għan li tingħatalhom il-kapaċità li jwasslu:

— 

— servizzi personalizzati u miżuri attivi u preventivi fis-suq tax-xogħol sa minn stadju bikri u li jkunu miftuħa għal dawk kollha li jfittxu x-xogħol, filwaqt lijiffukaw fuq persuni li jinsabu fl-akbar riskju ta' esklużjoni soċjali, inklużi persuni minn komunitajiet marġinalizzati;

— informazzjoni komprensiva u trasparenti dwar pożizzjonijiet u opportunitajiet ġodda ta' impjieg filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet li qed jinbidlu tas-suq tax-xogħol.

— Ir-riforma tas-servizzi tal-impjieg se tinkludi l-ħolqien ta' netwerks ta' kooperazzjoni formali jew informali mal-partijiet interessati rilevanti.

FSE:

— Tixjiħ attiv u fis-saħħa.

8.4.  Tixjiħ attiv u fis-saħħa: Il-politiki dwar tixjiħ attiv huma mfassla fid-dawl tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi

— Il-partijiet interessati rilevanti huma involuti fit-tfassil u s-segwitu ta’ politiki dwar tixjiħ attiv bil-għan li l-ħaddiema anzjani jinżammu fis-suq tax-xogħol u jiġi promoss l-impjieg tagħhom;

— Stat Membru għandu miżuri fis-seħħ biex jippromwovi tixjiħ attiv.

FSE:

— Adattament ta’ ħaddiema, impriżi u intraprendituri għall-bidla.

8.5.  L-adattamet ta’ ħaddiema, impriżi u intraprendituri għall-bidla: L-eżistenza ta' politiki bl-għan li jiffavorixxu l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tajba tal-bidla u r-ristrutturar.

—  Ikun hemm fis-seħħ strumenti li jappoġġaw lill-imsieħba soċjali u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jiġu żviluppati u sorveljati approċċi proattivi għall-bidla u r-ristrutturar li jinkludu miżuri:

— biex tiġi promossa l-antiċipazzjoni tal-bidla

— biex tiġi promossa t-tħejjija u l-ġestjoni tal-proċess ta’ ristrutturar.

FSE:

— L-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ, b'mod partikolari dawk barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ, inklużi ż-żgħażagħ f'riskjuta' esklużjoni soċjali u ż-żgħażagħ minn komunitajiet marġinalizzati, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

8.6.  L-eżistenza ta' qafas ta' politika strateġika għall-promozzjoni tal-impjieg għaż-żgħażagħ, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

Din il-kondizzjonalità ex ante tapplika biss għall-implimentazzjoni tal-YEI

—  Ikun hemm qafas ta' politika strateġika għall-promozzjoni tal-impjiegi għaż-żgħażagħ li:

— huwa bbażat fuq evidenza li tkejjel ir-riżultati għaż-żgħażagħ mhux impjegati, f'xi sistema edukattiva jewta' taħriġ, u li tirrappreżenta bażi għall-iżvilupp ta' politiki mmirati u għall-monitoraġġ tal-iżviluppi;

— jidentifika l-awtorità pubblika rilevanti responsabbli biex iġġestixxi miżuri ta' impjiegi għaż-żgħażagħ u tikkoordina s-sħubiji fil-livelli u s-setturi kollha;

— jinvolvi lill-partijiet interessati li huma rilevanti għall-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ;

— jippermetti intervent u attivazzjoni kmieni;

— jinkludi miżuri ta' appoġġ għall-aċċess għall-impjiegi, it-titjib tal-ħiliet, il-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-integrazzjoni sostenibbli taż-żgħażagħ mhux impjegati, f'xi sistema edukattiva jew ta' taħriġ fis-suq tax-xogħol.

9.  Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kwalunkwe diskriminazzjoni

(l-għan dwar il-faqar)

(imsemmija fil-punt (9) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9)

FSE:

— L-inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs, il-parteċipazzjoni attiva, u li tittejjeb l-impjegabbiltà;

FEŻR:

— Investiment fl-infrastruttura tas-saħħa u soċjali, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp nazzjonali, reġjonali u lokali, għat-tnaqqis ta' inugwaljanza f'termini ta' status ta' saħħa, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali permezz ta' aċċessimtejjeb għal servizzi soċjali kulturali, u ta' divertiment u għat-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal servizzi komunitarji;

— Għoti ta' appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali ta’ komunitajiet fil-bżonn li jinsabu f'żoni urbani u rurali.

9.1.  L-eżistenza u l-implimentazzjoni ta' qafas ta' politika strateġika nazzjonali għat-tnaqqis tal-faqar bil-għan tal-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol fid-dawl tal-linji gwida dwar l-Impjiegi.

— Ikun hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġika nazzjonali għat-tnaqqis tal-faqar, bil-għan tal-inklużjoni attiva, li:

— 

— jipprovdi bażi ta' evidenza suffiċjenti sabiex jiġu żviluppati politiki għat-tnaqqis tal-faqar u sabiex jiġu sorveljati l-iżviluppi;

— jinkludi miżuri li jappoġġaw il-kisba tal-għan tal-esklużjoni nazzjonali tal-faqar u soċjali (kif definita fil-Programm ta' Riforma Nazzjonali), li jinkludi l-promozzjoni tal-opportunitajiet ta’ impjiegi sostenibbli u ta’ kwalitàgħan-nies fl-ogħla riskju tal-esklużjoni soċjali, inklużi persuni minn komunitajiet marġinalizzati;

— jinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti fil-ġlieda kontra l-faqar;

— skont il-ħtiġijiet identifikati, jinkludi miżuri għall-bidla minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fil-komunità;

— Fuq talba u meta ġustifikat, il-partijiet interessati rilevanti jistgħu jingħataw appoġġ biex iressqu applikazzjonijiet għal proġetti u għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti magħżula.

FSE:

— L-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma.

FEŻR:

— L-investiment fl-infrastruttura tas-saħħa u soċjali, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp nazzjonali, reġjonali u lokali, għat-tnaqqis ta’ inugwaljanzi f'termini ta’ stat ta’ saħħa, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali permezz tal-aċċess imtejjeb għal servizzi soċjali, kulturali u rikreattivi u għat-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal dawk ibbażati fuq il-komunità;

— Għoti ta' appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali ta’ komunitajiet fil-bżonn li jinsabu f'żoni urbani u rurali.

