Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013H0711-20141003

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Diċembru 2013 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/711/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2013/711/2014-10-03

02013H0711 — MT — 03.10.2014 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Diċembru 2013

dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/711/UE)

(ĠU L 323 4.12.2013, p. 37)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-11 ta' Settembru 2014

  L 272

17

13.9.2014




▼B

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Diċembru 2013

dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/711/UE)



1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu monitoraġġ aleatorju tal-preżenza tad-diossini, tal-PCBs simili għad-diossini u tal-PCBs mhux simili għad-diossini fl-għalf u fl-ikel, b’mod proporzjonat għall-produzzjoni, l-użu u l-konsum tagħhom ta’ ikel u għalf.

2. Minbarra l-monitoraġġ imsemmi fil-punt 1, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw speċifikament il-preżenza tad-diossini, tal-PCBs simili għad-diossini u tal-PCBs mhux simili għad-diossini f’dawn il-prodotti li ġejjin:

(a) bajd tat-tiġieġ imrobbija barra u bajd organiku;

(b) fwied tan-nagħaġ u tal-ħaruf;

(ċ) Granċijiet Chinese mitten, fir rigward ta’:

(i) laħam tal-muskoli mill-appendiċi (separatament),

(ii) laħam kannella (separatament),

(iii) il-prodott totali (b’kalkolu li jqis il-livelli li jinsabu fil-laħam tal-muskoli mill-appendiċi u fil-laħam kannella u l-proporzjon relattiv tagħhom).

(d) ħxejjex aromatiċi mnixxfin (għalf u ikel);

(e) tafal mibjugħ bħala suppliment tal-ikel.

3. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/32/KE u tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, u f’każijiet fejn jinstabu livelli ta’ diossini u/jew PCBs simili għad-diossini aktar mil-livelli ta’ azzjoni speċifikati fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fir-rigward tal-ikel u fl-Anness II tad-Direttiva 2002/32/KE fir-rigward tal-għalf, l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-operaturi:

(a) iniedu l-investigazzjonijiet biex jidentifikaw is-sors tal-kontaminazzjoni,

(b) iwettqu miżuri biex inaqqsu jew jeliminaw is-sors tal-kontaminazzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) id-dejta kollha dwar l-okkorrenza tad-diossini, tal-PCBs simili għad-diossini u tal-PCBs mhux simili għad-diossini fl-għalf u fl-ikel. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bis-sejbiet tagħhom, ir-riżultati tal-investigazzjonijiet u l-miżuri meħuda biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 2011/516/UE.

▼M1




ANNESS

Għall-finijiet ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “Diossini + furani (WHO-TEQ)” tfisser it-total ta' poliklorodibenżo-p-diossini (PCDDs) u poliklorodibenżofurani (PCDFs), espress bħala l-ekwivalent tossiku tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bl-użu tal-fatturi ta' ekwivalenza tossika tad-WHO (WHO–TEFs);

(b) Il-“PCBs simili għad-diossini (WHO-TEQ)” tfisser it-total ta' poliklorobifenili (PCBs), espress bħala l-ekwivalent tossiku tad-WHO bl-użu tad-WHO-TEFs;

(c) Id-“WHO-TEFs” tfisser il-fatturi ta' ekwivalenza tossika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem ibbażata fuq il-konklużjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) — il-laqgħa tal-esperti tal-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtá tas-Sustanzi Kimiċi (IPCS) li saret f'Ġinevra f'Ġunju 2005 (Martin van den Berg et al., The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds Toxicological Sciences 93(2), 223–241 (2006)).



IKEL

LIVELL TA' AZZJONI GĦAD-DIOSSINI + FURANI (WHO-TEQ) (1)

LIVELL TA' AZZJONI GĦALL-PCBs SIMILI GĦAD-DIOSSINI (WHO-TEQ) (1)

Laħam u prodotti tal-laħam (ħlief il-ġewwieni li jittiekel) (2) tal-annimali li ġejjin

 

 

— annimali bovini u nagħaġ

— tjur

— ħnieżer

Xaħmijiet imħallta

1,75 pg/g xaħam (3)

1,25 pg/g xaħam (3)

0,75 pg/g xaħam (3)

1,00 pg/g xaħam (3)

1,75 pg/g xaħam (3)

0,75 pg/g xaħam (3)

0,50 pg/g xaħam (3)

0,75 pg/g xaħam (3)

Laħam tal-muskoli ta' ħut imrobbi u prodotti ta' ħut imrobbi

1,50 pg/g piż imxarrab

2,50 pg/g piż imxarrab

Ħalib mhux ipproċessat (2) u prodotti tal-ħalib (2), inkluż ix-xaħam tal-butir

1,75 pg/g xaħam (3)

2,00 pg/g xaħam (3)

Bajd tat-tiġieġ u prodotti tal-bajd (2)

1,75 pg/g xaħam (3)

1,75 pg/g xaħam (3)

Tafal bħala suppliment tal-ikel

0,50 pg/g piż imxarrab

0,50 pg/g piż imxarrab

Ċereali u żrieragħ żejtnija

0,50 pg/g piż imxarrab

0,35 pg/g piż imxarrab

Frott u ħxejjex (inklużi ħxejjex aromatiċi friski) (4)

0,30 pg/g piż imxarrab

0,10 pg/g piż imxarrab

(1)   Konċentrazzjonijiet superjuri: Il-konċentrazzjonijiet superjuri jiġu kkalkolati billi wieħed jassumi li l-valuri kollha tad-diversi konġeneri anqas mil-limitu tal-kwantifikazzjoni huma daqs il-limitu tal-kwantifikazzjoni.

(2)   L-oġġetti tal-ikel elenkati f'din il-kategorija kif inhuma ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(3)   Il-livelli ta' azzjoni mhumiex applikabbli għall-prodotti tal-ikel li fihom < 2 % xaħam.

(4)   Għall-frott imnixxef u l-ħxejjex imnixxfa (inklużi ħxejjex aromatiċi mnixxfa), l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa applikabbli. Għall-ħxejjex aromatiċi mnixxfa, irid jitqies fattur ta' konċentrazzjoni bħala konsegwenza ta' tnixxif ta' 7.

Top