EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R0531-20170615

Consolidated text: Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/531/2017-06-15

02012R0531 — MT — 15.06.2017 — 003.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 531/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ġunju 2012

dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 172 30.6.2012, p. 10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2015/2120 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2015

  L 310

1

26.11.2015

►M2

REGOLAMENT (UE) 2017/920 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Mejju 2017

  L 147

1

9.6.2017




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 531/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ġunju 2012

dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli li jkunu qegħdin jivvjaġġaw fi ħdan l-Unjoni ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla mal-prezzijiet nazzjonali kompetittivi, meta jagħmlu u jirċievu telefonati, meta jibagħtu u jirċievu messaġġi SMS u meta jużaw servizzi ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ data trażmessa, sabiex b'hekk isir kontribut għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern waqt li jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li jitrawmu l-kompetizzjoni u t-trasparenza fis-suq u jiġu offruti kemm l-inċentivi għall-innovazzjoni kif ukoll l-għażla għall-konsumatur.

Dan jistipula r-regoli li jippermettu l-bejgħ separat ta’ servizzi roaming regolati minn servizzi domestiċi ta’ komunikazzjoni mobbli u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal aċċess bl-ingrossa għal netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli għall-fini ta’ provvediment ta’ servizzi roaming regolati. Jistipula wkoll regoli transitorji fuq it-tariffi li jistgħu jintalbu minn fornituri tar-roaming għall-forniment fl-Unjoni kollha ta’ servizzi roaming regolati għal telefonati bil-vuċi u messaġġi SMS li joriġinaw u jispiċċaw fi ħdan l-Unjoni u għal servizzi ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ data trażmessa użati minn konsumaturi msiefra waqt roaming fuq netwerk ta’ komunikazzjoni mobbli fl-Unjoni. Japplika kemm għal tariffi mitluba minn operaturi ta’ networks fil-livell bl-ingrossa u kif ukoll għal tariffi mitluba minn fornituri tar-roaming fil-livell tal-imnut.

2.  Il-bejgħ separat ta’ servizzi regolati tar-roaming minn servizzi domestiċi ta’ komunikazzjoni mobbli hu pass intermedju neċessarju biex tiżdied il-kompetizzjoni li twassal għat-tnaqqis tat-tariffi tar-roaming għall-konsumaturi sabiex jinħoloq suq intern għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli għat-u eventwalment biex ma jkunx hemm differenzi bejn tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming.

3.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli mmirati sabiex tiżdied it-trasparenza tal-prezzijiet u jittejjeb l-għoti ta’ informazzjoni dwar it-tariffi lill-utenti ta’ servizzi ta’ roaming.

4.  Dan ir-Regolament huwa miżura speċifika fis-sens tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva Kwadru.

5.  It-tariffi massimi stabbiliti f'dan ir-Regolament huma espressi f'euro.

6.  Meta t-tariffi massimi taħt l-Artikoli 7, 9 u 12 huma denominati f'muniti li mhumiex l-euro, il-limiti inizjali skont dawk l-Artikoli għandhom ikunu determinati f'dawk il-muniti billi japplikaw ir-rati referenzjali tal-kambju ppubblikati fl-1 ta’ Mejju 2012 mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-finijiet tal-limiti sussegwenti previsti fl-Artikoli 7(2), 9(1) u 12(1), il-valuri riveduti għandhom jiġu determinati billi jiġu applikati r-rati referenzjali tal-kambju hekk kif ippubblikati fl-1 ta’ Mejju tas-sena kalendarja rilevanti. Għat-tariffi massimi skont l-Artikoli 7(2), 9(1) u 12(1), il-limiti f'muniti li mhumiex l-euro għandhom jiġu riveduti kull sena wara l-2015. Il-limiti riveduti kull sena f'dawk il-muniti għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju filwaqt li jintużaw ir-rati referenzjali tal-kambju ppubblikati fl-1 ta’ Mejju tal-istess sena.

