EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013R0609-20210428
Regulation (EU) No 609/2013 of the European Parliament and of the Council of 12 June 2013 on food intended for infants and young children, food for special medical purposes, and total diet replacement for weight control and repealing Council Directive 92/52/EEC, Commission Directives 96/8/EC, 1999/21/EC, 2006/125/EC and 2006/141/EC, Directive 2009/39/EC of the European Parliament and of the Council and Commission Regulations (EC) No 41/2009 and (EC) No 953/2009 (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02013R0609 — MT — 28.04.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 609/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181 29.6.2013, p. 35) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1091 tal-10 ta' April 2017 |
L 158 |
5 |
21.6.2017 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/571 tal-20 ta’ Jannar 2021 |
L 120 |
1 |
8.4.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) Nru 609/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Ġunju 2013
dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-kategoriji tal-ikel li ġejjin:
formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment;
ikel proċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi;
ikel għal skopijiet mediċi speċjali;
sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
id-definizzjonijiet ta’ “ikel”, “operatur fis-settur kummerċjali tal-ikel”, “bl-imnut” u “tqegħid fis-suq” stabbiliti rispettivament fl-Artikolu 2 u fil-punti (3), (7) u (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;
id-definizzjonijiet ta’ “ikel ippakkjat minn qabel”, “tikkettar” u “nanomaterjal artifiċjali” stabbiliti rispettivament fil-punti (e), (j) u (t) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;
id-definizzjonijiet ta’ “indikazzjoni nutrittiva” u “indikazzjoni tas-saħħa” stabbiliti rispettivament fil-punti (4) u (5) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.
Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
“trabi” tfisser tfal ta' taħt it-12-il xahar;
“tfal żgħar” tfisser tfal li għandhom bejn sena u tliet snin;
“formula tat-trabi” tfisser ikel intenzjonat għall-użu minn trabi fl-ewwel snin ta’ ħajjithom u li waħdu jissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi tat-trabi sal-introduzzjoni ta’ tmigħ komplementari adegwat;
“formula tal-prosegwiment” tfisser ikel intenzjonat għall-użu minn trabi meta jiġi introdott it-tmigħ ta’ ikel kumplementari u li jikkostitwixxi element likwidu ewlieni f’dieta bi progess differenti ta’ dawn it-trabi;
“ikel proċessat biċ-ċereali” tfisser ikel:
maħsub biex jissodisfa r-rekwiżiti partikolari tat-trabi b’saħħithom waqt li jiġu mreddgħa, u tat-tfal żgħar b’saħħithom u bħala suppliment għad-dieta tagħhom u/jew għall-addatament progressiv tagħhom għall-ikel ordinarju
li jappartjeni għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:
“ikel tat-trabi” tfisser ikel maħsub biex jissodisfa r-rekwiżiti partikolari tat-trabi b'saħħithom li jkunu mreddgħa, u tat-tfal żgħar b’saħħithom bħala suppliment għad-dieta tagħhom u/jew għall-addatament progressiv tagħhom, għall-ikel ordinarju, minbarra:
ikel proċessat biċ-ċereali u
Xarbiet ibbażati fuq il-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar;
“ikel għal skopijiet mediċi speċjali” tfisser ikel ipproċessat jew ifformulat b’mod speċjali u maħsub għall-ġestjoni djetetika tal-pazjenti, inklużi t-trabi, li jintuża taħt sorveljanza medika; huwa maħsub għat-tmigħ esklużiv jew parzjali tal-pazjenti li l-ħila limitata, debboli jew kompromessa tagħhom ma tippermettilhomx jieħdu, jiddiġerixxu, jassorbu, iħaddmu jew ineħħu ikel normali jew ċerti nutrijenti li jkollhom fihom jew il-metaboliti, jew ma’ rekwiżiti nutrittivi oħra b’għan mediku, fejn il-ġestjoni djetetika tagħhom ma tistax tinkiseb biss permezz ta’ tibdil fid-dieta normali.
“tibdil tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż” tfisser ikel ifformulat b’mod speċjali għall-użu f’dieti ristretti fl-enerġija għat-tnaqqis tal-piż li, meta jintuża skont l-istruzzjonijiet tal-operatur fis-settur kummerċjali tal-ikel, jibdel id-dieta totali kollha ta’ kuljum.