— L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u l-edukazzjoni tul il-ħajja bl-iżvilupp ta' infrastruttura għall-edukazzjoni u għat-taħriġ.

9.2.  L-eżistenza ta' qafas strateġiku nazzjonali għall-inklużjoni tar-Roma

— Hemm stabbilit qafas ta' politika strateġika tal-inklużjoni nazzjonali tar-Roma li:

— 

— tistabbilixxi objettivi nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma biex jitnaqqas id-distakk bejn ir-Roma u l-popolazzjoni ġenerali. Dawn l-objettivi għandhom jindirizzaw l-erba’ għanijiet tal-UE għall-integrazzjoni tar-Roma marbuta mal-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni;

— tidentifika, fejn ikun rilevanti, dawk il-mikroreġjuni żvantaġġjati jew iż-żoni residenzjali ssegregati, fejn il-komunitajiet huma l-iktar imċaħħda, bl-użu ta' indikaturisoċjoekonomiċi u territorjali diġà disponibbli (jiġifieri livell baxx ħafna ta' edukazzjoni, qgħad fit-tul, eċċ.);

— tinkludi metodi stretti ta’ monitoraġġ li jevalwaw l-impatt tal-azzjonijiet għall-integrazzjoni tar-Roma u mekkaniżmu ta’ reviżjoni għall-adattament tal-istrateġija.

— tkun imfassla, implimentata u sorveljata b’kooperazzjoni mill-qrib u bi djalogu kontinwu mas-soċjetà ċivili tar-Roma, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali.

— Fuq talba u meta ġustifikat, il-partijiet interessati rilevanti se jingħataw appoġġ biex iressqu applikazzjonijiet għal proġetti u għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti magħżula.

FSE:

— It-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi bi prezz li jista' jintlaħaq mill-but ta' kulħadd, sostenibbli u ta' kwalità għolja, inkluża l-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali.

FEŻR:

— L-investiment fl-infrastruttura tas-saħħa u soċjali, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp nazzjonali, reġjonali u lokali, għat-tnaqqis ta’ inugwaljanzi f'termini ta’ stat ta’ saħħa, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali permezz tat-titjib tal-aċċessgħal servizzi soċjali, kulturali u rikreattivi u għat-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal dawk ibbażati fuq il-komunità;

9.3.  Is-saħħa: L-eżistenza ta’ qafas ta' politika strateġika nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa fil-limiti tal-Artikolu 168 tat-TFUE li tiżgura sostenibbiltà ekonomika.

— Ikun hemm qafas ta’ politika strateġika nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li jinkludi:

— 

— miżuri koordinati biex jitjieb l-aċċess għal servizzi tas-saħħa;

— miżuri biex tiġi stimulata l-effiċjenza fis-settur tas-saħħa, permezz tal-użu ta' mudelli għall-forniment ta’ servizzi u l-infrastruttura;

— sistema ta' monitoraġġ u reviżjoni.

— Stat Membru jew reġjun ikun adotta qafas li jiddeskrivi riżorsi baġitarji disponibbli fuq bażi indikattiva ukonċentrazzjoni kosteffettiva tar-riżorsi fuq ħtiġijiet ta' prijorità għall-kura tas-saħħa.

10.  L-investiment, fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u fit-tagħlim tul il-ħajja;

l-għan tal-edukazzjoni)

(imsemmi fil-punt (10) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9

FSE:

— It-tnaqqis u l-prevenzjoni tat-tluq kmieni mill-iskola u l-promozzjoni ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta’ kwalità tajba fil-bidu tat-tfulija, l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja, inklużi opportunitajiet ta' tagħlim (formali, mhux formali u informali) li jippermettu l-integrazzjoni mill-ġdid fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

FEŻR:

— L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u l-edukazzjoni tul il-ħajja bl-iżvilupp ta' infrastruttura għall-edukazzjoni u għat-taħriġ.

10.1.  Tluq bikri mill-iskola: L-eżistenza ta' qafas ta' politika strateġika biex jitnaqqas it-tluq kmieni mill-iskola (ESL) fil-limiti tal-Artikolu 165 tat-TFUE.

— Ikun hemm sistema għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta u l-informazzjoni dwar l-ESL fil-livelli rilevanti li:

— 

— tipprovdi bażi ta' evidenza suffiċjenti biex jiġu żviluppati politiki ffukati u jitwettaq monitoraġġ tal-iżviluppi.

— Ikun hemm qafas ta' politika strateġika dwar l-ESL li:

— 

— ikun ibbażat fuq l-evidenza;

— ikopri s-setturi edukattivi rilevanti inklużi dawk tal-iżvilupp bikri tat-tfal, ikollu fil-mira b'mod b’mod partikolari gruppi vulnerabbli li huma l-aktar f’riskju tal-ESL inklużi persuni minn komunitajiet marġinalizzati, u jindirizza miżuri ta’ prevenzjoni, ta' intervent u ta’ kumpens;

— jinvolvi s-setturi tal-politika u l-partijiet interessati kollha li huma rilevanti biex jindirizzaw l-ESL.

FSE:

— It-titjib tal-kwalità u l-effiċjenza ta', u l-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja u ekwivalenti bl-għan lijiżdiedu l-livelli ta' parteċipazzjoni u ta' kisba, speċjalment għal gruppi żvantaġġati.

FEŻR:

— L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u l-edukazzjoni tul il-ħajja bl-iżvilupp ta' infrastruttura għall-edukazzjoni u għat-taħriġ.

10.2.  Edukazzjoni għolja: l-eżistenza ta’ qafas ta' politika strateġika nazzjonali jew reġjonali biex jiżdiedu l-kisbiet, il-kwalità u l-effiċjenza fl-edukazzjoni terzjarja fil-limiti tal-Artikolu 165 tat-TFUE.

—  Ikun hemm qafas ta' politika strateġika nazzjonali jew reġjonali għall-edukazzjoni terzjarja bl-elementi li ġejjin:

— fejn meħtieġ, miżuribiex tiżdied il-parteċipazzjoni u l-kisba li:

— 

— iżidu l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni għolja fost il-gruppi b'introjtu baxx u gruppi oħra li mhumiex rappreżentati biżżejjed b’kunsiderazzjoni speċjali għal gruppi vulnerabbli, inklużi persuni minn komunitajiet marġinalizzati;

— inaqqsu r-rati tat-tluq bikri mill-iskola/itejbu r-rati ta’ studenti li jibqgħu sal-aħħar u jispiċċaw l-iskola;

— jinkoraġġixxu kontenut u tfassil ta' programmi innovattivi;

— miżuri biex tiżdied l-impjegabbiltà u l-intraprenditorija li:

— 

— jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ "ħiliet trasversali", inkluż l-intraprenditorija fil-programmi kollha rilevanti ta’ edukazzjoni ogħla;

— inaqqsu d-differenzi bejn is-sessi f’termini ta’ għażliet akkademiċi u vokazzjonali.