7.  Meta t-tariffi massimi rregolati bl-Artikoli 8, 10 u 13 ikunu denominati f'muniti differenti, il-limiti inizjali skont dawk l-Artikoli għandhom jiġu determinati f'dawk il-muniti billi jiġu applikati r-rati referenzjali medji tal-kambju ppubblikati fl-1 ta’ Marzu, l-1 ta’ April u l-1 ta’ Mejju 2012 mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-finijiet tal-limiti sussegwenti previsti fl-Artikoli 8(2), 10(2) u 13(2), il-valuri riveduti għandhom jiġu determinati billi jiġu applikati r-rati referenzjali medji tal-kambju hekk kif ippubblikati fl-1 ta’ Marzu, l-1 ta’ April u l-1 ta’ Mejju tas-sena kalendarja rilevanti. Għat-tariffi massimi taħt l-Artikoli 8(2), 10(2) u 13(2), il-limiti f'muniti differenti li mhumiex l-euro għandhom jiġu riveduti kull sena wara l-2015. Il-limiti riveduti kull sena f'dawk il-muniti għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju bl-użu tar-rati referenzjali medji tal-kambju ppubblikati fl-1 ta’ Marzu, l-1 ta’ April u l-1 ta’ Mejju tal-istess sena.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar l-Aċċess, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva Kwadru, u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva Servizz Universali.

2.  Addizzjonalment għad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “fornitur tar-roaming” tfisser impriża li tipprovdi lil klijent tar-roaming b'servizzi tar-roaming bl-imnut regolati;

(b) “fornitur domestiku” tfisser impriża li tipprovdi lil klijent tar-roaming b'servizzi domestiċi ta’ komunikazzjoni mobbli;

(c) “fornitur alternattiv tar-roaming”' tfisser fornitur tar-roaming differenti mill-fornitur domestiku;

(d) “netwerk domestiku” tfisser netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli li jinsab fi Stat Membru u li jintuża minn fornitur tar-roaming għall-provvista ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati lil klijent roaming;

(e) “netwerk miżjur” tfisser netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli terrestri li jinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tal-kliejnt roaming u li jippermetti klijent roaming li jagħmel jew jirċievi telefonati, li jibgħat jew jirċievi messaġġi SMS, jew li juża pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ data trażmessa, permezz ta’ arranġamenti mal-operatur tan-netwerk domestiku;

(f) “roaming madwar l-Unjoni” tfisser l-użu ta'apparat ċellulari minn klijent tar-roaming sabiex jagħmel jew jirċievi telefonati fl-Unjoni, sabiex jibgħat jew jirċievi messaġġi SMS fl-Unjoni, jew juża komunikazzjoni ta’ pakkett ta’ data trażmessa, meta jkun fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih jinsab in-netwerk tal-fornitur domestiku, permezz ta’ arranġamenti bejn l-operatur tan-netwerk domestiku u l-operatur tan-netwerk miżjur;

(g) “klijent roaming” tfisser klijent ta’ fornitur tar-roaming ta’ servizzi ta’ roaming regolati, permezz ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli terrestri li jinsab fl-Unjoni, li l-kuntratt jew l-arranġament tiegħu ma’ dak il-fornitur tar-roaming tiegħu jippermetti roaming fl-Unjoni kollha;

(h) “telefonata roaming regolata” tfisser telefonata bil-vuċi permezz tat-telefonija mobbli magħmula minn klijent roaming, li toriġina fuq netwerk miżjur u li tispiċċa fuq netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni jew riċevuta minn klijent roaming, li toriġina f'netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni u tispiċċa f'netwerk miżjur;

▼M1 —————

▼B

(j) “messaġġ SMS” huwa messaġġ b'test ta’ Servizz ta’ Messaġġ Qasir (Short Message Service), prinċipalment magħmul minn karattri alfabetiċi u/jew numeriċi, li jista' jintbagħat bejn numri ta’ mobile u/jew fissi assenjati skont pjan nazzjonali ta’ numerar;

(k) “messaġġ SMS roaming regolat” tfisser messaġġ SMS mibgħut minn klijent roaming, li joriġina fuq netwerk miżjur u li jispiċċa fuq netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni jew riċevut minn klijent roaming, li joriġina fuq netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni u jispiċċa fuq netwerk miżjur;

▼M1 —————

▼B

(m) “servizz regolat ta’ roaming ta’ data” tfisser servizz roaming li jippermetti l-użu ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ data trażmessa minn klijenti roaming permezz tal-apparat mobbli tagħhom waqt li jkunu ikkonnettjati ma’ netwerk miżjur. Servizz regolat ta’ roaming ta’ data ma jinkludix it-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ telefonati roaming jew messaġġi SMS regolati, iżda jinkludi t-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ messaġġi MMS;

▼M1 —————

▼B

(o) “aċċess għal roaming bl-ingrossa” tfisser ta’ aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa jew aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta’ roaming bl-ingrossa;

(p) “aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa” tfisser li tiġi pprovduta d-disponibbiltà ta’ faċilitajiet u/jew servizzi minn operatur ta’ netwerk mobbli lil impriża oħra, taħt kondizzjonijiet iddefiniti, sabiex dik l-impriża l-oħra tipprovdi servizzi tar-roaming regolati lil konsumaturi tar-roaming;

