EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0883-20210117

Consolidated text: Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/2021-01-17

02013R0883 — MT — 17.01.2021 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE, EURATOM) Nru 883/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Settembru 2013

dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999

(ĠU L 248 18.9.2013, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE, Euratom) 2016/2030 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ottubru 2016

  L 317

1

23.11.2016

►M2

REGOLAMENT (UE, Euratom) 2020/2223 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Diċembru 2020

  L 437

49

28.12.2020




▼B

REGOLAMENT (UE, EURATOM) Nru 883/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Settembru 2013

dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999



Artikolu 1

Objettivi u inkarigi

1.  

Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunita Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn ‘il quddiem imsejħa kollettivament, skont il-kuntest, “l-Unjoni”), l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi stabbilit bid-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (“l-Uffiċċju”) għandu jeżerċita s-setgħat ta’ investigazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni:

(a) 

mill-atti rilevanti tal-Unjoni; u

(b) 

mill-ftehimiet rilevanti ta’ koperazzjoni u għajnuna reċiproka konklużi mill-Unjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.  
L-Uffiċċju għandu jipprovdi lill-Istati Membri b’għajnuna mingħand il-Kummissjoni fl-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom immirata lejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi. L-Uffiċċju għandu jikkontribwixxi għat-tfassil u l-żvilupp ta’ metodi ta’ prevenzjoni u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju għandu jippromwovi u jikkoordina, ma’ u fost l-Istati Membri, il-kondiviżjoni ta’ esperjenza operazzjonali u l-aħjar prattiki proċedurali fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u għandu jappoġġa azzjonijiet konġunti kontra l-frodi li jieħdu Stati Membri fuq bażi volontarja.
3.  

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal:

(a) 

il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(b) 

l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew;

(c) 

ir-Regolamenti tal-Persunal;

▼M2

(d) 

ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(e) 

ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

▼B

4.  
Fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti permezz, jew fuq il-bażi tat-Trattati (“istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji”), l-uffiċċju għandu jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi bil-għan li jiġġieled il-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan l-Uffiċċju għandu jinvestiga kwistjonijiet serji li għandhom x’jaqsmu mal-qadi ta’ dmirijiet professjonali li jikkostitwixxu nuqqas ta’ ħarsien ta’ obbligi ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni u li jistgħu jwasslu għal proċedimenti dixxiplinarji jew, skont il-każ, kriminali, jew nuqqas ekwivalenti ta’ qadi ta’ obbligi minn membri ta’ istituzzjonijiet u korpi, kapi ta’ uffiċċji u aġenziji jew membri tal-persunal ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li ma mhux soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal (minn hawn ‘il quddiem kollettivament imsemmija bħala “uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta’ istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta’ uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal”).

▼M2

4a.  
L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi u jżomm relazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) stabbilit f’kooperazzjoni msaħħa mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 ( 3 ). Dik ir-relazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni reċiproka, skambju ta’ informazzjoni, komplementarjetà u l-evitar ta’ duplikazzjoni. B’mod partikolari, għandha jkollha l-għan li tiżgura li l-mezzi disponibbli kollha jintużaw sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-komplementarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u tal-appoġġ li jingħata mill-Uffiċċju lill-UPPE.

▼M2

5.  
Għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji jistgħu jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi mal-Uffiċċju. Dawk l-arranġamenti amministrattivi jistgħu jikkonċernaw, b’mod partikolari, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni, it-twettiq ta’ investigazzjonijiet u kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu għalihom.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1) 

“interessi finanzjarji tal-Unjoni” għandha tinkludi d-dħul, l-infiq u l-assi koperti mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u dawk koperti mill-baġits tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u l-baġits immexxija u mmonitorjati minnhom;

(2) 

“irregolarità” għandha tfisser “irregolarità” kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95;

▼M2

(3) 

“frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni” għandu jkollha t-tifsira applikata lil dan il-kliem fl-atti rilevanti tal-Unjoni u l-kunċett ta’ “kwalunkwe attività illegali oħra” għandu jinkludi irregolarità kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95;

(4) 

“investigazzjonijiet amministrattivi” (“investigazzjonijiet”) tfisser kwalunkwe spezzjoni, verifika jew miżura oħra meħuda mill-Uffiċċju skont l-Artikoli 3 u 4, bil-għan li jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u li tiġi stabbilita, fejn ikun meħtieġ, in-natura irregolari tal-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu investigati; dawk l-investigazzjonijiet ma għandhomx jaffettwaw is-setgħat tal-UPPE jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jibdew u jwettqu proċedimenti kriminali;

▼B

(5) 

“persuna kkonċernata” għandha tfisser kwalunnkwe persuna jew operatur ekonomiku ssuspettat li wettaq frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li għalhekk hija soġġetta għal investigazzjoni mill-Unjoni;

(6) 

“operatur ekonomiku” għandu jkollu t-tifsira applikata li dak it-terminu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96;

(7) 

“arranġamenti amministrattivi” għandu jkollha t-tifsira ta’ natura teknika u/jew operazzjonali konkluża mill-Uffiċċju, li jista’ jkollha b’mod partikolari l-għan li tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-partijiet tagħhom, u li ma joħolqux obbligi legali addizzjonali;

▼M2

(8) 

“membru ta’ istituzzjoni” tfisser membru tal-Parlament Ewropew, membru tal-Kunsill Ewropew, rappreżentant ta’ Stat Membru fuq livell ministerjali fil-Kunsill, membru tal-Kummissjoni, membru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), membru tal-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew jew membru tal-Qorti tal-Awdituri, fir-rigward tal-obbligi imposti mil-liġi tal-Unjoni fil-kuntest tad-dmirijiet li jwettqu f’dik il-kapaċità.

▼M2

Artikolu 3

Investigazzjonijiet esterni

1.  
Fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, l-Uffiċċju għandu jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri u, f’konformità mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, f’pajjiżi terzi u fil-binjiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
2.  
L-Uffiċċju għandu jwettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post f’konformità ma’ dan ir-Regolament u, sa fejn ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament, mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96.
3.  
L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju matul l-investigazzjonijiet tiegħu. L-Uffiċċju jista’ jitlob informazzjoni bil-miktub u bil-fomm, inkluż permezz ta’ intervisti.
4.  
Fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat, f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jissottometti ruħu għal verifika u spezzjoni fuq il-post li tkun awtorizzata taħt dan ir-Regolament, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 m’għandhomx japplikaw sa fejn dawk id-dispożizzjonijiet jirrikjedu konformità mal-liġi nazzjonali u huma kapaċi jirrestrinġu l-aċċess għal informazzjoni u dokumentazzjoni mill-Uffiċċju għall-istess kondizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għall-ispetturi amministrattivi nazzjonali.
5.  
Fuq talba tal-Uffiċċju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha, mingħajr dewmien mhux meħtieġ, tagħti lill-persunal tal-Uffiċċju l-għajnuna li jkollu bżonn biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv, kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(2).

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, f’konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li l-persunal tal-Uffiċċju jkun jista’ jaċċessa l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data kollha relatati mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata li jirriżultaw meħtieġa sabiex il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post isiru b’mod effettiv u effiċjenti, u li l-persunal ikun jista’ jieħu l-kustodja tad-dokumenti jew tad-data sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda periklu li jgħibu. Fejn jintużaw, għal skopijiet ta’ xogħol, apparati li jkunu proprjetà privata, dawk l-apparati jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjoni mill-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jassoġġetta tali apparati għal spezzjoni biss taħt l-istess kondizzjonijiet u sal-istess punt fejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll ikunu permessi jinvestigaw apparati li jkunu proprjetà privata u fejn l-Uffiċċju jkollu raġunijiet validi biex jissuspetta li l-kontenut tagħhom jista’ jkun rilevanti għall-investigazzjoni.

6.  
Fejn il-persunal tal-Uffiċċju jsib li operatur ekonomiku joffri reżistenza għal verifika u spezzjoni fuq il-post awtorizzati skont dan ir-Regolament, jiġifieri fejn l-operatur ekonomiku jirrifjuta li jagħti lill-Uffiċċju l-aċċess meħtieġ għall-binjiet tiegħu jew kwalunkwe żona oħra li tintuża għal skopijiet kummerċjali, jaħbi informazzjoni jew jimpedixxi t-twettiq ta’ kwalunkwe mill-attivitajiet li l-Uffiċċju jkun meħtieġ iwettaq fil-kors ta’ verifika u spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet kompetenti, inklużi, fejn adatt, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, għandhom jagħtu lill-persunal tal-Uffiċċju l-assistenza meħtieġa sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jwettaq il-verifika u l-kontroll tiegħu fuq il-post b’mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.

Meta jkunu qed jagħtu assistenza f’konformità ma’ dan il-paragrafu jew mal-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaġixxu f’konformità mar-regoli proċedurali nazzjonali li japplikaw għall-awtorità kompetenti kkonċernata. Jekk tali għajnuna teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni.

7.  
L-Uffiċċju għandu jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post malli tiġi prodotta awtorizzazzjoni bil-miktub, kif previst fl-Artikolu 7(2). Huwa għandu, mhux aktar tard mill-bidu tal-verifika u spezzjoni fuq il-post, jinforma lill-operatur ekonomiku kkonċernat dwar il-proċedura applikabbli għall-verifika u spezzjoni fuq il-post, inklużi s-salvagwardji proċedurali applikabbli, u d-dmir tal-operatur ekonomiku kkonċernat li jikkoopera.
8.  
Fl-eżerċizzju tas-setgħat assenjati lilu, l-Uffiċċju għandu jikkonforma mal-garanziji proċedurali previsti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96. Meta jkunu qed jitwettqu verifika u spezzjoni fuq il-post, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jkollu d-dritt li ma jagħmilx dikjarazzjonijiet awto-inkriminanti u li jingħata assistenza minn persuna magħżula mill-operatur ekonomiku. Meta jagħmel dikjarazzjonijiet matul verifika u spezzjoni fuq il-post, l-operatur ekonomiku għandu jingħata l-possibbiltà li juża kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun jinsab dak l-operatur ekonomiku. Id-dritt li jingħata assistenza minn persuna li jagħżel m’għandux jipprevjeni l-aċċess mill-Uffiċċju għall-bini tal-operatur ekonomiku, u m’għandux idewwem bla bżonn il-bidu tal-verifika u spezzjoni fuq il-post.
9.  
Fejn Stat Membru ma jikkooperax mal-Uffiċċju f’konformità mal-paragrafi 5 u 6, il-Kummissjoni tista’ tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni sabiex tirkupra l-fondi relatati mal-verifika u spezzjoni inkwistjoni fuq il-post.
10.  
Bħala parti mill-funzjoni investigattiva tiegħu, l-Uffiċċju għandu jwettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet previsti fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u fir-regoli settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ dak ir-Regolament fl-Istati Membri u, f’konformità ma’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni u ta’ għajnuna reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, f’pajjiżi terzi u fil-binjiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
11.  
Waqt investigazzjoni esterna, l-Uffiċċju jista’ jkollu aċċess għal kwalunkwe informazzjoni u data rilevanti, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna, miżmuma mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji konnessi mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, fejn ikun meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan, għandu japplika l-Artikolu 4(2) u (4).
12.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12c(1), fejn, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni esterna jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista’ jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u, fejn ikun meħtieġ, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji kkonċernati.

Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni adegwata, li fiha jkun jista’ jieħu sehem l-Uffiċċju, f’konformità mal-liġi nazzjonali. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar l-azzjoni meħuda u dwar is-sejbiet tagħhom abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

▼B

Artikolu 4

Investigazzjonijiet interni

▼M2

1.  
L-investigazzjonijiet fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitwettqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti (“investigazzjonijiet interni”).
2.  

Matul l-investigazzjonijiet interni:

(a) 

l-Uffiċċju għandu d-dritt ta’ aċċess immedjat u mingħajr avviż għal kwalunkwe informazzjoni u data rilevanti, relatati mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna, miżmuma mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji, u għall-bini tagħhom. Fejn jintużaw, għal skopijiet ta’ xogħol, apparati li jkunu proprjetà privata, dawk l-apparati jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjoni mill-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jassoġġetta tali apparati għal spezzjoni biss sa fejn l-apparati jintużaw għal skopijiet ta’ xogħol, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fid-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti u fejn l-Uffiċċju jkollu raġunijiet validi biex jissuspetta li l-kontenut tagħhom jista’ jkun rilevanti għall-investigazzjoni.

L-Uffiċċju jkollu s-setgħa li jispezzjona l-kotba tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji. L-Uffiċċju jista’ jieħu kopja ta’, u jikseb siltiet minn, kull dokument jew il-kontenut ta’ kull mezz ta’ data miżmum mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji u, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-kustodja ta’ dawk id-dokumenti jew data sabiex jiżgura li ma jkunx hemm periklu li dawn jgħibu;

(b) 

l-Uffiċċju jista’ jitlob informazzjoni bil-fomm, inkluż permezz ta’ intervisti, u informazzjoni bil-miktub minn uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta’ istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta’ uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal, iddokumentata fid-dettall skont l-istandards applikabbli tal-Unjoni tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.

3.  
Taħt l-istess regoli u kondizzjonijiet kif previsti fl-Artikolu 3, l-Uffiċċju jista’ jwettaq, fuq il-post, verifiki u spezzjonijiet fil-bini ta’ operaturi ekonomiċi sabiex jikseb aċċess għall-informazzjoni rilevanti għall-kwistjoni taħt investigazzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji.
4.  
L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jiġu infurmati kull meta l-persunal tal-Uffiċċju jwettaq investigazzjoni interna fil-bini tagħhom, jikkonsulta dokumenti jew data, jew jitlob informazzjoni miżmuma minnhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, l-Uffiċċju jista’ fi kwalunkwe mument jgħaddi lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati l-informazzjoni miksuba fil-kors ta’ investigazzjonijiet interni.

▼B

5.  
L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jistabbilixxu proċeduri adatti u jieħdu miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet interni fl-istadji kollha.
6.  
Meta l-investigazzjonijiet interni jiżvelaw uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal jista’ jkun persuna kkonċernata, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li tappartjeni għaliha dik il-persuna għandha tiġi infurmata.

F’każijiet meta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni interna ma tistax tiġi żgurata meta jintużaw il-kanali ta’ komunikazzjoni tas-soltu, l-Uffiċċju għandu juża kanali alternattivi adegwati biex jibagħtu l-informazzjoni.

F’każijiet eċċezzjonali, l-għoti ta’ informazzjoni bħal din jista’ jiġi diferit abbażi ta’ deċiżjoni raġunata mid-Direttur Ġenerali, li għandha tintbagħat lill-Kumitat ta’ Sorveljanza wara l-għeluq tal-investigazzjoni.

7.  
Id-deċiżjoni li għandha tiġi adottata minn kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kif stipulat fil-paragrafu 1, għandha tinkludi, b’mod partikolari, regola dwar id-dmir min-naħa tal-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri ta’ istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta’ uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal li jikkooperaw u jipprovdu l-informazzjoni lill-Uffiċċju, filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni interna.

▼M2

8.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12c(1), fejn, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni interna jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista’ jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati. Fuq talba, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati għandhom jinformaw lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe azzjoni li tittieħed u dwar is-sejbiet tagħhom abbażi ta’ din l-informazzjoni.

▼B

Meta meħtieġ, l-Uffiċċju għandu jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membr kkonċernat. F’dan il-każ, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali stabbilit fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 9(4). Jekk l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jieħdu kwalunkwe azzjoni abbażi tal-informazzjoni mibgħuta lilhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, huma għandhom, fuq talba, jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar dan.

Artikolu 5

Ftuħ ta’ investigazzjonijiet

▼M2

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12d, id-Direttur Ġenerali jista’ jiftaħ investigazzjoni meta jkun hemm biżżejjed suspett, li jista’ jkun ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn kwalunkwe parti terza jew informazzjoni anonima, li twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Id-deċiżjoni li tinfetaħ l-investigazzjoni tista’ tqis il-ħtieġa ta’ użu effiċjenti tar-riżorsi tal-Uffiċċju u tal-proporzjonalità tal-mezzi użati. Fir-rigward ta’ investigazzjonijiet interni, għandu jittieħed qies speċifiku tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li jkunu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmluhom, partikolarment abbażi tan-natura tal-fatti, l-impatt finanzjarju attwali jew potenzjali tal-każ, u l-prospettiva ta’ kwalunkwe segwitu ġudizzjarju.
2.  
Id-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara talba minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jew minn Stat Membru.
3.  
Waqt li d-Direttur Ġenerali ikun qed jikkunsidra jekk jiftaħx investigazzjoni interna jew le wara talba kif imsemmi fil-paragrafu 2, jew waqt li l-Uffiċċju qed iwettaq investigazzjoni interna, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji kkonċernati ma għandhomx jiftħu investigazzjoni parallela dwar l-istess fatti, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mal-Uffiċċju.

Dan il-paragrafu m’għandux japplika għal investigazzjonijiet mill-UPPE taħt ir-Regolament (UE) 2017/1939.

▼B

4.  
Fi żmien xahrejn minn meta l-Uffiċċju jirċievi t-talba kif imsemmi fil-paragrafu 2, trid tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le. Hija għandha tkun ikkomunikata mingħajr dewmien lill-Istat Membru, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li jkunu għamlu t-talba. Għandhom jingħataw raġunijiet għal deċiżjoni li ma tinfetaħx investigazzjoni. Jekk malli jiskadi dak il-perijodu ta’ xahrjen, l-Uffiċċju jkun għadu ma ħa ebda deċiżjoni, l-Uffiċċju għandu jitqies li jkun iddeċieda li ma tinfetaħx investigazzjoni.

Meta uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal, li jaġixxi skont l-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal, jipprovdi informazzjoni lill-Uffiċċju dwar suspett ta’ frodi jew ta’ irregolarità, l-Uffiċċju għandu jinforma lil dik il-persuna bid-deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le b’rabta mal-fatti inkwistjoni.

▼M2

5.  
Jekk id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni interna, huwa jista’ jibgħat mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni rilevanti, kif xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat biex tittieħed azzjoni xierqa f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali jew lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati biex tittieħed azzjoni xierqa skont ir-regoli applikabbli għal dik l-istituzzjoni, dak il-korp, dak l-uffiċċju jew dik l-aġenzija. L-Uffiċċju għandu jiftiehem ma’ dik l-istituzzjoni, dak il-korp, dak l-uffiċċju jew dik l-aġenzija, jekk xieraq, dwar miżuri xierqa biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tas-sors ta’ dik l-informazzjoni u għandu, jekk ikun meħtieġ, jitlob li jkun informat dwar l-azzjoni meħuda.
6.  
Fejn id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni minkejja li jkun hemm biżżejjed suspett li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 mingħajr dewmien.

▼B

Artikolu 6

Aċċess għal informazzjoni f’bażijiet tad-data qabel ma tinfetaħ investigazzjoni

1.  
Qabel ma tinfetaħ investigazzjoni, l-Uffiċċju għandu jkollu d-dritt tal-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti fil-bażijiet tad-data miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji meta din tkun indispensabbli għall-valutazzjoni tal-bażi fil-fatt tal-allegazzjonijiet. Dak id-dritt tal-aċċess għandu jitħaddem fil-limitu ta’ żmien, li għandu jiġi stabbilit mill-Uffiċċju, meħtieġ għal valutazzjoni minnufih tal-allegazzjonijiet. Meta jitħaddem dak id-dritt tal-aċċess, l-Uffiċċju għandu jirrispetta l-prinċipji tal-ħtieġa u l-proporzjonalità.
2.  
L-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata għandha tikkoopera b’sinċerità billi tħalli lill-Uffiċċju jikseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti skont kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikat fid-deċiżjonijiet adottati fl-Artikolu 4(1).

Artikolu 7

Proċedura tal-investigazzjonijiet

▼M2

1.  
Id-Direttur Ġenerali għandu jidderieġi t-twettiq tal-investigazzjonijiet abbażi, fejn adatt, tal-istruzzjonijiet bil-miktub. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu taħt id-direzzjoni tiegħu mill-persunal tal-Uffiċċju magħżul minnu. Id-Direttur Ġenerali m’għandux personalment iwettaq atti investigattivi konkreti.

▼B

2.  
Il-persunal tal-Uffiċċju għandu jwettaq il-kompiti tiegħu wara li jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub li turi l-identità u l-kapaċità tiegħu. Id-Direttur Ġenerali għandu joħroġ tali awtorizzazzjoni li tindika s-suġġett u l-iskop tal-investigazzjoni, il-bażijiet legali biex issir l-investigazzjoni u s-setgħat investigattivi li joħorġu minn dawk il-bażijiet.

▼M2

3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa biex il-persunal tal-Uffiċċju jkun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu f’konformità ma’ dan ir-Regolament b’mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed. Meta jkunu qed jagħtu tali assistenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaġixxu f’konformità ma’ kwalunkwe regola proċedurali nazzjonali li tapplika għalihom.
3a.  

