This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013D0065-20161217
Commission Implementing Decision of 19 December 2012 pursuant to Directive 95/46/EC of the European Parliament and of the Council on the adequate protection of personal data by New Zealand (notified under document C(2012) 9557) (Text with EEA relevance) (2013/65/EU)
Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2012 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali min-New Zealand (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9557) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/65/UE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2012 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali min-New Zealand (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9557) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/65/UE)
02013D0065 — MT — 17.12.2016 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tad-19 ta’ Diċembru 2012 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali min-New Zealand (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9557) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 028 30.1.2013, p. 12) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 344 |
83 |
17.12.2016 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Diċembru 2012
skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali min-New Zealand
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9557)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/65/UE)
Artikolu 1
1. Għall-għanijiet tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, in-New Zealand hija meqjusa li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-dejta personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea.
2. L-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti għall-applikazzjoni tal-istandards legali dwar il-protezzjoni tad-dejta fin-New Zealand hija msemmija fl-Anness ta’ ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 95/46/KE li twassal għas-sospensjoni jew il-projbizzjoni definittiva ta' flussi ta' dejta lejn in-New Zealand sabiex jipproteġu individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni li tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja żviluppi fl-ordni ġuridiku ta' New Zealand li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament ta' din id-Deċiżjoni, inklużi l-iżviluppi dwar l-aċċess għal dejta personali minn awtoritajiet pubbliċi, bl-għan li jiġi evalwat jekk in-New Zealand tkompli tiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-dejta personali.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lil xulxin bil-każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli li jiżguraw il-konformità mal-istandard ta' protezzjoni fin-New Zealand tonqos milli tiżgura din il-konformità.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin bi kwalunkwe indikazzjoni li l-interferenzi mill-awtoritajiet pubbliċi ta' New Zealand responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, l-infurzar tal-liġi jew interessi pubbliċi oħra mad-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom imorru lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju, jew li ma hemm l-ebda protezzjoni legali effettiva kontra tali interferenzi.
4. Jekk l-evidenza turi li livell adegwat ta' protezzjoni m'għadux żgurat, inkluż f'sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' New Zealand u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi abbozz ta' miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE bil-għan li din id-Deċiżjoni tiġi rrevokata jew sospiża jew li jiġi limitat l-iskop tagħha.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni tissorvelja l-funzjonament ta' din id-Deċiżjoni u tirrapporta kwalunkwe sejba relevanti lill-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluża kwalunkwe evidenza li tista' taffettwa l-konklużjoni fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, li l-protezzjoni fin-New Zealand hija adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, u kwalunkwe evidenza li tindika li din id-Deċiżjoni tkun qed tiġi implimentata b'mod diskriminatorju.
Artikolu 5
L-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni sal-20 ta' Marzu 2013.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
L-awtorità kompetenti ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Deċiżjoni:
Il-Kummissarju għall-Privatezza:
Te Mana Matapono Matatapu
Level 4
109-111 Featherston Street
Wellington 6143
New Zealand
Telefown: +64-4-474 7590
L-indirizz tal-posta elettronika: enquiries@privacy.org.nz
Websajt: http://privacy.org.nz/