EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R0873-20180423

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta’ ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/873/2018-04-23

02012R0873 — MT — 23.04.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 873/2012

tal-1 ta’ Ottubru 2012

dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta’ ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 267 2.10.2012, p. 162)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1259 tal-20 ta' Settembru 2018

  L 238

28

21.9.2018




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 873/2012

tal-1 ta’ Ottubru 2012

dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta’ ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

SUSTANZI AROMATIZZANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(A) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1334/2008

Artikolu 1

Miżuri tranżitorji għal ikel li fih sustanzi aromatizzanti

Ikel li fih sustanzi aromatizzanti, li jitqiegħed fis-suq jew jiġi ttikkettat b’mod legali qabel it-22 ta’ Ottubru 2014 iżda li ma jikkonformax mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jista’ jiġi kkumerċjalizzat sad-data ta’ skadenza minima tiegħu jew mhux aktar tard mid-data li fiha għandu jintuża.



KAPITOLU II

AROMATIZZANTI U MATERJALI MIS-SORS IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(B) SA (F) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1334/2008

Artikolu 2

Data ta’ applikazzjoni tal-Partijiet B sa F tal-lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u ta’ materjali mis-sors

Għall-finijiet tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 30 b'konnessjoni mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, il-Partijiet B sa F tal-lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u ta’ materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, se japplikaw mit-22 ta’ Ottubru 2016.

Artikolu 3

Limitu ta’ żmien għas-sottomissjonijiet

Il-partijiet interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-aromatizzanti u l-materjali mis-sors imsemmija fl-Artikolu 9(b) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 imqiegħda fis-suq fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 mhux aktar tard minn mit-22 ta’ Outtubru 2015.

Artikolu 4

Miżura tranżitorja għal ikel li fih aromatizzanti u materjali mis-sors imsemmija fl-Artikolu 9(b) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008

►M1  1. ◄   L-ikel li fih l-aromatizzanti u l-materjali mis-sors imsemmija fl-Artikolu 9(b) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 imqiegħed fis-suq jew ittikkettat b’mod legali qabel it-22 ta’ April 2018 iżda li ma jikkonformax mal-Partijiet B sa F tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, jista' jiġi kummerċjalizzat sad-data ta’ skadenza minima tiegħu jew mhux aktar tard mid-data li fiha għandu jintuża.

▼M1

2.  L-ikel li fih l-aromatizzant “konċentrat (veġetali) li jagħti togħma ta' xiwi” (FL nru 21.002) tal-kategorija “ħwawar oħrajn” li jitqiegħdu fis-suq jew li jiġu ttikkettati legalment qabel it-22 ta' April 2020 jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data ta' skadenza minima tiegħu jew mhux aktar tard mid-data li fiha jrid jintuża. Jekk l-informazzjoni mitluba mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ma tiġix ipprovduta sal-5 ta' Awwissu 2018, il-proċedura ta' applikazzjoni għandha tintemm skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

▼B



KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 5

Emendi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1601/91 u (KE) Nru 110/2008

Għall-għanijiet tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, dwar emendi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1601/91 u (KE) Nru 110/2008, id-data tal-applikazzjoni tal-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u materjali mis-sors għandha tkun it-22 ta’ April 2013.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Top