FSE:

— It-tisħiħ tal-aċċess ugwali għat-tagħlim tul il-ħajja għall-etajiet kollha f'ambjenti formali, mhux formali u informali, l-aġġornament tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi tal-forza tax-xogħol, u l-promozzjoni ta' opportunitajiet flessibbli ta' tagħlim inkluż permezz ta' gwida għall-karriera u l-validazzjoni tal-kompetenzi miksuba;

FEŻR:

— L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet ul-edukazzjoni tul iĺ-ħajja permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura għall-edukazzjoni u għat-taħriġ.

10.3.  It-tagħlim tul il-ħajja (LL): L-eżistenza ta’ qafas ta' politika strateġika nazzjonali u/jew reġjonali għat-tagħlim tul il-ħajja fil-limiti tal-Artikolu 165 tat-TFUE.

—  Ikun hemm qafas ta’ politika strateġika nazzjonali jew reġjonali għat-tagħlim tul il-ħajja li tinkludi miżuri:

— għall-appoġġ tal-iżvilupp u l-konnessjoni ta’ servizzi għal tagħlim tul il-ħajja (LLL), inkluż l-implimentazzjoni u t-titjib tal-ħiliet tagħhom (jiġifieri l-validazzjoni, l-għoti ta' pariri, l-edukazzjoni u t-taħriġ) u l-involviment ta', u s-sħubija ma' partijiet interessati rilevanti;

— biex jitwassal l-iżvilupp ta' ħiliet għal gruppi varji fil-mira fejn dawn ikunu identifikati bħala prijoritajiet fl-oqfsa ta' politika strateġika nazzjonali jew reġjonali (pereżempju żgħażagħ f’taħriġ vokazzjonali, adulti, ġenituri li jirritornaw fis-suq tax-xogħol, ħaddiema bi ftit kwalifiki u ħaddiema ikbar fl-età, l-immigranti u gruppi oħra żvantaġġati, b’mod partikolari l-persuni b’diżabbiltà);

— biex iwessgħu l-aċċess għal-LL inkluż permezz ta' sforzi biex jiġu implimentati b'mod effettiv l-għodod ta’ trasparenza (pereżempju l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki, Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, Assigurazzjoni Ewropea tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali).

— biex tittejjeb ir-rilevanza għas-suq tax-xogħol tal-edukazzjoni u t-taħriġ u biex tiġi adattata għall-ħtiġijiet ta' gruppi mmirati identifikati (pereżempju żgħażagħ f'taħriġ vokazzjonali, adulti, ġenituri li jirritornaw fis-suq tax-xogħol, ħaddiema bi ftit ħiliet u ħaddiema aktar anzjani, immigranti u gruppi oħra żvantaġġati, b'mod partikolari persuni b'diżabilità).

FSE:

— It-titjib fir-rilevanza tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ għas-suq tax-xogħol, l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, it-tisħiħ tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET)u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta' mekkaniżmi għall-antiċipazzjoni tal-ħiliet, l-adattament tal-kurrikuli u l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' sistemi tat-tagħlim ibbażati fuq ix-xogħol, inklużi sistemi ta' tagħlim doppju u skemi ta' apprendistat;

FEŻR:

— L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u l-edukazzjoni tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura għall-edukazzjoni u għat-taħriġ.

10.4.  L-eżistenza ta’ qafas ta' politika strateġika nazzjonali jew reġjonali biex jiżdiedu l-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi tal-ETV fil-limiti tal-Artikolu 165 TFUE.

—  Ikun hemm stabbilit qafas ta' politika strateġika nazzjonali jew reġjonali għaż-żieda tal-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi tal-ETV fil-limitital-Artikolu 165 TFUE li jinkludi il-miżuri għal dawn li ġejjin:

— biex tittejjeb ir-rilevanza għas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-ETV b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti inkluż permezz ta' mekkaniżmi għall-antiċipazzjoni tal-ħiliet, l-adattament tal-kurrikuli u t-tisħiħ tad-dispożizzjoni ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fl-għamliet differenti tiegħu;

— biex tiżdied il-kwalità u l-attraenza tal-ETV inkluż permezz tal-istabbiliment ta' approċċ nazzjonali għall-assigurazzjoni tal-kwalità għall-ETV (pereżempju b'konformità mal-Qafas Ewropew ta' Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali) u l-implimentazzjoni tal-għodod ta' trasparenza u rikonoxximent, pereżempju s-sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali. (ECVET).

11.  It-titjib tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u l-amminstrazzjoni pubblika effiċjenti;

(imsemmija fil-punt (11) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9)

FSE:

— L-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali bl-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u governanza tajba.

FEŻR:

— It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz ta' azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-FEŻR, u b'appoġġ għall-azzjonijiet taħt l-FSE biex tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika.

Fond ta' Koeżjoni:

— Tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz ta' azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni.

—  L-eżistenza ta’ qafas ta' politika strateġika għat-tisħiħ tal-effiċjenza amministrattiva tal-Istat Membru inkluża r-riforma amministrattiva pubblika

—  Ikun hemm qafas ta' politika strateġika għat-tisħiħ tal-effiċjenza amministrattiva tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru u tal-ħiliet tagħhom bl-elementi li ġejjin u jinsab fil-proċess tal-implimentazzjoni:

— analiżi u ppjanar strateġiku ta' azzjonijiet ta' riforma fuq il-livell legali, organizzattiv u/jew proċedurali;

— l-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni ta' kwalità;

— azzjonijiet integrati għas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri amministrattivi;

— l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-politiki dwar ir-riżorsi umani li jkopru n-nuqqasijiet ewlenin identifikati f'dan il-qasam;

— l-iżvilupp tal-ħiliet fil-livelli kollha tal-ġerarkija professjonali fi ħdan l-awtoritajiet pubbliċi;

— l-iżvilupp ta’ proċeduri u għodod għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

(1)   Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad 19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(2)   Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(3)   Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64).

