EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R1011-20181001

Consolidated text: Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1011/2018-10-01

02012R1011 — MT — 01.10.2018 — 002.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1011/2012 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Ottubru 2012

dwar statistika fuq investimenti f’titoli

(BĊE/2012/24)

(ĠU L 305 1.11.2012, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2015/730 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-16 ta' April 2015

  L 116

5

7.5.2015

►M2

REGOLAMENT (UE) 2016/1384 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta' Awwissu 2016

  L 222

24

17.8.2016

►M3

REGOLAMENT (UE) 2018/318 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-22 ta' Frar 2018

  L 62

4

5.3.2018




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1011/2012 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Ottubru 2012

dwar statistika fuq investimenti f’titoli

(BĊE/2012/24)



Artikoli 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

1. ġbir ta’ dejta ‘titolu b’titolu’ tfisser il-ġbir ta’ dejta maqsuma f’titoli individwali;

2. ‘pożizzjoni’ tfisser l-ammont ta’ stokk ta’ titoli, li t-tipi tagħhom huma elenkati fil-paragrafu 15, li jappartjenu għal jew huma miżmumin f’kustodja minn aġent ta’ rappurtar attwali fl-aħħar ta’ perijodu ta’ referenza, kif iddefinit iktar fil-Parti 4 tal-Anness II;

▼M2

3. ‘istituzzjoni’ għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

▼M2

3a. ‘impriża prinċipali’ għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

3b. ‘sussidjarja’ tfisser:

(a) impriża sussidjarja kif iddefinita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(b) kull impriża li fuqha impriża prinċipali effetivament teżerċita influwenza dominanti.

Is-sussidjarji ta' sussidjarji għandhom jitqiesu wkoll bħala sussidjarji tal-impriża li tkun l-impriża prinċipali oriġinali tagħhom;

3c. ‘istituzzjoni finanzjarja’ għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt 26 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

3d. ‘fergħa ta' korporazzjoni tal-assigurazzjoni’ tfisser aġenzija jew fergħa mhux inkorporata, iżda mhux l-uffiċċju prinċipali, ta' korporazzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

▼M2

4. ‘grupp bankarju’ tfisser l-impriżi inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni tal-kap ta' grupp bankarju skont l-Artikoli 18(1), 18(4), 18(8), 19(1), 19(3) u l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼B

5. ‘residenti’ għandha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

6. ‘istituzzjoni finanzjarja monetarja’ (IFM), ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ (CI – credit institution) u ‘fond tas-suq tal-flus’ (MMF – money market fund) għandhom l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). Is-settur IFM jikkonsisti mis-CIs u l-MMFs;

7. ‘fond ta’ investiment’ (IF – investment fund) għandha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8);

8. ‘korporazzjoni finanzjarja vettura’ (FVC – financial vehicle corporation) għandha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30);

▼M1

8a. ‘korporazzjoni tal-assigurazzjoni’ (IC) għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/50) ( 3 );

▼B

9. ‘kustodju’ tfisser entità li tappartjeni lis-‘settur tal-korporazzjonijiet finanzjarju’ (S.12 ( 4 )) u li tieħu ħsieb is-salvagwardja u l-amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji f’isem il-klijenti, inkluż il-kustodja u servizzi relatati bħall-immaniġjar ta’ flus kontanti/kollateral kif speċifikat fit-Taqsima B, punt (1) tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

▼M2

10. ‘kap ta' grupp bankarju’ tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) istituzzjoni prinċipali tal-UE, fi ħdan it-tifsira tal-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, waqt li kwalunkwe referenza għal Stat Membru f'dik id-definizzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għal Stat Membru li jipparteċipa;

(b) kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE fi ħdan it-tifsira tal-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bi kwalunkwe referenza għal Stat Membru f'dik id-definizzjoni tinftiehem bħala referenza għal Stat Membru parteċipanti;

(c) kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fi ħdan it-tifsira tal-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bi kwalunkwe referenza għal Stat Membru f'dik id-definizzjoni tinftiehem bħala referenza għal Stat Membru parteċipanti;

(d) korp ċentrali, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fi Stat Membru parteċipanti;

▼M2 —————

▼B

12. ‘investitur’ tfisser kull entità jew persuna li jkollha investimenti finanzjarji;

▼M2

13. ‘titoli miżmuma f'kustodju’ tfisser titoli li jkunu miżmuma u amministrati minn kustodji direttament, jew indirettament permezz ta' klijent, f'isem investituri;

▼B

14. ‘BĊN rilevanti’ tfisser il-BĊN tal-Istat Membru taż-zona tal-euro fejn l-aġent ta’ rappurtar huwa residenti;

15. ‘titoli’ tfisser it-tipi ta’ titoli li ġejjin:

(a) ‘titoli ta’ dejn’ (F.3);

(b) ‘ishma kkwotati’ (F.511);

(c) ‘ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment’ (F.52);

16. ‘investimenti f’titoli’ tfisser il-pussess ekonomiku ta’ titoli, li t-tipi tagħhom huma elenkati fil-paragrafu 15;

17. ‘kodiċi ISIN’ tfisser in-Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli (International Securities Identification Number) mogħti lit-titoli, li jikkonsisti minn 12-il karattru alfanumeriku, li jidentifika b’mod uniku ħarġa ta’ titoli (kif iddefinit mill-ISO 6166);

▼M2

18. ‘entità ġuridika’ tfisser kwalunkwe entità, minbarra persuna fiżika, li jkollha l-istatus ta' persuna ġuridika taħt il-liġi nazzjonali tal-pajjiż li fih l-entità tkun residenti, li tippermetti li l-entità jkollha drittijiet u obbligi legali taħt is-sistema legali nazzjonali ta' dak il-pajjiż;

19. ‘dejta settorjali’ tfisser dejta rrapportata skont l-Artikolu 3;

20. ‘dejta ta' grupp’ tfisser dejta rrapportata skont l-Artikolu 3a;

21. ‘Stat Membru parteċipanti’ għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

22. ‘klijent’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li lilha kustodju jipprovdi servizzi ta' ħarsien u servizzi relatati inkluż kustodju ieħor;

23. ‘bażi ta' entità b'entità’ tfisser li d-dejta rrapportata tirreferi għall-investimenti f'titoli ta' kull entità ġuridika individwali ta' grupp bankarju, jiġifieri l-impriża prinċipali u kull waħda mis-sussidjarji tagħha;

24. ‘bażi ta' grupp’ tfisser id-dejta rrapportata li tinkludi informazzjoni dwar l-investimenti f'titoli tal-grupp bankarju bħala ħaġa sħiħa.

▼B

Artikolu 2

Popolazzjoni ta’ rappurtar attwali

▼M2

1.  Il-popolazzjoni li tirrapporta attwali għandha tikkonsisti f'aġenti li jirrapportaw dejta settorjali u aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp (iktar 'il quddiem imsejħa b'mod kollettiv bħala ‘aġenti li jirrapportaw attwali’).

(a) Aġenti li jirrapportaw dejta settorjali għandhom ikunu MFIs residenti, IFs, FVCs, ICs u kustodji.

(b) Aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għandhom ikunu:

(i) kapijiet ta' gruppi bankarji; u

(ii) istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti u li mhumiex parti minn grupp bankarju;

meta jkunu ġew identifikati mill-Kunsill Governattiv skont il-paragrafu 4 bħala parti mill-popolazzjoni li tirrapporta attwali, u nnotifikati bl-obbligi ta' rapportar tagħhom skont il-paragrafu 5.

▼M1

2.  Jekk MMF, IF, FVC jew IC ma jkollhomx personalità ġuridika skont id-dritt nazzjonali, il-persuni intitolati legalment biex jirrappreżentawhom jew, fin-nuqqas ta' rappreżentanza formalizzata, persuni li skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli huma responsabbli għall-atti tagħhom, għandhom ikunu responsabbli għar-rapportar tal-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament.

▼M1

2a.  Meta BĊNi jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata minn ICs skont dan ir-Regolament minn dejta miġbura skont id-Direttiva 2009/138/KE, il-popolazzjoni ta' rappurtar attwali ta' ICs għandha tikkonsisti minn:

(a) ICs inkorporati u residenti fit-territorju tal-Istat Membru taż-żona tal-euro rilevanti, inklużi sussidjarji li l-entitajiet prinċipali tagħhom jinsabu barra dak it-territorju;

(b) friegħi ta' ICs speċifikati fil-punt (a) li huma residenti barra t-territorju tal-Istat Membru taż-żona tal-euro rilevanti;

(c) friegħi tal-ICs li huma residenti fit-territorju tal-Istat Membru taż-żona tal-euro rilevanti imma li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab barra ż-ŻEE.

Biex jiġi evitat id-dubju, friegħi tal-ICs li huma residenti fit-territorju tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab ġewwa ż-ŻEE ma humiex parti mill-popolazzjoni ta' rappurtar attwali.

▼M2

3.  L-aġenti li jirrapportaw attwali għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' rappurtar kollha sakemm ma tkunx tapplika xi deroga mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 4, 4a jew 4b.

4.  Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp huwa parti mill-popolazzjoni li tirrapporta attwali jekk il-valur tal-assi totali fuq il-karta tal-bilanċ tal-grupp bankarju msemmi taħt il-paragrafu 1(b)i) jew l-istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja msemmija taħt il-paragrafu 1(b)(ii), ikun:

(a) ikbar minn 0,5 % tal-assi tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata totali tal-gruppi bankarji tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem il-‘limitu ta' 0,5 %’), skont l-iktar dejta riċenti disponibbli għall-BĊE, jiġifieri:

(i) dejta b'referenza għall-aħħar ta' Diċembru tas-sena kalendarja li tiġi qabel in-notifika bis-saħħa tal-paragrafu 5; jew

(ii) dejta b'referenza għat-tmiem ta' Diċembru tas-sena ta' qabel;

jew

▼M3

(b) daqs jew taħt il-limitu ta' 0,5 %, sakemm l-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp jissodisfa ċerti kriterji kwantitattivi jew kwalitattivi li jagħmluh importanti għall-istabbiltà u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro, eż., bis-saħħa tar-rabtiet tiegħu ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn fiż-żona tal-euro, l-attività trans-ġurisdizzjonali, in-nuqqas ta' sostitwibbiltà, il-kumplessità tal-istruttura korporattiva, jew superviżjoni diretta mill-BĊE; u/jew fi Stati Membri individwali taż-żona tal-euro, eż. permezz tal-importanza relattiva tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp fi ħdan settur partikolari tas-suq tas-servizzi bankarji fi Stat Membru wieħed jew iżjed taż-żona tal-euro, jew superviżjoni diretta mill-BĊE.

▼M2

5.  Il-BĊN rilevanti għandu jinnotifika lill-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp bid-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skont il-paragrafu 4, u daw l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, kul aġent li jirrapporta dejta ta' grupp li jiġi nnotifikat skont il-paragrafu 5 wara li jkun beda l-ewwel rappurtar taħt dan ir-Regolament, għandu jibda jirrapporta dejta sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-data tan-notifika.

7.  Aġent li jirrapporta dejta ta' grupp skont il-paragrafu 5 għandu jinforma lill-BĊN rilevanti dwar tibdil f'ismu jew fil-forma legali tiegħu, dwar fużjonijiet jew ristrutturar, u b'kull avveniment jew ċirkostanza oħra li jaffettwaw l-obbligi ta' rappurtar tiegħu, fi żmien 14-il jum minn meta jkunu seħħu dak l-avveniment jew dawk iċ-ċirkustanzi.

8.  Aġent li jirrapporta dejta ta' grupp innotifikat skont il-paragrafu 5 għandu jibqa' soġġett għall-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament sakemm jirċievi notifika għall-kuntrarju mill-BĊN relevanti.

▼B

Artikolu 3

▼M2

Rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal aġenti li jirrapportaw dejta settorjali

▼M1

1.  L-IFMi, l-IFs, l-FVCs, ICs u l-kustodji għandhom jipprovdu lill-BĊN rilevanti tagħhom b'dejta titolu b'titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru jew tal-aħħar tax-xahar u, skont il-paragrafu 5, tranżazzjonijiet finanzjarji matul ix-xahar jew it-trimestru ta' referenza, jew it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu dderivati dawn it-tranżazzjonijiet, fuq investimenti f'titoli proprji b'kodiċi ISIN, skont il-Parti 2 tal-Anness I. Din id-dejta għandha tiġi rrapportata fuq bażi trimestrali jew ta' kull xahar skont l-istruzzjonijiet ta' rappurtar iddefiniti mill-BĊNi rilevanti.

▼B

2.  Kustodju għandu jinforma lill-BĊN rilevanti bit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ kustodju fi żmien ġimgħa mid-data li fiha jibda l-attivitajiet ta’ kustodju, irrispettivament minn jekk jistenniex li jkun suġġett għall-obbligi ta’ rappurtar regolari skont dan ir-Regolament, sakemm kustodju ma jkunx informa lill-awtoritajiet kompetenti oħrajn b’dan.

