Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0575-20180101

    Consolidated text: Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/2018-01-01

    02013R0575 — MT — 01.01.2018 — 003.003


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (UE) 575/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-26 ta’ Ġunju 2013

    dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 176 27.6.2013, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014

      L 11

    37

    17.1.2015

    ►M2

    REGOLAMENT (UE) 2016/1014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta' Ġunju 2016

      L 171

    153

    29.6.2016

    ►M3

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2188 tal-11 ta' Awwissu 2017

      L 310

    1

    25.11.2017

    ►M4

    REGOLAMENT (UE) 2017/2395 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Diċembru 2017

      L 345

    27

    27.12.2017

     M5

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/405 tal-21 ta' Novembru 2017

      L 74

    3

    16.3.2018


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 208, 2.8.2013, p.  68 (575/2013)

    ►C2

    Rettifika, ĠU L 321, 30.11.2013, p.  6 (575/2013)

    ►C3

    Rettifika, ĠU L 020, 25.1.2017, p.  2 (575/2013)

    ►C4

    Rettifika, ĠU L 060, 8.3.2017, p.  64 (2015/62)




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) 575/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-26 ta’ Ġunju 2013

    dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    PARTI WIEĦED

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI



    TITOLU I

    SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw rekwiżiti prudenzjali ġenerali li l-istituzzjonijiet sorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw magħhom fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

    (a) rekwiżiti ta’ fondi proprji li jirrelataw ma’ elementi intierament kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta’ riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju operattiv u riskju tas-saldu;

    (b) rekwiżiti li jillimitaw skoperturi kbar;

    (c) wara li l-att iddelegat imsemmi fl-Artikolu 460 ikun daħal fis-seħħ, rekwiżiti tal-likwidità li jirrelataw ma’ elementi intierament kkwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta’ riskju tal-likwidità;

    (d) rekwiżiti ta’ rapportar li jirrelataw mal-punti (a), (b) u (c) u mal-lieva finanzjarja;

    (e) rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.

    Dan ir-Regolament ma jirregolax ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għal awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE.

    Artikolu 2

    Setgħat superviżorji

    Għall-fini tal-iżgurar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE.

    Artikolu 3

    Applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti mill-istituzzjonijiet

    Dan ir-Regolament ma jostakolax lill-istituzzjonijiet milli jżommu fondi proprji u l-komponenti tagħhom f’eċċess ta’, jew japplikaw miżuri li jkunu aktar stretti minn, dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Definizzjonijiet

    1.  Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser impriża li n-negozju tagħha jkun li tieħu depożiti jew fondi oħra ripagabbli mingħand il-pubbliku u li tagħti krediti f'isimha stess;

    (2) ‘ditta ta' investiment’ tfisser persuna kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, li tkun soġġetta għar-rekwiżiti imposti minn dik id-Direttiva, esklużi dawn li ġejjin:

    (a) istituzzjonijiet ta’ kreditu;

    (b) ditti lokali;

    (c) ditti li mhumiex awtorizzati li jipprovdu s-servizz anċillari msemmi fil-punt (1) tat-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE, li jipprovdu biss wieħed jew aktar mis-servizzi ta' investiment u attivitajiet elenkati fil-punti 1, 2, 4 u 5 tat-Taqsima A tal-Anness I għal dik id-Direttiva, u li mhumiex permessi jżommu flus jew titoli li jappartjenu għall-klijenti tagħhom u li għal dik ir-raġuni ma jistgħu f'ebda mument ikollhom dejn mal-klijenti tagħhom;

    (3) ‘istituzzjoni’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta' investiment;

    (4) ‘ditta lokali’ tfisser ditta li tinnegozja għan-nom tagħha stess fi futures finanzjarji jew opzjonijiet jew derivati oħra u fis-swieq tal-flus għall-fini waħdieni ta' kopertura tal-pożizzjonijiet fis-swieq tad-derivati, jew tinnegozja għan-nom ta’ membri oħra ta’ dawk is-swieq u tkun garantita mill-membri tal-ikklerjar tal-istess swieq, fejn ir-responsabbiltà biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tal-kuntratti li tkun daħlet għalihom tali ditta ikunu assunti mill-membri tal-ikklerjar tal-istess swieq;

    (5) ‘impriża tal-assigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ( 1 );

    (6) ‘impriża tar-riassigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

    (7) ‘impriża ta’ investiment kollettiv’ jew ‘CIU’ (collective investment undertaking) tfisser UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) ( 2 ), inkluż, sakemm mhux previst mod ieħor, entitajiet ta' pajjiżi terzi li jwettqu attivitajiet simili, li huma soġġetti għal superviżjoni skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta' pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, AIF kif definit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi ( 3 ), AIF mhux tal-UE kif definit fl-Artikolu 4(1)(aa) ta' dik id-Direttiva;

    (8) ‘entità tas-settur pubbliku’ tfisser korp amministrattivi mhux kummerċjali responsabbli lejn il-gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, jew lejn l-awtoritajiet li jeżerċitaw l-istess responsabbiltajiet bħall-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali, jew impriża mhux kummerċjali li hija taħt is-sjieda ta' jew stabbilita jew sponsorjata mill-gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, u li jkollha arranġamenti ta’ garanzija espliċita, u tista' tinkludi korpi awtoamministrati rregolati bil-liġi li jkunu taħt superviżjoni pubblika;

    (9) ‘korp ta' ġestjoni’ tfisser korp ta' ġestjoni kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

    (10) ‘amministrazzjoni għolja’ tfisser amministrazzjoni għolja kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

    (11) 'riskju sistemiku' tfisser riskju sistemiku kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

    (12) 'riskju involut fl-użu tal-mudelli' tfisser riskju involut fl-użu tal-mudelli kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

    (13) ‘oriġinatur’ tfisser entità li:

    (a) hi jew permezz ta’ entitajiet relatati, direttament jew indirettament, kienet involuta fil-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligazzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet potenzjali tad-debitur jew debitur potenzjali li wassal biex l-iskopertura tkun ittitolizzata; jew

    (b) tixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tagħha stess u mbagħad tittitolizzahom;

    (14) ‘sponser’ tfisser istituzzjoni differenti mill-istituzzjoni oriġinatriċi li tistabilixxi u timmaniġja programm ta’ karta kummerċjali ggarantita b’assi jew skema ta’ titolizzazzjoni li tixtri l-iskoperturi mingħand entitajiet ta’ partijiet terzi;

    (15) ‘impriża prinċipali’ tfisser:

    (a) impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

    (b) għall-finijiet tat-Taqsima II tal-Kapitoli 3 u 4 tat-Titolu VII u t-Titolu VIII tad-Direttiva 2013/36/UE u Parti Ħamsa ta’ dan ir-Regolament, impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe impriża li, effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq impriża oħra;

    (16) ‘sussidjarja’ tfisser:

    (a) impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

    (b) impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe impriża li fuqha, impriża prinċipali effettivament teżerċita influwenza dominanti.

    Is-sussidjarji ta’ sussidjarji għandhom jitqiesu wkoll bħala sussidjarji tal-impriża li tkun l-impriża prinċipali oriġinali tagħhom;

    (17) ‘fergħa’ tfisser post tan-negozju li jifforma parti legalment dipendenti ta’ istituzzjoni u li twettaq b’mod dirett it-transazzjonijiet kollha jew uħud minnhom inerenti fin-negozju ta' istituzzjonijiet;

    (18) ‘impriża ta’ servizzi anċillari’ tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti f'li jkollha jew f'li tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta’ proċessar ta’ data, jew attività simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta’ istituzzjoni waħda jew aktar;

    ►C2  (19) ‘kumpannija tal-ġestjoni ta' assi’ tfisser kumpannija tal-ġestjoni ta' assi kif iddefinita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE jew AIFM kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE inkluż, sakemm mhux previst mod ieħor, entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jwettqu attivitajiet simili u li huma soġġetti għal-liġi ta' pajjiż terz ◄ li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni;

    (20) ‘kumpannija azzjonarja finanzjarja’ tfisser istituzzjoni finanzjarja, li s-sussidjarji tagħha jkunu esklużivament jew prinċipalment istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, tal-inqas waħda minn tali sussidjarji tkun istituzzjoni, u li ma tkunx kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta;

    (21) ‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE;

    (22) ‘kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta’ tfisser impriża prinċipali, differenti minn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew istituzzjoni jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, li s-sussidjarji tagħha jinkludu tal-inqas istituzzjoni waħda;

    (23) ‘impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

    (24) ‘impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz’ tfisser impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

    (25) ‘ditta ta' investiment ta’ pajjiż terz rikonoxxuta’ tfisser kumpannija li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) jekk kienet stabbilita fl-Unjoni, tkun koperta mid-definizzjoni ta’ ditta ta' investiment;

    (b) tkun awtorizzata f’pajjiż terz;

    (c) tkun soġġetta għal u konformi mar-regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala tal-inqas stretti daqs dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fid-Direttiva 2013/36/UE;

    (26) ‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser impriża oħra għajr istituzzjoni, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta’ holdings jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15, tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern ( 4 ), u kumpannija ta' ġestjoni tal-assi, ►C2  iżda esklużi kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit, rispettivament, fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE; ◄

    (27) ‘entità tas-settur finanzjarju tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) istituzzjoni;

    (b) istituzzjoni finanzjarja;

    (c) impriża ta' servizzi anċillari inkluża fis-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta' istituzzjoni;

    (d) impriża tal-assigurazzjoni;

    (e) impriża tal-assigurazzjoni ta' pajjiż terz;

    (f) impriża tar-riassigurazzjoni;

    (g) impriża tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz;

    ▼C2

    (h) kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

    ▼C2

    ▼B

    (k) impriża eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva;

    (l) impriża ta' pajjiż terz b'mudell kummerċjali li jista' jitqabbel ma' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (k);

    (28) ‘istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru’ tfisser istituzzjoni fi Stat Membru li jkollha istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja jew li jkollha holding f’tali istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja, u li ma tkunx hija nnifisha sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;

    (29) ‘istituzzjoni prinċipali tal-UE’ tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;

    (30) ‘kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;

    (31) ‘kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja oħra jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;

    (32) ‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;

    (33) ‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja oħra jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;

    (34) ‘kontroparti ċentrali’ jew 'CCP' (central counterparty) tfisser CCP kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

    (35) ‘holding’ tfisser holding fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji ( 5 ), jew is-sjieda, diretta jew indiretta, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta’ impriża;

    (36) ‘holding kwalifikattiva’ tfisser holding diretta jew indiretta f’impriża li tirrapreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li jagħmluha possibbli li tkun eżerċitata influwenza fuq il-maniġment ta’ dik l-impriża;

    (37) ‘kontroll’ tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif iddefinita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew l-istandards ta' kontabbiltà li istituzzjoni hija soġġetta għalihom skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

    (38) ‘rabtiet mill-qrib’ tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar ikunu konnessi b’xi waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) partiċipazzjoni fil-forma ta’ pussess dirett jew permezz ta’ kontroll ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;

    (b) kontroll;

    (c) konnessjoni permanenti tat-tnejn li huma jew ta' kollha mal-istess persuna terza minn relazzjoni ta’ kontroll;

    (39) ‘grupp ta’ klijenti konnessi’ tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a) żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar li, sakemm ma jintweriex mod ieħor, jikkostitwixxu riskju wieħed għaliex wieħed minnhom, direttament jew indirettament, ikollhom kontroll fuq l-ieħor jew l-oħrajn;

    (b) żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar li bejniethom ma jkunx hemm relazzjoni ta’ kontroll kif deskritt fil-punt (a) imma li jridu jitqiesu li jikkostitwixxu riskju wieħed għaliex tant ikunu interkonnessi li, jekk wieħed minnhom kellu jiffaċċja problemi finanzjarji, b’mod partikolari diffikulatjiet fil-finanzjament jew fir-ripagament, l-ieħor jew l-oħrajn kolha probabbilment jiffaċċjaw ukoll diffikulatjiet fil-finanzjament jew fir-ripagament.

    Minkejja l-punti (a) u (b), meta gvern ċentrali jkollu kontroll dirett ta’ jew ikun interkonness b'mod dirett ma' iżjed minn persuna waħda fiżika jew ġuridika, is-sett li jikkonsisti mill-gvern ċentrali u l-persuni kollha fiżiċi jew ġuridiċi li huma kkontrollati b'mod dirett jew indirett minnu f'konformità mal-punt (a), jew interkonnessi miegħu f'konformità mal-punt (b), jista' jiġi meqjus li ma jikkostitwixxix grupp ta’ klijenti konnessi. Minflok, l-eżistenza ta' grupp ta’ klijenti konnessi ffurmat mill-gvern ċentrali u persuni fiżiċi u ġuridiċi oħra tista' tkun valutata b'mod separat għal kull persuna direttament ikkontrollata minnu f'konformità mal-punt (a), jew direttament interkonnessa miegħu f'konformità mal-punt (b,) u għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li huma kkontrollati minn dik il-persuna f'konformità mal-punt (a) jew interkonnessi ma' dik il-persuna f'konformità mal-punt (b), inkluż il-gvern ċentrali. L-istess japplika fil-każijiet ta’ gvernijiet reġjonali jew awtoritajet lokali li għalihom japplika l-Artikolu 115(2).

    (40) ‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità pubblika jew korp rikonoxxut uffiċjalment mid-dritt nazzjonali, li jingħataw is-setgħa mid-dritt nazzjonali li jissorveljaw istituzzjonijiet bħala parti mis-sistema ta' superviżjoni li tkun operattiva fl-Istat Membru kkonċernat;

    (41) ‘superviżur konsolidanti’ tfisser awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u ta' istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE;

    (42) ‘awtorizzazzjoni’ tfisser strument maħruġ fi kwalunkwe forma mill-awtoritajiet li permezz tiegħu jingħata d-dritt li jitwettaq in-negozju;

    (43) ‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser l-Istat Membru li fih istituzzjoni tkun ingħatat awtorizzazzjoni;

    (44) ‘Stat Membru ospitanti’ tfisser l-Istat Membru li fih istituzzjoni jkollha fergħa jew li fih tipprovdi servizzi;

    (45) ‘banek ċentrali tas-SEBĊ’ tfisser il-banek ċentrali nazzjonali li jkunu membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB), u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);

    (46) ‘banek ċentrali’ tfisser il-banek ċentrali tas-SEBĊ u l-banek ċentrali ta' pajjiżi terzi;

    (47) ‘sitwazzjoni konsolidata’ tfisser is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament skont il-Parti Wieħed, Titolu II, Kapitolu 2 għal istituzzjoni bħallikieku dik l-istituzzjoni kienet tifforma, flimkien ma’ entità oħra jew aktar, istituzzjoni waħda;

    (48) ‘bażi konsolidata’ tfisser fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata;

    (49) ‘bażi subkonsolidata’ tfisser abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, bl-esklużjoni ta' sottogrupp ta' entitajiet jew abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li ma tkunx l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja finali;

    (50) ‘strument finanzjarju’ tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a) kuntratt li jiġġenera kemm assi finanzjarji ta’ parti waħda kif ukoll obbligazzjoni finanzjarja jew strument ta’ ekwità ta’ parti oħra;

    (b) strument speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;

    (c) strument finanzjarju derivattiv;

    (d) strument finanzjarju primarju;

    (e) strument ta’ flus.

    L-istrumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ikunu strumenti finanzjarji biss jekk il-valur tagħhom jidderivi mill-prezz ta’ strument finanzjarju sottostanti jew element, rata jew indiċi sottostanti oħra;

    (51) ‘kapital inizjali’ tfisser l-ammont u t-tipi ta’ fondi proprji speċifikati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u fit-Titolu IV ta’ dik id-Direttiva għad-ditti ta' investiment;

    (52) ‘riskju operattiv’ tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn proċessi interni inadegwati jew li fallew, minn persuni u sistemi jew minn avvenimenti esterni, u jinkludi riskju legali;

    (53) ‘riskju ta’ dilwizzjoni’ tfisser ir-riskju li ammont riċevibbli jitnaqqas permezz ta’ krediti ta’ flus jew mhux ta’ flus lid-debitur;

    (54) ‘probabbiltà tal-inadempjenza’ jew 'PD' (probability of default) tfisser il-probabbiltà tal-inadempjenza ta’ kontroparti fuq perijodu ta’ sena waħda;

    (55) ‘telf fil-każ ta’ inadempjenza’ jew 'LGD' (loss given default) tfisser il-proporzjon tat-telf fuq skopertura minħabba inadempjenza ta’ kontroparti mal-ammont pendenti fl-inadempjenza;

    (56) ‘fattur ta' konverżjoni’ tfisser il-proporzjon tal-ammont kurrentement mhux miġbud ta’ impenn li jista' jinġibed u li għalhekk ikun pendenti fl-inadempjenza mal-ammont kurrentement pendenti tal-impenn, il-firxa tal-impenn jiġi stabbilit skont il-limitu rakkomandat, sakemm il-limitu mhux rakkomandat ma jkunx ogħla;

    (57) ‘mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu’ tfisser it-teknika użata minn istituzzjoni biex tnaqqas ir-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew skoperturi li istituzzjoni tkompli żżomm;

    (58) ‘protezzjoni ta’ kreditu finanzjata’ tfisser it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni jidderivi mid-dritt ta’ dik l-istituzzjoni, fil-każ tal-inadempjenza tal-kontroparti jew fl-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ kreditu speċifiċi oħra li jirrelataw mal-kontroparti, li tillikwida, jew li tikseb trasferiment jew approprjazzjoni ta’, jew li żżomm, ċerti assi jew ammonti, jew li tnaqqas l-ammont tal-iskopertura għal, jew li tissostitwixxih bl-ammont tad-differenza bejn l-ammont tal-iskopertura u l-ammont tal-pretensjoni fuq l-istituzzjoni;

    (59) ‘protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata’ tfisser il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni jidderivi mill-obbligu ta’ parti terza li tħallas ammont fil-każ ta’ inadempjenza tal-mutwatarju jew l-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ kreditu speċifiċi oħra;

    (60) ‘strument ta’ flus assimilat’ tfisser ċertifikat ta’ depożitu, bond li jinkludi bond kopert jew kwalunkwe strument mhux subordinat ieħor, li nħareġ minn istituzzjoni, li għaliha l-istituzzjoni diġà tkun irċeviet pagament sħiħ u li jiġi rimborżat mingħajr kondizzjonijiet mill-istituzzjoni bil-valur nominali tiegħu;

    (61) ‘titolizzazzjoni’ tfisser transazzjoni jew skema, li biha riskju ta’ kreditu assoċjat mal-iskopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi tkun segmentata, u jkollha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

    (a) pagamenti fit-transazzjoni jew skema jkunu dipendenti fuq il-prestazzjoni tal-iskopertura jew l-aggregazzjoni ta’ skoperturi;

    (b) is-subordinazzjoni tas-segmenti tiddetermina d-distribuzzjoni tat-telf matul il-ħajja kurrenti tat-transazzjoni jew skema;

    (62) ‘pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni’ tfisser skopertura għal titolizzazzjoni;

    (63) ‘rititolizzazzjoni’ tfisser titolizzazzjoni meta r-riskju assoċjat ma’ aggregazzjoni sottostanti ta’ skoperturi jiġi segmentat u tal-inqas waħda mill-iskoperturi sottostanti tkun pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

    (64) ‘pożizzjoni ta’ rititolizzazzjoni’ tfisser skopertura għal rititolizzazzjoni;

    (65) ‘tisħiħ fil-kreditu’ tfisser arranġament kuntrattwali li bih il-kwalità ta’ kreditu ta’ pożizzjoni f’titolizzazzjoni tittejjeb fir-rigward ta’ dak li kienet tkun, kieku t-titjib ma kienx ġie pprovdut, inkluż it-titjib ipprovdut minn segmenti aktar subordinarji fit-titolizzazzjoni u tipi oħra ta’ protezzjoni ta’ kreditu;

    (66) ‘entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni’ jew 'SSPE' (securitisation special purpose entity) tfisser fiduċjarja korporattiva jew entità oħra, differenti minn istituzzjoni, organizzata għat-twettiq ta’ titolizzazzjoni jew titolizzazzjonijiet, li l-attivitajiet ta’ dawn ikunu limitati għal dawk xierqa għall-ksib ta’ dak l-objettiv, l-istruttura tagħha tkun maħsuba biex tiżola l-obbligi tal-SSPE minn dawk tal-istituzzjoni oriġinatriċi, u li fiha d-detenturi tal-interessi benefiċjarji jkollhom id-dritt li jagħtu b'rahan jew jiskambjaw dawk l-interessi mingħajr restrizzjoni;

    (67) ‘segment’ tfisser segment stabbilit kuntrattwalment tar-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew numru ta’ skoperturi, fejn pożizzjoni fis-segment tinvolvi riskju ta’ kreditu akbar minn jew inqas minn pożizzjoni tal-istess ammont f’kull tali segment ieħor, mingħajr ma titqies il-protezzjoni ta’ kreditu pprovduta minn partijiet terzi direttament lid-detenturi ta’ pożizzjonijiet fis-segment jew f’segmenti oħra;

    (68) ‘evalwazzjoni skont il-valur tas-suq’ tfisser il-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet bi prezzijiet tal-għeluq disponibbli immedjatement maħruġin minn sors indipendenti, inklużi prezzijiet tal-kambju, prezzijiet ikkwotati fuq l-iskrin, jew kwotazzjonijiet minn diversi sensara finanzjarji indipendenti ta’ reputazzjoni;

    (69) ‘evalwazzjoni skont mudell’ tfisser kwalunkwe valwazzjoni li titqabbel ma' parametru referenzjarju, tiġi estrapolata jew ikkalkulata mod ieħor minn input wieħed jew aktar tas-suq;

    (70) ‘verifika indipendenti tal-prezz’ tfisser proċess li bih l-inputs ta’ prezzijiet tas-suq jew l-ipprezzar skont mudell ikunu vverifikati regolarment għall-akkuratezza u l-indipendenza;

    ▼C2

    (71) ‘kapital eliġibbli’ tfisser dan li ġej:

    (a) għall-finijiet tat-Titolu III tal-Parti Tnejn tfisser it-total ta' dan li ġej:

    (i) Il-kapital ta' Grad 1 kif imsemmi fl-Artikolu 25, mingħajr ma jiġi applikat it-tnaqqis fl-Artikolu 36(1)(k)(i);

    (ii) Il-kapital ta' Grad 2 kif imsemmi fl-Artikolu 71 li huwa ekwivalenti għal jew anqas minn terz tal-kapital ta' Grad 1 kif ikkalkulat skont il-punt (i) ta' dan il-punt;

    (b) għall-finijiet tal-Artikolu 97 u l-Parti Erbgħa tfisser it-total ta' dan li ġej:

    (i) Il-kapital ta' Grad 1 kif imsemmi fl-Artikolu 25;

    (ii) Il-kapital ta' Grad 2 kif imsemmi fl-Artikolu 71 li jkun ekwivalenti jew inqas minn terz tal-kapital ta' Grad 1;

    ▼B

    (72) ‘kambju rikonoxxut’ tfisser kambju li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a) huwa suq regolat;

    (b) għandu mekkaniżmu tal-ikklerjar li bih il-kuntratti elenkati fl-Anness II ikunu soġġetti għal rekwiżiti tal-marġini ta’ kuljum li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, jipprovdi protezzjoni adatta;

    (73) ‘benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji’ tfisser benefiċċji tal-pensjoni mtejba mogħtija fuq bażi diskrezzjonarja minn istituzzjoni lill-impjegat bħala parti mill-pakkkett ta’ remunerazzjoni varjabbli ta’ dak l-impjegat, li ma jinkludux benefiċċji akkumulati mogħtija lill-impjegat skont it-termini tal-iskema tal-pensjonijiet tal-kumpannija;

    ▼C2

    (74) ‘valur tas-self ipotekarju’ tfisser il-valur tal-proprjetà immobbli kif stabbilit minn valutazzjoni prudenzjali tal-kummerċjabbiltà futura tal-proprjetà billi jitqiesu l-aspetti sostenibbli fuq terminu twil tal-proprjetà, il-kondizzjonijiet normali u l-kondizzjonijiet tas-suq lokali, l-użu kurrenti u l-użu alternattiv xieraq tal-proprjetà.

    ▼B

    (75) ‘proprjetà residenzjali’ tfisser residenza li hija okkupata mis-sid jew il-kerrej tar-residenza, inkluż id-dritt ta' abitazzjoni f'appartament f'kooperattivi ta' djar li jinsabu fl-Isvezja;

    (76) ‘valur tas-suq’, tfisser għall-fini ta’ proprjetà immobbli. l-ammont stmat li għalih il-proprjetà għandha tiġi skambjata fid-data tal-valutazzjoni bejn kompratur li jkun wera r-rieda u venditur li jkun wera r-rieda fi transazzjoni distakkata wara kummerċjalizzazzjoni xierqa fejn kull parti tkun aġixxiet b’mod konxjentement, b’mod prudenti u mingħajr ma tkun taħt pressjoni;

    (77) ‘qafas tal-kontabbiltà applikabbli’ tfisser l-istandards ta' kontabbiltà li għalihom l-istituzzjoni tkun soġġetta skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew id-Direttiva 86/635/KEE;

    (78) ‘rata ta’ inadempjenza ta’ sena’ tfisser il-proporzjon bejn in-numru tal-inadempjenzi li jseħħu matul perijodu li jibda minn sena qabel sad-data T u n-numru ta’ debituri assenjati għal dan il-grad jew aggregazzjoni sena qabel dik id-data;

    (79) ‘finanzjament ta’ proprjetà immobbli spekulattiva’ tfisser self bil-għan ta’ akkwiżizzjoni ta' jew żvilupp dwar jew kostruzzjoni fuq l-art relatata ma' proprjetà immobbli, jew ta' u relatata ma' tali proprjetà, bil-ħsieb ta’ rivendita għall-profitt;

    (80) ‘finanzjament tal-kummerċ’ tfisser finanzjament, inklużi garanziji, marbut mal-iskambju ta’ merkanzija u servizzi permezz ta’ prodotti finanzjarji ta’ maturità fissa għal perijodu ta’ żmien qasir, ġeneralment ta' inqas minn sena, mingħajr differiment awtomatiku;

    (81) ‘krediti tal-esportazzjoni b'appoġġ uffiċjali’ tfisser self jew krediti għall-finanzjament tal-esportazzjoni ta' merkanzija u servizzi li għalihom aġenzija uffiċjali tal-krediti tal-esportazzjoni tipprovdi garanziji, assigurazzjoni jew finanzjament dirett,

    ▼C2

    (82) ‘ftehim ta' xiri mill-ġdid’ u ‘operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid’ tfisser kwalunkwe ftehim li fih istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixxi titoli jew prodotti jew drittijiet iggarantiti fir-rigward ta' titolu għal titoli jew prodotti fejn dik il-garanzija tkun inħarġet minn kambju rikonoxxut li jżomm id-drittijiet għat-titoli jew il-prodotti u l-ftehim ma jippermettix lill-istituzzjoni li tittrasferixxi jew tirhan titolu (ta' sigurtà) jew prodott partikolari fi kwalunkwe ħin lil aktar minn kontroparti waħda, soġġett għal impenn li tixtrihom mill-ġdid, jew titoli jew prodotti sostitwiti tal-istess deskrizzjoni bi prezz speċifiku f'data futura speċifika, jew li ser tkun speċifikata, minn min jittrasferixxi, li jkun ftehim ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tbigħ it-titoli jew prodotti u operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tixtrihom;

    ▼B

    (83) ‘transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid’ tfisser kwalunkwe transazzjoni regolata minn ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew minn operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid;

    (84) ‘ftehim sempliċi ta’ xiri mill-ġdid’ tfisser transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid ta’ ass wieħed jew ta' assi simili, mhux kumplessi, kuntrarjament għal ġabra ta’ assi;

    (85) ‘pożizzjonijiet miżmuma b’intenzjoni ta' negozjar’ tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) pożizzjonijiet proprjetarji u pożizzjonijiet li jitnisslu minn servizzi għall-klijenti u mill-appoġġ għall-iskambji (market making);

    (b) pożizzjonijiet maħsuba għar-rivendita f'terminu qasir;

    (c) pożizzjonijiet maħsuba biex jibbenefikaw minn differenzi fil-prezz reali jew mistennija ta' terminu qasir bejn il-prezzijiet tax-xiri u l-prezzijiet tal-bejgħ jew minn varjazzjonijiet oħra fil-prezz jew fir-rata tal-imgħax;

    (86) ‘portafoll tan-negozjar’ tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u prodotti miżmuma minn istituzzjoni kemm bil-ħsieb ta’ negozju, jew sabiex ikunu koperti l-pożizzjonijiet bi ħsieb ta’ negozju;

    (87) ‘faċilità multilaterali ta' negozjar’ tfisser faċilità multilaterali ta' negozjar kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;

    ▼C2

    (88) ‘kontroparti ċentrali li tikkwalifika’ jew ‘QCCP’ tfisser kontroparti ċentrali li jew ġiet awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

    ▼B

    (89) ‘fond ta’ inadempjenza’ tfisser fond stabbilit minn CCP skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u użat skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament;

    (90) ‘kontribuzzjoni prefinanzjata għall- fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' CCP’ tfisser kontribuzzjoni għall-fond ta’ garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' CCP li titħallas minn istituzzjoni;

    ►C2  (91) ‘skopertura ta' negozju’ tfisser skopertura attwali, inkluża marġini ta' varjazzjoni dovuta lill-membru tal-ikklerjar jew lill-klijent iżda li għadha ma ġietx riċevuta, ◄ u kwalunkwe skopertura potenzjali futura ta' membru tal-ikklerjar jew klijent. lil CCP b'riżultat ta' kuntratti u transazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 301(1), kif ukoll marġini inizjali;

    (92) ‘suq regolat’ tfisser suq regolat kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;

    (93) ‘lieva finanzjarja’ tfisser id-daqs relattiv tal-assi ta’ istituzzjoni, l-obbligi li ma jidhrux u l-obbligi kontinġenti ta’ pagament jew ta’ konsenja jew ta’ forniment ta’ kollateral, inklużi l-obbligi minn finanzjament riċevut, impenji magħmula, derivati jew ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid, imma esklużi l-obbligi li jistgħu jiġu infurzati biss matul il-likwidazzjoni ta’ istituzzjoni, meta mqabbla mal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni;

    (94) ‘riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva’ tfisser ir-riskju li jirriżulta mill-vulnerabbiltà ta’ istitizzjoni minħabba lieva finanzjarja jew lieva finanzjarja kontinġenti li tista’ teħtieġ miżuri korrettivi mhux intenzjonati għall-pjan imprenditorjali tagħha, inkluż il-bejgħ b'urġenza ta’ assi li jista’ jirriżulta f’telf jew f’aġġustamenti tal-valutazzjoni tal-assi li jkun fadlilha;

    (95) 'aġġustament ġenerali tar-riskju tal-kreditu' tfisser l-ammont tal-provvediment għat-telf speċifiku u ġenerali minħabba r-riskji tal-kreditu fuq is-self li kien rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (96) ‘kopertura interna’ tfisser pożizzjoni li materjalment tikkumpensa għall-elementi tal-komponent tar-riskju bejn il-pożizzjoni tal-protafoll tan-negozjar u dik tal-protafoll mhux tan-negozjar jew settijiet ta' pożizzjonijiet;

    (97) 'obbligu ta’ riferiment' tfisser obbligu użat għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur tas-saldu fi flus ta' derivat tal-kreditu;

    (98) ‘istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu’ jew ‘ECAI’(external credit assessment institution) tfisser aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li hi reġistrata jew ċertifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu ( 6 ) jew bank ċentrali li joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma eżentati mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

    (99) “ECAI nominata” tfisser ECAI nominata minn istituzzjoni;

    (100) ‘introjtu ieħor komprensiv akkumulat’ għandha l-istess tifsira bħal tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 1, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

    (101) 'fondi proprji bażiċi' tfisser fondi proprji bażiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 88 tad- Direttiva 2009/138/KE;

    (102) ‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawk l- elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 1 skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE f'konformità mal-Artikolu 94(1) ta’ dik id-Direttiva;

    (103) ‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 1 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(1) ta’ dik id-Direttiva u l-inklużjoni ta’ dawk l-elementi tkun limitata bl-atti ddelegati adottati skont tal-Artikolu 99 ta’ dik id-Direttiva;

    (104) ‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 2’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 2 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(2) ta’ dik id-Direttiva;

    (105) ‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 3’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 3 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(3) ta’ dik id-Direttiva;

    (106) ‘assi ta’ taxxa differita’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (107) ‘assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura’ tfisser l-assi ta’ taxxa differita li l-valur tagħhom fil-ġejjieni jista’ jiġi realizzat biss fil-każ li l-istituzzjoni tiġġenera profitt taxxabbli fil-ġejjieni;

    (108) ‘obligazzjonijiet ta’ taxxa differita’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (109) ‘assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit’ tfisser l-assi ta’ fond jew pjan tal-pensjoni definit, kif applikabbli, ikkalkulati wara li jkunu tnaqqsu bl-ammont ta’ obbligi skont l-istess fond jew pjan;

    (110) ‘distribuzzjonijiet’ tfisser il-pagament ta’ dividendi jew imgħax fi kwalunkwe forma;

    (111) ‘impriża finanzjarja’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-punti (25)(b) u (d) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

    (112) ‘fondi għal riskju bankarju ġenerali’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-Artikolu 38 tad-Direttiva 86/635/KEE;

    (113) ‘avvjament’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (114) ‘holding indiretta’ tfisser kwalunkwe skopertura lejn entità intermedja li għandha skopertura għal strumenti ta' kapital maħruġa minn entità tas-settur finanzjarju fejn, f'każ li l-istrumenti ta' kapital maħruġa mill-entità tas-settur finanzjarju jiġu permanentement ikkanċellati, it-telf li ġġarrab l-istituzzjoni bħala riżultat ma jkunx materjalment differenti mit-telf li ġġarrab l-istituzzjoni minn holding diretta ta' dawk l-istrumenti ta' kapital maħruġa mill-entità tas-settur finanzjarju;

    (115) ‘assi intanġibbli’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli u tinkludi l-avvjament;

    (116) ‘strumenti ta' kapital oħra’ tfisser strumenti ta' kapital maħruġa minn entitajiet tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Grad 1 addizzjonali jew Grad 2 jew elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1, elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali, elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 2 jew elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 3;

    (117) ‘riżervi oħra’ tfisser riżervi fi ħdan it-tifsira tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li jkunu meħtieġa li jintwerew skont l-istandard tal-kontabbiltà applikabbli, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe ammonti diġà inklużi fi introjtu ieħor komprensiv akkumulat jew qligħ miżmum;

    (118) ‘fondi proprji’ tfisser it-total ta’ kapital ta’ Grad 1 u kapital ta’ Grad 2;

    (119) ‘strumenti ta’ fondi proprji’ tfisser strumenti ta' kapital maħruġa mill-istituzzjoni li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Grad 1 Addizzjonali jew Grad 2;

    (120) 'interessi minoritarji' tfisser l-ammont ta' kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta’ sussidjarja ta' istituzzjoni li huwa attribwibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra dawk inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;

    (121) ‘profitt’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (122) ‘holding inkroċjata reċiproka’ tfisser holding minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew strumenti ta' kapital oħra maħruġa minn entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet iżommu wkoll strumenti ta’ fondi proprji maħruġa mill-istituzzjoni;

    (123) ‘qligħ miżmum’ tfisser profitti jew telf riportati għas-sena ta’ wara bħala riżultat tal-applikazzjoni finali tal-profitt jew it-telf skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (124) ‘kont tal-primjum azzjonarju’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (125) ‘differenzi temporanji’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (126) 'holding sintetika' tfisser investiment ta' istituzzjoni fi strument finanzjarju li l-valur tiegħu hu marbut direttament mal-valur tal-istrumenti ta' kapital maħruġa minn entità tas-settur finanzjarju;

    (127) 'skema ta' garanzija trasversali' tfisser skema li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a) l-istituzzjonijiet jinsabu fi ħdan l-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7);

    (b) l-istituzzjonijiet huma kkonsolidati bis-sħiħ f'konformità mal-Artikolu 1(1)(b), (c) jew (d) jew l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 83/349/KEE u huma inklużi fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata ta' istituzzjoni li hija l-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed ta' dan ir-Regolament u soġġett għar-rekwiżiti tal-fondi proprji;

    (c) l-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru u s-sussidjarji huma stabbiliti fl-istess Stat Membru u huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni mill-istess awtorità kompetenti;

    (d) l-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membri u s-sussidjarji daħlu f'arranġament ta' responsabbiltà kuntrattwali jew statutorju li jipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet u partikolarment jiżgura l-likwidità u s-solvenza tagħhom, sabiex jiġi evitat il-falliment f'każ li dan isir meħtieġ;

    (e) arranġamenti huma stabbiliti biex jiżguraw l-għoti minnufih ta' mezzi finanzjarji f'termini ta' kapital u likwidità jekk ikun meħtieġ taħt l-arranġament ta' responsabbiltà kuntrattwali jew statutorju msemmi fil-punt (d);

    (f) l-adegwatezza tal-arranġamenti msemmija fil-punti (d) u (e) tkun issorveljata fuq bażi regolari mill-awtorità kompetenti;

    (g) il-perijodu minimu ta' avviż għal ħruġ volontarju ta' sussidjarja mill-arranġament ta' responsabbiltà huwa ta' 10 snin;

    (h) l-awtorità kompetenti għandha s-setgħa li tipprojbixxi ħruġ volontarju ta' sussidjarja mill-arranġament ta' responsabbiltà;

    (128) 'elementi distribwibbli' tfisser l-ammont tal-profitti fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja flimkien ma kwalunkwe profitt riportat għas-sena ta' wara u riżervi disponibbli għal dak l-għan qabel id-distribuzzjonijiet lil detenturi ta' strumenti ta' fondi proprji bit-tnaqqis ta' kwalunkwe telf riportat għas-sena ta' wara, profitti mhux distribwibbli skont id-dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni jew il-liġijiet sekondarji tal-istituzzjoni u somom li tqiegħdu f'riżervi mhux distribwibbli f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-istituzzjoni, dak it-telf u r-riżervi jiġu ddeterminati abbażi tal-kontijiet individwali tal-istituzzjoni u mhux abbażi tal-kontijiet ikkonsolidati.

    ►C2  2.  Meta f'dan ir-Regolament issir referenza għal propjetà immobbli, proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali jew għal ipoteka fuq tali proprjetà, din għandha tinkludi ishma f'kumpanniji Finlandiżi ta' akkomodazzjoni residenzjali li joperaw skont l-Att tal-Kumpanniji tal-Akkomodazzjoni Finlandiż tal-1991 jew leġislazzjoni sussegwenti ekwivalenti. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jippermettu ishma li jikkostitwixxu proprjetà indiretta ekwivalenti ta' proprjetà immobbli biex jiġu trattati bħala proprjetà diretta ta' proprjetà immobbli, dment ◄ li tali proprjetà indiretta tkun regolata b'mod speċifiku fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u, li meta tkun imwiegħda bħala kollaterali, din tipprovdi protezzjoni ekwivalenti għall-kredituri.

    3.  Il-finanzjament tal-kummerċ kif imsemmi fil-punt (80) tal-paragrafu 1 huwa ġeneralment mingħajr rabta u jeħtieġ dokumentazzjoni transazzjonali ta’ appoġġ sodisfaċenti għal kull talba ta’ ġbid ta’ kreditu li tippermetti r-rifjut tal-finanzjament f’każ ta’ kwalunkwe dubju dwar l-affidabbiltà tal-kreditu jew id-dokumentazzjoni transazzjonali ta’ appoġġ. Il-pagament lura tal-iskoperturi tal-finanzjament tal-kummerċ normalment ma jiddependix minn min jissellef, il-fondi minflok jiġu minn flus kontanti rċevuti minn importaturi jew li jirriżultaw minn dħul mill-bejgħ tal-oġġetti involuti.

    Artikolu 5

    Definizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu

    Għall-finijiet tal-Parti Tlieta, Titolu II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) ‘skopertura’ tfisser ass jew element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ;

    (2) ‘telf’ tfisser telf ekonomiku, inkluż effetti materjali ta’ skont, u kostijiet materjali diretti u indiretti assoċjati mal-ġbir fuq l-istrument;

    (3) ‘telf mistenni’ jew 'EL' (expected loss) tfisser il-proporzjon tal-ammont li mistenni jintilef fuq skopertura minħabba inadempjenza potenzjali ta’ kontroparti jew dilwizzjoni fuq perijodu ta’ sena waħda mal-ammont pendenti fl-inadempjenza.



    TITOLU II

    LIVELL TAL-APPLIKAZZJONI TAR-REKWIŻITI



    KAPITOLU 1

    Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi individwali

    Artikolu 6

    Prinċipji Ġenerali

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Ħamsa u Tmienja fuq bażi individwali.

    ▼C2

    2.  L-ebda istituzzjoni li tkun jew sussidjarja fl-Istat Membru fejn tkun awtorizzata u sorveljata jew inkella impriża prinċipali, u l-ebda istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18, ma għandha tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 89, 90 u 91 fuq bażi individwali.

    3.  L-ebda istituzzjoni li tkun jew impriża prinċipali jew inkella sussidjarja, u l-ebda istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18, ma għandha tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Tmienja fuq bażi individwali.

    ▼B

    4.  Istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment li jkunu awtorizzati jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta fuq bażi individwali. Sakemm ikun lest ir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 508(3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw id-ditti ta' investiment milli jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti ta' investiment.

    5.  L-istituzzjonijiet, ħlief għad-ditti ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 95(1) u l-Artikolu 96(1) u l-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jkunu eżerċitaw id-deroga speċifikata fl-Artikolu 7(1) jew (3), għandhom jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sebgħa fuq bażi individwali.

    Artikolu 7

    Deroga għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali

    1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil kwalunkwe sussidjarja ta’ istituzzjoni, meta kemm is-sussidjarja kif ukoll l-istituzzjoni jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u s-sussidjarja tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjoni li tkun impriża prinċipali, u l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kollha, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji jkunu distribwiti b’mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarja:

    (a) ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali tagħha;

    (b) jew l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward l-immaniġjar prudenti tas-sussidjarja u ddikjarat, bil-permess tal-awtorità kompetenti, li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom is-sussidjarja, jew ir-riskji fis-sussidjarja jkunu ta’ interess negliġibbli;

    (c) il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jkunu jkopru s-sussidjarja;

    (d) l-impriża prinċipali jkollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi il-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżerċitaw l-alternattiva prevista fil-paragrafu 1 meta l-impriża prinċipali tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja (kumpannija holding finanzjarja) jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni, sakemm tkun soġġetta għall-istess superviżjoni bħal dik eżerċitata fuq l-istituzzjonijiet, u b’mod partikolari għall-istandards stabbiliti fl-Artikolu 11(1).

    3.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru meta dik l-istituzzjoni tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u l-kondizzjoniet li ġejjin ikunu kollha ssodisfati, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji huma ddistribwiti b’mod adegwat fost l-impriża prinċipali u s-sussidjarji:

    (a) ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew legali għat-trasferiment minnufih ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet lill-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru;

    (b) il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju rilevanti għal superviżjoni konsolidata jkopru lill-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru.

    L-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan il-paragrafu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha.

    Artikolu 8

    Deroga mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-likwidità fuq bażi individwali

    1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil istituzzjoni u lis-sussidjarji tagħha kollha jew uħud minnhom fl-Unjoni u jissorveljawhom bħala sottogrupp tal-likwidità waħdieni sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a) l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta;

    (b) l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew l-istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata timmonitorja u jkollha superviżjoni fi kwalunkwe waqt fuq il-pożizzjonijiet ta’ likwidità tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew sottogrupp, li jkunu soġġetti għar-rinunzja u tiżgura livell suffiċjenti ta' likwidità għall-istituzzjonijiet kollha;

    (c) l-istituzzjonijiet ikunu daħlu f’kuntratti li, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jiddisponu għall-moviment liberu tal-fondi bejniethom sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom individwali u konġunti meta jsiru dovuti;

    (d) ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew legali għall-esekuzzjoni tal-kuntratti msemmija f’(c).

    Sal-1 ta’ Jannar 2014 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kull ostaklu legali li jista' jrendi impossibbli l-applikazzjoni tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu u hi mistiedna tagħmel proposta leġislattiva, jekk ikun xieraq, sal-31 ta’ Diċembru 2015 dwar liema minn dawn l-ostakli għandhom jitneħħew.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil istituzzjoni u s-sussidjarji tagħha kollha jew xi wħud minnhom meta l-istituzzjonijiet kollha ta’ sottogrupp tal-likwidità waħdieni jkunu awtorizzati fl-istess Stat Membru u dment li l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1 ikunu ssodisfati.

    3.  Meta l-istituzzjonijiet ta’ sottogrupp waħdieni tal-likwidità ikunu awtorizzati f’diversi Stati Membri, il-paragrafu 1 għandu jkun applikat biss wara li tkun segwita l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 u għall-istituzzjonijiet biss li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jaqblu rigward l-elementi li ġejjin:

    (a) il-valutazzjoni tagħhom tal-konformità tal-organizzazzjoni u tat-trattament tar-riskju tal-likwidità bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE fis-sottogrupp waħdieni tal-likwidità;

    (b) id-distribuzzjoni tal-ammonti, il-post u s-sjieda tal-assi likwidi meħtieġa li jridu jinżammu fi ħdan is-sottogrupp waħdieni tal-likwidità;

    (c) id-determinazzjoni tal-ammonti minimi ta’ assi likwidi li jridu jinżammu mill-istituzzjonijiet li għalihom ser tiġi rinunzjata l-applikazzjoni tal-Parti Sitta;

    (d) il-ħtieġa għal parametri aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-Parti Sitta;

    (e) kondiviżjoni bla restrizzjoni tal-informazzjoni kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti.

    (f) fehim sħiħ tal-implikazzjonijiet ta' tali rinunzja.

    ▼C2

    4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafi 1, 2 u 3 għall-istituzzjonijiet li jkunu membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7), sakemm ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fih, u għal istituzzjonijiet oħra marbuta b'relazzjoni msemmija fl-Artikolu 113(6) sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom f'dak il-każ jiddeterminaw waħda mill-istituzzjonijiet soġġetta għar-rinunzja li tissodisfa l-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet kollha tas-sottogrupp waħdieni tal-likwidità.

    ▼B

    5.  Meta rinunzja tkun ingħatat skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu ukoll japplikaw l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew partijiet minnha, fil-livell tas-sottogrupp waħdieni tal-likwidità u jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew partijiet minnha, fuq bażi individwali.

    Artikolu 9

    Metodu ta’ konsolidazzjoni individwali

    1.  Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 144(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu fuq il-bażi ta’ każ każ lill-istituzzjonijiet prinċipali sabiex jinkorporaw fil-kalkolazzjoni tar-rekwiżit tagħhom skont l-Artikolu 6(1) is-sussidjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 7(1), u li l-iskoperturi materjali tagħhom jew l-obbligazzjonijiet materjali tagħhom ikunu lejn dik l-istituzzjoni prinċipali.

    2.  It-trattament stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun permess biss meta l-istituzzjoni prinċipali turi b’mod sħiħ lill-awtoritajiet kompetenti ċ-ċirkostanzi u l-arranġamenti, inklużi l-arranġamenti ġuridiċi, li bis-saħħa tagħhom ma jkunx hemm impediment materjali prattiku jew ġuridiku, u lanqas ma jkunu previsti, għat-trasferiment rapidu tal-fondi proprji, jew ir-ripagament tal-obbligazzjonijiet meta jkun xieraq mis-sussidjarja lill-impriża prinċipali tagħha.

    3.  Meta awtorità kompetenti teżerċita d-diskrezzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, hija għandha fuq bażi regolari u mhux inqas minn darba fis-sena tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha dwar l-użu magħmul mill-paragrafu 1 u ċ-ċirkustanzi u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2. Meta s-sussidjarja tkun f’pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu wkoll l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz.

    Artikolu 10

    Rinunzja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati permanentement ma’ korp ċentrali

    1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jirrinunzjaw parzjalment jew totalment l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja lil istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar li jkunu fl-istess Stat Membru u li jkunu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali li jissorveljawhom u li jkun stabbilit fl-istess Stat Membru, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-impenji tal-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati jkunu obligazzjonijiet in solidum jew l-impenji tal-istituzzjonijiet affiljati miegħu jkunu ggarantiti totalment mill-korp ċentrali;

    (b) is-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet affiljati kollha jkunu mmonitorjati fis-sħuħija tagħhom fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-istituzzjonijiet;

    (c) il-maniġment tal-korp ċentrali jkollu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati.

    ▼C2

    L-Istati Membri jistgħu jżommu u jagħmlu użu mil-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu sakemm din ma tkunx f'konflitt ma' dan ir-Regolament jew mad-Direttiva 2013/36/UE.

    ▼B

    2.  Fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil- paragrafu 1 ikunu ntlaħqu, u fejn ir-responsabbiltajiet jew l-impenji tal-korp ċentrali huma ggarantiti għal kollox mill-istituzzjonijiet affiljati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw il-korp ċentrali mill-applikazzjoni tal-Parti Tnejn sa Tmienja fuq bażi individwali.



    KAPITOLU 2

    Konsolidazzjoni prudenzjali



    Taqsima 1

    Applikazzjoni ta’ rekwiżiti fuq bażi kkonsolidata

    Artikolu 11

    Trattament ġenerali

    1.  L-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u bil-mod preskritt fl-Artikolu 18, mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u fil-Parti Sebgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom. L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom li huma soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu struttura organizzativa talba u mekkaniżmi ta' kontroll intern adatti sabiex ikun żgurat li d-data meħtieġa għall-konsolidazzjoni tiġi debitament ipproċessata u mibgħuta. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw konsolidazzjoni korretta.

    2.  L-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u kif preskritt fl-Artikolu 18, mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u fil-Parti Sebgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

    Meta aktar minn istituzzjoni waħda tkun ikkontrollata minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-istituzzjoni li għaliha tapplika s-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE.

    ▼C2

    3.  L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' dik l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, jekk il-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment waħda jew aktar awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE. Sakemm ikun lest ir-rapport mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 508(2) ta' dan ir-Regolament, u jekk il-grupp jinkludi biss ditti ta' investiment, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw id-ditti ta' investiment milli jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta fuq bażi kkonsolidata, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment.