(q) “aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta’ roaming bl-ingrossa” tfisser il-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa minn operatur ta’ netwerk mobbli differenti mill-operatur tan-netwerk miżjura lil impriża oħra, sabiex dik l-impriża l-oħra tipprovdi servizzi tar-roaming regolati lil konsumaturi tar-roaming;

▼M1

(r) “prezz domestiku bl-imnut” ifisser il-ħlas domestiku bl-imnut għal kull unità tal-fornitur tar-roaming applikabbli għat-telefonati magħmula u għall-messaġġi SMS mibgħuta (li t-tnejn joriġinaw u jaslu fuq netwerks differenti tal-komunikazzjoni pubblika fl-istess Stat Membru), u għad-data kkunsmata minn klijent; fil-każ li ma jkun hemm ebda ħlas domestiku bl-imnut speċifiku għal kull unità, il-prezz domestiku bl-imnut għandu jitqies li huwa l-istess mekkaniżmu ta’ ħlas bħal dak applikat lill-konsumatur għat-telefonati magħmula u għall-messaġġi SMS mibgħuta (li t-tnejn joriġinaw u jaslu fuq netwerks differenti tal-komunikazzjoni pubblika fl-istess Stat Membru), u għad-data kkunsmata fl-Istat Membru ta’ dak il-klijent;

(s) “bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut” ifisser il-forniment ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data fornuti lill-konsumaturi tar-roaming direttament fuq netwerk miżjura minn fornitur alternattiv tar-roaming.

▼B

Artikolu 3

Aċċess għal roaming bl-ingrossa

1.  Operaturi tan-netwerk mobbli għandhom jissodisfaw kull talba raġonevoli għal aċċess tar-roaming bl-ingrossa.

2.  Operaturi tan-netwerk mobbli jistgħu jirrifjutaw talbiet għal aċċess għal roaming bl-ingrossa biss fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.

3.  Aċċess għal roaming bl-ingrossa għandu jkopri aċċess għall-elementi kollha tan-netwerk u l-faċilitajiet assoċjati miegħu, is-servizzi rilevanti, is-sistemi tas-softwer u tal-informazzjoni, meħtieġa għall-provvediment ta’ servizzi roaming regolati lill-konsumaturi.

▼M2

4.  Ir-regoli dwar it-tariffi regolati ta’ roaming bl-ingrossa stipulati fl-Artikoli 7, 9 u 12 għandhom japplikaw għall-forniment tal-aċċess għall-komponenti kollha tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 3, sakemm iż-żewġ partijiet għall-ftehim tar-roaming bl-ingrossa ma jkunux qablu espliċitament li kwalunkwe tariffa medja tar-roaming bl-ingrossa li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-ftehim ma tkunx soġġetta għat-tariffa regolata massima tar-roaming bl-ingrossa għall-perjodu ta’ validità tal-ftehim.

▼B

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, fil-każ ta’ aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta’ roaming bl-ingrossa, l-operaturi tan-netwerks ċellulari jistgħu jitolbu prezzijiet ġusti u raġonevoli għall-komponenti mhux koperti mill-paragrafu 3.

5.  L-operaturi tan-netwerk mobbli għandhom jippubblikaw offerta ta’ referenza, b'kont meħud tal-linji gwida tal-BEREC msemmija fil-paragrafu 8, u jagħmluha disponibbli lill-impriża li titlob aċċess għar-roaming bl-ingrossa. L-operaturi tan-netwerk mobbli għandhom jipprovdu lill-impriża li titlob aċċess b'abbozz ta’ kuntratt, li jikkonforma ma’ dan l-Artikolu, għal dan l-aċċess l-aktar tard f'perijodu ta’ xahar minn meta tkun waslet għall-ewwel darba t-talba mill-operatur tan-netwerk mobbli. L-aċċess bl-ingrossa tar-roaming għandu jingħata f'perijodu raġonevoli ta’ żmien li ma jaqbiżx tliet xhur mill-konklużjoni tal-kuntratt. L-operaturi tan-netwerk ċellulari li jirċievu talba għal aċċess għal roaming bl-ingrossa u l-impriżi li jitolbu aċċess għandhom jinnegozjaw in bona fede.

▼M2

6.  L-offerta ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun suffiċjentement dettaljata u għandha tinkludi l-komponenti kollha neċessarji għal aċċess għal roaming bl-ingrossa kif imsemmi fil-paragrafu 3, filwaqt li tipprovdi deskrizzjoni tal-offerti rilevanti għal aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa u aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta’ roaming bl-ingrossa, u t-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati.

