EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0114-20140602

Consolidated text: Regolament ta ’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2013 tas- 6 ta’ Novembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-applikazzjoni għal deroga minn miri ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO 2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/114/2014-06-02

02013R0114 — MT — 02.06.2014 — 002.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 114/2013

tas-6 ta’ Novembru 2012

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-applikazzjoni għal deroga minn miri ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 038 9.2.2013, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1047/2013 tal-21 ta’ Awwissu 2013

  L 285

1

29.10.2013

►M2

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 482/2014 tal-4 ta' Marzu 2014

  L 138

51

13.5.2014




▼B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 114/2013

tas-6 ta’ Novembru 2012

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-applikazzjoni għal deroga minn miri ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-applikanti għall-fini li jintwera li qed jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal deroga skont-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011:

(1) 

“applikant” tfisser manifattur fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011;

(2) 

“karatteristiċi tal-vettura” tfisser il-partikularitajiet tal-vettura, inklużi l-massa, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, l-għadd ta’ sits, il-prestazzjoni tal-magna, il-proporzjon tal-potenza għall-massa u l-ogħla veloċità;

(3) 

“karatteristiċi tas-suq” tfisser informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-vettura, u l-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief li jikkompetu direttament mal-vetturi li għalihom qed tintalab deroga;

(4) 

“faċilità tal-produzzjoni proprja” tfisser impjant tal-manifattura jew tal-immuntar użat biss mill-applikant biex jimmanifattura jew jimmunta vetturi kummerċjali ħfief ġodda esklussivamnet għal dak l-applikant, inklużi, fejn rilevanti, vetturi kummerċjali ħfief maħsuba għall-esportazzjoni;

(5) 

“ċentru proprju tad-disinn” tfisser faċilità fejn tiġi ddisinjata u żviluppata l-vettura kollha, u li hija taħt il-kontroll u l-użu esklussiv tal-applikant.

Artikolu 3

Applikazzjoni għal deroga skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

Applikazzjoni għal deroga skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandha titressaq mill-applikant skont il-format speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, u għandha tinkludi l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar kriterji tal-eliġibbiltà

L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà:

(a) 

informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tal-manifattur jew il-grupp ta’ manifatturi konnessi, flimkien mad-dikjarazzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness II;

(b) 

l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rregistrati uffiċjalment fl-Unjoni fit-tliet snin kalendarji qabel id-data tal-applikazzjoni li huwa responsabbli għalihom l-applikant, jew meta tali dejta ma tkunx disponibbli, waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

stima, ibbażata fuq dejta verifikabbli, tal-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fil-perjodu msemmi fil-frażi introduttorja li huwa responsabbli għalihom l-applikant;

(ii) 

jekk l-ebda vettura kummerċjali ħafifa ma kienet irreġistrata fil-perjodu msemmi fil-frażi introduttorja, l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-aħħar sena kalendarja li għalihom tkun disponibbli tali dejta.

Artikolu 5

Mira ta’ emissjonijiet specifiċi u potenzjal għat-tnaqqis skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

1.  L-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tiegħu rreġistrati fl-2010, sakemm l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 għal dik is-sena ma jkunux elenkati fl-Anness III. Fejn ma tkunx disponibbli din l-informazzjoni, l-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tiegħu rregistrati fis-sena kalendarja li hija l-eqreb tal-2010.

2.  L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-attivitajiet tiegħu:

(a) 

għas-sena kalendarja ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni, l-għadd ta’ impjegati u d-daqs tal-faċilità tal-produzzjoni f’metri kwadri;

(b) 

il-mudell operazzjonali tal-faċilità tal-produzzjoni li jispeċifika liema attivitajiet ta’ disinn u ta’ produzzjoni jitwettqu mill-applikant u liema huma dawk li jiġu esternalizzati;

(c) 

fil-każ ta’ impriża konnessa, jekk it-teknoloġija hijiex kondiviża bejn il-manifatturi, u liema attivitajiet huma esternalizzati;

(d) 

għal ħames snin kalendarji qabel id-data tal-applikazzjoni, il-volumi ta’ bejgħ, il-fatturat annwali, il-profitt nett, u n-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2, u fil-każ ta’ impriża konnessa, it-trasferimenti netti lejn il-kumpanija prinċipali;

(e) 

il-karatteristiċi tas-suq tiegħu;

(f) 

il-lista tal-prezzijiet għall-verżjonijiet kollha tal-vetturi kummerċjali ħfief li għandhom ikunu koperti bid-deroga fis-sena kalendarja ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni, u l-lista tal-prezzijiet mistennija għall-vetturi kummerċjali ħfief ppjanati li jiġu varati u li jkunu koperti bid-deroga.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi akkumpanjata minn kontijiet ċċertifikati uffiċjali, jew għandha tkun ċertifikata minn awditur indipendenti.