Fuq talba mill-Uffiċċju, li għandha tiġi spjegata bil-miktub, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri għandhom, taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jipprovdu lill-Uffiċċju b’dawn li ġejjin:

(a) 

informazzjoni li tinsab fil-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati msemmija fl-Artikolu 32a(3) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(b) 

fejn ikun strettament meħtieġ għall-iskopijiet tal-investigazzjoni, ir-reġistru tat-tranżazzjonijiet.

It-talba tal-Uffiċċju għandha tinkludi ġustifikazzjoni tal-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-miżura fir-rigward tan-natura u l-gravità tal-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. Tali talba tista’ tirreferi biss għall-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

3b.  
L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jiżguraw li l-uffiċjali, l-aġenti l-oħrajn, il-membri, il-kapijiet u l-membri tal-persunal tagħhom jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex il-persunal tal-Uffiċċju jkun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv u mingħajr dewmien.

▼B

4.  
Meta investigazzjoni tikkumbina elementi esterni u interni, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 4 rispettivament.
5.  
L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu kontinwament matul perijodu li għandu jkun proporzjonat għaċ-ċirkostanzi u l-kumplessità tal-każ.
6.  

Meta l-investigazzjonijiet juru li jista’ jkun xieraq li jittieħdu miżuri amminisstrattivi ta’ prekawzjoni biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċju għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata bl-investigazzjoni li tkun qed issir. L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

l-identità tal-uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal ikkonċernat u ġabra fil-qosor tal-fatti inkwistjoni;

▼M2

(b) 

kwalunkwe informazzjoni li tista’ tgħin lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati biex jiddeċiedu dwar il-miżuri amministrattivi prekawzjonarji adatti li għandhom jittieħdu sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

▼B

(c) 

kwalunkwe miżura speċjali ta’ kunfidenzjalità rakkomandata f’każijiet partikolari li jinvolvu l-użu ta’ miżuri investigattivi li jaqgħu fil-kompetenza ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali jew, fil-każ ta’ investigazzjoni esterna, fil-kompetenza ta’ awtorità nazzjonali, skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għal investigazzjonijiet.

▼M2

L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe mument jikkonsultaw lill-Uffiċċju bl-għan li jieħdu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju, kwalunkwe miżura prekawzjonarja adatta, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-provi. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernata għandhom jinformaw lill-Uffiċċju mingħajr dewmien dwar kwalunkwe miżura prekawzjonarja meħuda.

▼B

7.  
Meta meħtieġ, għandu tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq talba tal-Uffiċċju, li jieħdu l-miżuri prekawzjonarji adatti skont il-liġi nazzjonali tagħhom, b’mod partikolari miżuri għas-salvagwardja tal-provi.

▼M2

8.  
Jekk investigazzjoni ma tkunx tista’ tingħalaq fi żmien 12-il xahar wara li tkun infetħet, id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta, malli jiskadi dak il-perjodu ta’ 12-il xahar u f’intervalli ta’ sitt xhur wara dan, lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, filwaqt li jindika r-raġunijiet u, fejn ikun xieraq, il-miżuri ta’ rimedju previsti bil-ħsieb li titħaffef l-investigazzjoni.

Artikolu 8

Dmir li jiġi informat l-Uffiċċju

1.  
Fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni marbuta ma’ każijiet possibbli ta’ frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Fejn l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji jirrapportaw lill-UPPE f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939, huma jistgħu jikkonformaw mal-obbligu stipulat fl-ewwel s-subparagrafu ta’ dan il-paragrafu billi jibagħtu lill-Uffiċċju kopja tar-rapport li jkun intbagħat lill-UPPE.

2.  
L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji u, sakemm ma jkunux impeduti mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jibagħtu mingħajr dewmien lill-Uffiċċju kwalunkwe dokument jew informazzjoni li jkollhom relatata ma’ investigazzjoni li tkun għaddejja mill-Uffiċċju.

Qabel ma tinfetaħ investigazzjoni, huma għandhom, fuq talba mill-Uffiċċju, li għandha tiġi spjegata bil-miktub, jibagħtu kwalunkwe dokument jew informazzjoni li jkollhom fil-pussess tagħhom li tkun meħtieġa biex jiġu valutati l-allegazzjonijiet jew biex jiġu applikati l-kriterji għall-ftuħ ta’ investigazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 5(1).

3.  
L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji u, sakemm ma jkunux impeduti mil-liġi nazzjonali milli jagħmlu hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għandhom jibagħtu mingħajr dewmien lill-Uffiċċju, fuq it-talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, kwalunkwe informazzjoni, dokument jew data meqjusa rilevanti li huma jkollhom fil-pussess tagħhom, relatati mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
4.  
Dan l-Artikolu m’għandux japplika għall-UPPE fir-rigward ta’ reati kriminali li fir-rigward tagħhom huwa jkun jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2017/1939.

Dan hu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-UPPE jagħti informazzjoni rilevanti lill-Uffiċċju dwar każijiet f’konformità mal-Artikoli 34(8), 36(6), 39(4) u l-Artikolu 101(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1939.

5.  
Id-dispożizzjonijiet relatati mat-trażmissjoni ta’ informazzjoni f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 ( 5 ) għandhom jibqgħu mhux affettwati.

▼B

Artikolu 9

Garanziji proċedurali

1.  
Fl-investigazzjonijiet tiegħu l-Uffiċċju għandu jara li jkollu provi favur u kontra l-persuna kkonċernata. L-investigazzjonijiet għandhom isiru b’mod objettiv u imparzjali u f’konformità mal-prinċipji tal-preżunzjoni tal-innoċenza u bil-garanziji proċedurali stipulati f’dan l-Artikolu.
2.  
L-Uffiċċju jista’ jinterroga persuna kkonċernata jew xhieda fi kwalunkwe ħin matul investigazzjoni. Kull persuna interrogata għandu jkollha d-dritt li ma tinkriminax lilha nnifisha.

L-istedina għal interrogazzjoni għandha tintbagħat lil persuna kkonċernata mill-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel. Dak il-perijodu ta’ notifika jista’ jitqassar bil-kunsens espliċitu tal-persuna kkonċernata jew fuq għal skopijiet irraġunati kif xieraq ta’ urġenża tal-investigazzjoni. Fl-aħħar każ, il-perijodu ta’ avviż ma għandux ikun anqas minn 24 siegħa. L-istedina għandha tinkludi lista tad-drittijiet tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari id-dritt li tiġi tingħata għajnuna minn persuna tal-għażla tagħha.

L-istedinja għal interrogazzjoni għandha tintbagħat lil xhieda mill-inqas 24 siegħa qabel. Dak il-perijodu ta’ avviż jista’ jitqassar bil-kunsens espliċitu tax-xhieda jew għal skopijiet irraġunati kif xieraq ta’ urġenża tal-investigazzjoni kif adatt.

▼M2

Ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ma għandhomx japplikaw għat-teħid ta’ stqarrijiet fil-kuntest ta’ verifiki u spezzjonijiet fuq il-post. Il-garanziji proċedurali kif imsemmija fl-Artikolu 3(7) u (8) għandhom japplikaw għall-persuna kkonċernata, b’mod partikolari d-dritt li tkun assistita minn persuna tal-għażla tagħha.

▼B

Meta, matul interrogazzjoni, joħorġu l-provi li x-xhieda tista’ tkun persuna kkonċernata, l-interrogazzjoni għandha tintemm. Ir-regoli proċedurali previsti f’dan il-paragrafi u fil-paragrafi 3 u 4 japplikaw immedjatament. Dik ix-xhieda għandha tiġi infurmata minn qabel dwar id-drittijiet tagħha bħala persuna kkonċernata u għandha tirċievi, fuq talba, kopja tar-rendikonti ta’ kwalunkwe stqarrija li għamlet fil-passat. L-Uffiċċju ma jistax juża l-istqarrijiet passati tal-persuna kontrieha mingħajr ma qabel jagħtiha l-opportunità li tikkummenta dwar dawk l-istqarrijiet.

L-Uffiċċju għandu jfassal rendikont tal-interrogazzjoni u jagħti lill-persuna interrogata aċċess għalih sabiex il-persuna interrogata tkun tista’ tapprova r-rendikont kif ukoll tagħmel xi osservazzjonijiet. L-uffiċċju għandu jagħti lill-persuna kkonċernata kopja tar-rendikont tal-interrogazzjoni.

3.  
Hekk kif l-investigazzjoni tikxef li uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal jista’ jkun persuna kkonċernata, dak l-uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal għandu jiġi infurmat dwar dan, dment li dan ma jippreġudikax it-twettiq tal-investigazzjoni jew ta’ kwalunkwe proċediment investigattiv li jaqa’ taħt awtorità ġudizzjarja nazzjonali.
4.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4(6) u 7(6), ladarba titlesta l-investigazzjoni u qabel ma jitfasslu konklużjonijiet li jirreferu għal persuna kkonċernata b’isimha, dik il-persuna għandha tingħata l-opportunità tikkummenti fuq il-fatti li jikkonċernawha.

▼M2

Għal dak il-għan, l-Uffiċċju għandu jibgħat stedina lill-persuna kkonċernata biex tikkummenta bil-miktub jew f’interrogazzjoni mal-persunal magħżul mill-Uffiċċju. Dik l-istedina għandha tinkludi ġabra fil-qosor tal-fatti li jikkonċernaw lill-persuna kkonċernata u l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u għandha tindika l-limitu ta’ żmien biex jintbagħtu l-kummenti, li ma għandux ikun anqas minn għaxart ijiem ta’ xogħol mir-riċezzjoni tal-istedina għall-kummenti. Dak il-perijodu ta’ avviż jista’ jitqassar bil-kunsens espliċitu tal-persuna kkonċernata jew għal skopijiet irraġunati kif xieraq ta’ urġenza tal-investigazzjoni. Ir-rapport finali tal-investigazzjoni għandu jagħmel referenza għal kwalunkwe tali kumment.

F’każijiet debitament iġġustifikati fejn ikun meħtieġ li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni jew ta’ investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja jew futura mill-UPPE jew minn awtorità ġudizzjarja nazzjonali, id-Direttur Ġenerali jista’, fejn xieraq wara li jikkonsulta lill-UPPE jew lill-awtorità nazzjonali ġudizzjarja kkonċernata, jiddeċiedi li jiddiferixxi t-twettiq tal-obbligu ta’ stedina lill-persuna kkonċernata biex tikkummenta.

▼B

F’każijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tal-Anness IX għar-Regolamenti tal-Persunal, nuqqas min-naħa tal-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija milli tirrispondi fi żmien xahar għat-talba tad-Direttur Ġenerali għal differiment tat-twettiq tal-obbligu li tiġi mistiedna l-persuna kkonċernata biex tikkummenta għandu jitqies li jikkostitwixxi tweġiba fil-pożittiv.