Il-kustodji għandhom jipprovdu lill-BĊN rilevanti fuq bażi trimestrali jew ta’ kull xahar, skont l-istruzzjonijiet ta’ rappurtar definiti mill-BĊNi, b’dejta titolu b’titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru jew tal-aħħar tax-xahar u, skont il-paragrafu 5, fuq tranżazzjonijiet finanzjarji matul it-trimestru jew xahar ta’ referenza, fuq it-titoli b’kodiċi ISIN li ġejjjin:

▼M2

(a) titoli li huma jżommu f'kustodja għal klijenti residenti li ma jirrappurtawx l-investimenti tagħhom stess skont il-paragrafu 1, b'konformità mal-Parti 3 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I;

(b) titoli li huma jżommu f'kustodja għal klijenti mhux finanzjarji residenti fi Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro, b'konformità mal-Parti 4 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I;

(c) titoli maħruġin minn entitajiet taż-żona tal-euro li jżommu f'kustodja għal klijenti residenti fi Stati Membri mhux taż-żona tal-euro u għal klijenti residenti barra mill-Unjoni, b'konformità mal-Parti 5 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I.

▼M1

2a.  Il-BĊN rilevanti għandu jitlob li l-kustodji għandhom jirrapportaw fuq bażi trimestrali jew ta' kull xahar, skont l-istruzzjonijiet ta' rappurtar stabbiliti mill-BĊNi rilevanti, dejta titolu b'titolu u informazzjoni dwar l-investitur fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru jew tal-aħħar tax-xahar u, skont il-paragrafu 5, fuq tranżazzjonijiet finanzjarji matul it-trimestru jew xahar ta' referenza, fuq it-titoli b'kodiċi ISIN li jkollhom fil-kustodja tagħhom f'isem ICs.

2b.  Meta BĊNi jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata minn ICs skont dan ir-Regolament mid-dejta miġbura skont id-Direttiva 2009/138/KE, l-ICs għandhom jipprovdu lill-BĊN rilevanti, fuq bażi annwali, jew dejta aggregata jew titolu b'titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tas-sena ta' titoli b'kodiċi ISIN, imqassma iktar mill-investimenti domestiċi totali tal-IC u l-investimenti totali tal-friegħi tiegħu f'kull pajjiż ŻEE u barra ż-ŻEE, skont il-Parti 8 tal-Anness I. F'dan il-każ, ICs li jikkontribwixxu għar-rapportar annwali għandhom jagħmlu tajjeb għal mill-inqas 95 % tal-investimenti totali minn ICs ta' titoli b'kodiċi ISIN fl-Istat Membru relevanti taż-żona tal-euro.

▼M2 —————

▼M2

5.  L-aġenti li jirrapportaw dejta settorjali għandhom, skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-BĊN rilevanti, jirrappurtaw jew (a) dejta fuq il-bażi ta' titolu b'titolu fuq tranżazzjonijiet finanzjarji ta' kull xahar jew trimestrali u, meta jintalbu mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum; jew (b) it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu jinstiltu tranżazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi ta' wieħed mill-approċi speċifikati fil-Parti 1 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I. Iktar rekwiżiti u linji gwida dwar il-kompilazzjoni ta' tranżazzjonijiet huma stipulati fil-Parti 3 tal-Anness II.

6.  L-aġenti li jirrapportaw dejta settorjali għandhom, jekk mogħtija struzzjonijiet mill-BĊN rilevanti, jirrappurtaw fuq bażi trimestrali jew ta' kull xahar dejta fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru jew l-aħħar tax-xahar u, skont il-paragrafu 5, tagħrif statistiku fuq it-trimestru jew ix-xahar ta' referenza, fuq investimenti f'titoli mingħajr kodiċi ISIN, skont il-Parti 7 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal aġenti li jirrapportaw dejta settorjali li jingħataw derogi taħt l-Artikoli 4 jew 4b.

▼M2 —————

▼M1

9.  Il-BĊNi jistgħu jiksbu dejta fuq investimenti ta' titoli minn ICs meħtieġa li jiġu rrapportati skont dan ir-Regolament mid-dejta li ġejja miġbura skont il-qafas stabbilit mid-Direttiva 2009/138/KE:

(a) dejta li tinsab f'mudelli ta' rappurtar kwantitattiv għal rapportar superviżorju trażmessa lill-BĊNi minn NCA, kemm jekk il-BĊN u l-NCA jkunu stabbiliti b'mod separat jew integrati fi ħdan l-istess istituzzjoni, skont it-termini tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ korpi; jew

(b) dejta li tinsab f'mudelli ta' rappurtar kwantitattiv għar-rapportar superviżorju, kif trażmessa mill-aġenti ta' rappurtar direttament u simultanjament lil BĊN u NCA.

10.  Meta mudell ta' rappurtar kwantitattiv għal rapportar superviżorju jkun fih dejta meħtieġa biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal ICs skont dan ir-Regolament, il-BĊNi għandu jkollhom aċċess għall-mudell sħiħ biex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta.

11.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti ta' kooperazzjoni biex tiġi pprovduta ġabra ċentralizzata mill-NCA rilevanti ta' informazzjoni li tkopri kemm ir-rekwiżiti ta' ġbir ta' dejta skont il-qafas stabbilit bid-Direttiva 2009/138/KE kif ukoll ir-rekwiżiti ta' ġbir ta' dejta addizzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament, skont id-dritt nazzjonali u t-termini armonizzati ta' referenza kif jista' jiddefinihom il-BĊE.

▼M2

12.  Il-BĊN relevanti għandu jitlob li, meta MFI tirrapporta dejta fuq il-bażi ta' titolu b'titolu fuq l-investimenti proprji f'titoli fi ħdan ISIN skont l-Artikolu 3(1), hija għandha tirrapporta l-bandiera ‘titolu maħruġa mid-detentur’, kif ipprovdut fil-Parti 2 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I.

13.  Il-BĊN relevanti jista' jitlob li, meta MFI tirrapporta informazzjoni statistika dwar l-investimenti proprji f'titoli mingħajr kodiċi ISIN skont l-Artikolu 3(6), hija għandha tirrapporta l-bandiera ‘titolu maħruġ mid-detentur’ kif ipprovdut fil-Parti 7 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I.

Artikolu 3a

Rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp

1.  Aġenti li jirrapportaw id-dejta ta' grupp għandhom, fuq bażi trimestrali, jipprovdu lill-BĊN relevanti b'dejta fuq il-bażi ta' kull titolu dwar pożizzjonijiet ta' titoli fi tmiem it-trimestru miżmuma minnhom jew mill-gruppi tagħhom, inklużi entitajiet mhux residenti. Din id-dejta għandha tiġi rrappurtata fuq bażi grossa, mingħajr netting 'il barra mill-investimenti tal-grupp tat-titoli maħruġin minn entitajiet tal-istess grupp. Dik id-dejta għandha tiġi rrapportata skont l-istruzzjonijiet ta' rapportar stipulati mill-BĊNi relevanti.

Aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għandhom jirrapportaw dejta dwar investimenti f'titoli, kif speċifikat fil-Kapitolu 2 tal-Anness I.

2.  Aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp li huma meħtieġa jipprovdu dejta skont il-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw dejta fuq il-bażi ta' grupp fuq fuq il-bażi tar-rapportari ta' entità b'entità fir-rigward tal-istrumenti miżmuma mill-impriża prinċipali u/jew is-sussidjarji tagħha skont it-tabelli fil-Kapitolu 2 tal-Anness I.

▼M3

3.  Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrappurtata lill-BĊE skont il-paragrafu 5, il-BĊE għandu jitlob li l-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp jirrapportaw fuq bażi trimestrali, il-bandiera ‘emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu prudenzjali)’, fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, u ‘emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu ta' kontabilità)’, fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, għat-titoli b'kodiċi ISIN jew mingħajru li huma miżmuma mill-grupp tagħhom skont il-Kapitolu 2 tal-Anness I.

▼M2

4.  Aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp skont l-Artikolu 2(1)(b)(ii), għandhom jikkonformaw ma' dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-investimenti ta' dik l-istituzzjoni individwali jew instituzzjoni finanzjarja.

▼M3

5.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għandhom jirrapportaw dejta ta' grupp lill-BĊE jekk il-BĊN relevanti jideċiedi illi l-aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp għandhom jirrappurtaw informazzjoni statistika direttament lill-BĊE skont l-Artikoli 3a u 4b tal-Linja Gwida BĊE/2013/7.

▼M2

Artikolu 3b

Obbligi ġenerali ta' rapportar statistiku

1.  Ir-rekwiżiti ta rapportar skont dan ir-Regolament, inklżi derogi minnu, għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' rapportar li hemm f'dan li ġejjin: (a) Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) ( 5 ); (b) Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) ( 6 ); u (c) Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/50).

2.  Dejta titolu b'titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar ta' trimestru jew l-aħħar tax-xahar u, skont l-Artikolu 3(5), tagħrif statistiku fuq it-trimestru jew ix-xahar ta' referenza, għandha tiġi rrappurtata skont il-Partijiet 1, 2, 4, 5, 6, 7 u 8 tal-Anness II, u skont ir-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikoli 5, 5a u 5b.

▼B

Artikolu 4

▼M2

Derogi għal aġenti li jirrapportaw dejta settorjali

▼B

1.   ►M2  Fid-diskrezzjoni ta' kull BĊN rilevanti, id-derogi li ġejjin jistgħu jingħataw lill-aġenti li jirrapportaw dejta settorjali: ◄

(a) fl-Istati Membri taż-żona tal-euro b’investimenti totali f’titoli b’kodiċi ISIN minn investituri residenti li fil-valur tas-suq huma inqas minn jew daqs EUR 40 biljun:

(i)  ►M1  il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji mir-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm f'termini ta' pożizzjonijiet il-kontribuzzjoni kkumbinata għal kull settur jew subsettur ta' IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji eżentati lill-investimenti nazzjonali ta' IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji, rispettivament, ma taqbiżx l-40 %. ◄ FVCs li ma jirrappurtawx dejta titolu b’titolu b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30) għandhom ikollhom id-dritt, skont l-istruzzjonijiet tal-BĊNi tagħhom, li jaqbżu dan il-limitu minimu għall-ewwel sentejn wara l-bidu tar-rappurtar skont dan ir-Regolament;

(ii) il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-kustodji mir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a), sakemm f’termini ta’ pożizzjonijiet il-kontribuzzjoni kkombinata ta’ kustodji eżentati lill-ammont nazzjonali ta’ titoli miżumin f’kustodja ma taqbiżx l-40%;

(b) fi Stati Membri taż-żona tal-euro b’investimenti totali ta’ titoli b’kodiċi ISIN minn investituri residenti li fil-valur tas-suq huma ogħla minn EUR 40 biljun:

▼M1

(i) Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji mir-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm f'termini ta' pożizzjonijiet il-kontribuzzjoni kkumbinata għal kull settur jew subsettur ta' IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji eżentati lill-investimenti nazzjonali ta' IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji, rispettivament ma taqbiżx il-5 %;

▼B

(ii) il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil kustodji mir-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a), sakemm f’termini ta’ pożizzjonijiet il-kontribuzzjoni kkumbinata ta’ kustodji eżentati għall-ammont nazzjonali ta’ titoli miżmumin f’kustodja ma taqbiżx il-5%;

(c) Il-BĊNi għandhom jikkonsultaw lill-BĊE fuq l-użu ta’ informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-investimenti totali ta’ titoli fil-valur tas-suq meħtieġa biex jagħtu derogi skont dan il-paragrafu.

▼M1

2.  Il-BĊNi jistgħu jistgħu jeżentaw lis-CIs totalment jew parzjalment minn rekwiżiti ta' rapportar, sakemm il-kontribut ikkombinat għall-ammont totali ta' titoli miżmuma minn CIs eżenti fl-Istat Membru relevanti taż-żona tal-euro f'termini ta' pożizzjonijiet ma jaqbiżx il-5 %; Dan il-limitu minimu jista' madankollu jiżdied għal 15 % għall-ewwel sentejn wara l-bidu tar-rapportar taħt dan ir-Regolament.

▼M1

2a.  Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil ICs mir-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 3(1) kif ġej:

(a) il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil ICs fuq il-bażi ta' investimenti totali f'titoli b'kodiċi ISIN miżmuma minn ICs, sakemm il-kontribuzzjoni kkumbinata miżmuma minn ICs eżentati lill-ammont totali ta' titoli fl-Istati Membri taż-żona tal-euro rilevanti f'termini ta' pożizzjonijiet ma taqbiżx il-5 %; jew

(b) il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil ICs fuq il-bażi ta' investimenti totali f'titoli b'kodiċi ISIN miżmuma minn ICs, sakemm:

(i) il-kontribuzzjoni kkombinata miżmuma minn ICs eżentati lill-ammont totali ta' titoli fl-Istati Membru taż-żona tal-euro rilevanti f'termini ta' pożizzjonijiet ma jaqbiżx l-20 %; u

(ii) id-dejta rrapportata direttament minn ICs skont l-Artikolu 3(1) u d-dejta rapportata mill-kustodji b'referenza għall-investimenti minn ICs li mhumiex suġġetti għal rapportar dirett, flimkien ikopru, fuq bażi ta' titolu b'titolu, 95 % jew iżjed tat-total ta' investimenti f'titoli minn ICs b'kodiċi ISIN, f'kull Stat Membru taż-żona tal-euro.

▼M1

3.  Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-MMFs kollha mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm l-investimenti totali tat-titoli tagħhom b'kodiċi ISIN ikunu ta' inqas minn 2 % tat-titoli miżmumin mill-MMFs taż-żona tal-euro.