Dik l-offerta ta’ referenza tista’ tinkludi kundizzjonijiet li jimpedixxu roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għal roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming filwaqt li dawn jivvjaġġaw perjodikament fl-Unjoni. Fejn speċifikat f’referenza tal-offerta, tali kundizzjonijiet għandhom jinkludu l-miżuri speċifiċi li l-operatur tan-netwerk miżjur jista’ jieħu biex jimpedixxi roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għal roaming bl-ingrossa kif ukoll il-kriterji oġġettivi li abbażi tagħhom tali miżuri jistgħu jittieħdu. Tali kriterji jistgħu jirreferu għal informazzjoni aggregata dwar it-traffiku tar-roaming. Huma m’għandhomx jirreferu għal informazzjoni speċifika relatata ma’ traffiku individwali ta’ klijenti tal-fornitur tar-roaming.

L-offerta ta’ referenza tista’, fost oħrajn, tipprovdi li, fejn l-operatur tan-netwerk miżjur ikollu raġunijiet motivati sabiex iqis li qed iseħħ roaming permanenti minn porzjon sinifikanti tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming jew użu permanenti, anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għal roaming bl-ingrossa, l-operatur tan-netwerk miżjur jista’ jirrikjedi li l-fornitur tar-roaming jipprovdi, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, informazzjoni li tippermettilu jiddetermina jekk porzjon sinifikanti tal-klijenti tal-fornitur tar-roaming jinsabx f’sitwazzjoni ta’ roaming permanenti jew jekk hemmx użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa fuq in-netwerk miżjur tal-operatur, bħal informazzjoni dwar il-porzjon tal-klijenti li għalihom ikun stabbilit riskju ta’ użu anomalu jew abbużiv ta’ servizzi regolati tar-roaming bl-imnut provduti bi prezz domestiku bl-imnut applikabbli abbażi ta’ indikaturi oġġettivi f’konformita’ mar-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politika ta’ użu ġust adottati skont l-Artikolu 6d.

L-offerta ta’ referenza, tista’, bħala l-aħħar miżura, fejn miżuri inqas stretti ma rnexxilhomx jindirizzaw is-sitwazzjoni, tipprevedi l-possibbiltà li jintemm ftehim ta’ roaming bl-ingrossa fejn l-operatur tan-netwerk miżjur ikun stabbilixxa li, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, qed iseħħ roaming permanenti minn porzjon sinifikanti ta’ klijenti tal-fornitur tar-roaming jew użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għal roaming bl-ingrossa, u jkun informa lill-operatur tan-netwerk intern dwar dan.

L-operatur tan-netwerk miżjur jista’ jtemm il-ftehim ta’ roaming bl-ingrossa b’mod unilaterali għal raġunijiet ta’ roaming permanenti jew ta’ użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għal roaming bl-ingrossa biss b’awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-netwerk miżjur.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba mill-operatur tan-netwerk miżjur għall-awtorizzazzjoni biex itemm ftehim ta’ roaming bl-ingrossa, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-netwerk miżjur għandha, wara li tikkonsulta l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-netwerk intern, tiddeċiedi jekk tagħtix jew tiċħadx tali awtorizzazzjoni u għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-operatur tan-netwerk miżjur u tal-operatur tan-netwerk intern, kull waħda minnhom tista’ titlob lill-BEREC jadotta opinjoni dwar l-azzjoni li trid tittieħed bi qbil ma’ dan ir-Regolament. Il-BEREC għandu jadotta l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar mill-wasla ta’ tali talba.

Fejn il-BEREC ikun ġie kkonsultat, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-netwerk miżjur għandha tistenna u tagħti l-akbar kunsiderazzjoni possibbli lill-opinjoni ta’ BEREC qabel tiddeċiedi, soġġetta għall-iskadenza tat-tliet xhur imsemmija fis-sitt subparagrafu, jekk tagħtix jew tiċħadx l-awtorizzazzjoni għat-tmiem tal-ftehim ta’ roaming bl-ingrossa.

L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tan-netwerk miżjur għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku informazzjoni li tikkonċerna awtorizzazzjonijiet sabiex jiġu tterminati ftehimiet ta’ roaming bl-ingrossa, b’rispett għall-kunfidenzjalità kummerċjali.