5.  
Kull persuna interrogata għandha tkun intitolata li tuża kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Madankollu, uffiċjali jew impjegati oħra tal-Unjoni jistgħu jintalbu jużaw lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom għarfien tajjeb tagħha.

▼M2

Artikolu 9a

Kontrollur ta’ garanziji proċedurali

1.  
Il-Kummissjoni għandha taħtar Kontrollur ta’ garanziji proċedurali (il-“Kontrollur”), f’konformità mal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2, għal mandat ta’ ħames snin li ma jiġġeddidx. Malli jiskadi dak il-mandat, il-Kontrollur għandu jibqa’ fil-kariga sa meta jinbidel.
2.  
Il-Kontrollur għandu jkun addett amministrattivament mal-Kumitat ta’ Sorveljanza. Is-Segretarjat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jipprovdi lill-Kontrollur b’kull appoġġ amministrattiv u legali meħtieġ.
3.  
Il-Kummissjoni għandha, mill-baġit approvat tagħha, talloka lill-Kumitat ta’ Sorveljanza l-persunal u l-mezzi finanzjarji meħtieġa għall-Kontrollur.
4.  
Wara sejħa għal applikazzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta’ kandidati bil-kwalifiki xierqa għall-pożizzjoni tal-Kontrollur. Wara li tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha taħtar lill-Kontrollur.
5.  
Il-Kontrollur għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam ta’ garanziji proċedurali.
6.  
Il-Kontrollur għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu f’indipendenza sħiħa, inkluż mill-Uffiċċju u mill-Kumitat ta’ Sorveljanza, u la għandu jitlob u lanqas ma għandu jieħu struzzjonijiet mingħand xi ħadd fil-qadi ta’ dmirijietu.
7.  
Jekk il-Kontrollur jieqaf jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu, jew jekk il-Kontrollur jinstab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu, bi qbil komuni, ineħħu lill-Kontrollur mill-kariga tiegħu.
8.  
Skont il-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 9b, il-Kontrollur għandu jissorvelja l-konformità tal-Uffiċċju ma’ garanziji proċedurali msemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll mar-regoli applikabbli għall-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju. Il-Kontrollur għandu jkun responsabbli mit-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 9b.
9.  
Il-Kontrollur għandu jirrapporta dwar l-eżerċizzju ta’ din il-funzjoni fuq bażi annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat ta’ Sorveljanza u lill-Uffiċċju. Huwa m’għandux jirreferi għal każijiet individwali taħt investigazzjoni u għandu jiżgura l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet anki wara l-għeluq tagħhom. Il-Kontrollur għandu jirrapporta lill-Kumitat ta’ Sorveljanza dwar kwalunkwe kwistjoni sistemika li tirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 9b

Mekkaniżmu tal-ilmenti

1.  
Persuna kkonċernata għandha tkun intitolata li tressaq ilment quddiem il-Kontrollur fir-rigward tal-konformità tal-Uffiċċju mal-garanziji proċedurali msemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll għal raġunijiet ta’ ksur tar-regoli applikabbli għall-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju, b’mod partikolari ksur ta’ rekwiżiti proċedurali u drittijiet fundamentali. It-tressiq ta’ lment m’għandu jkollu l-ebda effett sospensiv fuq it-twettiq tal-investigazzjoni li tkun is-suġġett tal-ilment.
2.  
L-ilmenti għandhom jitressqu fi żmien xahar minn meta l-ilmentatur isir konxju tal-fatti rilevanti li jikkostitwixxu l-allegat ksur tal-garanziji proċedurali jew tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Fi kwalunkwe każ, huma għandhom jiġu ppreżentati mhux iktar tard minn xahar wara l-għeluq tal-investigazzjoni.

Ilmenti relatati mal-perijodu ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 9(2) u (4) għandhom, madankollu, jiġu ppreżentati qabel ma jiskadi l-perijodu ta’ notifika ta’ għaxart ijiem imsemmi f’dawk id-dispożizzjonijiet.

3.  
Il-Kontrollur għandu jinforma minnufih lid-Direttur Ġenerali malli jirċievi lment.

Fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data tar-riċezzjoni, il-Kontrollur għandu jiddetermina l-konformità mal-paragrafi 1 u 2.

Fil-każ ta’ konformità mal-paragrafi 1 u 2, il-Kontrollur għandu jistieden lill-Uffiċċju jieħu azzjoni biex jirriżolvi l-ilment u jinforma lill-Kontrollur b’dan fi żmien 15-il jum ta’ xogħol.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 1 jew mal-paragrafu 2, il-Kontrollur għandu jagħlaq il-fajl u jinforma lill-ilmentatur mingħajr dewmien.

4.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-Kontrollur l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kontrollur jivvaluta jekk l-ilment huwiex ġustifikat kif ukoll informazzjoni għall-fini li tinstab soluzzjoni għall-ilment u biex il-Kontrollur ikun jista’ joħroġ rakkomandazzjoni.
5.  
Il-Kontrollur għandu joħroġ rakkomandazzjoni dwar kif għandu jiġi riżolt l-ilment mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien xahrejn minn meta l-Uffiċċju jinforma lill-Kontrollur bl-azzjoni li jkun ħa biex jirriżolvi l- l-ilment. Fin-nuqqas ta’ riċezzjoni ta’ informazzjoni fil-limitu ta’ żmien ta’ 15-il jum imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, il-Kontrollur għandu joħroġ rakkomandazzjoni fi żmien xahrejn mill-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

F’każijiet eċċezzjonali l-Kontrollur jista’ jiddeċiedi li jestendi l-perjodu għall-ħruġ ta’ rakkomandazzjoni b’15-il jum kalendarju addizzjonali. Il-Kontrollur għandu jinforma bil-miktub lid-Direttur Ġenerali bir-raġunijiet għal tali estensjoni.

Il-Kontrollur jista’ jirrakkomanda li l-Uffiċċju jemenda jew iħassar ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti tiegħu, għal raġunijiet ta’ ksur tal-garanziji proċedurali msemmija fl-Artikolu 9 jew tar-regoli applikabbli għall-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju, b’mod partikolari ksur ta’ rekwiżiti proċedurali u drittijiet fundamentali.

Qabel ma joħroġ rakkomandazzjoni l-Kontrollur għandu jikkonsulta lill-Kumitat ta’ Sorveljanza għall-opinjoni tiegħu.

Il-Kontrollur għandu jippreżenta r-rakkomandazzjoni lill-Uffiċċju u jinnotifika lill-ilmentatur kif xieraq.

Fin-nuqqas ta’ rakkomandazzjoni mill-Kontrollur fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan il-paragrafu, il-Kontrollur għandu jitqies bħala li ċaħad l-ilment mingħajr rakkomandazzjoni.

6.  
Il-Kontrollur għandu jeżamina l-ilment fi proċedura kontenzjuża mingħajr ma jindaħal fit-twettiq tal-investigazzjoni li tkun għaddejja.

Il-Kontrollur jista’ wkoll jitlob lix-xhieda jipprovdu spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub li l-Kontrollur jikkunsidra bħala rilevanti biex jiġu aċċertati l-fatti. Ix-xhieda jistgħu jirrifjutaw milli jipprovdu tali spjegazzjonijiet.

7.  
Id-Direttur Ġenerali għandu jieħu l-azzjoni xierqa mitluba mir-rakkomandazzjoni. Jekk id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jsegwix ir-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur, id-Direttur Ġenerali għandu jikkomunika lill-ilmentatur u lill-Kontrollur ir-raġunijiet ewlenin għal dik id-deċiżjoni, sakemm tali komunikazzjoni ma taffettwax l-investigazzjoni li tkun għaddejja. Id-Direttur Ġenerali għandu jiddikjara r-raġunijiet għalfejn ma ġietx segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur f’nota mehmuża mar-rapport finali tal-investigazzjoni.
8.  
Il-mekkaniżmu tal-ilmenti taħt dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-mezzi ta’ rimedju disponibbli taħt it-Trattati, inklużi azzjonijiet relatati mal-kumpens għad-danni.
9.  
Id-Direttur Ġenerali jista’ jitlob l-opinjoni tal-Kontrollur dwar kwalunkwe suġġett relatat mal-garanziji proċedurali jew mad-drittijiet fundamentali li jaqa’ fil-mandat tal-Kontrollur, inkluż dwar deċiżjoni li tiġi differita l-informazzjoni tal-persuna kkonċernata taħt l-Artikolu 9(3). Fi kwalunkwe tali talba, id-Direttur Ġenerali għandu jindika l-limitu ta’ żmien li fih il-Kontrollur għandu jirrispondi.
10.  
Mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, meta jitressaq ilment mad-Direttur Ġenerali minn uffiċjal jew aġent ieħor tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal u l-uffiċjal jew aġent ieħor ikun ressaq ilment mal-Kontrollur relatat mal-istess kwistjoni, id-Direttur Ġenerali għandu jistenna rakkomandazzjoni tal-Kontrollur qabel ma jwieġeb l-ilment.
11.  
Il-Kontrollur għandu, wara li jikkonsulta lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, jadotta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għat-trattament tal-ilmenti.

Dawk id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għandhom ikopru, b’mod partikolari, regoli dettaljati dwar:

(a) 

it-tressiq ta’ lment;

(b) 

l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kumitat ta’ Sorveljanza, il-Kontrollur u d-Direttur Ġenerali;

(c) 

il-proċess għall-indirizzar tal-kwistjonijiet imqajma f’ilment mill-Uffiċċju;

(d) 

l-eżami ta’ lment fi proċedura kontenzjuża f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6;

(e) 

il-ħruġ u l-komunikazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur;

(f) 

każijiet debitament ġustifikati li fihom id-Direttur Ġenerali jista’ jiddevja mir-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur u l-proċedura li għandha tiġi segwita f’tali każijiet.

▼B

Artikolu 10

Kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data

1.  
L-informazzjoni mogħtija jew miksuba waqt investigazzjonijiet esterni, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun protetta mid-dispożizzjonijiet rilevanti.
2.  
L-informazzjoni mibgħuta jew miksuba matul l-investigazzjonijiet interni, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun soġġetta għas-segretezza professjonali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija mir-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
3.  
L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju tkun irrispettata flimkien mad-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati, u, fejn ikunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji, li r-regoli nazzjonali kollha applikabbli għal proċedimenti bħal dawn ikunu ġew segwiti.