4.  Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-FVCs kollha mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm l-investimenti totali tat-titoli tagħhom b'kodiċi ISIN ikunu jirrappreżentaw inqas minn 2 % tat-titoli miżmumin mill-FVCs taż-żona tal-euro.

▼B

5.  Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jagħtu d-derogi li ġejjin lill-kustodji:

(a) Il-BĊNi jistgħu jeżentaw għal kollox jew parzjalment lil kustodji mir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a), sakemm id-dejta msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) tista’ tiġi dderivata minn sorsi oħrajn ta’ dejta statistika jew superviżorja, skont l-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness III. Barra minn hekk japplika dan li ġej:

(i) fi Stati Membri fejn japplikaw derogi skont il-paragrafu 1(a), u fejn id-dejta msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) hija rrappurtata direttament mill-investituri, din id-dejta għandha tkopri bħala minimu fuq bażi ta’ titolu b’titolu 60% tal-ammont ta’ titoli msemmijin fl-Artikolu 3(2)(a);

(ii) fi Stati Membri fejn japplikaw derogi skont il-paragrafu 1(b), u fejn id-dejta msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) hija rrappurtata direttament minn investituri, din id-dejta għandha tkopri bħala minimu fuq bażi ta’ titolu b’titolu 75% tal-ammont ta’ titoli msemmijin fl-Artikolu 3(2)(a).

▼M2

(b) BĊNi jistgħu jeżentaw parzjalment jew bis-sħiħ mir-rekwiżiti ta' rapportar stipulati fl-Artikolu 3(2)(b) u (c) il-kustodji li jżommu, għall-klijenti kollha mhux residenti, ammont totali ta' titoli li jkun taħt EUR 10 biljun.

▼M1

(c) Il-BĊNi jistgħu jeżentaw kustodji għal kollox jew parzjalment mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(2a), sakemm id-dejta rrapportata direttament minn ICs skont l-Artikolu 3(1) u d-dejta rapportata mill-kustodji b'referenza għall-investimenti minn ICs li mhumiex suġġetti għal rapportar dirett, flimkien ikopru, fuq bażi ta' titolu b'titolu, 95 % jew iżjed tat-total ta' investimenti f'titoli ICs b'kodiċi ISIN, f'kull Stat Membru taż-żona tal-euro.

▼M2 —————

▼M2

8.  Fir-rigward ta' aġenti li jirrapportaw dejta settorjali li għalihom tapplika deroga msemmija fil-paragrafi 1, 2, 2a, 3 jew 4, il-BĊNi għandhom ikomplu jiġbru dejta fuq bażi annwali dwar l-ammont ta' titoli li dak l-aġenti li jirrapportaw jżommu jew ikollhom f'kustodja, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1), jew fuq bażi aggregata jew fuq bażi ta' titolu b'titolu.

▼M2 —————

▼B

10.  Il-BĊN rilevanti għandu jirtira kwalunkwe deroga mogħtija lill-kustodji skont il-paragrafu 5(a) jekk dejta minn sorsi ta’ dejta statistika jew superviżorja oħra li tissodisfa l-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness III ma tkunx tpoġġiet għad-dispożizzjoni tiegħu fil-ħin għal tliet perijodi ta’ rappurtar konsekuttivi, irrispettivament jekk hemmx ħtija min-naħa tal-kustodji. Il-kustodji għandhom jibdew jirrappurtaw dejta, kif stabbilit fl-Artikolu 3(2), mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data meta l-BĊN rilevanti jinnotifikahom li d-deroga ġiet irtirata.

▼M2 —————

▼M2

13.  Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jagħtu derogi lill-MFIs mir-rekwiżiti ta' rapportar stipulati fl-Artikolu 3(12) sakemm il-BĊNi jkunu kapaċi jisiltu dik id-dejta mid-dejta miġbura minn sorsi oħrajn.

▼M3

Artikolu 4a

Derogi għal aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp

1.  Il-BĊN relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti lil aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp derogi mir-rekwiżiti ta' rappurtar stipulati fl-Artikolu 3a skont kif ġej:

(a) Il-BĊN relevanti jew il-BĊE, skont kif applikabbli, jista' jawtorizza llil aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp li jirrapportaw informazzjoni statistika li tkopri 95 % tal-ammont ta' titoli miżmuma minnhom jew mill-grupp tagħhom, fuq bażi ta' titolu b'titolu, skont dan ir-Regolament, sakemm il-bqija tal-5 % tat-titoli miżmumin mill-grupp ma jinħarġux minn emittent wieħed;

(b) Il-BĊN relevanti jew il-BĊE, skont kif applikabbli, jista' jitlob lil aġenti li jirrapporaw dejta ta' grupp biex jipprovdu aktar informazzjoni dwar it-tipi ta' titoli li għalihom tingħata deroga taħt il-punt (a).

2.  Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti lil aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp derogi mir-rekwiżiti ta' rappurtar fir-rigward tal-bandiera ‘emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu prudenzjali)’, fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, kif stipulat fl-Artikolu 3a(3), sakemm il-BĊN jew il-BĊE relevanti, skont kif applikabbli, ikun jista' joħroġ din id-dejta mid-dejta miġbura minn sorsi oħra.

3.  Għal perijodu ta' sentejn mill-ewwel rapportar skont l-Artikolu 10b(2), il-BĊNi relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti lil aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp derogi mir-rekwiżiti ta' rapportar fir-rigward tar-rapportar fuq bażi ta' titolu b'titolu stipulati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I għal entitajiet residenti barra mill-Unjoni sakemm il-BĊN relevanti jew il-BĊE, skont kif applikabblt, ikun jista' jieħu l-informazzjoni fil-Kapitolu 2 tal-Anness I għall-entitajiet residenti barra mill-Unjoni kollha.

Artikolu 4b

Derogi ġenerali u qafas applikabbli għad-derogi kollha

1.  Il-BĊN relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti derogi mir-rekwiżiti ta' rappurtar taħt dan ir-Regolament jekk l-aġenti ta' rapportar attwali jirrapportaw l-istess dejta taħt: (a) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) ( 7 ); (b) Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38); (c) Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40); jew (d) Regolament (UE) Nru 1374/2014 (BĊE/2014/50); jew jekk il-BĊN relevanti jew il-BĊE, skont kif applikabbli, ikunu kapaċi jidderivaw l-istess dejta b'mezzi oħrajn, skont l-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness III.

2.  Il-BĊNi relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, għandu jiżgurau illi jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stipulati taħt dan l-Artikolu u fl-Artikoli 4 u 4a għall-finijiet tal-għoti, it-tiġdid jew l-irtirar, kif applikabbli u meta jkun neċessarju, ta' xi deroga b'effett mill-bidu ta' kull sena kalendarja.

3.  Il-BĊNi relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jissuġġetta lill-aġenti ta' rapportar attwali li jkunu ngħataw derogi taħt dan l-Artikolu, l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 4a, suġġetti għal rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali, fejn dettalji ulterjuri huwa meqjusa neċessarji mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli. Aġenti ta' rapportar attwali għandhom jirrapportaw id-dejta mitluba fi żmien 15-il jum ta' xogħol dwar talba magħmula mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli.

4.  Fejn ikunu ngħataw derogi mill-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mill-BĊE, l-aġenti ta' rapprtar attwali jistgħu madankollu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar kollha. Aġent ta' rapportar attwali li jagħżel li ma jużax id-derogi mogħtija mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli, għandu jikseb il-kunsens tal-BĊN relevanti jew tal-BĊE, skont kif applikabbli, qabel ma juża d-derogi mogħtija f'data aktar tard.

▼B

Artikolu 5

▼M2

Regoli ta' kontabbiltà għar-rapportar ta' dejta settorjali

▼M2 —————

▼B

2.  Bla ħsara għall-prattiċi ta’ kontabbiltà nazzjonali investimenti f’titoli għandhom jiġu rrappurtati f’valur nominali jew bħala numru ta’ ishma. Il-valuri tas-suq jistgħu jiġu rrappurtati wkoll, kif indikat fil-Parti 4 tal-Anness II.

3.  Bla ħsara għall-prattiċi ta’ kontabbiltà nazzjonali u arranġamenti ta’ netting, investimenti f’titoli għandhom jiġu rrappurtati fuq bażi gross għall-finijiet ta’ statistika.

▼M2 —————

▼M2

Artikolu 5a

Regoli ta' kontabbiltà għar-rapportar ta' dejta ta' grupp

1.  Mingħajr preġudizzju għal prattiki ta' kontabbiltà nazzjonali, l-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għandhom jirrapportaw investimenti f'titoli skont il-valutazzjonijiet indikati fil-Partijiet 4 u 8 tal-Anness II.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-prattiki nazzjonali tal-kontabbiltà u arranġamenti tal-innettjar, aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għandhom jirrapportaw investimenti f'titoli fuq bazi gross għall-iskopijiet ta' statistika. B'mod partikolari, investimenti f'titoli mill-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp maħruġa mill-aġent li jirrapporta nnifsu u investimenti f'titoli mill-entitajiet legali individwali fil-grupp li jirrapporta identifikat taħt l-Artikolu 2(4) u maħruġa mill-entitajiet infushom għandhom jiġu rrapportati wkoll.

Artikolu 5b

Regoli ġenerali tal-kontabilità

1.  Sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-regoli ta' kontabbilità segwiti mill-aġenti li jirrapportaw attwali għall-finijiet ta' rappurtar skont dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk stipulati fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 8 ) jew, jekk din ma tapplikax, fi kwalunkwe standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li japplikaw għall-aġenti li jirrapportaw attwali.

2.  Investimenti f'titoli mislufin taħt operazzjonijiet ta' self ta' titoli, jew mibjugħin taħt ftehimiet ta' xiri mill-ġdid, għandhom jiġu rreġistrati bħala investimenti mill-proprjetarju oriġinali, u mhux bħala investimenti tal-parti li takkwistahom temporanjament, meta jkun hemm impenn sod biex titreġġa' lura l-operazzjoni, għall-kuntrarju ta' sempliċi għażla li jsir hekk. Meta l-parti li takkwista t-titoli temporanjament tbiegħhom, dak il-bejgħ għandu jiġi rreġistrat bħala transazzjoni definittiva f'titoli u rrapportar mill-parti li takkwistahom temporanjament bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll ta' titoli relevanti.

▼M2

Artikolu 6

Tempestività tad-dejta settorjali

Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE:

(a) dejta settorjali titolu b'titolu kull tliet xhur skont il-paragrafi (1), (2), (2a) u (5) tal-Artikolu 3 sas-18:00 CET fis-70 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-dejta; jew

(b) dejta settorjali titolu b'titolu ta' kull xahar skont l-Artikolu 3(5) u l-Parti 1 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I, skont (i) jew (ii) hawn isfel:

(i) fuq bażi trimestrali għat-tliet xhur tat-trimestru ta' referenza, sas-18:00 CET, fit-63 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-dejta; jew

(ii) fuq bażi ta' kull xahar għal kull xahar tat-trimestru ta' referenza, sas-18:00 CET fit-63 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tax-xahar li għalih tirreferi d-dejta.

▼M3

Artikolu 6a

Tempestività tad-dejta ta' grupp

1.  Il-BĊNi għandhom jittrasmettu lill-BĊE dejta ta' grupp trimestrali fuq bażi ta' titolu b'titolu skont l-Artikolu 3a(1) u l-Kapitolu 2 tal-Anness I sas-18:00 CET fil-55 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirrelata d-dejta.

2.  Jekk BĊN jiddeċiedi skont l-Artikolu 3a(5) illi l-aġenti ta' rapportar għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika direttament lill-BĊE, l-aġenti ta' rapportar għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni lill-BĊE sas-18:00 CET fil-45 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirrelata d-dejta.

▼M2

Artikolu 6b

Tempestività ġenerali

1.  Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu sa meta jkollhom bżonn jirċievu dejta minn aġenti li jirrapportaw attwali biex ikunu jistgħu jwettqu l-proċeduri ta' kontroll tal-kwalità meħtieġa u biex iħarsu l-iskadenzi fl-Artikoli 6 u 6a.

2.  Meta skadenza msemmija fl-Artikoli 6 jew 6a tiġi f'jum meta TARGET2 tkun magħluqa, l-iskadenza għandha tiġi estiża għall-jum tax-xogħol li jmiss ta' TARGET2, kif ippubblikat fuq il-websajt tal-BĊE.

▼B

Artikolu 7

Standards minimi u arranġamenti ta’ rappurtar nazzjonali

1.  L-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rappurtar li huma suġġetti għalihom skont l-istandards minimi speċifikati fl-Anness III.

2.  Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti ta’ rappurtar li għandhom jiġu segwiti mill-aġenti ta’ rappurtar attwali b’konformità ma’ karatterisitċi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu jekk jeħtieġux li l-kustodji jirrappurtaw dejta titolu b’titolu fuq il-bażi ta’ investitur b’investitur. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti ta’ rappurtar jipprovdu t-tagħrif statistiku meħtieġ u jippermettu li ssir il-verifika ta’ jekk humiex sodisfatti l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.