    ▼B

    4.  Meta jiġi applikat l-Artikolu 10, il-korp ċentrali msemmi f’dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti Tnejn sa Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali kollu kif ikkostitwit flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu.

    5.  Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu 1 sa 4, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, meta jkun ġustifikat għal fini ta' superviżjoni mill-ispeċifiċitajiet tar-riskju jew tal-istruttura kapitali ta' istituzzjoni jew fejn Stati Membri jadottaw liġijiet nazzjonali li jirrekjedu s-separazzjoni strutturali ta' attivitajiet fi ħdan grupp bankarju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrekjedu li ż-żewġ istituzzjonijiet separati strutturalment jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u fil-Partijiet Sitta sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi subkonsolidata.

    L-applikazzjoni tal-approċċ stipulat fl-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata u ma għandha la timplika effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha, fi Stati Membri oħra jew fl-Unjoni fl-intier tagħha u lanqas tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern.

    Artikolu 12

    Kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta kemm b’istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja kif ukoll ditta ta' investiment sussidjarja

    Meta kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha tal-inqas istituzzjoni ta’ kreditu waħda u ditta ta' investiment waħda bħal asussidjarji, ir-rekwiżiti li japplikaw fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandhom japplikaw għall-istituzzjoni ta’ kreditu.

    Artikolu 13

    Applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq bażi kkonsolidata

    1.  L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.

    Sussidjarji sinifikanti ta’ istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u dawk is-sussidjarji li għandhom sinifikat materjali għas-suq lokali tagħhom għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 437, 438, 440, 442, 450, 451 u 453, fuq bażi individwali jew subkonsolidata.

    2.  L-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata ta’ dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

    Sussidjarji sinifikanti ta’ kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE u dawk is-sussidjarji li huma ta' sinifikat materjali għas-suq lokali tagħhom għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 437, 438, 440, 442, 450, 451 u 453 fuq bażi individwali jew subkonsolidata.

    3.  Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw b’mod sħiħ jew parzjali għall-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, sal-punt sa fejn ikunu inklużi f'diulgazzjonijiet ekwivalenti pprovduti fuq bażi konsolidata minn impriża prinċipali stabbilita f’pajjiż terz.

    4.  Meta jiġi applikat l-Artikolu 10, il-korp ċentrali msemmi f’dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali. L-Artikolu 18(1) għandu japplika għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati għandhom jiġu ttrattati bħala s-sussidjarji tal-korp ċentrali.

    Artikolu 14

    Applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Parti Ħamsa fuq bażi konsolidata

    1.  L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-Parti Ħamsa fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, biex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi tagħhom meħtieġa minn dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti u integrati tajjeb u li kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini tas-superviżjoni jkunu jistgħu jiġu prodotti. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw il-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    2.  L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 407 meta japplikaw l-Artikolu 92 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata jekk ir-rekwiżiti tal-Artikoli 405 jew 406 jinkisru fil-livell ta’ entità stabbilita f’pajjiż terz inkluż fil-konsolidazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18 jekk il-ksur ikun materjali fir-rigward tal-profil tar-riskju kumplessiv tal-grupp.

    3.  L-obbligi li jirriżultaw mill-Parti Ħamsa rigward is-sussidjarji, li jkunu stess ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament, m’għandhomx japplikaw jekk l-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni tal-Parti Ħamsa tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn tkun stabbilita s-sussidjarja.

    Artikolu 15

    Deroga għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi konsolidata għal gruppi ta’ ditti ta' investiment

    ►C2  1.  Is-superviżur konsolidanti jista' jirrinunzja, fuq bażi ta' każ b'każ, l-applikazzjoni tal-Parti Tlieta ta' dan ir-Regolament u t-Titolu VII, Kapitolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata dment li jeżistu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) kull ditta ta' investiment tal-UE fil-grupp tuża l-kalkolazzjoni alternattiva tal-ammont tal-iskopertura ta' riskju totali msemmija fl-Artikolu 95(2) jew 96(2);

    (b) id-ditti ta' investiment kollha fil-grupp jaqgħu fil-kategoriji tal-Artikolu 95(1) jew 96(1);

    (c) kull ditta ta' investiment tal-UE fil-grupp tissodisfa r-rekwiżiti imposti fl-Artikolu 95 jew 96 fuq bażi individwali ◄ u fl-istess waqt tnaqqas mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur id-ditti ta' investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriża ta’ servizzi anċillari, li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati;

    (d) kwalunkwe kumpannija azzjonarja finanzjarja li tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru ta’ kwalunkwe ditta ta' investiment fil-grupp ikollha tal-inqas ammont ta’ kapital, iddefinit hawnhekk bħala t-total tal- elementi msemmija fl-Artikoli 26(1), 51(1) u 62(1); biex jiġi kopert it-total ta' dan li ġej:

    (i) it-total tal-valur sħiħ fil-kotba ta’ kwalunkwe holdings, pretensjonijiet subordinati u strumenti msemmija fl-Artikoli 36(1)(h) u (i), l-Artikolu 56(1)(c) u (d), u l-Artikolu 66(1)(c) u (d) f’ditti ta' investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati; u

    (ii) l-ammont totali ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur id-ditti ta' investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati;

    (e) il-grupp ma jkunx jinkludi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

    Meta l-kriterji fl-ewwel subparagrafu jkunu ssodisfati, kull ditta ta' investiment tal-UE għandu jkollha fis-seħħ sistemi għall-monitoraġġ u l-kontroll tas-sorsi tal-kapital u l-finanzjament tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji, id-ditti ta' investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari fi ħdan il-grupp.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll ir-rinunzja jekk il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jkollhom ammont iżgħar ta’ fondi proprji mill-ammont ikkalkulat skont il-paragrafu 1(d), imma mhux iżgħar mit-total tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji imposti fuq bażi individwali lid-ditti ta' investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati u l-ammont totali ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur id-ditti ta' investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għal impriżi tal-investiment ta’ pajjiżi terzi, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari jkun rekwiżit nozzjonali ta’ fondi proprji.

    Artikolu 16

    Deroga għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ proporzjon ta' lieva finanzjarja fuq bażi konsolidata għal gruppi ta’ ditti ta' investiment

    Fejn l-entitajiet kollha fi grupp ta' ditti tal-investiemnt, inkluż l-entità prinċipali, ikunu ditti ta' investimenti li huma eżenti mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-Parti Sebgħa fuq bażi individwali skont l-Artikolu 6(5), id-ditta ta' investiment prinċipali tista' tagħżel li ma tapplikax ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti Sebgħa fuq bażi konsolidata.

    Artikolu 17

    Superviżjoni ta’ ditti ta' investiment b’rinunzja mill-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ fondi proprji fuq bażi konsolidata

    1.  Ditti ta' investiment fi grupp li ngħata r-rinunzja prevista fl-Artikolu 15 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bir-riskji li jistgħu jimminaw il-pożizzjonijiet finanzjarji tagħhom, inklużi dawk assoċjati mal-kompożizzjoni u s-sorsi tal-fondi proprji, il-kapital intern u l-finanzjament tagħhom.

    2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tad-ditta ta' investiment jirrinunzjaw l-obbigu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata kif previst fl-Artikolu 15, huma għandhom iwettqu miżuri xierqa oħra biex jimmonitorjaw ir-riskji, b'mod partikolari skoperturi kbar, tal-grupp kollu, inkluża kwalunkwe impriża li ma tkunx tinsab fi Stat Membru.

    3.  Meta l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tad-ditta ta' investiment jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi konsolidata kif previst fl-Artikolu 15, ir-rekwiżiti tal-Parti Tmienja għandhom japplikaw fuq bażi individwali.



    Taqsima 2

    Metodi għal konsolidazzjoni prudenzjali

    Artikolu 18

    Metodi għal konsolidazzjoni prudenzjali

    1.  L-istituzzjonijiet li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 1 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħha jew, meta jkun rilevanti, is-sussidjarji tal-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali. Il-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw meta tapplika l-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ istituzzjoni.

    2.  Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu fuq il-bażi ta’ każ każ jippermettu konsolidazzjoni proporzjonata skont is-sehem tal-kapital li l-impriża prinċipali jkollha fis-sussidjarja. Konsolidazzjoni proporzjonata tista’ tkun permessa biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati kollha:

    (a) ir-responsabbiltà tal-impriża prinċipali tkun limitata għas-sehem tal-kapital li l-impriża prinċipali għandha fis-sussidjarja fir-rigward tar-responsabbiltà tal-azzjonisti jew il-membri l-oħra;

    (b) is-solvenza ta’ dawk l-azzjonisti jew il-membri l-oħra tkun sodisfaċenti;

    (c) ir-responsabbiltà tal-azzjonisti u l-membri l-oħra tkun stabbilita b’mod ċar b’mod legalment vinkolanti.

    3.  Fejn l-impriżi jkunu konnessi b’relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw dwar kif titwettaq il-konsolidazzjoni.

    4.  Is-superviżur konsolidanti għandu jeħtieġ il-konsolidazzjoni proporzjonali skont is-sehem tal-kapital miżmum tal-holdings fl-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji mmaniġġjati minn impriża, inkluż fil-konsolidazzjoni flimkien ma’ impriża waħda jew aktar mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, meta r-responsabbiltà ta’ dawk l-impriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li għandhom.

    5.   ►C2  Fil-każ tal-holdings jew rabtiet kapitali oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ◄ jistabbilixxu jekk titwettaqx konsolidazzjoni u l-kif. B’mod partikolari, huma jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu tal-ekwità. Dak il-metodu m’għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f’superviżjoni fuq bażi konsolidata.

    6.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk titwettaqx konsolidazzjoni u kif din għandha titwettaq fil-każijiet li ġejjin:

    (a) fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar, iżda ma ma jkollhiex holding jew rabtiet kapitali oħra f’dawn l-istituzzjonijiet; u

    (b) fejn żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew aktar jitpoġġew taħt maniġment waħdieni differenti minn dak skont il-kuntratt jew klawżoli tal-memoranda jew l-Artikoli ta' assoċjazzjoni tagħhom.

    B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu, jew jeħtieġu, l-użu tal-metodu li hemm dispost għalih fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 83/349/KEE. Dak il-metodu m’għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f’superviżjoni konsolidata.

    7.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    8.  Meta hija meħtieġa superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE, impriżi ta’ servizzi anċillari u kumpanniji maniġerjali tal-assi kif iddefiniti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE għandhom ikunu inklużi f’konsolidazzjonijiet fil-każijiet, u skont il-metodi, stabbiliti f’dan l-Artikolu.



    Taqsima 3

    Ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali

    Artikolu 19

    Entitajiet esklużi mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali

    1.  Istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari li tkun sussidjarja jew impriża li fiha tinżamm holding, m’hemmx bżonn li tkun inkluża fil-konsolidazzjoni meta l-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux tal-impriża konċernata jkunu inqas mill-iżgħar miż-żewġ ammonti li ġejjin:

    (a) EUR 10 miljuni;

    (b) 1 % tal-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux tal-impriża prinċipali jew l-impriża li jkollha l-holding.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE jistgħu fuq il-bażi ta’ każ każ jiddeċiedu fil-każijiet li ġejjin li istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari li tkun sussidjarja jew li fiha tinżamm holding, ma jkunx hemm għalfejn tiġi inkluża fil-konsolidazzjoni:

    (a) fejn l-impriża konċernata tkun tinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti ġuridiċi għat-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa;

    ▼C2

    (b) fejn l-impriża konċernata tkun ta' interess negliġibbli biss fir-rigward tal-objettivi tal-istituzzjonijiet ta' monitoraġġ;

    ▼C3

    (c) fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża konċernata ma tkunx xierqa jew tkun qarrieqa fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet.

    ▼B

    3.  Meta, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2, diversi impriżi jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fihom, huma għandhom madankollu jiġu inklużi fil-konsolidazzjoni meta kollettivament ikunu ta’ interess mhux negliġibbli fir-rigward tal-objettivi speċifikati.

    Artikolu 20

    Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali

    1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa:

    (a) fil-każ ta' applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) u (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2) u l-Artikolu 363 rispettivament sottomessi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, jew b’mod konġunt mis-sussidjarji ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, biex jiddeċiedu jekk jingħatax il-permess mitlub u jiddeterminaw il-patti u l-kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, li tali permess għandu jkun soġġett għalihom;

    (b) għall-fini li jiġi ddeterminat jekk humiex sodisfatti l-kriterji għat-trattament ta' intragrupp speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 422(9) u l-Artikolu 425(5) ikkomplimentati mill-istandards regolatorji tal-ABE msemmija fl-Artikolu 422(10) u l-Artikolu 425(6).

    L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi biss lis-superviżur konsolidanti.

    L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 312(2), għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-allokazzjoni tal-kapital tar-riskju operattiv bejn l-entitajiet differenti tal-grupp. L-applikazzjoni għandha tindika jekk l-effetti tad-diversifikazzjoni jkunux intenzjonati li jkunu inklużi fis-sistema tal-kalkolu tar-riskju.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur fuq:

    (a) l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

    (b) il-valutazzjoni tal-kriterji u d-determinazzjoni tat-trattament speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

    Din id-deċiżjoni konġunta għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandha tkun ipprovduta lill-applikant mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.

    3.  Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda:

    (a) fid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni kompluta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għand is-superviżur konsolidanti. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat l-applikazzjoni kompluta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mingħajr dewmien;

    (b) fid-data ta' meta jasal għand l-awtoritajiet kompetenti rapport mħejji min-superviżur konsolidanti li janalizza l-impenji intragrupp fi ħdan il-grupp.

    4.  Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1. Id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti m’għandhiex tillimita s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

    Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur.

    Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mis-superviżur konsolidanti.

    Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, xi awtorità kompetenti konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

    5.  Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1.

    Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur.

    Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lis-superviżur konsolidanti li jinforma lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE.

    Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti jkun irrefera l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

    6.  Fejn istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, is-sussidjarji ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tuża l-Approċċ ta’ Kalkolu Avvanzat imsemmi fl-Artikolu 312(2) jew l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jippermettu li jiġu ssodisfati l-kriterji tal-kwalifikazzjoni stipulati fl-Artikoli 321 u 322 jew il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 6 rispettivament mill-kumpannija prinċipali u s-sussidjarji tagħha meqjusa flimkien, b’mod li jkun konsistenti mal-istruttura tal-grupp u s-sistemi, il-proċessi u l-metodoloġiji tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu.

    7.  Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 4 u 5 għandhom ikunu rikonoxxuti bħala determinanti u għandhom ikunu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati.

    8.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi tal-implimentazzjon biex tispeċifika l-proċess ta’ deċiżjoni konġunta msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) u (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2), u l-Artikolu 363 bil-għan li jitħaffu d-deċiżjonijiet konġunti.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 21

    Deċiżjonijiet konġunti fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-likwidità

    1.  Mal-applikazzjoni ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew sottosussidjarja ta' konsolidazzjoni ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fi Stat Membru għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar jekk humiex sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(1) u li tidentifika sottogrupp waħdieni tal-likwidità għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8.

    Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien sitt xhur wara s-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta’ rapport li jidentifika sottogruppi tal-likwidità waħdanin fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim matul il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra konċernata. Is-superviżur konsolidanti jista’ jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.

    Id-deċiżjoni konġunta tista’ timponi wkoll limitazzjonijiet fuq il-post u s-sjieda ta’ assi likwidi u tirrikjedi ammonti minimi ta’ assi likwidi biex jinżammu mill- istituzzjonijiet li jkunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Parti Sitta.

    Id-deċiżjoni konġunta għandha titniżżel f'dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandu jiġi ppreżentat lill-istituzzjoni prinċipali tas-sottogrupp tal-likwidità mis-superviżur konsolidanti.

    2.  Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha.

    Madankollu, kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ matul il-perijodu ta’ sitt xhur tirreferi l-kwistjoni lill-ABE dwar jekk il-kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(1) ikunux issodisfati. F’dak il-każ, l-ABE tista' twettaq il-medjazzjoni mhux vinkolanti tagħha skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tispiċċa l-medjazzjoni mhux vinkolanti. Meta, waqt il-medjazzjoni, ma jkun intlaħaq ebda qbil mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha b'kont meħud tal-proporzjonalità tal-benefiċċji u r-riskji fil-livell tal-Istat Membru tal-istituzzjoni prinċipali u tal-proporzjonalità tal-benefiċċji u r-riskji fil-livell tal-Istat Membru tas-sussidjarja. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

    Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu vinkolanti.

    3.  Kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ wkoll matul il-perijodu ta’ sitt xhur tikkonsulta lill-ABE f'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il- kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(3). F’dak il-każ, l-ABE tista' twettaq il-medjazzjoni mhux vinkolanti tagħha skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tispiċċa l-medjazzjoni mhux vinkolanti. Meta, waqt il-medjazzjoni, ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha.

    Artikolu 22

    Subkonsolidazzjoni f'każijiet ta’ entitajiet f’pajjiżi terzi

    ►C2  L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89 sa 91 u l-Partijiet Tlieta u Erbgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom ◄ jekk dawk l-istituzzjonijiet, jew l-impriża prinċipali fejn tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f’pajjiż terz, jew ikollhom holding f’tali impriża.

    Artikolu 23

    Impriżi f’pajjiżi terzi

    Għall-fini tal-applikazzjoni tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont dan il-Kapitolu, it-termini ‘ditta ta' investiment’, ‘istituzzjoni ta’ kreditu’, ‘istituzzjoni finanzjarja’ u ‘istituzzjoni’ għandhom japplikaw ukoll għal impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, kienu jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ dawk it-termini fl-Artikolu 4.

    Artikolu 24

    Valutazzjoni tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ

    1.  Il-valutazzjoni tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ għandhom japplikaw f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli.

    2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjonijiet jagħmlu l-valutazzjoni tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u d-determinazzjoni tal-fondi proprji f'konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà kif japplikaw skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.



    PARTI TNEJN

    FONDI PROPRJI



    TITOLU I

    ELEMENTI TA’ FONDI PROPRJI



    KAPITOLU 1

    Kapital ta’ Grad 1

    Artikolu 25

    Kapital ta’ Grad 1

    Il-kapital ta’ Grad 1 ta’ istituzzjoni jikkonsisti fit-total tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 u kapital ta’ Addizzjonali ta' Grad 1 tal-istituzzjoni.



    KAPITOLU 2

    Kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1



    Taqsima 1

    Elementi u strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

    Artikolu 26

    Elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1

    1.  Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ istituzzjonijiet jikkonsistu f’dawn li ġejjin:

    (a) strumenti kapitali, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli,l-Artikolu 29 ikunu sodisfatti;

    (b) il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);

    (c) qligħ miżmum;

    (d) introjtu ieħor komprensiv akkumulat;

    (e) riżervi oħra;

    (f) fondi għal riskju bankarju ġenerali.

    L-elementi msemmija fil-punti (c) sa (f) għandhom jiġu rikonoxxuti bħala Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss fejn huma disponibbli għall-istituzzjoni għal użu mingħajr restrizzjonijiet u immedjat biex jiġu koperti r-riskji jew telf hekk kif dawn iseħħu.

    2.  Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu profitt interim jew ta’ tmiem is-sena f’kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 qabel l-istituzzjoni tkun ħadet deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitt jew telf finali tal-istituzzjoni għas-sena biss bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess, f'każ li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) dawk il-profitti ġew ivverifikati minn persuni indipendenti tal-istituzzjoni li huma responsabbli għall-verifika tal-kontijiet ta’ dik l-istituzzjoni;

    (b) l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li kwalunkwe addebitament jew dividend prevedibbli tnaqqas mill-ammont ta’ dak il-profitt.

    Verifika tal-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena tal-istituzzjoni għandha tipprovdi livell adegwat ta’ aċċertament li dawk il-profitti ġew evalwati skont il-prinċipji stabbiliti fil-qafas tal-kontabbiltà applikabbli

    3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk il-ħruġ ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, l-Artikolu 29. ►C1  Rigward ħruġ wara t-28 ta' Ġunju 2013, l-istituzzjonijiet għandhom ◄ jikklassifikaw l-istrumenti ta' kapital bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 biss wara li jingħata permess mill-awtoritajiet kompetenti, li jistgħu jikkonsultaw lill-ABE.

    Għal strumenti ta' kapital, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna mill-Istat, li huma approvati bħala eliġibbli li jiġu kklassifikati bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 mill-awtorità kompetenti iżda fejn, fl-opinjoni tal-ABE, il-konformità mal-kriterji fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabblil-Artikolu 29, tkun materjalment kumplessa biex tiġi aċċertata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw ir-raġunament tagħhom lill-ABE.

    Abbażi ta' informazzjoni minn kull awtorità kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta' strumenti kapitali f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1. ►C1  L-ABE għandha tistabbilixxi dik il-lista u tippubblikaha sat-28 ta' Lulju 2013 għall-ewwel darba. ◄

    L-ABE tista', wara l-proċess ta' analiżi stabbilit fl-Artikolu 80 u, fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li dawk l-istrumenti ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli l-Artikolu 29, ►C1  tiddeċiedi li tneħħi strumenti kapitali ta' għajnuna nonstatali maħruġa wara t-28 ta' Ġunju 2013 mil-lista ◄ u tista' tħabbar dan għal dak il-għan.

    4.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tifsira ta’ prevedibbli meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk kwalunkwe addebitament jew dividend prevedibbli tnaqqasx.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 27

    Strumenti ta' kapital ta’soċjetajiet mutwali jew kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil jew istituzzjonijiet simili f’elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1

    1.  Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għandhom jinkludu kwalunkwe strument kapitali maħuġ minn istituzzjoni skont il-patti statutorji tagħha sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

    (a) l-istituzzjoni tkun ta’ tip li hu ddefinit skont id-dritt nazzjonali applikabbli u li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li tikkwalifika bħala kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) soċjetà mutwali;

    (ii) soċjetà kooperattiva;

    (iii) istituzzjoni ta' tfaddil;

    (iv) istituzzjoni simili;

    (v) istituzzjoni ta' kreditu li kompletament tappartjeni għal waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv) u li għandha l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti rilevanti biex tuża d-dispożizzjonijiet f'dan l-Artikolu, dment li, u sakemm, 100 % tal-ishma ordinarji maħruġa fl-istituzzjoni ta' kreditu jinżammu direttament jew indirettament minn istituzzjoni msemmija f'dawk il-punti;

    (b) il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 28 jew, fejn applikabbli,l-Artikolu 29, huma sodisfatti.

    Dawk is-soċjetajiet mutwi, is-soċjetajiet kooperattivi jew l-istituzzjonijiet ta' tfaddil rikonoxxuti bħala tali skont il-liġi nazjonali applikabbli qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 għandhom ikomplu jkunu klassifikati bħala tali għall-fini ta' din il-Parti, dment li jkomplu jissodisfaw il-kriterji li ddeterminaw dan ir-rikonoxximent.

    2.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont id-dritt nazzjonali tikkwalifika bħala impriża mutwali, soċjetà kooperattiva, istituzzjoni ta' tfaddil jew istituzzjoni simili għall-fini ta’ din il-Parti.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 28

    Strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1

    1.  L-istrumenti ta' kapital għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

    (a) l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni bl-approvazzjoni minn qabel tas-sidien tal-istituzzjoni jew, meta permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli, mill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni;

    (b) l-istrumenti jitħallsu totalment u x-xiri tagħhom ma jkunx iffinanzat direttament jew indirettament mill-isitituzzjoni;

    (c) l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin fir-rigward tal-klassifikazzjoni tagħhom:

    (i) jikkwalifikaw bħala kapital skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad- Direttiva 83/635/KEE;

    (ii) ikunu kklassifikati bħala ekwità skont it-tifsira tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (iii) ikunu kklassifikati bħala kapital ta’ ekwità għall-fini tal-istabiliment tal- insolvenza fil-karta bilanċjali, meta applikabbli skont il-liġi nazzjonali tal- insolvenza;

    (d) l-istrumenti jintwerew b’mod ċar u separat fuq il-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni;

    (e) l-istrumenti jkunu perpetwi;

    (f) istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall- l-ammont ta' kapital tal-istrumenti ma jistax jitnaqqas jew ripagat, ħlief f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

    (i) il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

    (ii) ix-xiri mill-ġdid diskrezzjonarju tal-istrumenti jew mezzi diskrezzjonali oħra ta’ tnaqqis tal-kapital, meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 77;

    (g) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx espressament jew impliċitament li l-ammont ta' kapital tal-istrumenti jitnaqqas jew jista’ jkun li jitnaqqas jew jiġi ripagat ħlief fil-likwidazzjoni tal-istituzzjoni, u l-istituzzjoni b’ebda mod ieħor ma tipprovdi tali indikazzjoni qabel jew waqt il-ħruġ tal-istrumenti, ħlief fil-każ ta’ strumenti msemmija fl-Artikolu 27 meta r-rifjut mill-istituzzjoni li tifdi tali strumenti jkun pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli;

    (h) l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin fir-rigward ta' distribuzzjonijiet:

    (i) ma jkunx hemm trattament ta’ distribuzzjoni preferenzjali rigward l-ordni tal-pagamenti ta’ distribuzzjoni, inklużi fir-rigward ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, u t-termini li jirregolaw l-istrumenti ma jipprovdux drittijiet preferenzjali lill-pagament tad-distribuzzjonijiet;

    (ii) distribuzzjonijiet lid-detenturi tal-istrumenti jistgħu jitħallsu biss mill-elementi distribwibbli;

    (iii) il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludux limitu massimu jew restrizzjonijiet oħra fuq il-livell massimu tad-distribuzzjonijiet, ħlief fil-każ tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 27.

    (iv) il-livell tad-distribuzzjonijiet ma jkunx iddeterminat fuq il-bażi tal-ammont li għalih l-istrumenti kienu nxtraw fil-ħruġ, ħlief fil-każ tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 27;

    (v) il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludux obbligu għall-istituzzjoni li tagħmel distribuzzjonijiet lid-detenturi tagħhom u l-istituzzjoni bl-ebda mod ma tkun soġġetta għal tali obbligu;

    (vi) kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fin-nuqqas ta’ pagament tad-distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix avveniment ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni;

    (vii) il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jkun jimponi l-ebda restrizzjoni fuq l-istituzzjoni;

    (i) meta mqabbla mal-istrumenti ta' kapital maħruġa mill-istituzzjoni, l-istrumenti jassorbu l-ewwel u proporzjonalment l-akbar sehem tat-telf meta jseħħ, u kull strument jassorbi t-telf tal-istess grad bħall-istrumenti l-oħra kollha ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;

    (j) l-istrumenti jikklassifikaw taħt il-pretensjonijiet l-oħra kollha fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

    (k) l-istrumenti jintitolaw lis-sidien tagħhom għal pretensjoni fuq l-assi residwi tal-istituzzjoni, li, fil-każ tal-likwidazzjoni tagħha u wara l-pagament tal-pretensjonijiet superjuri tagħha, tkun pproporzjonata għall-ammont maħruġ ta’ tali strumenti u ma tkunx fissa jew soġġetta għal limitu massimu, ħlief fil-każ tal-istrumenti ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 27;

    (l) l-istrumenti ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

    (ii) l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

    (iii) il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

    (iv) il-kumpannija azzjonarja ta' attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;

    (v) il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta u s-sussidjarji tagħha;

    (vi) xi impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punt (i) sa (v);

    (m) l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe arranġament, kuntrattwali jew ta’ tip ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjonijiet skont l-istrumenti f'insolvenza jew likwidazzjoni.

    Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (j) tal-ewwel subparagrafu għandha titqies sodisfatta, minkejja li l-istrumenti huma inklużi fil-Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 484(3), dment li jikklassifikaw pari passu.

    2.  Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (i) tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu sodisfatti minkejja deprezzament fuq bażi permanenti tal-ammont prinċipali ta' strumenti ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali.

    Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja tnaqqis tal-ammont prinċipali tal-istrument kapitali fi proċedura ta' riżoluzzjoni jew bħala konsegwenza ta' deprezzament ta' strumenti kapitali meħtieġ mill-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-istituzzjoni.

    Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (g) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument kapitali li jindika espliċitament jew impliċitament li l-ammont prinċipali tal-istrument għandu jitnaqqas jew jista' jitnaqqas fi proċedura ta' riżoluzzjoni jew bħala konsegwenza ta' deprezzament ta' strumenti kapitali rikjest mill-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-istituzzjoni.

    3.  Il-kondizzjoni stipulata fil-punt (h)(iii) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja l-istrument li jħallas multiplu tad-dividend, dment li tali multiplu tad-dividend ma jirriżultax f'distribuzzjoni li tikkawża ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji.

    4.  Għall-finijiet tal-punt (h)(i) tal-paragrafu 1, distribuzzjonijiet differenzjati għandhom jirriflettu biss drittijiet ta' vot differenzjat. F'dan ir-rigward, distribuzzjonijiet ogħla għandhom japplikaw biss għal strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 b'inqas jew ebda dritt ta' vot.

    5.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

    (a) il-forom u n-natura applikabbli ta’ finanzjament indirett tal-istrumenti ta' fondi proprji;

    (b) Jekk u meta distribuzzjonijiet multipli jikkostitwixxu ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji;

    (c) it-tifsira ta’ distribuzzjonijiet preferenzjali.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 29

    Strumenti ta' kapital maħruġa minn impriżi mutwali, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil u istituzzjonijiet simili

    1.  L-istrumenti ta' kapital maħruġa minn soċjetà mutwali jew kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil u istituzzjonijiet simili għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28 bil-modifiki li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, jiġu ssodisfati.

    2.  Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ tifdija tal-istrumenti ta' kapital:

    (a) ħlief meta pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ tirrifjuta t-tifdija tal-istrumenti;

    (b) meta r-rifjut mill-istituzzjoni tat-tifdija tal-istrumenti jkun pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istumenti għandhom jagħtu l-kapaċità lill-istituzzjoni li tillimita t-tifdija tagħhom;

    (c) ir-rifjut li tifdi l-istrumenti, jew il-limitazzjoni tat-tifdija tal-istrumenti meta applikabbli, jista' ma jkunx jikkostitwixxi avveniment ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni.

    3.  L-istrumenti ta' kapital jistgħu jinkludu limitu massimu jew restrizzjoni fuq il-livell massimu tad-distribuzzjonijiet biss meta dak il-livell massimu jew restrizzjoni jkun stabbilit skont id-dritt nazzjonali applikabbli jew l-istatut tal-istituzzjoni.

    4.  Meta l-istrumenti ta' kapital jagħtu lis-sid drittijiet għar-riżervi tal-istituzzjoni fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni li jkunu limitati għall-valur nominali tal-istrumenti, tali limitazzjoni għandha tapplika bl-istess grad għad-detenturi tal-istrumenti l-oħrajn kollha ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-istituzzjoni.

    Il-kondizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li soċjetà mutwi jew kooperattiva, istituzzjoni ta' tfaddil jew istituzzjoni simili tirrikonoxxi fl-Ekwità Komuni ta’ Grad 1 strumenti li ma jagħtux drittijiet ta' vot lid-detentur u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a) il-pretensjoni tad-detenturi tal-istrumenti mingħajr vot fl-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni tkun proporzjonata għas-sehem mit-total tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1li dawn l-istrumenti mingħajr vot jirrappreżentaw;

    (b) l-istrumenti b'xi mod ieħor jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1.

    5.  Meta l-istrumenti ta' kapital jintitolaw lis-sidien tagħhom għal pretensjoni fuq l-assi tal-istituzzjoni fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tagħha li tkun fissa jew soġġetta għal limitu massimu, tali limitazzjoni għandha tapplika sal-istess grad għad-detenturi kollha tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 maħruġa mill-istituzzjoni.

    6.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika n-natura tal-limitazzjonijiet fuq it-tifdija neċessarja meta r-rifjut tat-tifdija tal-istrumenti ta’ fondi proprji mill-istituzzjoni tkun ipprojbita skont id-dritt nazzjonali applikabbli.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 30

    Konsegwenzi għall-fatt li l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ma jibqgħux issodisfati

    Dawn li ġejjin għandhom japplikaw fejn, fil-każ ta’ strument ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, il-kondizzjoniiet stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29 ma jibqgħux jiġu ssodisfati:

    (a) dak l-istrument għandu immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;

    (b) il-kontijiet tal-primjum azzjonarju b'rabta ma’ dak l-istrument għandhom immedjatament ma jibqgħux jikkwalifikaw bħala elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1.

    Artikolu 31

    Strumenti kapitali sottoskritti mill-awtoritajiet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza

    1.  F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-inklużjoni fl-Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' strumenti kapitali li jikkonformaw tal-inqas mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 28(1) meta l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

    (a) l-istrumenti kapitali jkunu nħarġu wara 1 ta’ Jannar 2014

    (b) il-Kummissjoni tqis l-istrumenti kapitali bħala għajnuna mill-istat;

    (c) l-istrumenti kapitali jinħarġu fil-kuntest ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat eżistenti dak iż-żmien;

    (d) l-istrumenti kapitali huma kollha sottoskritti u miżmuma mill-Istat jew minn awtorità pubblika rilevanti jew entità ta' proprjetà pubblika;

    (e) l-istrumenti kapitali jistgħu jassorbu telf;

    (f) ħlief għall-istrumenti ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 27, f'każ ta' likwidazzjoni, l-istrumenti kapitali jagħtu d-dritt lill-proprjetarji tagħhom biex jitolbu għall-assi residwi tal-istituzzjoni wara l-pagament tal-pretensjonijiet prijoritarji kollha;

    (g) hemm mekkaniżmi ta' ħruġ adegwati tal-Istat jew, fejn applikabbli, awtorità pubblika jew entità ta' proprjetà pubblika rilevanti;

    (h) l-awtorità kompetenti tat il-permess tagħha minn qabel u ppubblikat id-deċiżjoni tagħha flimkien ma spjegazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.

    2.  Fuq talba motivata mill-awtorità kompetenti rilevanti u f'kooperazzjoni magħha, l-ABE għandha tikkunsidra l-istrumenti kapitali msemmija fil-paragrafu 1 bħala ekwivalenti għall-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.



    Taqsima 2

    Filtri prudenzjali

    Artikolu 32

    Assi titolizzati

    1.  Istituzzjoni għandha teskludi minn kwalunkwe element ta’ fondi proprji kwalunkwe żieda fl-ekwità tagħha skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li tirriżulta minn assi titolizzati, inklużi dawn li ġejjin:

    (a) tali żieda assoċjata ma’ introjtu ta’ marġini futur li jirriżulta fi qligħ fuq il-bejgħ għal dik l-istituzzjoni;

    (b) meta l-istituzzjoni tkun l-oriġinatur ta’ titolizzazzjoni, iż-żidiet netti li jitnisslu mill-kapitalizzazzjoni ta’ introjtu futur mill-assi titolizzati li jipprovdu tisħiħ fil-kreditu lill-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni.

    2.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 33

    Koperturi tal-flussi ta' flus u l-bidliet fil-valur tal-obbligazzjonijiet proprji

    1.  L-istituzzjonijiet m’għandhomx jinkludu l-elementi li ġejjin fi kwalunkwe element ta’ fondi proprji:

    (a) ir-riżervi ta’ valur ġust relatati mal-qligħ jew telf fuq il-koperturi tal-flussi tal-flus ta’ strumenti finanzjarji li ma jkunux valutati f’valur ġust, inklużi l-flussi tal-flus ipproġettati;

    (b) qligħ jew telf fuq obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li jkunu vvalutati b’valur ġust li jirriżulta minn bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni;

    ▼C2

    (c) qligħ u telf b'valur ġust fuq obbligazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni li jirriżulta minn tibdil fir-riskju proprju ta' kreditu tal-istituzzjoni.

    ▼B

    2.  Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet m'għandhomx ipaċu l-qligħ u telf b'valur ġust li jirriżulta mir-riskju proprju ta' kreditu tal-istituzzjoni b'dawk li jirriżultaw mir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti tagħha.

    3.  Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu l-ammont ta' qligħ u telf fuq l-obbligazzjonijiet tagħhom fil-fondi proprji meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-obbligazzjonijiet huma fil-forma ta' bonds kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE;

    (b) il-bidliet fil-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni huma minħabba l-istess bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni;

    (c) hemm korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds imsemmija fil-punt (a) u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni;

    (d) huwa possibbli li jinfeda s-self ipotekarju billi jinxtraw lura l-bonds li jiffinanzjaw is-self ipotekarju b'valur tas-suq jew dak nominali.

    4.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta'standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dak li jikkostitwixxi korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds u l-valur tal-assi, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3.

    L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2013.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 34

    Aġġustamenti fil-valur addizzjonali

    L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 105 għall-assi kollha tagħhom imkejla f’valur ġust meta jikkalkulaw l-ammont tal-fondi proprji tagħhom u għandhom inaqqsu mill-kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament fil-valur addizzjonali neċessarju.

    Artikolu 35

    Qligħ u telf mhux realizzati mkejla b’valur ġust

    Ħlief fil-każ tal-elementi msemmija fl-Artikolu 33, l-istituzzjonijiet m’għandhomx jagħmlu aġġustamenti biex ineħħu mill-fondi proprji tagħhom il-qligħ u t-telf mhux realizzati fuq l-assi jew l-obbligazzjonijiet tagħhom imkejla b’valur ġust.



    Taqsima 3

    Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, eżenzjonijiet u alternattivi



    Subtaqsima 1

    Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

    Artikolu 36

    Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dan li ġej mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1:

    (a) telf għas-sena finanzjarja kurrenti;

    (b) assi intanġibli;

    (c) assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura;

    (d) għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-Approċċ IRB), l-ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistenni kif stabbilit fl-Artikoli 158 u 159;

    (e) assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni;

    (f) istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall-holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, inklużi strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 li istituzzjoni jkollha obbligu reali jew kontinġenti li tixtri fuq il-bażi ta’ obbligu kuntrattwali eżistenti;

    (g) holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom holding inkroċjata reċiproka mal-istituzzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li kienet iddisinjata biex tkabbar artifiċjalment il-fondi proprji tal-istituzzjoni;

    (h) l-ammont applikabbli tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;

    (i) l-ammont applikabbli tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;

    ▼C3

    (j) l-ammont tal-elementi meħtieġ li jitnaqqas mill-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 56 li jeċċedi l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni;

    ▼B

    (k) l-ammont tal-iskopertura tal-elementi li ġejjin li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 1 250  %, meta l-istituzzjoni tnaqqas dak l-ammont tal-iskopertura mill-ammont tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta' piż tar-riskju ta’ 1 250  %:

    (i) holdings kwalifikattivi 'l barra mis-settur finanzjarju;

    (ii) pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, skont l-Artikolu 243(1)(b), l-Artikolu 244(1)(b) u l-Artikolu 258;

    (iii) konsenji ħielsa, skont l-Artikolu 379(3);

    (iv) pożizzjonijiet f’basket li għalihom istituzzjoni ma tistax tistabilixxi l-piż tar-riskju skont l-Approċċ IRB, f'konformità mal-Artikolu 153(8).

    (v) skoperturi ta' ekwità skont approċċ ibbażat fuq mudelli interni, f'konformità mal-Artikolu 155(4).

    (l) kwalunkwe imposta tat-taxxa relatat mal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 prevista fil-waqt tal-kalkolu tagħha, ħlief meta l-istituzzjoni b’mod adatt taġġusta l-ammont ta’ elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 sakemm tali imposti tat-taxxa jnaqqsu l-ammont li għalih jistgħu jiġu użati dawk l-elementi biex ikunu koperti r-riskji u t-telf.

    2.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punti (a), (c), (e), (f), (h), (i) u (l) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tnaqqis relatat imsemmi fil-punti (a), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 56 u l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 66.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    3.  L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta’ strumenti ta' kapital ta' istituzzjonijiet finanzjarji u, f'konsultazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 ( 7 ), ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta’ pajjizi terzi, u ta' impriżi esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva li għandhom jitnaqqsu mill-elementi ta’ fondi proprji li ġejjin:

    (a) Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;

    (b) Elementi ta’ Addizzjonali ta' Grad 1;

    (c) Elementi ta’ Grad 2.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 37

    Tnaqqis ta’ assi intanġibbli

    L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-assi intanġibbli li jrid jitnaqqs skont dawn li ġejjin:

    (a) l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li jitneħħew jekk l-assi intanġibbli jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (b) l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jinkludi l-avvjament inkluż fil-valutazzjoni ta’ investimenti sinifikanti tal-istituzzjoni.

    Artikolu 38

    Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura li jeħtieġu li jitnaqqsu skont dan l-Artikolu.

    2.  Ħlief għal meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfati, l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura, għandu jiġi kkalkulat mingħajr ma jitnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati tal-istituzzjoni.

    3.  L-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura jista’ jitnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati tal-istituzzjoni, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

    (a) l-entità għandha dritt legalment infurzabbli skont id-dritt nazzjonali applikabbli ta' tpaċija ta' dawk l-assi kurrenti ta' taxxa mal-obbligazzjonijiet kurrenti ta' taxxa;

    (b) l- assi ta' taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita jikkonċernaw taxxi imposti mill-istess awtorità ta' tassazzjoni u fuq l-istess entità taxxabbli.

    4.  L-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differitai assoċjati tal-istituzzjoni użati għall-fini tal-paragrafu 3 ma jistgħux jinkludu obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita li jnaqqsu l-ammont ta’ assi intanġibbli jew assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit li jeħtieġ li jitnaqqsu.

    5.  L-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati msemmija fil-paragrafu 4 għandu jiġi allokat bejn dawn li ġejjin:

    (a) assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jitnisslu minn differenzi temporanji li mhumiex imnaqqsa skont l-Artikolu 48(1);

    (b) assi oħra kollha ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura.

    L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati skont il-proporzjon tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura li jkunu rappreżentati mill-elementi msemmija fil-punti (a) u (b).

    Artikolu 39

    Pagamenti żejda ta' taxxa, riporti ta' telf fiskali u assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profitabbiltà futura

    1.  L-elementi li ġejjin m'għandhomx jitnaqqsu mill-fondi proprji u għandhom ikunu soġġetti għal piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli:

    (a) pagamenti eċċessivi ta’ taxxa mill-istituzzjoni għas-sena kurrenti;

    (b) telf wara t-taxxa fis-sena kurrenti tal-istituzzjoni trasferit lura għas-snin preċedenti li jnissel pretensjoni fuq, jew riċevibbli minn, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali tat-taxxi.

    2.  Assi ta’ taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profitabbiltà futura għandhom ikunu limitati għal assi ta' taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a) ikunu sostitwiti b'mod awtomatiku u mandatorju mingħajr dewmien bi kreditu ta' taxxa f'każ li l-istituzzjoni tirrapporta telf meta r-rapporti finanzjarji annwali tal-istituzzjoni jkunu formalment approvati, jew f'każ ta' likwidazzjoni jew insolvenza tal-istituzzjoni;

    (b) istituzzjoni għandha tkun tista', skont il-liġi nazzjonali applikabbli tat-taxxa, tikkumpensa għal kreditu ta' taxxa kif imsemmi fil-punt (a) kontra kwalunkwe obbligazzjoni ta' taxxa tal-istituzzjoni jew kwalunkwe impriża oħra inkluża fl-istess konsolidazzjoni bħall-istituzzjoni għal fini ta' taxxa skont dik il-liġi jew kwalunkwe impriża oħra soġġetta għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

    (c) meta l-ammont ta' krediti ta' taxxa kif imsemmi fil-punt (b) jaqbeż l-obbligazzjonijiet tat-taxxa msemmija f'dak il-punt, kwalunkwe tali eċċess jiġi sostitwit mingħajr dewmien bi pretensjoni diretta lill-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni.

    L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 100 % għall-assi ta' taxxa differita fejn huma ssodisfati l-kondizzjonijiet imniżżlin fil-punti (a), (b) u (c).

    Artikolu 40

    Tnaqqis ta’ ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija

    L-ammont li jrid jitnaqqas skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) m’għandux jitnaqqas permezz ta’ żieda fil-livell tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura, jew effetti oħra ta’ taxxa addizzjonali, ►C2  li jistgħu jseħħu li kieku l-proviżjonijiet kellhom jiżdiedu sal-livell ta' telf mistenni msemmi fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta. ◄

    Artikolu 41

    Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit

    ▼C2

    1.  Għall-fini tal-punt (e) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-assi ta' fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit li għandu jitnaqqas għandu jonqos b'dawn li ġejjin:

    (a) l-ammont ta' kwalunkwe obbligazzjoni għal taxxa differita assoċjata li jista' jitpaċa jekk l-assi jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

    (b) l-ammont tal-assi fil-fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit li l-istituzzjoni jkollha abbiltà mingħajr restrizzjoni li tuża, sakemm l-isitituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

    Dawk l-assi użati biex jitnaqqas l-ammont li jrid jitnaqqas għandhom jirċievu piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

    ▼B

    2.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li fuqhom awtorità kompetenti għandha tippermetti istituzzjoni li tnaqqas l-ammont tal-assi fil-fond ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definiti kif speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 42

    Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1

    Għall-fini tal-punt (f) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet twal grossi soġġett għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

    (a) istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;

    (ii) jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;

    (b) l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolazzjoni tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 inklużi f'dawk l-indiċi;

    (c) l-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-pożizzjonijiet twal gross fi strumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jirriżultaw minn holdings ta' titoli ta' indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fi strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jirriżultaw minn pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inklużi meta dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju ta’ kontroparti, dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;

    (ii) jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.

    Artikolu 43

    Investiment sinifikanti f'entità tas-settur finanzjarju

    Għall-fini ta’ tnaqqis, investiment sinifikanti ta’ istituzzjoni f’entità tas-settur finanzjarju għandu jirriżulta meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tiġi ssodisfata:

    (a) l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ aktar minn 10 % tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità;

    (b) l-istituzzjoni jkollha rabtiet mill-qrib ma’ dik l-entità u jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità;

    (c) l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità u l-entità ma tkunx inkluża f’konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed iżda tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni ta' kontabbiltà bħall-istituzzjoni għall-fini tar-rapportar finanzjarju skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli.

    Artikolu 44

    Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka mfassla artifiċjalment għall-inflazzjoni tal-fondi proprji

    L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (g), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) skont dawn li ġejjin:

    (a) il-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 u strumenti ta' kapital oħra ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet twal grossi;

    (b) L-elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 għandhom jiġu trattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għall-fini tat-tnaqqis.

    Artikolu 45

    Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju

    L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqisiet meħtieġ fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a) huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) il-maturità tal-pożizzjoni qasira taqbel mal-maturità tal-pożizzjoni twila jew għandha maturità residwa ta’ mill-inqas sena;

    (ii) jew kemm il-pożizzjonijiet qosra u dawk twal jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;

    (b) huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti ta' kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f'dawk l-indiċi;

    Artikolu 46

    Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju

    1.  Għall-fini tal-punt (h) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur miksub mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

    (a) l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 u Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti taqbeż 10 % tal-ammont aggregat tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jkunu applikati dawn li ġejjin għall-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1:

    (i) l-Artikoli 32 sa 35;

    (ii) it-tnaqqis imsemmi fil-punti (a) sa (g), punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jitnisslu minn differenzi temporanji;

    (iii) l-Artikoli 44 u 45

    (b) l-ammont tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom ►C2  diviż bl-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju. ◄

    2.  L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

    ▼C2

    3.  L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 kollha miżmuma. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi multiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

    ▼B

    (a) l-ammont ta’ holdings li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

    (b) il-proporzjoni tal-ammont aggregat ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentati minn kull wieħed mill-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 miżmum.

    4.  L-ammont tal-holdings imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-piż tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.

    ▼C2

    5.  L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

    (a) l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

    (b) il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

    ▼B

    Artikolu 47

    Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju

    Għall-fini tal-punt (1) tal-Artikolu 36(1), l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għandu jeskludi pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas u għandu jkun stabbilit skont l-Artikoli 44 u 45 u s-Subtaqsima 2.



    Subtaqsima 2

    Eżenzjonijiet minn u alternattivi għal tnaqqis minn elementi ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni

    Artikolu 48

    Livell limitu tal-eżenzjonijiet mit-tnaqqis minn elementi TA'Ekwità Komuni ta' Grad 1

    1.  Meta jsir it-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet m’għandhomx ikunu meħtieġa jnaqqsu l-ammont tal-elementi elenkati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu li bħala aggregat jkunu ugwali għal jew inqas mill-ammont limitu msemmi fil-paragrafu 2:

    (a) assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji, u bħala aggregat ikunu ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara l- applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

    (i) l-Artikoli 32 sa 35;

    (ii) il-punti (a) sa (h), il-punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji.

    (b) fejn istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju, il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta' dik l-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ dawk l-entitajiet li bħala aggregat ikunu ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara l-applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

    (i) l-Artikolu 32 sa 35;

    (ii) il-punti (a) sa (h), il-punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l), tal-Artikolu 36(1) bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji.

    2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, l-ammont ta' limitu għandu jkun daqs l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu immultiplikat bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

    (a) l-ammont residwu ta' elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti u t-tnaqqis fl-Artikoli 32 sa 36 kollha u mingħajr ma jiġu applikati l-eżenzjonijiet speċifikati f'dan l-Artikolu;

    (b) 17,65 %.

    3.  Għall-fini tal-paragrafu 1, istituzzjoni għandha tiddetermina l-porzjon ta' assi ta' taxxa differita fl-ammont totali ta' elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 li mhux meħtieġ li jiġi mnaqqas billi jiġi diviż l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

    (a) l-ammont ta' assi ta' taxxa differita li jiddependi fuq il-profittabilità futura u li ġej minn differenzi temporanji, u li fl-aggregat huma ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-isituzzjonijiet;

    (b) it-total ta' dan li ġej:

    (i) l-ammont imsemmi fil-punt (a);

    (ii) l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ fondi proprji ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni għandha investiment sinifikanti fihom, u li fl-aggregat huma ugwali jew inqas minn 10 % tal-elementi tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 tal-isituzzjoni.

    Il-proporzjon ta' investimenti sinifikanti fl-ammont totali ta' elementi li mhux meħtieġ li jiġi mnaqqas huwa ugwali għal wieħed imnaqqas mill-proporzjon imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

    4.  L-ammonti tal-elementi li ma jitnaqqsux skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ppeżati għar-riskju b’250 %.