▼M2

3a.  
Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) għandha tapplika għar-rappurtar ta’ frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw tali ksur.
3b.  
Fejn l-Uffiċċju jirrakkomanda segwitu ġudizzjarju, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kunfidenzjalità ta’ whistle-blowers u informaturi, u f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, il-persuna kkonċernata tista’ titlob mill-Uffiċċju biex jipprovdi r-rapport finali mfassal taħt l-Artikolu 11 sa fejn ikun relatat mal-persuna kkonċernata. L-Uffiċċju għandu jikkomunika dik it-talba mingħajr dewmien lir-riċevituri kollha ta’ dak ir-rapport, u għandu jagħti aċċess biss bil-kunsens espliċitu tar-riċevituri. Ir-riċevituri għandhom iwieġbu fi żmien 12-il xahar mir-riċezzjoni tat-talba. Fin-nuqqas ta’ oġġezzjoni f’dak il-perijodu, l-Uffiċċju għandu jagħti aċċess.

L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tawtorizza lill-Uffiċċju jagħti aċċess qabel ma jiskadi dan il-perijodu.

▼M2

4.  
L-Uffiċċju għandu jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

▼M1

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun kompetenti għall-ipproċessar tad-data mill-Uffiċċju u mis-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza.

▼B

5.  
Id-Direttur Ġenerali għandu jiżgura li kwalunkwe informazzjoni pprovduta lill-pubbliku tingħata b’mod newtrali u imparzjali, u li l-iżvelar tagħha jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u jikkonforma mal-prinċipji stabbiliti f’dan l-Artikolu u l-Artikolu 9(1).

▼M1

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tal-Uffiċċju u l-persunal tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat ta' informazzjoni li jirċievu waqt l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx legalment diġà saret pubblika jew aċċessibbli għall-pubbliku, u għandhom jibqgħu marbuta b'dak l-obbligu wara li jitilqu mis-servizz.

Il-membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandhom ikunu marbuta bl-istess obbligu ta' segretezza professjonali fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, u għandhom jibqgħu marbuta b'dak l-obbligu wara tmiem il-mandat tagħhom.

▼B

Artikolu 11

Ir-rapport tal-investigazzjoni u l-azzjoni li għandha tittieħed wara l-investigazzjonijiet

1.  
Meta titlesta investigazzjoni mill-Uffiċċju, għandu jitfassal rapport, taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali. Dak ir-rapport għandu jagħti rendikont tal-bażi legali għall-investigazzjoni, il-passi proċedurali segwiti, il-fatti stabbiliti u l-klassifikazzjoni preliminari tagħhom fil-ligi, l-impatt finanzjarju stmat tal-fatti stabbiliti, ir-rispett lejn il-garanziji proċedurali f’konformità mal-Artikolu 9 u l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni.

▼M2

Fejn xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja, amministrattiva, finanzjarja jew ġudizzjarja li tkun trid tittieħed mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u għandhom jispeċifikaw, b’mod partikolari, l-ammonti stmati li għandhom jiġu rkuprati, kif ukoll il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi tal-fatti stabbiliti.

2.  

Fit-tfassil tar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u, sa fejn tkun applikabbli, tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Ir-rapporti mfassla abbażi tal-ewwel subparagrafu, flimkien mal-evidenza kollha ta’ appoġġ u mehmuża magħhom, għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli:

(a) 

fi proċedimenti ġudizzjarji ta’ natura mhux kriminali quddiem il-qrati nazzjonali u fi proċedimenti amministrattivi fl-Istati Membri;

(b) 

fi proċedimenti kriminali tal-Istat Membru li fih l-użu tagħhom jirriżulta li huwa meħtieġ bl-istess mod u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal rapporti amministrattivi mfassla minn spetturi amministrattivi nazzjonali u għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta’ evalwazzjoni bħal dawk applikabbli għal rapporti amministrattivi mfassla minn spetturi amministrattivi nazzjonali u għandu jkollhom l-istess valur ta’ prova bħal tali rapporti;

(c) 

fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-QĠUE u fi proċedimenti amministrattivi fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe regola tal-liġi nazzjonali rilevanti għall-iskopijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu.

Fir-rigward tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju, jibagħtu lill-Uffiċċju d-deċiżjoni finali tal-qrati nazzjonali ladarba l-proċedimenti ġudizzjarji rilevanti jkunu ġew determinati b’mod finali u d-deċiżjoni finali tal-qorti tkun saret pubblika.

Is-setgħa tal-QĠUE u tal-qrati nazzjonali u tal-korpi kompetenti fi proċedimenti amministrattivi u kriminali li jivvalutaw liberament il-valur evidenzjali tar-rapporti mfassla mill-Uffiċċju m’għandhomx jiġu affettwati minn dan ir-Regolament.

2a.  
L-Uffiċċju għandu jieħu l-miżuri adatti biex jiżgura l-kwalità konsistenti tar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
3.  
Ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet imfassla wara investigazzjoni esterna u kull dokument relatat rilevanti għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati f’konformità mar-regoli relatati mal-investigazzjonijiet esterni u, jekk ikun meħtieġ, lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u, jekk applikabbli, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija għandhom jieħdu dik l-azzjoni li tkun mitluba mir-riżultati tal-investigazzjoni esterna u għandhom jirrapportaw dwarha lill-Uffiċċju f’limitu ta’ żmien stipulat fir-rakkomandazzjonijiet li jakkumpanjaw ir-rapport u, barra minn hekk, fuq it-talba tal-Uffiċċju. L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Uffiċċju l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kompetenti biex jittrattaw tali rapporti, rakkomandazzjonijiet u dokumenti.

▼B

4.  
Ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet imfassla wara investigazzjoni interna u kull dokument relatat rilevanti li għandu jintbagħat lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija involuta. Dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija għandha tieħu tali azzjoni, partikolarment ta’ natura dixxiplinarja jew legali, fuq il-bażi tar-riżultati tal-investigazzjoni interna, u għandha tirraporta dwarha lill-Uffiċċju sal-iskadenza stipulata fir-rakkomandazzjonijiet li jakkumpanjaw ir-rapport, u, barra minn hekk, fuq talba tal-Uffiċċju.

▼M2

5.  
Fejn ir-rapport imfassal wara investigazzjoni interna juri l-eżistenza ta’ fatti li jistgħu jwasslu għal proċedimenti kriminali, dik l-informazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet, għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12c u 12d.

Fuq it-talba tal-Uffiċċju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom, f’limitu ta’ żmien stipulat fir-rakkomandazzjonijiet, jibagħtu lill-Uffiċċju informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda, jekk tkun ittieħdet, u r-raġunijiet għala r-rakkomandazzjonijiet ma ġewx implimentati, fejn applikabbli, wara t-trażmissjoni mill-Uffiċċju ta’ kwalunkwe informazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

▼M2 —————

▼B

7.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, malli titlesta investigazzjoni, ma jkunu nstabu l-ebda provi kontra l-persuna kkonċernata, id-Direttur Ġenerali għandu jagħlaq l-investigazzjoni dwar dik il-persuna u jinforma lil dik il-persuna fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol.

▼M2

8.  
Fejn informatur ikun ipprovda lill-Uffiċċju informazzjoni li tkun wasslet għal investigazzjoni, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lil dak l-informatur li l-investigazzjoni tkun ingħalqet, sakemm ma jqisx li din l-informazzjoni tkun tali li tippreġudika l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata u l-effettività tal-investigazzjoni u tal-azzjoni li għandha tittieħed warajha, jew kwalunkwe rekwiżit ta’ kunfidenzjalità.

▼B

Artikolu 12

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċj u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri

▼M2

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju jista’ jibgħat fiż-żmien dovut lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati informazzjoni miksuba fil-kors ta’ investigazzjonijiet esterni biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni adatta f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom. Huwa jista’ wkoll jibgħat tali informazzjoni lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati.

▼B

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat informazzjoni miksuba mill-Uffiċċju, waqt investigazzjonijiet interni, dwar fatti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali.

F’konformità mal-Artikolu 4 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat ukoll lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu inklużi l-identità tal-persuna kkonċernata, ġabra fil-qosor tal-fatti stabbiliti, il-klassifikazzjoni preliminari tagħhom fil-liġi u l-impatt stmat fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Artikolu 9(4) għandu japplika.

▼M2

3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom, sakemm ma jkunux impeduti mil-liġi nazzjonali, jinfurmaw lill-Uffiċċju mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 12-il xahar mir-riċezzjoni tal-informazzjoni li ntbagħtet lilhom taħt dan l-Artikolu, dwar l-azzjoni meħuda abbażi ta’ dik l-informazzjoni.

▼B

4.  
L-Uffiċċju jista’ jipprovdi provi fi proċedimenti quddiem qrati u tribunali nazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali u r-Regolamenti tal-Persunal.

▼M2

5.  
L-Uffiċċju jista’ jipprovdi informazzjoni rilevanti lin-network tal-Eurofisc stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 904/2010. Il-koordinaturi tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc jistgħu jibagħtu informazzjoni rilevanti min-network tal-Eurofisc lill-Uffiċċju taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 904/2010.

Artikolu 12a

Servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi

1.  
Kull Stat Membru għandu, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jaħtar servizz (is-“servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi”) li jiffaċilita l-kooperazzjoni effettiva u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni ta’ natura operazzjonali, mal-Uffiċċju. Fejn meħtieġ, f’konformità mal-liġi nazzjonali, is-servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi jista’ jitqies bħala awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
2.  
Fuq talba tal-Uffiċċju, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le, kif ukoll matul u wara investigazzjoni, is-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi għandhom jagħtu jew jikkoordinaw l-assistenza meħtieġa biex l-Uffiċċju jwettaq xogħlu b’mod effettiv. Tali assistenza għandha tinkludi b’mod partikolari assistenza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri pprovduta f’konformità mal-Artikolu 3(5) u (6), l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(2) u (3).
3.  
Is-servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi jistgħu jagħtu assistenza lill-Uffiċċju fuq talba sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jwettaq attivitajiet ta’ koordinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12b, inklużi, fejn xieraq, kooperazzjoni orizzontali u skambju ta’ informazzjoni bejn servizzi ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi.