3.  L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-potenzjal teknoloġiku tiegħu ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2:

(a) 

il-lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 użati fil-vetturi kummerċjali ħfief tiegħu mqiegħda fis-suq fl-2010 jew, meta dik id-dejta ma tkunx disponibbli, għas-sena ta’ wara li hija l-eqreb tal-2010, jew fil-każ tal-manifatturi li jkunu qed jippjanaw li jidħlu fis-suq, għas-sena li fiha tibda tapplika d-deroga;

(b) 

il-lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 użati fil-vetturi kummerċjali ħfief tiegħu taħt il-programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-ispejjeż addizzjonali ta’ dawn it-teknoloġiji għal kull verżjoni ta’ vettura koperta bl-applikazzjoni.

4.  L-applikant għandu, skont il-potenzjal ta’ tnaqqis tiegħu, jipproponi waħda mill-miri li ġejjin:

(a) 

mira tal-emissjonijiet speċifiċi li tiżgura li jitnaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 mal-iskadenza tal-perjodu tad-deroga meta mqabbla mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

mira ta’ emissjonijiet speċifiċi għal kull sena tal-perjodu tad-deroga li hija determinata b’tali mod li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 matul il-perjodu tad-deroga kollu jitnaqqsu meta mqabbla mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 msemmija fil-paragrafu 1.

5.  Il-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi jew il-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi annwali proposti mill-applikant għandhom ikunu akkumpanjati minn programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-flotta l-ġdida.

Il-programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għandu jispeċifika dan li ġej:

(a) 

l-iskeda għall-introduzzjoni tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fil-flotta tal-applikant;

(b) 

l-istima tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni kull sena għall-perjodu tad-deroga u l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 mistennija u l-massa medja;

(c) 

fil-każ tal-miri annwali ta’ emissjonijiet speċifiċi, titjib annwali tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet tal-vetturi li għalihom qed jiġu introdotti teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2.

6.  Il-konformità tal-applikant mal-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi jew mal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ kull sena għandhom jiġu vvalutati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 kull sena matul il-perjodu ta’ deroga.

Artikolu 6

Valutazzjoni mill-Kummissjoni

1.  Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien disa’ xhur mill-wasla uffiċjali ta’ applikazzjoni kompluta skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, il-kundizzjonijiet rilevanti biex tiġi applikata d-deroga għandhom jitqiesu li ġew issodisfati.

Jekk il-Kummissjoni ssib li l-applikazzjoni mhijiex kompluta, tista’ tintalab informazzjoni addizzjonali. Jekk l-informazzjoni addizzjonali ma titressaqx fi żmien il-perjodu speċifikat fit-talba, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta l-applikazzjoni.

Fil-każ ta’ rifjut minħabba inkompletezza tal-applikazzjoni jew minħabba li l-Kummissjoni ssib li l-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi proposta mhijiex konsistenti mal-potenzjal ta’ tnaqqis tal-applikant, l-applikant jista’ jressaq applikazzjoni kompluta jew riveduta għal deroga.

2.  L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu f’forma stampata u elettronika. Il-verżjoni stampata għandha tintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea “Secretariat General of the European Commission, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgique/België”, immarkata “Deroga skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011”. Il-verżjoni elettronika għandha tintbagħat ukoll fl-indirizz elettroniku funzjonali speċifikat fl-Anness I.

3.  Jekk jinstab li l-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni mhijiex korretta jew eżatta, id-deċiżjoni li tingħata deroga tiġi revokata.

Artikolu 7

Aċċess pubbliku għall-informazzjoni

1.  Applikant li jikkunsidra li l-informazzjoni mressqa fl-applikazzjoni ma għandhiex tiġi divulgata skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jindika dan fl-applikazzjoni u jiġġustifika għaliex id-divulgazzjoni tista’ timmina l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-applikant, inkluża l-proprjetà intelletwali.