    Artikolu 49

    Rekwiżit għal tnaqqis fejn ikunu applikati l-konsolidazzjoni, is-superviżjoni supplementari jew skemi ta' protezzjoni istituzzjonali

    1.  Għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi individwali, bażi subkonsolidata jew bażi konsolidata, meta l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet sabiex japplikaw il-metodu 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li ma jkunx hemm tnaqqis fil-holdings ta' istrumenti ta’ fondi proprji ta' entità tas-settur finanzjarju li fiha l-istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew istituzzjoni għandha investiment sinifikanti, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu:

    (a) l-entità tas-settur finanzjarju hija impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni;

    (b) l-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni tkun inkluża fl-istess superviżjoni supplementari taħt id-Direttiva 2002/87/KE bħall-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew l-istituzzjoni li jkollha l-holding;

    (c) l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti;

    (d) qabel jingħata l-permess imsemmi fil-punt (c), u fuq bażi kontinwa, l-awtoritjiet kompetenti ikunu ssodisfati li l-livell ta' ġestjoni integrata, il-ġestjoni tar-riskju u kontroll intern rigward l-entitajiet li ser ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni skont il-metodu 1, 2 jew 3 jkun adegwat;

    (e) il-holdings fl-entità jappartjenu lil wieħed minn dawn li ġejjin:

    (i) l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali;

    (ii) il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali;

    (iii) il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali;

    (iv) l-istituzzjoni;

    (v) sussidjarja ta' waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv) li hija inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.

    Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien.

    2.  Għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi subkonsolidata, l-istituzzjonijiet soġġetti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed m’għandhomx inaqqsu l-holdings tal-istrumenti ta' fondi proprji maħruġa mill-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż fl-ambitu tas-superviżjoni konsolidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li dak it-tnaqqis huma meħtieġ għal raġunijiet speċifiċi, b'mod partikolari separazzjoni strutturali tal-attivitajiet bankarji u l-ippjanar ta' riżoluzzjonijiet.

    L-applikazzjoni tal-approċċ imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jinvolvi effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni kollha li jiffurmaw jew joħolqu ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.

    3.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, għall-fini li jikkalkolaw il-fondi proprji fuq bażi individwali jew subkonsolidata, jippermettu lill-istituzzjonijiet ma jnaqqsux holdings ta' strumenti ta' fondi proprji fil-każijiet li ġejjin:

    (a) meta istituzzjoni jkollha holding f'istituzzjoni oħra u huma sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (i) sa (v):

    (i) l-istituzzjonijiet jinsabu fi ħdan l-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7);

    (ii) l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw il-permess imsemmi fl-Artikolu 113(7);

    (iii) il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 113(7) ikunu ssodisfati;

    (iv) l-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali tfassal karta tal-bilanċ ikkonsolidata msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 113(7) jew, f'każ li mhux meħtieġ li jitfasslu kontijiet ikkonsolidati, kalkolu aggregat estiż li jkun, sodisfaċenti f'għajnejn l-awtoritajiet kompetenti, u li hu ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE, li jinkorpora ċerti adattamenti għad-dispożizzjonijiet tas-SABE' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE jew ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, li jirregola l-kontijiet konsolidati ta' gruppi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. L-ekwivalenza ta' dak il-kalklolu aggregat estiż għandu jiġi vverifikat minn awditur estern u b'mod partikolari li l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji kif ukoll kwalunkwe ħolqien inadegwat ta' fondi proprji bejn il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali jiġu eliminati fil-kalkolu. Il-karta ta' bilanċ konsolidata jew il-kalklolu aggregat estiż għandhom jiġu rapportati lill-awtoritajiet kompetenti mhux inqas frekwentement mill-frekwenza stabbilita fl-Artikoku 99;

    (v) l-istituzzjonijiet inklużi fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali jissodisfaw flimkien fuq bażi konsolidata jew aggregata estiża r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92 u jwettqu r- rappurtar tal-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 99. Fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali t-tnaqqis tal-imgħax ta' proprjetà ta' membri kooperattivi jew entitajiet legali, li mhumiex membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali, mhuwiex meħtieġ, dment li l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji kif ukoll kwalunkwe ħolqien inadegwat ta' fondi proprji bejn il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali u l-azzjonist minoritarju, meta din tkun istituzzjoni, huma eliminati.

    (b) meta istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali jkollha holding fl-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali tagħha jew f’istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali oħra u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (v) ikunu ssodisfati.

    4.  Il-holdings fir-rigward ta' liema ma jsirx tnaqqis skont il-paragrafi 1, 2, jew 3 għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi u għandhom ikunu ppeżati għar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

    ►C2  5.  Fejn istituzzjoni tapplika l-metodu 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, l-istituzzjoni għandha ◄ tiddivulga r-rekwiżit ta' fondi proprji supplimentari u l-proporzjon ta' adegwatezza tal-kapital tal-konglomerat finanzjarju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 6 u l-Anness I għal dik id-Direttiva.

    6.  L-ABE, l-AEAPX u l- Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 ( 8 ) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw għall-fini ta’ dan l-Artikolu l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-metodi ta’ kalkolu elenkati fl-Anness I, il-Parti II tad-Direttiva 2002/87/KE għall-fini tal-alternattivi għat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    ▼C1

    L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.



    Taqsima 4

    Kapital ta'Ekwità Komuni ta' Grad 1

    Artikolu 50

    Kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1

    Il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ istituzzjoni għandu jkun jikkonsisti minn elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 wara li jiġu applikati l-aġġustamenti meħtieġa mill-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqisiet skont l-Artikolu 36 u l-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79.



    KAPITOLU 3

    Kapital Addizzjonali ta’ Grad 1



    Taqsima 1

    Elementi u strumenti Addizzjonali ta' Grad 1

    Artikolu 51

    Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1

    Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1 għandhom jikkonsistu f'dawn li ġejjin:

    (a) strumenti ta' kapital, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) jiġu ssodisfati;

    (b) il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a).

    Strumenti inklużi taħt il-punt (a) ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew tal-Grad 2.

    Artikolu 52

    Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1

    1.  L-istrumenti ta' kapital għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-istrumenti jkunu nħarġu u tħallsu għal kollox;

    (b) l-istrumenti ma nxtrawx minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

    (ii) impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha holding fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ dik l-impriża;

    (c) ix-xiri tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;

    (d) l-istrumenti jikklassifikaw taħt strument ta’ Grad 2 fil-każ tal-insolvenza tal-istituzzjoni;

    (e) l-istrumenti ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjonijiet minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

    (ii) l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

    (iii) il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

    (iv) il-kumpannija azzjonarja ta' attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;

    (v) il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew is-sussidjarji tagħha;

    (vi) kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (v);

    (f) l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe arranġament, kuntrattwali jew ta’ tip ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjonijiet skont l-istrumenti f'insolvenza jew likwidazzjoni.

    (g) l-istrumenti ikunu perpetwi u d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma fihomx inċentiv biex l-istituzzjoni tifdihom;

    (h) fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jinkludu dritt ta' xiri wieħed jew aktar, dan id-dritt ta' xiri jista' jiġi eżerċitata għad-diskrezzjoni unika tal-emittent;

    (i) l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 78(4);

    (j) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b’mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti jinxtraw jew jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid u l-istituzzjoni ma tagħtix din l-indikazzjoni f’forma oħra, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

    (i) il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

    (ii) ix-xiri mill-ġdid diskrezzjonarju tal-istrumenti jew mezzi diskrezzjonali oħra ta’ tnaqqis tal-ammont tal-Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 77;

    (k) l-istituzzjoni ma tindikax b’mod espliċitu jew impliċitu li l-awtorità kompetenti sejra tagħti l-kunsens għal talba biex tixtri, tifdi jew tixtri mill-ġdid l-istrumenti;

    (l) distribuzzjonijiet skont l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) jitħallsu mill-elementi distribwibbli;

    (ii) il-livell ta’ distribuzzjonijiet li jsir fuq l-istrumenti ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha;

    (iii) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jagħtu lill-istituzzjoni diskrezzjoni sħiħa biex fi kwalunkwe waqt tikkanċella d- distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti għal perijodu mingħajr limitu u fuq bażi mhux kumulattiva, u l-istituzzjoni tista’ tuża dawn il-pagamenti ikkanċellati mingħajr restrizzjoni sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha meta jkunu dovuti;

    (iv) il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta’ inadempjenza tal-stituzzjoni;

    (v) il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jkun jimponi l-ebda restrizzjoni fuq l- istituzzjoni;

    (m) l-istrumenti ma jkunux jikkontribwixxu għad-determinazzjoni li l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni jeċċedu l-assi tagħha, fejn dan il-kalkolu jikkostitwixxi test ta’ insolvenza skont id-dritt nazzjonali applikabbli;

    (n) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta jseħħ avveniment skattatur, l-ammont tal-kapital tal-istrumenti titniżżel fil-valur fuq bażi permamenti jew temporanja jew li l-istrumenti jinqalbu għal strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;

    (o) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jkunu jinkludu l-ebda karatteristika li tista’ tfixkel ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni;

    (p) fejn l-istrumenti ma jinħarġux direttament minn istituzzjoni, iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:

    (i) l-istrumenti jinħarġu permezz ta' entità fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

    (ii) ir-rikavati jkunu immedjatament disponibbli għall-istituzzjoni mingħajr limitazzjoni u f’forma li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.

    Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandha titqies sodisfatta, minkejja l-istrumenti huma inklużi fil-Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 484(3), dment li jikklassifikaw pari passu.

    2.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan kollu li ġej:

    (a) il-forma u n-natura tal-inċentivi biex jinfdew;

    (b) in-natura ta' kwalunkwe żieda fil-valur tal-ammont tal-kapital tal-istrument ta’ Grad 1 Addizzjonali b'segwitu għal tnaqqis fil-valur fuq bażi temporanja tal-ammont tal-kapital tiegħu;

    (c) il-proċeduri u l-għażla taż-żmien għal dawn li ġejjin:

    (i) id-determinazzjoni li jkun seħħ avveniment skattatur;

    (ii) iż-żieda fil-valur tal-ammont tal-kapital tal-istrument ta’ Grad 1 Addizzjonali b'segwitu għal tnaqqis fil-valur fuq bażi temporanja tal-ammont tal-kapital tiegħu;

    (d) il-karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni;

    (e) l-użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 53

    Restrizzjonijiet fuq il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali u karatteristiċi li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni

    Għall-finijiet tal-punti (l)(v) u (o) tal-Artikolu 52(1), id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom, b’mod partikolari, ma jinkludux dawn li ġejjin:

    (a) rekwiżit li jsiru distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti fil-każ ta’ distribuzzjoni fuq strument maħruġ minn istituzzjoni li tikklassifika fl-istess grad bħal, jew subordinat minn, strument ta’ Grad 1 Addizzjonali, inkluż strument ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;

    (b) rekwiżit li l-pagament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta’ Grad 1 Addizzjonali jew ta’ Grad 2 jiġu kkanċellati fil-każ li ma jsirux distribuzzjonijiet fuq dawk l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali;

    (c) l-obbligu biex il-pagament ta’ imgħax jew ta’ dividend jiġi sostitwit permezz ta’ pagament fi kwalunkwe forma oħra. L-istituzzjoni ma għandhiex altrimenti tkun soġġetta għal tali obbligu.

    Artikolu 54

    Tnaqqis fil-valur jew konverżjoni ta’ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali

    1.  Għall-finijiet tal-punt tal-punt (n) tal-Artikolu 52(1), id-dispożizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali:

    (a) avveniment skattatur iseħħ meta l-proporzjon tal-kreditu ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) jaqa’ taħt xi wieħed minn dawn li ġejjin:

    (i) 5,125 %;

    (ii) livell ogħla minn 5,125 %, fejn iddeterminat mill-istituzzjoni u speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;

    (b) fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument, l-istituzzjonijiet jistgħu jispeċifikaw avveniment skattatur wieħed jew aktar b'żieda għal dak imsemmi fil-punt (a);

    (c) fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jeħtieġu li jiġu kkonvertiti fi strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta jseħħ avveniment skattatur, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jispeċifikaw waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) ir-rata ta’ din il-konverżjoni u limitu fuq l-ammont ta’ konverżjoni permess;

    (ii) il-medda li fiha l-istrumenti sejrin jiġu kkonvertiti fi strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;

    (d) fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jeħtieġu li meta jseħħ avveniment skattatur l-ammont ta' kapital tagħhom jitniżżawl fil-valur, it-tniżżil fil-valur għandu jnaqqas is-segwenti kollha:

    (i) il-pretensjoni tad-detentur tal-istrument fl-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

    (ii) l-ammont li jrid jitħallas fil-każ tas-sejħa jew fidi tal-istrument;

    (iii) id-distribuzzjonijiet li jkunu saru fuq l-istrument.

    2.  It-tnaqqis fil-valur jew il-konverżjoni ta' strument ta' Grad 1 Addizzjonali għandu, skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, jiġġenera elementi li jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1.

    3.  L-ammont ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali rikonoxxut f'elementi ta' Grad 1 Addizzjonali huwa limitat għall-ammont minimu tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 li jiġu ġġenerati jekk l-ammont tal-kapital tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jiġu kompletament imnaqqsa fil-valur jew konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.

    4.  L-ammont aggregat ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali li jrid jonqos fil-valur jew konvertit meta jseħħ avveniment skattatur m'għandux ikun inqas mill-iżjed ammont baxx ta' dawn li ġejjin:

    (a) l-ammont meħtieġ sabiex il-proporzjon ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni jkun restawrat b'mod sħiħ għal 5,125 %;

    (b) l-ammont tal-kapital sħiħ tal-istrument.

    5.  Meta jseħħ avveniment skattatur, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dan li ġej:

    (a) jinfurmaw immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti;

    (b) jinfurmaw lid-detenturi tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali;

    (c) inaqqsu fil-valur l-ammont tal-kapital tal-istrumenti, jew jikkonvertu l-istrumenti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn xahar, f'konformità mar-rekwiżit stipulat f'dan l-Artikolu.

    6.  Istituzzjoni li toħroġ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali li jikkonvertu għal Ekwità Komuni ta' Grad 1 fil-każ ta' avveniment li joħloq dan għandha tiżgura li l-kapital tas-sehem awtorizzat ikun dejjem suffiċjenti, biex l-istrumenti konvertibbli ta' Grad 1 Addizzjonali bħal dawn ikunu kkonvertiti f'sehmiet jekk iseħħ avveniment li joħloq dan. L-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa għandhom jinkisbu fid-data tal-ħruġ ta' tali strumenti konvertibbli ta' Grad 1. L-istituzzjoni għandha dejjem iżżomm l-awtorizzazzjoni meħtieġa bil-quddiem biex jinħarġu l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li fihom jiġu kkonvertiti tali strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali fil-każ ta' avveniment li joħloq dan.

    7.  Istituzzjoni li toħroġ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali li jikkonvertu f'Ekwità Komuni ta' Grad 1 fil-każ ta' avveniment li joħloq dan għandha tiżgura li ma jkunx hemm ostakoli proċedurali għal dik il-konverżjoni permezz tal-inkorporazzjoni jew l-istatuti jew l-arranġamenti kuntrattwali tagħha.

    Artikolu 55

    Konsegwenzi tal-fatt li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali

    Is-segwenti għandhom japplikaw meta, fil-każ ta’ strument ta’ Grad 1 Addizzjonali, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) ma jibqgħux jiġu ssodisfati:

    (a) dak l-istrument immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 1 Addizzjonali;

    (b) il-parti tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatata ma’ dak l-istrument għandha tieqaf immedjatament milli tikkwalifika bħala elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali.



    Taqsima 2

    Tnaqqis minn elementi ta' Grad 1 Addizzjonali

    Artikolu 56

    Tnaqqis minn elementii ta’ Grad 1 Addizzjonali

    L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali:

    (a) holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali, inkluż strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti;

    (b) holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li magħhom l-istituzzjoni jkollha holdings inkroċjati reċiproki li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun ġiet iddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji tal-istituzzjoni;

    (c) l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 60 ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju, fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;

    (d) holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet, eskluż pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għalħamest ijiem tax-xogħol jew inqas;

    ▼C3

    (e) l-ammont ta' elementi meħtieġa li jitnaqqsu minn elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 66 li jeċċedi l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni;

    ▼B

    (f) kull imposta ta’ taxxa relatat ma’ elementi ta’ Grad 1 prevedibbli fil-mument tal-kalkolu tagħha, ħlief fejn l-istituzzjoni b’mod xieraq taġġusta l-ammont ta’ elementi ta’ Grad 1 sa fejn tali impisti ta’ taxxa jnaqqsu l-ammont sa liema dawk l-elementi jistgħu jiġu applikati biex ikopru riskji jew telf.

    Artikolu 57

    Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali

    Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 56, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-holdings tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali abbażi ta’ pożizzjonijiet twal grossi dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta’ holdings tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali abbażi tal-pożizzjoni netta twila dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;

    (ii) jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;

    (b) l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 f'dawk l-indiċi;

    (c) l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu netting tal-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti proprji ta' Grad 1 Addizzjonali bħala riżultat ta’ holdings ta’ titoli ta' indiċi kontra l-pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji ta' Grad 1 Addizzjonali bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż meta dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) il-pożizzjonijiet twal u qosra jinsabu fl-istess indiċi sottostanti;

    (ii) jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu jew fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;

    Artikolu 58

    Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka artifiċjalment iddisinjata biex tkabbar il-fondi proprji

    L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 56 skont dawn li ġejjin:

    (a) il-holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal;

    (b) l-elementi ta’ assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom jiġu ttrattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għall-finijiet ta’ tnaqqis.

    Artikolu 59

    Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju

    L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56 skont is-segwenti:

    (a) huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) il-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun taqbel mal-maturità tal-pożizzjoni t-twila jew ikollha maturità residwa ta’ mill-inqas sena;

    (ii) jew kemm il-pożizzjoni qasira kif ukoll dik twila jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.

    (b) huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti ta' kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f'dawk l-indiċi;

    Artikolu 60

    Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju

    1.  Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 56, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

    ▼C2

    (a) l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investimenti sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:

    (i) l-Artikolu 32 sa 35;

    (ii) il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;

    (iii) l-Artikoli 44 u 45;

    (b) l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.

    2.  L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

    ▼C2

    3.  L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti Addizzjonali kollha ta' Grad 1 miżmuma. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi multiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

    (a) l-ammont ta' holdings li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

    (b) il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentat minn kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 miżmum.

    ▼B

    4.  L-ammont tal-holdings imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 56 li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabiliti fil-punti (a)(i), (ii) u (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-piż tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.

    ▼C2

    5.  L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

    (a) l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

    (b) il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjon fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

    ▼B



    Taqsima 3

    Kapital ta’ grad 1 addizzjonali

    Artikolu 61

    Kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali

    Il-kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ istituzzjoni għandu jikkonsisti minn elementi ta’ Grad 1 wara t-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u wara li jiġi applikat l-Artikolu 79.



    KAPITOLU 4

    Kapital ta’ Grad 2



    Taqsima 1

    Elementi u strumenti ta’ grad 2

    Artikolu 62

    Elementi ta’ Grad 2

    Elementi ta’ Grad 2 għandhom jikkonsistu f’dawn li ġejjin:

    (a) strumenti ta’ kapital u self subordinat fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfatti;

    (b) il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal- istrumenti msemmija fil-punt (a);

    (c) għall-istituzzjonijiet li qegħdin jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-aġġustamenti ġenerali tar-riskju ta’ kreditu, gross mill-effetti tat-taxxa, sa 1,25 % tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;

    (d) għall-istituzzjonijiet li qegħdin jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammonti pożittivi, gross mill-effetti tat-taxxa, bħala riżultat tal-kalkolu stabilit fl-Artikoli 158 u 159 sa 0,6 % tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju kkalkolati skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.

    L-elementi inklużi taħt il-punt (a) ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 1 Addizzjonali.

    Artikolu 63

    Strumenti ta’ Grad 2

    L-istrumenti ta’ kapital u self subordinat għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 2 sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

    (a) l-istrumenti jkunu nħarġu jew ikun ingħata s-self subordinat, kif applikabbli, u tħallsu kompletament;

    (b) l-istrumenti ma nxtrawx jew ma jkunx ingħata s-self subordinat, kif applikabbli, minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

    (ii) impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ dik l-impriża;

    (c) ix-xiri tal-istrumenti jew l-għoti tas-self subordinat, kif applikabbli, ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;

    (d) il-pretensjoni fuq l-ammont ta’ kapital tal-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jew il-pretensjoni tal-ammont prinċipali tas-self subordinat skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-self subordinat, kif applikabbli, tkun totalment subordinata għal pretensjonijiet tal-kredituri kollha li ma jkunux subordinati;

    (e) l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

    (ii) l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

    (iii) il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

    (iv) il-kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;

    (v) il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew is-sussidjarji tagħha;

    (vi) kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punt (i) sa (v);

    (f) l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jkunux soġġetti għal xi arranġament li altrimenti jtejjeb is-superjorità tal-pretensjoni taħt l-istrumenti, jew is-self subordinat rispettivament;

    (g) l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, għandhom maturità oriġinali ta’ mill-inqas ħames snin;

    (h) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont kapitali tagħhom jinfeda jew jitħallas lura, kif applikabbli, mill-istituzzjoni qabel il-maturità tagħhom;

    (i) fejn l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, jinkludu dritt ta’ xiri wieħed jew aktar jew drittijiet ta’ ħlas lura bikri, kif applikabbli, dan id-dritt huwa eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent jew debitu, kif applikabbli;

    (j) l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid jew jitħallsu lura b’mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ jew l-għoti, kif applikabbli mill-istituzzjoni ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 78(4);

    (k) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jindikawx b’mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ser jew jistgħu jinxtraw, jinfdew, jinxtraw mill-ġdid jew jitħallsu lura b’mod bikri, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr f’każ ta’ insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b’mod ieħor tali indikazzjoni;

    (l) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-ammont tal-kapital, ħlief fil-każ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

    (m) il-livell ta’ imgħax jew ta’ pagamenti ta’ dividendi, kif applikabbli, dovuti fuq l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha;

    (n) fejn l-istrumenti ma jinħarġux direttament minn istituzzjoni, jew fejn is-self subordinat ma jiġix riċevut direttament minn istituzzjoni, kif applikabbli, iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:

    (i) l-istrumenti jinħarġu jew is-self subordinat jiġi riċevut, kif applikabbli, permezz ta’ entità, li hija parti mill-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

    (ii) ir-rikavati jkunu immedjatament disponibbli għall-istituzzjoni mingħajr limitazzjoni f’forma li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.

    Artikolu 64

    Amortizzazzjoni tal-istrumenti ta’ Grad 2

    Il-punt sa fejn strumenti ta’ Grad 2 jikkwalifikaw bħala elementi ta’ Grad 2 matul l-aħħarħames snin ta’ maturità tal-istrumenti jiġi kkalkulat billi r-riżultat derivat mill-kalkolu fil-punt (a) jiġi mmultiplikat bl-ammont imsemmi fil-punt (b) kif ġej:

    (a) l-ammont nominali tal-istrumenti jew is-self subordinat fl-ewwel ġurnata tal-perjodu finali ta’ ħames snin tal- maturità kuntrattwali diviż bin-numru ta’ jiem kalendarji f’dak il-perjodu;

    (b) in-numru ta’ jiem kalendarji ta’ maturità kuntrattwali li jibqa’ tal-istrumenti jew tas-self subordinat.

    Artikolu 65

    Il-konsegwenzi tal-fat li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 2

    Meta fil-każ ta’ strument ta’ Grad 2 il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jibqgħux jiġu ssodisfati, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

    (a) dak l-istrument għandu immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 2;

    (b) il-parti tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatata ma’ dak l-istrument għandha immedjatament ma tibqax tikkwalifika bħala elementi ta’ Grad 2.



    Taqsima 2

    Tnaqqis minn elementi ta’ grad 2

    Artikolu 66

    Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 2

    Dawn li ġejjin għandhom jitnaqqsu minn elementi ta’ Grad 2:

    (a) holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2, inkluż strumenti proprji ta’ Grad 2 li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti;

    (b) holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li magħhom l-istituzzjoni ikollha holdings inkroċjata reċiproka li l- awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun ġiet iddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji tal-istituzzjoni;

    (c) l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 70 ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju, meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;

    (d) holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet, esklużi pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol.

    Artikolu 67

    Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2

    Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw holdings abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

    (a) istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-holdings fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;

    (ii) jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta’ negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar;

    (b) l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Grad 2 f’dawk l-indiċi;

    (c) l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;

    (ii) jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta’ negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar.

    Artikolu 68

    Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u fejn istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka ddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji

    L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 66 skont dawn li ġejjin:

    (a) holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal;

    (b) holdings ta’ elementi ta’ assigurazzjoni bħala fondi proprji ta’ Grad 2 u ta’ elementi ta’ assigurazzjoni bħala fondi proprji ta’ Grad 3 għandhom jiġu ttrattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 għall-finijiet ta’ tnaqqis.

    Artikolu 69

    Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju

    L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ mill-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 skont is-segwenti:

    (a) huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Grad 1 tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) il-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun taqbel mal-maturità tal-pożizzjoni t-twila jew ikollha maturità residwa ta’ mill-inqas sena;

    (ii) jew kemm il-pożizzjoni twila kif ukoll dik qasira jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar.

    (b) huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall- istrumenti ta’ kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f’dawk l-indiċi.

    Artikolu 70

    Tnaqqis ta’ strumenti ta’ Grad 2 meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti

    1.  Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu:

    ▼C2

    (a) l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:

    (i) l-Artikolu 32 sa 35;

    (ii) il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), eskluż l-ammont li jrid jitnaqqas bħala assi ta’ taxxa differita li jiddependi fuq profitabbiltà futura u jirriżulta minn differenzi temporanji;

    (iii) l-Artikoli 44 u 45;

    ▼C2

    (b) l-ammont ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.

    ▼B

    2.  L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

    ▼C2

    3.  L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam f'proporzjon tul kull strument ta' Grad 2 miżmum. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas minn kull strument ta' Grad 2 li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi jiġi multiplikat l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-propozjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

    (a) ammont totali ta' holdings li jkun meħtieġ li jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

    (b) il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentat minn kull strument ta' Grad 2 miżmum.

    ▼B

    4.  L-ammont tal-holdings imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 66(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-piż tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.

    ▼C2

    5.  L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Grad 2 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

    (a) l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

    (b) il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

    ▼B



    Taqsima 3

    Kapital ta’ grad

    Artikolu 71

    Kapital ta’ Grad 2

    Il-kapital ta’ Grad 2 ta’ istituzzjoni għandu jikkonsisti mill-elementi ta’ Grad 2 tal-istituzzjoni wara t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 66 u wara li jiġi applikat l-Artikolu 79.



    KAPITOLU 5

    Fondi proprji

    Artikolu 72

    Fondi proprji

    Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni għandhom jikkonsistu mis-somma tal-kapital ta’ Grad 1 u l-kapital ta’ Grad 2 tagħha.



    KAPITOLU 6

    Rekwiżiti ġenerali

    Artikolu 73

    Distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ fondi proprji

    1.  Sstrumenti kapitali li dwarhom istituzzjoni jkollha diskrezzjoni esklużiva biex tiddeċiedi tħallas distribuzzjonijiet f’forma li ma tkunx fi flus kontanti jew strument ta’ fondi proprji m’għandhomx ikunu jistgħu jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 sakemm l-istituzzjoni ma tkunx irċeviet minn qabel permess mill-awtoritajiet kompetenti.

    2.  Awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess imsemmi fil-paragrafu 1 unikament meta jikkunsidraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew issodisfatti:

    (a) l-kapaċità tal-istituzzjoni tikkanċella pagamenti skont l-istrument ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;

    (b) l-ħila tal-istrument li jassorbi t-telf ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew mill-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;

    (c) l-kwalità tal-istrument kapitali ma tonqosx b’xi mod ieħor minħabba d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew minħabba l-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet.

    3.  L-istrumenti kapitali li dwarhom persuna ġuridika għajr l-istituzzjoni li tkun ħarġithom ikollha d-diskrezzjoni biex tiddeċiedi jew tesiġi li l-pagament ta’ distribuzzjonijiet rigward l-istrument għandhom isiru f’forma li ma tkunx fi flus jew strument ta’ fondi proprji m’għandhomx ikunu jistgħu jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2.

    4.  L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw f’indiċi wiesa’ tas-suq bħala waħda mill-bażijiet biex jiġi determinat il-livell tad-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2.

    5.  Il-paragrafu 4 m’għandux japplika meta l-istituzzjoni tkun entità ta’ riferiment f’dak l-indiċi wiesa’ tas-suq sakemm ma jiġux issodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) -istituzzjoni tikkunsidra li l-movimenti f’dak l-indiċi wiesa’ tas-suq ma jkunx korrelatat b’mod sinifikanti mal-pożizzjoni tal-kreditu tal-istituzzjonil, l-istituzzjoni prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta jew il-kumpannija azzjonarja prinċipali ta’ attività mħallta tagħha;

    (b) l-awtorità kompetenti ma tkunx waslet għal determinazzjoni differenti minn dik imsemmija fil-punt (a).

    6.  L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw u jiżvelaw l-indiċi wesgħin tas-suq li jiddependu fuqhom l-istrumenti tal-kapital tagħhom.

    7.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet skont liema indiċi għandhom jitqiesu bħala li jikkwalifikaw bħala indiċi wesgħin tas-suq għall-finijiet tal-paragrafu 4.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 74

    Holdings ta’ strumenti kapitali maħruġa minn entitajiet regolati tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju

    L-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu minn xi element ta’ fondi proprji holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ stumenti kapitali maħruġa minn entità regolata tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju ta’ dik l-entità. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piżijiet tar-riskju għal dawn il-holdings skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

    Artikolu 75

    Rekwiżiti ta’ tnaqqis u maturità għall-pożizzjonijiet qosra

    Ir-rekwiżiti ta’ maturità għal pożizzjonijiet qosra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45, fil-punt (a) tal-Artikolu 59 u l-punt (a) tal-Artikolu 69 għandhom jitqiesu li ntlaħqu fir-rigward ta’ pożizzjonijiet miżmuma meta jkunu ssodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-istituzzjoni għandha d-dritt kuntrattwali ta’ bejgħ f’data speċifika fil-futur lill-kontroparti li tipprovdi ħeġġ tal-pożizzjoni twila li qed tiġi ħħeġġjata;

    (b) il-kontroparti li tipprovdi l-ħeġġ lill-istituzzjoni hija kuntrattwalment obbligata li tixtri mill-istituzzjoni f’dik id-data speċifika futura l-pożizzjoni twila msemmija fil-punt (a).

    Artikolu 76

    Holdings tal-indiċi ta’ strumenti kapitali

    1.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67 u tal-punt (a) tal-Artikolu 69, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ pożizzjoni twila fi strument kapitali bil-porzjon ta’ indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) jew kemm il-pożizzjoni twila li qed tiġi ħħeġġjata kif ukoll il-pożizzjoni qasira f’indiċi użat biex jiħħeġġja dik il-pożizzjoni twila jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafolli mhux ta’ negozjar;

    (b) il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jinżammu bil-valur ġust fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni;

    (c) il-pożizzjoni qasira msemmija fil-punt (a) tikkwalifika bħala ħeġġ effettiv taħt il-proċessi ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni;

    (d) l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċessi ta’ kontroll imsemmija fil-punt (c) minn tal-inqas fuq bażi annwali u jkunu sodisfatti bl-adegwatezza kontinwata tagħhom.

    2.  Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista’ tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti kapitali inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija fil-punt (a) jew (b) jew fit-tnejn li huma:

    (a) l-istrumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 inklużi fl-indiċi;

    (b) l-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju, inklużi fl-indiċi

    3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess imsemmi fil-paragrafu 2 biss meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tagħhom li jkun operattivament ta’ piż għall-istituzzjoni li timmonitorja l-iskopertura sottostanti tagħha għall-elementi msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 2 jew fit-tnejn li huma, kif applikabbli.

    4.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

    (a) meta estimu użat bħala alternattiva għall-kalkolu tal-iskopertura sottostanti msemmi fil-paragrafu 2 huwa konservattiv biżżejjed;

    (b) it-tifsira ta’ operazzjonalment ta’ piż għall-finijiet tal-paragrafu 3.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 77

    Kondizzjonijiet għat-tnaqqis tal-fondi proprji

    Istituzzjoni għandha teħtieġ il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti biex tagħmel dawn li ġejjin jew wieħed minnhom:

    (a) tnaqqas, jifdi jew tixtri mill-ġdid strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 maħruġa mill-istituzzjoni f’mod li jkun permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli;

    (b) twettaq ix-xiri, il-fidi, il-pagament lura jew ix-xiri mill-ġdid ta’ strumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ strumenti ta’ Grad 2 kif applikabbli, qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.

    Artikolu 78

    Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji

    1.  L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex istituzzjoni tnaqqas, tixtri mill-ġdid, tixtri jew tifdi strumenti ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni, Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfatta:

    (a) qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77, l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 77 bi strumenti ta’ fondi proprji li jkunu ta’ kwalità ugwali jew ogħla f’termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;

    (b) l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fondi proprji tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni inkwistjoni, jeċċedu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tal-Direttiva 2013/36/UE b’marġni li l-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra li jkun meħtieġ abbażi tal-Artikolu 104(3) tad-Direttiva 2013/36/UE

    2.  Meta skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 tkun qed tiġi vvalutata s-sostenibbiltà tal-istrumenti ta’ sostituzzjoni għall-kapaċità ta’ introjtu tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-grad sa fejn dawk l-istrumenti kapitali ta’ sostituzzjoni jkunu aktar kostużi għall-istituzzjoni milli dawk li jissostitwixxu.

    3.  Meta istituzzjoni tieħu azzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 77 u r-rifjut ta’ tifdija ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 msemmija fl-Artikolu 27 ikun projbit mid-dritt nazzjonali applikabbli, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sakemm l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija ta’ dawn l-istrumenti fuq bażi xierqa.

    4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-istituzzjonijiet li jifdu strumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 qabel ħames snin mid-data tal-ħruġ iżda biss meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u l-punt (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu:

    (a) ikun hemm bidla fil-klassifika regolatorja ta’ dawk l-istrumenti li tkun x’aktarx tirriżulta fl-esklużjoni tagħhom mill-fondi proprji jew fl-ikklassifikar mill-ġdid bħala forma ta’ kwalità inferjuri ta’ fondi proprji, u jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tali bidla hi suffiċjentement ċerta;

    (ii) l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li l- ikklassifikar mill-ġdid regolatorju ta’ dawk l-istrumenti ma kienx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;

    (b) ikun hemm bidla fit-trattament applikabbli tat-taxxa ta’ dawk l-istrumenti li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tkun materjali u ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom.

    5.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

    (a) it-tifsira ta’ sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;

    (b) il-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija msemmija fil-paragrafu 3;

    (c) il-proċess u r-rekwiżiti ta’ data biex istituzzjoni tapplika għall-permess tal-awtorità kompetenti biex twettaq azzjoni msemmija fl-Artikolu 77, inkluż il-proċess li jiġi applikat f’każ ta’ fidi ta’ ishma maħruġa lil membri ta’ soċjetajiet kooperattivi u l-perijodu ta’ żmien għall-ipproċessar ta’ tali applikazzjoni.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 79

    Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji

    1.  Meta istituzzjoni jkollha strumenti kapitali jew tat self subordinat, kif applikabbli, li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 f’entità tas-settur finanzjarju b’mod temporanju u l-awtorità kompetenti tqis li dawk il-holdings ikunu għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja maħsuba biex jirriorganizzaw u jsalvaw dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta fuq bażi temporanja d-dispożizzjonijiet fuq tnaqqis li kieku japplikaw għal dawk l-istrumenti.

    2.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kunċett ta’ temporanju għall-finijiet tal-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet skont liema awtorità kompetenti tista’ tqis li dawk il-holdings temporanji jkunu għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja maħsuba biex torganizza u ssalva lil dik l-entità.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 80

    Analiżi kontinwa tal-kwalità tal-fondi proprji

    1.  L-ABE għandha timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni u għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li dawk l-istrumenti ma jilħqux il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli l-Artikolu 29.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom, bla dewmien, fuq talba tal-ABE, jibagħtu l-informazzjoni kollha li l-ABE tqis bħala rilevanti rigward l-istrumenti kapitali ġodda maħruġa sabiex l-ABE tkun tista’ tissorvelja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni.

    2.  Notifika għandha tinkludi dawn li ġejjin:

    (a) spjegazzjoni dettaljata tan-natura u l-grad tan-nuqqas identifikat;

    (b) parir tekniku dwar l-azzjoni mill-Kummissjoni li l-ABE tikkunsidra li tkun meħtieġa;

    (c) żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar għal stress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet.

    3.  L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti li tikkunsidra li jkun meħtieġ għad-definizzjoni tal-fondi proprji bħala riżultat ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a) żviluppi rilevanti fl-istandards jew fil-prattika tas-suq;

    (b) tibdil fl-istandards rilevanti ġuridiċi jew kontabilistiċi;

    (c) żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar għal stress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet.

    4.  L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014 dwar trattament possibbli ta’ qligħ mhux realizzat imkejjel f’valur ġust minbarra li tinkludihom f’’Ekwità Komuni ta’ Grad 1 mingħajr aġġustament. Tali rakkomandazzjonijiet għandhom jieħdu kont ta’ żviluppi rilevanti fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u fi ftehimiet internazzjonali dwar standards prudenzjali għall-banek.



    TITOLU II

    INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U TA’ GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI

    Artikolu 81

    Interessi minoritarji li jikkwalifikaw għal inklużjoni fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1

    1.  Interessi minoritarji għandhom jinkludu s-somma tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, il-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati ma’ dawk l-istrumenti, qligħ miżmum, u riżervi oħrajn ta’ sussidjarja fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

    (a) is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) istituzzjoni;

    (ii) impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ta’ din id-Direttiva 2013/36/UE;

    (b) is-sussidjarja tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

    (c) l-elementi tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1, imsemmija fil-parti introduttorja ta’ dan il-paragrafu jkunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.

    2.  Interessi minoritarji li jkunu direttament jew indirettament iffinanzjati, permezz ta’ entità b’għan speċjali jew b’mod ieħor, mill-impriża prinċipali tal-istituzzjoni, jew is-sussidjarji tagħha ma għandhomx jikkwalifikaw bħala kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1.

    Artikolu 82

    Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi

    Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-qligħ miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ta’ sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

    (a) is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) istituzzjoni;

    (ii) impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar- rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ta’ din id-Direttiva 2013/36/UE;

    (b) is-sussidjarja tkun inkluża totalment fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

    (c) dawk l-istrumenti jkunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.

    Artikolu 83

    Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġ minn entità b’għan speċjali

    1.  Strumenti ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġa minn entità b’għan speċjali, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati jkunu inklużi fil-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, Grad 1 jew ta’ Grad 2 jew fil-fondi proprji kwalifikattivi, kif applikabbli, biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

    (a) l-entità b’għan speċjali li toħroġ dawk l-istrumenti tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

    (b) l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi fil-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) jiġu ssodisfatti;

    (c) l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi f’kapital kwalifikattiv ta’ Grad 2 biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfatti;

    (d) l-uniku assi tal-entità b’għan speċjali jkun l-investiment tagħha fil-fondi proprji tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha li tkun inkluża b’mod sħiħ fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, li l-forma tiegħu tissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 52(1) jew 63, kif applikabbli.

    Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-assi ta’ entità b’għan speċjali minbarra l-investiment tagħha fil-fondi proprji tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha li hija inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II ta’ Parti Wieħed, huma minimi u insinifikanti għal tali entità, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja l-kondizzjoni speċifikata fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu.

    2.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta’ assi li jistgħu jirrigwardaw l-operazzjoni ta’ entitajiet b’għan speċjali u l-kunċetti ta’ minimu u insinifikanti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 84

    Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ interessi minoritarji ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 billi jnaqqsu mill-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b):

    (a) il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

    (i) l-ammont tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti mill-kapital tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1;

    (ii) l-ammont tal-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti mill-kapital tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1.

    (b) l-interessi minoritarji tas-sussidjarja espressi bħala perċentwal tal-istrumenti kollha ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża flimkien mal-kontijiet tal-primjum azzjonarju, qligħ miżmum u riżervi oħra relatati.

    2.  Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq bażi subkonsolidata għal kull sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81(1).

    Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, l-interess minoritarju ta’ dik is-sussidjarja ma jistax jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1.

    3.  Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stipulat fl-Artikolu 7, l-interess minoritarju fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandux ikun rikonoxxut f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.

    4.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu subkonsolidat meħtieġ f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 85 u 87,

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    5.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu lil kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a) l-attività prinċipali tagħha hija li tikseb holdings;

    (b) hija soġġetta għal superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata;

    (c) tikkonsolida istituzzjoni sussidjarja li fiha għandha biss holding minoritarju permezz tar-relazzjoni ta’ kontroll definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;

    (d) aktar minn 90 % tal-kapital konsolidat meħtieġ tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jirriżulta mill-istituzzjoni sussidjarja msemmija fil-punt c) kkalkulat fuq bażi subkonsolidata.

    ►C1  Fejn, wara t-28 ta' Ġunju 2013, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali ◄ , li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ssir kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu r-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu lil dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali dment li tissodisfa l-kondizzjonijiet f’dak is-subparagrafu.

    6.  Fejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu affiljati b’mod permanenti f’netwerk ma’ korp ċentrali u istituzzjonijiet stabbiliti fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 113(7) stabbilixxew skema ta’ garanzija trasversali li tipprevedi li m’hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment tal-ammont ta’ fondi proprji aktar mir-rekwiżiti regolatorji mill-kontroparti għall-istituzzjoni tal-kreditu, dawn l-istituzzjonijiet huma eżentati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu dwar it-tnaqqis u jistgħu jirrikonoxxu kwalunkwe interess minoritarju li jirriżulta fl-iskema ta’ garanzija trasversali bis-sħiħ.

    Artikolu 85

    Strumenti kwalifikattivi ta’ Grad 1 inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1

    ►C2  1.  L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' dik l-impriża ◄ r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b).

    (a) il-kapital ta’ Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

    (i) l-ammont tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti mill-kapital ta’ Grad 1;

    (ii) l-ammont tal-kapital konsolidat ta’ Grad 1 relatat mas-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti mill-kapital ta’ Grad 1;

    (b) il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 tas-sussidjarja mfisser bħala perċentwal tal-istrumenti kollha ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża flimkien mal- kontijiet tal-primjum azzjonarju, il-qligħ miżmum u riżervi oħra relatati.

    2.  Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq bażi subkonsolidata għal kull sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81(1).

    Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, il-kapital ta’ Grad 1 ta’ dik is-sussidjarja li jikkwalifika ma jistax jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1.

    3.  Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stipulat fl-Artikolu 7, l-istrumenti ta’ Grad 1 fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.

    Artikolu 86

    Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat Addizzjonali ta’ Grad 1

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(5) u (6), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 Addizzjonali billi jnaqqsu mill-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluża fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 l-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża li jkunu inklużi fil-kapital konsolidat tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1.

    Artikolu 87

    Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b):

    (a) il-fondi proprji tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

    (i) l-ammont tal-fondi proprji tas-sussidjarja meħtieġ biex jissodosfa s-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;

    (ii) l-ammont tal-fondi proprji li jirrigwarda s-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 476 u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;

    (b) il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, espressi bħala perċentwal tal-istrumenti kollha tal-fondi proprji tas-sussidjarja li jkunu inklużi fl-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 il-kontijiet tal-primjum azzjonarju, il-qligħ miżmum u riżervi oħra relatati.

    2.  Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq bażi subkonsolidata għal kull sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81(1).

    Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, il-fondi proprji ta’ dik is-sussidjarja li jikkwalifikaw ma jistgħux jiġu inklużi fil-fondi proprji konsolidati.

    3.  Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stipulat fl-Artikolu 7, l-istrumenti ta’ fondi proprji fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.

    Artikolu 88

    Strumenti tal-fondi proprji kwalifikattivi inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(5) u (6), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2 billi jnaqqsu mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża li tkun inkluża fil-fondi proprji konsolidati, il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1.



    TITOLU III

    HOLDINGS KWALIFIKATTIVI ’L BARRA MIS-SETTUR FINANZJARJU

    Artikolu 89

    Ippeżar tar-riskju u l-projbizzjoni ta’ holdings kwalifikattivi ’l barra mis-settur finanzjarju

    1.  Holding kwalifikattiva, li l-ammont tagħha jaqbeż l-15 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni, f’impriża li ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3:

    (a) entità tas-settur finanzjarju;

    (b) impriża, li ma tkunx entità tas-settur finanzjarju, li twettaq attivitajiet li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) estensjoni diretta ta’ operazzjoni bankarja; jew

    (ii) anċillari għal operazzjoni bankarja;

    (iii) kiri, factoring, l-amministrazzjoni ta’ unit trusts, il-ġestjoni ta’ servizzi tal-ipproċessar ta’ data jew xi attività simili oħra.

    2.  L-ammont totali tal-holdings kwalifikattivi ta’ istituzzjoni f’impriżi minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 li jaqbeż s-60 % tal-kapital eliġibbli tagħhom għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3.

    3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) jew (b) għall-holdings kwalifikattivi tal-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2:

    (a) għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżit ta’ kapital skont il-Parti Tlieta, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta’ 1 250  % għall-ikbar wieħed minn dawn li ġejjin:

    (i) l-ammont ta’ holdings kwalifikattivi msemmija fil-paragrafu 1 li jaqbeż il-15 % tal-kapital eliġibbli;

    (ii) l-ammont totali ta’ holdings kwalifikattivi msemmija fil-paragrafu 2 li jaqbeż s-60 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni;

    (b) l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet milli jkollhom holdings kwalifikattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li l-ammont tagħhom jaqbeż l-perċentwali ta’ kapital eliġibbli stabbilit f’dawk il-paragrafi.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-għażla tagħhom ta’ (a) jew (b).

    4.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-ABE għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw il-kunċetti li ġejjin:

    (a) attivitajiet li huma estensjoni diretta ta’ operazzjoni bankarja;

    (b) attivitajiet anċillari għal operazzjoni bankarja;

    (c) attivitajiet simili.

    Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 90

    Alternattiva għall-piż tar-riskju ta’ 1 250  %

    Bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju ta’ 1 250  % għall-ammonti li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikolu 89(1) u (2), l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu dawk l-ammonti mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).

    Artikolu 91

    Eċċezzjonijiet

    1.  L-azzjonijiet ta’ impriżi li ma jkunux imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 89(1) m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti eliġibbli ta’ kapital speċifikati f’dak l-Artikolu meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfatta:

    (a) dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma temporanjament matul operazzjoni ta’ għajnuna finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 79;

    (b) iż-żamma ta’ dawk l-azzjonijiet tkun pożizzjoni ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas;

    (c) dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma f’isem proprju tal-istituzzjoni u għan-nom ta’ oħrajn.

    2.  L-azzjonijiet li ma jkunux assi fissi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 86/635/KEE ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fl-Artikolu 89.



    PARTI TLIETA

    REKWIŻITI TA’ KAPITAL



    TITOLU I

    REKWIŻITI ĠENERALI, VALUTAZZJONI U RAPPURTAR



    KAPITOLU 1

    Livell meħtieġ ta’ fondi proprji



    Taqsima 1

    Rekwiżiti ta’fondi proprji għall-istituzzjonijiet

    Artikolu 92

    Rekwiżiti ta’ fondi proprji

    1.  Soġġett għall-Artikoli 93 u 94, l-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li ġejjin:

    (a) proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ 4,5 %;

    (b) proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ 6 %;

    (c) proporzjon totali tal-kapital ta’ 8 %.

    2.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon tal-kapital tagħhom kif ġej:

    (a) il-proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;

    (b) il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;

    (c) il-proporzjon totali tal-kapital ikun il-fondi proprji tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju.

    3.  L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal- punti (a) sa (f) ta’ dan il-paragrafu wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4:

    (a) l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu u għal riskju ta’ dilwizzjoni, ikkalkulati skont it-Titolu II u l-Artikolu 379, fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju kollha ta’ istituzzjoni, eskluż l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni;

    (b) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, iddeterminati skont it-Titolu IV ta’ din il-Parti jew tal-Parti Erbgħa, kif applikabbli, għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta’ istituzzjoni, għal dawn li ġejjin:

    (i) riskji ta’ pożizzjoni;

    (ii) skoperturi kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli 395 sa 401, sal- limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti;

    (c) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti skont it-Titolu IV jew it-Titolu V bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 379, kif applikabbli, għal dawn li ġejjin:

    (i) riskju tal-kambju;

    (ii) riskju ta’ saldu;

    (iii) riskju tal-prodotti;

    (d) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati skont it-Titolu VI għar-riskju ta’ aġġustament ta’ valutazzjoni tal-kreditu ta’ strumenti ta’ derivati OTC minbarra derivattivi ta’ kreditu rikonoxxuti li jnaqqsu l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu;

    (e) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji ddeterminati skont it-Titolu III għal riskju operattiv;

    (f) l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju stabbiliti skont it-Titolu II għal riskju tal-kontroparti bħala riżultat tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni għat-tipi ta’ transazzjonijiet u ftehimiet li ġejjin:

    (i) kuntratti elenkati fl-Anness II u derivattivi ta’ kreditu;

    (ii) transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew ta’ prodotti abbażi ta’ titoli jew prodotti;

    (iii) transazzjonijiet ta’ self b’marġni abbażi ta’ titoli jew prodotti;

    (iv) transazzjonijiet ta’ saldu fit-tul.

    ▼C2

    4.  Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura tar-riskju msemmi fil-paragrafu 3:

    ▼B

    (a) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (c), (d) u (e) ta’ dak il-paragrafu għandhom jinkludu dawk li ġejjin mill-attivitajiet kummerċjali ta’ istituzzjoni;

    (b) l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fil-punti (b) sa (e) ta’ dak il-paragrafu bi 12,5.

    Artikolu 93

    Rekwiżit ta’ kapital inizjali fuq negozju avvjat

    1.  Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni ma jistax ikun li jaqgħu taħt l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ meta ġiet awtorizzata.

    2.  L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu diġà jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1993, li l-ammont tal-fondi proprji li ma jilħaqx l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ, jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom. F’dak il-każ, l-ammont tal-fondi proprji ta’ dawk l-istituzzjonijiet ma jistax jaqa’ taħt l-ogħla livell li ntlaħaq b’effett mit-22 ta’ Diċembru 1989.