Artikolu 3
Deċiżjonijiet ta’ interpretazzjoni
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:
dwar jekk ikel partikolari jifformax parti mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament;
għal liema kategorija speċifika ta’ ikel msemmija fl-Artikolu 1(1) jappartjeni ikel partikolari.
Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
Artikolu 4
Tqegħid fis-suq
Artikolu 5
Il-Prinċipju ta’ prekawzjoni
Sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa fir-rigward tal-persuni li għalihom hu maħsub l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-prinċipju kawtelatorju kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
KAPITOLU II
REKWIŻITI TA’ KOMPOŻIZZJONI U TA’ INFORMAZZJONI
TAQSIMA 1
Rekwiżiti ġenerali
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 7
Opinijonijiet tal-Awtorità
L-Awtorità għandha tipprovdi opinjonijiet xjentifiċi skont l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għall-għan tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-opinjonijiet għandhom iservu bħala bażi xjentifika għal kwalunkwe miżura tal-Unjoni adottata f’konformità ma’ dan ir-Regolament li x’aktarx ser ikollha effett fuq is-saħħa pubblika.
Artikolu 8
Aċċess għad-dokumenti
Il-Kummissjoni għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ( 1 ) fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-aċċess għal kwalunkwe dokument kopert bir-Regolament preżenti.
Artikolu 9
Rekwiżiti ġenerali għall-kompożizzjoni u l-informazzjoni
Għal sustanzi li huma nanomaterjali artifiċjali, konformita’ mar-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprovat abbażi ta’ metodi ta’ ttestjar adegwati, meta jkun il-każ.
Artikolu 10
Rekwiżiti addizzjonali għal formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, għandhom ikunu permessi r-rappreżentazzjonijiet grafiċi għall-identifikazzjoni faċli tal-formula tat-trabi u l-formula tal-prosegwiment u biex jintewrew metodi ta’ tħejjija.
TAQSIMA 2
Rekwiżiti speċifiċi
Artikolu 11
Rekwiżiti speċifiċi għall-kompożizzjoni u l-informazzjoni
Soġġett għar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 6 u 9, u għar-rekwiżiti addizzjonali tal-Artikolu 10, u b’kont meħud ta’ progress tekniku u xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati bi qbil mal-Artikolu 18, b’rabta ma’ dan li ġej:
ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kompożizzjoni applikabbli tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti kif stabbiliti fl-Anness;
ir-rekwiżiti speċifiċi dwar l-użu ta’ pestiċidi fi prodotti maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u dwar ir-residwi tal-pestiċidi f’tali ikel. Dawn ir-rekwiziti speċifiċi għall-kategoriji tal-ikel imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) u għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi tat-trabi u t-tfal iż-żgħar li għandhom jiġu aġġornati regolarment u jinkludu, inter alia, dispożizzjonijiet biex l-użu ta’ pestiċidi jiġi kemm jista’ jkun ristrett;
ir-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), inkluża l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa fir-rigward tagħhom;
ir-rekwiżiti ta’ notifika għat-tqegħid fis-suq tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ uffiċjali effiċjenti ta’ tali ikel, u fuq liema bażi l-operaturi fis-settur kummerċjali tal-ikel għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn dak l-ikel qed jitqiegħed fis-suq;
ir-rekwiżiti rigward il-prattiċi promozzjonali u kummerċjali relatati mal-formula tat-trabi; u
ir-rekwiżiti rigward l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta rigward it-tmigħ tat-trabi u t-tfal zgħar sabiex jiggarantixxu informazzjoni adegwata dwar il-prattiki tat-tmigħ adegwati;
ir-rekwiżiti speċifiċi għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppat biex jissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi tat-trabi, inklużi r-rekwiżiti kompożizzjonali u r-rekwiżiti dwar l-użu ta’ pestiċidi fi prodotti intiżi għall-produzzjoni ta’ dan l-ikel, ir-residwi tal-pestiċidi, it-tikkettar, il-preżentazzjoni, ir-reklamar, il-prattiki promozzjonali u kummerċjali kif adatt.
Dawn l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati sal-20 ta’ Lulju 2015.