(4)   Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(5)   Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/EU (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1). 2011/0294 (COD).

(6)   Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15).

(7)   Regolament (KE) 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).

(8)   Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).



PARTI II:  Kondizzjonalitajiet Ġenerali ex ante

Qasam

Kundizzjonalità ex ante

Kriterji li għandhom jiġu ssodisfati

1.  Nuqqas ta' diskriminazzjoni

L-eżistenza ta' kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni fil-qasam tal-Fondi ESI

— Arranġamenti b'konformità mal-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-involviment ta' korpi responsabbli għall-promozzjoni tat-trattament indaqs tal-persuni kollha permezz tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' programmi, inkluż l-għoti ta' pariri dwar l-ugwaljanza f'attivitajiet relatati mal-fondi ESI;

— Arranġamenti għat-taħriġ għall-persunal tal-awtoritajiet involut fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika tal-Unjoni għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni.

2.  Sessi

L-eżistenza ta' kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tal-Fondi ESI

— Arranġamenti b'konformità mal-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-involviment ta' korpi responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi permezz tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' programmi, inkluż l-għoti ta' pariri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f'attivitajiet relatati mal-Fondi ESI;

— Arranġamenti għat-taħriġ għall-persunal tal-awtoritajiet involut fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.

3.  Diżabilità

L-eżistenza ta' kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità (UNCRPD) fil-qasam tal-Fondi ESI b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE

— Arranġamenti b'konformità mal-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-konklużjoni u l-involviment ta' korpi responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità jew organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabilità u partijiet interessati rilevanti oħrajn waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi;

— Arranġamenti għat-taħriġ għall-persunal tal-awtoritajiet involut fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment fl-oqsma tal-liġi u l-politika tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli dwar id-diżabilità, inklużi l-aċċessibbiltà u l-applikazzjoni prattika tal-UNCRPD kif riflessa fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali, kif xieraq;

— Arranġamenti biex jiżguraw il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 9 tal-UNCRPD b'rabta mal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi.

4.  Akkwist pubbliku

L-eżistenza ta' arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku fil-qasam tal-Fondi ESI.

— Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku permezz ta’ mekkaniżmi xierqa;

— Arranġamenti li jiżguraw proċeduri trasparenti ta’ għoti ta’ kuntratti;

— Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-fondi ESI;

— Arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku.

5.  Għajnuna mill-Istat

L-eżistenza ta' arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni fil-qasam tal-Fondi ESI.

— Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat;

— Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-fondi ESI;

— Arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

6.  Leġiżlazzjoni ambjentali relatata mal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u l-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS)

L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni relatata mal-VIA u l-VAS.

— Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (VIA) u tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (VAS);

— Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tad-Direttivi VIA u VAS;

— Arranġamenti sabiex tiġi żgurata kapaċità amministrattiva suffiċjenti.

7.  Sistemi ta' statistika u indikaturi tar-riżultati

L-eżistenza ta’ bażi statistika meħtieġa sabiex jitwettqu evalwazzjonijiet bil-għan li jiġu vvalutati l-effettività u l-impatt tal-programmi.

L-eżistenza ta’ sistema ta’ indikaturi tar-riżultati meħtieġa sabiex jintgħażlu azzjonijiet, li jikkontribwixxu bl-aktar mod effettiv għar-riżultati mixtieqa, sabiex jiġi sorveljat il-progress lejn riżultati u sabiex titwettaq valutazzjoni tal-impatt.

— Ikun hemm arranġamenti għall-ġbir u l-aggregazzjoni f'waqtha ta’ dejta statistika bl-elementi li ġejjin:

— 

— l-identifikazzjoni ta’ sorsi u mekkaniżmi sabiex jiżguraw validazzjoni statistika;

— arranġamenti għall-pubblikazzjoni u d-disponibbiltà pubblika ta’ dejta aggregata;

— Sistema effettiva ta’ indikaturi tar-riżultati inklużi:

— 

— l-għażla ta’ indikaturi tar-riżultati għal kull programm li jipprovdu informazzjoni dwar dak li jimmotiva l-għażla tal-azzjonijiet politiċi ffinanzjati mill-programm;

— l-istipular ta’ miri għal dawn l-indikaturi;

— il-konsistenza ta' kull indikatur mar-rekwiżiti li ġejjin: robustezza u validazzjoni statistika, ċarezza tal-interpretazzjoni normattiva, rispons għall-politika, il-ġbir f'waqtu tad-dejta;

— Proċeduri implimentati biex jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha ffinanzjati mill-programm jadottaw sistema effettiva ta’ indikaturi.

(1)   Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(2)   Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent




ANNESS XII

▼M6

INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI U VIŻIBILITÀ TA’ APPOĠĠ MILL-FONDI

▼B

1.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

Il-lista ta' operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 115 (2) għandha tinkludi, f'mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru, l-oqsma tad-dejta li ġejjin:

— 
isem tal-benefiċjarju (entitajiet legali biss; m’għandhomx jissemmew persuni fiżiċi);
— 
isem l-operazzjoni;
— 
sommarju tal-operazzjoni;
— 
id-data ta’ bidu tal-operazzjoni;
— 
id-data ta’ tmiem l-operazzjoni (data mistennija għat-tlestija fiżika jew għall-implimentazzjoni sħiħa tal-operazzjoni);
— 
in-nefqa totali eliġibbli allokata għall-operazzjoni;
— 
ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni (għal kull assi ta’ prijorità);
— 
kodiċi postali tal-operazzjoni; jew indikatur tal-post xieraq ieħor;
— 
pajjiż;
— 
isem il-kategorija tal-intervent għall-operazzjoni skont il-punt (b) (vi) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(2);
— 
data tal-aħħar aġġornament tal-lista ta’ operazzjonijiet.

L-Intestaturi tat-taqsimiet tad-dejta għandhom jiġu pprovduti wkoll f’tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

▼M6

2.   MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI U MIŻURI BIEX TITJIEB IL-VIŻIBILITÀ GĦALL-PUBBLIKU

▼B

l-Istat Membru, l-awtorità ta’ ġestjoni u l-benefiċjarji għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jipprovdu informazzjoni għal, u tikkomunika mal-pubbliku dwar operazzjonijiet appoġġjati minn programm operazzjonali skont dan ir-Regolament.