    3.  Ditti ta’ investiment u ditti awtorizzati li kienu koperti taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/49/KE li kienu jeżistu qabel il-31 ta’ Diċembru 1995, li l-ammont ta’ fondi proprji tagħhom ma jilħaqx l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ, jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom. Il-fondi proprji ta’ dawn id-ditti jew ditti ta’ investiment ma jistax jaqa’ taħt l-ogħla livell ta’ referenza kkalkulat wara d-data tan-notifika li tinsab fid-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adekwatezza ta’ kapital ta’ ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 9 ). Dak il-livell ta’ referenza għandu jkun il-livell medju ta’ kuljum tal-fondi proprji ikkalkulat fuq perijodu ta’ sitt xhur li jippreċedi id-data tal-kalkolu. Dan għandu jkun ikkalkulat kull sitt xhur fir-rigward tal-perijodu preċedenti korrispondenti.

    4.  Fejn il-kontroll ta’ istituzzjoni li taqa’ fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra mill-persuna li preċedentement kienet tikkontrolla l-istituzzjoni, l-ammont tal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni għandu jilħaq l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ.

    5.  Fejn ikun hemm fużjoni ta’ żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaqgħu fil-kategorija msemmija fil-paragrafi 2 jew 3, l-ammont tal-fondi proprji tal-istituzzjoni bħala riżultat tal-fużjoni ma għandux jaqa’ taħt it-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet fużi meta tkun saret il-fużjoni, sakemm l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ ma jkunx intlaħaq.

    6.  Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun meħtieġ li biex jiżguraw is-solvenza ta’ istituzzjoni għandu jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5 ma għandhomx japplikaw.

    Artikolu 94

    Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar

    1.  L-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta’ kapital imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(3) b’rekwiżit ta’ kapital ikkalkulat skont il-punt (a) ta’ dak il-paragrafu fir-rigward tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar tagħhom, dment li d-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar kemm li jidher u dak li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ tagħhom jissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) ikun normalment ta’ inqas minn 5 % tal-assi totali u € 15-il miljun;

    (b) qatt ma jaqbeż is-6 % tal-assi totali u l-€ 20 miljun.

    2.  Fil-kalkolu tad-daqs ta’ negozju fuq il-karta tal-bilanċ u negozju li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej:

    (a) strumenti ta’ dejn għandhom jiġu valutati skont il-prezz tas-suq jew il-valuri nominali tagħhom, l-ekwitajiet skont il-prezz tas-suq tagħhom u d-derivattivi skont il-valuri nominali jew tas-suq tal-istrumenti sottostanti;

    (b) il-valur assolut ta’ pożizzjonijiet twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta’ pożizzjonijiet qosra.

    3.  Meta istituzzjoni tonqos milli tissodisfa l-kondizzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 1 hi għandha tinnotifika minnufih l-awtorità kompetenti. Jekk, wara valutazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti tistabbilixxi u tinnotifika lill-istituzzjoni li r-rekwiżit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma ġiex ssodisfatt, l-istituzzjoni għandha tieqaf tuża l-paragrafu 1 mid-data tar-rappurtar li jmiss.



    Taqsima 2

    Rekwiżiti ta’fondi proprji għal ditti ta’ investiment li jkollhom awtorizzazzjoni limitata biex jipprovdu servizzi ta’ investiment

    Artikolu 95

    Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal ditti ta’ investiment li jkollhom awtorizzazzjoni limitata biex jipprovdu servizzi ta’ investiment

    1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 92(3), ditti ta’ investiment li ma jkunux awtorizzati biex jipprovdu s-servizzi u l-attivitjiet ta’ investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jużaw il-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fil-paragrafu 2.

    2.  Id-ditti ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A għall-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jikkalkulaw l-ammont totali ta’ skopertura għar-riskju bħala l-ogħla minn li ġej:

    (a) is-somma tal-elementi msemmija fil-punti (a) sa (d) u (f) tal-Artikolu 92(3) wara li jiġi applikat l-Artikolu 92(4);

    (b) 12,5 immultiplikat bl-ammont speċifikat fl-Artikolu 97.

    Id-ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 92(1) u (2) abbażi tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu.

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-fondi proprji għad-ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE bħala r-rewkiżiti tal-fondi proprji li jkunu vinkolanti fuq dawk id-ditti skont il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2013 għad-Direttivi 2006/49/KE u 2006/48/KE.

    ▼C2

    3.  Id-ditti ta' investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha fir-rigward ta' riskju operattiv stabbilit fit-Titolu VII, il-Kapitolu 2, it-Taqsima II, Subtaqsima 2 tad-Direttiva 2013/36/UE.

    ▼B

    Artikolu 96

    Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal ditti ta’ investiment li jżommu kapital inizjali kif jinsab fl- Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE

    1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 92(3), il-kategoriji li ġejjin ta’ ditti ta’ investiment li jżommu kapital inizjali skont l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jużaw il-kalkolu tat-total tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:

    (a) ditti ta’ investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess għar-raġuni unika ta’ twettiq jew għall-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ klijent jew bil-għan li jiksbu aċċess għal sistemi tal-ikklerjar u saldu jew għal skambju rikonoxxut meta jaġixxu f’kapaċità ta’ aġenzija jew jeżegwixxu ordni ta’ klijent;

    (b) id-ditti ta’ investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i) li ma jżommux flus jew titoli tal-klijenti;

    (ii) li jwettqu biss negozjar għall-kont proprju;

    (iii) li ma jkollhomx klijenti esterni;

    (iv) fejn it-transazzjonijiet tagħhom ta’ eżekuzzjoni u s-saldu jseħħu taħt ir- responsabbiltà ta’ istituzzjoni tal-ikklerjar u jkunu ggarantiti minn dik l- istituzzjoni ta’ ikklerjar.

    2.  Fil-każ ta’ ditti ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dan li ġej:

    (a) il-punti (a) sa (d) u (f) tal-Artikolu 92(3) wara li jiġi applikat l-Artikolu 92(4);

    (b) l-ammont imsemmi fl-Artikolu 97 immultiplikat bi 12,5.

    3.  Id-ditti ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha fir-rigward tar-riskju operattiv kif stipulat fit-Titolu VII, il-Kapitolu 3, it-Taqsima II, is-Subtaqsima 1 tad-Direttiva 2013/36/UE.

    Artikolu 97

    Fondi proprji abbażi tal-Ispejjeż Ġenerali Fissi

    1.  F’konformità mal-Artikoli 95 u 96, ditta ta’ investiment u ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE għandu jkollhom kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż indiretti ffissati tas-sena preċedenti.

    2.  Fejn jkun hemm tibdil fin-negozju ta’ ditta ta’ investiment mis-sena preċedenti li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah bħala materjali, l-awtorità kompetenti tista’ taġġusta r-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1.

    3.  Fejn ditta ta’ investiment ma tkunx wettqet in-negozju tagħha għal sena, li tibda mill-ġurnata li fiha jkun infetaħ in-negozju, ditta ta’ investiment għandha żżomm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati fil-pjan tan-negozju tagħha, ħlief meta l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-pjan tan-negozju jiġi aġġustat.

    4.  L-ABE b’konsultazzjoni mal-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f’aktar dettall dawn li ġejjin:

    (a) il-kalkolu tar-rekwiżiti biex jinżamm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti;

    (b) il-kondizzjonijiet għall-aġġustament mill-awtorità kompetenti tar-rekwiżiti biex jinżamm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti;

    (c) il-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati fil-każ ta’ ditta ta’ investiment li ma tkunx temmet negozju għal sena.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 98

    Fondi proprji għal ditti ta’ investiment fuq bażi konsolidata

    1.  Fil-każ tad-ditti ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 95(1) fi grupp, meta dak il-grupp ma jinkludix istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditta ta’ investiment prinċipali fi Stat Membru għandha tapplika l-Artikolu 92 fuq livell konsolidat kif ġej:

    (a) billi tuża l-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fl-Artikolu 95(2);

    (b) fondi proprji kkalkulati abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tad-ditta prinċipali tal-investiment jew dik tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallata, kif applikabbli.

    2.  Fil-każ ta’ ditti ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 96(1) fi grupp, fejn dak il-grupp ma jinkludix istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditta ta’ investiment prinċipali fi Stat Membru u ditta ta’ investiment ikkontrollata minn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallata għandha tapplika l-Artikolu 92 fuq bażi konsolidata kif ġej:

    (a) għandha tuża l-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fl-Artikolu 96(2);

    (b) għandha tuża fondi proprji kkalkulati abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tad-ditta prinċipali tal-investiment jew dik tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallata, kif applikabbli, u f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.



    KAPITOLU 2

    Rekwiżiti ta’ kalkolu u ta’ rappurtar

    Artikolu 99

    Rappurtar dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji u informazzjoni finanzjarja

    1.  Ir-rappurtar mill-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 92 għandu jsir mill-inqas fuq bażi semiannwali.

    2.  L-istituzzjonijiet soġġetti għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament li jħejju l-kontijiet konsolidati tagħhom f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament, għandhom jirrappurtaw ukoll l-informazzjoni finanzjarja.

    3.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li dawk l-istituzzjonijiet tal-kreditu li japplikaw l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà bħala applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għar-rappurtar tal-fondi proprji fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-Regolament jirrappurtaw ukoll l-informazzjoni finanzjarja kif stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    ▼C2

    4.  L-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tkun rappurtata sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex tinkiseb stampa komprensiva tal-profil tar-riskju tal-attivitajiet ta' istituzzjoni u stampa tar-riskji sistemiċi li joħolqu l-istituzzjonijiet għas-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    ▼B

    5.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-formati uniformi, il-frekwenzi, id-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-informatika li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafi 1 sa 4.

    Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    6.  Fejn awtorità kompetenti tqis li l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa mill-paragrafu 2 tkun neċessarja sabiex tittieħed stampa komprensiva tal-profil ta’ riskju tal-attivitajiet ta’, u stampa tar-riskji sistemiċi lis-settur finanzjarju jew lill-ekonomija reali maħluq minn, istituzzjonijiet minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, li huma soġġetti għal qafas ta’ kontabbiltà bbażat fuq id-Direttiva 86/635/KEE, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-ABE dwar l-estensjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata lil dawk l-istituzzjonijiet, dment li dawn mhumiex diġà qegħdin jirrappurtaw fuq tali bażi.

    L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġu speċifikati l-formati li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet li lilhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu r-rekwiżiti ta’ rappurtar dwar l-informazzjoni finanzjarja f’konformità mal-ewwel subparagrafu.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    7.  Fejn awtorità kompetenti tqis li l-informazzjoni mhux koperta mill-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-paragrafu 5 hija meħtieġa għall-iskopijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, hija għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS dwar l-informazzjoni addizzjonali li hija tqis li jinħtieġ li tkun inkluża fl-istandards tekniċi implimentattivimsemmija fil-paragrafu 5.

    Artikolu 100

    Rekwiżiti addizzjonali ta’ rappurtar

    L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti l-livell, tal-anqas f’termini aggregati, ta’ ftehimiet ta’ riakkwist tagħhom, is-self ta’ titoli u s-suriet kollha ta’ vinkolar tal-assi.

    L-ABE għandha tinkludi din l-informazzjoni fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar ir-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 99(5).

    Artikolu 101

    Obbligi speċifiċi tar-rappurtar

    ▼C2

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw fuq bażi semiannwali d-data li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti għal kull suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli li għalih huma esposti:

    (a) telf li ġej minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà residenzjali, sal-ammont l-aktar baxx ta' dak mirhun u 80 % tal-valur tas-suq jew 80 % tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 124(2);

    (b) telf kumplessiv li ġej minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà residenzjali, sal-parti tal-iskopertura ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);

    (c) il-valur ta' skopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà residenzjali limitat għall-parti ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);

    ▼B

    (d) telf li ġej minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà immobbli residenzjali, sal-ammont l-aktar baxx ta’ dak mirhun u 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix deċiż b’mod ieħor skont l-Artikolu 124(2);

    (e) telf kumplessiv li ġej minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà immobbli kummerċjali, sal-parti tal-iskopertura ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali f’konformità mal-Artikolu 124(1).

    (f) il-valur ta’ skopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà immobbli residenzjali limitat għall-parti ttrattata bħala kompletament iggarantita permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali f’konformità mal-Artikolu 124(1).

    2.  Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrappurtata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tal-istituzzjoni rilevanti. Fejn istituzzjoni jkollha fergħa fi Stat Membru ieħor, id-data li tikkonċerna dik il-fergħa għandha wkoll tiġi rappurtata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. ►C2  Id-data għandha tiġi rrappurtata separatament għal kull suq tal-proprjetà immobbli fl-Unjoni li għalih tkun esposta l-istituzzjoni rilevanti. ◄

    3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom kull sena jippubblikaw id-data speċifikata fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 fuq bażi aggregata, flimkien ma’ data storika, meta tkun disponibbli. Awtorità kompetenti għandha, fuq talba ta’ awtorità kompetenti oħra fi Stat Membru jew mill-ABE tipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti ►C2  jew lill-ABE informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kondizzjoni tas-swieq tal-proprjetà residenzjali jew tal-proprjetà immobbli kummerċjali f'dak l-Istat Membru. ◄

    4.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

    (a) il-formati uniformi, id-definizzjonijiet, il-frekwenzi u dati tar-rappurtar, kif ukoll is-soluzzjonijiet tal-informatika, tal-elementi msemmija fil-paragrafu 1;

    (b) il-formati uniformi, id-definizzjonijiet, il-frekwenzi u d-dati tar-rappurtar, kif ukoll is-soluzzjonijiet tal-informatika, tad-data aggregata msemmija fil-paragrafu 2.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.



    KAPITOLU 3

    Portafoll tan-negozjar

    Artikolu 102

    Rekwiżiti għall-Portafoll tan-Negozjar

    1.  Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom jew ikunu mingħajr restrizzjonijiet fir-rigward tan-negozjabbiltà tagħhom jew għandhom ikunu jistgħu jiġu ħħeġġjati.

    2.  L-intenzjoni ta’ negozjar għandha tintwera fuq bażi tal-istrateġiji, il-politiki u l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjoni biex timmaniġja l-pożizzjoni jew il-portafoll skont l-Artikolu 103.

    3.  L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu u jżommu sistemi u kontrolli biex jimmaniġjaw il-portafoll tan-negozjar tagħhom skont l-Artikoli 104 u 105.

    4.  L-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu ħħeġġjar intern għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital għal riskji ta’ pożizzjoni sakemm dawn jinżammu b’intenzjoni ta’ negozjar u li r-rekwiżiti tal-Artikoli 103 sa 106 jiġu ssodisfatti.

    Artikolu 103

    Ġestjoni tal-portafoll tan-negozjar

    Fl-immaniġjar tal-pożizzjonijiet jew tas-settijiet ta’ pożizzjonijiet tagħha fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżit li ġejjin kollha:

    (a) l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ strateġija tan-negozjar dokumentata sew għall-pożizzjoni/strument jew portafolji, approvata mill-maniġment superjuri, li għandha tinkludi l-perijodu ta’ holding mistenni;

    (b) l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti sew għall-ġestjoni attiva ta’ pożizzjonijiet meħuda fil-post tan-negozjar (trading desk). Dawk il-politiki u proċeduri għandhom jinkludu li ġejjin:

    (i) liema pożizzjonijiet jistgħu jittieħdu mil-liema post tan-negozjar;

    (ii) il-limiti tal-pożizzjoni jkunu stabbiliti u mmonitorjati għall- adegwatezza;

    (iii) in-negozjanti għandhom l-awtonomija biex jieħdu u jimmaniġġjaw il- pożizzjoni fil-limiti miftiehma u skont l-istrateġija approvata;

    (iv) il-pożizzjonijiet jiġu rrapportati lill-maniġment superjuri bħala parti integrali mill-proċess għall-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni;

    (v) il-pożizzjonijiet ikunu mmonitorjati attivament b’referenza għal sorsi ta’ informazzjoni tas-suq u ssir valutazzjoni tal-kummerċjabbiltà jew tal-kapaċità li tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji tal-komponenti tagħha, inkluż il-valutazzjoni, il-kwalità u d-disponibbiltà tal-input tas-suq għall-proċess ta’ valutazzjoni, il-livell tal-fatturat tas-suq, id-daqs tal-pożizzjonijiet nnegozjati fis-suq;

    (vi) il-proċeduri u kontrolli attivi kontra l-frodi.

    (c) l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b’mod ċar għall-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet kontra l-istrateġija tan-negozjar tal-istituzzjoni inkluż il-monitoraġġ tal-fatturat u pożizzjonijiet li għalihom il-perijodu ta’ holding li kien oriġinarjament intiż ikun inqabeż.

    Artikolu 104

    Inklużjoni fil-Portafoll tan-Negozjar

    1.  L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b’mod ċar biex jiddeterminaw liema pożizzjonijiet jinkludu fil-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital tagħhom, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 102 u d-definizzjoni ta’ portafoll tan-negozjar skont il-punt (86) tal-Artikolu 4(1), b’kont meħud tal-kapaċitajiet u l-prattiki għall-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta sew il-konformità tagħha ma’ dawn il-politiki u l-proċeduri u għandha tissottomettihom għal verifika interna perjodika.

    2.  L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b’mod ċar għall-immaniġjar ġenerali tal-portafoll tan-negozjar. Dawn il-politiki u l-proċeduri għandhom mill-inqas jindirizzaw:

    (a) l-attivitajiet li l-istituzzjoni tikkunsidra li jkunu ta’ negozjar u li jagħmlu parti mill-portafoll tan-negozjar għall-finijiet ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji;

    (b) il-punt sa fejn pożizzjoni tista’ tiġi vvalutata kuljum skont il-prezzijiet tas-suq b’riferiment għal suq likwidu, attiv u fiż-żewġ direzzjonijiet;

    (c) fil-każ ta’ pożizzjonijiet li jiġu valutati skont mudell, il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista’:

    (i) tidentifika r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni;

    (ii) tiħħeġġja r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni bi strumenti li għalihom jeżisti suq attiv, likwidu u fiż-żewġ direzzjonijiet;

    (iii) tikseb estimi affidabbli għas-suppożizzjonijiet u l-parametri ewlenin użati fil-mudell;

    (d) il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista’, u tkun meħtieġa li, tiġġenera valutazzjonijiet għall-pożizzjoni li jistgħu jiġu vvalidati esternament b’mod konsistenti;

    (e) il-punt sa fejn ir-restrizzjonijiet legali jew ir-rekwiżiti operattivi l-oħra jimpedixxu l-abbiltà tal-istituzzjoni li teffettwa likwidazzjoni jew ħeġġ tal-pożizzjoni fuq terminu qasir;

    (f) il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista’, u tkun meħtieġa li, timmaniġġja attivament ir-riskji ta’ pożizzjonijiet fl-operat tan-negozjar tagħha;

    (g) il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista’ tittrasferixxi riskji jew pożizzjonijiet bejn il-portafolji mhux tan-negozjar u l-portafolji tan-negozjar u l-kriterji għal dawn it-trasferimenti.

    Artikolu 105

    Rekwiżiti għal Valutazzjoni Prudenti

    1.  Il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu soġġetti għall-istandards għal valutazzjoni prudenti speċifikati f’dan l-Artikolu. L-istituzzjonijiet għandhom b’mod partikolari jiżguraw li l-valutazzjoni prudenti tal-pożizzjonijiet tagħhom fil-portafoll tan-negozjar jiksbu grad xieraq ta’ ċertezza wara li jikkunsidraw in-natura dinamika tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar, id-domanda għal solidità prudenzjali u l-mod ta’ operat u l-iskop tar-rekwiżiti kapital fir-rigward tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar.

    2.  L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu sistemi u kontrolli suffiċjenti sabiex jipprovdu stimi ta’ valutazzjoni prudenti u affidabbli. Dawk is-sistemi u kontrolli għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

    (a) politiki u proċeduri dokumentati għall-proċess ta’ valutazzjoni, inkluż ir-responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar tal-oqsma varji involuti fid-determinazzjoni tal-valutazzjoni, is-sorsi tal-informazzjoni tas-suq u analiżi tal-adegwatezza tagħhom, linji gwida għall-użu ta’ parametri li ma jistgħux jiġu osservati li jirriflettu s-suppożizzjonijiet tal-istituzzjoni dwar dak li l-parteċipanti tas-suq sejrin jużaw fl-ipprezzar tal-pożizzjoni, il-frekwenza ta’ valutazzjoni indipendenti, l-għażla tal-ħin għall-prezzijiet tal-għeluq, il-proċeduri għall-aġġustament tal-valutazzjonijiet, il-proċeduri ta’ verifika tal-għeluq tax-xahar u dawk ad-hoc;

    ▼C2

    (b) linji ta' rappurtar għad-dipartiment responsabbli għall-proċess ta' valutazzjoni li jkunu ċari u indipendenti mill-uffiċċju tan-negozjar, li għandhom finalment ikunu għall-korp maniġerjali.

    ▼B

    3.  L-istituzzjonijiet għandhom jirrivalwaw il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar mill-inqas darba kuljum.

    4.  Kull meta jkun possibbli l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il-pożizzjonijiet tagħhom skont il-prezzijiet tas-suq, inkluż meta japplikaw it-trattament tal-kapital fil-portafoll tan-negozjar.

    5.  Meta twettaq valutazzjoni skont il-valur tas-suq, istituzzjoni għandha tuża l-lat l-aktar prudenti ta’ offerta sakemm l-istituzzjoni ma tistax tikkwota prezz medju. Fejn l-istituzzjonijiet jagħmlu użu minn din id-deroga, kull sitt xhur dawn għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bil-pożizzjonijiet ikkonċernati u jagħtu evidenza li dawn jistgħu jikkwotaw prezz medju.

    6.  Fejn ma tkunx possibbli valutazzjoni skont il-prezzijiet tas-suq, l-istituzzjonijiet għandhom b’mod konservattiv jivvalutaw il-pożizzjonijiet u l-portafolji tagħhom skont mudell, inkluż meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar.

    7.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin meta jwettqu valutazzjoni skont mudell:

    (a) il-maniġment superjuri għandu jkun konxju tal-elementi tal-portafoll tan-negozjar jew ta’ pożizzjonijiet oħra b’valur ġust li jkunu soġġetti għal valutazzjoni skont mudell u għandhom jifhmu l-materjalità tal-inċertezza li b’hekk tinħoloq fir-rappurtar tar-riskju/prestazzjoni tan-negozju;

    (b) l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu inputs tas-suq, fejn possibbli, skont il-prezzijiet tas-suq, u għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-inputs tas-suq tal-pożizzjoni partikolari li tkun qiegħda tiġi vvalutata u l-parametri tal-mudell fuq bażi frekwenti;

    (c) fejn disponibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodoloġiji ta’ valutazzjoni li jkunu prattiki aċċettati tas-suq għal strumenti finanzjarji partikolari jew għal prodotti;

    (d) fejn il-mudell jiġi żviluppat mill-istituzzjoni innifisha, għandu jiġi bbażat fuq suppożizzjonijiet xierqa, li jkunu ġew ivvalutati u kkontestati minn partijiet adegwatament ikkwalifikati b’mod indipendenti mill-proċess ta’ żvilupp;

    (e) l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri formali għall-kontroll tat-tibdil u għandhom iżommu kopja sigura tal-mudell u jużawha perjodikament biex jikkontrollaw il-valutazzjonijiet;

    (f) il-ġestjoni tar-riskju għandu jkun konxju tal-punti debboli tal-mudelli użati u l-aħjar mod kif dawk jiġu riflessi fir-riżultat tal-valutazzjoni; u

    (g) il-mudelli tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal analiżi perjodika biex tiġi ddeterminata l-akkuratezza tal-prestazzjoni tagħhom, li għandha tinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza kontinwata tas-suppożizzjonijiet, l-analiżi tal-profitt u t-telf versus il-fatturi tar-riskji, u t-tqabbil ta’ valuri reali tal-għeluq skont l-eżiti tal-mudelli.

    Għall-finijiet tal-punt (d), il-mudell għandu jiġi żviluppat jew approvat indipendentement mill-post tan-negozjar u għandu jiġi ttestjat indipendentement, inkluż il-validazzjoni tal- matematika, is-suppożizzjonijiet u l-implimentazzjoni tas-softwer.

    8.  L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu verifiki indipendenti tal-prezz flimkien mal-valwazzjoni skont il-valur tas-suq jew valwazzjoni skont skont mudell ta’ kuljum. Il-verifika tal-prezzijiet tas-suq u tal-inputs tal-mudelli għandha ssir minn persuna jew minn unità indipendenti minn persuni jew minn unitajiet li jibbenefikaw mill-portafoll tan-negozjar, mill-inqas darba fix-xahar, jew aktar frekwenti skont in-natura tas-suq jew tal-attività tan-negozjar. Meta ma jkunx hemm disponibbli sorsi indipendenti tal-ipprezzar jew is-sorsi tal-ipprezzar ikunu aktar suġġettivi, jistgħu jkunu xierqa miżuri prudenti bħal aġġustamenti fil-valutazzjoni.

    9.  L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu u jżommu proċeduri għall-kunsiderazzjoni tal-aġġustamenti fil-valwazzjoni.

    10.  L-istituzzjonijiet għandhom formalment jikkunsidraw l-aġġustamenti li ġejjin fil-valutazzjoni: firxiet tal-kreditu mhux iggwadanjati, il-kosti ta’ egħluq, ir-riskji operattivi, l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq, it-terminazzjoni bikrija, il-kosti ta’ investiment u finanzjament, il-kosti amministrattivi futuri u, fejn rilevanti, ir-riskju tal-mudell.

    11.  L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri għall-kalkolu ta’ aġġustament għall-valutazzjoni kurrenti ta’ xi pożizzjonijiet anqas likwidi, li partikolarment jistgħu jirriżultaw minn avvenimenti tas-suq jew minn sitwazzjonijiet relatati mal-istituzzjoni bħal pożizzjonijiet konċentrati u/jew pożizzjonijiet li għalihom il-perijodu oriġinali ta’ holding jkun inqabeż. L-istituzzjonijiet għandhom, fejn meħtieġ, jagħmlu dawn l-aġġustamenti minbarra xi tibdil meħtieġ għall-valur tal-pożizzjoni għall-finijiet ta’ rappurtar finanzjarju u għandhom ifasslu dawn l-aġġustamenti biex jirriflettu l-illikwidità tal-pożizzjoni. Skont dawk il-proċeduri, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw diversi fatturi waqt li jkunu qegħdin jiddeterminaw jekk ikunx hemm il-ħtieġa ta’ aġġustament tal-valutazzjoni għal pożizzjonijiet inqas likwidi. Dawk il-fatturi jinkludu li ġejjin:

    (a) iż-żmien meħtieġ biex tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji tagħha;

    (b) il-volatilità u l-medja tal-firxiet ta’ talba/offerta;

    (c) id-disponibbiltà ta’ kwotazzjonijiet tas-suq (in-numru u l-identità ta’ ġeneraturi tas-suq) u l-volatilità u l-medja ta’ volumi ta’ negozjar inkluż volumi ta’ negozjar matul perijodi ta’ stress tas-suq;

    (d) il-konċentrazzjonijiet tas-suq;

    (e) iż-żmien li jgħaddi mit-teħid tal-pożizzjonijiet;

    (f) il-punt sa fejn il-valutazzjoni tkun ibbażata fuq valutazzjoni skont mudell;

    (g) l-impatt ta’ riskji oħra tal-mudell.

    12.  Meta jużaw valutazzjonijiet minn partijiet terzi jew valutazzjoni skont mudell, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx japplikaw aġġustament tal-valutazzjoni. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li jiġu stabbiliti aġġustamenti fil-każ ta’ pożizzjonijiet inqas likwidi u jirrevedu fuq bażi kontinwa l-adegwatezza tagħhom. L-istituzzjonijiet għandhom ukoll jivvalutaw b’mod espliċitu il-ħtieġa ta’ aġġustamenti tal-valutazzjoni rigward l-inċertezza tal-inputs ta’ parametri użati mill-mudelli.

    13.  Fir-rigward ta’ prodotti kumplessi, inkluż skoperturi ta’ titolizzazzjoni u derivattivi tal-kreditu skont l-ordni kronoloġika ta’ inadempjenza, l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw b’mod espliċitu l-ħtieġa għal aġġustamenti fil-valutazzjoni biex jirriflettu r-riskju tal-mudell assoċjat mal-użu ta’ metodoloġija possibbilment inkorretta ta’ valutazzjoni u r-riskju tal-mudell assoċjat mal-użu ta’ parametri ta’ kalibrazzjoni inosservabbli (u possibbilment skorretti) tal-mudell ta’ valutazzjoni.

    14.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ir-rekwiżiti tal-Artikolu 105 għandhom jiġu applikati għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 106

    Iħħeġġjar Intern

    1.  Ħeġġ intern għandu b’mod partikolari jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) m’għandhiex tkun primarjament maħsuba biex tevita jew tnaqqas ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;

    (b) għandha tiġi dokumentata sew u tkun soġġetta għal proċeduri partikolari tal-approvazzjoni interna u ta’ verifika;

    (c) għandha tiġi ttrattata bil-kondizzjonijiet tas-suq;

    (d) ir-riskju tas-suq iġġenerat mill-ħeġġ intern għandu jiġi mmaniġġjat b’mod dinamiku fil-portafoll tan-negozjar skont il-limiti awtorizzati;

    ▼C2

    (e) għandu jiġi mmonitorjat sewwa skont proċeduri adegwati.

    ▼B

    2.  Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 japplikaw mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għall-pożizzjoni ħħeġġjata mhux tal-portafoll tan-negozjar.

    3.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, fejn istituzzjoni tiħħeġġja skopertura ta’ riskju fuq il-kreditu mhux tal-portafoll tan-negozjar jew skopertura għar-riskju ta’ kontroparti billi tuża derivat ta’ kreditu mdaħħal fil-portafoll tan-negozjar tagħha permezz ta’ ħedge intern, l-iskopertura għar-riskju mhux tal-protafoll tan-negozjar jew l-iskopertura għar-riskju tal-kontroparti ma għandhomx jitqiesu bħala iħħeġġjati għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju sakemm l-istituzzjoni ma tixtrix mingħand parti terza eliġibbli bħala fornitriċi tal-protezzjoni, derivat ta’ kreditu korrispondenti li jkun jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni mhux iffinanzjata ta’ kreditu mhux tal-portafoll tan-negozjar. Mingħajr preġudizzju għall-punt (h) tal-Artikolu 299(2), meta din il-protezzjoni minn terza parti tinxtara u tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ ta’ skopertura mhux tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital, la l-kopertura tad-derivat ta’ kreditu intern u lanqas ta’ dak estern ma għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-kalkolu ta’ rekwiżiti ta’ kapital.



    TITOLU II

    REKWIŻITI TA’ KAPITAL GĦAL RISKJU TA’ KREDITU



    KAPITOLU 1

    Prinċipji Ġenerali

    Artikolu 107

    Approċċi għal riskju ta’ kreditu

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw jew l-Approċċ Standardizzat previst fil-Kapitolu 2 jew, jekk permess mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 143, l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni previst fil-Kapitolu 3 biex jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(3).

    2.  Għall-iskoperturi kummerċjali u għall-kontribuzzjonijiet ta’ fondi tal-inadempjenza għal kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stipulat fil-Kapitolu 6, Taqsima 9 biex jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(3). Għat-tipi l-oħrajn kollha ta’ skoperturi lil kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw dawn l-iskoperturi bħala skoperturi lil istituzzjonijiet kif ġej:

    (a) bħala skoperturi għal istituzzjoni għal tipi oħrajn ta’ skoperturi għal CCP kwalifikanti;

    (b) bħala skoperturi għal korporazzjoni għal tipi oħrajn ta’ skoperturi għal CCP mhux kwalifikattiva.

    3.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-iskoperturi għal ditti tal-investiment ta’ pajjiż terz u l-iskoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ pajjiż terz u skoperturi għal clearing houses ta’ pajjiż terz u l-iskambji għandhom ikunu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni biss jew il-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dik l-entità li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

    4.  Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 462(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji prudenzjali li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jittrattaw l-iskoperturi għal entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 bħala skoperturi għal istituzzjonijiet dment li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jkunu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

    Artikolu 108

    Użu tat-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB

    1.  Fir-rigward ta’ skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ Standardizzat skont il-Kapitolu 2 jew tapplika l-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 iżda mingħajr ma tuża l-istimi tagħha tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD) u tal-fatturi ta’ konverżjoni skont l-Artikolu 151, l-istituzzjoni tista’ tuża l-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il-Kapitolu 4 għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-finijiet tal-punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(3) jew, kif rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 36(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 62.

    2.  Fir-rigward ta’ skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi tagħha tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni skont l-Artikoli 151, l-istituzzjoni tista’ tuża l-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il-Kapitolu 3.

    Artikolu 109

    Trattament ta’ skoperturi titolizzati skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB

    1.  Fejn istituzzjoni tuża l-Approċċ Standardizzat skont il-Kapitolu 2 għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-klassi ta’ skopertura li għaliha r-riskji titolizzati sejrin ikunu assenjati skont l-Artikolu 112, hija għandha tikkalkula l-ammont tal-iskopertura peżat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikoli 245, 246 u 251 sa 258. L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Standardizzat jistgħu jużaw ukoll l-Approċċ ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni meta dan ikun ġie permess skont l-Artikolu 259(3).

    2.  Fejn istituzzjoni tuża l-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju għall-klassi ta’ skopertura li għaliha l-iskopertura titolizzata tkun assenjata skont l-Artikolu 147 hija għandha tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju skont l-Artikoli 245, 246 u 259 sa 266.

    Ħlief fil-każ tal-Approċċ ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna, fejn l-Approċċ IRB jintuża biss għal parti tal-iskoperturi titolizzati sottostanti għal titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tuża l-approċċ li jikkorrispondi mas-sehem predominanti ta’ skoperturi titolizzati sottostanti għal din it-titolizzazzjoni.

    Artikolu 110

    Trattament tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu

    1.  L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għandhom jittrattaw l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikolu 62(c).

    2.  L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għandhom jittrattaw l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikolu 159, l-Artikolu 62(d) u l-Artikolu 36(1)(d).

    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Kapitoli 2 u 3, l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu għandhom jeskludu l-fondi għal riskji bankarji ġenerali.

    3.  L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għal parti tal-iskoperturi tagħhom fuq bażi konsolidata jew individwali, skont l-Artikoli 148 u 150 għandhom jiddeterminaw il-parti tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu li tkun sejra tiġi assenjata għat-trattament tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u għat-trattament tal-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ IRB kif ġej:

    (a) fejn applikabbli meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ IRB, l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati għat-trattament stabbiliti f’dan il-paragrafu 2;

    (b) fejn applikabbli, meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ Standardizzat, l-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandu jiġi assenjat lit-trattament stabbilit fil-paragrafu 1;

    (c) Il-bqija tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu għandu jiġi assenjat fuq bażi prorata skont il-proporzjon tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju soġġett għall-Approċċ Standardizzat u soġġett għall-Approċċ IRB.

    4.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu u l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għal li ġejjin:

    (a) il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ Standardizzat imsemmi fl-Artikolu 111;

    (b) il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikoli 166 sa 168;

    (c) it-trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija msemmi fl-Artikolu 159;

    (d) il-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 246 u 266;

    (e) id-determinazzjoni ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 178;

    ▼C1

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

    ▼B

    Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.



    KAPITOLU 2

    Approċċ standardizzat



    Taqsima 1

    Prinċipji ġenerali

    Artikolu 111

    Valur tal-iskopertura

    1.  Il-valur tal-iskopertura ta’ element ta’ assi għandu jkun il-valur kontabilistiku tagħha li jibqa’ wara li l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu, aġġustamenti addizzjonali tal-valur skont l-Artikoli 34 u 110 u t-tnaqqis tal-fondi proprji oħrajn relatati mal-entrata tal-assi jkunu ġew applikati. Il-valur tal-iskopertura ta’ element li ma jidhirx elenkata fl-Anness I għandu jkun il-perċentwal tal-valur nominali tiegħu wara t-tnaqqis ta’ aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu kif ġej:

    (a) 100 % jekk huwa element ta’ riskju sħiħ;

    (b) 50 % jekk huwa element ta’ riskju medju;

    (c) 20 % jekk huwa element ta’ riskju medju/baxx;

    (d) 0 % jekk huwa element ta’ riskju baxx.

    L-elementi li ma jidhrux imsemmija fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu assenjati lill-kategoriji ta’ riskju kif indikat fl-Anness I.

    Meta istituzzjoni tkun qiegħda tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju skont l-Artikolu 223, il-valur tal-iskopertura ta’ titoli jew ta’ prodotti mibjugħa, stazzjonati jew mislufa skont transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid jew skont transazzjoni ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew ta’ prodotti, u transazzjonijiet ta’ self b’marġni għandu jiżdied bl-aġġustament tal-volatilità xieraq għal tali titoli jew prodotti kif preskritt fl-Artikoli 223 sa 225.

    2.  Il-valur tal-iskopertura ta’ strument derivattiv elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat skont il-Kapitolu 6 u għandu jitqies l-effetti ta’ kuntratti ta’ novazzjoni u arranġamenti oħra tal-kalkolazzjoni tal-valur nett għall-finijiet ta’ dawk il-metodi skont il-Kapitolu 6. Il-valur tal-iskopertura ta’ transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew ta’ prodotti, transazzjonijiet b’saldu fit-tul u transazzjonijiet ta’ self b’ marġni jista’ jiġi ddeterminat jew skont il-Kapitolu 6 jew skont il-Kapitolu 4.

    3.  Meta skopertura tkun soġġetta għal protezzjoni tal-kreditu iffinanzjata, il-valur tal-iskopertura applikabbli għal dak l-element jista’ jiġi emendat skont il-Kapitolu 4.

    Artikolu 112

    Klassijiet ta’ skopertura

    Kull skopertura għandha tiġi assenjata f’waħda mill-klassijiet differenti ta’ skopertura:

    (a) skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali;

    (b) skoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali;

    (c) skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku;

    (d) skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp;

    (e) skoperturi għal organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (f) skoperturi għal istituzzjonijiet;

    (g) skoperturi għal impriżi;

    (h) skoperturi fil-livell tal-konsumatur;

    (i) skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli;

    (j) skoperturi f’ inadempjenza;

    (k) skoperturi assoċjati ma’ riskju partikolarment għoli;

    (l) skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti;

    (m) elementi li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

    (n) skoperturi għal istituzzjonijiet u għal impriżi b’valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir;

    (o) skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew azzjonijiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv (‘CIUs’);

    (p) skoperturi ta’ ekwità;

    (q) elementi oħrajn.

    Artikolu 113

    Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju

    1.  Biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju, il-piżijiet tar-riskju għandhom jiġu applikati għall-iskoperturi kollha, sakemm dawn ma jkunux tnaqqsu mill-fondi proprji, skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2. L-applikazzjoni tal-piżijiet tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq il-klassi ta’ skopertura li fiha tkun assenjata l-iskopertura u, sal-limitu speċifikat fit-Taqsima 2, il-kwalità kreditizja tagħha. Il-kwalità kreditizja tista’ tiġi stabbilita b’referenza għall-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs (External Credit Assessment Institutions) jew għall-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ Aġenziji dwar Krediti għall-Esportazzjoni skont it-Taqsima 3.

    2.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi mmultiplikat bil-piż tar-riskju speċifikat jew stabbilit skont it-Taqsima 2.

    3.  Fejn skopertura tkun soġġetta għall-protezzjoni tal-kreditu, il-piż tar-riskju applikabbli għal dak l-element jista’ jiġi emendat skont il-Kapitolu 4.

    4.  L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi titolizzati għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 5.

    5.  Skoperturi li għalihom ma jkun hemm l-ebda kalkolu previst fit-Taqsima 2 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %.

    6.  Bl-eċċezzjoni ta’ skoperturi li jagħtu lok għal elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2, istituzzjoni tista, soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-iskoperturi ta’ dik l-istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha, sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha jew impriża marbuta b’relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE. L-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħa li jagħtu approvazzjoni jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

    ▼C2

    (a) il-kontroparti tkun istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża tas-servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali adegwati;

    ▼B

    (b) il-kontroparti tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni bħall-istituzzjoni fuq bażi totali;

    (c) il-kontroparti tkun soġġetta għall-istess proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju, ta’ kalkolu u ta’ kontrolli bħall-istituzzjoni;

    (d) il-kontroparti tkun stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni;

    (e) ma jkun hemm l-ebda impediment legali, materjali jew prattiku kurrenti jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għar-ripagament ta’ obbligazzjonijiet mill-kontroparti għall-istituzzjoni.

    Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tkun awtorizzata li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija tista’ tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.

    7.  Bl-eċċezzjoni ta’ skoperturi li jagħtu lok għal elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġetti għall-permess minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti, ma japplikawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal skoperturi għal kontropartijiet li magħhom l-istituzzjoni tkun daħlet fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li jkun arranġament kuntrattwali jew obbligu statutorju li jipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet u partikolarment jiżgura l-likwidità u s-solvenza tagħhom biex jiġi evitat il-falliment fejn ikun meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħa li jagħtu permess jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

    (a) ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (d) u (e) tal-paragrafu 6 jiġu ssodisfatti;

    (b) l-arranġamenti jiżguraw li l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tkun kapaċi tagħti l-appoġġ neċessarju mill-impenn tagħha permezz ta’ fondi li jkunu diġà għad-dispożizzjoni tagħha;

    (c) l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tiddisponi minn sistemi adegwati u stipulati b’mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tar-riskju, li tagħti stampa sħiħa tas-sitwazzjonijiet ta’ riskju tal-membri individwali kollha u tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali, bi possibbiltajiet korrispondenti biex teżerċita influwenza; dawk is-sistemi għandhom jimmonitorjaw b’mod adegwat l-iskoperturi inadempjenti skont l-Artikolu 178(1);

    (d) l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali twettaq analiżi tar-riskju tagħha stess li tiġi kkomunikata lill-membri individwali;

    (e) l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tfassal u tippubblika fuq bażi annwali, rapport konsolidat li jinkludi l-karta bilanċjali, il-kont tal-qligħ u t-telf, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, li jittratta l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali, jew rapport li jinkludi l-karta tal-bilanċ aggregata, il-kont tal-qligħ u t-telf aggregat, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, fir-rigward tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali inġenerali;

    (f) il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali huma obbligati li jagħtu avviż bil-quddiem ta’ mill-inqas 24 xahar jekk ikunu jixtiequ jtemmu l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali;

    (g) l-użu multiplu ta’ elementi diversi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji (minn hawn ’il quddiem ‘ingranaġġ multiplu’) kif ukoll kull ħolqien mhux xieraq ta’ fondi proprji bejn il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandu jiġi eliminat;

    (h) l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandha tkun ibbażata fuq sħubija wiesgħa tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li jkollhom profil tan-negozju prinċipalment omoġenju;

    (i) l-adegwatezza tas-sistemi msemmija fil-punti (c) u (d) tkun approvata u mmonitorjata f’intervalli regolari mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

    Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija tista’ tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.



    Taqsima 2

    Piżijiet tar-riskju

    Artikolu 114

    L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali

    1.  L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %, sakemm ma japplikawx it-trattamenti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7.

    2.  L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 1 li tikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI skont l-Artikolu 136.



    Tabella 1

    Skala tal-kwalità tal-kreditu

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    0  %

    20  %

    50  %

    100  %

    100  %

    150  %

    3.  L-iskoperturi għall-BĊE għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.

    4.  L-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri, u għall-banek ċentrali ddenominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta’ dak il-gvern ċentrali u tal-bank ċentrali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.

    ▼C2

    ▼C2

    6.  Għall-iskoperturi indikati fl-Artikolu 495(2):

    (a) fl-2018 l-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 20 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont il-paragrafu 2;

    (b) fl-2019 l-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 50 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont il-paragrafu 2;

    (c) fl-2020 u 'il quddiem il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 100 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont il-paragrafu 2.

    ▼B

    7.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni jassenjaw piż tar-riskju li jkun anqas minn dak indikat fil-paragrafi 1 sa 2 għal skoperturi għall-gvern ċentrali u għall-bank ċentrali tagħhom ddenonimati u ffinanzjati fil-munita domestika, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw għar-riskju dawn l-iskoperturi bl-istess mod.

    Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-iskoperturi tal-gvern ċentrali jew il-bank ċentrali tal-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

    Artikolu 115

    L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali

    1.  L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali għandhom jiġu ppeżati għar-riskju bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet sakemm ma jiġux trattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali skont il-paragrafi 2 jew 4 jew ma jirċevux piż tar-riskju kif speċifikat fil-paragrafu 5. It-trattament preferenzjali għal skoperturi ta’ terminu qasir speċifikat fl-Artikolu 119(2) u l-Artikolu 120(2) ma għandux jiġi applikat.

    2.  L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali, li fil-ġurisdizzjoni tiegħu jkunu stabbiliti, meta ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba l-kapaċità speċifika ta’ dak tal-ewwel li jżid il-kapital, u l-eżistenza ta’ arranġamenti istituzzjonali speċifiċi li l-effett tagħhom ikun li jnaqqas ir-riskju ta’ inadempjenza tagħhom.

    L-ABE għandha żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali kollha fi ħdan l-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jitrattaw bħala skoperturi tal-gvernijiet ċentrali tagħhom.

    3.  L-iskoperturi għal knejjes jew għal komunitajiet reliġjużi kostitwiti fil-forma ta’ persuna ġuridika skont id-dritt pubbliku għandhom, sakemm jiġbru t-taxxi skont il-leġislazzjoni li tikkonferixxi lilhom id-dritt li jagħmlu dan, jiġu trattati bħala skoperturi għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali. F’dan il-każ, il-paragrafu 2 ma għandux japplika u għall-finijiet tal-Artikolu 150(1)(a), ma għandux jiġi eskluż permess biex jiġi applikat l-Approċċ Standardizzat.

    4.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni jittrattaw l-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tagħhom u ma jkunx hemmx differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba li l-gvern reġjonali jew l-awtoritajiet lokali jkollhom setgħat speċifiċi biex jiġġeneraw dħul u arranġamenti istituzzjonali speċifiċi biex inaqqsu r-riskju ta’ inadempjenza, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw ir-riskju ta’ skoperturi għal dawn il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali bl-istess mod.

    Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

    5.  L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali ta’ Stati Membri li mhumiex imsemmija fil-paragrafi 2 sa 4 u jkunu ddenominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta’ dak il-gvern reġjonali u tal-awtorità lokali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 20 %.

    Artikolu 116

    L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku

    1.  L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont l-iskala ta’ kwalità kreditizja li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġurisdizzjoni fejn tkun inkorporata l-entità tas-settur pubbliku skont it-Tabella 2 segwenti:



    Tabella 2

    Skala tal-kwalità kreditizja li għaliha l-gvern ċentrali jkun assenjat

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20  %

    50  %

    100  %

    100  %

    100  %

    150  %

    Fir-rigward ta’ skoperturi għall-entitajiet tas-settur pubbliku inkorporati f’pajjiżi fejn il-gvern ċentrali mhuwiex ikklassifikat, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 100 %.

    2.  L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 120. It-trattament preferenzjali għal skoperturi ta’ terminu qasir speċifikat fl-Artikoli 119(2) u 120(2), ma għandux jiġi applikat għal dawk l-entitajiet.

    3.  Fir-rigward ta’ skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku b’maturità oriġinali ta’ inqas minn tliet xhur, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 20 %.

    4.  F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali, għall-gvern reġjonali jew għall-awtorità lokali li fil-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu stabbiliti meta fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ din il-ġurisdizzjoni ma jkun hemm l-ebda differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba l-eżistenza ta’ garanzija adegwata mill-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali.

    5.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz, li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, jittrattaw l-iskoperturi għall-entitajiet tas-settur pubbliku f’konformità mal-paragrafu 1 jew 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw ir-riskju ta’ skoperturi għal dawn l-entitajiet tas-settur pubbliku bl-istess mod. Altrimenti, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta’ 100 %.

    Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

    Artikolu 117

    L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp

    1.  L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal skoperturi għall-istituzzjonijiet. It-trattament preferenzjali għal skoperturi ta’ terminu qasir kif speċifikati fl-Artikoli 119(2), 120(2) u 121(3) ma għandux jiġi applikat.

    Il-Korporazzjoni Inter-Amerikana għall-Investiment, il-Bank tal-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-Baħar l-Iswed, il-Bank tal-Amerika Ċentrali għall-Integrazzjoni Ekonomika u l-Bank tal-Iżvilupp CAF tal-Amerika Latina għandhom jiġu kkunsidrati bħala banek multilaterali tal-iżvilupp.

    2.  L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %:

    (a) il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

    (b) il-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali;

    (c) il-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp;

    (d) il-Bank Ażjatiku tal-Iżvilupp;

    (e) il-Bank Afrikan tal-Iżvilupp;

    (f) il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa;

    (g) il-Bank Nordiku tal-Investiment;

    (h) il-Bank Karibew tal-Iżvilupp;

    (i) il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

    (j) il-Bank Ewropew tal-Investiment;

    (k) il-Fond Ewropew tal-Investiment;

    (l) l-Aġenzija Multilaterali tal-Garanzija tal-Investiment;

    (m) il-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament għall-Immunizzazzjoni;

    (n) il-Bank Islamiku tal-Iżvilupp.

    3.  Għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 20 % għall-porzjoni ta’ kapital mhux imħallas sottoskritt għall-Fond Ewropew tal-Investiment.

    Artikolu 118

    L-iskoperturi għal organizzazzjonijiet internazzjonali

    L-iskoperturi għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %:

    (a) l-Unjoni;

    (b) il-Fond Monetarju Internazzjonali;

    (c) il-Bank għas-Saldu Internazzjonali;

    (d) il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja;

    (e) il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

    (f) istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar, li għandha l-għan li timmobilizza l-finanzjament u li tipprovdi assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu qegħdin għaddejjin minn problemi finanzjarji serji jew li jkunu mhedda bihom.

    Artikolu 119

    L-iskoperturi għal istituzzjonijiet

    1.  L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu ppeżati għar-riskju skont l-Artikolu 120. L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu ppeżati għar-riskju skont l-Artikolu 121.

    2.  L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet b’maturità residwa ta’ tliet xhur jew inqas li jkunu ddenominati u ffinanzjati fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju li jkun kategorija waħda inqas favorevoli mill-piż tar-riskju preferenzjali, kif deskritt fl-Artikolu 114(4) sa (7), assenjat għal skoperturi għall-gvern ċentrali fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni.