2.  L-eċċezzjoni għad-dritt tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti stipulata fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 titqies li tapplika għat-tipi ta’ informazzjoni li gejjin:

(a) 

dettalji tal-programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 imsemmi fl-Artikolu 5, u b’mod partikolari d-dettalji li jikkonċernaw l-iżvilupp tal-portafoll ta’ prodotti tal-applikant;

(b) 

l-impatti mistennija tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-prezzijiet tax-xiri ta’ vetturi u l-profittabbiltà tal-kumpanija.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Il-format standard tal-applikazzjoni għal deroga li għandha titressaq mill-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief li jissodisfaw l-kriterji tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

Il-verżjoni elettronika tal-applikazzjoni għandha tintbagħat fl-indirizz elettroniku li ġej:

EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

1.    Isem, indirizz u persuna ta’ kuntatt għall-manifattur jew il-grupp ta’ manifatturi konnessi



Isem il-manifattur

Indirizz postali

Isem il-persuna ta’ kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta’ kuntatt

Numru tat-telefown tal-persuna ta’ kuntatt

 

 

 

 

 

2.    Isem, indirizz u persuna ta’ kuntatt tar-rappreżentant tal-manifattur għall-UE (fil-każ biss jekk manifattur huwa stabbilit barra l-UE)



Isem ir-rappreżentant tal-manifattur għall-UE

Indirizz postali

Isem il-persuna ta’ kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta’ kuntatt

Numru tat-telefown tal-persuna ta’ kuntatt

 

 

 

 

 

3.    Kriterji ta’ eliġibbiltà

3.1.    L-applikant jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi?

 IVA (id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness II trid tiġi mehmuża)

 LE

3.2.    L-applikant jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi iżda jħaddem il-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ċ-ċentru ta’ disinn tiegħu stess?

 IVA (id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness II trid tiġi mehmuża; ara l-punt 3.3)

 LE (ara l-punti 3.4 u 3.5)

3.3.    L-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni jekk l-applikazzjoni tirreferi għal manifattur li mhuwiex konness jew manifattur konness li jħaddem il-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ċ-ċentru ta’ disinn tiegħu stess:

3.3.1.   Ċifra uffiċjali fit-tliet snin kalendarji ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

3.3.2.   Meta ċ-ċifra uffiċjali msemmija fil-punt 3.3.1 ma tkunx disponibbli għall-perjodu msemmi hemmhekk, stima msejsa fuq dejta verifikabbli



Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

3.3.3.   Meta ċ-ċifri fil-punti 3.3.1 u 3.3.2 ma jkunux disponibbli għal dak il-perjodu, iċ-ċifri tal-aħħar sena kalendarja li għaliha hija disponibbli din id-dejta



Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

3.4.    Jekk l-applikazzjoni tirreferi għal grupp ta’ manifatturi konnessi, jekk jogħġbok ipprovdi dan li ġej:



Isem il-manifatturi

Indirizz postali

Isem il-persuna ta’ kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta’ kuntatt

Numru tat-telefown tal-persuna ta’ kuntatt

 

 

 

 

 

3.5.    L-għadd ta’ vetturi kummerċjali ġodda rreġistrati fl-Unjoni ta’ grupp ta’ manifatturi konnessi jekk l-applikazzjoni tirreferi għal grupp ta’ manifatturi konnessi u l-applikant ma jħaddimx il-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ċ-ċentru ta’ disinn tiegħu stess:

3.5.1.   Ċifra uffiċjali fit-tliet snin kalendarji ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

3.5.2.   Meta ċ-ċifra uffiċjali msemmija fil-punt 3.5.1 ma tkunx disponibbli għall-perjodu msemmi hemmhekk, stima msejsa fuq dejta verifikabbli



Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

3.5.3.   Meta ċ-ċifri fil-punti 3.5.1 u 3.5.2 ma jkunux disponibbli għal dak il-perjodu, iċ-ċifri tal-aħħar sena kalendarja li għaliha hija disponibbli din id-dejta



Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda fl-UE

 

 

 

4.    Tul ta’ żmien mitlub tad-deroga



Għadd ta’ snin kalendarji (massimu 5)

 

 

 

5.    Proposta għal mira ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkulata bħala l-medja tal-flotta għall-perjodu tad-deroga jew miri separati ta’ emissjonijiet speċifiċi f’każ ta’ tnaqqis kull sena (fi g CO2/km)



Sena

 

 

 

 

 

Mira ta’ emissjonijiet speċifiċi medji (fi g CO2/km)

 

 

 

 

 

6.    Informazzjoni speċifika tal-kumpaniji

6.1.    Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2010 jekk mhux inklużi fl-Anness III (jew jekk mhux disponibbli, fis-sena kalendarja ta’ wara li hija l-eqreb tal-2010)

6.2.    Għadd ta’ impjegati fis-sena kalendarja ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni

6.3.    Id-daqs tal-faċilità tal-produzzjoni f’metri kwadri fis-sena kalendarja ta’ qabel l-applikazzjoni

6.4.    Il-volumi ta’ bejgħ fil-5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

 

 

Volumi ta’ bejgħ

 

 

 

 

 

6.5.    Il-fatturat annwali fil-5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

 

 

Fatturat

 

 

 

 

 

6.6.    Karatteristiċi tas-suq

L-informazzjoni dwar prodotti ppjanati, li mhumiex disponibbli fis-suq fi żmien l-applikazzjoni, għandha tiġi pprovduta fit-taqsima kunfidenzjali ta’ din l-applikazzjoni.