2.1.   Ir-responsabilitajiet tal-Istat Membru u tal-awtorità ta' ġestjoni

▼M6

1. L-Istat Membru u l-awtorità ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni jiġu implimentati f’konformità mal-istrateġija ta’ komunikazzjoni, sabiex jittejbu l-viżibilità u l-interazzjoni maċ-ċittadini, u li dawk il-miżuri jkollhom fil-mira l-aktar kopertura wiesgħa possibbli tal-media billi jintużaw forom u metodi ta’ komunikazzjoni varji fuq il-livell adatt u li jkunu adattati, kif adatt, għall-innovazzjoni teknoloġika.

▼B

2. L-Istat Membru u l-awtorità ta’ ġestjoni għandhom ikunu responsabbli għal mill-inqas il-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni li ġejjin:

(a) 

organizzazzjoni ta' attività informattiva kbira li tippubbliċizza t-tnedija tal-programm jew programmi operazzjonali, anki qabel l-approvazzjoni tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni rilevanti;

(b) 

organizzazzjoni ta' attività ta’ informazzjoni waħda prinċipali kull sena li tippromwovi l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-istrateġiji segwiti u tippreżenta l-kisbiet tal-programm jew programmi operazzjonali, inkluż, fejn rilevanti, proġetti kbar, pjanijiet ta’ azzjoni konġunta u eżempji oħra ta’ proġetti;

(c) 

wiri tal-emblema tal-Unjoni fil-bini ta’ kull awtorità amministrattiva;

(d) 

pubblikazzjoni b’mod elettroniku tal-lista ta’ operazzjonijiet skont it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

▼M6

(e) 

l-għoti ta’ eżempji ta’ operazzjonijiet, b’mod partikolari operazzjonijiet fejn il-valur miżjud tal-intervent tal-Fondi huwa partikolarment viżibbli, skont il-programm operazzjonali, fuq is-sit web uniku jew fuq is-sit web tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli mill-portal tas-sit web uniku; l-eżempji għandhom ikunu b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni mitkellma b’mod mifrux minbarra l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;

(f) 

l-aġġornar tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, inklużi l-kisbiet u r-riżultati ewlenin tiegħu, fuq is-sit web uniku jew fuq is-sit web tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli mill-portal tas-sit web uniku.

▼B

3. F’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali, fil-miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, l-awtorità amministrattiva għandha tinvolvi, fejn xieraq, lill-korpi li ġejjin:

(a) 

Is-sħab imsemmija fl-Artikolu 5;

(b) 

ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif ukoll l-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni u l-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri;

(c) 

istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka.

Dawn il-korpi għandhom ixerrdu fuq skala wiesgħa l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 115(1).

2.2.   Ir-responsabbiltajiet tal-benefiċjarji

▼M6

1. Il-miżuri kollha tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-miżuri biex tittejjeb il-viżibilità tal-Fondi pprovduti mill-benefiċjarju għandhom jirrikonoxxu l-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni billi juru:

▼B

(a) 

l-emblema tal-Unjoni, skont il-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 115(4), flimkien ma’ referenza għall-Unjoni;

(b) 

referenza għall-Fond jew Fondi li jappoġġjaw l-operazzjoni.

Fejn miżura ta’ informazzjoni jew ta’ komunikazzjoni tkun relatata ma’ operazzjoni jew ma’ diversi operazzjonijiet kofinanzjati minn aktar minn Fond wieħed, ir-referenza pprovduta fil-punt (b) tista’ tinbidel b'referenza għall-Fondi ESI.

2. Matul l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jinforma lill-pubbliku dwar l-appoġġ miksub mill-Fondi billi:

(a) 

jipprovdi fuq il-websajt tal-benefiċjarju, fejn tkun teżisti tali websajt, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;

(b) 

iqiegħed, għal operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punti 4 u 5, tal-inqas poster wieħed bl-informazzjoni dwar il-proġett (b’daqs minimu ta’ A3), inkluż l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, f’post li jolqot għajn il-pubbliku, bħal fl-entrata ta’ bini.

3. Għall-operazzjonijiet appoġġjati mill-FSE, u f’każijiet xierqa għall-operazzjonijiet appoġġjati mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, il-benefiċjarju għandu jiżgura li dawk li jieħdu sehem f’operazzjoni ġew informati b’dan l-iffinanzjar.

▼C1

Kull dokument relatat mal-implimentazzjoni ta' operazzjoni li tintuża għall-pubbliku jew għall-parteċipanti, inkluż kull attendenza jew ċertifikat ieħor, għandu jinkludi stqarrija bil-għan li turi li l-operazzjoni kienet sostnuta mill-Fond jew Fondi.

▼B

4. Matul l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni tal-FEŻR jew tal-Fond ta’ Koeżjoni, il-benefiċjarju għandu jtella’, f’post li jolqot għajn il-pubbliku, kartellun temporanju ta’ daqs sinifikanti għal kull operazzjoni li tikkonsisti fl-iffinanzjar ta’ operazzjonijiet tal-infrastruttura jew bini li għalih l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000 .

5. Mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tlestija ta’ operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jtella’ plakka jew kartellun permanenti ta' daqs sinifikanti f'post viżibbli sew mill-pubbliku għal kull operazzjoni li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000 ;

(b) 

l-operazzjoni tikkonsisti fix-xiri ta’ oġġett fiżiku, jew fil-finanzjament ta’ infrastruttura jew ta’ operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni.

Il-plakka jew il-kartellun għandhom jiddikjaraw l-isem u l-għan ewlieni tal-operazzjoni. Dawn għandhom jitħejjew skont il-karatteristiċi tekniċi adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 115(4).

▼M6

6. Ir-responsabbiltajiet stabbiliti f’din is-subtaqsima għandhom japplikaw minn meta l-benefiċjarju jiġi pprovdut bid-dokument li jistipula l-kondizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 125(3).

▼B

3.   MIŻURI TA’ INFORMAZZJONI GĦAL BENEFIĊJARJI POTENZJALI U GĦALL-BENEFIĊJARJI

3.1.   Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali

1. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura, skont l-istrateġija ta’ komunikazzjoni, li l-istrateġija u l-objettivi tal-programm operazzjonali u l-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti permezz ta' appoġġ konġunt mill-Unjoni u l-Istat Membru, jixxerrdu b’mod wiesa' lill-benefiċjarji potenzjali u lill-partijiet interessati kollha, bid-dettalji tal-appoġġ finanzjarju mill-Fondi kkonċernati.