Artikolu 12b

Attivitajiet ta’ koordinazzjoni

1.  
Skont l-Artikolu 1(2), l-Uffiċċju jista’ jorganizza u jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji kif ukoll, f’konformità mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-awtoritajiet parteċipanti u l-Uffiċċju jistgħu jiġbru, janalizzaw u jiskambjaw informazzjoni, inkluża informazzjoni operazzjonali. Il-persunal tal-Uffiċċju jista’ jakkumpanja lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed iwettqu attivitajiet investigattivi fuq talba ta’ dawk l-awtoritajiet. Għandhom japplikaw l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(6) u (7), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 10.
2.  
L-Uffiċċju għandu, fejn xieraq, ifassal rapport dwar l-attivitajiet ta’ koordinazzjoni mwettqa u jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji kkonċernati.
3.  
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju mill-Uffiċċju tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni f’dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni.
4.  
L-Uffiċċju jista’ jipparteċipa fi skwadri ta’ investigazzjoni konġunta stabbiliti f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u f’dak il-qafas jiskambja informazzjoni operazzjonali li tinkiseb taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 12c

Rappurtar dwar imġiba kriminali lill-UPPE

1.  
L-Uffiċċju għandu jippreżenta rapport lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe mġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jkun jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2017/1939. Ir-rapport għandu jintbagħat mingħajr dewmien żejjed qabel jew matul investigazzjoni tal-Uffiċċju.
2.  
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi bħala minimu, deskrizzjoni tal-fatti, inkluża valutazzjoni tal-ħsara kkawżata jew li x’aktarx tiġi kkawżata, il-kwalifika ġuridika possibbli u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar vittmi potenzjali, persuni suspettati jew persuni oħrajn involuti.
3.  
L-Uffiċċju m’għandux ikun marbut li jirrapporta lill-UPPE allegazzjonijiet manifestament mhux sostanzjati.
4.  
Fejn l-informazzjoni rċevuta mill-Uffiċċju ma tinkludix l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u ma tkun għaddejja l-ebda investigazzjoni tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista’ jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet. L-evalwazzjoni għandha titwettaq mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni tal-informazzjoni. Matul dik l-evalwazzjoni, għandhom japplikaw l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(2). Konsegwentement għal din l-evalwazzjoni preliminari, l-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-UPPE dwar kwalunkwe mġiba kriminali kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
5.  
Fejn l-imġiba kriminali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tiġi skoperta matul investigazzjoni mill-Uffiċċju, u l-UPPE jiftaħ investigazzjoni konsegwentement għar-rapport imsemmi f’dak il-paragrafu, l-Uffiċċju m’għandux ikompli l-investigazzjoni tiegħu dwar l-istess fatti għajr f’konformità mal-Artikolu 12e jew l-Artikolu 12f.

Għall-fini li jiġi applikat l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Uffiċċju għandu jivverifika, f’konformità mal-Artikolu 12g(2), permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE, jekk l-UPPE jkunx qed iwettaq investigazzjoni. L-Uffiċċju jista’ jitlob aktar informazzjoni mill-UPPE. L-UPPE għandu jwieġeb tali talba f’limitu ta’ żmien li għandu jiġi stipulat f’konformità mal-Artikolu 12g.

6.  
L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji jistgħu jitolbu lill-Uffiċċju jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet rappurtati lilhom. Għall-finijiet ta’ dawk it-talbiet, il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni preliminari, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jkunx tali li jista’ jipperikola investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju jew mill-UPPE.
7.  
Fejn, wara r-rapport lill-UPPE f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Uffiċċju jagħlaq l-investigazzjoni tiegħu, l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 11 m’għandhomx japplikaw.

Artikolu 12d

In-nonduplikazzjoni ta’ investigazzjonijiet

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12e u 12f, id-Direttur Ġenerali għandu jieqaf milli jkompli investigazzjoni li tkun għaddejja u m’għandux jiftaħ investigazzjoni ġdida taħt l-Artikolu 5 fejn l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni dwar l-istess fatti. Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill-UPPE dwar kull deċiżjoni ta’ waqfien meħuda għal tali raġunijiet.

Għall-fini li jiġi applikat l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Uffiċċju, f’konformità mal-Artikolu 12g(2), għandu jivverifika permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE jekk l-UPPE jkunx qed iwettaq investigazzjoni. L-Uffiċċju jista’ jitlob aktar informazzjoni mill-UPPE. L-UPPE għandu jwieġeb tali talba f’limitu ta’ żmien li għandu jiġi stipulat f’konformità mal-Artikolu 12g.

Fejn l-Uffiċċju jieqaf milli jkompli l-investigazzjoni tiegħu f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 11 m’għandhomx japplikaw.

2.  
L-UPPE jista’, bil-ħsieb li jgħin lill-Uffiċċju jikkunsidra azzjoni amministrattiva adatta f’konformità mal-mandat tiegħu, jipprovdi informazzjoni rilevanti lill-Uffiċċju dwar każijiet fejn l-UPPE jkun iddeċieda li ma jwettaqx investigazzjoni jew ikun ċaħad każ. Fejn fatti ġodda li ma kinux magħrufa mill-UPPE fil-waqt tad-deċiżjoni ta’ ċaħda kif imsemmi fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939 jsiru magħrufa mill-Uffiċċju, id-Direttur Ġenerali jista’ jitlob lill-UPPE jerġa’ jiftaħ investigazzjoni, skont l-Artikolu 39(2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 12e

L-appoġġ mill-Uffiċċju lill-UPPE

1.  

Matul investigazzjoni mill-UPPE, u fuq it-talba tal-UPPE f’konformità mal-Artikolu 101(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju għandu, f’konformità mal-mandat tiegħu, jappoġġa jew jikkomplementa l-attività tal-UPPE, b’mod partikolari billi:

(a) 

jipprovdi informazzjoni, analiżi (inkluża analiżi forensika), għarfien espert u appoġġ operazzjonali;

(b) 

jiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali kompetenti u l-korpi tal-Unjoni;

(c) 

iwettaq investigazzjonijiet amministrattivi.

Meta jipprovdi appoġġ lill-UPPE, l-Uffiċċju għandu joqgħod lura milli jwettaq atti jew miżuri li jistgħu jipperikolaw l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni.

2.  

Talba taħt il-paragrafu 1 għandha tintbagħat bil-miktub u għandha tispeċifika mill-anqas:

(a) 

l-informazzjoni relatata mal-investigazzjoni tal-UPPE sa fejn tkun rilevanti għall-għan tat-talba;

(b) 

il-miżuri li l-UPPE jitlob lill-Uffiċċju jwettaq;

(c) 

fejn xieraq, il-kronoloġija prevista tat-twettiq tat-talba.

Fejn meħtieġ, l-Uffiċċju jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali.

3.  
Sabiex tiġi protetta l-ammissibbiltà tal-evidenza kif ukoll id-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali, fejn l-Uffiċċju jwettaq, fil-mandat tiegħu, miżuri ta’ appoġġ mitluba mill-UPPE taħt dan l-Artikolu, l-UPPE u l-Uffiċċju, filwaqt li jaġixxu b’kooperazzjoni mill-qrib, għandhom jiżguraw li s-salvagwardji proċedurali applikabbli tal-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2017/1939 jiġu osservati.

Artikolu 12f

Investigazzjonijiet komplementari

1.  
Fejn l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni, u d-Direttur Ġenerali, f’każijiet debitament ġustifikati, iqis li għandha tinfetaħ ukoll investigazzjoni mill-Uffiċċju f’konformità mal-mandat tal-Uffiċċju bl-għan li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni jew ta’ azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-UPPE bil-miktub, fejn jispeċifika n-natura u l-iskop tal-investigazzjoni.

Wara li jirċievi tali informazzjoni u f’limitu ta’ żmien li għandu jiġi stipulat f’konformità mal-Artikolu 12g, l-UPPE jista’ joġġezzjona għall-ftuħ ta’ investigazzjoni jew għall-prestazzjoni ta’ ċerti atti li jappartjenu għall-investigazzjoni. Fejn l-UPPE joġġezzjona għall-ftuħ ta’ investigazzjoni jew għall-prestazzjoni ta’ ċerti atti li jappartjenu għal investigazzjoni, huwa għandu jinnotifika lill-Uffiċċju mingħajr dewmien żejjed meta r-raġunijiet għall-oġġezzjoni ma jibqgħux japplikaw.

Fil-każ li l-UPPE ma joġġezzjonax fil-limitu ta’ żmien li għandu jiġi stipulat f’konformità mal-Artikolu 12g, l-Uffiċċju jista’ jiftaħ investigazzjoni, li għandu jwettaq f’konsultazzjoni mal-UPPE fuq bażi kontinwa. Jekk l-UPPE konsegwentement joġġezzjona, l-Uffiċċju għandu jissospendi jew iwaqqaf l-investigazzjoni tiegħu, jew iżomm lura milli jwettaq ċerti atti li jappartjenu għall-investigazzjoni.

2.  
Fejn l-UPPE jinforma lill-Uffiċċju li huwa ma jkunx qed iwettaq investigazzjoni bħala risposta għal talba għal informazzjoni ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 12d u sussegwentement jiftaħ investigazzjoni dwar l-istess fatti, huwa għandu jinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien. Jekk, konsegwentement għar-riċezzjoni ta’ tali informazzjoni, id-Direttur Ġenerali jikkunsidra li l-investigazzjoni li nfetħet mill-Uffiċċju għandha titkompla bl-għan li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni jew azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva, għandu japplika l-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 12g

Arranġamenti ta’ ħidma u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-UPPE

1.  
L-Uffiċċju għandu jiftiehem dwar arranġamenti ta’ ħidma mal-UPPE. Tali arranġamenti ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, inter alia, arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni, inklużi data personali, informazzjoni operattiva, strateġika jew teknika u informazzjoni klassifikata, u għal investigazzjonijiet komplementari.

L-arranġamenti ta’ ħidma għandhom jinkludu arranġamenti dettaljati dwar l-iskambju kontinwu ta’ informazzjoni matul ir-riċezzjoni u l-verifika ta’ allegazzjonijiet bl-għan li tiġi determinata l-kompetenza għall-investigazzjonijiet. Huma għandhom jinkludu wkoll arranġamenti dwar it-trasferiment ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-UPPE, meta l-Uffiċċju jaġixxi b’appoġġ jew b’mod komplementari għall-UPPE. Huma għandhom jipprevedu limiti ta’ żmien għat-tweġib tat-talbiet reċiproċi.

L-Uffiċċju u l-UPPE għandhom jiftiehmu dwar il-limiti ta’ żmien u l-arranġamenti dettaljati fir-rigward tal-Artikolu 12c(5), l-Artikolu 12d(1) u l-Artikolu 12f(1). Sa meta jiġi adottat tali ftehim, l-UPPE għandu jwieġeb it-talbiet tal-Uffiċċju mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn talba kif imsemmi fl-Artikolu 12c(5) u fl-Artikolu 12d(1) u 20 jum ta’ xogħol minn talba għal informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12f(1).

Qabel l-adozzjoni tal-arranġamenti ta’ ħidma mal-UPPE, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat l-abbozz lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, u lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni tagħhom. Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

2.  
L-Uffiċċju għandu jkollu aċċess indirett għal informazzjoni fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE abbażi ta’ sistema hit/no-hit.

Kull meta jinstab tqabbil bejn data mdaħħla fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet mill-Uffiċċju u data miżmuma mill-UPPE, il-fatt li jkun hemm tqabbil għandu jiġi kkomunikat kemm lill-Uffiċċju kif ukoll lill-UPPE. L-Uffiċċju għandu jieħu miżuri adegwati biex l-UPPE jkun jista’ jkollu aċċess għal informazzjoni fis-sistema tiegħu ta’ ġestjoni tal-każijiet abbażi ta’ sistema hit/no-hit.