Il-ħames sad-disa’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-setgħa ta’ awtorità regolatorja nazzjonali li titlob il-waqfien immedjat ta’ ksur tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 16(6) u għad-dritt tal-operatur tan-netwerk miżjur li japplika miżuri adegwati sabiex jiġġieled il-frodi.

Jekk meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu bidliet fl-offerti ta’ referenza, inkluż fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi li l-operatur tan-netwerk miżjur jista’ jieħu biex jimpedixxi roaming permenenti jew użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għal roaming bl-ingrossa, u l-kriterji oġġettivi li abbażi tagħhom l-operatur tan-netwerk miżjur jista’ jieħu tali miżuri, biex jagħmlu effettivi l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

▼B

7.  Meta l-impriża li titlob l-aċċess tixtieq tidħol f'negozjati kummerċjali li jinkludu wkoll komponenti mhux koperti mill-offerta ta’ referenza, l-operaturi tan-netwerks ċellulari għandhom jirrispondu għal tali talba f'perijodu raġonevoli ta’ żmien li ma jaqbiżx xahrejn minn mindu tkun waslet inizjalment. Għal finijiet ta’ dan il-paragrafu,il-paragrafi 2 u 5 m'għandhomx japplikaw.

8.  Sat-30 ta’ Settembru 2012, u sabiex tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, il-BEREC għandha, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, tistabbilixxi linji gwida għal aċċess għal roaming bl-ingrossa.

9.  Il-paragrafi 5 sa 7 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 4

▼M1

Bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut

▼B

1.   ►M1  ————— ◄

La l-fornituri domestiċi u lanqas dawk tar-roaming m'għandhom iżommu lill-konsumaturi milli jaċċessaw servizzi regolati tar-roaming tad-data pprovduti direttament fuq in-netwerk miżjur minn fornitur alternattiv tar-roaming.

2.  Il-konsumaturi tar-roaming għandu jkollhom id-dritt li jaqilbu għal fornitur tar-roaming ieħor fi kwalunkwe ħin. Meta klijent tar-roaming jagħżel li jaqleb għal fornitur tar-roaming ieħor, il-bidla għandha ssir mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli skont is-soluzzjoni teknika magħżula għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat tas-servizzi regolati tar-roaming bl-imnut, iżda taħt ebda ċirkostanza mhux iżjed minn minn tlett ijiem ta’ xogħol mill-konklużjoni tal-ftehim mal-fornitur ġdid tar-roaming.

3.  Il-bidla lejn fornitur alternattiv tar-roaming jew bejn il-fornituri alternattivi tar-roaming, għandha tkun mingħajr ħlas għall-konsumaturi u għandha tkun possibbli taħt kwalunkwe pjan ta’ tariffi. Din ma għandha titlob ebda abbonament assoċjat jew tariffi fissi jew rikorrenti addizzjonali relatati ma’ elementi tal-abbonament ħlief dak tar-roaming, kif imqabbla mal-kondizzjonijiet prevalenti qabel il-bidla.

▼M1 —————

▼B

6.  Dan l-Artikolu għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.

Artikolu 5

▼M1

Implimentazzjoni ta’ bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut

1.  Il-fornituri domestiċi għandhom jimplimentaw l-obbligu marbut mal-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut previst fl-Artikolu 4 sabiex il-klijenti tar-roaming ikunu jistgħu jużaw servizzi regolati separati ta’ roaming tad-data. Il-fornituri domestiċi għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha għal aċċess għal faċilitajiet u servizzi ta’ appoġġ marbutin rilevanti għall-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut. L-aċċess għal dawk il-faċilitajiet u servizzi ta’ appoġġ li huma meħtieġa biex jippermettu l-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut, inklużi servizzi ta’ awtentikazzjoni tal-utent, għandu jkun mingħajr ħlas u ma għandu jinvolvi ebda ħlas dirett impost fuq il-klijenti tar-roaming.

2.  Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti u simultanja madwar l-Unjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u wara li tkun ikkonsultat lill-BEREC, tadotta regoli dettaljati dwar soluzzjoni teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ rieżami msemmija fl-Artikolu 6(2).