    3.  L-ebda skopertura b’maturità residwa ta’ tliet xhur jew inqas iddenominata u ffinanzjata fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju ma għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ inqas minn 20 %.

    4.  Skopertura għal istituzzjoni fil-forma ta’ riżervi minimi meħtieġa mill-BĊE jew mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru li għandhom jinżammu minn istituzzjoni tista’ tiġi ppeżata għar-riskju bħala skoperturi għall-bank ċentrali tal-Istat Membru inkwistjoni sakemm:

    (a) ir-riżervi jkunu miżmuma skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru tal-2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi ( 10 ) jew skont rekwiżiti nazzjonali fl-aspetti materjali kollha ekwivalenti għal dak ir-Regolament;

    (b) fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-istituzzjoni fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, ir-riżervi jitħallsu lura kompletament lill-istituzzjoni fil-ħin u ma jkunux disponibbli biex jissodisfaw obbligazzjonijiet oħra tal-istituzzjoni.

    5.  L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet f’termini ta’ robustezza għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet.

    Artikolu 120

    L-iskoperturi għal istituzzjonijiet ikklassifikati

    1.  L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet b’maturità residwa ta’ aktar minn tliet xhur li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 3 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136.



    Tabella 3

    Skala tal-kwalità tal-kreditu

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20  %

    50  %

    50  %

    100  %

    100  %

    150  %

    2.  L-iskoperturi għal istituzzjoni li jkollha sa tliet xhur ta’ maturità residwa li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 4 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136:



    Tabella 4

    Skala tal-kwalità tal-kreditu

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20  %

    20  %

    20  %

    50  %

    50  %

    150  %

    3.  L-interazzjoni bejn it-trattament tal-valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir skont l-Artikolu 131 u t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir stipulati fil-paragrafu 2 għandha tkun kif ġej:

    (a) Jekk ma jkunx hemm valutazzjoni tal-iskopertura ta’ terminu qasir, it-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir kif speċifikat fil-paragrafu 2 għandu japplika għall-iskoperturi kollha għall-istituzzjonijiet b’mhux aktar minn tliet xhur ta’ maturità residwa;

    (b) Jekk ikun hemm valutazzjoni ta’ terminu qasir u din il-valutazzjoni tistabbilixxi l-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju li jkun aktar favorevoli jew identiku għall-użu ta’ trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2, għal dik l-iskopertura speċifika biss għandha tintuża l-valutazzjoni ta’ terminu qasir. Skoperturi oħra ta’ terminu qasir għandhom isegwu t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2;

    (c) Jekk ikun hemm valutazzjoni ta’ terminu qasir u din il-valutazzjoni tistabbilixxi piż tar-riskju li jkun inqas favorevoli mill-użu tat-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2, ma għandux jintuża t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir u l-pretensjonijiet kollha ta’ terminu qasir mhux ikklassifikati għandhom jiġu assenjati l-istess piż tar-riskju bħal dak applikat mill-valutazzjoni speċifika ta’ terminu qasir.

    Artikolu 121

    L-iskoperturi għal istituzzjonijiet mhux klassifikati

    1.  L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont l-iskala tal-kwalità kreditizja li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġurisdizzjoni fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni skont it-Tabella 5.



    Tabella 5

    Skala tal-kwalità kreditizja li għaliha l-gvern ċentrali jkun assenjat

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju tal-iskopertura

    20  %

    50  %

    100  %

    100  %

    100  %

    150  %

    2.  Għal skoperturi fir-rigward ta’ istituzzjonijiet mhux klassifikati li jkunu inkorporati f’pajjiżi fejn il-gvern ċentrali ma jkunx klassifikat, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 100 %.

    3.  Għal skoperturi fir-rigward ta’ istituzzjonijiet mhux klassifikati li jkollhom maturità oriġinali effettiva ta’ tliet xhur jew inqas, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 20 %.

    4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3, għall-iskoperturi tal-finanzjament tal-kummerċ imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subpargarafu tal-Artikolu 162(3), għall-istituzzjonijiet mingħajr klassifikazzjoni, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 50 % u meta l-maturità residwa ta’ dawn l-iskoperturi tal-finanzjament tal-kummerċ għal istituzzjonijiet mhux klassifikati jkun tliet xhur jew inqas, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 20 %.

    Artikolu 122

    L-iskoperturi għal impriżi

    1.  L-iskoperturi li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 6 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136.



    Tabella 6

    Skala tal-kwalità tal-kreditu

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20  %

    50  %

    100  %

    100  %

    150  %

    150  %

    2.  L-iskoperturi li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 % jew il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġurisdizzjoni li fiha l-impriża tkun inkorporata, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

    Artikolu 123

    L-iskoperturi fil-livell ta’ konsumatur

    L-iskoperturi li jkunu konformi mal-kriterji li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 75 %:

    (a) l-iskopertura għandha tkun jew għal persuna jew persuni fiżiċi, jew għal impriża żgħira jew medja (SME);

    (b) l-iskopertura għandha tkun waħda b’ammont sinifikanti ta’ skoperturi b’karatteristiċi simili b’tali modi li riskji assoċjati ma’ dan l-għoti ta’ self jiġu sostanzjalment imnaqqsa;

    (c) l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħha, inkluż kwalunkwe skopertura f’inadempjenza, mill-klijent debitur jew minn grupp ta’ klijenti debituri konnessi flimkien, iżda eskluż l-iskoperturi ggarantiti totalment u kompletament fuq proprjetà residenzjali bħala kollateral li ġew assenjati lill-klassi ta’ skopertura stipulata fil-punt (i) tal-Artikolu 112, ma għandux, sa fejn l-istituzzjoni tkun innotifikata, jaqbeż l-EUR 1 miljun. L-istituzzjoni għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tikseb dan l-għarfien.

    It-titoli ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.

    L-iskoperturi li ma jikkonformawx mal-kriterji msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx jkunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.

    Il-valur preżenti ta’ pagamenti ta’ kera minimi fil-livell tal-konsumatur ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.

    Artikolu 124

    Skoperturi garantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà immobbli

    ▼C2

    1.  Skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura totalment iggarantita permezz ta' ipoteka fuq proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 100 %, meta l-kondizzjonijiet skont l-Artikolu 125 jew l-Artikolu 126 ma jiġux issodisfatti, ħlief għal kwalunkwe parti tal-iskopertura li tkun assenjata lil klassi ta' skopertura oħra. Il-parti tal-iskopertura li taqbeż il-valur tal-ipoteka tal-proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju applikabbli għall-iskoperturi mhux iggarantiti tal-kontroparti involuta.

    ▼B

    Il-parti minn skopertura ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta’ proprjetà immobbli ma għandhiex tkun ogħla mill-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew f’dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il-valur tas-self ipotekarju tal-proprjetà inkwistjoni.

    2.  Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 101, u kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom perjodikament, u mill-inqas darba fis-sena, jivvalutaw jekk il-piż tar-riskju ta’ 35 % għal skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 125 u l-piż tar-riskju ta’ 50 % għal skoperturi ggarantiti permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali kif imsemmi fl-Artikolu 126 li tinstab fit-territorju tagħhom huma adegwatament ibbażati fuq:

    (a) l-esperjenza ta’ telf ta’ skoperturi ggarantiti permezz ta’ proprjetà immobbli;

    (b) żviluppi tas-suq li jħarsu ’l quddiem fir-rigward ta’ proprjetà immobbli;

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu piż tar-riskju ogħla jew kriterji aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 125(2) u l-Artikolu 126(2), fejn adatt, abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja.

    Għal skoperturi koperti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi il-piż tar-riskju fuq perċentwal minn 35 % sa 150 %,

    Għal skoperturi koperti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà immobbli kummeċjali, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi il-piż tar-riskju fuq perċentwal minn 50 % sa 150 %,

    Fi ħdan dawn il-firxiet, il-piż ta’ riskju ogħla għandu jiġi stabbilit abbażi tal-esperjenza ta’ telf u b’kont meħud tal-kunsiderazzjonijiet tal-iżviluppi tas-suq li jħarsu ’l quddiem u l-istabbiltà finanzjarja. Fejn il-valutazzjoni turi li l-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 125(2) u l-Artikolu 126(2) ma jirriflettux ir-riskji attwali relatati ma’ segment wieħed jew aktar tal-proprjetà ta’ tali skoperturi, totalment iggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew fuq proprjetà immobbli kummerċjali li tkun tinsab f’parti jew partijiet tat-territorju tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu, għal dawk is-segmenti ta’ skoperturi għall-proprjetà, piżijiet tar-riskju ogħla li jikkorrispondu għar-riskji attwali.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw l-ABE dwar l-aġġustamenti għall-piżijiet tar-riskju u l-kriterji applikati, li ser jiġu kkalkulati skont il-kriterji stabbiliti f’dan il-paragrafu kif speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. ►C2  L-ABE għandha tippubblika l-piżijiet tar-riskju u l-kriterji li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu għall-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 125, 126 u 199(1)(a). ◄

    3.  Meta l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu piż ta’ riskju ogħla jew kriterji aktar stretti, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perijodu transizzjonali ta’ sitt xhur biex japplikaw il-piż ta’ riskju l-ġdid.

    4.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

    (a) il-kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju msemmi fil-paragrafu 1;

    (b) il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 li l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu meta jiddeterminaw il-piżijiet tar-riskju ogħla, b’mod partikolari t-terminu "kunsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja".

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    5.  L-istituzzjonijiet ta’ Stat Membru għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskji u l-kriterji li ġew stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ►C2  għal skoperturi iggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà kummerċjali u residenzjali li tinsab f'dak l-Istat Membru. ◄

    Artikolu 125

    Skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ self ipotekarju fuq proprjetà residenzjali

    1.  Sakemm ma jiġix deċiż b’mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 124(2), skoperturi li jkunu totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ self ipotekarju fuq proprjetà residenzjali għandhom jiġu ttrattati kif ġej:

    (a) skoperturi jew kwalunkwe parti minn skopertura totalment u kompletament garantita permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tkun jew li sejra tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew mis-sid benefiċjarju fil-każ ta’ kumpanniji tal-investiment personali, għandhom jiġi assenjati piż tar-riskju ta’ 35 %;

    (b) skoperturi għal kerrej fil-qafas ta’ transazzjoni ta’ kiri ta’ proprjetà li tirrigwarda proprjetà residenzjali li taħtha l-istituzzjoni tkun sid il-kera u l-kerrej ikollu għażla li jixtri, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 35 % sakemm l-iskopertura għall-istituzzjoni tkun totalment u kompletament garantita permezz tas-sjieda tagħha tal-proprjetà.

    2.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura bħala totalment u kompletament garantita għall-finijiet tal-paragrafu 1 biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

    (a) il-valur tal-proprjetà ma jiddependix materjalment fuq il-kwalità kreditizja tal-mutwatarju. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mid-determinazzjoni tagħhom tal-materjalità ta’ tali dipendenza dawk is-sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju;

    (b) ir-riskju tal-mutwatarju ma għandux jiddependi materjalment fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda fuq il-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħra, u bħala konsegwenza l-pagament lura tal-faċilità ma għandux jiddependi materjalment fuq l-fluss ta’ flus iġġenerat mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala kollateral. Għal dawk is-sorsi l-oħra, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-proporzjonijiet massimi tas-self mad-dħul bħala parti mill-politika ta’ self tagħhom u jiksbu evidenza xierqa tad-dħul rilevanti meta jagħtu s-self.

    (c) ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 208 u fir-regoli tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 229(1) jkunu ssodisfatti;

    (d) sakemm ma jiġix determinat mod ieħor fl-Artikolu 124(2), il-parti tas-self li għaliha huwa assenjat piż tar-riskju ta’ 35 % ma taqbiżx it-80 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà inkwistjoni jew ta’ 80 % tal-valur tas-self ipotekarju tal-proprjetà inkwistjoni f’dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji.

    3.  L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 fil-każ ta’ skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, meta l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tkun ippubblikat evidenza li turi li f’dak it-territorju jkun hemm suq immobbiljarji residenzjali żviluppat sew u li ilu stabbilit b’rati ta’ telf li ma jaqbżux il-limiti li ġejjin.

    (a) telf li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali sa 80 % tal-valur tas-suq jew ta’ 80 % tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix deċiż b’mod ieħor skont l-Artikolu 124(2) ma jaqbiżx iż-0,3 % tas-self pendenti kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali fi kwalunkwe sena partikolari;

    (b) telf globali li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali ma jaqbiżx 0,5 % tas-self pendenti kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali fi kwalunkwe sena partikolari.

    4.  Jekk xi wieħed mil-limiti msemmija fil-paragrafu 3 ma jiġix issodisfatt f’sena partikolari, l-eliġibbiltà għall-użu tal-paragrafu 3 għandha tieqaf u għandha tiġi applikata l-kondizzjoni li tinsab fil-punt (b) tal-paragrafu 2 sakemm il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfatti f’sena sussegwenti.

    Artikolu 126

    Skoperturi totalment u kompletament iggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali

    1.  Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 124(2), skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ self ipotekarju fuq proprjetà immobbli kummerċjali għandhom jiġu trattati kif ġej:

    (a) skoperturi jew xi parti minn skopertura totalment u kompletament iggarantiti b’ipoteki fuq uffiċini jew fuq binjiet kummerċjali oħra jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 50 %;

    (b) skoperturi relatati ma’ transazzjonijiet ta’ kiri ta’ proprjetà li jirrigwardaw uffiċini jew binjiet kummerċjali oħra fejn l-istituzzjoni tkun sid il-kera u l-kerrej ikollu l-għażla li jixtri, jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 50 % sakemm l-iskopertura tal-istituzzjoni tkun totalment u kompletament iggarantita mis-sjieda tagħha tal-proprjetà.

    2.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura bħala totalment u kompletament garantita għall-finijiet tal-paragrafu 1 biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

    (a) il-valur tal-proprjetà ma jiddependix materjalment fuq il-kwalità kreditizja tal-mutwatarju. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mid-determinazzjoni tagħhom tal-materjalità ta’ tali dipendenza dawk is-sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju;

    (b) ir-riskju tal-mutwatarju ma għandux jiddependi materjalment fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda fuq il-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħra, u bħala konsegwenza, ir-ripagament tal-faċilità ma għandux jiddependi materjalment fuq xi fluss ta’ flus iġġenerat mill-proprjetà sottostanti li tkun qiegħda sservi ta’ kollateral;

    (c) ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 208 u fir-regoli tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 229(1) jkunu ssodisfatti;

    (d) Il-piż tar-riskju ta’ 50 % sakemm ma jiġix dispost mod ieħor skont l-Artikolu 124(2) għandu jiġi assenjat għall-parti tas-self li ma taqbiżx il-50 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà jew ta’ 60 % tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix previst mod ieħor skont l-Artikolu 124(2) tal-proprjetà inkwistjoni f’dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tas-self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji.

    ►C2  3.  L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għal skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, ◄ fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tkun ippubblikat evidenza li turi li f’dak it-territorju ikun hemm suq tal-proprjetà immobbli kummerċjali żviluppat sew u li ilu stabbilit b’rati ta’ telf li ma jaqbżux il-limiti li ġejjin:

    (a) it-telf li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali sa 50 % tal-valur tas-suq jew ta’ 60 % tal-valur tas-self ipotekarju, sakemm ma jiġix iddeterminat mod ieħor skont l-Artikolu 124(2), ma jaqbiżx iż-0,3 % tas-self pendenti kkollateralizzati permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali;

    (b) it-telf globali li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali ma jaqbiżx iż-0,5 % tas-self pendenti kkollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali;

    4.  Fejn xi wieħed mil-limiti msemmija fil-paragrafu 3 ma jiġix issodisfatt f’sena partikolari, l- eliġibbiltà għall-użu tal-paragrafu 3 għandha tieqaf u għandha tapplika l-kondizzjoni li tinsab fil-punt (b) tal-paragrafu 2 sakemm il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfatti f’sena sussegwenti.

    Artikolu 127

    L-iskoperturi fi stat ta’ inadempjenza

    1.  Il-parti mhux iggarantita ta’ kwalunkwe element fejn id-debitur ikun sar inadempjenti f’konformità mal-Artikolu 178, jew fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur, il-parti mhux iggarantita ta’ kwalunkwe faċilità ta’ kreditu li saret inadempjenti f’konformità mal-Artikolu 178 għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta’:

    (a) 150 %, fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jkunu ta’ inqas minn 20 % tal-parti mhux iggarantita tal-valur tal-iskopertura kieku dawn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu ma jkunux ġew applikati;

    (b) 100 %, fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu ma jkunux inqas minn 20 % tal-parti mhux iggarantita tal-valur tal-iskopertura kieku dawn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu ma jkunux ġew applikati.

    2.  Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-parti iggarantita tal-element dovuta li qabżet l-iskadenza, il-kollateral u l-garanziji eliġibbli għandhom ikunu dawk eliġibbli għall-finijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il-Kapitolu 4.

    3.  Il-valur tal-iskopertura li jifdal wara l-aġġustamenti tal-kreditu tar-riskju speċifiku ta’ skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali skont l-Artikolu 125 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 % jekk tkun twettqet inadempjenza f’konformità mal-Artikolu 178.

    4.  Il-valur tal-iskopertura li jifdal wara l-aġġustamenti tal-kreditu tar-riskju speċifiku ta’ skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali skont l-Artikolu 126 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 % fil-każ ta’ inadempjenza f’konformità mal-Artikolu 178.

    Artikolu 128

    Elementi assoċjati ma’ riskju partikolarment għoli

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż tar-riskju ta’ 150 % għal skoperturi, inkluż skoperturi fil-forma ta’ azzjonijiet jew unitajiet f’CIU, li jkunu assoċjati ma’ riskji partikolarment għoljin, fejn opportun.

    2.  Skoperturi b’riskji partikolarment għoljin għandhom jinkludu kwalunkwe waħda mill-iskoperturi li ġejjin:

    (a) investimenti f’ditti tal-kapital ta’ riskju (venture capital);

    (b) investimenti f’AIFs kif definit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE minbarra fejn il-mandat tal-fond ma jippermettix ingranaġġ ogħla minn dak meħtieġ skont l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2009/65/KE;

    (c) investimenti f’ekwità privata;

    (d) finanzjament spekulattiv ta’ proprjetà immobbli.

    3.  Meta jiġi vvalutat jekk skopertura minbarra l-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2 tkunx assoċjata ma’ riskji partikolarment għoljin, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-karatteristiċi tar-riskju li ġejjin:

    (a) ikun hemm riskju għoli ta’ telf bħala riżultat ta’ inadempjenza tad-debitur;

    (b) ikun impossibbli biex jiġi adegwatament ivvalutat jekk l-iskopertura taqax taħt il-punt (a).

    L-ABE għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw liema tipi ta’ riskji jkunu assoċjati ma’ riskju partikolarment għoli u taħt liema ċirkostanzi.

    Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 129

    Skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti

    1.  Biex ikunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali stabbilit fil-paragrafi 4 u 5, bonds kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE (bonds koperti) għandhom jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 7 u għandhom jiġu kollateralizzati permezz ta’ xi wieħed mill-assi eliġibbli li ġejjin:

    (a) skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, minn banek ċentrali tas-SEBĊ, minn entitajiet tas-settur pubbliku, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali fl-Unjoni;

    (b) skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali ta’ pajjiż terz, banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi, banek multilaterali tal-iżvilupp, organizzazzjonijiet internazzjonali li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, u skoperturi għal jew garantiti minn entitajiet tas-settur pubbliku ta’pajjiżi terzi, gvernijiet reġjonali ta’ pajjiżi terzi jew awtoritajiet lokali ta’ pajjiżi terzi li ġew ippeżati għar-riskju bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet jew għall-gvernijiet ċentrali u għall-banek ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(1) jew (2), jew l-Artikolu 116(1), (2) jew (4) rispettivament u li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, u skoperturi skont it-tifsira ta’ dan il-punt li jikkwalifikaw bħala minimu għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, sakemm ma jaqbżux l-20 % tal-ammont nominali tal-bonds koperti pendenti tal-istituzzjonijiet emittenti;

    (c) skoperturi għall-istituzzjonijiet li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu. L-iskopertura totali ta’ dan it-tip ma għandhiex taqbeż il-15 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni emittenti. Skoperturi għall-istituzzjonijiet fl-Unjoni li jkollhom maturità li ma taqbiżx il-100 jum ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-fini ta’ kalkolu tar-rekwiżit tal-iskala 1 iżda dawk l-istituzzjonijiet għandhom bħala minimu jikkwalifikaw għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu;

    (d) self iggarantit permezz ta’:

    (i) proprjetà residenzjali li ma jaqbiżx l-inqas ammont tal-ammont ta’ kapital tal-ipoteki kkombinati ma’ ipoteki preċedenti u 80 % tal-valur tal-proprjetajiet mirhuna; jew

    (ii) unitajiet superjuri maħruġa mill-Fonds Communs de Titrisation Franċiż jew entitajiet ekwivalenti ta’ titolizzazzjoni rregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru li jittitolizzaw skoperturi fuq proprjetà residenzjali. F’każ li dawn l-unitajiet superjuri jintużaw bħala kollateral, is-superviżjoni pubblika speċjali biex tipproteġi d-detenturi tal-bonds kif dispost fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE għandha tiżgura li l-assi sottostanti għal dawn l-unitajiet għandhom, fi kwalunkwe ħin waqt li jkunu inklużi fl-aggregazzjoni koperta, mill-inqas 90 % minnhom ikunu magħmulin minn ipoteki residenzjali li jkunu kkombinati ma’ xi ipoteki preċedenti li ma jaqbżux l-inqas tal-ammonti tal-kapital dovuti taħt l-unitajiet, l-ammonti tal-kapital tal-ipoteki, u 80 % tal-valur ta’ proprjetajiet mirhuna, li l-unitajiet jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu u li dawn l-unitajiet ma jaqbżux l-10 % tal-ammont nominali tal-ħruġ pendenti.

    (e) self residenzjali kompletament iggarantit minn fornitur eleġibbli ta’ protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 201 li jikkwalifika għal-livell 2 tal-kwalità ta’ kreditu jew iżjed, kif imniżżel f’dan il-Kapitolu, fejn il-parti ta’ kull wieħed mis-self li tintuża biex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit stabbilit f’dan il-paragrafu għall-kollateralizzazzjoni tal-bond kopert ma tirrappreżentax aktar minn 80 % tal-valur tal-proprjetà residenzjali korrispondenti li tinsab fi Franza, u fejn il-proporzjon tas-self imqabbel mad-dħul jirrispetta mhux iktar minn 33 % meta jkun ingħata s-self. Ma għandu jkun hemm ebda garanzija ipotekarja fuq il-proprjetà residenzjali meta s-self jingħata, u għas-self mogħti mill-1 ta’ Jannar 2014 u l-mutwatarju għandu jintrabat kuntrattwalment li ma jagħtix tali garanzija mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tat is-self. Il-proporzjon tas-self imqabbel mad-dħul jirrappreżenta s-sehem tad-dħul gross tal-mutwatarju li jkopri r-rimborż tas-self, inkluż l-imgħax. Il-fornitur tal-protezzjoni għandu jkun jew istituzzjoni finanzjarja awtorizzata u sorveljata mill-awtoritajiet kompetenti u soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli għal dawk applikati lil istituzzjonijiet f’termini ta’ robustezza jew istituzzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni. Għandu jistabbilixxi fond ta’ garanzija reċiproka jew protezzjoni ekwivalenti għall-impriżi tal-assigurazzjoni biex jiġi assorbit it-telf mir-riskju tal-kreditu, fejn l-ikkalibrar ta’ dan għandu jiġi rivedut perjodikament mill-awtoritajiet kompetenti. Kemm l-istituzzjoni tal-kreditu kif ukoll il-fornitur tal-protezzjoni għandhom iwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju;

    (f) self iggarantit permezz ta’:

    (i) proprjetà immobbli kummerċjali li ma jaqbiżx l-inqas ammont tal-ammont tal-kapital tal-ipoteki li jkunu kkombinati ma’ xi ipoteki preċedenti u 60 % tal-valur ta’ proprjetajiet mirhuna; jew

    (ii) unitajiet superjuri maħruġa mill-Fonds Communs de Titrisation Franċiżi jew entitajiet ekwivalenti ta’ titolizzazzjoni rregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru li jittitolizzaw skoperturi fuq proprjetà immobbli kummerċjali. F’każ li dawn l-unitajiet superjuri jintużaw bħala kollateral, is-superviżjoni pubblika speċjali biex tipproteġi d-detenturi tal-bonds kif dispost fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE għandha tiżgura li l-assi sottostanti għal dawn l-unitajiet għandhom, fi kwalunkwe ħin waqt li jkunu inklużi fl-aggregazzjoni koperta, mill-inqas 90 % minnhom ikunu magħmulin minn ipoteki kummerċjali li jkunu kkombinati ma’ xi ipoteki preċedenti li ma jaqbżux l-inqas tal-ammonti tal-kapital dovuti taħt l-unitajiet, l-ammonti tal-kapital tal-ipoteki, u 60 % tal-valur ta’ proprjetajiet mirhuna, li l-unitajiet jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabbilit f’dan il-Kapitolu u li dawn l-unitajiet ma jaqbżux l-10 % tal-ammont nominali tal-ħruġ pendenti.

    Self iggarantit permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali jkun eliġibbli meta l-proporzjon tas-Self għall-Valur ta’ 60 % jinqabeż sa livell massimu ta’ 70 % jekk il-valur tal-assi totali mirhuna bħala kollateral għall-bonds koperti jaqbeż l-ammont nominali pendenti fuq il-bonds koperti b’mill-inqas 10 %, u l-pretensjoni tad-detentur tal-bonds tilħaq ir-rekwiżiti ta’ ċertezza legali stabbiliti fil-Kapitolu 4. Il-pretensjoni tad-detentur tal-bonds għandha tieħu preċedenza fuq il-pretensjonijiet l-oħra kollha fuq il-kollateral;

    (g) self iggarantit permezz ta’ self marittimu fuq vapuri sad-differenza bejn 60 % tal-valur tal-vapur mirhun u l-valur ta’ kwalunkwe rahan preċedenti.

    Għall-finijiet tal-punti (c), (d)(ii) u (f)(ii) tal-ewwel subparagrafu, l-iskoperturi kkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni tal-pagamenti tad-debituri ta’, jew rikavati minn likwidazzjoni fir-rigward ta’, selfiet iggarantit permezz ta’ proprjetajiet mirhuna tal-unitajiet superjuri jew titoli ta’ dejn ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti msemmija f’dawk il-punti.

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jikkonsultaw mal-ABE, jirrinunzjaw parzjalment għall-applikazzjoni tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu u jippermettu l-iskala 2 tal-kwalità kreditizja sa 10 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni emittenti, sakemm il-problemi potenzjali sinifikanti tal-konċentrazzjoni fl-Istati Membri konċernati jistgħu jiġu ddokumentati minħabba l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja msemmi f’dak il-punt;

    2.  Is-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kollateral li jkun esklussivament ristrett mil-leġislazzjoni għall-protezzjoni tad-detenturi tal-bonds kontra t-telf.

    3.  Fil-każ ta’ proprjetà immobbli li tikkollateralizza bonds koperti l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 208 u r-regoli ta’ valutazzjoni stipulati fl-Artikolu 229(1).

    4.  Bonds koperti li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 6a li tikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136.



    Tabella 6a

    Skala tal-kwalità tal-kreditu

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    10  %

    20  %

    20  %

    50  %

    50  %

    100  %

    5.  Bonds koperti li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju abbażi tal-piż tar-riskju assenjat lil skoperturi superjuri skoperturi tal-istituzzjoni li toħroġhom. Għandha tapplika l-korrispondenza li ġejja bejn il-piżijiet tar-riskju:

    (a) jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 20 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 10 %;

    (b) jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 50 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 20 %;

    (c) jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 50 %;

    (d) jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 150 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 100 %.

    6.  Bonds koperti maħruġa qabel il-31 ta’ Diċembru 2007 ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 3. Huma jkunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali skont il-paragrafu 4 u 5 sal-maturità tagħhom.

    7.  Skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti huma eliġibbli għal trattament preferenzjali, dment li l-istituzzjoni li tinvesti fil-bonds koperti tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li:

    (a) hija tirċievi informazzjoni tal-portafoll tal-inqas dwar:

    (i) il-valur tal-aggregazzjoni tal-kopertura u l-bonds koperti pendenti;

    (ii) id-distribuzzjoni ġeografika u t-tip ta’ assi ta’ kopertura, id-daqs tas-self, ir-rata ta’ interessi u r-riskji tal-munita;

    (iii) l-istruttura ta’ maturità tal-assi ta’ kopertura u l-bonds koperti; u

    (iv) il-perċentwal tas-self li tkun ilha li skadiet aktar minn disgħin jum;

    (b) l-emittent jagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) disponibbli għall-istituzzjoni tal-inqas kull sitt xhur.

    Artikolu 130

    Elementi li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

    L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont il-Kapitolu 5.

    Artikolu 131

    Skoperturi għal istituzzjonijiet u impriżi b’valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir

    Skoperturi għall-istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 7 li tikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136.



    Tabella 7

    Livell tal-Kwalità tal-Kreditu

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20  %

    50  %

    100  %

    150  %

    150  %

    150  %

    Artikolu 132

    Skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew ishma f’CIUs

    1.  Skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew azzjonijiet f’CIUs għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %, sakemm l-istituzzjoni ma tapplikax il-metodu ta’ valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il-paragrafu 2, jew l-approċċ ta’ trasparenza fil-paragrafu 4 jew l-approċċ tal-piż medju tar-riskju skont il-paragrafu 5 meta l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfatti.

    2.  Skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew ishma fis-CIUs li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 8 li tikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal- ECAI skont l-Artikolu 136.



    Tabella 8

    Skala tal-kwalità tal-kreditu

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Piż tar-riskju

    20  %

    50  %

    100  %

    100  %

    150  %

    150  %

    3.  L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw il-piż tar-riskju għal CIU f’konformità mal-paragrafi 4 u 5, jekk il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin jiġu ssodisfatti:

    (a) is-CIU tkun immaniġġjata minn kumpannija li tkun soġġetta għas-superviżjoni fi Stat Membru jew, fil-każ ta’ CIU ta’ pajjiż terz, meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

    (i) is-CIU tkun immaniġġjata minn kumpannija li tkun soġġetta għal- superviżjoni li tkun ikkunsidrata ekwivalenti għal dik stipulata fil-liġi tal-Unjoni;

    (ii) il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tkun żgurata adegwatament;

    (b) il-prospett tas-CIU jew dokument ekwivalenti jinkludi li ġejjin:

    (i) il-kategorija ta’ assi li fiha s-CIU tkun awtorizzata tinvesti;

    (ii) fejn japplikaw limiti fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji sabiex dawn jiġu kkalkulati;

    (c) l-operat tas-CIU jiġi rrappurtat fuq mill-inqas bażi annwali biex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, tal-introjtu u l-operazzjonijiet matul il-perijodu ta’ rappurtar.

    Għall-finijiet tal-punt (a), il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għal skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew ishma ta’ CIUs minn pajjiżi terzi meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

    4.  Fejn l-istituzzjoni tkun konxja mill-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, hija tista’ tinvestiga dawk l-iskoperturi sottostanti sabiex tikkalkula l-piż medju tar-riskju għall-iskoperturi tagħha fil-forma ta’ unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs skont il-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Meta skopertura sottostanti tas-CIU tkun fiha nnifisha skopertura fil-forma ta’ ishma f’CIU oħra li jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 3, l-istituzzjoni tista’ tinvestiga l-iskoperturi sottostanti ta’ dik is-CIU l-oħra.

    5.  Fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, hi tista’ tikkalkula piż medju tar-riskju għall-iskoperturi tagħha fil-forma ta’ unità jew sehem fis-CIU skont il-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu soġġett għas-suppożizzjoni li s-CIU l-ewwel tinvesti, sal-limitu massimu permess taħt il-mandat tagħha, fil-klassijiet ta’ skopertura li jiġbdu l-ogħla rekwiżit ta’ kapital, u mbagħad tkompli tinvesti f’ordni dixxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu tal-investiment totali.

    L-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq il-partijiet terzi li ġejjin biex jikkalkulaw u jirrappurtaw, skont il-metodi stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5, piż tar-riskju għas-CIU:

    (a) l-istituzzjoni depożitorja jew l-istituzzjoni finanzjarja depożitorja tas-CIU dment li s-CIU tinvesti b’mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha f’dik l-istituzzjoni depożitorja jew fl-istituzzjoni finanzjarja;

    (b) fil-każ ta’ CIUs li ma jkunux koperti mill-punt (a), il-kumpannija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpannija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3(a).

    Il-korrettezza tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.

    Artikolu 133

    Skoperturi ta’ ekwità

    1.  L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala skoperturi ta’ ekwità:

    (a) skoperturi mhux ta’ dejn li jwasslu għal pretensjoni residwa u subordinata fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent;

    (b) skoperturi ta’ dejn u titoli oħra, sħubiji, derivattivi, jew strumenti oħra, li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għall-iskoperturi speċifikati fil-punt (a).

    2.  Skoperturi ta’ ekwità għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %, sakemm ma jkunux meħtieġa li jitnaqqsu skont il-Parti Tnejn, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 250 % skont l-Artikolu 48(4), jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 1 250  % skont l-Artikolu 89(3) jew jiġu ttrattati bħala skoperturi b’riskju għoli skont l-Artikolu 128.

    3.  Investimenti f’ekwità jew fi strumenti kapitali regolatorji maħruġa mill-istituzzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati bħala pretensjonijiet ta’ ekwità, sakemm ma jiġux imnaqqsa mill-fondi proprji jew jattiraw piż tar-riskju ta’ 250 % skont l-Artikolu 48(4) jew jiġu ttrattati bħala elementi b’riskju għoli skont l-Artikolu 128.

    Artikolu 134

    Elementi oħrajn

    ▼C2

    1.  Assi tanġibbli skont it-tifsira tal-punt 10 taħt l-intestatura ‘Assi’ fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 86/635/KEE għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %.

    ▼B

    2.  Pagamenti minn qabel u introjtu dovut li istituzzjoni ma tkunx kapaċi tiddetermina l-kontroparti tagħhom skont id-Direttiva 86/635/KEE, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %.

    3.  Elementi fi flus kontanti li qegħdin fil-proċess li jinġabru għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 20 %. Flus fl-idejn u elementi ekwivalenti fi flus kontanti għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.

    4.  Ingotti tad-deheb miżmuma fl-imħażen tas-sigurtà proprji jew fuq bażi allokata sal-limitu sostnut mill-obbligazzjonijiet tal-ingotti tad-deheb għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.

    5.  Fil-każ ta’ bejgħ ta’ assi u ta’ ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid u ta’ xiri forward dirett, il-piż tar-riskju għandu jkun dak assenjat lill-assi inkwistjoni u mhux lill-kontropartijiet tat-transazzjonijiet.

    6.  Fejn istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi skont termini li l-nth to default fost l-iskoperturi għandu jiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jittermina l-kuntratt, u fejn il-prodott ikollu valutazzjoni tal-kreditu esterna minn ECAI, għandhom jiġu assenjati l-piżijiet tar-riskju preskritti fil-Kapitolu 5. Jekk il-prodott ma jkunx ikklassifikat minn ECAI, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-basket sejrin jiġu aggregati, esklużi l-iskoperturi n-1, sa massimu ta’ 1 250  % u mmultiplikat bl-ammont nominali tal-protezzjoni pprovdut mid-derivattiv ta’ kreditu sabiex jinkiseb l-ammont ta’ assi ppeżat għar-riskju. L-iskoperturi n-1 li jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu determinati abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom jipproduċu ammont tal-iskopertura b’inqas piż tar-riskju mill-ammont tal-iskopertura peżat għar-riskju ta’ kwalunkwe skopertura inkluża fl-aggregat.

    7.  Il-valur tal-iskopertura għal kirjiet għandu jkun il-pagamenti tal-kirja minimi skontati. Pagamenti minimi tal-kiri huma l-pagamenti matul it-terminu tal-kiri li l-kerrej jagħmel jew jista’ jintalab jagħmel u kwalunkwe għażla bi prezz innegozjat li l-eżerċizzju tagħha jkun reġonevolment ċert. Kull parti li ma tkunx sid il-kera tista’ tintalab tagħmel pagament relatat mal-valur residwu ta’ proprjetà mikrija u li l-obbligu ta’ pagament jissodisfa s-sett ta’ kondizzjonijiet fl-Artikolu 201 fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent tat-tipi oħra ta’ garanziji previsti fl-Artikoli 213 sa 215, dak l-obbligu ta’ pagament jista’ jitqies bħala protezzjoni mhux finanzjata tal-kreditu skont il-Kapitolu 4. Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati għall-klassi rilevanti ta’ skopertura skont l-Artikolu 112. Meta l-iskopertura tkun valur residwu ta’ assi mikrija, l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: 1/t * 100 % * valur residwu, fejn t huwa l-akbar wieħed ta’ 1 u l-eqreb numru ta’ snin sħaħ li fadal tal-kirja.



    Taqsima 3

    Rikonoxximent u assoċjazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu



    Subtaqsima 1

    Rikonoxximent tal-ECAIs

    Artikolu 135

    Użu ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs

    1.  Valutazzjoni tal-kreditu esterna tista’ tintuża biex tistabbilixxi l-piż tar-riskju ta’ skopertura skont dan il-Kapitolu biss jekk tkun inħarġet minn ECAI jew tkun ġiet approvata minn ECAI skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

    2.  L-ABE għandha tippubblika fis-sit elettroniku tagħha l-lista ta’ ECAIs f’konformità mal-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.



    Subtaqsima 2

    Assoċjazzjoni tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAI

    Artikolu 136

    Assoċjazzjoni tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAI

    1.  L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jispeċifikaw għall- ECAIs kollha, ma’ liema mill-iskala tal-kwalità kreditizja stabbiliti fit-Taqsima 2 jikkorrispondu l-valutazzjonijiet rilevanti tal-kreditu tal- ECAI ('assoċjazzjoni'). Dawk id-determinazzjonijiet għandhom ikunu oġġettivi u konsistenti.

    L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2014 u għandhom jissottomettu abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi riveduti fejn ikun meħtieġ.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

    2.  Meta jkunu qegħdin jiddeterminaw l-assoċjazzjonijiet tal-valutazzjonijiet tal-kreditu, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkunsidraw fatturi kwantitattivi bħar-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-elementi kollha li jkunu assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu. Fil-każ ta’ ECAI stabbiliti reċentement u għal dawk li għandhom biss rekord qasir ta’ data ta’ inadempjenzi, kreditu l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jitolbu lill-ECAI x’taħseb li tkun r-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-elementi kollha assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu;

    (b) sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jikkunsidraw l-fatturi kwalitattivi bħall-aggregazzjoni ta’ emittenti li l-ECAI tkopri, il-firxa ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu li l-ECAI tassenja, kull tifsira ta’ valutazzjoni tal-kreditu u d-definizzjoni ta’ inadempjenza għall-ECAI;

    (c) l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom iqabblu r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għal kull valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari u jqabbilhom ma’ punt ta’ riferiment mibni abbażi tar-rati ta’ inadempjenza esperjenzati minn ECAIs oħrajn fuq popolazzjoni ta’ emittenti li jippreżentaw livell ekwivalenti tar-riskju ta’ kreditu;

    (d) fejn ir-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari jkunu materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jassenjaw skala ogħla tal-kwalità kreditizja fuq l-iskala ta’ valutazzjoni tal-kwalità kreditizja għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI;

    (e) fejn l-ABE, l-AEAPX u l-AETS ikunu żiedu l-piż assoċjat tar-riskju għal valutazzjoni speċifika tal-kreditu ta’ ECAI partikolari, u meta r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dik l-ECAI ma jkunux għadhom materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS jistgħu jmorru lura għall-iskala oriġinali tal-kwalità kreditizja fl-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI.

    3.  L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jispeċifika l-fatturi kwantitattivi msemmija fil-punt (a), u l-fatturi kwalitattivi msemmija fil-punt (b) u l-punt ta’ riferiment imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

    L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.



    Subtaqsima 3

    L-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu minn aġenziji tal-krediti għall-esportazzjoni

    Artikolu 137

    użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu minn Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni

    1.  Għall-fini tal-Artikolu 114, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni li l-istituzzjoni tkun innominat, jekk waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun ġiet ssodisfatta:

    (a) tkun tirrigwarda klassifikazzjoni tar-riskju maqbul (consensus risk score) mill-Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-‘Arranġament dwar il-Linji Gwida għall-Krediti tal-Esportazzjoni Appoġġjati Uffiċjalment’ tal-OECD;

    (b) l-Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni tippubblika l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħha, u l-Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni tissottoskrivi għall-metodoloġija maqbula tal-OECD, u l-valutazzjoni tal-kreditu tiġi assoċjata ma’ wieħed mit-tmien primjums minimi tal-assigurazzjoni fuq l-esportazzjoni li l-metodoloġija maqbula tal-OECD tistabbilixxi. Istituzzjoni tista’ tirrevoka n-nomina ta’ Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni. L-istituzzjoni għandha tissostanzja r-revoka jekk jeżistu indikazzjonijiet konkreti li l-intenzjoni li hija l-bażi tar-revoka tkun biex jitnaqqsu r-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali.

    2.  Skoperturi li għalihom, għal finijiet ta’ peżar tar-riskju, ikun hemm rikonoxxuta valutazzjoni tal-kreditu minn Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 9.



    Tabella 9

    MEIP

    0

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    Piż tar-riskju

    0  %

    0  %

    20  %

    50  %

    100  %

    100  %

    100  %

    150  %



    Taqsima 4

    Użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI għad-determinazzjoni tal-piżijiet tar-riskju

    Artikolu 138

    Rekwiżiti ġenerali

    Istituzzjoni tista’ tinnomina ECAI waħda jew aktar biex jintużaw biex jiġu determinati l-piżijiet tar-riskju li jridu jiġu assenjati għall-assi u elementi li ma jidhrux. Istituzzjoni tista’ tirrevoka n-nomina ta’ ECAI. L-istituzzjoni għandha tissostanzja r-revoka jekk jeżistu indikazzjonijiet konkreti li l-intenzjoni li hija l-bażi tar-revoka tkun biex jitnaqqsu r-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali. Il-valutazzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx jintużaw b’mod selettiv. Istituzzjoni għandha tuża valutazzjonijiet ta’ kreditu solleċitati. Madankollu, hija tista’ tuża valutazzjonijiet ta’ kreditu mhux solleċitati jekk l-ABE tkun ikkonfermat li valutazzjonijiet ta’ kreditu mhux solleċitati ta’ ECAI ma tkunx differenti fil-kwalità minn valutazzjonijiet ta’ kreditu solleċitati ta’ din l-ECAI. L-ABE għandha tirrifjuta jew tirrevoka din il-konferma b’mod partikolari meta l-ECAI tkun użat valutazzjoni ta’ kreditu mhux solleċitata sabiex issir pressjoni fuq l-entità ggradata sabiex tordna valutazzjoni tal-kreditu jew servizzi oħra. Meta jużaw il-valutazzjoni tal-kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) istituzzjoni li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn ECAI għal ċerta klassi ta’ elementi għandha tuża dawk il-valutazzjonijiet tal-kreditu konsistentement għall-iskoperturi kollha ta’ dik il-klassi;

    (b) istituzzjoni li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn ECAI għandha tużahom b’mod kontinwu u konsistenti tul iż-żmien;

    (c) istituzzjoni għandha tuża biss valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI li jqisu l-ammonti kollha dovuti lilha kemm f’kapital kif ukoll f’imgħax;

    (d) fejn għal element klassifikat tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu waħda biss minn ECAI nominata, għandha tintuża dik il-valutazzjoni tal-kreditu biex tiddetermina l-piż tar-riskju għal dik l-entrata;

    (e) fejn ikunu disponibbli żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominati u t-tnejn jikkorrispondu ma’ piżijiet differenti tar-riskju għal element klassifikat, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż tar-riskju;

    (f) fejn għal element klassifikat ikunu disponibbli aktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominati, għandhom jintużaw iż-żewġ valutazzjonijiet li jiġġeneraw l-aktar żewġ piżijiet baxxi tar-riskju. Jekk l-iċken żewġ piżijiet tar-riskju jkunu differenti, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż tar-riskju. Jekk l-iċken żewġ piżijiet ikunu l-istess, għandu jiġi assenjat dak il-piż tar-riskju.

    Artikolu 139

    Valutazzjoni tal-kreditu tal-emittent u tal-emissjoni

    1.  Fejn teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifika li għalih jappartjeni l-element li jikkostitwixxi l-iskopertura, għandha tintuża din il-valutazzjoni tal-kreditu biex jiġi ddeterminat il-piż tar-riskju li għandu jiġi assenjat għal dik l-entrata.

    2.  Fejn ma teżistix valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli għal ċertu element, iżda teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifika li l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura ma tappartjenix għalih jew teżisti valutazzjoni ġenerali tal-kreditu għall-emittent, allura dik il-valutazzjoni tal-kreditu għandha tintuża f’waħda mill-każijiet li ġejjin:

    (a) tipproduċi piż tar-riskju akbar minn dak li kieku jkun il-każ u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew subordinarju fl-aspetti kollha tal-programm jew tal-faċilità emittenti speċifika jew għal skoperturi superjuri mhux iggarantiti ta’ dak l-emittent, kif rilevanti;

    (b) tipproduċi piż tar-riskju iċken u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew superjuri fl-aspetti kollha tal-programm jew tal-faċilità speċifika emittenti jew għal skoperturi superjuri mhux garantiti ta’ dak l-emittent, kif rilevanti.

    Fil-każijiet l-oħra kollha, l-iskopertura għandha tiġi trattata bħala mhux klassifikata.

    3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu l-applikazzjoni tal-Artikolu 129.

    4.  Il-valutazzjonijiet tal-kreditu għal emittenti fi grupp korporattiv ma jistgħux jintużaw bħala valutazzjoni tal-kreditu ta’ emittent ieħor fl-istess grupp korporattiv.

    Artikolu 140

    Valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ terminu twil u ta’ terminu qasir

    1.  Valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ terminu qasir jistgħu jintużaw biss għal assi u elementi ta’ terminu qasir li ma jidhrux li jikkostitwixxu skoperturi għall-istituzzjonijiet u impriżi.

    2.  Kwalunkwe valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir għandha tapplika biss għall-element li għalih tirreferi l-valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir, u ma għandhiex tintuża biex jiġu dderivati l-piżijiet tar-riskju ta’ xi entrata oħra, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

    (a) jekk faċilità klassifikata ta’ terminu qasir tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 150 %, allura l-iskoperturi kollha mhux iggarantiti u mhux klassifikati fuq dak id-debitur sew jekk ta’ terminu qasir kif ukoll ta’ terminu twil għandhom ukoll jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 150 %;

    (b) jekk faċilità klassifikata ta’ terminu qasir tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 50 %, ma għandu jiġi assenjat l-ebda piż tar-riskju għal skopertura mhux klassifikata ta’ terminu qasir ta’ inqas minn 100 %.

    Artikolu 141

    Elementi f’muniti domestiċi u f’muniti barranin

    Valutazzjoni tal-kreditu li tirreferi għal element iddenominat fil-munita domestika tad-debitur ma tistax tintuża biex jiġi dderivat il-piż tar-riskju għal skopertura oħra ta’ dak l-istess debitur li tkun iddenominata f’munita barranija.

    Meta skopertura li tkun ġejja mill-parteċipazzjoni ta’ istituzzjoni f’selfa li tkun ġiet estiża minn bank multilaterali tal-iżvilupp li l-istatus tiegħu bħala kreditur ippreferut ikun rikonoxxut fis-suq, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq il-munita domestika tad-debitur tista’ tintuża għall-finijiet tal-ippeżar tar-riskju.



    KAPITOLU 3

    Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (IRB)



    Taqsima 1

    Permess mill-awtoritajiet kompetenti biex jintuża l-approċċ IRB

    Artikolu 142

    Definizzjonijiet

    1.  Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) ‘sistema ta’ klassifikazzjoni’ tfisser il-metodi, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta’ data u s-sistemi informatiċi kollha li jappoġġaw il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-assenjazzjoni tal-iskoperturi għall-gradi jew għall-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, u l-kwantifikazzjoni tal-istimi tal-inadempjenza u tat-telf li ġiet żviluppata għal ċertu tip ta’ skoperturi;

    (2) ‘tip ta’ skoperturi’ tfisser skoperturi mmaniġġjati b’mod omoġenju li ġew iffurmati permezz ta’ ċertu tip ta’ faċilitajiet u li jistgħu jiġu limitati għal entità unika jew għal subsett uniku ta’ entitajiet fi ħdan grupp sakemm l-istess tip ta’ skoperturi jiġu mmaniġġjati b’mod differenti f’entitajiet oħra tal-grupp;

    (3) ‘unità operatorja’ tfisser kull entità organizzazzjonali jew ġuridika, linji ta’ negozju, postijiet ġeografiċi separati;

    ▼C2

    (4) ‘entità tas-settur finanzjarju kbira’ tfisser kull entità tas-settur finanzjarju li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-assi totali tagħha, ikkalkulati fuq bażi individwali jew konsolidata, ikunu akbar jew ekwivalenti għal-livell limitu ta’ EUR 70 biljun, bl-użu tal-aktar rapport finanzjarju riċentement verifikat jew ir-rapport finanzjarju konsolidat biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-assi; u

    (b) hija jew waħda mis-sussidjarji tagħha hija soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali fl-Unjoni jew għal-liġijiet ta’ pajjiż terz li japplika superviżjoni prudenzjali u rekwiżiti regolatorji li huma mill-anqas ekwivalenti għal dak applikati fl-Unjoni;

    ►C2  (5) ‘entità tas-settur finanzjarju mhux regolata’ tfisser kull entità oħra li ma tkunx entità tas-settur finanzjarju regolata ◄ iżda li twettaq, bħala negozju prinċipali tagħha, attività waħda jew aktar elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE jew elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;

    (6) ‘grad tad-debitur’ tfisser kategorija ta’ riskju fl-iskala ta’ klassifikazzjoni tad-debituri f’sistema ta’ klassifikazzjoni, li d-debitur jiġu assenjati fiha abbażi ta’ sett speċifikat u distint ta’ kriterji ta’ klassifikazzjoni, li minnha jiġu dderivati l-istimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza (PD);

    (7) ‘grad tal-faċilità’ tfisser kategorija ta’ riskju fi skala ta’ klassifikazzjoni tal-faċilità tas-sistema, li fiha l-iskoperturi jiġu assenjati abbażi ta’ sett ta’ kriterji speċifikati u distinti ta’ klassifikazzjoni li minnha jiġu dderivati l-istimi proprji ta’ LGD;

    (8) ‘ġestur’ tfisser entità li timmaniġġja aggregazzjoni ta’ riċevibbli mixtrija jew l-iskoperturi għall-kreditu sottostanti abbażi ta’ kuljum.