▼M3

Artikolu 7a

Fużjonijiet, diviżjonijiet u riorganizzazzjonijiet

Fil-każ ta' fużjoni, diviżjoni jew riorganizzazzjoni li tista' taffettwa t-twettiq ta' obbligi statistiċi, l-aġenti ta' rapportar ikkonċernati għandhom jinformaw lill-BĊN relevanti, jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, direttament jew permezz tal-BĊN relevanti b'konformità mal-arranġamenti ta' kooperazzjoni, ladarba l-intenzjoni biex tiġi implimentata dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fiż-żmien dovut qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex jitwettqu r-rekwiżiti ta' rapportar statistiku stipulati f'dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 8

Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-drittijiet biex jivverifikaw, skont il-livell ta’ dettall meqjus neċessarju mill-BĊN rilevanti, jew biex jiġbru, l-informazzjoni li l-aġenti ta’ rappurtar attwali huma meħtieġa li jipprovdu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, bla ħsara għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita dawn id-drittijiet innifsu. Dawn id-drittijiet għandhom b’mod partikolari jiġu eżerċitati mill-BĊNi meta aġenti ta’ rappurtar attwali ma jissodisfawx l-istandards minimi speċifikati fl-Anness III.

Artikolu 9

Proċedura ta’ emenda simplifikata

Wara li jkun ikkunsidra l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jagħmel emendi tekniċi fl-annessi ta’ dan ir-Regolament, sakemm la jibdlu l-qafas konċettwali sottostanti u lanqas jeffettwaw il-piż ta’ rappurtar fuq l-aġenti ta’ rappurtar attwali. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b’kull emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 10

L-ewwel rappurtar

L-ewwel rappurtar bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament għandu jibda bid-dejta li tirrigwarda l-perijodu ta’ referenza Diċembru 2013. L-ewwel darba li l-BĊNi jirrappurtaw lill-BĊE, ikunu meħtieġa li jippreżentaw biss dejta fuq pożizzjonijiet.

▼M1

Artikolu 10a

L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/730 (BĊE/2015/18) ( 9 )

1.  L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/730 (BĊE/2015/18) għandu jibda b'dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2015, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan l-Artikolu.

2.  L-ewwel rapportar minn ICs skont l-Artikolu 3(1) għandu jibda bid-dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2016.

3.  L-ewwel rapportar minn kustodji skont l-Artikolu 3(2a) għandu jibda bid-dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2016.

4.  L-ewwel rapportar minn ICs skont l-Artikolu 3(2b) għandu jibda bid-dejta annwali li tirrigwarda s-sena ta' referenza 2016.

▼M2

Artikolu 10b

L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/1384 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/22) ( 10 )

1.  L-ewwel rapportat ta' dejta settorjali skont l-Artikolu 3 għandu jibda b'dejta għall-perijodu ta' referenza Settembru 2018.

2.  L-ewwel raportar ta' dejta tal-grupp skont l-Artikolu 3a għandu jibda b'dejta għall-perijodu ta' referenza Settembru 2018.

▼M3

Artikolu 10c

L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/7)

L-ewwel rapportar ta' dejta ta' grupp skont l-Artikolu 3a wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/7) ( 11 ) għandu jibda bid-dejta għall-perijodu ta' referenza Settembru 2018.

▼B

Artikolu 11

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS I

REKWIŻITI TA’ RAPPURTAR STATISTIKU

▼M2

KAPITOLU 1: DEJTA SETTORJALI

▼B

PARTI 1

Tranżazzjonijiet finanzjarji

1.  ►M2  L-IFMs, l-IFs u l-kustodji li jirrapportaw dejta fuq investimenti proprji f'titoli jew fuq titoli li jżommu f'kustodja għal klijenti residenti għandhom jipprovdu t-tagħrif statistiku skont wieħed mill-metodi li ġejjin: ◄

(a) fuq bażi ta’ kull xahar jew trimestrali, tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b’titolu ta’ kull xahar jew trimestrali u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum għax-xahar jew trimestru ta’ riferenza; jew

(b) fuq bażi ta’ kull xahar jew trimestrali, pożizzjonijiet titolu b’titolu ta’ kull xahar u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum għax-xahar ta’ riferenza jew għat-tliet xhur tat-trimestru ta’ referenza.

2.  ►M1  l-FVCs u l-ICs jipprovdu t-tagħrif statistiku skont wieħed mill-metodi li ġejjin: ◄

(a) fuq bażi ta’ kull xahar, tranżazzjonijiet finanzjarji trimestrali titolu b’titolu u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum għat-trimestru ta’ referenza; jew

(b) fuq bażi ta’ kull xahar jew trimestrali, pożizzjonijiet titolu b’titolu ta’ kull xahar u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum għax-xahar ta’ referenza jew għat-tliet xhur tat-trimestru ta’ referenza; jew

(c) fuq bażi trimestrali, pożizzjonijiet trimestrali titolu b’titolu u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum għat-trimestru ta’ referenza.

▼M2

3. Kustodji li jirrappurtaw (i) titoli li huma jżommu f'kustodja gal klijenti mhux finanzjarji li jkunu residenti fi Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro, u (ii) titoli maħruġin minn entitajiet taż-żona tal-euro li jżommu f'kustodja għal klijenti li jkunu residenti fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro u għal klijenti residenti barra l-Unjoni, jipprovdu t-tagħrif statistiku skont wieħed mill-metodi stabbiliti fil-paragrafu 2.

▼M1

PARTI 2

Dejta fuq investimenti f'titoli proprji b'kodiċi ISIN minn IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji

▼M2

Għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat skont il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.31 u F.32), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.521 u F.522), dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt tiġi rrapportata minn investituri finanzjarji li jappartjenu lill-MFIs, l-IFs, l-FVCs jew ICs u mill-kustodji b'referenza għall-investimenti proprji f'titoli.

▼M1

(a) tiġi rrapportata dejta għall-oqsma 1 u 2;

(b) dejta tiġi rrapportata skont jew il-punt (i) jew (ii) kif ġej:

(i) jekk IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji jirrapportaw tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b'titolu, tiġi rrapportata dejta għall-oqsma 5 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 6; jew

(ii) jekk IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji ma jirrapportawx tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b'titolu, tiġi rrapportata dejta għall-qasam 6, meta mitlub mill-BĊN rilevanti.

Il-BĊN rilevanti jista' jagħżel li jitlob li l-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs, il-FVCs, l-ICs u lill-kustodji jirrapportaw dejta għall-oqsma 1 u 3 minflok dejta skont il-punt (a). F'dan il-każ, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrapportata wkoll dejta għall-oqsma 5 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 7.

Il-BĊN rilevanti jista' jagħżel li jitlob li l-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, lill-IFs, lill-FVCs, lill-ICs u lill-kustodji jirrapportaw dejta għall-oqsma 2b, 3 u 4.

▼M2

Il-BĊN rilevanti jista' jagħżel ukoll li jitlob lill-MFIs li jirrapportaw dejta għall-qasam 8.

▼M1



Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat

▼M2

2b

Bażi ta' rapportar

▼M1

3

Valur tas-suq

4

Investiment f'portafoll jew investiment dirett

5

Transazzjonijiet finanzjarji

6

Bidliet oħra fil-volum b'valur nominali

7

Bidliet oħra fil-volum b'valur tas-suq

▼M2

8

Titolu maħruġ mid-detentur

▼B

PARTI 3

▼M2

Dejta fuq titoli b'kodiċi ISIN miżmuma f'kustodja għal klijenti mhux finanzjarji residenti u klijenti finanzjarji oħrajn mhux meħtieġa li jirrappurtaw l-investimenti f'titoli proprji

Il-kustodji jirrappurtaw, għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta' titoli ‘titoli ta' dejn’ (F.31 u F.32), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.521 u F.522), li jżommu f'kustodja għal klijenti residenti finanzjarji u klijenti finanzjarji oħrajn li ma jirrappurtawx l-investimenti f'titoli proprji, dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt.

▼B

(a) dejta tiġi rrappurtata għall-oqsma 1, 2, u 3

(b) dejta tiġi rrappurtata skont il-punt (i) jew (ii) kif ġej:

(i) jekk il-kustodji jirrappurtaw tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b’titolu, tiġi rrappurtata dejta għall-oqsma 6 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 7; jew

(ii) jekk il-kustodji ma jirrappurtawx tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b’titolu tiġi rrappurtata dejta għall-qasam 7, meta mitlub mill-BĊN rilevanti.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel li jitlob li kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 1, 3 u 4 minflok dejta skont il-punt (a). F’dan il-każ, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrappurtata wkoll dejta għall-oqsma 6 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 8.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel ukoll li jitlob li l-kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 2b, 4 u 5.

▼M1

Kustodji li jirrapportaw l-investimenti ta' ICs skont l-Artikolu 3(2a) għandhom jirrapportaw ukoll dejta għall-qasam 9 jew il-qasam 10.

▼M1



Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat

▼M2

2b

Bażi ta' rapportar

3

Settur tal-klijent:

— Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

— Fondi tal-pensjoni (S.129)

— Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125), awżiljarji finanzjarji (S.126) u istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.127), ħlief għal korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji ngaġġati fi transazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

— Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

— Gvern ġenerali (S.13) (1)

— Unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet li m'għandhomx skop ta' qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15) (2)

▼M1

4

Valur tas-suq

5

Investiment f'portafoll jew investiment dirett

6

Transazzjonijiet finanzjarji

7

Bidliet oħra fil-volum b'valur nominali

8

Bidliet oħra fil-volum b'valur tas-suq

▼M2

9

Istituzzjoni klijenta

10

Istituzzjoni klijenta hija soġġetta għal rapportar dirett

(1)   Meta disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.

(2)   Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi’ (S.15).

▼B

PARTI 4

▼M2

Dejta fuq titoli b'kodiċi ISIN miżmuma f'kustodja għal klijenti residenti fi Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro

Il-kustodji jirrappurtaw, għal kull titolu li ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta' titoli ‘titoli ta' dejn’ (F.31 u F.32), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.521 u F. 522), li jkollhom fil-kustodja għal klijenti mhux finanzjarji residenti fi Stati Membri taż-żona tal-euro oħrajn, dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt.

▼B

(a) dejta tiġi rrappurtata għall-oqsma 1, 2, 3 u 4;

(b) dejta tiġi rrappurtata għall-qasam 7, meta mitluba mill-BĊE rilevanti.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel li jitlob li kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 1, 3, 4 u 5 minflok dejta skont il-punt (a). F’dan il-każ, meta tintalab mill-BĊN rilevanti, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrappurtata wkoll dejta għall-qasam 8.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel li jitlob li l-kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 2b, 5, 6 u 9.



Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta’ unitajiet jew valur nominali aggregat

▼M2

2b

Bażi ta' rapportar

3

Settur tal-klijent:

— Unitajiet domestiċi (S.14)

— Klijenti mhux finanzjarji bl-esklużjoni ta' unitajiet domestiċi

4

Pajjiż tal-klijent

▼B

5

Valur tas-suq

6

Investiment tal-portafoll jew investiment dirett

7

Tibdil ieħor fil-volum f’valur nominali

8

Tibdil ieħor fil-volum f’valur tas-suq

9

Tranżazzjonijiet finanzjarji

PARTI 5

▼M2

Dejta fuq titoli b'kodiċi ISIN maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro u miżmuma f'kustodja għal klijenti residenti fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro jew barra l-Unjoni

Il-kustodji jirrappurtaw għal kull titolu maħruġ minn residenti taż-żona tal-euro li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.31 u F.32), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.521 u F.522), li jkollhom fil-kustodja għal klijenti residenti fi Stati Membri mhux taż-żona tal-euro jew barra l-Unjoni, dejta għall-oqsma fit-tabella hawn taħt.

▼B

(a) dejta tiġi rrappurtata għall-oqsma 1, 2, 3 u 4;

(b) dejta tiġi rrappurtata għall-qasam 7, meta mitluba mill-BĊE rilevanti.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel li jitlob li kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 1, 3, 4 u 5 minflok dejta skont il-punt (a). F’dan il-każ, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrappurtata wkoll dejta għall-qasam 8.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel ukoll li jeħtieġ li l-kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 2b, 5, 6 u 9.



Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta’ unitajiet jew valur nominali aggregat

▼M2

2b

Bażi ta' rapportar

3

Settur tal-klijent (1):

— Il-Gvern ġenerali u l-bank ċentrali

— Klijenti oħrajn ħlief għall-gvern ġenerali u l-bank ċentrali

4

Pajjiż tal-klijent

▼B

5

Valur tas-suq

6

Investiment tal-portafoll jew investiment dirett

7

Tibdil ieħor fil-volum f’valur nominali

8

Tibdil ieħor fil-volum f’valur tas-suq

9

Transazzjonijiet finanzjarji

(1)   Il-klassifikazzjoni tas-setturi li hemm fis-Sistema ta' Kontijiet Nazzjonali 2008 tapplika f'dan il-każ billi l-ESA 2010 ma tapplikax.