2. L-awtorità amministrattiva għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni aġġornata, fejn tkun meħtieġa, u b’kont meħud tal-aċċessibbiltà tas-servizzi elettroniċi jew ta’ komunikazzjoni għal ċerti benefiċjarji potenzjali, dwar tal-inqas dan li ġej:

(a) 

l-opportunitajiet ta’ finanzjament u t-tnedija ta’ sejħiet għall-applikazzjoni;

(b) 

il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tan-nefqa li għandhom jintlaħqu sabiex wieħed jikkwalifika għall-appoġġ taħt programm operazzjonali;

(c) 

deskrizzjoni tal-proċeduri biex jiġu eżaminati applikazzjonijiet għal finanzjament u l-perjodi ta' żmien involuti;

(d) 

il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġjati;

(e) 

il-kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali;

▼M6

(f) 

ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji li jinformaw lill-pubbliku dwar l-għan tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni f’konformità mas-subtaqsima 2.2 minn meta l-benefiċjarju jiġi pprovdut bid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 125(3). L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ titlob li l-benefiċjarji potenzjali jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni indikattivi biex tittejjeb il-viżibilità tal-Fondi, b’mod proporzjonali għad-daqs tal-operazzjoni, fl-applikazzjonijiet.

▼B

3.2.   Miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji

1. L-awtorità amministrattiva għandha tinforma lill-benefiċjarji li l-aċċettazzjoni tal-finanzjament tikkostitwixxi aċċettazzjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ operazzjonijiet ippubblikata skont l-Artikolu 115(2).

2. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipprovdi għodda ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż mudelli fil-format elettroniku, sabiex jgħinu lill-benefiċjarji jissodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti fil-punt 2.2, fejn xieraq.

4.   ELEMENTI TAL-ISTRATEĠIJA TA’ KOMUNIKAZZJONI

L-Istrateġija ta’ komunikazzjoni mfassla mill-awtorità ta’ ġestjoni u, fejn xieraq, mill-Istat Membru għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni tal-approċċ adottat, inklużi l-miżuri ewlenin ta’ informazzjoni u komunikazzjoni li jridu jittieħdu mill-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni u mmirati lejn benefiċjarji potenzjali, benefiċjarji, multiplikaturi u l-pubbliku inġenerali, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet deskritti fl-Artikolu 115;

(b) 

deskrizzjoni tal-materjali li se jsiru disponibbli fil-formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità;

(c) 

deskrizzjoni ta’ kif il-benefiċjarji se jiġu sostnuti fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni tagħhom;

(d) 

il-baġit indikattiv għall-implimentazzjoni tal-istrateġija;

(e) 

deskrizzjoni tal-korpi amministrattivi, inkluż ir-riżorsi tal-persunal, responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni;

(f) 

L-arranġamenti għall-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni li hemm referenza għalihom fil-punt 2, inkluż il-websajt jew il-portal tal-websajt li fih tista’ tinstab dik id-dejta;

(g) 

indikazzjoni ta’ kif il-miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għandhom jiġu vvalutati f’termini ta’ viżibbiltà u sensibilizzazzjoni tal-politika, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet u tar-rwol li għandhom il-Fondi u l-Unjoni;

(h) 

fejn dan ikun xieraq, deskrizzjoni tal-użu tar-riżultati ewlenin tal-programm operazzjonali preċedenti;

▼M6

(i) 

aġġornament annwali li jistabbilixxi l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni inkluż miżuri biex tittejjeb il-viżibilità tal-Fondi li għandhom jitwettqu fis-sena ta’ wara, fost l-oħrajn, abbażi tat-tagħlimiet meħuda dwar l-effettività ta’ tali miżuri.

▼B




ANNESS XIII

KRITERJI TA' NOMINA GĦALL-AWTORITÀ TA' ĠESTJONI U TA' ĊERTIFIKAZZJONI

1.   AMBJENT TA' KONTROLL INTERN

(i) L-eżistenza ta' struttura organizzattiva li tkopri l-funzjonijiet tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u ta' ċertifikazzjoni u l-allokazzjoni ta' funzjonjiet fi ħdan kull waħda minn dawk l-awtoritajiet, li tiżgura li l-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet, fejn ikun xieraq, jiġi rispettat.

(ii) Qafas biex jiġu żgurati, fl-eventwalità tad-delega ta' kompiti lil korpi intermedjarji, id-definizzjoni tar-responsabbiltajiet u l-obbligi rispettivi tagħhom, il-verifika tal-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu l-kompiti delegati u l-eżistenza ta' proċeduri ta' rappurtar.

(iii) Proċeduri ta' rappurtar u monitoraġġ għal irregolaritajiet u għall-irkupru ta' ammonti li tħallsu meta ma kinux dovuti.

(iv) Pjan għall-allokazzjoni tar-riżorsi umani xierqa bil-ħiliet tekniċi meħtieġa, f'livelli differenti u għal funzjonijiet differenti fl-organizzazzjoni.

2.   ĠESTJONI TAR-RISKJI

Filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità, qafas biex jiġi żgurat li jitwettaq eżerċizzju xieraq ta' ġestjoni tar-riskji meta jkun meħtieġ, u b'mod partikolari, jekk isiru modifikazzjonijiet kbar fl-attivitajiet.

3.   ATTIVITAJIET TA' ĠESTJONI U KONTROLL

A.   Awtorità ta' ġestjoni

(i) Proċeduri li jirrigwardaw applikazzjonijiet għal għotjiet, il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet, l-għażla għall-finanzjament, inklużi struzzjonijiet u gwida li jiżguraw il-kontribut ta' operazzjonijiet skont il-punt (a)(i) tal-Artikolu 125(3), biex jinkisbu l-objettivi u r-riżultati speċifiċi tal-prijorità rilevanti.

(ii) Proċeduri għall-verifiki ta' ġestjoni inklużi verifiki amministrattivi fir-rigward ta' kull applikazzjoni għal rimborż mill-benefiċjarji u verifiki fuq il-post ta' operazzjonijiet.

(iii) Proċeduri għat-trattament tal-applikazzjonijiet għal rimborż minn benefiċjarji u l-awtorizzazzjoni tal-pagamenti.