    2.  Għall-finijiet tal-punt 4(b) 4 tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għal pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dan it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

    Artikolu 143

    Permess biex jintuża l-Approċċ IRB

    1.  Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jiġu ssodisfatti, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi tagħhom peżati għar-riskju billi jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna (minn hawn ’il quddiem l-‘Approċċ IRB’).

    2.  Il-permess minn qabel biex jintuża l-Approċċ IRB, inkluż l-istimi proprji ta’ LGD u l-fatturi ta’ konverżjoni, għandu jkun meħtieġ għal kull klassi ta’ skopertura u għal kull sistema ta’ klassifikazzjoni u approċċi bbażati fuq mudelli interni fir-rigward ta’ skoperturi ta’ ekwità u għal kull approċċ għall-istima tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni użati.

    3.  L-istituzzjonijiet għandhom jiksbu l-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti għal li ġejjin:

    (a) tibdil materjali għall-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tuża;

    (b) tibdil materjali għal sistema ta’ klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tuża.

    Il-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tinkludi l-iskoperturi kollha tat-tip ta’ skopertura rilevanti li għalihom tkun ġiet żviluppata dik is-sistema ta’ klassifikazzjoni.

    4.  L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bit-tibdil kollu fis-sistemi ta’ klassifikazzjoni u fl-approċċi bbażati fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità.

    5.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-użu ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni eżistenti għal skoperturi addizzjonali oħrajn mhux diġà koperti minn dik is-sistema ta’ klassifikazzjoni u bidliet għas-sistemi ta’ klassifikazzjoni jew fl-approċċi bbażati fuq mudelli interni fir-rigward ta’ skoperturi ta’ ekwità skont l-Approċċ IRB.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 144

    Valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar applikazzjoni biex jintuża l-Approċċ IRB

    1.  L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess skont l-Artikolu 143 biex istituzzjoni tuża l-Approċċ IRB, inkluż sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni, biss jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu jkunu ġew issodisfatti, b’mod partikolari dawk stabbiliti fit-Taqsima 6, u li s-sistemi tal-istituzzjoni għall-ġestjoni u l-klassifikazzjoni tal-iskoperturi ta’ riskji ta’ kreditu jkunu validi u jiġu implimentati b’integrità u, b’mod partikolari, li l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istandards li ġejjin ikunu ġew issodisfatti:

    (a) is-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-istituzzjoni jipprovdu valutazzjoni tajba tal-karatteristiċi tad-debitur u tat-transazzjonijiet, differenzjar tajjeb tar-riskju u stimi kwantitattivi tar-riskju li jkunu preċiżi u konsistenti;

    (b) il-klassifikazzjonijiet interni u l-istimi ta’ inadempjenza u ta’ telf użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji u fis-sistemi u l-proċessi assoċjati għandhom rwol essenzjali fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskju u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u fil-funzjonijiet ta’ approvazzjoni tal-kreditu, fl-allokazzjoni interna tal-kapital u tal-governanza korporattiva tal-istituzzjoni;

    (c) l-istituzzjoni għandha unità għall-kontroll tar-riskju ta’ kreditu responsabbli għas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha li tkun indipendenti u ħielsa kif xieraq minn influwenza bla bżonn;

    (d) l-istituzzjoni tiġbor u taħżen id-data kollha rilevanti sabiex tipprovdi appoġġ effikaċi għall-proċess tal-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu tagħha;

    (e) l-istituzzjoni tiddokumenta s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha u r-raġuni għat-tfassil tagħhom u tivvalida s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha;

    (f) l-istituzzjoni tkun ivvalidat kull sistema ta’ klassifikazzjoni u kull approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità matul perijodu ta’ żmien xieraq qabel il-permess sabiex tintuża din is-sistema ta’ klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi ta’ ekwità, matul dan il-perijodu ta’ żmien tkun ivvalutat jekk is-sistema ta’ klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità jkunux adatti għall-firxa tal-applikazzjoni tas-sistema ta’ klassifikazzjoni jew għal approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità, u tkun għamlet it-tibdil neċessarju għal dawn is-sistemi ta’ klassifikazzjoni jew għall-approċċi bbażati fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità wara l-valutazzjoni tagħha;

    (g) l-istituzzjoni tkun ikkalkulat skont l-Approċċ IRB ir-rekwiżiti tal-fondi proprji bħala riżultat tal-istimi tal-parametri tar-riskji u tkun kapaċi tissottometti r-rappurtar kif meħtieġ mill-Artikolu 99;

    (h) l-istituzzjoni tkun assenjat u tkompli tassenja kull skopertura fil-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni għal skala ta’ klassifikazzjoni jew aggregazzjoni ta’ din is-sistema ta’ klassifikazzjoni; l-istituzzjoni tkun assenjat u tkompli tassenja kull skopertura fil-medda ta’ applikazzjoni ta’ approċċ għall-iskoperturi għall-ekwità għal dan l-approċċ ta’ mudelli intern.

    Ir-rekwiżiti sabiex jintuża l-Approċċ IRB, inkluż l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni, japplikaw ukoll meta istituzzjoni tkun implimentat sistema ta’ klassifikazzjoni, jew mudell użat f’sistema ta’ klassifikazzjoni, li tkun xtrat minn venditur ta’ parti terza.

    2.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija ta’ valutazzjoni li ser isegwu l-awtoritajiet kompetenti fil-valutazzjoni tal-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti għall-użu tal-Approċċ IRB.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 145

    Esperjenza preċedenti fl-użu tal-Approċċi IRB

    1.  Istituzzjoni li tkun qiegħda tapplika biex tuża l-Approċċ IRB għandha tkun ilha tuża sistemi ta’ klassifikazzjoni, fir-rigward tal-klassijiet ta’ skopertura tal-IRB inkwistjoni, li kienu ġeneralment konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6 għall-finijiet tal-kalkolu u għall-ġestjoni tar-riskji interni għal mill-inqas tliet snin qabel ma kkwalifikat biex tuża l-Approċċ IRB.

    2.  Istituzzjoni li tkun qiegħda tapplika biex tuża l-istimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni għandha turi għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li kienet qiegħda tagħmel stima u tuża l-istimi tagħha proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni b’mod ġeneralment konsistenti mar-rekwiżiti għall-użu tal-istimi proprji ta’ dawk il-parametri stabbiliti fit-Taqsima 6 għal mill-inqas tliet snin qabel ma tikkwalifika biex tuża l-istimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni.

    3.  Meta istituzzjoni testendi l-użu tal-Approċċ IRB wara l-permess inizjali għalih, l-esperjenza tal-istituzzjoni għandha tkun suffiċjenti biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward tal-iskoperturi addizzjonali koperti. Jekk l-użu tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni jiġi estiż għal skoperturi li jkunu ferm differenti mill-ambitu tal-iskopetura eżistenti, tant li l-esperjenza eżistenti ma tistax tiġi raġonevolment issoponuta li tkun biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-iskoperturi addizzjonali, allura r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw separatament għall-iskoperturi addizzjonali.

    Artikolu 146

    Miżuri li jkollhom jittieħdu meta r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu ma jibqgħux jiġu ssodisfati

    Meta istituzzjoni ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, din għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) tippreżenta għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti pjan għal ritorn propizju għall-konformità u twettaq dan il-pjan f’perijodu miftiehem mal-awtorità kompetenti;

    (b) turi għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li l-effett tan-nonkonformità jkun immaterjali.

    Artikolu 147

    Metodoloġija biex skopertura tiġi assenjata fi klassijiet ta’ skoperturi

    1.  Il-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex tassenja skoperturi fi klassijiet differenti ta’ skopertura għandha tkun adatta u konsistenti maż-żmien.

    2.  Kull skopertura għandha tiġi assenjata f’waħda mill-klassijiet differenti ta’ skopertura:

    (a) skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali

    (b) skoperturi għal istituzzjonijiet;

    (c) skoperturi għal impriżi;

    (d) skoperturi fil-livell tal-konsumatur;

    (e) skoperturi ta’ ekwità;

    (f) elementi li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

    (g) assi oħra b’obbligi mhux ta’ kreditu

    3.  L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati lill-klassi stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 2:

    (a) skoperturi għal gvernijiet reġjonali, għal awtoritajiet lokali jew għal entitajiet tas-settur pubbliku ttrattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali skont l-Artikoli 115 u 116;

    (b) skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp imsemmija fl-Artikolu 117(2);

    (c) skoperturi għal Organizzazzjonijiet Internazzjonali li jattiraw piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 118.

    4.  L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati fil-klassi stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 2:

    (a) skoperturi għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali li ma jkunux ittrattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2) u (4);

    (b) skoperturi għal Entitajiet tas-Settur pubbliku li ma jkunux ittrattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali f’konformità mal-Artikolu 116(4);

    (c) skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li ma jiġux assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117; u

    (d) skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 119(5).

    5.  Biex ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 2, l-iskoperturi għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

    (a) għandhom ikunu jappartjenu għal waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) skoperturi għal persuna fiżika waħda jew aktar;

    (ii) skoperturi għal SME, dmenti li f’dak il-każ l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, inkluż xi skoperturi wara d-data tal-għeluq, minn klijent debitur jew minn grupp ta’ klijenti konnessi, iżda eskluż l-iskoperturi ggarantiti fuq proprjetà residenzjali kollaterali, ma għandux, sa fejn taf l-istituzzjoni, li għandha tkun ħadet passi raġonevoli biex tikkonferma s-sitwazzjoni, jaqbeż l-EUR 1 miljun;

    (b) ikunu ttrattati mill-istituzzjoni fil-ġestjoni tar-riskju tagħha b’mod konsistenti maż-żmien u b’mod simili;

    (c) ma jkunux immaniġġjati sempliċement b’mod individwali bħal skoperturi fil-klassi ta’ skopertur korporattiva;

    (d) kull waħda tirrappreżenta waħda minn għadd sinifikanti ta’ skoperturi mmaniġġjati b’mod simili.

    Minbarra l-iskoperturi elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-valur preżenti tal-pagamenti tal-kiri minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jiġi inkluż fil-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.

    6.  L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati għall-klassi ta’ skopertura ta’ ekwità stabbilita fil-punt (e) tal-paragrafu 2:

    (a) skoperturi mhux ta’ dejn li jwasslu għal pretensjoni residwa u subordinata fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent;

    (b) skoperturi ta’ dejn u titoli oħra, sħubiji, derivattivi, jew strumenti oħra, li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għall-iskoperturi speċifikati fil-punt (a).

    7.  Kwalunkwe obbligu ta’ kreditu mhux assenjat lill-klassijiet ta’ skoperturi stabbiliti fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 għandu jiġi assenjat lill-klassi ta’ skopertura korporattiva msemmija fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu.

    8.  Fil-klassi ta’ skopertura korporattiva stabbilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi speċjalizzati ta’ għoti ta’ self, skoperturi li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

    (a) l-iskopertura tkun għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew topera assi fiżiċi jew tkun skopertura ekonomikament komparabbli;

    (b) l-arranġamenti kuntrattwali jagħtu lill-mutwanti grad sostanzjali ta’ kontroll fuq l-assi u l-introjtu li jiġġeneraw;

    (c) is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi li qegħdin jiġu ffinanzjati, aktar milli l-kapaċità indipendenti ta’ impriża kummerċjali usa’.

    9.  Il-valur residwu ta’ proprjetajiet mikrija għandu jiġi assenjat lill-klassi ta’ skopertura stabbilita fil-punt (g) tal-paragrafu 2, ħlief sal-limitu li l-valur residwu jkun diġà inkluż fl-iskopertura tal-kiri stabbilita fl-Artikolu 166(4).

    10.  L-iskopertura minħabba l-provvediment ta’ protezzjoni taħt derivat ta’ basket ta’ kreditu tat-tip n-th to default għandha tiġi assenjata għall-istess klassi stabbilita fil-paragrafu 2 li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi fil-basket, ħlief jekk l-iskoperturi individwali fil-basket ikunu assenjati għal diversi klassijiet ta’ skopertura u f’dan il-każ l-iskopertura għandha tkun assenjata għall-klassi ta’ skopertura korporattiva stabbilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

    Artikolu 148

    Kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB fi klassijiet differenti ta’ skoperturi u unitajiet kummerċjali

    1.  L-istituzzjonijiet u kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom jimplimentaw l-Approċċ IRB għall-iskoperturi kollha, sakemm ma jkunux irċevew il-permess tal-awtoritajiet kompetenti biex b’mod permanenti jużaw l-Approċċ Standardizzat skont l-Artikolu 150.

    Soġġett għall-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, l-implimentazzjoni tista’ ssir b’mod sekwenzjali fil-klassijiet differenti ta’ skopertura, imsemmija fl-Artikolu 147, fl-istess unità tan-negozju, f’unitajiet kummerċjali differenti fl-istess grupp jew għall-użu tal-istimi proprji tal-LGDs jew tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet, u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali.

    Fil-każ tal-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur imsemmija fl-Artikolu 147(5), l-implimentazzjoni tista’ ssir b’mod sekwenzjali fil-kategoriji ta’ skoperturi li magħhom jikkorrispondu l-korrelazzjonijiet differenti fl-Artikolu 154.

    2.  L-awtoritàjiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-perijodu ta’ żmien li matulu istituzzjoni u kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom ikunu meħtieġa jimplimentaw l-Approċċ IRB għall-iskoperturi kollha. Dan il-perijodu ta’ żmien għandu jkun wieħed li l-awtoritàjiet kompetenti jikkunsidraw li jkun adatt abbażi tan-natura u l-iskala tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, jew kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, u n-numru u n-natura ta’ sistemi ta’ klassifikazzjoni li jridu jiġu implimentati.

    3.  L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB skont il-kondizzjonijiet determinati mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tfassal dawk il-kondizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-flessibbiltà skont il-paragrafu 1 ma tintużax b’mod selettiv għall-finijiet tal-kisba ta’ rekwiżiti tal-fondi proprji mnaqqsa fir-rigward ta’ dawk il-klassijiet ta’ skopertura jew tal-unitajiet kummerċjali li jkunu għadhom iridu jiġu inklużi fl-Approċċ IRB jew fl-użu tal-istimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni.

    4.  L-istituzzjonijiet li bdew jużaw l-Approċċ IRB wara l-1 ta’ Jannar 2013 jew sa dik id-data jkunu ġew rikjesti mill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu f’pożizzjoni li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ kapital billi jużaw l-Approċċ Standardizzat għandhom iżommu l-kapaċità tagħhom li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ kapital billi jużaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi kollha tagħhom waqt il-perijodu ta’ implimentazzjoni sakemm l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikawhom li jkunu ssodisfatti li l-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB sejra titlesta b’ċertezza raġonevoli.

    5.  Istituzzjoni li titħalla tuża l-Approċċ IRB għal xi klassi ta’ skopertura għandha tuża l-Approċċ IRB għall-klassi ta’ skopertura ta’ ekwità stabbilita fil-punt (e) tal-Artikolu 147(2), ħlief fejn l-istituzzjoni titħalla tapplika l-Approċċ Standardizzat għal skoperturi ta’ ekwità skont l-Artikolu 150 u għall-klassi tal-iskoperturi għal assi oħra b’obbligi mhux ta’ kreditu stabbilita fil-punt (g) tal-Artiloku 147(2).

    6.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet skont liema, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw in-natura u l-għażla tal-ħin adatti għat-tnedija b’mod sekwenzjali tal-Approċċ IRB fost il-klassijiet ta’ skopertura msemmija fil-paragrafu 3.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 149

    Kondizzjonijiet biex terġa’ lura għall-użu ta’ approċċi inqas sofistikati

    1.  Istituzzjoni li tuża l-Approċċ IRB għal klassi speċifika ta’ skopertura jew tip ta’ skopertura ma għandhiex tieqaf tuża dak l-approċċ u minflok għandha tuża l-Approċċ Standardizzat għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju sakemm ma jiġux issodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-Approċċ Standardizzat ma jkunx propost sabiex inaqqas ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni, u li jkun meħtieġ abbażi tan-natura u l-kumplessità tal-iskoperturi totali ta’ dan it-tip tal-istituzzjoni u ma jkollux impatt materjali ħażin fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li timmaniġġja r-riskju b’mod effettiv;

    (b) l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

    2.  L-istituzzjonijiet li kisbu permess skont l-Artikolu 151(9) biex jużaw l-estimi proprji tal- LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni, ma għandhomx jerġgħu lura għall-użu tal-valuri tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 151(8) sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ma jkunux issodisfatti:

    (a) l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 151(8) għal ċerta klassi ta’ skopertura jew tip ta’ skoperturi ma jkunx ġie propost sabiex inaqqas ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni, li jkun neċessarju abbażi tan-natura u l-kumplessità tal-iskoperturi totali ta’ dan it-tip tal-istituzzjoni u ma jkollux impatt materjali ħażin fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li timmaniġġja r-riskju b’mod effettiv;

    (b) l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

    3.  L-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 hi soġġetta għall-kondizzjonijiet biex jitniedi l-Approċċ IRB determinat mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 148 u l-permess għall-użu parzjali permanenti msemmi fl-Artikolu 150.

    Artikolu 150

    Il-kondizzjonijiet għall-użu parzjali permanenti

    1.  Meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li jitħallew jużaw l-Approċċ IRB fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju u għall-ammonti ta’ telf mistenni għal klassi ta’ skopertura waħda jew aktar jistgħu jużaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi li ġejjin:

    (a) il-klassi ta’ skopertura stabbilita fl-Artikolu 147(2)(a), fejn in-numru ta’ kontropartijiet materjali jkun wieħed limitat u jkun ta’ piż bla bżonn għall-istituzzjoni biex timplimenta sistema ta’ klassifikazzjoni għal dawn il-kontropartijiet;

    (b) il-klassi ta’ skopertura stabbilita fl-Artikolu 147(2)(b), fejn in-numru ta’ kontropartijiet materjali jkun limitat u jkun ta’ piż bla bżonn għall-istituzzjoni biex timplimenta sistema ta’ klassifikazzjoni għal dawn il-kontropartijiet;

    (c) skoperturi f’unitajiet kummerċjali li ma jkunux sinifikanti kif ukoll klassijiet ta’ skopertura jew tipi ta’ skoperturi li jkunu immaterjali f’termini ta’ daqs u fil-profil tar-riskju pperċeput;

    (d) skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali tal-Istati Membri u l-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali, il-korpi amministrattivi u l-entitajiet fis-settur pubbliku tagħhom sakemm:

    (i) ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn l-iskoperturi għal dak il-gvern ċentrali u l-bank ċentrali u dawk l-iskoperturi l-oħra minħabba arranġamenti pubbliċi speċifiċi; u

    ▼C2

    (ii) l-iskoperturi għall-gvern ċentrali u l-bank ċentrali jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Artikolu 114(2) jew (4) jew l-Artikolu 495(2);

    ▼B

    (e) skoperturi ta’ istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja tal-impriża prinċipali sakemm il-kontroparti tkun istituzzjoni jew kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpannija maniġerjali tal-assi jew impriża anċillari tas-servizzi soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali xierqa jew impriża konnessa permezz ta’ relazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

    (f) skoperturi bejn l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 113(7);

    (g) skoperturi ta’ ekwità għal entitajiet li l-obbligi ta’ krediti tagħhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2 inkluż dawk l-entitajiet pubblikament sponsorjati fejn jista’ jiġi applikat piż tar-riskju ta’ 0 %;

    (h) skoperturi ta’ ekwità taħt programmi leġiżlattivi biex jippromwovu setturi speċifiċi tal-ekonomija li jipprovdu sussidji sinifikanti għall-investiment lill-istituzzjoni u jinvolvu xi tip ta’ sorveljanza mill-gvern u restrizzjonijiet fir-rigward tal-investimenti ta’ ekwità fejn dawn l-iskoperturi jistgħu, fl-aggregat tagħhom, jiġu esklużi mill-Approċċ IRB biss sa limitu ta’ 10 % tal-fondi proprji;

    (i) l-iskoperturi identifikati fl-Artikolu 119(4) li jissodisfaw il-kondizzjonijiet speċifikati fih;

    (j) garanziji mill-Istat u garanziji riassigurati mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 215(2).

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu l-applikazzjoni tal-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi ta’ ekwità msemmija fil-punti (g) u (h) tal-ewwel subparagrafu li ġew permessi għal dak it-trattament fi Stati Membri oħra. L-ABE għandha tippubblika fuq il-website tagħha u taġġorna regolarment lista bl-iskoperturi msemmija f’dawk il-punti li għandhom jiġu ttrattati skont l-Approċċ Standardizzat.

    2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-klassi ta’ skopertura ta’ ekwità ta’ istituzzjoni għandha tkun materjali jekk il-valur aggregat tagħhom, ►C2  esklużi l-iskoperturi ta' ekwità mġarrba taħt programmi leġislattivi kif imsemmi fil-punt (h) tal-paragrafu 1, ◄ jaqbeż b’medja ta’ 10 % l-fondi proprji tal-istituzzjoni fuq is-sena preċedenti. Meta n-numru ta’ dawk l-iskoperturi ta’ ekwità jkun inqas minn 10 holdings individwali, dak il-livell limitu għandu jkun ta’ 5 % tal-fondi proprji tal-istituzzjoni.

    3.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    4.  L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-punt (d) tal-paragrafu 1 fl-2018, li jirrakkomandaw il-limit f’termini ta’ perċentwal tal-karta tal-bilanċ totali u/jew assi peżati għar-riskju li għandhom jiġu kkalkulati skont l-Approċċ Strandardizzat.

    Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.



    Taqsima 2

    Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju



    Subtaqsima 1

    Trattament skont it-tip tal-klassi ta’ skopertura

    Artikolu 151

    Trattament skont il-klassi ta’ skopertura

    ▼C2

    1.  L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskju ta' kreditu għal skoperturi li jappartjenu għal waħda mill-klassijiet ta' skopertura msemmija fil-punti (a) sa (e) u (g) ta' 147(2) għandhom, sakemm ma jitnaqqsux mill-fondi proprji, jiġu kkalkulati skont is-Subtaqsima 2 ħlief fejn dawk l-iskoperturi jitnaqqsu mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, elementi Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2.

    ▼B

    2.  L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni għal riċevibbli mixtrija għandhom jiġu kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 157. Fejn istituzzjoni jkollha azzjoni sħiħa ta’ rivalsa għall-bejjiegħ ta’ riċevibbli mixtrija għal riskji ta’ inadempjenza u għal riskji ta’ dilwizzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 152 u l-Artikolu 158(1) sa (4) ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta’ riċevibbli mixtrija u l-iskopertura għandha tiġi ttrattata bħala skopertura kollateralizzata.

    3.  Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ kreditu u għal riskji ta’ dilwizzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-parametri rilevanti assoċjati mal-iskopertura inkwistjoni. Dawn għandhom jinkludu l- PD, l-LGD, il-maturità (minn hawn ’il quddiem ‘M’) u l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura. Il-PD u l-LGD jistgħu jiġu kkunsidrati separatament jew flimkien, skont it-Taqsima 4.

    4.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ kreditu għall-iskoperturi kollha li jappartjenu għall-klassi ta’ skopertura ta’ ‘ekwità’ msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 147(2) skont l-Artikolu 155. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 155(3) u (4) meta jkunu rċevew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess biex istituzzjoni tuża l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni stabbiliti fl-Artikolu 155(4) sakemm l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fis-Subtaqsima 4 tat-Taqsima 6.

    5.  Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ kreditu għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat jista’ jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 153(5).

    6.  Għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet ta’ skopertura msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-PDs skont l-Artikolu 143 u t-Taqsima 6.

    7.  Għal skoperturi li jappartjenu għall-klassi ta’ skopertura msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni skont l-Artikolu 143 u t-Taqsima 6.

    8.  Għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet ta’ skopertura msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valuri tal-LGD stabbiliti fl-Artikolu 161(1), u l-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 166(8) (a) sa (d), sakemm ikunu tħallew jużaw l-istimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni għal dawk il-klassijiet tal-iskoperturi skont il-paragrafu 9.

    9.  Għall-iskoperturi kollha li jappartjenu għall-klassijiet ta’ skopertura msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 147(2), l-awtorità kompetenti għandha tippermetti lill-istituzzjonijiet sabiex jużaw l-istimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni skont l-Artikolu 143 u t-Taqsima 6.

    10.  L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi titolizzati u għal skoperturi li jappartjenu għall-klassi ta’ skopertura msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 147(2) għandhom jiġu kkalkulati skont il-Kapitolu 5.

    Artikolu 152

    Trattament ta’ skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew azzjonijiet f’CIUs

    1.  Meta skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew azzjonijiet f’CIUs jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3) u l-istituzzjoni tkun konxja mill-iskoperturi kollha jew minn partijiet tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU, l-istituzzjoni għandha tinvestiga dawk l-iskoperturi sottostanti sabiex tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju u l-ammont ta’ telf mistenni skont il-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

    Meta riskju sottostanti tas-CIU jkun huwa stess skopertura oħra fil-forma ta’ unitajiet jew assjonijiet f’CIU oħra, l-ewwel istituzzjoni għandha tinvestiga wkoll l-iskoperturi sottostanti tas-CIU l-oħra.

    2.  Meta l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex tuża l-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu għall-iskoperturi kollha jew għal partijiet mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU, l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju u l-ammont ta’ telf mistenni għandhom jiġu kkalkulati skont l-approċċi li ġejjin:

    (a) għal skoperturi li jappartjenu għall-klassi ta’ skopertura ta’ ‘ekwità’ msemmija fl-Artikolu 147(2)(e), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċ sempliċi tal-piż tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 155(2);

    (b) għall-iskoperturi l-oħra kollha sottostanti msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2, soġġett għal li ġejjin:

    (i) għal skoperturi soġġetti għal piż tar-riskju speċifiku għal skoperturi mhux klassifikati jew soġġetti għall-klassi tal-kwalità kreditizja li tagħti l-akbar piż tar-riskju għal klassi partikolari ta’ skopertura, il-piż tar-riskju għandu jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ tnejn iżda ma għandux ikun aktar minn 1 250  %;

    (ii) għall-iskoperturi l-oħra kollha, il-piż tar-riskju għandu jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ 1,1 u għandu jkun soġġett għal minimu ta’ 5 %.

    Fejn, għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tiddistingwi bejn ekwità privata, skoperturi nnegozjati f’kambju u skoperturi oħra ta’ ekwità, għandha tittratta l-iskoperturi konċernati bħala skoperturi oħra ta’ ekwità. Fejn dawk l-iskoperturi, meħudin flimkien mal-iskoperturi diretti tal-istituzzjoni f’dik il-klassi ta’ skopertura, ma jkunux materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 150(2), l-Artikolu 150(1) jista’ jiġi applikat soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti.

    ▼C2

    3.  Fejn skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3), jew fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU jew tal-iskoperturi sottostanti ta' unità jew azzjoni f'CIU li hija nnifisha hija skopertura sottostanti tal-CIU, l-istituzzjoni għandha tinvestiga dawk l-iskoperturi sottostanti u għandha tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju u l-ammont ta' telf mistenni skont l-approċċ sempliċi tal-piż tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 155(2).

    ▼B

    Fejn l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tiddifferenzja bejn ekwità privata, skoperturi nnegozjati bi skambju u skoperturi oħra ta’ ekwità, għandha tittratta l-iskoperturi konċernati bħala skoperturi oħra ta’ ekwità. Hija għandha tassenja l-iskoperturi li ma jkunux ta’ ekwità lill-klassi l-oħra ta’ ekwità.

    4.  B’mod alternattiv għall-metodu deskritt f’paragrafu 3, l-istituzzjonijiet jistgħu huma stess jikkalkulaw jew jistgħu joqogħdu fuq il-partijiet terzi li ġejjin biex jikkalkulaw u jirrappurtaw l-ammonti medji tal-iskoperturi peżati għar-riskju abbażi tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU skont l-approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għal li ġejjin:

    (a) l-istituzzjoni depożitorja jew l-istituzzjoni finanzjarja tas-CIU sakemm is-CIU tinvesti b’mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha f’din l-istituzzjoni depożitorja jew l-istituzzjoni finanzjarja;

    (b) għal CIUs oħra, il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU, bil-kondizzjoni li l-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3)(a).

    Il-korrettezza tal-kalkolu għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.

    5.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet jużaw l-Approċċ Standardizzat imsemmi fl-Artikolu 150(1) skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.



    Subtaqsima 2

    Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għar-riskju tal-kreditu

    Artikolu 153

    Ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali

    1.  Soġġett għall-applikazzjoni tat-trattamenti speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4, l-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:

    image

    Fejn il-piż tar-riskju RW huwa definit bħala:

    (i) jekk PD = 0, RW ikun 0;

    (ii) jekk PD = 1, jiġifieri, għal skoperturi inadempjenti:

     fejn l-istituzzjonijiet japplikaw il-valuri LGD stipulati fl-Artikolu 161(1), RW ikun 0:

    ▼C2

     fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess ta' LGDs, RW ikun
    image ;

    ▼B

    fejn l-aħjar stima ta’ telf mistenni (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘ELBE’) għandha tkun l-aħjar stima ta’ telf mistenni tal-istituzzjoni għall-iskopertura inadempjenti f’konformità mal-Artikolu 181(1)(h);

    (iii) jekk 0 < PD < 1

    image

    fejn

    N(x)

    =

    il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali (jiġifieri l-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b’medja ta’ 0 u varjanza ta’ 1 ikun inqas minn jew daqs x);

    G (Z)

    =

    jirrappreżenta l-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali (jiġifieri l-valur x biex N(x) = z)

    R

    =

    jirrappreżenta l-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni, huwa definit bħala

    image

    b

    =

    il-fattur ta’ aġġustament tal-maturità, iddefinit bħala

    image

    .

    2.  Għall-iskoperturi kollha għal entitajiet kbar tas-settur finanzjarju regolati, il-koeffiċjenti ta’ korrelazzjoni tal-paragrafu 1(iii) huwa multiplikat b’1,25. ►C2  Għall-iskoperturi kollha għal entitajiet tas-settur finanzjarju mhux regolati, il-koeffiċjenti ta' korrelazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1(iii) u l-paragrafu 4, kif rilevanti, huma multiplikati b'1,25. ◄

    3.  L-ammont ta’ skoperturi peżati għar-riskju għal kull skopertura li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 202 u 217 jista’ jiġu aġġustat skont il-formuli li ġejjin:

    image

    fejn:

    PDpp

    =

    PD tal-fornitur tal-protezzjoni.

    RW jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula rilevanti tal-piż tar-riskju li tinsab fil-punt 1 għall-iskopertura, il-PD tal-obbligatur u l-LGD ta’ skopertura diretta kumparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni. Il-fattur ta’ maturità (b) jiġi kkalkulat billi tintuża l-inqas bejn il-PD tal-fornitur tal-protezzjoni u l-PD tal-obbligatur.

    4.  Għall-iskoperturi għal kumpanniji fejn il-bejgħ totali annwali għall-grupp konsolidat li l-kumpannija hija parti minnu huwa inqas minn EUR 50 miljun, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-formula ta’ korrelazzjoni li ġejja f’paragrafu 1 (iii) għall-kalkolu tal-piżijiet tar-riskju għall-iskoperturi tal-impriżi. F’din il-formula S hija espressa bħala bejgħ totali annwali f’miljuni ta’ Euro fejn EUR 5 miljun < S < EUR 50 miljun. Bejgħ irrappurtat ta’ inqas minn EUR 5 miljun għandu jiġi ttrattat bħallikieku kien ekwivalenti għal EUR 5 miljun. Għal oġġetti riċevibbli mixtrija il-bejgħ totali annwali għandu jkun il-medja ppeżata mill-iskoperturi individwali tal-aggregazzjoni.

    image

    L-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-assi totali tal-grupp konsolidat għall-bejgħ totali annwali fejn il-bejgħ totali annwali ma jkunx indikatur sinifikattiv tad-daqs tal-kumpannija u l-assi totali jkunu indikatur aktar sinifikattiv mill-bejgħ totali annwali.

    5.  Għal skoperturi fuq self speċjalizzat li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tkunx tista’ tagħmel stima tal-PDs jew l-istimi tal-istituzzjonijiet tal-PD ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6, l-istituzzjoni għandha tassenja piżijiet tar-riskju lil dawn l-iskoperturi skont it-Tabella 1, kif ġej:



    Tabella 1

    Maturità li Jifdal

    Kategorija 1

    Kategorija 2

    Kategorija 3

    Kategorija 4

    Kategorija 5

    Inqas minn sentejn u nofs (2,5)

    50  %

    70  %

    115  %

    250  %

    0  %

    Ugwali għal sentejn u nofs (2,5) jew aktar

    70  %

    90  %

    115  %

    250  %

    0  %

    Huma u jassenjaw il-piżijiet tar-riskju lil skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin: is-saħħa finanzjarja, l-ambjent politiku u ġuridiku, il-karatteristiċi tat-transazzjoni u/jew l-assi, is-saħħa tal-isponsor u l-iżviluppatur, inkluż kull fluss ta’ introjtu minn soċjetà pubblika-privata, u l-pakkett ta’ garanzija.

    6.  Fil-każ tar-riċevibbli korporattivi mixtrija tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 184. Għal riċevibbli korporattivi mixtrija li jkunu konformi wkoll mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 154(5), u fejn ikun ta’ piż bla bżonn għal istituzzjoni biex tuża l-istandards ta’ kwantifikazzjoni tar-riskji għal skoperturi korporattivi kif stabbilit fit-Taqsima 6 għal dawn ir-riċevibbli, jistgħu jintużaw l-istandards ta’ kwantifikazzjoni tar-riskji għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur kif stabbilit fit-Taqsima 6.

    7.  Għal riċevibbli korporattivi mixtrija, skontijiet ta’ xiri rimborżabbli, kollateral jew garanziji parzjali li jipprovdu protezzjoni kontra l-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza, telf ta’ dilwizzjoni, jew it-tnejn, dawn jistgħu jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet tal-ewwel telf skont il-qafas ta’ titolizzazzjoni tal-IRB.

    8.  Meta istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi skont termini li l-nth default fost l-iskoperturi għandu jiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jtemm il-kuntratt, jekk il-prodott għandu valutazzjoni tal-kreditu esterna minn ECAI, għandhom jiġu applikati l-piżijiet tar-riskju stabbiliti fil-Kapitolu 5. Jekk il-prodott ma jkunx ikklassifikat minn ECAI, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-basket jiġu aggregati, ħlief għall-iskoperturi n-1, fejn it-total tal-ammont ta’ telf mistenni mmultiplikat bi 12,5 u l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju ma għandhomx jaqbżu l-ammont nominali tal-protezzjoni pprovduta mid-derivat tal-kreditu mmultiplikat bi 12,5. L-iskoperturi n-1 li jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu determinati abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom jipproduċu ammont tal-iskopertura b’inqas piż tar-riskju mill-ammont tal-iskopertura peżat għar-riskju ta’ kwalunkwe skopertura inkluża fl-aggregat. Għandu japplika piż tar-riskju ta’ 1 250  % għal pożizzjonijiet f’basket li għalihom istituzzjoni ma tistax tiddetermina l-piż tar-riskju skont l-Approċċ IRB.

    9.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-fatturi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 meta jassenjaw il-piżijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 154

    L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur

    1.  L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:

    image

    fejn il-piż tar-riskju RW huwa definit kif ġej:

    (i) jekk PD = 1, jiġifieri għall-iskoperturi inadempjenti, RW għandu jkun

    image

    ;

    fejn ELBE għandu jkun l-aħjar stima ta’ telf mistenni tal-istituzzjoni għall-iskopertura inadempjenti f’konformità mal-Artikolu 181(1)(h);

    (ii) jekk 0 < PD < 1, jiġifieri, għal kull valur possibbli għal PD minbarra dak skont (i)

    image

    fejn

    N(x)

    =

    fejn il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali (jiġifieri l-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b’medja (mean) ta’ 0 u varjanza ta’ 1 ikun inqas minn jew daqs x);

    G (Z)

    =

    il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali (jiġifieri l-valur x b’tali mod li N9x) = z);

    R

    =

    il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni definit bħala

    image

    2.  L-ammont tal-iskoperturi peżat għar-riskju għal kull skopertura għal SMEs kif imsemmi fl-Artikolu 147(5) li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 202 u 217 jista’ jiġi kkalkulat f’konfomità mal-Artikolu 153(3).

    3.  Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur permezz ta’ proprjetà immobbli bħala kollateral koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ R ta’ 0,15 għandu jissostitwixxi ċ-ċifra li toħroġ mill-formula ta’ korrelazzjoni fil-paragrafu 1.

    4.  Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur kwalifikattivi rotattivi skont il-punti (a) sa (e), koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ R ta’ 0,04 għandu jissostitwixxi ċ-ċifra li toħroġ mill-formula ta’ korrelazzjoni fil-paragrafu 1.

    L-iskoperturi għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotattivi jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-iskoperturi jkunu għal individwi;

    (b) l-iskoperturi jkunu rotattivi, mhux iggarantiti, u sakemm dawn ma jintużawx immedjatament u mingħajr kondizzjonijiet, kanċellabbli mill-istituzzjoni. F’dan il-kuntest skoperturi rotattivi jkunu ddefiniti bħala dawk fejn il-bilanċi pendenti tal-klijenti jitħallew ivarjaw abbażi tad-deċiżjoni tagħhom li jissellfu u jħallsu lura, sa limitu stabbilit mill-istituzzjoni. Impenji mhux prelevati jistgħu jitqiesu bħala kanċellabbli mingħajr kondizzjonijiet jekk it-termini jippermettu lill-istituzzjoni li tikkanċellahom sa fejn ikun permess skont il-leġislazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u leġislazzjoni relatata;

    (c) l-iskopertura massima għal individwu uniku fis-subportafoll hija ta’ EUR 100 000 jew inqas;

    (d) l-użu tal-korrelazzjoni ta’ dan il-paragrafu huwa limitat għal portafolji li wrew volatilità baxxa tar-rati ta’ telf, meta mqabbla mal-livell medju tar-rati ta’ telf tagħhom, speċjalment fil-faxex baxxi ta’ PD;

    (e) it-trattament bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur rotattiva kwalifikattiva għandu jkun konsistenti mal-karatteristiċi ta’ riskju sottostanti tas-subportafoll.

    Permezz ta’ deroga mill-punt (b), ir-rekwiżit għal nuqqas ta’ garanzija ma japplikax fir-rigward ta’ faċilitajiet kollateralizzati ta’ kreditu marbuta ma’ kont tal-paga. F’dan il-każ l-ammonti rkuprati mill-kollateral ma għandhomx jitqiesu fl-istima tal-LGD.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-volatilità relattiva tar-rati ta’ telf fis-subportafolji fil-livell tal-konsumatur kwalifikattivi rotattivi, kif ukoll il-portafoll fil-livell tal-konsumatur aggregat kwalifikattiv rotattiv, u għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tipiċi tar-rati ta’ telf kwalifikattivi rotattivi madwar l-Istati Membri.

    5.  Sabiex ikunu eliġibbli għat-trattament fil-livell tal-konsumatur, riċevibbli mixtrija għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 184 u mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-istituzzjoni tkun xtrat ir-riċevibbli minn bejjiegħa terzi mhux relatati, u l-iskopertura tagħha għad-debitur tar-riċevibbli ma tkun tinkludi l-ebda skopertura li direttament jew indirettament oriġinat mill-istituzzjoni nfisha;

    (b) ir-riċevibbli mixtrija għandhom ikunu ġġenerati fuq bażi distakkata bejn il-bejjiegħ u d-debitur. Għaldaqstant, riċevibbli ta’ kontijiet interkorporattivi u riċevibbli soġġetti għal kontrokontijiet bejn ditti li jbiegħu u jixtru mingħand xulxin ma jkunux eliġibbli;

    (c) l-istituzzjoni li tixtri jkollha pretensjoni fuq ir-rikavati kollha mir-riċevibbli mixtrija jew imgħax prorata fuq ir-rikavati; u

    (d) il-portafoll ta’ riċevibbli mixtrija jkun diversifikat biżżejjed.

    6.  Għal riċevibbli mixtrija, skontijiet ta’ xiri rimborżabbli, kollateral jew garanziji parzjali li jipprovdu protezzjoni kontra l-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza, telf minħabba dilwizzjoni, jew it-tnejn, jistgħu jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet tal-ewwel telf skont il-qafas ta’ titolizzazzjoni tal-IRB.

    7.  Għal aggregazzjonijiet ibridi ta’ riċevibbli fil-livell tal-konsumatur mixtrija fejn l-istituzzjonijiet li jixtru ma jkunux jistgħu jisseparaw skoperturi garantiti permezz ta’ proprjetà immobbli bħala kollateral u skoperturi fil-livell tal-konsumatur kwalifikattivi rotattivi minn skoperturi fil-livell tal-konsumatur oħra, għandha tapplika l-funzjoni tal-piż tar-riskju fil-livell tal-konsumatur li tipproduċi l-ogħla rekwiżiti ta’ kapital għal dawk l-iskoperturi.

    Artikolu 155

    L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur ta’ ekwità

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammonti tal-iskoperturi tagħhom peżati għar-riskju għal skoperturi ta’ ekwità, ħlief dawk imnaqqsa skont il-Parti Tnejn jew soġġetti għal piż tar-riskju ta’ 250 % skont l-Artikolu 48, f’konformità mal- approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Istituzzjoni tista’ tapplika approċċi differenti għall-portafolji ta’ ekwità differenti fejn l-istituzzjoni nnifisha tuża approċċi differenti għall-finijiet tal-ġestjoni interna tar-riskju. Meta istituzzjoni tuża approċċi differenti, l-għażla tal-approċċ tal-PD / LGD jew tal-approċċ tal-mudelli interni għandha ssir b’mod konsistenti, inkluż matul iż-żmien u bl-approċċ użat għall-ġestjoni interna tar-riskju tal-iskoperturi tal-ekwitajiet rilevanti, u ma għandhiex tiġi ddeterminata minn kunsiderazzjonijiet ta’ arbitraġġ regolatorju.

    L-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw skoperturi ta’ ekwità għal impriżi li joffru servizzi anċillari skont it-trattament ta’ assi oħra mingħajr obbligu ta’ kreditu.

    2.  Skont l-approċċ Sempliċi tal-piż tar-riskju, l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju għandu jkun ikkalkulat skont il-formula

    image

    ,

    fejn:

    Piż tar-riskju (RW) = 190 % għal skoperturi ta’ ekwità privata f’portafolji suffiċjentement iddiversifikati.

    Piż tar-riskju (RW) = 290 % għal skoperturi għal ekwitajiet nnegozjati fil-borża.

    Piż tar-riskju (RW) = 370 % għall-iskoperturi l-oħra kollha ta’ ekwità.

    Pożizzjonijiet qosra fi flus u strumenti derivattivi miżmuma fil-portafoll mhux ta’ negozjar jistgħu jpaċu pożizzjonijiet twal fl-istess stocks individwali sakemm dawn l-istrumenti ma jkunux ġew espliċitament imfassla bħala hedges ta’ skoperturi speċifiċi ta’ ekwità u li jkunu jipprovdu ħedge għal mill-inqas sena oħra. Pożizzjonijiet qosra oħra għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku kienu pożizzjonijiet twal bil-piż tar-riskju rilevanti assenjat lill-valur assolut ta’ kull pożizzjoni. Fil-kuntest ta’ pożizzjonijiet b’maturità differenti, il-metodu jkun dak għal skoperturi korporattivi kif stabbilit fl-Artikolu 162(5).

    L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjata miksuba fuq skopertura ta’ ekwità skont il-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 4.

    3.  Skont l-approċċ PD/LGD, l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli fl-Artikolu 153(1). Jekk l-istituzzjonijiet ma jkollhomx informazzjoni biżżejjed biex jużaw id-definizzjoni ta’ inadempjenza stabbilita fl-Artikolu 178, għandu jiġi assenjat fattur ta’ gradazzjoni ta’ 1,5 għall-piżijiet tar-riskju.

    Fuq il-livell ta’ skopertura individwali, is-somma tal-ammont ta’ telf mistenni mmultiplikata bi 12,5 u l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju ma għandhomx jaqbżu l-valur tal-iskopertura mmultiplikat bi 12,5.

    L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjata miksuba fuq skopertura ta’ ekwità skont il-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 4. Dan għandu jkun soġġett għal LGD ta’ 90 % fuq l-iskopertura għal min jipprovdi l-hedge. Għal skoperturi ta’ ekwità privata f’portafolji suffiċjentement iddiversifikati jista’ jintuża LGD ta’ 65 %. Għal dawn il-finijiet M għandha tkun ta’ ħames snin.

    4.  Skont l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni, l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju għandu jkun it-telf potenzjali fuq l-iskoperturi ta’ ekwità tal-istituzzjoni kif derivat bl-użu ta’ mudelli interni ta’ valur fir-riskju soġġetti għall-intervall ta’ fiduċja fuq naħa waħda fil-perċentil 99 tad-differenza bejn ir-rendimenti trimestrali u rata adatta mingħajr riskju kkalkulata fuq perijodu ta’ kampjun ta’ terminu twil, immultiplikat bi 12,5. L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju fuq livell ta’ portafoll ta’ ekwità ma għandhomx ikunu inqas mit-total tas-somma ta’ dawn li ġejjin:

    (a) l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju meħtieġa skont l-Approċċ PD/LGD; u

    (b) l-ammont korrispondenti ta’ telf mistenni mmultiplikat bi 12,5.

    L-ammonti msemmija fil-punt (a) u (b) għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-valuri tal-PD stabbiliti fl-Artikolu 165(1) u l-valuri korrispondenti tal-LGD stabbiliti fl-Artikolu 165(2).

    L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjata fuq pożizzjoni ta’ ekwità.

    Artikolu 156

    Ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal assi oħra mingħajr obbligu ta’ kreditu

    L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal assi oħra mingħajr obbligu ta’ kreditu għandhom jiġu kkalkulati skont il-formula li ġejja: [

    image

    ,

    ħlief għal:

    (a) flus fl-idejn u l-ekwivalenti f’elementi fi flus kontanti kif ukoll ingotti ta’ deheb miżmuma f’maħżen tas-sigurtà proprja jew fuq bażi allokata sal-limitu sostnut mill-obbligazzjonijiet ta’ ingotti, li f’dak il-każ għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 0 %;

    (b) meta l-iskopertura tkun valur residwu ta’ assi mikrija fejn f’dak il-każ għandha tiġi kkalkulata kif ġej: [valur tal-iskopertura],

    image

    fejn t tkun l-akbar wieħed fost 1 u l-eqreb numru ta’ snin sħaħ li jkun fadal tal- kirja.



    Subtaqsima 3

    Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija

    Artikolu 157

    Ammonti tal-iskoperturi ppeżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni fuq riċevibbli korporattivi u fil-livell tal-konsumatur mixtrija skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 153(1).

    2.  L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-parametri PD u LGD imdaħħla skont it-Taqsima 4.

    3.  L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura skont it-Taqsima 5.

    4.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-valur ta’ M huwa ta’ sena.

    5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżentaw istituzzjoni milli tikkalkula u tirrikonoxxi l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni ta’ tip ta’ skoperturi kkawżati minn riċevibbli korporattivi jew fil-livell tal-konsumatur mixtrija meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li r-riskju ta’ dilwizzjoni għal dik l-istituzzjoni jkun immaterjali għal dan it-tip ta’ skoperturi.



    Taqsima 3

    Ammonti ta’ telf mistenni

    Artikolu 158

    Trattament skont it-tip tal-iskopertura

    1.  Il-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija għandu jkun ibbażat fuq l-istess ċifri li jiddaħħlu tal-PD, l-LGD u l-valur tal-iskopertura għal kull skopertura użati għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Artikolu 151.

    2.  L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi titolizzati għandhom jiġu kkalkulati skont il-Kapitolu 5.

    3.  L-ammont ta’ telf mistenni għall-iskoperturi li jappartjenu għall-klassi ta’ skopertura ta’ 'assi oħrajn li mhumiex obbligi ta’ kreditu' msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 147(2) għandu jkun żero.

    4.  L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi fil-forma ta’ azzjonijiet jew unitajiet ta’ CIU msemmija fl-Artikolu 152 għandhom jiġu kkalkulati skont il-metodi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    5.  It-telf mistenni (EL) u l-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali u skoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:

    image

    Ammont ta’ telf mistenni = EL [immultiplikat bil-]valur tal-iskopertura.

    Għall-iskoperturi inadempjenti (PD = 100 %) fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi proprji tal-LGDs, l-EL għandu jkun ELBE, l-aħjar stima mill-istituzzjoni tat-telf mistenni għall-iskopertura inadempjenti skont l-Artikolu 181(1)(h).

    Għall-iskoperturi soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3), l-EL għandu jkun 0 %.

    6.  Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 153(5) sabiex jassenjaw il-piżijiet tar-riskju, il-valuri tal-EL għal skoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzati għandhom jiġu assenjati skont it-Tabella 2.



    Tabella 2

    Maturità li Jifdal

    Kategorija 1

    Kategorija 2

    Kategorija 3

    Kategorija 4

    Kategorija 5

    Inqas minn sentejn u nofs (2,5)

    0  %

    0,4  %

    2,8  %

    8  %

    50  %

    Daqs jew aktar minn sentejn u nofs (2,5)

    0,4  %

    0,8  %

    2,8  %

    8  %

    50  %

    7.  Meta l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkulati skont l-approċċ sempliċi ta’ ppeżar tar-riskji, l-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi ta’ ekwità għandhom jiġu kkalkulati skont il-formula li ġejja:

    image

    Il-valuri tal-EL għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Telf mistenni (EL) = 0,8 % għal skoperturi ta’ ekwità privata f’portafolli diversifikati biżżejjed

    Telf mistenni (EL) = 0,8 % għal skoperturi għal ekwitajiet innegozjata fil-borża

    Telf mistenni (EL) = 2,4 % għall-iskoperturi l-oħra kollha ta’ ekwità.