3.  Is-soluzzjoni teknika biex jiġi implimentat il-bejgħ separat ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data bl-imnut għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

▼B

(a) faċilità ta’ użu għall-konsumatur, partikolarment li l-konsumaturi jkunu jistgħu jbiddlu għal fornitur alternattiv ta’ roaming faċilment u malajr filwaqt li jżommu n-numru eżistenti tat-telefown ċellulari tagħhom u filwaqt li jużaw l-istess apparat ċellulari;

(b) kapaċità li sservi il-kategoriji kollha ta’ domanda tal-konsumatur fuq termini kompetittivi, inkluż użu intensiv tas-servizzi tad-data;

(c) kapaċità li titrawwem il-kompetizzjoni b'mod effettiv, filwaqt li tiġi kkunsidrata wkoll il-possibbiltà li l-operaturi jisfruttaw l-assi infrastrutturali jew l-arranġamenti kummerċjali tagħhom;

(d) kosteffettività, filwaqt li jittieħed kont tal-kondiviżjoni tal-ispejjeż bejn il-fornituri domestiċi u l-fornituri alternattivi tar-roaming;

(e) kapaċità li jitwettqu l-obbligi msemmija fl-Artikolu 4(1) b'mod effiċjenti;

(f) ikun possibbli livell massimu ta’ interoperabbiltà;

(g) faċilità ta’ użu, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament tekniku tal-konsumaturi tat-terminal ċellulari meta jibdlu n-netwerks;

(h) jiġi żgurat li r-roaming minn konsumaturi tal-Unjoni f'pajjiżi terzi jew minnkonsumaturi ta’ pajjiżterz fl-Unjoni ma jiġix imxekkel;

(i) jiġi żgurat li r-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza, id-data personali, is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u t-trasparenza meħtieġa mid-Direttiva Kwadru u d-Direttivi Speċifiċi huma rispettati;

(j) titqies il-promozzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-abbiltà tal-utenti finali li jaċċessaw u jiddistribwixxu informazzjoni jew iħaddmu applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom, skont il-punt (g) tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva Kwadru;

(k) jiġi żgurat li l-fornituri japplikaw kondizzjonijiet ekwivalenti f'ċirkostanzi ekwivalenti.

4.  Is-soluzzjoni teknika tista' tikkombina modalità teknika waħda jew diversi modalitajiet tekniċi għall-finijiet li jiġu sodisfatti l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3.

5.  Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lil korp Ewropew ta’ standardizzazzjoni għall-adattament tal-istandards rilevanti li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati.

6.  Il-paragrafi 1, 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2014.

Artikolu 6

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistia mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva Kwadru. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M1

Artikolu 6a

Tneħħija ta’ ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut

B’effett mill-15 ta’ Ġunju 2017, sakemm l-att leġislattiv li għandu jiġi adottat wara l-proposta msemmija fl-Artikolu 19(2) ikun applikabbli f’dik id-data, il-fornituri tar-roaming ma għandhom jimponu ebda ħlas supplimentari addizzjonali mal-prezz bl-imnut domestiku fuq il-klijenti tar-roaming fi kwalunkwe Stat Membru għal kwalunkwe telefonata bir-roaming regolata li ssir jew tiġi riċevuta, għal kwalunkwe messaġġ SMS bir-roaming regolat li jintbagħat u għal kwalunkwe servizz regolat ta’ roaming tad-data li jintuża, inklużi messaġġi MMS, u lanqas xi ħlas ġenerali biex it-tagħmir jew servizz terminali jkun jista’ jintuża barra mill-pajjiż, soġġett għall-Artikoli 6b u 6c.

Artikolu 6b

Użu ġust

1.  Il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw skont dan l-Artikolu u l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 6d “politika ta’ użu ġust” għall-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut ipprovduti fil-livell ta’ prezz bl-imnut domestiku applikabbli, sabiex jipprevjenu użu abbużiv jew anomalu ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut mill-klijenti tar-roaming, bħall-użu ta’ dawn is-servizzi minn klijenti tar-roaming fi Stat Membru għajr dak tal-fornitur domestiku tagħhom għal skopijiet għajr dawk ta’ vvjaġġar perjodiku.

Kwalunkwe politika ta’ użu ġust għandha tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkunsmaw volumi ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli li huma konsistenti mal-pjanijiet tariffarji rispettivi tagħhom.

2.  L-Artikolu 6e għandu japplika għal servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut li jaqbżu kwalunkwe limitu taħt kwalunkwe politika ta’ użu ġust.

Artikolu 6c

Is-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut

1.  F’ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali, bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-mudell ta’ ħlasijiet domestiku tiegħu, fejn fornitur tar-roaming ma jkunx jista’ jirkupra l-ispejjeż globali reali u mbassra tiegħu għall-provvista ta’ servizzi ta’ roaming regolati skont l-Artikoli 6a u 6b, mid-dħul globali reali u mbassar mill-provvista ta’ servizzi bħal dawn, dak il-fornitur tar-roaming jista’ japplika għal awtorizzazzjoni biex japplika ħlas supplimentari. Dak il-ħlas supplimentari għandu jiġi applikat biss sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu rkuprati l-ispejjeż tal-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut, filwaqt li jitqiesu l-ħlasijiet bl-ingrossa massimi applikabbli.