L-aspetti tekniċi u ta’ sigurtà tal-aċċess reċiproku għas-sistemi ta’ ġestjoni tal-każijiet, inklużi l-proċeduri interni biex jiġi żgurat li kull aċċess ikun debitament ġustifikat għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom u jkun dokumentat, għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti ta’ ħidma.

3.  
Id-Direttur Ġenerali u l-Kap Prosekutur Ewropew għandhom jiltaqgħu minn tal-inqas darba fis-sena biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess komuni.

▼B

Artikolu 13

Kooperazzjoni tal-Uffiċċju mal-Eurojust u l-Europol

▼M2

1.  
Fil-mandat tiegħu li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċċju għandu jikkoopera, kif adatt, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol). Fejn meħtieġ, sabiex tiġi ffaċilitata dik il-kooperazzjoni, l-Uffiċċju għandu jiftiehem mal-Eurojust u l-Europol dwar arranġament amministrattivi. Tali arranġamenti ta’ ħidma jistgħu jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni operazzjonali, strateġika jew teknika, inklużi data personali u informazzjoni kklassifikata u, fuq talba, rapporti ta’ progress.

▼B

Meta dan jista’ jappoġġa u jsaħħaħ il-koordinazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni, jew meta l-Uffiċċju jkun bagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri informazzjoni li biha jipprovdi l-bażi għas-suspett dwar l-eżistenza ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-forma ta’ kriminalità serja, huwa għandu jibgħat l-informazzjoni relevanti lill-Eurojust, fil-mandat tal-Eurojust.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu infurmati fil-ħin mill-Uffiċċju f’każijiet meta l-informazzjoni mogħtija minnhom tintbagħat mill-Uffiċċju lill-Eurojust jew lill-Europol.

Artikolu 14

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.  
L-Uffiċċju jista’ jaqbel ukoll, kif jixraq, dwar arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijet internazzjonali. L-Uffiċċju għandu jikkoordina l-azzjoni tiegħu, kif xieraq, mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u mas-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna, b’mod partikolari qabel ma jaqbel dwar arranġamenti bħal dawn. Arranġamenti bħal dawn jistgħu jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni operazzjonali, strateġika jew teknika, inkluż, fuq talba, rapporti ta’ progress.
2.  
L-Uffiċċju għnadu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati qabel mal-informazzjoni pprovduta minnhom tintbagħat mill-Uffiċċju lill-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-Uffiċċju għandu jżomm rendikont tat-trasmissjonijiet kollha ta’ data personali, inklużi r-raġunijiet għal trasmissjonijiet bħal dawn, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 15

Kumitat ta’ Sorveljanza

▼M2

1.  
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jimmonitorja regolarment l-implimentazzjoni mill-Uffiċċju tal-funzjoni investigattiva tiegħu, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-Uffiċċju fit-twettiq tajjeb tal-kompetenzi mogħtija lilu permezz ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu b’mod partikolari jimmonitorja l-iżviluppi dwar l-applikazzjoni ta’ garanziji proċedurali u t-tul tal-investigazzjonijiet.

Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jindirizza opinjonijiet lid-Direttur Ġenerali, inklużi fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar, fost oħrajn, ir-riżorsi meħtieġa biex titwettaq il-funzjoni investigattiva tal-Uffiċċju, dwar il-prijoritajiet investigattivi tal-Uffiċċju u dwar it-tul tal-investigazzjonijiet. Dawk l-opinjonijiet jistgħu jingħataw fuq inizjattiva tiegħu stess, fuq talba tad-Direttur Ġenerali jew fuq talba ta’ istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, mingħajr madankollu ma jfixklu t-twettiq ta’ investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin.

L-Uffiċċju għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu t-tweġibiet tiegħu għall-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat ta’ Sorveljanza.

L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom ikunu pprovduti b’kopja tal-opinjonijiet mogħtija skont it-tielet subparagrafu.

Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha li jqis li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inklużi rapporti u rakkomandazzjonijiet dwar investigazzjonijiet magħluqa u każijiet miċħuda, mingħajr, madankollu, ma jxekkel it-twettiq ta’ investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin u b’attenzjoni dovuta għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u ta’ protezzjoni tad-data.

▼B

2.  
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jkun kompost minn ħames membri indipendenti li għandhom esperjenza f’funzjoni ġudizzjarja jew investigattiva għolja jew funzjoni komparabbli marbuta mal-oqsma ta’ attività tal-Uffiċċju. Huma għandhom jinħatru bi qbil komuni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Id-deċiżjoni li taħtar il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandha tinkludi wkoll lista ta’ riżerva ta’ membri potenzjali biex jissostitwixxi membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għall-bqija tal-mandat fil-każ ta’ riżenja, mewt jew inkapaċità permanenti ta’ wieħed minn dawk il-membri jew aktar.

3.  
Il-mandat tal-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jkun ta’ ħames snin u ma jiġġeddidx. Tliet u żewġ membri għandhom jiġu sostitwiti alternattivament sabiex tiġi ppreservata l-ħila esperta tal-Kumitat ta’ Sorveljanza.
4.  
Meta jiskadi l-mandat tagħhom, il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinbidlu.
5.  
Jekk membru tal-Kumitat ta’ Sorveljanza jieqaf jissodisfa l-kundizzjonijiet li jmexxu t-tħaddim tad-drittijiet tiegħu jew, jekk ikun instab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu, bi qbil komuni, jeħilsuh mill-kompiti tiegħu.
6.  
F’konformità mar-regoli applikabbli tal-Kummissjoni, il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandhom jirċievu konċessjoni ta’ kuljum u għandhom jiġu rimborsati għall-ispejjeż li jkunu ġarrbu fi dmirijiethom.
7.  
Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija.

▼M2

8.  
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jaħtar lill-president tiegħu. Huwa għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess, li, qabel ma jiġu adottati, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-informazzjoni tagħhom. Il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandhom jissejħu fuq l-inizjattiva tal-president tiegħu jew tad-Direttur Ġenerali. Huwa għandu jagħmel mill-inqas 10 laqgħat fis-sena. Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’ maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu. Is-segretarjat tiegħu għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat ta’ Sorveljanza. Qabel ma jinħatar kwalunkwe membru tal-persunal fis-segretarjat, il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jiġi kkonsultat u l-fehmiet tiegħu għandhom jitqiesu. Is-segretarjat għandu jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Kumitat ta’ Sorveljanza u b’mod indipendenti mill-Kummissjoni. Mingħajr preġudizzju għall-kontroll tagħha fuq il-baġit tal-Kumitat ta’ Sorveljanza u tas-segretarjat tiegħu, il-Kummissjoni m’għandhiex tindaħal fil-funzjonijiet ta’ monitoraġġ tal-Kumitat ta’ Sorveljanza.

▼M1

L-uffiċjali assenjati lis-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza la għandhom ifittxu u lanqas għandhom jieħdu struzzjonijiet mingħand kwalunkwe gvern jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija relatati mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta' monitoraġġ tal-Kumitat ta' Sorveljanza.

▼B

9.  
Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jadotta mill-inqas rapport wieħed dwar l-attivitajiet tiegħu kull sena, li jkun ikopri partikolarment l-evalwazzjoni tal-indipendenza tal-Uffiċċju, l-applikazzjoni ta’ garanziji proċedurali u d-durata ta’ investigazzjonijiet. Dawk ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

Il-Kumitat ta’ Sorveljanza jista’ jippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju u l-azzjoni meħuda abbażi ta’ dawk ir-riżultati.

Artikolu 16

Skambju ta’ fehmiet mal-istituzzjonijiet

▼M2

1.  
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiltaqgħu darba fis-sena mad-Direttur Ġenerali għal skambju ta’ fehmiet fuq livell politiku biex jiddiskutu l-politika tal-Uffiċċju dwar il-metodi ta’ prevenzjoni u ta’ ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjajri tal-Unjoni. Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jipparteċipa fl-iskambju ta’ fehmiet. Il-Kap Prosekutur Ewropew għandu jiġi mistieden jipparteċipa fl-iskambju ta’ fehmiet. Ir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Awdituri, l-UPPE, il-Eurojust u l-Europol jistgħu jiġu mistiedna jattendu fuq bażi ad hoc fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni, mid-Direttur Ġenerali jew mill-Kumitat ta’ Sorveljanza.
2.  

Fi ħdan l-objettiv tal-paragrafu 1, l-iskambju ta’ fehmiet jista’ jkun relatat ma’ kwalunkwe suġġett li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwaru. B’mod partikolari, l-iskambju ta’ fehmiet jista’ jkun relatat ma’:

(a) 

il-prijoritajiet strateġiċi għall-politiki ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju;

(b) 

l-opinjonijiet u r-rapporti ta’ attività tal-Kumitat ta’ Sorveljanza previsti taħt l-Artikolu 15;

(c) 

ir-rapporti tad-Direttur Ġenerali taħt l-Artikolu 17(4) u, kif adatt, kwalunkwe rapport ieħor mill-istituzzjonijiet relatat mal-mandat tal-Uffiċċju;

(d) 

il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji, b’mod partikolari l-UPPE, inkluża kwalunkwe kwistjoni orizzontali u sistemika li wieħed jiltaqa’ magħha fis-segwitu għar-rapporti finali ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju;

(e) 

il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inkluża kwalunkwe kwistjoni orizzontali u sistemika li wieħed jiltaqa’ magħha fis-segwitu għar-rapporti finali ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju;

(f) 

ir-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qafas tal-arranġamenti msemmija f’dan ir-Regolament;

(g) 

l-effettività tal-ħidma tal-Uffiċċju fir-rigward tat-twettiq tal-mandat tiegħu.

▼B

3.  
L-istituzzjonijiet kollha parteċipanti fl-iskambju ta’ fehmiet għandhom jiżguraw li l-iskambju ta’ fehmiet ma jfixkilx it-twettiq tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin.
4.  
L-istituzzjonijiet parteċipanti fl-iskambju ta’ fehmiet għandhom jieħdu kont, fl-azzjonijiet tagħhom, tal-opinjonijiet espressi f’dak l-iskambju. Id-Direttur Ġenerali għandu jipprovdi, fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 17(4), informazzjoni dwar l-azzjonijiet, jekk ikunu ttieħdu, meħuda mill-Uffiċċju.

Artikolu 17

Direttur Ġenerali

1.  
L-Uffiċċju għandu jitmexxa minn Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2. Il-mandat tad-Direttur Ġenerali għandu jkun ta’ seba’ snin u ma jiġġeddidx.