▼M2 —————

▼M2

PARTI 7

Dejta fuq investimenti f'titoli mingħajr kodiċi ISIN

Għal kull titolu li ma ġiex assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.31 u F.32), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.521 u F.522), dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt tista' tiġi rrapportata minn investituri finanzjarji li jappartjenu lill-MFIs, IFs u FVCs jew ICs u mill-kustodji. Huma jirrapportaw skont ir-regoli li ġejjin u f'konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:

(a) Għal investituri li jirrappurtaw dejta fuq l-investimenti tagħhom f'titoli, tista' tiġi rrappurtata dejta trimestrali jew ta' kull xahar sknt kif ġej:

(i) dejta għall-oqsma 1 sa 4 (tista' tiġi rrapportata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6 sa 13, u jew għall-qasam 14 jew għall-oqsma 15 u 16, matul it-trimestru jew ix-xahar ta' referenza, fuq bażi ta' titolu b'titolu bl-użu ta' numru ta' identifikazzjoni bħal CUSIP, SEDOL, numru ta' identifikazzjoni ta' BĊN, eċċ.; jew

(ii) dejta aggregata għall-oqsma 2 sa 4 (tista' tiġi rraportata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6 sa 13, u jew dejta għall-qasam 14 jew għall-oqsma 15 u 16, matul is-semestru jew xahar ta' referenza.

Il-BĊN relevanti jista' jitlob lill-MFIs li jirrapportaw ukoll dejta fil-qasam 17.



Dejta li għandha tiġi rrapportata minn investituri li jirrapportaw dejta dwar l-investimenti tagħhom f'titoli

Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni ta' titolu (numru ta' identifikazzjoni ta' BĊN, CUSIP, SEDOL, oħrajn)

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat (1)

3

Bażi ta' rapportar

4

Valur tal-prezz

5

Valur tas-suq

6

Strument:

— Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir (F.31)

— Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil (F.32)

— Ishma kkwotati (F.511)

— Ishma jew unitajiet f'fond tas-suq tal-flus (MMF) (F.521)

— Ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment mhux MMF (F.522)

7

Settur jew subsettur ta' investituri li jirrapportaw dejta fuq investimenti f'titoli proprji:

— Bank ċentrali (S.121);

— Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għal bank ċentrali (S.122)

— Fondi ta' suq tal-flus (S.123)

— Fondi ta' investiment ħlief għall-fondi ta' suq tal-flus (S.124)

— Korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

— Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

8

Settur jew subsettur tal-emittent:

— Bank ċentrali (S.121)

— Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għal bank ċentrali (S.122)

— Fondi ta' suq tal-flus (S.123)

— Fondi ta' investiment ħlief għall-fondi ta' suq tal-flus (S.124)

— Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għall-korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

— Awżiljari finanzjarji (S.126)

— Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u mutwanti tal-flus (S.127)

— Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

— Fondi tal-pensjoni (S.129)

— Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

— Gvern ġenerali (S.13) (2)

— Unitajiet domestiċi (S.14)

— Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.15)

9

Investiment f'portafoll jew investiment dirett

10

Tqassim bil-pajjiż tal-emittent

11

Valuta ta' denominazzjoni ta' titoli

12

Data tal-ħruġ

13

Data tal-maturità

14

Transazzjonijiet finanzjarji

15

Aġġustamenti ta' rivalutazzjoni

16

Bidliet oħra fil-volum

17

Titolu maħruġ mid-detentur

(1)   Għal dejta aggregata: numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat li jkollhom l-istess valur ta' prezz (ara l-qasam 4).

(2)   Meta disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.

(b) Għall-kustodji li jirrapportaw dejta fuq titoli li jżommu għal klijenti finanzjarji residenti li mhux mitluba jirrapportaw l-investimenti tagħhom f'titoli u għal klijenti mhux finanzjarji, tista' tiġi rrapportata dejta trimestrali jew ta' kull xahar kif ġej:

(i) dejta għall-oqsma 1 sa 4 (tista' tiġi rrapportata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6 sa 14, u jew għall-qasam 15 jew għall-oqsma 16 u 17, matul it-trimestru jew ix-xahar ta' referenza, fuq bażi ta' titolu b'titolu bl-użu ta' numru ta' identifikazzjoni bħal CUSIP, SEDOL, numru ta' identifikazzjoni ta' BĊN, eċċ; jew

(ii) dejta aggregata għall-oqsma 2 sa 4 (tista' tiġi rraportata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6 sa 14, u jew dejta għall-qasam 15 jew għall-oqsma 16 u 17, matul is-semestru jew xahar ta' referenza.

Kustodji li jirrapportaw l-investimenti ta' ICs skont l-Artikolu 3(2a) għandhom jirrapportaw ukoll dejta għall-oqsma 18 jew 19.



Dejta li għandha tiġi rrapportata minn kustodji

Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni ta' titolu (numru ta' identifikazzjoni ta' BĊN, CUSIP, SEDOL, oħrajn)

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat (1)

3

Bażi ta' rapportar

4

Valur tal-prezz

5

Valur tas-suq

6

Strument:

— Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir (F.31)

— Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil (F.32)

— Ishma kkwotati (F.511)

— Ishma jew unitajiet f'fond tas-suq tal-flus (MMF) (F.521)

— Ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment mhux MMF (F.522)

7

Settur jew subsettur tal-klijenti rrapportat minn kustodji:

— Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

— Fondi tal-pensjoni (S.129)

— Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125), awżiljari finanzjarji (S.126) u istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta' flus (S.127), ħlief għal korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji involuti fi transazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

— Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

— Gvern ġenerali (S.13) (2)

— Unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15) (3)

8

Settur jew subsettur tal-emittent:

— Bank ċentrali (S.121)

— Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għal bank ċentrali (S.122)

— Fondi ta' suq tal-flus (S.123)

— Fondi ta' investiment ħlief għall-fondi ta' suq tal-flus (S.124)

— Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għall-korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

— Awżiljari finanzjarji (S.126)

— Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u mutwanti tal-flus (S.127)

— Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

— Fondi tal-pensjoni (S.129)

— Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

— Gvern ġenerali (S.13)

— Unitajiet domestiċi (S.14)

— Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.15)

9

Investiment f'portafoll jew investiment dirett

10

Tqassim bil-pajjiż tal-investitur

11

Tqassim bil-pajjiż tal-emittent

12

Valuta ta' denominazzjoni ta' titoli

13

Data tal-ħruġ

14

Data tal-maturità

15

Transazzjonijiet finanzjarji

16

Aġġustamenti ta' rivalutazzjoni

17

Bidliet oħra fil-volum

18

Istituzzjoni klijenta

19

Istituzzjoni klijenta hija soġġetta għal rapportar dirett

(1)   Għal dejta aggregata: numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat li jkollhom l-istess valur ta' prezz (ara l-qasam 4).

(2)   Meta disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.

(3)   Fejn disponibbli, is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu unitajiet domestiċi’ (S.15) huma rrapportati u identifikati separatament.

▼M1

PARTI 8

Rapportar annwali ta' investimenti proprji ta' titoli b'kodiċi ISIN minn ICs

▼M2

Għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat skont il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.31 u F.32), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.521 u F.522), dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt tiġi rrapportata minn ICs b'referenza għall-investimenti proprji f'titoli, fuq bażi annwali.

▼M1

(a) jekk ICs jirrapportaw dejta titolu b'titolu, dejta għall-oqsma 1, 2 u 4 jiġu rrapportati;

(b) il-BĊN rilevanti jista' jeħtieġ investituri finanzjarji li jappartjenu lil ICs biex jirrapportaw wkoll dejta għall-oqsma 2b u 3;

(c) jekk ICs jirrapportaw dejta aggregata, dejta għall-oqsma 3 u 4 sa 8 jiġu rrapportati

▼M2



Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat

2b

Bażi ta' rapportar

3

Valur tas-suq

4

Tqassim ġeografiku tad-detentur (pajjiżi taż-ŻEE individwali), pajjiżi mhux taż-ŻEE)

5

Strument:

— Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir (F.31)

— Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil (F.32)

— Ishma kkwotati (F.511)

— Ishma jew unitajiet f'fond tas-suq tal-flus (MMF) (F.521)

— Ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment mhux MMF (F.522)

6

Settur jew subsettur tal-emittent:

— Bank ċentrali (S.121)

— Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għal bank ċentrali (S.122)

— Fondi ta' suq tal-flus (S.123)

— Fondi ta' investiment ħlief għall-fondi ta' suq tal-flus (S.124)

— Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għall-korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

— Awżiljari finanzjarji (S.126)

— Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u mutwanti tal-flus (S.127)

— Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

— Fondi tal-pensjoni (S.129)

— Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

— Gvern ġenerali (S.13)

— Unitajiet domestiċi (S.14)

— Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.15)

7

Tqassim bil-pajjiż tal-emittent

8

Valuta ta' denominazzjoni ta' titoli

▼M2

KAPITOLU 2: DEJTA TAL-GRUPP

PARTI 1

Dejta fuq investimenti f'titoli mingħajr kodiċi ISIN

Il-kapijiet ta' gruppi ta' rappurtar jirrappurtaw għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.31 u F.32), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.521 u F.522), li jinżamm mill-grupp, dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt. Huma jirrapportaw skont ir-regoli li ġejjin u f'konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:

(a) tiġi rrapportata dejta għall-oqsma 1 sa 8 u 12 sa 30;

(b) dejta għall-oqsma 31 sa 33 u 35 sa 37 hija rrapportata, jekk jiġi applikat l-metodu Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna (Internal Ratings Based — IRB) għal kalkolu kapitali regolatorju jew jekk id-dejta tkun disponibbli b'mezzi oħrajn;

(c) dejta għal oqsma 34 sa 37 hija rrapportata, jekk l-approċċ IRB għal kalkolu kapitali regolatorju ma jiġix applikat jew jekk id-dejta tkun disponibbli b'mezzi oħrajn;

▼M3

Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrappurtata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE jista' jagħżel ukoll illi jitlob lill-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp biex jirrapportaw dejta għall-oqsma 9 sa 11 u, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punti (b) jew (c), 31 sa 37.



Qasam

Deskrizzjoni

Livell ta' rapportar (1)

(G = Grupp/E = Entità)

1.  Informazzjoni relatata mad-detentur

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni tad-detentur

E

2

Identifikatur tal-Entità Legali (Legal Entity Identifier — LEI) tad-detentur

E

3

Isem tad-detentur

E

4

Pajjiż tad-detentur

E

5

Settur tad-detentur

E

6

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-kumpannija prinċipali tad-detentur

E

2.  Informazzjoni relatata mal-istrument

7

Kodiċi ISIN

E

8

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat

E

9

Bażi ta' rapportar

E

10

Valur tas-suq

E

11

L-emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu prudenzjali)

G

12

L-emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu ta' kontabilità)

G

3.  Informazzjoni dwar il-kontabilità u relatata mar-riskju

13

Status ta' trażżin u rinegozjar

G

14

Data ta' trażżin u status ta' rinegozjar

G

15

Status produttiv tal-istrument

G

16

Data tal-istatus ta' produttività tal-istrument

G

17

Status ta' inadempjenza tal-emittent

G

18

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-emittent

G

19

Status ta' inadempjenza tal-istrument

G

20

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

G

21

Standard ta' kontabilità

G u E

22

Ammont riportat

E

23

Tip ta' Indeboliment

E

24

Indeboliment: metodu ta' valutazzjoni

E

25

Ammont ta' indeboliment akkumulat

E

26

Sorsi ta' gravami

E

27

Klassifikazzjoni tal-kontabbiltà ta' strumenti

E

28

Portafoll prudenzjali

E

29

Tibdil akkumulat f'valur ġust minħabba r-riskju ta' kreditu

E

30

Irkupri kumulattivi mill-inadempjenza

E

31

Probabbiltà ta' inadempjenza (Probability of default — PD) tal-emittent

G

32

Telf fil-każ ta' inadempjenza (Loss Given Default — LGD) fi żminijiet ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku

G

33

LGD fi żminijiet ekonomiċi normali

G

34

Piż tar-riskju

G

35

Valur tal-Iskopertura (imsejjaħ ukoll Skopertura mal-inadempjenza)

E

36

Approċċ ta' kalkolu kapitali għall-finijiet prudenzjali

E

37

Klassi ta' skopertura

E

(1)   Fejn hija applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 4a(3), l-oqsma tad-dejta li jirreferu għar-rapportar entità b'entità għandhom jiġu rrapportati skont ir-regoli rispettivi kif stabbiliti mill-BĊN relevanti li jkun ta d-deroga jew, fejn id-dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE tiżgura li d-dejta tkun omoġenja fir-rigward tar-rendikonti mandatorji.

PARTI 2

Dejta fuq investimenti f'titoli mingħajr kodiċi ISIN

Il-kapijiet ta' gruppi ta' rappurtar jirrappurtaw għal kull titolu li ma jkunx ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.31 u F.32), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.521 u F.522), li jinżamm mill-grupp, dejta għall-oqsma stipulati fit-tabella ta' hawn taħt. Jirrapportaw skont ir-regoli li ġejjin u f'konformità mad-definizzjonijiet stipulati fl-Anness II:

(a) dejta għall-oqsma 1 sa 7, 11 u 13 sa 52 hija rrapportata fuq bażi ta' titolu b'titolu bl-użu ta' numru ta' identifikazzjoni bħal CUSIP, SEDOL, numru ta' identifikazzjoni tal-BĊN, eċċ.;

(b) dejta għall-oqsma 53 sa 55 u 57 sa 59 hija rrapportata, jekk il-metodu IRB għal kalkolu kapitali regolatorju jiġi applikat jew jekk id-dejta tkun disponibbli b'mezzi oħrajn;

(c) dejta għall-oqsma 56 sa 59 hija rrapportata, jekk il-metodu IRB għal kalkolu kapitali regolatorju ma jkunx applikat jew jekk id-dejta tkun disponibbli b'mezzi oħrajn.