F’każ ta’ riskji emerġenti tas-saħħa, li jeħtieġu raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 19 għall-atti ddelegati adottati f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
Artikolu 12
Xarbiet ibbażati fuq il-ħalib u xarbiet simili maħsuba għat-tfal żgħar
Sal-20 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Awtorità, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar in-neċessità, jekk ikun il-każ, ta’ dispożizzjonijiet speċjali għal xarbiet ibbażati fuq il-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar rigward ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni u tal-ittikkettar u, jekk adatt, tipi oħrajn ta’ rekwiżiti. Il-Kummissjoni għandha tqis fir-rapport, inter alia, il-ħtiġijiet nutrittivi tat-tfal żgħar, u r-rwol ta’ dawn il-prodotti fid-dieta tat-tfal żgħar u jekk dawk il-prodotti għandhomx benefiċċji nutrittivi meta mqabbla ma’ dieta normali għal tarbija li qed tiġi miftuma. Tali rapport jista’, jekk meħtieġ, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva xierqa.
Artikolu 13
Ikel maħsub għall-isportivi
Sal-20 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Awtorità, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar in-neċessità, jekk ikun il-każ, ta’ dispożizzjonijiet rigward l-ikel maħsub għall-isportivi. Tali rapport jista’, jekk meħtieġ, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva xierqa.
Artikolu 14
Linji gwida tekniċi
Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida tekniċi biex jiffaċilitaw il-konformità mill-operaturi fis-settur kummerċjali tal-ikel, b’mod partikolari l-SMEs, ma’ dan il-Kapitolu u l-Kapitolu III.
KAPITOLU III
LISTA TAL-UNJONI
Artikolu 15
Lista tal-Unjoni
Sustanzi li qegħdin fil-kategoriji ta’ sustanzi li ġejjin jistgħu jiġu miżjuda f’waħda jew aktar mill-kategoriji tal-ikel imsemmijin fl-Artikolu 1(1), sakemm dawn is-sustanzi jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni stabbilita fl-Anness u jkunu konformi mal-elementi fil-lista tal-Unjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu:
vitamini;
minerali;
aminoaċidi;
karnitina u tawrina;
nukleotidi,
Kolin u inożitol.
Il-lista tal-Unjoni għandu jkun fiha l-elementi li gejjin:
il-kategorija tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) li magħha jistgħu jiżdiedu s-sustanzi li qegħdin fil-kategoriji ta’ sustanzi elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
l-isem, id-deskrizzjoni tas-sustanza u, fejn adatt, l-ispeċifikazzjoni tal-forma tagħha;
fejn adatt, il-kondizzjonijiet tal-użu ta’ tali sustanzi;
fejn adatt, il-kriterji ta’ purità applikabbli għas-sustanza.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali li jiffissaw kriterji ta’ purità aktar stretti.
Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi jew il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, fir-rigward tal-kategoriji ta’ sustanzi elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 18 rigward dan li ġej:
it-tneħħija tal-kategoriji ta’ sustanzi;
iż-żieda ta’ kategorija ta’ sustanzi li għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku.
Artikolu 16
Aġġornament tal-lista tal-Unjoni:
Soġġett għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6 u 9 u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 11, u sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi jew il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 18, li temenda l-Anness, fir-rigward ta’ dan li ġej:
iż-żieda ta’ sustanza fil-lista tal-Unjoni;
it-tneħħija ta’ sustanza mil-lista tal-Unjoni;
iż-żieda, it-tneħħija jew l-emenda tal-elementi msemmijin fl-Artikolu 15(3).
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 17
Proċedura ta’ kumitat
Fejn l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-mexxej tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta titlob dan maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.
Artikolu 18
Twettiq tad-delegazzjoni
Artikolu 19
Proċedura ta’ urġenza
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 20
Revoka
F’każ ta’ kunflitt bejn ir-Regolament (KE) Nru 953/2009 u d-Direttivi 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, u dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jkollu prevalenza.
Artikolu 21
Miżuri transitorji
Fejn id-data ta’ applikazzjoni tal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament tkun wara l-20 ta’ Lulju 2016, l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) li huwa konformi ma’ dan ir-Regolament u, kif applikabbli, mar-Regolament (KE) Nru 953/2009 u mad-Direttivi 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE iżda li mhuwiex konformi mal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament, u li jitpoġġa fis-suq jew jingħata tikketta qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-atti ddelegati, jista’ jibqa’ jiġi kkumerċjalizzat wara dik id-data sakemm jispiċċaw il-ħażniet ta’ dak l-ikel.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-20 ta’ Lulju 2016, bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istat Membri kollha.