2.  Fejn fornitur tar-roaming jiddeċiedi li juża l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jissottometti applikazzjoni mingħajr dewmien lill-awtorità regolatorja nazzjonali u jagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 6d. Kull tnax-il xahar wara dan, il-fornitur tar-roaming għandu jaġġorna dik l-informazzjoni u jippreżentaha lill-awtorità regolatorja nazzjonali.

3.  Malli taslilha applikazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta jekk il-fornitur tar-roaming ikunx stabbilixxa li ma jistax ikopri l-ispejjeż skont il-paragrafu 1, bil-konsegwenza li s-sostenibbiltà tal-mudell ta’ ħlasijiet domestiku tagħha jiddgħajjef. Il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-mudell ta’ ħlasijiet domestiku għandha tissejjes fuq il-fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-fornitur tar-roaming, inklużi l-varjazzjonijiet oġġettivi bejn il-fornituri tar-roaming fl-Istat Membru kkonċernat u l-livell ta’ prezzijiet u dħul domestiku. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tawtorizza l-ħlas supplimentari meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u f’dan il-paragrafu.

4.  Fi żmien xahar minn meta tirċievi applikazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tawtorizza l-ħlas supplimentari sakemm ma jkunx evidenti li l-applikazzjoni hija mingħajr bażi jew ma tipprovdix biżżejjed informazzjoni. Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li huwa evidenti li l-applikazzjoni hija bla bażi, jew tqis li ma ngħatatx biżżejjed informazzjoni, għandha tieħu deċiżjoni finali sa perijodu ta’ xahrejn wara, wara li tkun tat lill-fornitur tar-roaming l-opportunità li jinstema’, li tawtorizza, temenda jew tiċħad il-ħlas supplimentari.

Artikolu 6d

Implimentazzjoni tal-politika ta’ użu ġust u tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari għar-roaming bl-imnut

1.  Sal-15 ta’ Diċembru 2016, sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-Artikoli 6b u 6c, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politika ta’ użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata minn fornitur tar-roaming għall-finijiet ta’ dik il-valutazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ rieżami msemmija fl-Artikolu 6(2).

2.  Fir-rigward tal-Artikolu 6b, meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politika ta’ użu ġust, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

(a) l-evoluzzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet u l-konsum fl-Istati Membri;

(b) il-livell ta’ konverġenza tal-livelli tal-prezzijiet domestiċi madwar l-Unjoni;

(c) it-tendenzi tal-ivvjaġġar fl-Unjoni;

(d) kwalunkwe riskji ċari ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u inċentivi ta’ investiment fis-swieq domestiċi u dawk miżjura.

3.  Fir-rigward tal-Artikolu 6c, meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut għal fornitur tar-roaming, il-Kummissjoni għandha ssejjishom fuq dan li ġej:

(a) id-determinazzjoni tal-ispejjeż globali reali u mbassra tal-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut b’referenza għall-ħlasijiet ta’ roaming bl-ingrossa effettivi għal traffiku żbilanċjat u sehem raġonevoli tal-ispejjeż konġunti u komuni meħtieġa għall-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut;

(b) id-determinazzjoni tad-dħul reali u mbassar mill-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut;

(c) il-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut u l-konsum domestiku mill-klijenti tal-fornitur tar-roaming;

(d) il-livell tal-kompetizzjoni, tal-prezzijiet u tad-dħul fis-suq domestiku, u kwalunkwe riskju ċar li r-roaming bi prezzijiet domestiċi bl-imnut jaffettwa b’mod apprezzabbli l-evoluzzjoni ta’ dawn il-prezzijiet.

4.  Il-Kummissjoni għandha minn żmien għal żmien terġa’ teżamina l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq.