▼M3

Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrappurtata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE jista' jitlob lill-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp biex jirrapportaw ukoll dejta għall-oqsma 8 sa 10, 12 u, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punti (b) jew (c), 53 sa 59.

▼M2



Qasam

Deskrizzjoni

Livell ta' rapportar (1)

(G = Grupp/E = Entità)

1.  Informazzjoni relatata mad-detentur

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni tad-detentur

E

2

LEI tad-detentur

E

3

Isem tad-detentur

E

4

Pajjiż tad-detentur

E

5

Settur tad-detentur

E

6

Kodiċi ta' identifikatur tal-kumpannija prinċipali immedjata tad-detentur

E

2.  Informazzjoni relatata mal-istrument

7

Kodiċi ta' identifikazzjoni ta' titolu (numru ta' identifikazzjoni ta' BĊN, CUSIP, SEDOL, oħrajn)

E

8

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat

E

9

Bażi ta' rapportar

E

10

Valur tal-prezz

E

11

Valur tas-suq (2)

E

12

L-emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu prudenzjali)

G

13

L-emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu ta' kontabilità)

G

14

Strument:

— Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir (F.31)

— Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil (F.32)

— Ishma kkwotati (F.511)

— Ishma jew unitajiet f'fond tas-suq tal-flus (MMF) (F.521)

— Ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment mhux MMF (F.522)

E

15

Valuta ta' denominazzjoni ta' titoli

E

16

Data tal-ħruġ

E

17

Data tal-maturità

E

18

Klassifikazzjoni tal-attiv primarju

E

19

Tip ta' titolizzazzjoni tal-attiv

E

20

Status tat-titolu

E

21

Data tal-istatus tat-titolu

E

22

Arretrati għall-istrument

E

23

Data tal-arretrati għall-istrument

E

24

Tip ta' anzjanità tal-istrument

E

25

Lokazzjoni ġeografika tal-kollateral

E

26

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-garanti

E

27

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-emtittent

E

28

LEI tal-emittent

E

29

Isem l-emittent

E

30

Tqassim bil-pajjiż tal-emittent

E

31

Settur jew subsettur tal-emittent:

— Bank ċentrali (S.121)

— Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għal bank ċentrali (S.122)

— Fondi ta' suq tal-flus (S.123)

— Fondi ta' investiment ħlief għall-fondi ta' suq tal-flus (S.124)

— Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għall-korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

— Awżiljari finanzjarji (S.126)

— Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u mutwanti tal-flus (S.127)

— Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

— Fondi tal-pensjoni (S.129)

— Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

— Gvern ġenerali (S.13) (3)

— Unitajiet domestiċi (S.14)

— Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.15)

E

32

Settur NACE tal-emittent

E

33

Status tal-entità

E

34

Data tal-istatus tal-entità

E

3.  Informazzjoni dwar il-kontabilità u relatata mar-riskju

35

Status ta' trażżin u rinegozjar

G

36

Data ta' trażżin u status ta' rinegozjar

G

37

Status produttiv tal-istrument

G

38

Data tal-istatus ta' produttività tal-istrument

G

39

Status ta' inadempjenza tal-emittent

G

40

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-emittent

G

41

Status ta' inadempjenza tal-istrument

G

42

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

G

43

Standard ta' kontabilità

G u E

44

Ammont riportat

E

45

Tip ta' Indeboliment

E

46

Indeboliment: metodu ta' valutazzjoni

E

47

Ammont ta' indeboliment akkumulat

E

48

Sorsi ta' gravami

E

49

Klassifikazzjoni tal-kontabbiltà ta' strumenti

E

50

Portafoll prudenzjali

E

51

Tibdil akkumulat f'valur ġust minħabba r-riskju ta' kreditu

E

52

Irkupri kumulattivi mill-inadempjenza

E

53

PD tal-emittent

G

54

LGD f'riċessjonijiet

G

55

LGD fi żminijiet ekonomiċi normali

G

56

Piż tar-riskju

G

57

Valur tal-Iskopertura (imsejjaħ ukoll Skopertura mal-inadempjenza)

E

58

Approċċ ta' kalkolu kapitali għall-finijiet prudenzjali

E

59

Klassi ta' skopertura

E

(1)   Fejn hija applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 4a(3), l-oqsma tad-dejta li jirreferu għar-rapportar entità b'entità għandhom jiġu rrapportati skont ir-regoli rispettivi kif stabbiliti mill-BĊN relevanti li jkun ta d-deroga jew, fejn id-dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE tiżgura li d-dejta tkun omoġenja fir-rigward tar-rendikonti mandatorji.

(2)   Approssimazzjonijiet alternattivi (bħal ammonti riportati) jistgħu jintużaw fuq i-bażi tal-‘aħjar sforzi’ jekk il-valur tas-suq ma jkunx disponibbli.

(3)   Meta disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrapportati identifikati separatament.

▼B




ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET

PARTI 1

Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strument

▼M3

Din it-tabella tagħti deskrizzjoni dettaljata tal-kategoriji ta' strument li l-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN), jew fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont l-Artikolu 3a(5), il- BĊE jittrasponi fil-kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.

▼M1



Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali

1.  Titoli ta' dejn (F.3)

Titoli ta' dejn huma strumenti finanzjarji negozjabbli li jservu bħala evidenza ta' dejn. Titoli ta' dejn għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)  data tal-ħruġ li fiha jinħareġ it-titolu tad-dejn;

(b)  prezz tal-ħruġ li bih l-investituri jixtru t-titoli tad-dejn meta jinħarġu l-ewwel darba;

(c)  data ta' fidi jew tal-maturità, li fiha jkun dovut ir-ripagament finali skedat kuntrattwalment tal-prinċipal;

(d)  prezz tal-fidi jew valur nominali, li huwa l-ammont li għandu jitħallas mill-emittent lid-detentur mal-maturità;

(e)  maturità oriġinali, li hija l-perijodu mid-data tal-ħruġ sal-pagament finali skedat kuntrattwalment;

(f)  maturità residwa jew li tibqa', li hija l-perijodu mid-data ta' referenza sal-pagament finali skedat kuntrattwalment;

(g)  rata ta' kupun li l-emittent iħallas lid-detenturi tat-titoli ta' dejn; il-kupun jista' jiġi stabbilit matul il-ħajja tat-titolu ta' dejn jew ivarja bl-inflazzjoni, rati ta' mgħax, jew prezzijiet tal-assi. Kambjali u titoli ta' dejn ta' kupun żero ma joffru l-ebda imgħax b'kupun;

(h)  dati tal-kupun, li fihom l-emittent iħallas il-kupun lid-detenturi tat-titoli;

(i)  il-prezz tal-ħruġ, il-prezz tal-fidi, u r-rata tal-kupun jistgħu jkunu denominati (jew imħallsa) jew fil-munita nazzjonali inkella f'muniti barranin;

Il-klassifikazzjoni ta' kreditu ta' titoli ta' dejn, li tindika l-affidabbiltà kreditizja ta' ħarġiet ta' titoli ta' dejn individwali, tiġi assenjata minn aġenziji rikonoxxuti fuq il-bażi ta' kategoriji ta' klassifikazzjoni.

Fir-rigward tal-punt (c), id-data tal-maturità tista tikkoinċidi mal-konverżjoni ta' titolu ta' dejn f'sehem. F'dan il-kuntest, il-konvertibbiltà tfisser li d-detentur jista' jiskambja titolu tad-dejn mal-ekwità komuni tal-emittent. Skambjabbiltà tfisser li d-detentur jista' jibdel it-titolu ta' dejn ma' ishma ta' korporazzjoni li ma tkunx l-emittent. Titoli perpetwi, li ma jkollhom l-ebda data tal-maturità indikata, huma kklassifikati bħala titoli ta' dejn.

1a.  Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir (F.31)

It-titoli ta' dejn li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' sena jew inqas, u titoli ta' dejn ripagabbli fuq talba tal-kreditur.

1b.  Titoli ta' dejn fuq perjodu ta' żmien twil (F.32)

Titoli ta' dejn li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' iżjed minn sena, jew b'maturità mhux indikata.

2.  Ekwità (F.51)

L-ekwità hija assi finanzjarja li hija pretenzjoni fuq il-valur reżidwu ta' korporazzjoni, wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretenzjonijiet l-oħrajn kollha. Il-proprjetà ta' ekwità f'entitajiet legali normalment tidher f'ishma, stokks, irċevuti depożitorji, parteċipazzjonijiet, jew dokumenti simili. Ishma u stokks għandu jkollhom l-istess tifsira.

Ekwità hija subkategorizzata f'dawn li ġejjin: ishma kkwotati (F.511); ishma mhux ikkwotati (F0,512); u ekwità oħra (F.519).

2a.  Ishma kkwotati (F.511)

L-ishma kkwotati huma titoli tal-ekwità kkwotati fuq borża. Dik il-borża tista' tkun borża rikonoxxuta jew kwalunkwe forma oħra ta' suq sekondarju. L-ishma kkwotati jissejħu wkoll ishma kkwotati fil-borża. L-eżistenza ta' prezzijiet ikkwotati ta' ishma kkwotati f'borża tfisser li l-prezzijiet attwali tas-suq normalment ikunu faċilment disponibbli.

3.  Ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment (F.52)

L-ishma ta' fondi tal-investiment huma ishma ta' fondi tal-investiment jekk il-fond ikollu struttura korporattiva. Huma magħrufa bħala unitajiet jekk il-fond ikun fiduċjarju. Il-fondi ta' investiment huma impriżi ta' investiment kollettiv li permezz tagħhom l-investituri jiġbru flimkien fondi għall-investiment f'assi finanzjarji u/jew mhux finanzjarji.

Ishma f'fond ta' investiment huma subdiviżi: f'ishma jew unitajiet ta' fond tas-suq monetarju (MMF) (F.521); u f'ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment mhux MMF (F.522).

▼B

PARTI 2

Definizzjonijiet tas-setturi

▼M3

Din it-tabella tagħti deskrizzjoni tal-kategoriji ta' setturi li l-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN), jew fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5) il-BĊE jittrasponi fil-kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.

▼M1



Settur

Definizzjoni

1.  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti f'unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u produtturi tas-suq, u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll kważi korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

2.  Il-bank ċentrali (S.121)

Is-subsettur il-bank ċentrali (S.121) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u kważi korporazzjonijiet finanzjarji kollha li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija li joħorġu l-valuta, li jżommu l-valur intern u estern tal-valuta u jżommu r-riżervi internazzjonali kollha tal-pajjiż jew parti minnhom.

3.  korporazzjoniet li jaċċettaw depożiti għajr għall-bank ċentrali (S.122)

Is-subsettur tal-korporazzjonijiet li jaċċettaw depożiti ħlief għas-subsettur tal-bank ċentrali (S.122) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważi korporazzjonijiet finanzjarji kollha, ħlief għal dawk ikklassifikati fis-subsetturi tal-bank ċentrali u tal-MMF, li huma prinċipalment involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja u li n-negozju tagħhom hu li jirċievu d-depożiti u/jew sostituti mill-qrib għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali, jiġifieri mhux biss minn IFMs, u, għall-kont proprju tagħhom, japprovaw għoti b'self u/jew jinvestu f'titoli.

4.  Fondi ta' suq tal-flus (MMFs) (S.123)

Is-subsettur MMFs (S.123) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-unitajiet bi status ta' kważi korporazzjoni finanzjarji kollha, ħlief għal dawk ikklassifikati fis-subsetturi tal-bank ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu, li huma involuti prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja. In-negozju tagħhom huwa li joħorġu ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment bħala sostituti mill-qrib għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali u, f'isimhom, jagħmlu investimenti primarjament fl-ishma/unitajiet MMF, titoli ta' dejn għal żmien qasir, u/jew depożiti.

Fondi ta' investiment MMF ikopru trusts ta' investiment u skemi ta' investiment kollettivi oħrajn li l-ishma jew l-unitajiet tagħhom f'fond ta' investiment tagħhom huma sostituti mill-qrib għal depożiti.

5.  Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

Is-subsettur fondi ta' investiment mhux MMF (S.124) jikkonsisti mill-iskemi ta' investiment kollha, ħlief dawk ikklassifikati fis-subsettur MMF, li joperaw prinċipalment fl-intermedjazzjoni finanzjarja. In-negozju tagħhom huwa li joħorġu ishma jew unitajiet ta' fondi ta' investiment li mhumiex sostituti mill-qrib għad-depożiti, u li fuq il-kont proprju tagħhom, jagħmlu investimenti primarjament f'assi finanzjarji ħlief għal assi finanzjarji għal perijodu ta' żmien qasir u f'assi li mhumiex finanzjarji (ġeneralment fi proprjetà immobbli). Fondi ta' investiment mhux MMF ikopru trusts ta' investiment, trusts ta' unità u skemi ta' investiment kollettiv oħrajn li l-ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment tagħhom ma humiex ikkunsidrati bħala sostituti mill-qrib għad-depożiti.