ANNESS
Lista tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(1)
Sustanza |
Kategorija tal-ikel |
|||||
Formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment |
Ikel u ikel tat-trabi proċessat ibbażat fuq iċ-ċereali |
Ikel għal skopijiet Mediċi speċjali |
Sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż |
|||
Vitamini |
|
|
|
|
|
|
Vitamina A |
|
|
|
|
|
|
retinol |
X |
X |
X |
X |
||
aċetat tar-retinil |
X |
X |
X |
X |
||
palmitat tar-retinil |
X |
X |
X |
X |
||
beta-karotina |
|
X |
X |
X |
||
Vitamina D |
|
|
|
|
|
|
ergokalċiferol |
X |
X |
X |
X |
||
kolekalċiferol |
X |
X |
X |
X |
||
Vitamina E |
|
|
|
|
|
|
D-alfa tokoferol |
X |
X |
X |
X |
||
DL-alfa tokoferol |
X |
X |
X |
X |
||
Aċetat ta’ D-alfa-tokoferil |
X |
X |
X |
X |
||
Aċetat ta’ DL-alfa-tokoferil |
X |
X |
X |
X |
||
Suċċinat aċidu ta’ D-alfa-tokoferil |
|
|
X |
X |
||
D-alfa-tokoferil polietilene glikol -1000 suċċinat (TPGS) |
|
|
X |
|
||
Vitamina K |
|
|
|
|
|
|
fillokinona (fitomenadjona) |
X |
X |
X |
X |
||
menakinona (1) |
|
|
X |
X |
||
Vitamina Ċ |
|
|
|
|
|
|
L-aċidu askorbiku |
X |
X |
X |
X |
||
L-assorbat tas-sodju |
X |
X |
X |
X |
||
L-assorbat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
L-assorbat tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
L-assorbil 6-palmitat |
X |
X |
X |
X |
||
Tiamina |
|
|
|
|
|
|
idroklorur tat-tijamina |
X |
X |
X |
X |
||
mononitrat tat-tijamina |
X |
X |
X |
X |
||
Riboflavin |
|
|
|
|
|
|
riboflavin |
X |
X |
X |
X |
||
riboflavin 5’-fosfat, sodju |
X |
X |
X |
X |
||
Niaċina |
|
|
|
|
|
|
aċidu nikotoniku |
X |
X |
X |
X |
||
nikotinamide |
X |
X |
X |
X |
||
Vitamina B6 |
|
|
|
|
|
|
idroklorur tal-piridossina |
X |
X |
X |
X |
||
piridossina 5’-fosfat |
X |
X |
X |
X |
||
dipalmitat tal-piridossina |
|
X |
X |
X |
||
Folat |
|
|
|
|
|
|
aċidu foliku (aċidu pterojlmonoglutamiku) |
X |
X |
X |
X |
||
L-metilfolat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
Vitamina B12 |
|
|
|
|
|
|
ċjanokobalamina |
X |
X |
X |
X |
||
idrossokobalamina |
X |
X |
X |
X |
||
Bijotina |
|
|
|
|
|
|
D-bijotina |
X |
X |
X |
X |
||
Aċidu Pantoteniku |
|
|
|
|
|
|
D-pantotenat, kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
D-pantotenat, sodju |
X |
X |
X |
X |
||
dexpantenolu |
X |
X |
X |
X |
||
Minerali |
|
|
|
|
|
|
Potassju |
|
|
|
|
|
|
bikarbunat tal-potassju |
X |
|
X |
X |
||
karbunat tal-potassju |
X |
|
X |
X |
||
klorur tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
gliċerofosfat tal-potassju |
|
X |
X |
X |
||
laktat tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
idrossidu tal-potassju |
X |
|
X |
X |
||
melħ tal-potassju tal-aċidu ortofosforiku |
X |
|
X |
X |
||
ċitrat tal-potassju tal-manjesju |
|
|
X |
X |
||
Kalċju |
|
|
|
|
|
|
karbonat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
klorur tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
melħ tal-kalċju tal-aċidu ċitriku |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
gliċerofosfat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
lattat tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
melħ tal-kalċju tal-aċidu ortofosforiku |
X |
X |
X |
X |
||
idrossidu tal-kalċju |
X |
X |
X |
X |
||
ossidu tal-kalċju |
|
X |
X |
X |
||
sulfat tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
bisgliċinat tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
malat ċitrat tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
malat tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
L-pidolat tal-kalċju |
|
|
X |
X |
||
oligosakkaridi tal-kalċju fosforil |
|
|
X |
|
||
Manjesju |
|
|
|
|
|
|
aċetat tal-manjesju |
|
|
X |
X |
||