(iv) Proċeduri għal sistema biex tinġabar, tiġi rreġistrata u tinħażen f'forma kompjuterizzata dejta dwar kull operazzjoni, inkluż, fejn xieraq, dejta dwar parteċipanti individwali u analiżi tad-dejta dwar l-indikaturi skont is-sessi fejn ikun meħtieġ, u biex jiġi żgurat li s-sigurtà tas-sistemi tkun konformi ma' standards internazzjonalment aċċettati.

(v) Proċeduri stabbiliti mill-awtorità ta' ġestjoni biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jżommu sistema ta' kontabilità separata jew kodiċi adegwat ta' kontabilità għat-transazzjonijiet kollha marbuta ma' operazzjoni.

(vi) Proċeduri biex jiġu stabbiliti miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi.

(vii) Proċeduri biex jiġu żgurati sekwenza ta’ awditjar u sistema ta' arkivjar adegwati.

▼C1

(viii) Proċeduri biex jitfasslu d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju u s-sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluż id-dgħufijiet identifikati, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 59(5) tiegħu.

▼B

(ix) Proċeduri biex jiġi żgurat li l-benefiċjarju jingħata dokument li jistipula l-kundizzjonijiet għas-sostenn għal kull operazzjoni.

B.   Awtorità ta' ċertifikazzjoni

(i) Proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni ta' applikazzjonijiet għal pagament interim lill-Kummissjoni.

(ii) Proċeduri għall-formulazzjoni tal-kontijiet u għaċ-ċertifikazzjoni li huma veri, kompleti u preċiżi u li n-nefqa tikkonforma mal-liġi applikabbli filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-verifiki kollha.

(iii) Proċeduri biex tiġi żgurata sekwenza adegwata ta’ awditjar billi jinżammu r-rekords tal-kontijiet inklużi l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati, li ġew irkuprati u li ġew irtirati għal kull operazzjoni, f'forma kompjuterizzata.

(iv) Proċeduri, fejn xieraq, biex jiġi żgurat li l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taslilha informazzjoni adegwata mill-awtorità ta' ġestjoni dwar il-verifiki mwettqa, u r-riżultati tal-awditjar imwettqa minn jew taħt ir-responsabilità tal-awtorità tal-awditjar.

4.   MONITORAĠĠ

A.   Awtorità ta' ġestjoni

(i) Proċeduri biex tiġi appoġġjata l-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ.

(ii) Proċeduri biex jitfasslu u jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali.

B.   Awtorità ta' ċertifikazzjoni

Proċeduri dwar it-twettiq tar-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni għall-monitoraġġ tar-riżultati tal-verifiki ta' ġestjoni u r-riżultati tal-awditjar mwettaq minn jew taħt ir-responsabilità tal-awtorità tal-awditjar qabel tippreżenta l-applikazzjonijiet għall-pagament lill-Kummissjoni.




ANNESS XIV



TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikoli 3 u 4

Artikolu 89

Artikoli 5, 6 u 8

Artikolu 90

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikoli 4 u 6

Artikolu 10

Artikolu 4(1)

Artikolu 11

Artikolu 5

Artikolu 12

Artikolu 4(4)

Artikolu 13

Artikolu 4(5)

Artikolu 14

Artikoli 4(7) u (8) u 73

Artikolu 15

Artikolu 95

Artikolu 16

Artikolu 7

Artikolu 17

Artikolu 8

Artikolu 18

Artikolu 91

Artikoli 19 to 21

Artikolu 92

Artikolu 22

Artikoli 93 u 94

Artikolu 23

Artikolu 92(6)

Artikolu 24

Artikolu 91(3)

Artikolu 25

Artikoli 10 u 11

Artikolu 26

Artikolu 12

Artikolu 27

Artikolu 15

Artikolu 28

Artikoli 14 u 16

Artikolu 29

Artikolu 52

Artikolu 30

Artikolu 53

Artikolu 31

Artikolu 113

Artikolu 32

Artikoli 26, 29 u 96(9) u (10)

Artikolu 33

Artikoli 30 u 96(11)

Artikolu 34

Artikolu 98

Artikolu 35

Artikolu 99

Artikolu 36

Artikolu 31

Artikolu 37

Artikoli 27 u 96(1) to (8)

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 100

Artikolu 40

Artikolu 101

Artikolu 41

Artikoli 102 u 103

Artikolu 42

Artikolu 123(7)

Artikolu 43

Artikolu 43a

Artikolu 67

Artikolu 43b

Artikolu 67

Artikolu 44

Artikoli 37 to 46

Artikolu 45

Artikoli 58 u 118

Artikolu 46

Artikoli 59 u 119

Artikolu 47

Artikolu 54

Artikolu 48

Artikoli 55, 56(1) to (3), 57 u 114(1) u (2)

Artikolu 49

Artikoli 56(4), 57 u 114(3)