6.  Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għall-korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

Is-subsettur intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (S.125) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u l-kważi korporazzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw prinċipalment fl-intermedjazzjoni finanzjarja billi jkollhom obbligazzjonijiet f'forom li ma jkunux valuta, depożiti, jew ishma ta' fond ta' investiment, jew fir-rigward skemi ta' assigurazzjoni, ta' pensjoni u ta' garanzija standardizzata minn unitajiet istituzzjonali.

▼M2

7.  Korporazzjonijiet li huma vetturi finanzjarji (S.125 A)

Korporazzjonijiet li huma vetturi finanzjarji (FVCs) huma impri#i li jwettqu transazzjonijiet ta' titolizzazzjoni. FVCs li jissodisfaw l-kriterji ta' unità istituzzjonali huma kklassifikati fS.125, altrimenti jiġu ttrattati bħala parti integrali tal-impriża prinċipali.

▼M1

8.  Awżiljari finanzjarji (S.126)

Is-subsettur awżiljarji finanzjarji (S.126) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u kważi korporazzjonijiet kollha finanzjarji li joperaw prinċipalment f'attivitajiet relatati mill-qrib mal-intermedjazzjoni finanzjarja imma li ma humiex intermedjarji finanzjarji huma stess.

9.  Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u l-korporazzjonijiet tal-għoti ta' flus b'self (S.127)

Is-subsettur istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta' flus (S.127) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u kważi korporazzjonijiet finanzjarji kollha li la joperaw f'intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi awżiljarji finanzjarji, u fejn il-parti l-kbira tal-assi jew tal-passiv tagħhom ma jiġux innegożjati fis-swieq miftuħin.

10.  Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Is-subsettur korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważi korporazzjonijiet kollha li joperaw prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza li jgħaqqdu r-riskji l-iktar fforma ta' assigurazzjoni diretta jew riassigurazzjoni.

11.  Fondi tal-pensjoni (S.129)

Is-subsettur tal-fondi ta' pensjonijiet (S.129) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u l-kważi korporazzjonijiet kollha li huma involuti prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza li jgħaqqdu r-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fondi tal-pensjoni bħal skemi tal-assigurazzjoni soċjali jipprovdu dħul meta persuna tirtira, u ħafna drabi benefiċċji għal mewt u diżabilità.

12.  Gvern ġenerali (S.13)

Is-settur gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti f'unitajiet istituzzjonali li huma produtturi mhux tas-suq li l-produzzjoni tagħhom hija intiża għall-konsum individwali u kollettiv, u huma ffinanzjati bi ħlasijiet obbligatorji magħmulin minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħrajn, u f'unitajiet istituzzjonali li joperaw prinċipalment fir-ridistribuzzjoni tad-dħul u l-ġid nazzjonali.

Is-settur tal-gvern ġenerali huwa mqassam f'erba' sottosetturi: gvern ċentrali (S.1311); gvern statali (S.1312); gvern lokali (S.1313); u fondi tas-sigurtà soċjali (S.1314).

13.  Unitajiet domestiċi (S.14)

Is-settur unitajiet domestiċi (S.14) jikkonsisti f'individwi jew gruppi ta' individwi bħala konsumaturi u bħala imprendituri li jipproduċu oġġetti għas-suq u servizzi mhux finanzjarji u finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm il-produzzjoni tal-oġġetti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati ttrattati bħala kważi korporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta' individwi bħala produtturi ta' prodotti u servizzi mhux finanzjarji li finalment huma għal użu aħħari esklużivament proprju.

14.  Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.15)

Is-settur istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu l-unitajiet domestiċi (S.15) jikkonsisti minn istituzzjonijiet mhux għall-profitt li huma entitajiet ġuridiċi separati, li jservu l-unitajiet domestiċi u huma produtturi mhux tas-suq privati. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma kontribuzzjonijiet volontarji f'kontanti jew in natura minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom bħala konsumaturi, minn ħlasijiet magħmulin minn gvernijiet ġenerali u minn dħul mill-propjetà.

▼B

PARTI 3

Definizzjoni ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji

1. L-aġenti ta’ rappurtar attwali jirrappurtaw dejta ta’ tranżazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 3(5).

2. It-tranżazzjonijiet finanzjarji huma definiti bħala tranżazzjonijiet f’assi u passiv finanzjarji bejn unitajiet istituzzjonali residenti, u bejnhom u unitajiet istituzzjonali mhux residenti. Tranżazzjoni finanzjara bejn unitajiet istituzzjonali hija kreazzjoni jew likwidazzjoni simultanja ta’ assi finanzjarji u l-passiv kontroparti, jew bidla fil-proprjetà ta’ assi finanzjarji, jew assunzjoni ta’ passiv. Imgħax akkumulat li għadu ma tħallasx huwa rreġistrat fi tranżazzjoni finanzjarja, li juri li l-imgħax huwa investit mill-ġdid fl-istrument finanzjarju rilevanti.

Tranżazzjonijiet finanzjarji jiġu rreġistrati bil-valuri ta’ tranżazzjoni, jiġifieri, il-valuri fil-valuta nazzjonali fejn l-assi finanzjarji u/jew il-passiv involut jinħolqu, jiġu llikwidati, skambjati jew assunti bejn unitajiet istituzzjonali.

Il-valur tat-tranżazzjoni jinkludi imgħax akkumulat u ma jinkludix pagamenti għal servizzi, drittijiet, kummissjonijiet, u pagamenti simili għal servizzi mogħtija fit-twettiq tat-tranżazzjonijiet, u lanqas taxxi fuq it-tranżazzjonijiet. Bidliet fil-valutazzjoni ma humiex tranżazzjonijiet finanzjarji.

▼M1

B'mod partikolari, tranżazzjonijiet finanzjarji jinkludu l-kanċellazzjoni ta' dejn bi ftehim reċiproku bejn id-debitur u l-kreditur (il-kanċellazzjoni tad-dejn jew maħfra tad-dejn).

3. Tranżazzjonijiet finanzjarji huma mkejlin bħala d-differenza bejn pożizzjonijiet ta’ titoli (inkluż l-imgħax akkumulat) u d-dati ta’ rappurtar fl-aħħar ta’ perijodu, minn fejn jitneħħa l-effett tat-tibdil minħabba l-influwenzi minn ‘aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni’ (ikkawżati minn tibdil fil-prezz u r-rati tal-kambju) u ‘tibdil ieħor fil-volum’.

4. Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju jirreferu għall-varjazzjonijiet fil-valutazzjoni tat-titoli li jirriżultaw jew minn tibdil fil-prezz tat-titoli u/jew fir-rati tal-kambju li jeffettwaw il-valuri espressi f’euro ta’ titoli denominati f’valuta barranija. Billi dan it-tibdil jirrappreżenta qligħ jew telf ta’ investiment li ma humiex dovuti għal tranżazzjonijiet finanzjarji, dawn l-effetti jridu jitneħħew mid-dejta tat-tranżazzjonijiet.

▼M1

 Rivalutazzjonijiet tal-prezz jinkludu tibdil fil-valur ta' pożizzjonijiet fil-perijodu tal-aħħar li jiġru fil-perijodu ta' referenza minħabba tibdil fil-valur ta' referenza li fih huma rreġistrati, jiġifieri qligħ jew telf minn investiment. Jinkludu wkoll bidliet fi pretensjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn deprezzament li jirrifletti l-valuri reali tas-suq ta' pretensjonijiet finanzjarji negozjabbli;

▼B

 Rivalutazzjonijiet tar-rata tal-kambju tirriferi għall-movimenti fir-rati tal-kambju kontra l-euro li jiġru bejn dati ta’ rappurtar tal-aħħar tal-perijodu, li jagħtu lok għal tibdil fil-valur ta’ titoli ta’ valuta barranija espressi f’euro.

▼M1

5. Tibdil ieħor fil-volum jirreferi għal bidliet fil-volum tal-assi li jista' jkun hemm fuq in-naħa tal-investitur, minħabba kwalunkwe ħaġa li ġejja: (a) bidla fil-kopertura statistika tal-popolazzjoni (jiġifieri r-riklassifikazzjoni u r-ristrutturar ta' unitajiet istituzzjonali ( 12 )); (b) ir-riklassifikazzjoni tal-assi; (c) ir-rapportar ta' żbalji li ġew ikkoreġuti f'dejta rrapportata biss matul medda ta' żmien limitat; (d) it-tħassir jew id-deprezzament ta' dejn mitluf, meta dan ikun fil-forma ta' titoli, minn kredituri; (e) tibdil fir-residenza tal-investitur.

▼B

PARTI 4

Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu



Qasam

Deskrizzjoni

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ titolu

Kodiċi li jidentifika titolu b’mod uniku. Dan huwa l-kodiċi ISIN jekk dan ġie assenjat lit-titolu, jew numru ta’ identifikazzjoni ta’ titolu ieħor.

Pożizzjonijiet fil-valur nominali (f’valuta nominali jew euro jew pożizzjonijiet f’numru ta’ ishma jew unitajiet)

Numru ta’ unitajiet ta’ titolu, jew ammont nominali aggregat jekk it-titolu jiġi nnegozjat f’ammonti iktar milli f’unitajiet, bl-esklużjoni ta’ imgħax akkumulat.

Pożizzjonijiet fil-valur tas-suq

►M3  Ammont miżmum ta' titolu bil-prezz ikkwotat fis-suq f'euro. Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrappurtata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE għandu bħala prinċipju jitlob li jiġi rrapportat l-imgħax akkumulat jew taħt din il-pożizzjoni jew separatament. Madankollu, il-BĊNi relevanti, jew il-BĊE, skont kif applikabbli, jistgħu fid-diskrezzjoni tagħhom jitolbu dejta li teskludi imgħax akkumulat. ◄

Tibdil ieħor fil-valur (valur nominali)

Tibdil ieħor fil-volum tat-titolu miżmum, f’valur nominali f’valuta/unità nominali jew euro.

Tibdil ieħor fil-volum (valur tas-suq)

Tibdil ieħor fil-volum tat-titolu miżmum, f’valur tas-suq f’euro.

Tranżazzjonijiet finanzjarji

Is-somma ta’ akkwisti wara li minnha jitnaqqas il-bejgħ ta’ titolu, irreġistrat fil-valur ta’ tranżazzjoni f’euro.

Investiment ta’ portafoll jew investiment dirett

Il-funzjoni tal-investiment skont il-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti (1).

Valur tal-prezz

Il-prezz tat-titolu fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.

►M2  Bażi ta' rapportar ◄

Jindika jekk it-titolu huwiex ikkwotat f’perċentwali jew f’unitajiet.

Aġġustamenti ta’ rivalutazzjonijiet

Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju, kif imsemmi fil-Parti 3.

Valuta ta’ denominazzjoni ta’ titolu

Il-Kodiċi tal-Organizzazzjoni tal-Istandards Internazzjonali (International Standards Organisation), jew ekwivalenti, tal-valuta użat biex jesprimi l-prezz u/jew l-ammont tat-titolu.

▼M2

Data tal-ħruġ

Id-data li fiha t-titoli jiġu kkonsenjati lis-sottoskrittur mill-emittent kontra ħlas. Din hija d-data meta t-titoli ikunu jistgħu jiġu kkonsenjati lil investituri għall-ewwel darba.

Għal strippa, din il-kolonna tindika d-data li fiha l-kupun/prinċipal jiġi strippjat.

Data tal-maturità

Data li fiha jsir il-fidi tal-istrument ta' dejn.

Titolu maħruġ mid-detentur

Jindika jekk it-titolu nħariġx mid-detentur.

Klassifikazzjoni tal-attiv primarju

Klassifikazzjoni tal-istrument.

Tip ta' titolizzazzjoni tal-attiv

Tip ta' attiv ipprovdut bħala garanzija.

Status tat-titolu

Attribut supplimentari li jindika l-istatus tat-titolu, dan jista' jindika jekk l-istrument huwiex ħaj jew le eż. kienx hemm inadempjenza, immaturax jew infediex kmieni.

Data tal-istatus tat-titolu

Id-data meta status ta' titolu kif irrapportat taħt ‘Status ta' titolu’ daħal fis-seħħ.

Arretrati għall-istrument

Ammont aggregat tal-kapital, imgħax u ħlas ta' tariffa pendenti fid-data ta' referenza, li huwa kuntrattwalment dovut u ma tħallasx (dovut). Dan l-ammont dejjem jiġi rrapportat. Iċ-ċifra ‘0’ għandha tiġi rrapportata jekk l-istrument ma kienx dovut fid-data ta' referenza.

Data tal-arretrati għall-istrument

Id-data meta l-istrument sar dovut skont il-Parti 2.48 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (2). Din hija l-aktar data bikrija li għaliha l-istrument għandu ammont mhux imħallas fid-data ta' referenza, għandha tiġi rrapportata jekk l-istrument ikun dovut fid-data ta' referenza ta' referenza.

Tip ta' anzjanità tal-istrument

Tip ta' anzjanità tal-istrument jindika jekk l-istrument huwiex iggarantit jew le, il-livell tal-klassifikazzjoni tiegħu u jekk huwiex iggarantit jew le.

Lokazzjoni ġeografika tal-kollateral

Allokazzjoni ġeografika tal-kollateral.