▼M2

2.  
Sabiex taħtar Direttur Ġenerali ġdid, il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħa għal applikazzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tali pubblikazzjoni għandha ssir mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga. Il-Kummissjoni għandha tħejji lista ta’ kandidati kwalifikati kif xieraq. Wara li tkun ingħatat opinjoni favorevoli mill-Kumitat ta’ Sorveljanza dwar il-proċedura ta’ għażla applikata mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, fi żmien xieraq, jaqblu dwar lista mqassra ta’ tliet kandidati mil-lista ta’ kandidati xierqa mfassla mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha taħtar lid-Direttur Ġenerali minn dik il-lista mqassra.
3.  
Id-Direttur Ġenerali la għandu jitlob u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fil-qadi ta’ dmirijietu fir-rigward tal-ftuħ u t-twettiq ta’ investigazzjonijiet esterni u interni jew attivitajiet ta’ koordinazzjoni, jew fl-abbozzar ta’ rapporti konsegwentement għal tali investigazzjonijiet jew attivitajiet ta’ koordinazzjoni. Jekk id-Direttur Ġenerali jqis li miżura meħuda mill-Kummissjoni titfa’ dubju fuq l-indipendenza tiegħu, huwa għandu jinforma minnufih lill-Kumitat ta’ Sorveljanza u għandu jiddeċiedi jekk iressaqx azzjoni kontra l-Kummissjoni quddiem il-QĠUE.
4.  
Id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta regolarment, u mill-inqas annwalment, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sejbiet ta’ investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju, l-azzjoni meħuda u l-problemi li kien hemm, filwaqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u tal-informaturi, u, fejn xieraq, il-liġi nazzjonali applikabbli għal proċedimenti ġudizzjarji. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll valutazzjoni tal-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji, konsegwentement għal rapporti u rakkomandazzjonijiet imfassla mill-Uffiċċju.
4a.  
Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, fil-kuntest tad-drittijiet tagħhom marbuta mal-kontroll baġitarju, id-Direttur Ġenerali jista’ jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju, filwaqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta’ segwitu. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mogħtija f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
5.  

Id-Direttur Ġenerali għandu jżomm lill-Kumitat ta’ Sorveljanza informat perjodikament dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju, l-implimentazzjoni tal-funzjoni investigattiva tiegħu u l-azzjoni meħuda bħala segwitu għal investigazzjonijiet.

Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill-Kumitat ta’ Sorveljanza perjodikament:

(a) 

dwar każijiet li fihom ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mid-Direttur Ġenerali ma jkunux ġew segwiti;

(b) 

dwar każijiet li fihom tkun intbagħtet informazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri jew lill-UPPE

(c) 

dwar każijiet li fihom ma tinfetaħ ebda investigazzjoni u dwar każijiet miċħuda;

(d) 

dwar it-tul tal-investigazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 7(8).

▼B

6.  
Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju jista’ jiddelega bil-miktub l-eżerċizju ta’ uħud mill-funzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 11(7) u l-Artikolu 12(2) lil membru wieħed jew aktar tal-persunal tal-Uffiċċju li jispeċifika l-kondizzjonijiet u l-limiti li jirregolaw tali delega.

▼M2

7.  
Id-Direttur Ġenerali għandu jistabbilixxi proċedura interna ta’ konsulenza u kontroll, inkluża verifika ta’ legalità, relattiva, inter alia, għar-rispett ta’ garanziji proċedurali u d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, b’referenza partikolari għall-Artikolu 11(2). Il-verifika tal-legalità għandha ssir minn persunal tal-Uffiċċju li jkun espert fil-liġi u fi proċeduri investigattivi. L-opinjoni tagħhom għandha tkun mehmuża mar-rapport finali tal-investigazzjoni.
8.  

Id-Direttur Ġenerali għandu jadotta linji gwida dwar il-proċeduri ta’ investigazzjoni għall-persunal tal-Uffiċċju. Dawk il-linji gwida għandhom ikunu f’konformità ma’ dan ir-Regolamenti u għandhom ikopru, fost l-oħrajn:

(a) 

il-prattiki li għandhom jiġu osservati fl-implimentazzjoni tal-mandat tal-Uffiċċju;

(b) 

regoli dettaljati li jirregolaw il-proċeduri ta’ investigazzjoni;

(c) 

il-garanziji proċedurali;

(d) 

dettalji dwar il-proċeduri interni ta’ konsulenza u kontroll, inkluża l-verifika ta’ legalità;

(e) 

il-protezzjoni tad-data u l-politiki dwar il-komunikazzjoni u l-aċċess għad-dokumenti kif stabbilit fl-Artikolu 10(3b);

(f) 

relazzjonijiet mal-UPPE.

▼B

Dawk il-linji gwida, u kwalunkwe modifika għalihom, għandhom jiġu adottati wara li l-Kumitat ta’ Sorveljanza jkun ingħata l-opportunità jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwarhom u wara għandhom jintbagħtu għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u jiġu ppubblikati għal skopijiet ta’ informazzjoni fuq is-sit web tal-Uffiċċju fil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

▼M2

9.  
Qabel ma timponi kwalunkwe penali dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali jew qabel ma tneħħi l-immunità tiegħu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat ta’ Sorveljanza.

▼B

L-impożizzjoni ta’ kwalunkwe penali dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali għandha tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni raġunata, li għandha tintbagħat għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kumitat ta’ Sorveljanza.

10.  
Kwalunkwe referenza għad-“Direttur” tal-Uffiċċju fi kwalunkwe test legali għandha tinqara bħala referenza għad-Direttur Ġenerali.

▼M1

Artikolu 18

Finanzjament

L-approprjazzjonijiet totali għall-Uffiċċju għandhom jiddaħħlu f'linja baġitarja speċifika fit-taqsima tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea relatata mal-Kummissjoni u għandhom jitniżżlu fid-dettall f'Anness għal dik it-taqsima. L-approprjazzjonijiet għall-Kumitat ta' Sorveljanza u s-segretarjat tiegħu għandhom jiddaħħlu fit-taqsima tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea relatata mal-Kummissjoni.

Il-pjan ta' stabbiliment tal-Uffiċċju għandu jiġi anness mal-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni. Il-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni għandu jinkludi s-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza.

▼M2

Artikolu 19

Rapport ta’ evalwazzjoni u reviżjoni possibbli

1.  
Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data determinata f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-effettività u l-effiċjenza tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-UPPE. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn opinjoni tal-Kumitat ta’ Sorveljanza.
2.  
Mhux aktar tard minn sentejn wara l-preżentazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni taħt l-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex timmodernizza l-qafas tal-Uffiċċju, inklużi regoli addizzjonali jew aktar dettaljati dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju, il-funzjonijiet tiegħu jew il-proċeduri applikabbli għall-attivitajiet tiegħu, b’attenzjoni partikolari għall-kooperazzjoni tiegħu mal-UPPE, għal investigazzjonijiet transfruntieri u għal investigazzjonijiet fi Stati Membri li ma jipparteċipawx fl-UPPE.

▼B

Artikolu 20

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament (Euratom) Nru 1074/1999 huma b’dan irrevokati.

Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ u dispożizzjonijiet transizzjonali

1.  
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2.  
L-Artikolu 15(3) għandu japplika għat-tul tal-mandat tal-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-President tal-Parlament Ewropew għandu jagħżel bil-polza, minn fost il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, żewġ membri li d-doveri tagħhom għandhom jintemmu, permezz ta’ deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3), malli jiskadu l-ewwel 36 xahar tal-mandat tagħhom. Għandhom jinħatru żewġ membri ġodda awtomatikament għal mandat ta’ ħames snin biex jieħdu post il-membri ħerġin, fuq il-bażi tal-lista u fl-ordni tal-lista li tinsab fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2012/45/UE, Euratom tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2012 li taħtar il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ( 7 ). Dawk il-membri l-ġodda għandhom ikunu l-ewwel żewġ persuni li jidher isimhom fil-lista.
3.  
It-tielet sentenza tal-Artikolu 17(1) għandha tapplika għat-tul tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

REGOLAMENTI RREVOKATI (IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 20)

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999

(ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999

(ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8)




ANNESS II



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament (Euratom) Nru 1074/1999

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(5)

Artikolu 2 punt 1

Artikolu 2 punt 2

Artikolu 2 punt 3

Artikolu 2

Artikolu 2 punt 4

Artikolu 2 punt 5

Artikolu 2 punt 6

Artikolu 2 punt 7

Artikolu 3 l-ewwel paragrafu

Artikolu 3(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3 it-tieni paragrafu

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(3) it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4) l-ewwel sentenza

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(5) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(6) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(6) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(5) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(6) it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(6) punt (a)

Artikolu 4 (7)

Artikolu 4(6) punt (b)

Artikolu 4(8)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5 l-ewwel paragrafu

Artikolu 5(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5 it-tieni paragrafu

Artikolu 5(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(6)

Artikolu 6

Artikolu 6(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 7(2) l-ewwel sentenza

Artikolu 6(3)

Artikolu 7(2) it-tieni sentenza

Artikolu 6(4)

Artikolu 3(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 7(5)

Artikolu 6(6)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(6)

Artikolu 7(7)

Artikolu 7(8)

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9

Artikolu 8(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 8(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(2)

Artikolu 8(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 10(4)

Artikolu 10(5)

Artikolu 9(1)

Artikolu 11(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 11(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 11(4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(6)

Artikolu 11(7)

Artikolu 11(8)

Artikolu 10(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 12(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 12(2) it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(3)

Artikolu 4(4) it-tieni sentenza

Artikolu 12(3)

Artikolu 12(4)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 11(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(1) it-tielet subparagrafu

Artikolu 15(1) ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 15(1) il-ħames subparagrafu

Artikolu 11(2)

Artikolu 15(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(3)

Artikolu 15(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 15(4)

Artikolu 15(5)

Artikolu 15(6)

Artikolu 11(5)

Artikolu 15(7)

Artikolu 11(6)

Artikolu 15(8)

Artikolu 11(7)

Artikolu 17(5) it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(8)

Artikolu 15(9)

Artikolu 16

Artikolu 12(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 12(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(3)

Artikolu 12(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(4)

Artikolu 12(3) it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(3)

Artikolu 17(5) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(5) it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(6)

Artikolu 17(7)

Artikolu 17(8)

Artikolu 12(4) l-ewwel sentenza

Artikolu 17(9) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(4) it-tieni sentenza

Artikolu 17(9) it-teini subparagrafu

Artikolu 17(10)

Artikolu 13

Artikolu 18

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 16

Artikolu 21(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 21(3)

Anness I

Anness II



( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1)

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

( 4 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal- Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

( 6 ) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

( 7 ) ĠU L 26, 28.1.2012, p. 30.

Top