    8.  It-telf mistenni u l-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi ta’ ekwità fejn l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkulati skont l-approċċ PD/LGD, għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:

    image

    image

    .

    9.  L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi ta’ ekwità fejn l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkulati skont l-approċċ tal-mudelli interni, għandhom ikunu ta’ żero.

    10.  L-ammonti ta’ telf mistennija għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija għandhom jiġu kkalkulati skont il-formula li ġejja:

    image

    image

    .

    Artikolu 159

    Trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija

    L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammonti ta’ telf mistennija kkalkolati skont l-Artikolu 158 (5), (6) u (10) mill-aġġustamenti tar-riskju tal-kreditu ġenerali u speċifiċi u mill-aġġustamenti addizzjonali għall-valur skont l-Artikoli 34 u 110 u tnaqqis ieħor tal-fondi proprji relatati ma’ dawn l-iskoperturi. Skonti fuq skoperturi li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ mixtrija meta kienu inadempjenti skont l-Artikolu 166(1) għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku. L-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku fi skoperturi inadempjenti ma għandhomx jintużaw sabiex ikopru l-ammonti tat-telf mistenni fuq skoperturi oħra. L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi titolizzati u l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu ġenerali u speċifiku relatati ma’ dawn l-iskoperturi ma għandhomx jiġu inklużi f’dan il-kalkolu.



    Taqsima 4

    PD, LGD u maturità



    Subtaqsima 1

    Skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali

    Artikolu 160

    Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)

    1.  Il-PD ta’ skopertura għal impriża jew istituzzjoni għandha tkun tal-inqas 0,03 %.

    2.  Għal riċevibbli korporattivi mixtrija li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tistax tagħmel stima tal-PDs jew jekk l-istimi tal-PD ta’ istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6, il-PDs għal dawn l-iskoperturi għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodi li ġejjin:

    (a) għal pretensjonijiet prijoritarji fuq riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjonijiet diviża mill-LGD għal dawn ir-riċevibbli;

    (b) għal pretensjonijiet subordinati fuq riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjoni;

    (c) istituzzjoni li rċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi skont l-Artikolu 143 u li tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għal riċevibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod li l-awtorità kompetenti tikkunsidra bħala affidabbli, tista’ tuża l-istima tal-PD li tirriżulta minn dik id-dekompożizzjoni.

    3.  Il-PD ta’ debituri f’inadempjenza għandha tkun ta’ 100 %.

    4.  L-istituzzjonijiet jistgħu jqisu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-PD skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni, minbarra l-fornituri tal-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 201(1)(g), il-bejjiegħ tar-riċevibbli mixtrija huwa eliġibbli jekk jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-entità korporattiva għandha valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 tal-kwalità ta’ kreditu jew ogħla, skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal impriżi skont il-Kapitolu 2;

    (b) l-entità korporattiva, fil-każ tal-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija bl-Approċċ IRB, ma għandhiex valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta u hija kklassifikata internament bħala li għandha PD ekwivalenti għal dik assoċjata mal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs li ġiet iddeterminat mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 tal-kwalità ta’ kreditu jew ogħla, skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal impriżi skont il-Kapitolu 2.

    5.  L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi proprji tal-LGD jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi jaġġustaw il-PDs soġġetti għall-Artikolu 161(3).

    6.  Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tiġi ffissata daqs l-istima tal-EL għar-riskju ta’ dilwizzjoni mill-istituzzjoni. Istituzzjoni li tkun irċeviet permess mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi u li tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod ikkunsidrat affidabbli mill-awtorità kompetenti, tista’ tuża l-istima tal-PD li tirriżulta minn din id-dekompożizzjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-PD skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni, minbarra l-fornituri tal-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 201(1)(g), il-bejjiegħ tar-riċevibbli mixtrija huwa eliġibbli jekk jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.

    7.  B’deroga mill-Artikolu 201(1)(g), huma eliġibbli l-entitajiet korporattivi li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.

    Istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija, tista’ tirrikonoxxi l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi taġġusta l-PDs soġġetta għall-Artikolu 161(3).

    Artikolu 161

    Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)

    1.  L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il-valuri ta’ LGD li ġejjin:

    (a) skoperturi prijoritarji mingħajr kollateral eliġibbli: 45 %;

    (b) skoperturi subordinati mingħajr kollateral eliġibbli: 75 %;

    (c) l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata u mhux iffinanzjata fl-LGD skont il-Kapitolu 4;

    (d) bonds koperti eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) jistgħu jiġu assenjati il-valur ta’ LGD ta’ 11,25 %;

    (e) għal skoperturi prijoritarji ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija fejn istituzzjoni ma tkunx tista’ tagħti stima tal-PDs jew l-istimi tal-PD mill-istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 6: 45 %;

    (f) għal skoperturi subordinati ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija fejn l-istituzzjoni ma tistax tagħti stima tal-PDs jew inkella l-istimi tal-PD mill-istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 6: 100 %;

    (g) Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija: 75 %.

    2.  Għal riskju ta’ dilwizzjoni u inadempjenza jekk istituzzjoni tkun irċeviet permess mill-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi skont l-Artikolu 143 u tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għal riċevibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod ikkunsidrat affidabbli mill-awtorità kompetenti, tista’ tintuża l-istima tal-LGD għar-riċevibbli korporattivi mixtrija.

    3.  Jekk istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għall-iskoperturi għall-impriżi, l-istituzzjonijiet, il-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali skont l-Artikolu 143, il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tista’ tiġi rikonoxxuta billi tiġi aġġustata l-PD jew l-LGD, soġġetta għar-rekwiżiti kif speċifikat fit-Taqsima 6 u għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti. Istituzzjoni ma għandhiex tassenja lil skoperturi ggarantiti PD jew LGD aġġustat b’mod li l-piż ta’ riskju aġġustat ikun aktar baxx minn dak ta’ skopertura komparabbli u diretta għall-garanti.

    4.  Għall-finijiet tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 153(3), l-LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni għandu jkun jew l-LGD assoċjat ma’ faċilità mhux iħħeġġjata għall-garanti jew inkella ma’ faċilità mhux iħħeġġjata tad-debitur skont, jekk fil-każ ta’ inadempjenza tal-garanti kif ukoll tad-debitur matul il-ħajja tat-transazzjoni ħħeġġjata, il-provi disponibbli u l-istruttura tal-garanzija, jindikawx jekk l-ammont irkuprat ikunx jiddependi fuq il-kondizzjoni finanzjarja tal-garanti jew tad-debitur, rispettivament.

    Artikolu 162

    Maturità

    1.  Istituzzjonijiet li ma rċevewx permess jużaw l-LGDs proprji u l-fatturi ta’ konverzjoni proprji għall-iskoperturi għall-impriżi, l-istituzzjonijiet jew il-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali għandhom jassenjaw valur tal-maturità (M) ta’ nofs sena (0,5) għal skoperturi li jirriżultaw minn transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew minn transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid ta’ self ta’ titoli jew prodotti u M ta’ sentejn u nofs (2,5) għall-iskoperturi l-oħra kollha.

    Alternattivament, bħala parti mill-permess imsemmi fl-Artikolu 143, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar jekk l-istituzzjoni għandhiex tuża maturità (M) għal kull skopertura kif stabbilit fil-paragrafu 2.

    2.  Istituzzjonijiet li rċevew il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex jużaw l-LGDs proprji u l-fatturi ta’ konverżjoni proprji għall-iskoperturi għall-korporattivi, l-istituzzjonijiet jew il-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali skont l-Artikolu 143 għandhom jikkalkulaw M għal kull waħda minn dawn l-iskoperturi kif stipulat fil-punti (a) sa (e) ta’ dan il-paragrafu u soġġetti għall-paragrafi 3 sa 5 ta’ dan l-Artikolu. M m’għandux ikun iktar minn ħames snin minbarra fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 384(1) fejn M kif speċifikat hemm għandu jintuża:

    (a) għal strument soġġett għal skeda ta’ fluss tal-flus, M għandha tiġi kkalkulata skont il-formula li ġejja:

    image

    fejn CFt tirrappreżenta l-flussi tal-flus (kapital, pagamenti ta’ mgħaxijiet u tariffi) pagabbli kuntrattwalment mid-debitur fil-perijodu t;

    (b) għal derivati soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun il-medja ppeżata tal-maturità li jifdal tal-iskopertura, fejn M għandha tkun tal-inqas sena (1), u l-ammont nozzjonali ta’ kull skopertura għandu jintuża għall-ippeżar tal-maturità;

    (c) għall-iskoperturi li jirriżultaw minn strumenti ta’ derivati kollateralizzati kompletament jew kważi kompletament elenkati fl-Anness II, u transazzjonijiet ta’ self b’marġni kollateralizzati kompletament jew kważi li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun l-maturità medja ppeżata li jifdal tat-transazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas għaxart (10) ijiem;

    (d) għal transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid ta’ self ta’ titoli jew prodotti li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun il-maturità medja ppeżata li jifdal tat-transazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas ħamest ijiem. L-ammont nozzjonali ta’ kull transazzjoni għandu jintuża għall-ippeżar tal-maturità;

    (e) istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex tuża l-istimi proprji tal-PD għal riċevibbli korporattivi mixtrija, għal ammonti miġbuda, M għandha tkun daqs il-maturità medja ppeżata ta’ skoperturi tar-reċivibbli mixtrija, fejn M għandha tkun tal-inqas 90 ġurnata. Dan l-istess valur tal-M għandu jintuża wkoll għall-ammonti mhux miġbuda f’faċilità ta’ xiri impenjata jekk il-faċilità jkun fiha ftehimiet effettivi, skattaturi ta’ amortizzazzjoni antiċipata, jew karatterisiċi oħrajn li jipproteġu lill-istituzzjoni li tixtri kontra deterjorament sinifikanti fil-kwalità tar-riċevibbli futuri li hija meħtieġa tixtri fil-perijodu tal-faċilità. Fin-nuqqas ta’ tali protezzjonijiet effettivi, M għall-ammonti mhux miġbuda għandha tkun ikkalkulata bħala s-somma tar-riċevibbli bil-potenzjal tal-itwal data skont il-ftehim ta’ xiri u tal-maturità li jifdal tal-faċilità ta’ xiri, fejn M għandha tkun tal-inqas 90 ġurnata;

    (f) għall-istrumenti l-oħra kollha għajr dawk imsemmija f’dan il-paragrafu jew fejn istituzzjoni ma tkunx f’pożizzjoni li tikkalkula M kif stabbilit fil-punt (a), M għandha tkun iż-żmien massimu li jifdal (fi snin) permessi lid-debitur biex iwettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu kollha, fejn M għandha tkun tal-inqas sena;

    (g) għall-istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 sabiex jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi, M għandha tiġi kkalkulata għall-iskoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet japplikaw dan il-metodu u li għalihom il-maturità tal-kuntratt bl-itwal data fis-sett ta’ netting tkun aktar minn sena skont il-formula li ġejja:

    image

    fejn:

    image

    =

    varjabbli mhux reali (dummy variable) li l-valur tiegħu fil-perijodu futur tk huwa ekwivalenti għal 0 jekk tk > sena (1) u għal 1 jekk tk ≤ 1;

    image

    =

    l-iskopertura mistennija fil-perijodu futur tk;

    image

    =

    l-iskopertura effettiva mistennija fil-perijodu futur tk;

    image

    =

    il-fattur ta’ skont mingħajr riskju għall-perijodu futur tk;

    image

    ;

    (h) istituzzjoni li tuża mudell intern sabiex tikkalkula l-aġġustament tal-valutazzjoni ta’ kreditu (CVA) unilaterali tista’ tuża, soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, it-tul effettiv tal-kreditu stmat mill-mudell intern bħala M.

    Soġġett għall-paragrafu 2, għandha tapplika l-formula fil-punt (a) għas-settijiet ta’ netting li fihom il-kuntratti kollha għandhom maturità oriġinali ta’ inqas minn sena (1);

    (i) għall-istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6, sabiex jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi u li jkollhom permess sabiex jużaw il-mudell intern għar-riskju speċifiku assoċjat mal-pożizzjonijiet tad-dejn innegozjat skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5, M għandha tiġi stabbilita għal 1 fil-formula li tinsab fl-Artikolu 153(1), sakemm l-istituzzjoni tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-mudell intern tagħha għar-riskju Speċifiku assoċjat mal-pożizzjonijiet tad-dejn innegozjat, li huwa applikat fl-Artikolu 383 fih effetti ta’ migrazzjonijiet tal-klassifikazzjoni;

    (j) għall-finijiet tal-Artikolu 153(3), M għandha tkun il-maturità effettiva tal-protezzjoni tal-kreditu iżda mhux inqas minn sena.

    3.  Fejn id-dokumentazzjoni teħtieġ rimarġinazzjoni ta’ kuljum u rivalwazzjoni ta’ kuljum u tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu likwidazzjoni immedjata jew tpaċija ta’ kollateral fil-każ ta’ inadempjenza jew nuqqas ta’ rimarġinazzjoni, M għandha tkun tal-inqas ta’ ġurnata għal:

    (a) strumenti ta’ derivati kollateralizzati kompletament jew kważi li huma elenkati fl-Anness II;

    (b) transazzjonijiet ta’ self b’marġni kollateralizzati kompletament jew kważi;

    (c) transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti.

    Barra minn hekk, għal skoperturi għal żmien qasir li jikkwalifikaw li mhumiex parti minn iffinanzjar fis-seħħ tad-debitur mill-istituzzjoni, M għandha tkun tal-inqas ġurnata (1). Skoperturi għal żmien qasir li jikkwalifikaw għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

    (a) skoperturi għal istituzzjonijiet li jirriżultaw minn saldu ta’ obbligi ta’ kambju;

    (b) transazzjonijiet awtolikwidanti li jiffinanzjaw in-negozju għal perijodu ta’ żmien qasir marbuta mal-iskambju tal-oġġetti jew servizzi b’maturità reżidwa ta’ mhux aktar minn sena kif imsemmi fil-punt (80) tal-Artikolu 4(1);

    (c) skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta’ xiri u bejgħ ta’ titoli bi żmien ta’ konsenja tipiku jew ta’ jumejn ta’ xogħol;

    (d) skoperturi li jirriżultaw minn saldu bi flus permezz ta’ trasferiment elettroniku u saldu ta’ transazzjonijiet elettroniċi ta’ pagament u spejjeż prepagati, inkluż self kurrenti li ġej minn transazzjonijiet li fallew li ma jaqbżux għadd miftiehem, qasir u fiss ta’ ġranet ta’ xogħol.

    4.  Għall-iskoperturi għal impriżi li jinsabu fl-Unjoni u li għandhom bejgħ konsolidat u assi konsolidati ta’ inqas minn EUR 500 miljun, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li konsistentament jistipulaw M kif speċifikat fil-paragrafu 1 minflok ma japplikaw il-paragrafu 2. L-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu assi totali ta’ EUR 500 miljun ma’ assi totali ta’ EUR 1 000 miljun għal impriżi li primarjament huma proprjetarji u jikru proprjetà residenzjali mhux spekulattiva.

    5.  Diskrepanzi fil-maturità għandhom jiġu ttrattati kif speċifikat fil-Kapitolu 4.



    Subtaqsima 2

    Skoperturi fil-livell tal-konsumatur

    Artikolu 163

    Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)

    1.  Il-PD ta’ skopertura għandha tkun tal-inqas 0,03 %.

    2.  Il-PD ta’ debituri jew, fejn jintuża l-approċċ abbażi tal-obbligi, ta’ skoperturi waqt inadempjenza għandha tkun 100 %.

    3.  Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija, il-PD għandha tiġi stabbilita daqs l-istimi tal-EL għar-riskju ta’ dilwizzjoni. Jekk istituzzjoni tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija f’PDs u LGDs b’mod li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw bħala affidabbli, tista’ tintuża l-istima tal-PD.

    4.  Il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tista’ tiġi kkunsidrata billi jiġu aġġustati l-PDs soġġetti għall-Artikolu 164(2). Għar-riskju ta’ dilwizzjoni, minbarra l-fornituri tal-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 201(1)(g), huwa eliġibbli l-bejjiegħ tar-riċevibbli mixtrija jekk jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 160(4).

    Artikolu 164

    Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGDs soġġetti għar-rekwiżiti kif speċifikat fit-Taqsima 6 u l-permess tal-awtoritajiet kompetenti mogħti skont l-Artikolu 143. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija, għandu jintuża valur tal-LGD ta’ 75 %. Jekk istituzzjoni tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija f’PDs u LGDs b’mod affidabbli, l-istituzzjoni tista’ tuża l-istimi proprji tal-LGD.

    2.  Il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tista’ tiġi rikonoxxuta bħala eliġibbli billi jiġu aġġustati l-istimi tal-PD jew tal-LGD soġġetti għar-rekwiżiti kif speċifikat fl-Artikolu 183(1), (2) u (3) u l-permess tal-awtoritajiet kompetenti b’appoġġ ta’ skopertura individwali jew b’appoġġ ta’ aggregazzjoni ta’ skoperturi. Istituzzjoni ma għandhiex tassenja lil skoperturi ggarantiti PD jew LGD aġġustat b’mod li l-piż ta’ riskju aġġustat ikun aktar baxx minn dak ta’ skopertura komparabbli u diretta għall-garanti.

    3.  Għall-finijiet tal-Artikolu 154(2), l-LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni msemmi fl-Artikolu 153(3) għandu jkun jew l-LGD assoċjat ma’ faċilità mhux iħħeġġjata għall-garanti jew il-faċilità mhux iħħeġġjata tad-debitur, skont jekk, fil-każ li kemm il-garanti kif ukoll id-debitur isiru inadempjenti matul il-ħajja tat-transazzjoni ħħeġġjata, il-provi disponibbli u l-istruttura tal-garanzija jindikawx jekk l-ammont irkuprat ikunx jiddependi mill-kondizzjoni finanzjarja tal-garanti jew id-debitur, rispettivament.

    4.  L-LGD medju ppeżat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà residenzjali u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 10 %.

    L-LGD medju ppeżat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà kummerċjali immobbli u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 15 %.

    5.   ►C2  Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 101 u meta jitqiesu l-iżviluppi li jħarsu 'l quddiem tas-suq ta' proprjetà immobbli u kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom perjodikament, u mill-inqas darba fis-sena, jivvalutaw jekk il-valuri minimi tal-LGD fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu humiex adatti fir-rigward ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li tinstab fit-territorju tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fejn ikun adatt abbażi ta' kunsiderazzjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja, jistabbilixxu valuri minimi ogħla tal-LGD ippeżata ta' skopertura fir-rigward ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju tagħhom. ◄

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar kwalunkwe bidla fil-valuri minimi tal-LGD li huma jagħmlu f’konformità mal-ewwel subparagrafu u l-ABE għandha tippubblika dawn il-valuri tal-LGD.

    6.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu meta jiddeterminaw valuri minimi tal-LGD ogħla.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    ▼C2

    7.  L-istituzzjonijiet ta' Stat Membru wieħed għandhom japplikaw il-valuri minimi tal-LGD ogħla li jkunu ġew determinati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli li tinstab f'dak l-Istat Membru.

    ▼B



    Subtaqsima 3

    Skoperturi tal-ekwitajiet soġġetti għall-metodu tal-PD/LGD

    Artikolu 165

    Skoperturi tal-ekwitajiet soġġetti għall-metodu tal-PD/LGD

    1.  Il-PDs għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodi għall-iskoperturi korporattivi.

    Għandhom japplikaw il-PDs minimi li ġejjin:

    (a) 0,09 % għal skoperturi għal ekwitajiet innegozjati fil-borża fejn l-investiment huwa parti minn relazzjoni fit-tul mal-klijent;

    (b) 0,09 % għal skoperturi għal-ekwitajiet mhux innegozjati fil-borża fejn ir-rendimenti fuq l-investiment huwa bbażat fuq flussi regolari u perjodiċi ta’ flus mhux derivati qligħ kapitali;

    (c) 0,40 % għal skoperturi għal-ekwitajiet innegozjati fil-borża inklużi pożizzjonijiet qosra oħra kif stabbilit fl-Artikolu 155(2);

    (d) 1,25 % għall-iskoperturi l-oħra kollha tal-ekwitajiet inklużi pożizzjonijiet qosra oħra kif stabbilit fl-Artikolu 155(2).

    2.  Skoperturi tal-ekwitajiet privati f’portafolli diversifikati biżżejjed jistgħu jiġu assenjati LGD ta’ 65 %. Kull skopertura simili oħra għandha tiġi assenjata LGD ta’ 90 %.

    3.  L-M assenjata għall-iskoperturi kollha għandha tkun ta’ ħames snin.



    Taqsima 5

    Valur tal-iskopertura

    Artikolu 166

    Skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali u skoperturi fil-livell tal-konsumatur

    1.  Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, il-valur tal-iskoperturi li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur kontabilistiku kkalkulat mingħajr ma jiġi kkunsidrat kwalunkew aġġustament li jkun sar fir-riskju ta’ kreditu.

    Din ir-regola tapplika wkoll għal assi mixtrija bi prezz differenti mill-ammont dovut.

    Għall-assi mixtrija, id-differenza bejn l-ammont dovut u l-valur kontabilistiku li jifdal wara li jkunu ġew applikati l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku li jkun ġie rreġistrat fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta nxtara l-assi hija denominata bħala skont jekk l-ammont dovut huwa akbar, u bħala primjum jekk huwa iżgħar.

    2.  Fejn l-istituzzjonijiet jużaw ftehimiet Ewlenin ta’ netting fir-rigward ta’ transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat skont il-Kapitolu 4 jew 6.

    3.  Sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-iskoperta għan-netting fuq il-karta tal-bilanċ ta’ self u depożiti, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 4.

    4.  Il-valur tal-iskopertura għal kirjiet għandu jkun il-pagamenti tal-kirja minimi skontati. Il-pagamenti minimi tal-kirja għandhom jinkludu l-pagamenti matul il-perijodu tal-kirja li l-kerrej jista’ jkun meħtieġ jagħmel u kwalunkwe alternattiva ta’ nnegozjar (jiġifieri, alternattiva li l-eżerċizzju tagħha huwa raġonevolment ċert). Jekk parti, għajr il-kerrej tista’ tkun meħtieġa tagħmel pagament relatat mal-valur reżidwu ta’ assi mikri u dan l-obbligu ta’ pagament jissodisfa s-sett ta’ kondizzjonijiet fl-Artikolu 201 dwar l-eliġibbiltà tal-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ tipi oħra ta’ garanziji previsti fl-Artikolu 213, l-obbligu ta’ pagament jista’ jiġi kkunsidrat bħala l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata skont il-Kapitolu 4.

    5.  Fil-każ ta’ kwalunkwe kuntratt elenkat fl-Anness II, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi ddeterminat mill-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 6 u ma għandu jqis l-ebda aġġustament li jkun sar fir-riskju ta’ kreditu.

    6.  Il-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju ta’ riċevibbli mixtrija għandu jkun il-valur determinat skont il-paragrafu 1 imnaqqas mir-rekwiziti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ dilwizzjoni qabel il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu.

    7.  Fejn skopertura tieħu l-forma ta’ titoli jew prodotti mibjugħa, imdaħħla jew mislufa peremzz ta’ transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, transazzjonijiet b’saldu fit-tul u transazzjonijiet ta’ self b’marġni, il-valur tal-iskopertura għandu jkun il-valur tat-titoli jew il-prodotti determinat skont l-Artikolu 24. Fejn jintuża l-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju kif stabbilit fl-Artikolu 223, il-valur tal-iskopertura għandu jiżdied bl-aġġustament tal-volatilità adatt għal tali titoli jew prodotti, kif stabbilit hemm. Il-valur tal-iskopertura ta’ transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, transazzjonijiet b’saldu fit-tul u transazzjonijiet ta’ self b’marġni jista’ jiġi ddeterminat jew skont il-Kapitolu 6 jew l-Artikolu 220(2).

    8.  Il-valur tal-iskopertura għall-elementi li ġejjin jista’ jiġi kkalkulat bħala l-ammont impenjat iżda mhux miġbud multiplikat b’fattur ta’ konverżjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin skont l-Artikolu 151(8) fir-rigward ta’ skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali:

    (a) għal linji ta’ kreditu li huma kanċellabbli mingħajr kondizzjonijiet fi kwalunkwe ħin mill-istituzzjoni mingħajr notifika minn qabel, jew li effettivament jipprovdu għal kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %. Sabiex jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %, l-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw b’mod attiv il-kondizzjoni finanzjarja tad-debitur, u s-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom għandhom jippermettulhom sabiex minnufih jidentifikaw deterjorament fil-kwalità kreditizja tad-debitur. Linji ta’ kreditu mhux miġbud jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kanċellabbli mingħajr kondizzjonijiet jekk it-termini jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċellahom kompletament sa fejn huwa permess skont il-leġislazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur u oħrajn relatati;

    (b) għal ittri ta’ kreditu għal żmien qasir li jirriżultaw mill-moviment ta’ prodotti, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 20 % kemm għall-istituzzjonijiet emittenti kif ukoll għal dawk li jikkonfermaw;

    (c) għal impenji ta’ xiri mhux miġbuda għal riċevibbli rotattivi mixtrija li jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr kondizzjonijiet jew li effettivament jipprovdu għal kanċellazzjoni awtomatika fi kwalunkwe ħin mill-istituzzjoni mingħajr avviż minn qabel, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %. Sabiex japplikaw fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %, l-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw b’mod attiv il-kondizzjoni finanzjarja tad-debitur u s-sistemi ta’ kontroll interni tagħhom għandhom jippermettulhom sabiex minnufih jidentifikaw deterjorament fil-kwalità kreditizja tad-debitur;

    ▼C2

    (d) għal linji ta' kreditu oħrajn, faċilitajiet ta' ħruġ ta' notifiki (NIFs), u faċilitajiet ta' sottoskrizzjoni rotattivi (RUFs), għandu japplika fattur ta' konverżjoni ta' 75 %.

    L-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-użu tal-istimi proprji tal-fatturi ta' konverżjoni kif speċifikat fit-Taqsima 6 jistgħu jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-fatturi ta' konverżjoni fuq it-tipi ta' prodotti differenti kif imsemmi fil-punti (a) sa (d), soġġetti għall-permess tal-awtoritatjiet kompetenti.

    ▼B

    9.  Fejn impenn jirreferi għall-estensjoni ta’ impenn ieħor, għandu jintuża l-iżgħar miż-żewġ fatturi ta’ konverżjoni assoċjat mal-impenn individwali.

    10.  Għall-elementi kolla li ma jidhrux għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 sa 8, il-valur tal-iskopertura għandu jkun il-perċentwali tal-valur tagħom li ġej:

    (a) 100 % jekk huwa element ta’ riskju sħiħ;

    (b) 50 % jekk huwa element ta’ riskju medju;

    (c) 20 % jekk huwa element ta’ riskju medju/baxx;

    (d) 0 % jekk huwa element ta’ riskju baxx.

    Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu l-elementi li ma jidhrux għandhom jiġu assenjati għal kategoriji tar-riskju kif indikat fl-Anness I.

    Artikolu 167

    Skoperturi ta’ ekwità

    1.  Il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi tal-ekwitajiet għandu jkun il-valur kontabilistiku li jifdal wara li jiġi applikat l-aġġustament tal-kreditu tar-riskju speċifiku.

    2.  Il-valur tal-iskopertura ta’ skoperturi tal-ekwitajiet li ma jidhrux għandu jkun il-valur nominali tagħha wara li jitnaqqas il-valur nominali tagħha bl-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku għal din l-iskopertura.

    Artikolu 168

    Assi oħra li mhumiex obbligi ta’ kreditu

    Il-valur tal-iskopertura ta’ assi oħra li mhumiex obbligi ta’ kreditu għandu jkun il-valur kontabilistiku li jifdal wara li jkun applikat l-aġġustament tar-riskju ta’ kreditu speċifiku.



    Taqsima 6

    Rekwiżiti għall-approċċ IRB



    Subtaqsima 1

    Sistemi ta’ klassifikazzjoni

    Artikolu 169

    Prinċipji ġenerali

    1.  Fejn l-istituzzjoni tuża sistemi multipli ta’ klassifikazzjoni, ir-raġuni tal-assenjazzjoni ta’ debitur jew transazzjoni f’sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tiġi dokumentata u applikata b’mod li jirrefletti b’mod xieraq il-livell tar-riskju.

    2.  Il-kriterji u l-proċess tal-assenjazzjoni għandhom jiġu reveduti perjodikament sabiex jiġi ddeterminat jekk jibqgħux adatti għall-portafoll u l-kondizzjonijiet esterni attwali.

    3.  Fejn l-istituzzjoni tuża l-istimi diretti ta’ parametri tar-riskju għal debituri jew skoperturi individwali, dawn jistgħu jitqiesu bħala stimi assenjati lil livelli fuq skala ta’ klassifikazzjoni kontinwa.

    Artikolu 170

    Struttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni

    1.  L-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-iskoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:.

    (a) sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tqis il-karatteristiċi tar-riskju tad-debitur u tat-transazzjoni;

    (b) sistema ta’ klassifikazzjoni għandu jkollha skala ta’ klassifikazzjoni tad-debitur li tirrefletti b’mod esklussiv il-kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ inadempjenza ta’ debitur. L-iskala ta’ klassifikazzjoni tad-debitur għandu jkollha minimu ta’ 7 gradi għal debituri mhux inadempjenti u grad wieħed għal debituri inadempjenti;

    (c) istituzzjoni għandha tiddokumenta r-relazzjoni bejn il-gradi tad-debitur f’termini tal-livell ta’ riskju ta’ inadempjenza li kull grad jimplika u l-kriterji użati li jiddistingwu dak il-livell ta’ riskju ta’ inadempjenza;

    (d) istituzzjonijiet b’portafolli konċentrati fuq segment tas-suq u firxa partikolari ta’ riskju ta’ inadempjenza għandu jkollhom biżżejjed gradi ta’ debituri f’dik il-firxa sabiex jevitaw konċentrazzjonijiet bla ħtieġa ta’ debituri fi grad partikolari. Konċentrazzjonijiet sinifkanti fi grad wieħed għandhom jiġu appoġġjati minn provi empiriċi konvinċenti li l-grad tad-debituri jkopri faxxa tal-PD raġonevolment dejqa u li r-riskju ta’ inadempjenza ta’ kull debitur f’dak il-grad jaqa’ f’dik il-faxxa;

    (e) sabiex titħalla mill-awtorità kompetenti li tuża stimi proprji tal-LGDs għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tinkludi skala distinta ta’ klassifikazzjoni tal-faċilitajiet li tirrefletti b’mod esklussiv il-karatteristiċi ta’ transazzjoni relatati mal-LGD. Id-definizzjoni ta’ grad tal-faċilità għandha tinkludi kemm spjegazzjoni dwar kif l-iskoperturi huma assenjati għall-grad kif ukoll dwar il-kriterji użati sabiex jiddistingwu l-livell ta’ riskju fost il-gradi;

    (f) konċentrazzjonijiet sinifikanti fi grad ta’ faċilità wieħed għandhom ikunu appoġġjati minn provi empiriċi konvinċenti li l-grad tal-faċilità jkopri faxxa tal-LGD raġonevolment dejqa, rispettivament, u li r-riskju tal-iskoperturi kollha f’dak il-grad jaqa’ f’dik il-faxxa.

    2.  L-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti f’153(5) għall-assenjazzjoni tal-piżijiet ta’ riskju għall-iskoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzat huma eżenti mir-rekwiżit li jkollhom skala ta’ klassifikazzjoni tad-debituri li tirrefletti b’mod esklussiv il-kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ inadempjenza tad-debituri għal dawn l-iskoperturi. Dawn l-istituzzjonijiet għandu jkollhom tal-inqas 4 gradi għal debituri mhux inadempjenti u tal-inqas grad wieħed għal debituri inadempjenti għal dawn l-iskoperturi.

    3.  L-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) is-sistemi ta’ klassifikazzjoni għandhom jirreflettu kemm ir-riskju tad-debituri kif ukoll tat-transazzjoni, u għandhom ikopru l-karatteristiċi rilevanti kollha tad-debitur u tat-transazzjoni;

    (b) il-livell ta’ differenzazzjoni tar-riskji għandu jiżgura li l-għadd ta’ skoperturi fi grad jew aggregazzjoni partikolari ta’ skoperturi huwa suffiċjenti sabiex jippermetti kwantifikazzjoni u validazzjoni sinifikattivi tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad jew tal-aggregat. Id-distribuzzjoni tal-iskoperturi u debituri fil-gradi jew l-aggregazzjonijiet kollha għandha ssir b’tali mod li jiġu evitati konċentrazzjonijiet eċċessivi;

    (c) il-proċess ta’ assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet għandu jipprevedi differenzazzjoni sinifikattiva tar-riskju, għal raggruppar ta’ skoperturi omoġeni biżżejjed, u għandu jippermetti li ssir stima preċiża u konsistenti tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad u tal-aggregat. Għal riċevibbli mixtrija r-raggruppar għandu jirrefletti l-prattiki ta’ sottoskrizzjoni tal-bejjiegħ u l-eteroġenità tal-klijenti tiegħu.

    4.  L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-fatturi ta’ riskju li ġejjin meta jassenjaw l-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet:

    (a) il-karatteristiċi tar-riskju tad-debitur;

    (b) il-karatteristiċi tar-riskju tat-transazzjoni, inklużi t-tipi ta’ prodotti jew kollaterali jew it-tnejn li huma. L-istituzzjonijiet għandhom jindirizzaw b’mod espliċitu l-każijiet fejn diversi skoperturi jibbenefikaw mill-istess kollateral;

    (c) delinkwenza, għajr f’każijiet fejn istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha li d-delinkwenza mhijiex fattur materjali ta’ riskju għall-iskopertura.

    Artikolu 171

    Assenjazzjoni fi gradi jew aggregazzjonijiet

    1.  Istituzzjoni għandu jkollha definizzjonijiet, proċessi u kriterji speċifiċi għall-assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet f’sistema ta’ klassifikazzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) id-definizzjonijiet tal-grad jew tal-aggregazzjoni u l-kriterji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu lil dawk inkarigati mill-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni sabiex konsistentement jassenjaw debituri u faċilitajiet li huma ta’ riskju simili fl-istess grad jew aggregat. Din il-konsistenza għandha teżisti fil-linji tan-negozju, id-dipartimenti u l-postijiet ġeografiċi kollha;

    (b) id-dokumentazzjoni tal-proċess ta’ klassifikazzjoni għandu jippermetti lil partijiet terzi jifhmu l-assenjazzjonijiet tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet, jirreplikaw l-assenjazzjonijiet fi gradi jew aggregati u sabiex jevalwaw l-idonjetà tal-assenjazzjonijiet fil-grad jew aggregat;

    (c) il-kriterji għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-istandards interni tal-għoti ta’ self tal-istituzzjoni u l-politiki tagħha għall-ġestjoni ta’ debituri u faċilitajiet f’diffikultà.

    2.  Istituzzjoni għandha tqis l-informazzjoni kollha meta tassenja debituri u faċilitajiet fi gradi jew aggregazzjonijiet. L-informazzjoni għandha tkun attwali u għandha tippermetti lill-istituzzjoni tbassar il-prestazzjoni tal-iskopertura fil-ġejjieni. Inqas ma l-istituzzjoni jkollha informazzjoni, aktar għandha tkun konservattiva fl-assenjazzjonijiet tagħha tal-iskoperturi ta’ debituri jew faċilitajiet fi gradi jew aggregazzjonijiet. Jekk istituzzjoni tuża klassifikazzjoni esterna bħala fattur primarju li jiddetermina l-assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni interna, l-istituzzjoni għandha tiżgura li tikkunsidra informazzjoni rilevanti oħra.

    Artikolu 172

    Assenjazzjoni ta’ skoperturi

    1.  Għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u għall-iskoperturi għal ekwità fejn istituzzjoni tuża l-approċċ tal-PD/LGD stabbilit fl-Artikolu 155(3), l-assenjazzjoni ta’ skoperturi għandha ssir skont il-kriterji li ġejjin:

    (a) kull debitur għandu jiġi assenjat fi grad ta’ debitur bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu;

    (b) għal dawk l-iskoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti biex tużaw l-istimi proprji tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni skont l-Artikolu 143, kull skopertura għandha tkun assenjata wkoll fi grad tal-faċilità bħala parti mill-proċess ta’ approvazzjoni tal-kreditu;

    (c) l-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 153(5) għall-assenjazzjoni tal-piżijiet ta’ riskju għall-iskoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzat għandhom jassenjaw kull waħda minn dawn l-iskoperturi fi grad skont l-Artikolu 170(2);

    (d) kull entità ġuridika separata li għaliha tkun esposta l-istituzzjoni għandha tkun klassifikata b’mod separat. L-istituzzjoni għandu jkollha linji politiċi adatti rigward it-trattament ta’ klijenti debituri individwali u gruppi ta’ klijenti konnessi;

    (e) skoperturi separati għall-istess debitur għandhom jiġu assenjati fl-istess grad ta’ debituri, irrispettivament minn kwalunkwe differenza fin-natura ta’ kull transazzjoni speċifika. Madanakollu, fejn skoperturi separati jitħallew jirriżultaw fi gradi multipli għall-istess debitur, għandu japplika dan li ġej:

    (i) riskju fi trasferiment bejn pajjiżi, meta dan ikun jiddependi minn jekk l-iskoperturi humiex denominati f’munita lokali jew barranija;

    (ii) it-trattament ta’ garanziji assoċjati għal skopertura jistgħu jkunu riflessi f’assenjazzjoni aġġustata għal grad ta’ debitur;

    (iii) il-protezzjoni tal-konsumatur, is-segretezza bankarja jew leġislazzjoni oħra tipprojbixxi l-iskambju tad-data dwar il-klijenti.

    2.  Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, kull skopertura għandha tkun assenjata fi grad jew aggregazzjoni bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu.

    3.  Għall-assenjazzjonijiet fi gradi jew aggregazzjonijiet l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw is-sitwazzjonijiet li fihom il-ġudizzju uman jista’ jipprevala fuq l-inputs jew l-outputs tal-proċess tal-assenjazzjoni u l-persunal responsabbli mill-approvazzjoni ta’ dawn il-prevalazzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw dawn il-prevalazzjonijiet u jieħdu nota tal-persunal responsabbli. L-istituzzjonijiet għandhom janalizzaw il-prestazzjoni tal-iskoperturi li l-assenjazzjonijiet tagħhom ġew injorati. Din l-analiżi għandha tinkludi valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ skoperturi li l-klassifikazzjoni tagħhom ġiet modifikata minn persuna partikolari, li hija responsabbli għall-persunal kollu.

    Artikolu 173

    Integrità tal-proċess ta’ assenjazzjoni

    1.  Rigward l-iskoperturi għal impriżi, l-istituzzjonijiet u l-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali, u għall-iskoperturi għal ekwità fejn istituzzjoni tuża l-approċċ tal-PD/LGD stabbilit fl-Artikolu 155(3), il-proċess ta’ assenjazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin dwar l-integrità:

    (a) Assenjazzjonijiet u analiżi perjodika tal-assenjazzjonijiet għandhom jitlestew jew jiġu approvati minn parti indipendenti li ma tibbenefikax b’mod dirett mid-deċiżjonijiet biex jingħata l-kreditu;

    (b) L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-assenjazzjonijiet tal-inqas darba fis-sena u jaġġustaw l-assenjazzjoni meta r-riżultat tar-reviżjoni ma jiġġustifikax ir-riport tal-assenjazzjoni attwali. Debituri b’riskju għoli u skoperturi bi problemi għandhom ikunu soġġetti għal analiżi aktar spissa. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu assenjazzjoni ġdida jekk issir disponibbli informazzjoni materjali dwar id-debitur jew l-iskopertura;

    (c) Istituzzjoni għandu jkollha proċess effettiv sabiex tikseb u taġġorna l-informazzjoni rilevanti dwar il-karatteristiċi ta’ debitur li jaffettwaw il-PDs, u dwar il-karatteristiċi tat-transazzjonijiet li jaffettwaw l-LGDs jew il-fatturi ta’ konverżjoni.

    2.  Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, tal-inqas darba fis-sena l-istituzzjoni għandha tirrevedi l-assenjazzjonijiet tad-debitur u tal-faċilitajiet u taġġusta l-assenjazzjoni meta r-riżultat tar-reviżjoni ma jiġġustifikax li l-assenjazzjoni attwali tiġi riportata, jew tanalizza l-karatteristiċi tat-telf u l-istatus tad-delinkwenza ta’ kull aggregazzjoni ta’ riskji identifikata, skont liema applikabbli. Tal-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni għandha wkoll tanalizza permezz ta’ kampjun rappreżentattiv l-istatus tal-iskoperturi individwali f’kull aggregazzjoni bħala mezz sabiex tiżgura li l-iskoperturi jibqgħu jiġu assenjati fl-aggregazzjoni t-tajba, u taġġusta l-assenjazzjoni meta r-riżultat tar-reviżjoni ma jiġġustifikax ir-riport tal-assenjazzjoni attwali.

    3.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għall-metodoloġiji tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalutaw l-integrità tal-proċess tal-assenjazzjoni u l-valutazzjoni regolari u indipendeti tar-riskji.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 174

    L-użu ta’ mudelli

    Jekk istituzzjoni tuża mudelli statistiċi u metodi mekkaniċi oħrajn sabiex tassenja skoperturi lil debituri jew faċilitajiet fi gradi jew aggregazzjonijiet, għandhom jiġu ssodisfatti r-rekwiżit li ġejjin:

    (a) il-mudell għandu jkollu kapaċità ta’ tbassir tajba u r-rekwiżiti ta’ kapital ma għandhomx jiġu distorti minħabba l-użu tiegħu. Il-varjabbli li jiddaħħlu għandhom jiffurmaw bażi raġonevoli u effettiva għat-tbassir li jirriżulta. Il-mudell ma għandux ikollu preġudizzji materjali;

    (b) l-istituzzjoni għandu jkollha implimentat proċess għal kontroll bir-reqqa tal-inputs fil-mudell, li jinkludi valutazzjoni tal-preċiżjoni, il-kompletezza u l-idonjetà tad-data;

    (c) id-data użata sabiex jinbena l-mudell għandha tkun rappreżentattiva tal-popolazzjoni tad-debituri jew l-iskoperturi attwali tal-istituzzjoni;

    (d) l-istituzzjoni għandu jkollha ċiklu regolari ta’ validazzjoni tal-mudelli li jinkludi l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-istabbiltà tal-mudell; l-analiżi tal-ispeċifikazzjoni tal-mudell; u l-ittestjar tal-outputs tal-mudell mal-eżiti;

    (e) l-istituzzjoni għandha tikkumplimenta l-mudell statistiku permezz tal-ġudizzju uman u s-sorveljanza umana sabiex jiġu analizzati l-assenjazzjonijiet ibbażati fuq il-mudell u sabiex ikun żgurat li l-mudelli qed jintużaw b’mod xieraq. Il-proċeduri ta’ analiżi għandhom jimmiraw sabiex isibu u jillimitaw l-iżbalji assoċjati mal-punti debboli tal-mudell. Il-ġudizzji umani għandhom iqisu l-informazzjoni rilevanti kollha li mhijiex ikkunsidrata mill-mudell. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta dwar kif għandhom jiġu kkombinati l-ġudizzju uman u r-riżultati tal-mudell.

    Artikolu 175

    Dokumentazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw d-diżinn u d-dettalji operattivi tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħhom. Id-dokumentazzjoni għandha tipprovdi provi dwar il-konformità mar-rekwiżiti f’din it-Taqsima, u tindirizza suġġetti inklużi d-divrenzjar tal-portafolli, il-kriterji ta’ klassifikazzjoni, ir-responsabbiltajiet tal-partijiet li jikklassifikaw id-debituri u l-iskoperturi, il-frekwenzi tal-analiżi tal-assenjazzjonijiet, u s-sorveljanza tal-immaniġjar tal-proċess tal-klassifikazzjoni.

    2.  L-istituzzjoni għandha tiddokumenta r-raġunament u l-analiżi li jsostnu l-għażla tagħha tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-bidliet ewlenin kollha fil-proċess tal-klassifikazzjoni tar-riskju, u tali dokumentazzjoni għandha ssostni l-identifikazzjoni tal-bidliet li saru fil-proċess tal-klassifikazzjoni tar-riskju li saru wara l-aħħar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti. L-organizzazzjoni tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni inklużi l-proċess ta’ assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni u l-istruttura ta’ kontroll intern għandhom ikunu dokumentati wkoll.

    3.  L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw id-definizzjonijiet speċifiċi ta’ inadempjenza u telf użati internalment u jiżguraw il-konsistenza mad-definizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    4.  Fejn l-istituzzjoni tkun tuża mudelli statistiċi fil-proċess ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodoloġiji tagħhom. Dan il-materjal għandu:

    (a) jipprovdi spjega dettaljata tat-teorija, is-suppożizzjonijiet u l-bażi matematika u empirika tal-assenjazzjoni tal-istimi lill-gradi, id-debituri individwali, l-iskoperturi jew l-aggregazzjonijiet u s-sors(i) tad-data użati sabiex jiġi stmat il-mudell;

    (b) jistabbilixxi proċess statistiku rigoruż inklużi testijiet ta’ prestazzjoni extratemporali u extrakampjonarji (out-of-time and out-of-sample) għall-validazzjoni tal-mudell;

    (c) jindika kwalunkwe ċirkostanza li fiha l-mudell ma jaħdimx b’mod effettiv.

    5.  L-istituzzjoni għandha turi, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu jkunu ntlaħqu, meta l-istituzzjoni tkun kisbet sistema ta’ klassifikazzjoni jew mudell użat fi ħdan sistema ta’ klassifikazzjoni minn bejjiegħ terz u dak il-bejjiegħ jiċħad jew jillimita l-aċċess tal-istituzzjoni għall-informazzjoni rigward il-metodoloġija ta’ dik is-sistema jew il-mudell ta’ klassifikazzjoni, jew id-data sottostanti użata sabiex tiġi żviluppata dik il-metodoloġija jew il-mudell, fuq il-bażi li tali informazzjoni tkun issodisfatta.

    Artikolu 176

    Konservazzjoni tad-data

    1.  L-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu d-data dwar l-aspetti tal-klassifikazzjonijiet interni tagħhom kif meħtieġ skont il-Parti Tmienja.

    2.  Għall-iskoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u għall-iskoperturi għal ekwità fejn istituzzjoni tuża l-approċċ tal-PD/LGD stabbilit fl-Artikolu 155(3), l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu:

    (a) is-sensiliet storiċi kompleti tal-klassifikazzjonijiet dwar debituri u garanti rikonoxxuti;

    (b) id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet;

    (c) id-data ewlenija u l-metodoloġija użata sabiex tingħata l-klassifikazzjoni;

    (d) il-persuna responsabbli mill-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni;

    (e) l-identità tad-debituri u l-iskoperturi li saru inadempjenti;

    (f) id-data u ċ-ċirkostanzi ta’ tali inadempjenzi;

    (g) data dwar il-PDs u r-rati ta’ inadempjenzi realizzati assoċjati mal-gradi ta’ klassifikazzjonijiet u migrazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet.

    3.  L-istituzzjonijiet li ma jużawx l-istimi tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni proprji għandhom jiġbru u jaħżnu d-data dwar il-paraguni tal-LGDs realizzati mal-valuri kif stabbilit fl-Artikolu 161(1) u fatturi ta’ konverżjoni realizzati mal-valuri kif stabbilit fl-Artikolu 166(8).

    4.  L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni proprji għandhom jiġbru u jaħżnu:

    (a) is-sensiliet storiċi kompleti tad-data dwar il-klassifikazzjonijiet tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skala ta’ klassifikazzjoni;

    (b) id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet u meta saru l-istimi;

    (c) id-data ewlenija u l-metodoloġija użati sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverżjoni;

    (d) il-persuna li assenjat il-klassifikazzjoni tal-faċilità u l-persuna li pprovdiet l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverżjoni;

    (e) data dwar l-LGDs stmati u realizzati u l-fatturi ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skopertura inadempjenti;

    (f) data dwar l-LGD tal-iskopertura qabel u wara l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ garanzija/jew derivat ta’ kreditu, għal dawk l-istituzzjonijiet li jirreflettu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-garanziji jew tad-derivati ta’ kreditu permezz tal-LGD;

    (g) data dwar il-komponenti tat-telf għal kull skopertura inadempjenti.

    5.  Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu:

    (a) data użata fil-proċess ta’ allokazzjoni tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet;

    (b) data dwar il-PDs, l-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni stmati assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ skoperturi;

    (c) l-identità tad-debituri u l-iskoperturi li saru inadempjenti;

    (d) għal skoperturi inadempjenti, id-data dwar il-gradi jew l-aggregazzjonijiet li fihom kienet assenjata l-iskopertura fis-sena qabel l-inadempjenza u r-riżultati realizzati fuq l-LGD u l-fattur ta’ konverzjoni;

    (e) data fuq ir-rati ta’ telf għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotattivi li jikkwalifikaw.

    Artikolu 177

    Testijiet tal-istess użati fil-valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali

    1.  L-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċessi ta’ ttestjar għal stress validi għall-użu fil-valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali tagħha. L-ittestjar għal stress għandu jinvolvi l-identifikazzjoni ta’ avvenimenti possibbli jew bidliet futuri fil-kondizzjonijiet ekonomiċi li jista’ jkollhom effetti ħżiena fuq skoperturi għall-kreditu tal-istituzzjoni u l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-istituzzjoni sabiex tiflaħ għal tali bidliet.

    2.  L-istituzzjoni għandha twettaq b’mod regolari test tal-istess tar-riskju ta’ kreditu sabiex tivvaluta l-effett ta’ ċerti kondizzjonijiet speċifiċi fuq ir-rekwiżiti ta’ kapital totali għar-riskju ta’ kreditu. It-test għandu jkun wieħed magħżul mill-istituzzjoni, soġġett għal analiżi superviżorja. It-test li jrid jintuża għandu jkun sinifikattiv u jikkunsidra l-effetti ta’ xenarji ta’ riċessjoni severa iżda plawżibbli. L-istituzzjoni għandha tivvaluta l-migrazzjoni fil-klassifikazzjonijiet tagħha f’xenjari tal-ittestjar għal stress. Il-portafolli taħt stress għandu jkun fihom il-maġġoranza kbira tal-iskoperturi totali ta’ istituzzjoni.