(a) 

il-karatteristiċi tal-vettura;

(b) 

l-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet ta’ vetturi li jikkompetu direttament fis-sena ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni;

(c) 

il-lista tal-prezzijiet tal-vetturi li se jkunu koperti bid-deroga fis-sena kalendarja ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni jew fis-sena li hija l-eqreb tad-data tal-applikazzjoni.

6.7.    Deskrizzjoni qasira tal-mudell operazzjonali tal-faċilità tal-produzzjoni

TAQSIMA KUNFIDENZJALI TAL-APPLIKAZZJONI

6.8.    Il-profitt nett fil-5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

 

 

Profitt nett

 

 

 

 

 

6.9.    Nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fuq teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 matul il-5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

 

 

Nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp

 

 

 

 

 

6.10.    It-trasferimenti finanzjarji netti lejn il-kumpanija prinċipali f’każ ta’ impriżi konnessi matul il-5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

 

 

Trasferimenti netti

 

 

 

 

 

7.    Dettalji dwar il-karozzi kummerċjali ħfief li se jiġu varati fis-suq tal-Unjoni li se jkun responsabbli għalihom l-applikant

7.1.    Karatteristiċi tas-suq

7.1.1.   Karatteristiċi tal-vettura.

7.1.2.   L-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet ta’ vetturi li jikkompetu direttament fis-sena ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni.

7.1.3.   Il-lista tal-prezzijiet mistennija ta’ vetturi li se jkunu koperti bid-deroga.

8.    Il-potenzjal teknologiku tal-applikant biex inaqqas l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2

8.1.    Lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 adottati fil-flotta tal-applikant fl-2010

8.2.    Meta ma tkunx disponibbli l-lista msemmija fil-punt 8.1, tintuża l-lista tas-sena ta’ wara li tkun l-eqreb tal-2010

8.3.    F’każ ta’ applikanti li jippjanaw li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, il-lista msemmija fil-punt 8.1 għandha tiġi pprovduta għall-ewwel sena tad-deroga

9.    Programm tal-applikant għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2

9.1.    L-iskeda għall-adozzjoni tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fil-flotta

9.2.    Medja tal-flotta mistennija matul il-perjodu ta’ deroga

9.2.1.   Reġistrazzjonijiet tal-Unjoni ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull sena matul il-perjodu ta’ deroga,

9.2.2.   Massa medja mistennija ta’ vetturi li se jiġu varati fis-suq tal-Unjoni, il-potenza tal-magni tagħhom u informazzjoni dwar il-konfigurazzjoni tal-mogħdija tas-saħħa tal-magna,

9.2.3.   Medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mistennija ta’ vetturi li se jiġu varati fis-suq tal-Unjoni.

9.3.    It-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 li se jiġu adottati fil-flotta tal-applikant taħt il-programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2

9.4.    L-ispejjeż addizzjonali għal kull verżjoni ta’ vettura tat-teknoloġiji li se jiġu adottati bħala parti mill-programm għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2

9.5.    Fil-każ tal-miri annwali, titjib annwali fl-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet tal-vetturi li għalihom qed jiġu introdotti teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2




ANNESS II

Format standard tad-dikjarazzjoni li juri l-istruttura tas-sjieda

L-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 li ma jagħmilx parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tiegħu. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta’ [isem] (il-manifattur) hija annessa.

Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]

L-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 li jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tiegħu. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta’ [isem] (il-manifattur) hija annessa.

Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]

L-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 li jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tiegħu iżda li jopera l-faċilitajiet tal-produzzjoni u ċ-ċentru tad-disinn tiegħu stess kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2013. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta’ [isem] (il-manifattur) hija annessa.

Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]




ANNESS III



Lista tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2010 għal kull manifattur

Marka

Emissjonijiet medji (g/km)

Citroën

158,96

Dacia

154,13

Fiat

159,99

Ford

202,00

Giotti victoria

167,59

Great wall

►M2  225,00  ◄

Hyundai

219,73

Isuzu

223,86

Iveco

229,05

Jeep

240,17

Kia

193,29

Land rover

276,93

LDV

234,60

Mazda

247,08

Mercedes

226,29

Mitsubishi

221,87

Mitsubishi fuso

286,83

Nissan

214,11

Opel

183,30

Peugeot

156,84

Piaggio

►M1  177,00  ◄

Renault

165,47

Renault trucks

250,11

Skoda

136,13

Ssangyong

222,72

Tata

223,00

Toyota

215,41

Vauxhall

162,09

Volkswagen

193,43

Volvo

186,40

Top