karbonat tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
klorur tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
melħ tal-manjesju tal-aċidu ċitriku |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
gliċerofosfat tal-manjesju |
|
X |
X |
X |
||
melħ tal-manjesju tal-aċidu ortofosforiku |
X |
X |
X |
X |
||
laktat tal-manjesju |
|
X |
X |
X |
||
idrossidu tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
ossidu tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
sulfat tal-manjesju |
X |
X |
X |
X |
||
L-aspartat tal-manjesju |
|
|
X |
|
||
bisgliċinat tal-manjesju |
|
|
X |
X |
||
L-aspartat tal-manjesju |
|
|
X |
X |
||
ċitrat tal-potassju tal-manjesju |
|
|
X |
X |
||
Hadid |
|
|
|
|
|
|
karbunat ferruż |
|
X |
X |
X |
||
ċitrat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat ferriku tal-ammonju |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
fumarat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
difosfat ferriku tas-sodju |
|
X |
X |
X |
||
laktat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
sulfat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
fosfat ferruż tal-ammonju |
|
|
X |
X |
||
EDTA ferriku tas-sodju |
|
|
X |
X |
||
difosfat ferriku (pirofosfat ferriku) |
X |
X |
X |
X |
||
sakkarat ferriku |
|
X |
X |
X |
||
adid elementali (karbonil + elettrolitiku + idroġenu mnaqqas) |
|
X |
X |
X |
||
bisgliċinat ferruż |
X |
X |
X |
X |
||
L-pidolat ferruż |
|
|
X |
X |
||
Zingu |
|
|
|
|
|
|
aċetat taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
klorur taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
laktat taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
ossidu taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
karbonat taż-żingu |
|
|
X |
X |
||
sulfat taż-żingu |
X |
X |
X |
X |
||
bisgliċinat taż-żingu |
|
|
X |
X |
||
Ram |
|
|
|
|
|
|
karbunat tar-ram |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat tar-ram |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat tar-ram |
X |
X |
X |
X |
||
sulfat tar-ram |
X |
X |
X |
X |
||
kumpless ram-lisin |
X |
X |
X |
X |
||
Manganiż |
|
|
|
|
|
|
karbunat tal-manganiż |
X |
X |
X |
X |
||
klorur tal-manganiż |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat tal-manganiż |
X |
X |
X |
X |
||
glukonat tal-manganiż |
X |
X |
X |
X |
||
gliċerofosfat tal-manganiż |
|
X |
X |
X |
||
sulfat tal-manganiż |
X |
X |
X |
X |
||
Fluworidu |
|
|
|
|
|
|
fluworidu tal-potassju |
|
|
X |
X |
||
fluworidu tas-sodju |
|
|
X |
X |
||
Selenju |
|
|
|
|
|
|
selenat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
idroġenu selenit tas-sodju |
|
|
X |
X |
||
selenit tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
mira arrikkita bis-selenju (2) |
|
|
X |
X |
||
Kromju |
|
|
|
|
|
|
klorur tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu |
|
|
X |
X |
||
sulfat tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu |
|
|
X |
X |
||
pikolinat tal-kromju |
|
|
X |
X |
||
Molibdenu |
|
|
|
|
|
|
molibdata tal-ammonju |
|
|
X |
X |
||
molibdat tas-sodju |
|
|
X |
X |
||
Jodju |
|
|
|
|
|
|
jodur tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
jodat tal-potassju |
X |
X |
X |
X |
||
jodur tas-sodju |
X |
X |
X |
X |
||
jodat tas-sodju |
|
X |
X |
X |
||
Sodju |
|
|
|
|
|
|
bikarbonat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
karbonat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
klorur tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
ċitrat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
glukonat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
laktat tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
idrossidu tas-sodju |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju tal-aċidu ortofosforiku |