Kodiċi identifikatur tal-garanti

►M3  Kodiċì standard, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jidentifika b'mod uniku lil garanti, u informazzjoni dwar it-tip ta' kodiċi ta' identifikazzjoni li jintuża, eż. identifikatur ta' entità legaII, identifikatur UE jew identifikatur nazzjonali. ◄

(1)   Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (ĠU L 65, 3.3.2012, p. 1).

(2)   Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

PARTI 5

Definizzjonijiet ġenerali



Qasam

Deskrizzjoni

Identifikatur tal-entità legali

Kodiċi ta' referenza skont l-istandard l-istandard 17442 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), li jiġi assenjat lil entità legali li teħtieġ identifikatur ta' entità legali (LEI). Il-kodiċi LEI jippermetti l-identifikazzjoni unika globali tal-entitajiet li jeħtieġu LEI.

Identifikatur tal-UE

►M3  Identifikatur UE tfisser kodiċi ta' identifikazzjoni użat komunement, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jippermetti l-identifkazzjoni mhux ambigwa ta' entità fi ħdan l-UE. ◄

Identifikatur nazzjonali

►M3  Identifikatur nazzjonali tfisser kodiċi ta' identifikazzjoni użat komunement, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jippermetti l-identifkazzjoni mhux ambigwa ta' entità fi ħdan il-pajjiż ta' residenza tiegħu. ◄

Ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni

L-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni jirreferi għal-ambitu ta' konsolidazzjoni kif iddefinit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Standards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju

Standards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju (IFRS), kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Ambitu tal-kontabilità tal-konsolidazzjoni

Ambitu tal-kontabilità tal-konsolidazzjoni tirreferi għall-ambitu tal-konsolidazzjoni għal rapportar finanzjarju skont l-IFRS jew, jekk dan ma jkunx applikabbli, għal kwalunkwe standard nazzjonali jew internazzjonali ieħor li japplika għal-aġenti ta' rapportar attwali.

Klassifikazzjoni NACE

Klassifikazzjoni ta' kontropartijiet skont l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, b'mod konformi mal-klassifikazzjoni statistika tar-reviżjoni 2 ta' NACE kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Kodiċi NACE tfiser kodiċi tal-livell tnejn, tlieta jew erbgħa skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Approċċ IRB

Metodu Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni (IRB) sabiex jiġu kkalkulati l-ammont ta' skopertura ppeżati għar-riskju skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Livell ta' rapportar

►M3  Livell ta' rapportar tirreferi għal jekk id-dejta tkunx irrapportata fuq bażi ta' entità b'entità jew fuq bażi ta' grupp kif iddefinit fil-punti 23 u 24 tal-Artikolu 1. Prinċipji armonizzati ta' kontabilità u ta' konsolidazzjoni għandhom jiġu applikati, bi qbil mal-BĊN relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, għad-dejta rrapportata fil-livell tal-entità, jiġifieri informazzjoni fuq livell ta' entità għandha ssegwi l-prinċipji tal-kontabilità u tal-kalkolu tar-riskju tal-grupp safejn ikun possibbli. ◄

Data ta' referenza

L-aħħar data tal-perijodu ta' referenza li għalih tirriferi d-dejta, jiġifieri l-aħħar tat-trimestru skont l-Artikolu 6a.

(1)   Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(2)   Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

PARTI 6

Definizzjoni ta' attributi tad-detentur



Qasam

Deskrizzjoni

Kodiċi identifikatur tad-detentur

►M3  Kodiċì standard, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jidentifika b'mod uniku lid-detentur,u informazzjoni dwar it-tip ta' kodiċi ta' identifikazzjoni li huwa użat, eż. identifikatur UE jew identifikatur nazzjonali. ◄

Kodiċi ta' identifikatur tal-kumpannija prinċipali tad-detentur

►M3  Kodiċì standard, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jidentifika b'mod uniku l-entità legali immedjata illi d-detentur huwa legalment parti dipendenti tagħha u informazzjoni dwar it-tip ta' kodiċi ta' identifikazzjoni li huwa użat, eż. identifikatur ta' entità legali, identifikatur UE jew identifikatur nazzjonali. ◄

L-emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu prudenzjali)

Jindika li t-titolu nħareġ minn entità tal-istess grupp skont l-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni.

L-emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu ta' kontabilità)

Jindika li t-titolu nħareġ minn entità ta-istess grupp skont l-ambitu ta' kontabilità tal-konsolidazzjoni.

PARTI 7

Definizzjoni ta' attributi ta' emittenti



Qasam

Deskrizzjoni

Kodiċi ta' identifikatur tal-emittent

►M3  Kodiċì standard, miftiehem mal-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta'grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mal-BĊE, li jidentifika b'mod uniku lil emittent u informazzjoni dwar it-tip ta' kodiċi ta' identifikazzjoni li huwa użat, eż. identifikatur UE jew identifikatur nazzjonali. ◄

Status tal-entità

Attribut supplimentari biex ikopri infrmazzjoni dwar l-istatus tal-entità emittenti, inkluż l-istatus ta' inadempjenza u informazzjoni dwar ir-raġunijiet għalfejn l-entità tista' tkun inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013), u kwalunkwe informazzjoni oħra dwarl-istatus tal-entità emittenti, bħal jekk ingħaqditx ma' oħra, ġietx akkwistata, eċċ.

Data tal-istatus tal-entità

Id-data meta l-entità biddlet l-istatus.

PARTI 8

Definizzjoni ta' attributi tal-kontabilità u relatati mar-riskju



Qasam

Deskrizzjoni

Status ta' trażżin u rinegozjar

Identifikazzjoni ta' strumenti mrażżna u nnegozjati mill-ġdid.

Data ta' trażżin u status ta' rinegozjar

Id-data meta status ta' trażżin jew ta' rinegozjar kif irrapportat taħt status ta' trażżin u negozjar mill-ġdid daħal fis-seħħ.

Status produttiv tal-istrument

Identifikazzjoni ta' strumenti mhux produttivi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Data tal-istatus ta' produttività tal-istrument

Id-data meta l-istatus produttiv, kif irrapportat fl-istatus produttiv tal-istrument daħal fis-seħħ jew inbidel.

Status ta' inadempjenza tal-emittent

Identifikazzjoni tal-istatus inadempjenti tal-emittent skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-emittent

Id-data meta l-istatus ta' inadempjenza kif irrapportat taħt ‘status ta' inadempjenza tal-emittent’ ġie fis-seħħ jew inbidel.

Status ta' inadempjenza tal-istrument

Identifikazzjoni tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

Id-data meta l-istatus ta' inadempjenza kif irrapportat taħt ‘status ta' inadempjenza tal-istrument’ ġie fis-seħħ jew inbidel.

Standard ta' kontabilità

Standard ta' kontabbiltà użat mill-aġent li jirrapporta.

Ammont riportat

L-ammont li jinġarr skont l-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Tip ta' indeboliment

Tip ta' inddeboliment skont l-istandards ta' kontabilità applikati.

Indeboliment: metodu ta' valutazzjoni

Il-metodu li permezz tiegħu jiġi evalwat l-indeboliment, jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont l-istandards tal- kontabilità applikati. Issir distinzjoni bejn metodi kollettivi u individwali.

Ammont ta' indeboliment akkumulat

L-ammont ta' provvedimenti ta' telf li jinżammu kontra jew huma allokati għall-istrument fid-data ta' referenza. Dan l-attribut tad-dejta japplika għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-istandard tal-kontabilità applikat.

Sorsi ta' gravami

Tip ta' tranżazzjoni fejn l-iskopertura għandha piż skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Assi jiġu ttrattati bħala vinkolati jekk ikunu ġew mirhuna jew soġġetti għal kwalunkwe arranġament biex jiġġarantixxu, jikkolateralizzaw jew itejbu l-kreditu ta' kwalunkwe strument minn fejn ma jkunux jistgħu jinġibdu liberament.

Klassifikazzjoni tal-kontabbiltà ta' strumenti

Portafoll ta' kontabilità fejn l-istrument huwa rreġistrat skont l-istandard ta' kontabilità applikat mill-aġent li jirrapporta.

Portafoll prudenzjali

Klassifikazzjoni ta' skoperturi għall-ktieb tan-negozjar u l-ktieb mhux tan-negozjar. Strumenti fil-ktieb tan-negozjar kif iddefiniti fil-punt (86) fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Tibdil akkumulat f'valur ġust minħabba r-riskju ta' kreditu

Tibdil akkumulat b'valur ġust minħabba l-kreditu tar-riskju skont il-Parti 2.46 tal-Anness V ta-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014

Irkupri kumulattivi mill-inadempjenza

Ammont totali rkuprat mid-data tal-inadempjenza

Probabbiltà ta' inadempjenza tal-emittent

Il-probabbiltà ta' inadempjenza tal-emittent matul sena ddeterminata skont l-Artikoli 160, 163, 179 u 180 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Telf fil-każ ta' inadempjenza fi żminijiet ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku

Il-proporzjon tal-ammont li jista' jintilef fuq skopertura matul żminijiet ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku minħabba inadempjenza fuq perijodu ta' sena għall-ammont li jkun dovut mal-inadempjenza, skont l-Artikolu 181 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Telf ta' inadempjenza fi żminijiet ekonomiċi normali

Il-proporzjon tal-ammont li jista' jintilef fuq skopertura f'kundizzjonijiet ekonomiċi normali minħabba inadempjenza fuq perijodu ta' sena għall-ammont li jkun dovut mal-inadempjenza.

Piż tar-riskju

Piżijiet tar-riskju assoċjati mal-iskopertura, skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Valur tal-iskopertura (imsejaħ ukoll Skopertura mal-inadempjenza)

Valur ta' skopertura wara mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u fatturi ta' konverżjoni tal-kreditu skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Approċċ ta' kalkolu kapitali għall-finijiet prudenzjali

Identifikazzjoni tal-approċċ użat biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta' skopertura ppeżati skont ir-riskju għall-finijiet tal-punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Klassi ta' skopertura

Klassi ta' skopertura skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼B




ANNESS III

STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI TA’ RAPPURTAR ATTWALI

L-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

▼M3

1. Standards minimi għat-trażmissjoni:

(a) ir-rapportar lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti u, fejn dejta ta' grupp hija rapportata lill-BĊE skont l-Artikolo 3a(5), lill-BĊE, għandu jkun tempestiv u fl-iskadenzi stabbiliti mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli;

(b) Ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format tagħhom mir-rekwiżiti ta' rapportar tekniku stabbiliti mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli;

(c) il-persuni ta' kuntatt fl-aġent ta' rapportar attwali għandhom ikunu identifikati;

(d) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta' dejta lill-BĊN relevanti jew lill-BĊE jridu jiġu segwiti.

▼B

2. Standards minimi għall-preċiżjoni:

(a) kull restrizzjoni lineari għandha tiġi sodisfatta meta tkun tapplika (eż. is-subtotali għandhom jaqblu mat-totali);

(b) l-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni fuq l-iżviluppi intiżi fid-dejta pprovduta;

(c) it-tagħrif statistiku għandu jkun komplet;

▼M3

(d) aġenti ta' rapportar attwali għandhom isegwu d-dimensjonijiet u d-deċimali stabbiliti mill-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mill-BĊE għat-trażmissjoni teknika tad-dejta;

(e) aġenti ta' rapportar attwali għandhom isegwu l-politika tal-approssimazzjoni stabbilita mill-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mill-BĊE għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.

▼B

3. Standards minimi għall-konformità mal-kunċetti:

(a) it-tagħrif statistiku għandu jikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li hemm f’dan ir-Regolament;

(b) fil-każ ta’ devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, fejn applikabbli l-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom jagħmlu monitoraġġ fuq bażi regolari u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-kejl użat u l-kejl li hemm f’dan ir-Regolament;

(c) l-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom ikunu jistgħu jispjegaw interruzzjonijiet fid-dejta pprovduta meta pparagunata mal-fiġuri tal-perijodi preċedenti.

4. Standards minimi għar-reviżjonijiet:

Għandhom jiġu segwiti l-politika u l-proċeduri tar-reviżjonijiet stabbiliti mill-BĊE u l-BĊNi. Reviżjonijiet li jiddevjaw minn reviżjonijiet regolari għandhom ikunu akkumpanjati b’noti spjegattivi.



( 1 ) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 2 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2014 dwar rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (BĊE/2014/50) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 36).

( 4 ) In-numerazzjoni tal-kategoriji f’dan ir-Regolament kollu tirrifletti n-numerazzjoni introdotta fil-proposta tal-Kummissjoni KUMM(2010) 774 finali (il-proposta għar-Regolament ESA 2010). Għal aktar tagħrif ara l-Anness II.

( 5 ) Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).

( 6 ) Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).

( 7 ) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

( 8 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p.1).

( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2015/730 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24)(BĊE/2015/18) (ĠU L 116, 7.5.2015, p. 5).

( 10 ) Ir-Regolament (UE) 2016/1384 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2016/22) (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 24).

( 11 ) Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2018/7) (ĠU L 62, 5.3.2018, p. 4).

( 12 ) Pereżempju, fil-każ ta' fużjonijiet u akkwisti l-mogħdija lill-korporazzjoni li tassorbi ta' assi u obbligazzjonijiet finanzjarji li jeżistu bejn il-korporazzjoni assorbita u terzi.

Top