    3.  L-istituzzjonijiet li jużaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3) għandhom iqisu l-impatt tad-deterjorament fil-kwalità ta’ kreditu tal-fornituri tal-protezzjoni bħala parti mill-qafas tagħhom ta’ ttestjar għal stress, b’mod partikolari l-impatt tal-fornituri tal-protezzjoni li jaqgħu barra l-kriterji tal-eliġibbiltà.



    Sub-Section 2

    Risk quantification

    Artikolu 178

    Inadempjenza ta’ debitur

    1.  Inadempjenza għandha tkun ikkunsidrata li seħħet fir-rigward ta’ debitur partikolari meta sseħħ waħda jew iż-żewg sitwazzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-istituzzjoni tikkunsidra li d-debitur x’aktarx mhux se jħallas bis-sħiħ l-obbligazzjonijiet ta’ kreditu tiegħu lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha, mingħajr rikors mill-istituzzjoni għal azzjonijiet bħal realizzazzjoni tal-garanziji;

    (b) id-debitur ikun qabeż id-data tal-maturità b’aktar minn 90 ġurnata fuq kwalunkwe obbligazzjoni ta’ kreditu materjali lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha. L-Awtoritajiet Kompetenti jistgħu jissostitwixxu 90 jum b’180 jum ►C2   għall-iskoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali tal-SMEs fil-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, ◄ kif ukoll għall-iskoperturi għal għal entitajiet tas-settur pubbliku. Il-180 jum m’għandhomx japplikaw għall-iskopijiet tal-Artikolu 127.

    Fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw id-definizzjoni ta’ inadempjenza imniżżla fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu fil-livell ta’ faċilita ta’ kreditu individwali, minflok fir-rigward tal-obbligazzjonijiet totali ta’ mutwatarju.

    2.  Dawn li ġejjin għandom japplikaw għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1:

    (a) għal self kurrenti, id-data meta tinqabeż il-maturità tibda meta d-debitur ikun kiser il-limitu notifikat, meta jkun ġie notifikat limitu iżgħar mill-obbligazzjonijiet pendenti attwali, jew meta jkun ġibed kreditu mingħajr l-awtorizzazzjoni u l-ammont sottostanti jkun materjali;

    (b) għall-finijiet tal-punt (a), limitu notifikat jinkludi kwalunkwe limitu ta’ kreditu determinat mill-istituzzjoni u li dwaru d-debitur ikun ġie infurmat mill-istituzzjoni;

    (c) il-ġranet li jkunu għaddew minn meta tinqabeż il-maturità għall-karti ta’ kreditu jibdew mid-data tal-maturità tal-pagament minimu.

    (d) ir-rilevanza tal-maturità skaduta ta’ obbligazzjoni ta’ kreditu għandha tkun ivvalutata fuq bażi ta’ limitu, li jkun definit mill-awtoritajiet kompetenti. Dan il-limitu għandu jirrefletti livell ta’ riskju li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah bħala raġonevoli;

    (e) l-istituzzjonijiet għandu jkollhom linji politiċi dokumentati fir-rigward ta’ kif jgħoddu l-ġranet tal-iskadenza tal-maturità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ rimaturazzjoni tal-faċilitajiet u l-għoti ta’ estensjonijiet, emendi jew diferimenti, rinnovamenti, u netting tal-kontijiet eżistenti. Dawn il-linji politiċi għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti maż-żmien, u għandhom ikunu konformi mal-ġestjoni interna tar-riskju u l-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.

    3.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-elementi li għandhom jittieħdu bħala indikaturi ta’ improbabbiltà ta’ ħlas għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

    (a) l-istituzzjoni tagħti lill-obbligazzjoni ta’ kreditu status ta’ mhux dovuta;

    (b) l-istituzzjoni tirrikonoxxi aġġustament ta’ kreditu speċifiku li jirriżulta minn tnaqqis sinifikanti pperċeput fil-kwalità ta’ kreditu wara li l-istituzzjoni tkun assumiet l-iskopertura;

    (c) l-istituzzjoni tbiegħ l-obbligazzjoni ta’ kreditu b’telf ekonomiku materjali relatat mal-kreditu;

    (d) l-istituzzjoni tagħti l-permess għal ristrutturar f’diffikultà tal-obbligazzjoni ta’ kreditu fejn dan x’aktarx ikun se jirriżulta f’obbligazzjoni finanzjarju mnaqqsa kkawżata minn maħfra materjali, jew posponiment, ta’ kapital, imgħax jew fejn rilevanti, tariffi. Dan jinkludi ristrutturar f’diffikultà tal-ekwità stess fil-każ tal-iskoperturi tal-ekwitajiet valutati skont l-Approċċ tal-PD/LGD;

    (e) l-istituzzjoni fetħet proċedura għall-falliment tad-debitur jew xi proċedura simili fir-rigward tal-obbligazzjoni ta’ kreditu ta’ debitur lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha;

    (f) id-debitur fittex jew tqiegħed f’falliment jew fi protezzjoni simili fejn dan jevita jew idewwem ir-ripagament ta’ obbligazzjoni ta’ kreditu lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha.

    4.  L-istituzzjonijiet li jużaw data esterna li hija stess mhijiex konsistenti mad-definizzjoni tal-inadempjenza stabbilita fil-paragrafu 1, għandhom jagħmlu l-aġġustamenti adatti sabiex jiksbu ekwivalenza wiesgħa mad-definizzjoni ta’ inadempjenza.

    5.  Jekk l-istituzzjoni tikkunsidra li skopertura li diġà saret inadempjenti hija b’tali mod li l-ebda skattatur tal-inadempjenza ma jibqa’ japplika, l-istituzzjoni għandha tikklassifika lid-debitur jew lill-faċilità bħallikieku kienu skopertura mhux inadempjenti. Fejn id-definizzjoni ta’ inadempjenza tiġi sussegwentement skattata, jiġi meqjus li seħħet inadempjenza oħra.

    6.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet li awtorità kompetenti għandha timxi magħhom biex tistipula l-limitu msemmi fil-paragrafu 2(d).

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    7.  L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 179

    Rekwiżiti kumplessivi għall-istima

    1.  Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandu jiġi assoċjat mal-gradi jew l-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) l-istimi proprji tal-parametri tar-riskju, tal-PD, tal-LGD, tal-fattur tal-konverżjoni u tal-EL tal-istituzzjoni għandhom jinkludu d-data, l-informazzjoni u l-metodi rilevanti kollha. L-istimi għandhom ikunu bbażati kemm fuq l-esperjenza storika kif ukoll fuq il-provi empiriċi, u mhux ibbażati biss fuq kunsiderazzjonijet ta’ ġudizzju. L-istimi għandhom ikunu plawżibbli u intwittivi u għandhom ikunu bbażati fuq fatturi materjali tal-parametri tar-riskju rispettivi. Inqas ma l-istituzzjoni jkollha data, aktar trid tkun konservattiva fl-istima tagħha;

    (b) istituzzjoni għandha tkun tista’ tipprovdi analiżi sistematika tal-esperjenza ta’ telf tagħha f’termini ta’ frekwenza ta’ inadempjenzi, l-LGD, il-fattur ta’ konverżjoni, jew it-telf fejn jintużaw l-istimi tal-EL, bil-fatturi li hija tqis bħala l-fatturi tal-parametri tar-riskji rispettivi. L-istimi tal-istituzzjoni għandhom jirrappreżentaw esperjenza twila;

    (c) għandha tiġi kkunsidrata kull bidla fil-prattika tal-għoti ta’ self jew fil-proċess biex jinġabru l-irkupri matul il-perijodi tal-osservazzjoni msemmija fl-Artikolu 180(1)(h) u (2)(e), l-Artikolu 181(1)(j) u (2), 182(2) u (3). L-istimi tal-istituzzjoni għandhom jirreflettu l-implikazzjonijiet tal-avvanzi tekniċi u data ġdida u informazzjoni oħra, hekk kif dawn isiru disponibbli. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-istimi tagħhom meta jkun hemm informazzjoni ġdida iżda tal-inqas fuq bażi annwali;

    (d) il-popolazzjoni tal-iskoperturi rappreżentati fid-data użata għall-istima, l-istandards tal-għoti tas-self użati meta d-data kienet iġġenerata u karatteristiċi rilevanti oħrajn għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk tal-iskoperturi u l-istandards tal-istituzzjoni. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi jew tas-suq, sottostanti għad-data, għandhom ikunu rilevanti għall-kondizzjonijiet attwali u dawk prevedibbli. In-numru ta’ skoperturi fil-kampjun u l-perijodu tad-data użat għall-kwantifikazzjoni għandhom ikunu biżżejjed sabiex jipprovdu fiduċja lill-istituzzjoni fir-rigward tal-preċiżjoni u r-robustezza tal-istimi tagħha;

    (e) għal riċevibbli mixtrija, l-istimi għandhom jirreflettu l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall-istituzzjoni li tixtri rigward il-kwalità tar-riċevibbli sottostanti, inkluża d-data għal aggregzzjonijiet simili pprovduti mill-bejjiegħ, mill-istituzzjoni li tixtri, jew minn sorsi esterni. L-istituzzjoni li tixtri għandha tevalwa kwalunkwe data li tkun ibbażat fuqha u li tkun ipprovduta mill-bejjiegħ;

    (f) istituzzjoni għandha żżid mal-istimi tagħha marġni ta’ konservattiviżmu li huwa relatat mal-medda mistennija ta’ żbalji fl-istima. Fejn il-metodi u d-data huma kkunsidrati li jkunu inqas sodisfaċenti, il-medda mistennija ta’ żbalji tkun akbar, il-marġni ta’ konservattiviżmu għandu jkun akbar.

    Fejn l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti għall-kalkolu tal-piżijiet ta’ riskju u għall-għanijiet interni, dan għandu jkun dokumentat u raġonevoli. Jekk l-istituzzjonijiet jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li għad-data miġbura qabel l-1 ta’ Jannar 2007 saru aġġustamenti adatti sabiex tinkiseb ekwivalenza wiesgħa mad-definizzjoni ta’ inadempjenza stabbilita fl-Artikolu 178 jew mat-telf, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni xi flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-istandards meħtieġa għad-data.

    2.  Meta l-istituzzjoni tuża data aggregata ma’ istituzzjonijiet oħrajn, din għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) is-sistemi ta’ klassifikazzjoni u l-kriterji ta’ istituzzjonijiet oħra fl-aggregazzjoni huma simili għal tagħha;

    (b) l-aggregazzjoni hija rappreżentattiva tal-portafoll li għalih tintuża d-data aggregata;

    (c) id-data aggregata tintuża b’mod konsistenti tul iż-żmien mill-istituzzjoni għall-istimi tagħha;

    (d) l-istituzzjoni għandha tibqa’ responsabbli għall-integrità tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tagħha;

    (e) l-istituzzjoni għandha żżomm fost il-kapaċitajiet tagħha fehim biżżejjed tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha, inkluża l-kapaċità li timmonitorja b’mod effettiv u tagħmel verifika tal-proċess ta’ klassifikazzjoni.

    Artikolu 180

    Rekwiżiti speċifiċi għall-istima tal-PD

    1.  Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandhom jiġu assoċjati mal-gradi jew l-aggregazzjonijiet tal-klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għall-istima tal-PD għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali u għall-iskoperturi għal ekwità fejn istituzzjoni tuża l-approċċ tal-PD/LGD stabbilit fl-Artikolu 155(3):

    (a) l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad tad-debitur minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena. L-istimi tal-PD għal debituri li għandhom lieva finanzjarja qawwija jew għal debituri li l-assi tagħhom huma prinċipalment assi negozjati għandhom jirreflettu l-prestazzjoni tal-assi sottostanti abbażi ta’ perijodi ta’ volatilitajiet taħt stress;

    (b) għal riċevibbli korporattivi mixtrija, l-istituzzjonijiet jistgħu jistmaw l-EL skont il-grad tad-debitur minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena;

    (c) jekk l-istituzzjoni tidderivi stimi medji fuq tul ta’ żmien tal-PDs u l-LGDs għal riċevibbli korporattivi mixtrija minn stima tal-EL, u stima adegwata tal-PD jew l-LGD, il-proċess ta’ stima tat-telf totali għandu jissodisfa l-istandards kumplessivi għall-istima tal-PD u tal-LGD stabbiliti f’din il-parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett ta’ LGD kif stabbilit fl-Artikolu 181(1)(a);

    (d) l-istituzzjonijiet għandhom jużaw it-tekniki ta’ stima tal-PD dejjem flimkien ma’ analiżi ta’ sostenn. L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonxxu l-importanza tal-konsiderazzjonijiet ta’ ġudizzju meta jgħaqqdu r-riżultati tat-tekniki u meta jagħmlu aġġustamenti għal-limitazzjonijiet tat-tekniki u l-informazzjoni;

    (e) sakemm l-istituzzjoni tuża data fuq esperjenza interna ta’ inadempjenza għall-istima tal-PDs, l-istimi għandhom jirreflettu l-istandards ta’ sottoskrizzjoni u ta’ kwalunkwe differenza fis-sistema ta’ klassifikazzjoni li ġġeneraw id-data u s-sistema ta’ klassifikazzjoni attwali. Fejn l-istandards ta’ sottoskrizzjoni jew is-sistemi ta’ klassifikazzjoni jkunu nbidlu, l-istituzzjoni għandha żżid marġni akbar ta’ konservattiviżmu fl-istima tagħha tal-PD;

    (f) sakemm l-istituzzjoni tassoċja l-gradi interni tagħha skont l-iskala użata minn ECAI jew organizzazzjonijiet simili u mbagħad tattribwixxi r-rata ta’ inadempjenza osservata għall-gradi tal-organizzazzjoni esterna għall-gradi tal-istituzzjoni, dawn l-assoċjazzjonijiet (mappings) għandhom ikun ibbażati fuq il-paragun tal-kriterji tal-klassifikazzjoni interni mal-kriterji użati mill-organizzazzjoni esterna u fuq il-paragun mal-klassifikazzjonijiet interni jew esterni ta’ kwalunkwe debitur komuni. Għandhom jiġu evitati l-preġudizzji jew l-inkonsistenzi fil-metodu tal-assoċjazzjoni jew fid-data sottostanti. Il-kriterji tal-organizzazzjoni esterna sottostanti għad-data użata għall-kwantifikazzjoni għandhom jiġu orjentati għar-riskju ta’ inadempjenza biss u mhux jirreflettu l-karatteristiċi tat-transazzjoni. L-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni għandha tinkludi paragun tad-definizzjonijiet ta’ inadempjenzi użati, soġġett għar-rekwiżiti fl-Artikolu 178. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-kriterji abbażi tal-assoċjazzjonijiet;

    (g) sakemm dik l-istituzzjoni tuża l-mudelli statistiċi ta’ tbassir tal-inadempjenza, din titħalla tistma l-PDs bħala l-medja sempliċi tal-istimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza għal debituri individwali fi grad partikolari. L-użu li l-istituzzjoni tagħmel mill-mudelli ta’ probabbiltà ta’ inadempjenza għal dan il-għan għandu jissodisfa l-istandards speċifikati fl-Artikolu 174;

    (h) irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni hiex tuża sorsi ta’ data esterni, interni jew aggregata jew inkella kombinazzjoni ta’ dawn it-tlieta, għall-istima tagħha tal-PD, it-tul tal-perijodu tal-osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-inqas ħames snin għal sors wieħed mill-anqas. Jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal. Dan il-punt japplika wkoll għall-Approċċ tal-PD/LGD għal ekwità. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li ma jkunux rċevew il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex jużaw l-istimi proprji tal-LGDs jew il-fatturi ta’ konverżjoni, jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri perijodu ta’ ħames snin.

    2.  Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad tad-debitur jew tal-aggregazzjoni minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena;

    (b) l-istimi tal-PDs jistgħu jinħarġu wkoll minn stima tat-total tat-telf u stimi adatti tal-LGDs;

    (c) l-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-data interna għall-assenjazzjoni tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet bħala s-sors primarju ta’ informazzjoni sabiex jistmaw il-karatteristiċi tat-telf. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw data esterna (inkluża data aggregata) jew mudelli statistiċi għall-kwantifikazzjoni jekk hemm iż-żewġ rabtiet mill-viċin li ġejjin:

    (i) bejn il-proċess tal-istituzzjoni ta’ assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet u l-proċess użat mis-sors tad-data esterna; u

    (ii) bejn il-profil ta’ riskju intern tal-istituzzjoni u l-kompożizzjoni tad-data esterna;

    ►C2  (d) jekk l-istituzzjoni tidderivi l-istimi medji għal żmien twil tal-PD u l-LGD għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur minn stima ta' telf totali ◄ u stima adegwata tal-PD jew LGD, il-proċess ta’ stima tat-telf totali għandu jissodisfa l-istandards kumplessivi għall-istima tal-PD u l-LGD stabbiliti f’din il-parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett tal-LGD kif stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 181(1);

    (e) irrispettivament mill-fatt jekk l-istituzzjoni tkunx qed tuża sorsi ta’ data esterni, interni jew aggregati jew kombinazzjoni ta’ dawn it-tlieta, għall-istima tal-karatteristiċi tat-telf, it-tul tal-perijodu ta’ osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-inqas ħames snin għal mill-inqas sors wieħed. Jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli għal kwalunkwe sors huwa itwal, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal. L-istituzzjoni ma għandhiex bżonn tagħti l-istess importanza lil data storika jekk data aktar reċenti tagħti previżjoni aktar preċiża tar-rati ta’ telf. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid jiġi kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri perijodu ta’ ħames snin;

    (f) l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-bidliet mistennija tal-parametri tar-riskju matul il-ħajja ta’ skoperturi għall-kreditu (effetti ta’ maturazzjoni).

    Għal riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw data ta’ referenza interna u esterna. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-sorsi ta’ data rilevanti kollha bħala punti ta’ paragun.

    3.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

    (a) il-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permessi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 u l-punt (e) tal-paragrafu 2;

    (b) il-metodoloġiji li bihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-metodoloġija ta’ istituzzjoni għall-istima tal-PD skont l-Artikolu 143.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 181

    Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD

    1.  Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati mal-gradi jew l-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-LGD:

    (a) l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw l-LGDs skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ LGDs realizzati skont il-grad jew l-aggregat tal-faċilità billi jużaw l-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data (medja ppeżata tal-inadempjenzi);

    (b) l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-LGD li huma adatti għal fażi ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu twil. Sakemm sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija li tipproduċi LGDs realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;

    (c) l-istituzzjoni għandha tikkunsidra d-daqs ta’ kull dipendenza bejn ir-riskju tad-debitur ma’ dak tal-kollateral jew tal-fornitur tal-kollateral. Każijiet fejn ikun hemm grad sinifikanti ta’ dipendenza għandhom jiġu indirizzati b’mod konservattiv;

    (d) diskrepanzi fil-muniti bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-kollateral għandhom jiġu ttrattati b’mod konservattiv fil-valutazzjoni tal-istituzzjoni tal-LGD;

    (e) sa fejn l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-kollateral, dawn l-istimi ma għandhomx ikunu bbażati unikament fuq il-valur tas-suq stmat tal-kollateral. L-istimi tal-LGD għandhom jikkunsidraw l-effett tal-inabbiltà potenzjali tal-istituzzjonijiet sabiex minnufih jieħdu l-kontroll tal-kollateral tagħhom u jillikkwidawh;

    (f) sa fejn l-istimi tal-LGD jikkunsidraw l-eżistenza ta’ kollateral, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu rekwiżiti interni għall-ġestjoni tal-kollateral, iċ-ċertezza legali u l-ġestjoni tar-riskju li huma ġeneralment konsistenti ma’ dawk stabbiliti fil-Kapitolu 4, it-Taqsima 3;

    (g) sa fejn l-istituzzjoni tirrikonoxxi kollateral għad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti skont il-Kapitolu 6, it-Taqsima 5 jew 6, kull ammont mistenni li jiġi rkuprat mill-kollateral ma għandux jitqies fl-istimi tal-LGD;

    (h) għall-każ speċifiku ta’ skoperturi diġà f’inadempjenza, l-istituzzjoni għandha tuża s-somma tal-aqwa stima tagħha ta’ telf mistenni għal kull skopertura fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali u l-istat tal-iskopertura u l-istima tagħha taż-żieda fir-rata tat-telf ikkawżata minn telf addizzjonali possibbli mhux mistenni matul il-perijodu ta’ rkupru, jiġifieri bejn id-data tal-inadempjenza u l-likwidazzjoni finali tal-iskopertura;

    (i) sa fejn it-tariffi minħabba dewmien mhux imħallsa ikunu ġew kapitalizzati fid-dikjarazzjoni tad-dħul ta’ istituzzjoni, dawn għandhom jiżdiedu fil-kejl tal-istituzzjoni ta’ skopertura u telf;

    (j) għal skoperturi għal impriżi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin, u jiżdiedu b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq minimu ta’ seba’ snin, għal mill-inqas sors ta’ data wieħed. Jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal.

    2.  Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu dan li ġej:

    (a) jidderivaw l-istimi tal-LGD minn telf realizzat u l-istimi adatti tal-PDs;

    (b) jirreflettu ġbid futur jew fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD;

    (c) Għal riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur jużaw data ta’ referenza esterna u interna sabiex jistmaw l-LGDs.

    Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data li tkopri minimu ta’ ħames snin. L-istituzzjoni ma għandhiex bżonn tagħti l-istess importanza lil data storika jekk data aktar reċenti tagħti previżjoni aktar preċiża tar-rati ta’ telf. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri perijodu ta’ ħames snin.

    3.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

    (a) in-natura, is-severità u t-tul ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1;

    ►C2  (b) il-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu istituzzjoni skont il-paragrafu 2 li tuża data rilevanti ◄ li tkopri perijodu ta’ sentejn fejn l-istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 182

    Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD

    1.  Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-fattur ta’ konverżjoni:

    (a) l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-fatturi ta’ konverżjoni skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ fatturi ta’ konverżjoni realizzati skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità billi jużaw il-medja ppeżata tal-inadempjenzi li tirriżulta mill-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data;

    (b) l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni li huma adatti fi żmien ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu fit-tul. Sa fejn sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija tipproduċi fatturi ta’ konverżjoni realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;

    (c) l-istimi tal-istituzzjonijiet tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom jirreflettu l-possibbiltà ta’ ġbid addizzjonali mid-debitur sa u wara d-data li fiha tiskatta inadempjenza. L-istima tal-fattur ta’ konverżjoni għandha tinkludi marġni akbar ta’ konservattiviżmu fejn korrelazzjoni pożittiva aktar b’saħħitha tista’ tkun raġonevolment mistennija bejn il-frekwenza tal-inadempjenza u l-kobor tal-fattur ta’ konverżjoni;

    (d) sabiex jaslu għall-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-linji politiċi u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom fir-rigwrad tal-monitoraġġ tal-kontijiet u l-ipproċessar tal-pagamenti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll il-kapaċità u r-rieda tagħhom li jipprevjenu ġbid ulterjuri f’ċirkostanzi ta’ kważi inadempjenza ta’ pagament, bħal vjolazzjonijiet ta’ pattijiet jew avvenimenti oħrajn ta’ inadempjenza teknika;

    (e) l-istituzzjonijiet għandu jkollhom sistemi adegwati u proċeduri fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw l-ammonti tal-faċilità, l-obbligazzjonijiet pendenti attwali fil-linji impenjati u l-bidliet fl-obbligazzjonijiet pendenti skont id-debitur u skont il-grad. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ timmonitorja l-bilanċi pendenti ta’ kuljum;

    (f) jekk l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-għanijiet interni dawn għandhom jiġu dokumentati u jkunu raġonevoli.

    2.  Għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq data li tkopri perijodu minimu ta’ ħames snin, li tiżdied b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq il-minimu ta’ seba’ snin, għal sors wieħed ta’ data mill-anqas. Jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal.

    3.  Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istituzzjonijiet jistgħu jirreflettu l-ġbid futur jew fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD.

    Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin. B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, istituzzjoni ma għandhiex bżonn tagħti l-istess importanza lir-rekwiżiti tad-data storika jekk data aktar reċenti tipprevedi l-ġbid bi preċiżjoni akbar. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn. Il-perijodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri perijodu ta’ ħames snin.

    4.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

    (a) in-natura, is-severità u t-tul ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1;

    (b) il-kondizzjonijiet skont liema l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-istituzzjoni tuża data rilevanti li tkopri perijodu ta’ sentejn meta l-istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB għall-ewwel darba.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 183

    Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-effett tal-garanziji u d-derivati tal-kreditu għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali fejn jintużaw l-istimi proprji tal-LGD u l-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi

    1.  Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-garanti u l-garanziji eliġibbli:

    (a) l-istituzzjonijiet għandu jkollhom kriterji speċifikati b’mod ċar għat-tipi ta’ garanti li jirrikonoxxu għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju;

    (b) għall-garanti rikonoxxuti għandhom japplikaw l-istess regoli bħal għad-debituri kif stabbilit fl-Artikoli 171, 172 u 173;

    (c) il-garanzija għandha tkun evidenzjata bil-miktub, mhux kanċellabbli min-naħa tal-garanti, fis-seħħ sakemm l-obbligazzjoni tkun sodisfatta bis-sħiħ (sal-ammont u n-natura tal-garanzija) u legalment infurzabbli kontra l-garanti f’ġurisdizzjoni fejn il-garanti jkollu assi li fuqhom tista’ tiġi infurzata sentenza. Garanziji kundizzjonali li jippreskrivu kondizzjonijiet li skonthom il-garanti ma jistax ikun obbligat għall-adempjenza jistgħu jiġu rikonoxxuti soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti. Il-kriterji ta’ assenjazzjoni għandhom jindirizzaw b’mod adegwat kull tnaqqis potenzjali fl-effett ta’ mitigazzjoni tar-riskju.

    2.  L-istituzzjoni għandu jkollha kriterji speċifikati b’mod ċar għall-aġġustament tal-istimi ta’ gradi, aggregazzjonijiet jew LGD u, fil-każ ta’ riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumaturi u eliġibbli, il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet, sabiex jiġi rifless l-impatt tal-garanziji għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju. Dawn il-kriterji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 171, 172 u 173.

    Il-kriterji għandhom ikunu plawżibbli u intwittivi. Għandhom jindirizzaw il-kapaċità u r-rieda tal-garanti li josserva l-garanzija, iż-żmien probabbli ta’ kwalunkwe pagament mill-garanti, il-grad ta’ korrelazzjoni bejn il-kapaċità tal-garanti li josserva l-garanzija u l-kapaċità tad-debitur li jħallas lura, u l-punt sa fejn jibqa’ r-riskju reżidwu għad-debitur.

    3.  Ir-rekwiżiti għall-garanziji f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għad-derivati tal-kreditu b’isem wieħed. Fir-rigward ta’ diskrepanza bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ riferiment ta’ derivat tal-kreditu jew l-obbligazzjoni użata biex ikun determinat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 216(2). Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi u riċevibbli mixtrija eliġibbli, dan il-paragrafu japplika għall-proċess ta’ allokazzjoni tal-iskoperturi fi gradi u aggregazzjonijiet.

    Il-kriterji għandhom jindirizzaw l-istruttura ta’ ħlas tad-derivat tal-kreditu u jivvalutaw b’mod konservattiv l-impatt li din ikollha fuq il-livell u ż-żmien tal-irkupri. L-istituzzjoni għandha tikkunsidra safejn jibqgħu forom oħra ta’ riskji reżidwali.

    4.  Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 ma għandhomx japplikaw għal garanziji forniti minn istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u l-entitajiet korporattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 201(1)(g) jekk l-istituzzjoni tkun irċeviet permess sabiex tapplika l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi għal tali entitajiet skont l-Artikoli 148 u 150. F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 4.

    5.  Għal garanziji fil-livell tal-konsumaturi, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet, u l-istima tal-PD.

    6.  L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li jiġu rikonoxxuti garanziji kundizzjonali.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Artikolu 184

    Rekwiżiti għal riċevibbli mixtrija

    1.  Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jiġu assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni għal riċevibbli mixtrija, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6.

    2.  L-istruttura tal-faċilità għandha tiżgura li fiċ-ċirkostanzi prevedibbli kollha, l-istituzzjoni għandha s-sjieda u l-kontroll effettivi tar-rimessi kollha ta’ flus mir-riċevibbli. Meta d-debitur jagħmel pagamenti direttament lil bejjiegħ jew lil ġestur (servicer), l-istituzzjoni għandha tivverifika b’mod regolari li l-pagamenti jsiru kompletament u skont it-termini miftehma fil-kuntratt. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri sabiex jiżguraw li s-sjieda fuq ir-riċevibbli u l-irċevuti tal-flus hija protetta kontra moratorji fallimentari jew rikorsi legali li jistgħu idewmu materjalment il-kapaċità tal-mutwatarju li jillikwida jew jassenja r-riċevibbli jew iżomm il-kontroll fuq l-irċevuti tal-flus.

    3.  L-istituzzjoni għandha tissorvelja kemm il-kwalità tar-riċevibbli mixtrija kif ukoll il-kondizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u l-ġestur. Dan li ġej għandu japplika:

    (a) l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-korrelazzjoni bejn il-kwalità tar-riċevibbli mixtrija u l-kondizzjoni finanzjarja kemm tal-bejjiegħ kif ukoll tal-ġestur, u timplimenta politiki u proċeduri interni li jipprovdu salvagwardji adegwati sabiex jipproteġu kontra kull kontinġenza, inkluża l-assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni interna tar-riskju għal kull bejjiegħ u ġestur;

    (b) l-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri ċari u effettivi għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tal-bejjiegħ u tal-ġestur. L-istituzzjoni jew l-aġent tagħha għandhom iwettqu analiżi perjodiċi tal-bejjiegħa u l-ġesturi sabiex jivverifikaw il-preċiżjoni tar-rapporti mill-bejjiegħ jew mill-ġestur, jiskopru frodi jew punti debboli operattivi, u jivverifikaw il-kwalità tal-politiki ta’ kreditu tal-bejjiegħ u l-politiki u l-proċeduri tal-irkupru tal-ġestur. Ir-riżultati ta’ dawn l-analiżi għandhom jiġu dokumentati;

    (c) l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-karatteristiċi tal-aggregazzjonijiet ta’ riċevibbli mixtrija, inkluż is-sovravvanzi; l-istorja tal-arretrati tal-bejjiegħ, dejn mitluf, u provviżjonijiet għad-dejn mitluf; termini tal-pagament, u l-kontrakontijiet potenzjali;

    (d) l-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ ta’ konċentrazzjonijiet ta’ debitur wieħed fuq bażi aggregata kemm fi ħdan kif ukoll fost il-aggregazzjonijiet ta’ riċevibbli mixtrija;

    (e) l-istituzzjoni għandha tiżgura li tirċievi mingħand il-ġestur rapporti f’waqthom u biżżejjed dettaljati tal-iskadenzi u dilwizzjonijiet tar-riċevibbli sabiex tiżgura l-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-istituzzjoni u l-politiki tal-avvanzi li jirregolaw ir-riċevibbli mixtrija, u jipprovdu mod effettiv li bih jissorveljaw u jikkonfermaw it-termini tal-bejgħ u d-dilwizzjoni tal-bejjiegħ.

    4.  L-istituzzjoni għandu jkollha sistemi u proċeduri biex jinkixfu deterjoramenti fil-kondizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u l-kwalità tar-riċevibbli mixtrija fi stadju bikri, u biex jindirizzaw il-problemi emerġenti b’mod proattiv. B’mod partikolari, l-istituzzjoni għandu jkollha politiki, proċeduri u sistemi ta’ informazzjoni ċari u effettivi għall-monitoraġġ ta’ vjolazzjonijiet tal-ftehim kuntrattwali, u politiki u proċeduri ċari u effettivi għall-bidu ta’ azzjonijiet legali u għall-indirizzar ta’ riċevibbli mixtrija bi problemi.

    5.  L-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri ċari u effettivi li jirregolaw il-kontroll tar-riċevibbli mixtrija, il-kreditu, u l-flus. B’mod partikolari, politiki interni miktuba għandhom jispeċifikaw l-elementi materjali kollha tal-programm ta’ xiri ta’ riċevibbli, inklużi r-rati tal-avvanzi, il-kollateral eliġibbli, id-dokumentazzjoni neċessarja, il-limiti ta’ konċentrazzjoni, u l-mod kif għandhom jiġu ttrattati l-irċevuti tal-flus. Dawn l-elementi għandhom iqisu b’mod adatt il-fatturi rilevanti u materjali kollha, inklużi l-kondizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u tal-ġestur, il-konċentrazzjonijiet tar-riskju, u x-xejriet fil-kwalità tar-riċevibbli mixtrija u l-klijentela tal-bejjiegħ, u s-sistemi interni għandhom jiżguraw li l-fondi jiġu avvanzati biss kontra kollateral u dokumentazzjoni ta’ appoġġ speċifikati.

    6.  L-istituzzjoni għandu jkollha proċess intern effettiv għall-valutazzjoni tal-konformità mal-politiki u l-proċeduri interni kollha. Il-proċess għandu jinkludi verifiki regolari tal-fażijiet kritiċi kollha tal-programm ta’ xiri tar-riċevibbli ta’ istituzzjoni, verifika tas-separazzjoni tal-inkarigi, l-ewwel bejn il-valutazzjoni tal-bejjiegħ u tal-ġestur u l-valutazzjoni tad-debitur u t-tieni bejn il-valutazzjoni tal-bejjiegħ u tal-ġestur u l-verifika fuq il-post tal-bejjiegħ u tal-ġestur, u evalwazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-back office, b’enfasi partikolari fuq il-kwalifiki, l-esperjenza, il-livell tal-persunal, u s-sistemi ta’ awtomatizzati ta’ appoġġ.



    Subtaqsima 3

    Validazzjoni ta’ stimi interni

    Artikolu 185

    Validazzjoni ta’ stimi interni

    L-istituzzjonijiet għandhom jivvalidaw l-istimi interni tagħhom soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ sistemi robusti biex jivvalidaw il-preċiżjoni u l-konsistenza tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni, il-proċessi, u l-istimi kollha tal-parametri tar-riskju rilevanti. Il-proċess ta’ validazzjoni interna għandu jippermetti lill-istituzzjoni tivvaluta l-prestazzjoni tas-sistemi interni ta’ klassifikazzjoni u ta’ stima tar-riskju b’mod konsistenti u sinifikattiv;

    (b) l-istituzzjonijiet għandhom iqabblu b’mod regolari r-rati ta’ inadempjenzi realizzati mal-PDs stmati għal kull grad u, fejn ir-rati ta’ inadempjenza realizzati jkunu barra l-medda mistennija għal dak il-grad, l-istituzzjonijiet għandhom b’mod speċifiku janalizzaw ir-raġunijiet għad-devjazzjoni. L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi proprji tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni għandhom iwettqu wkoll analiżi analoga ta’ dawn l-istimi. Dawn il-paraguni għandhom jagħmlu użu mid-data storika li tkopri perijodu twil kemm jista’ jkun. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodi u d-data użati f’dawn il-paraguni. Din l-analiżi u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu aġġornati mill-inqas fuq bażi annwali;

    (c) l-istituzzjonijiet għandhom jużaw għodod ta’ validazzjoni kwantitattiva oħrajn u paraguni ma’ sorsi esterni ta’ data rilevanti. L-analiżi għandha tkun ibbażata fuq data li tkun adattata għall-portafoll, aġġornata regolarment, u tkopri perijodu ta’ osservazzjoni rilevanti. Il-valutazzjonijiet interni tal-istituzzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħhom għandhom ikunu bbażati fuq perijodu twil kemm jista’ jkun;

    (d) il-metodi u d-data użati għall-validazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konsistenti tul iż-żmien. Bidliet fil-metodi tal-istimi u l-validazzjoni u d-data (kemm is-sorsi tad-data fif ukoll il-perijodi koperti) għandhom jiġu ddokumentati;

    (e) l-istituzzjonijiet għandu jkollhom standards interni validi għal sitwazzjonijiet fejn derivazzjonijiet f’PDs, LGDs, fatturi ta’ konverżjoni u telf totali realizzati, fejn jintuża l-EL, minn aspettattivi, isiru sinifikattivi biżżejjed sabiex jixħtu dubju fuq il-validità tal- istimi. Dawn l-istandards għandhom jikkunsidraw iċ-ċikli ekonomiċi u l-varjabbiltà sistematika simili fl-esperjenzi ta’ inadempjenza. Fejn il-valuri realizzati jibqgħu ogħla mill-valuri mistennija, l-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-istimi ’l fuq sabiex jirreflettu l-esperjenzi tagħhom ta’ inadempjenza u ta’ telf;



    Subtaqsima 4

    Rekwiżiti għall-iskoperturi tal-ekwitajiet taħt l-approċċ tal-mudelli interni

    Artikolu 186

    Rekwiżit tal-fondi proprji u l-kwantifikazzjoni tar-riskju

    Għall-finijiet ta’ kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw l-istandards li ġejjin:

    (a) l-istima ta’ telf potenzjali għandha tkun robusta għal-movimenti negattivi tas-suq rilevanti għall-profil tar-riskju fit-tul tal-holdings speċifiċi tal-istituzzjoni. Id-data użata sabiex tirrappreżenta d-distribuzzjonijiet tar-rendiment għandha tirrefletti l-kampjun bl-itwal perijodu li għalih hija disponibbli u sinifikattiva d-data fir-rappreżentazzjoni tal-profil tar-riskju tal-iskoperturi tal-ekwitajiet speċifiċi tal-istituzzjoni. Id-data użata għandha tkun biżżejjed sabiex tipprovdi stimi ta’ telf konservattivi, statistikament affidabbli u robusti li mhumiex ibbażati biss fuq konsiderazzjonijiet soġġettivi u ta’ ġudizzju. Ix-xokk użat għandu jipprovdi stima konservattiva tat-telf potenzjali fuq ċiklu tas-suq jew ekonomiku fit-tul. L-istituzzjoni għandha tgħaqqad l-analiżi empirika tad-data disponibbli ma’ aġġustamenti bbażati fuq varjetà ta’ fatturi sabiex tikseb mudelli ta’ outputs li jilħqu realiżmu u konservattiviżmu xieraq. Fil-bini ta’ mudelli tal-Valur fir-Riskju (VaR) li jistmaw it-telf potenzjali trimestrali, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw data trimestrali jew jikkonvertu data fuq perijodi orizzontali iqsar għal ekwivalenti trimestrali billi jużaw metodu analitikament xieraq appoġġat minn provi empiriċi u permezz ta’ proċess ta’ ħsieb u analiżi żviluppati u dokumentati kif xieraq. Approċċ bħal dan għandu jiġi applikat b’mod konservattiv u konsistenti tul iż-żmien. Fejn data limitata rilevanti biss tkun disponibbli, l-istituzzjoni għandha żżid marġni xierqa ta’ konservattiviżmu;

    (b) il-mudelli użati għandhom ikopru b’mod adegwat ir-riskji materjali kollha li jinsabu fir-rendiment mill-ekwitajiet inkluż kemm ir-riskju ġenerali tas-suq kif ukoll l-iskopertura għar-riskju speċifiku tal-portafoll tal-ekwitajiet tal-istituzzjoni. Il-mudelli interni għandhom jispjegaw b’mod adegwat il-varjazzjoni storika tal-prezz, ikopru kemm il-kobor kif ukoll il-bidliet fil-kompożizzjoni tal-konċentrazzjonijiet potenzjali, u jkunu robusti f’qagħdiet avversi tas-suq. Il-popolazzjoni tal-iskoperturi tar-riskju rappreżentata fid-data użata għall-istima għandha tkun tixbaħ sew jew mill-inqas tkun komparabbli ma’ dik tal-iskoperturi tal-ekwitajiet tal-istituzzjoni;

    (c) il-mudell intern għandu jkun adatt għall-profil tar-riskju u l-kumplessità tal-portafoll tal-ekwitajiet ta’ istituzzjoni. Fejn istituzzjoni jkollha holdings materjali b’valuri li huma ferm nonlineari fin-natura tagħhom, il-mudelli interni għandhom ikunu mfassla b’mod li jkopru kif xieraq ir-riskji assoċjati ma’ tali strumenti;

    (d) l-assoċjazzjoni ta’ pożizzjonijiet individwali ma’ approssimazzjonijiet, indiċi tas-suq, u fatturi tar-riskju għandha tkun plawżibbli, intuwittiva, u valida fil-prinċipju;

    (e) l-istituzzjonijiet għandhom juru l-adegwatezza tal-fatturi tar-riskju, inkluża l-kapaċità tagħhom li jkopru kemm ir-riskju ġenerali kif ukoll dak speċifiku permezz ta’ analiżi empirika;

    (f) l-istimi tal-volatilità tar-rendiment tal-iskoperturi tal-ekwitajiet għandhom jinkludu d- data, l-informazzjoni, u l-metodi rilevanti u disponibbli. Għandha tintuża data interna jew data minn sorsi esterni inkluża data aggregata li tkun ġiet analiżżata b’mod indipendenti;

    (g) għandu jiġi implimentat programm rigoruż u komprensiv ta’ simulazzjoni ta’ kriżi.

    Artikolu 187

    Proċess u kontrolli tal-ġestjoni tar-riskji

    Fir-rigward tal-iżvilupp u l-użu ta’ mudelli interni għall-finijiet tar-rekwiżit ta’ fondi proprji, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu politiki, proċeduri, u kontrolli sabiex jiżguraw l-integrità tal-mudell u l-proċess tal-immudellar. Dawn il-politiki, il-proċeduri, u l-kontrolli għandhom jinkludu dan li ġej:

    (a) integrazzjoni sħiħa tal-mudell intern fis-sistemi ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni kumplessivi tal-istituzzjoni u fil-ġestjoni tal-portafoll tal-ekwitajiet tal-portafoll tan-negozjar. Il-mudelli interni għandhom jiġu integrati kompletament fl-infrastruttura tal-ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjoni jekk huma partikolarment użati fit-tkejjil u l-ivvalutar tal-prestazzjoni tal-portafoll tal-ekwitajiet inklużi l-prestazzjoni aġġustata għar-riskju, l-allokazzjoni tal-kapital ekonomiku għall-iskoperturi tal-ekwitajiet u l-evalwazzjoni tal-adegwatezza kapitali kumplessiva u l-proċess tal-ġestjoni tal-investimenti;

    (b) sistemi ta’ ġestjoni, proċeduri, u funzjonijiet ta’ kontroll stabbiliti sabiex tiġi żgurata analiżi perjodika u indipendenti tal-elementi kollha tal-proċess intern ta’ mudellar, inkluża l-approvazzjoni tar-reviżjoni tal-mudelli, l-eżami tal-inputs fil-mudell, u l-analiżi tar-riżultati tal-mudell, bħal verifika diretta tal-komputazzjonijiet tar-riskju. Din l-analiżi għandha tivvaluta l-preċiżjoni, il-kompletezza, u l-adegwatezza tal-inputs u r-riżultati tal-mudell u tiffoka kemm fuq l-iskoperta kif ukoll fuq il-limitazzjoni ta’ żbalji potenzjali assoċjati ma’ punti debboli magħrufa u l-identifikazzjoni ta’ punti debboli mhux magħrufa fil-mudell. Tali analiżi tista’ titwettaq minn unità interna indipendenti, jew minn terza parti esterna indipendenti;

    (c) sistemi u proċeduri adegwati għall-monitoraġġ tal-limiti tal-investiment u l-iskoperturi tar-riskju tal-iskoperturi tal-ekwitajiet;

    (d) l-unitajiet responsabbli mit-tfassil u l-applikazzjoni tal-mudelli għandhom ikollhom indipendenza funzjonali mill-unitajiet responsabbli mill-ġestjoni tal-investimenti individwali;

    (e) il-partijiet responsabbli minn kwalunkwe aspett tal-proċess tal-mudellar għandhom ikollhom kwalifiki adegwati. Il-maniġment għandu jalloka biżżejjed riżorsi b’ħiliet u kompetenzi għall-funzjoni tal-immudellar.

    Artikolu 188

    Validazzjoni u dokumentazzjoni

    L-istituzzjonijiet għandu jkollhom sistemi robusti fis-seħħ sabiex jivvalidaw il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-mudelli interni u l-proċessi ta’ immudellar tagħhom. L-elementi materjali kollha tal-mudelli interni u l-proċess u l-validazzjoni tal-immudellar għandhom jiġu dokumentati.

    Il-validazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-mudelli interni u l-proċessi tal-mudellar tal-istituzzjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-proċess ta’ validazzjoni intern sabiex jivvalutaw il- prestazzjoni tal-mudelli u l-proċessi interni tagħhom b’mod konsistenti u sinifikattiv;

    (b) il-metodi u d-data użati għall-validazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konsistenti tul iż-żmien. Bidliet fil-metodi u d-data tal-istima u l-validazzjoni kemm fis-sorsi tad-data kif ukoll fil-perijodi koperti għandhom ikunu dokumentati;

    (c) l-istituzzjonijiet għandhom jipparagunaw b’mod regolari r-rendimenti reali mill-ekwitajiet ikkalkulati billi jużaw id-dħul u t-telf realizzati u mhux realizzati mal-istimi mudellati. Dawn il-paraguni għandhom jagħmlu użu mid-data storika li tkopri perijodu twil kemm jista’ jkun. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodi u d-data użati f’dawn il-paraguni. Din l-analiżi u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu aġġornati mill-inqas fuq bażi annwali;

    (d) l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu użu minn għodod oħrajn ta’ validazzjoni kwantitattiva u paraguni ma’ sorsi ta’ data esterni. L-analiżi għandha tkun ibbażata fuq data li tkun adattata għall-portafoll, aġġornata regolarment, u tkopri perijodu ta’ osservazzjoni rilevanti. Il-valutazzjonijiet interni tal-istituzzjonijiet tal-prestazzjoni tal-mudelli tagħhom għandhom ikunu bbażati fuq l-aktar perijodu twil possibbli;

    (e) l-istituzzjonijiet għandu jkollhom standards interni validi sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn il-paraguni tar-rendiment reali mill-ekwitajiet mal-istimi tal-mudelli jixħet dubju dwar il-validità tal-stimi jew il-mudelli bħala tali. Dawn l-istandards għandhom jikkunsidraw iċ-ċikli ekonomiċi u l-varjabbiltà sistematika simili fir-rendiment mill-ekwitajiet. L-aġġustamenti kollha li jkunu saru fil-mudelli interni bħala konsegwenza tal-analiżi tal-mudelli għandhom jiġu ddokumentati u jkunu konsistenti mal-istandards ta’ analiżi tal-mudelli tal-istituzzjoni;

    (f) il-mudell intern u l-proċess ta’ mmudellar għandu jkun dokumentat, inklużi r-responsabbiltajiet tal-partijiet involuti fl-immudellar, u l-proċessi tal-approvazzjoni tal-mudell u tal-analiżi tal-mudell.



    Subtaqsima 5

    Governanza u sorveljanza interna

    Artikolu 189

    Governanza Korporattiva

    1.  L-aspetti materjali kollha tal-proċessi tal-klassifikazzjoni u tal-istimar għandhom jiġu approvati mill-korp ta’ ġestjoni tal-istituzzjoni jew kumitat maħtur minnu u mill-amministrazzjoni għolja. Dawn il-partijiet għandu jkollhom fehim ġenerali tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni u konoxxenza dettaljata tar-rapporti tal-maniġment assoċjat magħha.

    2.  L-amministrazzjoni għolja għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) għandhom jipprovdu notifika lill-korp ta’ ġestjoni jew lill-kumitat maħtur minnu dwar bidliet materjali jew eċċezzjonijiet mill-politiki stabbiliti li ser ikollhom effett materjali fuq l-operazzjonijiet tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal- istituzzjoni;

    (b) għandu jkollhom fehim tajjeb tal-impostazzjoni u l-operazzjonijiet tas-sistemi tal-klassifikazzjoni;

    (c) għandhom jiżguraw, fuq bażi kontinwa li s-sistemi tal-klassifikazzjoni qed joperaw sew.

    L-amministrazzjoni għolja għandha tkun informata regolarment mill-unitajiet tal-kontroll tar-riskji tal-kreditu dwar il-prestazzjoni tal-proċess tal-klassifikazzjoni, l-oqsma li jeħtieġu titjib, u l-qagħda tal-isforzi sabiex jitjiebu n-nuqqasijiet identifikati qabel.

    3.  L-analiżi bbażata fuq il-klassifikazzjoni interna tal-profil tar-riskju tal-kreditu tal-istituzzjoni għandha tkun parti essenzjali mir-rappurtar tal-maniġment lil dawn il-partijiet. Ir-rappurtar għandu jinkludi mill-inqas profil tar-riskju skont il-grad, il-migrazzjoni fost il-gradi, l-istima tal-parametri rilevanti skont il-grad, u l-paragun ta’ rati ta’ inadempjenza realizzati, u l-punt sa fejn jintużaw l-istimi proprji ta’ LGDs realizzati u l-fatturi ta’ konverżjoni realizzati kontra aspettattivi u r-riżultati tas-simulazzjoni ta’ kriżi. Il-frekwenza tar-rappurtar għandha tiddependi fuq l-importanza u t-tip tal-informazzjoni u l-livell tar-riċevitur.

    Artikolu 190

    Kontroll tar-riskji tal-kreditu

    1.  L-unità ta’ kontroll tar-riskji tal-kreditu għandha tkun indipendenti mill-persunal u mill-funzjonijiet tal-ġestjoni li huma responsabbli għall-oriġini jew it-tiġdid ta’ skoperturi u tirraporta direttament għand l-amministrazzjoni għolja. L-unità għandha tkun responsabbli mit-tfassil jew l-għażla, l-implimentazzjoni, is-sorveljar u l-prestazzjoni tas-sistemi tal-klassifikazzjoni. Għandha tipproduċi u tanalizza rapporti b’mod regolari dwar l-outputs tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni.

    2.  L-oqsma ta’ responsabbiltà għall-unità jew l-unitajiet ta’ kontroll tar-riskji tal-kreditu għandhom jinkludu:

    (a) l-ittestjar u l-monitoraġġ tal-gradi u l-aggregazzjonijiet;

    ▼C2

    (b) il-produzzjoni u l-analiżi ta' rapporti ta' sinteżi tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;

    ▼B

    (c) gradi u l-aggregazzjonijiet huma applikati b’konsistenza fid-dipartimenti u ż- żoni ġeografiċi;

    (d) l-analiżi u d-dokumentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla fil-proċess tal-klassifikazzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-bidliet;

    (e) l-analiżi tal-kriterji tal-klassifikazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk għadhomx jipprevedu r-riskji. Il-bidliet fil-proċess tal-klassifikazzjoni, fil-kriterji jew fil-parametri ta’ klassifikazzjoni individwali għandhom ji