X |
|
X |
X |
||
Boron |
|
|
|
|
|
|
borat tas-sodju |
|
|
X |
X |
||
aċidu boriku |
|
|
X |
X |
||
Aċidi amminiċi (3) |
|
|
|
|
|
|
L-alanina |
|
|
X |
X |
||
L-arġinina: |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
L-aċidu aspartiku |
|
|
X |
|
||
L-ċitrullina |
|
|
X |
|
||
L-ċisteina |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
Ċistina (4) |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
L-istidina |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
L-aċidu glutamiku |
|
|
X |
X |
||
L-glutamina |
|
|
X |
X |
||
gliċina |
|
|
X |
|
||
L-isolewċina |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
Il-lewċina |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
L-liżina |
X u l-kloridrat tiegħu |
X u l-kloridrat tiegħu |
X |
X |
||
aċetat tal-L-liżina |
|
|
X |
X |
||
L-metionina |
X |
X |
X |
X |
||
L-ornitina |
|
|
X |
X |
||
L-fenilalanina |
X |
X |
X |
X |
||
L-prolina |
|
|
X |
|
||
L-treonina |
X |
X |
X |
X |
||
L-triptofanina |
X |
X |
X |
X |
||
L-tirosina |
X |
X |
X |
X |
||
L-valina |
X |
X |
X |
X |
||
L-serina |
|
|
X |
|
||
L-arġinina-L-aspartat |
|
|
X |
|
||
L-liżina-L-aspartat |
|
|
X |
|
||
L-liżina-L-glutamat |
|
|
X |
|
||
N-aċetil-L-ċisteina |
|
|
X |
|
||
N-aċetil-L-metjonina |
|
|
X (għall-prodotti intiżi għal persuni akbar minn sena) |
|
||
Carnitine u taurine |
|
|
|
|
|
|
L-karnetina |
X |
X |
X |
X |
||
L-karnetina |
X |
X |
X |
X |
||
tawrina |
X |
|
X |
X |
||
L-karnetina-L-tartrat |
X |
|
X |
X |
||
Nukleotidi |
|
|
|
|
|
|
adenosine 5’-aċidu fosforiku (AMP) |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju ta’ AMP |
X |
|
X |
X |
||
cytidine 5’-aċidu monofosforiku (CMP) |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju ta’ CMP |
X |
|
X |
X |
||
guanosine 5’-aċidu fosforiku (GMP) |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju ta’ GMP |
X |
|
X |
X |
||
inosine 5’-aċidu fosforiku (IMP) |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju ta’ IMP |
X |
|
X |
X |
||
uridine 5’-aċidu fosforiku (UMP) |
X |
|
X |
X |
||
melħ tas-sodju ta’ UMP |
X |
|
X |
X |
||
Kolin u inozitol |
|
|
|
|
|
|
kolin |
X |
X |
X |
X |
||
klorat tal-kolin |
X |
X |
X |
X |
||
bitartrat tal-kolin |
X |
X |
X |
X |
||
ċitrat tal-kolin |
X |
X |
X |
X |
||
inożitol |
X |
X |
X |
X |
||
(1)
Menakinona li sseħħ prinċipalment bħala menakinona-7 u, sa ċertu ammont żgħir, menakinona-6.
(2)
mira arrikkita bis-selenju prodotta mit-tkabbir fil-preżenza ta’ selenat tas-sodju bħala sors tas-selenju u li jkun fih, fil-forma mnixxfa kif imqiegħed fis-suq, mhux iktar minn 2,5 mg Se/g. L-ispeċi predominanti tas-selenju organiku preżenti fil-ħmira hija selenometjonina (bejn 60 u 85 % tat-total tas-selenju estratt fil-prodott). Il-kontenut ta’ komponenti oħra ta’ selenju organiku inkluz selenoċisteina m’għandux jaqbeż l-10 % tat-total tas-selenju estratt. Il-livelli ta’ selenju inorganiku normalment ma għandhomx jaqbżu 1 % tat-total ta’ selenju estratt.
(3)
ħall-amino aċidi użati fil-formuli tat-trabi, formuli tal-prosegwiment, ikel proċessat ibbazat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi jista’ jintuża biss idroklorur imsemmi speċifikament. Għall-amino aċidi użati fl-ikel għal skopijiet mediċinali speċjali u fis-sostitut totali tad-dieta għall-kontroll tal-piż, jistgħu jintużaw ukoll, sa fejn applikabbli, l-imluħ tas-sodju, tal-potassju, tal-kalċju u tal-manjesju kif ukoll l-idrokloruri tagħhom.
(4)
il-każ tal-użu fil-formuli tat-trabi, il-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u l-ikel tat-trabi tista’ tintuża biss il-forma L-ċistina. |
( 1 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.