Artikolu 50

Artikoli 20 to 22

Artikolu 51

Artikolu 52

Artikolu 121

Artikoli 53 u 54

Artikoli 60 u 120

Artikolu 55

Artikolu 61

Artikolu 56

Artikoli 65 to 70

Artikolu 57

Artikolu 71

Artikolu 58

Artikolu 73

Artikolu 59

Artikolu 123

Artikolu 60

Artikolu 125

Artikolu 61

Artikolu 126

Artikolu 62

Artikolu 127

Artikolu 63

Artikolu 47

Artikolu 64

Artikolu 48

Artikolu 65

Artikolu 110

Artikolu 66

Artikolu 49

Artikolu 67

Artikoli 50 u 111

Artikolu 68

Artikoli 51 u 112

Artikolu 69

Artikoli 115 to 117

Artikolu 70

Artikoli 74 u 122

Artikolu 71

Artikolu 124

Artikolu 72

Artikolu 75

Artikolu 73

Artikolu 128

Artikolu 74

Artikolu 148

Artikolu 75

Artikolu 76

Artikolu 76

Artikoli 77 u 129

Artikolu 77

Artikoli 78 u 130

Artikoli 78 u 78a

Artikolu 131

Artikolu 79

Artikolu 80

Artikolu 132

Artikolu 81

Artikoli 80 u 133

Artikolu 82

Artikoli 81 u 134

Artikolu 83

Artikolu 84

Artikolu 82

Artikoli 85 to 87

Artikolu 135

Artikolu 88

Artikolu 89

Artikolu 141

Artikolu 90

Artikolu 140

Artikolu 91

Artikolu 83

Artikolu 92

Artikolu 142

Artikolu 93

Artikoli 86 u 136

Artikolu 94

Artikolu 95

Artikolu 96

Artikolu 87

Artikolu 97

Artikolu 88

Artikolu 98

Artikolu 143

Artikolu 99

Artikoli 85 u 144

Artikolu 100

Artikolu 145

Artikolu 101

Artikolu 146

Artikolu 102

Artikolu 147

Artikoli 103 u 104

Artikolu 150

Artikolu 105

Artikolu 152

Artikolu 105a

Artikolu 106

Artikolu 151

Artikolu 107

Artikolu 153

Artikolu 108

Artikolu 154




Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 67

Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-Artikolu 67 (4) li jeskludi l-applikazzjoni tal-ispejjeż simplifikati mniżżla fl-Artikolu 67 (1) (b)-(d) f'każijiet fejn operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni jiġi implimentat esklussivament permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku ma jipprekludix l-implimentazzjoni ta' operazzjoni permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku li jirriżultaw fi ħlasijiet mill-benefiċjarju lill-kuntrattur abbażi ta' spejjeż għal kull unità predefiniti. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-ispejjeż determinati u mħallsa mill-benefiċjarju abbażi ta' dawn l-ispejjeż għal kull unità stabbiliti permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku għandhom jikkostitwixxu fil-fatt spejjeż reali u mġarrba u mħallsa mill-benefiċjarju taħt l-Artikolu 67 (1) (a).




Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mar-rikostituzzjoni tal-approprjazzjonijiet

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li fir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju għall-fini li jiġi allinjat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, jinkludu dispożizzjonijiet neċessarji għall-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-allokazzjoni tar-riżerva tal-prestazzjoni u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 39 (inizjattiva tal-SME) taħt ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment b'rabta mar-rikostituzzjoni ta':

i. 

approprjazzjonijiet li kienu impenjati għal programmi fir-rigward tar-riżerva tal-prestazzjoni u li kellhom jiġu diżimpenjati b'riżultat ta' prijoritajiet taħt dawn il-programmi li ma kisbux l-istadji sinifikanti tagħhom u;

ii. 

approprjazzjonijiet li kienu impenjati fir-rigward ta' programmi dedikati msemmija fl-Artikolu 39(4)b u li kellhom jiġu diżimpenjati minħabba li l-parteċipazzjoni ta' Stat Membru fl-istrument finanzjarju kellha titwaqqaf.




Dikjarazzjonijiet mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 1

Jekk ikunu meħtieġa derogi ġustifikati ulterjuri għar-regoli komuni biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-FEMS u tal-FAEŻR, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jimpenjaw ruħhom li jippermettu dawn id-derogi billi jipproċedu bid-diliġenza dovuta għall-modifiki neċessarji għar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment.




Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-esklużjoni ta' kwalunkwe retroattività fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li:

— 
rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 14(2), 15(1)(c) u 26(2) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex jinvolvu s-sħab li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) fit-tħejjija tal-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2) jinkludu l-azzjonijiet kollha meħuda f'livell prattiku mill-Istati Membri indipendentement miż-żmien meta jittieħdu kif ukoll l-azzjonijiet meħuda minnhom qabel id-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament u qabel il-ġurnata tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat għal Kodiċi ta' Kondotta Ewropew adottat skont l-Artikolu 5(3) tal-istess Regolament, waqt il-fażijiet ta' tħejjija ta' proċedura ta' programmar ta' Stat Membru, dment li l-objettivi tal-prinċipju ta' sħubija stipulati f'dak ir-Regolament jinkisbu. F'dan il-Kuntest, l-Istati Membri, skont il-kompetenzi nazzjonali u reġjonali tagħhom, se jiddeċiedu dwar il-kontenut tat-tnejn li huma, il-Ftehim ta' Sħubija propost u l-abbozzi ta' programmi proposti, skont id-dispożizzjonijiet relevanti ta' dak ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-fondi;
— 
l-att delegat li jistabbilixxi kodiċi ta' kondotta Ewropew, adottat skont l-Artikolu 5(3), mhu se jkollu l-ebda effett retroattiv, taħt l-ebda ċirkostanza u la direttament u lanqas indirettament, speċjalment fir-rigward tal-proċedura ta' approvazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi, għax mhix l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-UE li jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni b'mod li din tkun tista' tiċħad l-approvazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi fuq il-bażi unika u esklużiva ta' xi tip ta' non-ottemperanza mal-kodiċi ta' kondotta Ewropew, adottat skont l-Artikolu 5(3);
— 
il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom l-abbozz ta' test tal-att delegat li se jiġi adottat taħt l-Artikolu 5(3) malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard mid-data meta l-ftehim politiku dwar ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment jiġi adottat mill-Kunsill jew id-data meta l-abbozz ta' rapport dwar dak ir-Regolament jiġi vvutat fil-plenarja tal-Parlament Ewropew, skont liema data minnhom tiġi l-ewwel.



( 1 ) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (Ara paġna 549 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2010 dwar linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni (ĠU L 191, 23.7.2010, p. 28);

( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46).

( 4 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

( 5 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tal-24 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).

( 6 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).

( 7 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna de minimis fis-settur ta’ produzzjoni agrikolu (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35).

( 9 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 tal-24 ta' Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u r-Regolament li jemenda (KE) Nru 1860/2004 (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 6).

( 10 ) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

( 11 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

( 12 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

( 13 ) Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

( 14 ) Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi, sakemm dawn l-emendi jitqiesu meħtieġa biex jgħinu fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25)

( 15 ) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1).

( 16 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).

( 17 ) Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.05.2013, p. 1).

( 18 ) Ir-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu 2017 sa 2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 1);

( 19 ) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

( 20 ) Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall- Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

( 21 ) Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 22 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 23 ) Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

( 24 ) Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

( 25 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1).

( 26 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).

( 27 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).

( 28 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

( 29 ) Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (Ara paġna 33 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 30 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta’ proġetti kummerċjali ta’ dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta’ CO2, f’kundizzjonijiet ta’ sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 6.11.2010. p. 39).

( 31 ) Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (Ara paġna 185 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 32 ) Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nri 1719/2006/KE, 1720/2006/KE u 1298/2008/KE (Ara paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 33 ) Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta’ Diċembru 2013. dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (Ara paġna 238 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali). ĠU: daħħal ir-referenza tad-dokument fi COD(2011)0270.

( 34 ) Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta’ Diċembru 2013. li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Reglamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 22.12.2013, p. 129).

( 35 ) Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

( 36 ) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

( 37 ) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

Top