5.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq monitoraġġ u tissorvelja strettament l-applikazzjoni tal-politika ta’ użu ġust u l-miżuri dwar is-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut, filwaqt li tqis b’reqqa kbira l-fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-Istat Membru kkonċernat u l-varjazzjonijiet oġġettivi rilevanti bejn il-fornituri tar-roaming. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 6c(3), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforza fil-ħin ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6b u 6c u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ fi kwalunkwe ħin titlob lill-fornitur tar-roaming jemenda l-ħlas supplimentari jew iwaqqfu jekk dan ma jikkonformax mal-Artikoli 6b jew 6c. Kull sena l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 6b u 6c, u ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6e

Provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut

1.  Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, meta fornitur tar-roaming japplika ħlas supplimentari għall-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut ‘l fuq minn kwalunkwe limiti skont kwalunkwe politika ta’ użu ġust, għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti (minbarra l-VAT):

(a) kwalunkwe ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati li jsiru bir-roaming, messaġġi SMS regolati li jintbagħtu bir-roaming u servizzi regolati ta’ roaming tad-data ma għandux jaqbeż il-ħlasijiet massimi bl-ingrossa previsti fl-Artikoli 7(2), 9(1) u 12(1), rispettivament;

(b) is-somma tal-prezz domestiku bl-imnut u kwalunkwe ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati li jsiru bir-roaming, messaġġi SMS regolati li jintbagħtu bir-roaming u servizzi regolati ta’ roaming tad-data ma għandhiex taqbeż EUR 0,19 għal kull minuta, EUR 0,06 għal kull messaġġ SMS u EUR 0,20 għal kull megabyte użata, rispettivament;

(c) kwalunkwe ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati riċevuti bir-roaming ma għandux jaqbeż il-medja ppeżata tar-rati massimi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni stabbiliti skont il-paragrafu 2.

Il-fornituri tar-roaming ma għandhom japplikaw ebda ħlas supplimentari għal messaġġ SMS regolat li jiġi riċevut bir-roaming jew għal messaġġ fuq voicemail riċevut bir-roaming. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-ħlasijiet applikabbli l-oħra bħal dawk biex wieħed jisma’ messaġġi ta’ dan it-tip.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu ħlas fuq telefonati magħmula u riċevuti bir-roaming fuq bażi ta’ kull sekonda. Il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw perijodu minimu ta’ ħlas tal-bidu li ma jaqbiżx 30 sekonda għal telefonati magħmula. Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu ħlas fuq il-klijenti tagħhom għall-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming tad-data fuq bażi ta’ kull kilobyte, ħlief għal messaġġi MMS li l-ħlas għalihom jista’ jkun ibbażat fuq kull unità. F’każ bħal dan, il-ħlas bl-imnut li fornitur tar-roaming jista’ jimponi fuq il-klijent tar-roaming tiegħu għat-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ messaġġ MMS bir-roaming m’għandux jaqbeż il-ħlas massimu bl-imnut għal servizzi regolati ta’ roaming tad-data stipulat fl-ewwel subparagrafu.

Matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 6f(1), dan il-paragrafu m’għandux jipprekludi offerti li jipprovdu lill-klijenti tar-roaming, għal ħlas kuljum jew kwalunkwe ħlas perjodiku ieħor iffissat, ċertu volum ta’ konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bil-kundizzjoni li l-konsum tal-ammont sħiħ ta’ dak il-volum iwassal għal prezz tal-unità għat-telefonati magħmula, it-telefonati riċevuti u l-messaġġi SMS regolati mibgħuta bir-roaming u s-servizzi ta’ roaming tad-data li ma jaqbiżx il-prezz domestiku bl-imnut rispettiv u l-ħlas supplimentari massimu kif stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.  Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-BEREC u soġġett għat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-medja ppeżata tar-rati massimi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile imsemmijin fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawk l-atti ta’ implimentazzjoni kull sena. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ rieżami msemmija fl-Artikolu 6(2).

Il-medja ppeżata tar-rati massimi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile għandha tissejjes fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) il-livell massimu tar-rati ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile imposti fis-suq għal terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi bl-ingrossa fuq netwerks tal-mobile individwali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikoli 7 u 16 tad-Direttiva Qafas u l-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar l-Aċċess, u

(b) l-għadd totali ta’ abbonati f’kull Stat Membru.

3.  Il-fornituri tar-roaming jistgħu joffru u l-klijenti tar-roaming jistgħu jagħżlu deliberatament tariffa tar-roaming għajr dik stipulata f’konformità mal-Artikoli 6a, 6b, 6c u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li bis-saħħa tagħha l-klijenti tar-roaming igawdu minn tariffa differenti għal servizzi regolati ta’ roaming minn dik li kieku kienu jingħataw fin-nuqqas ta’ għażla bħal din. Il-fornitur tar-roaming għandu jfakkar lil dawk il-klijenti tar-roaming fin-natura tal-vantaġġi tar-roaming li b’hekk jintilfu.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 6a u 6b, u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-klijenti eżistenti u ġodda kollha tar-roaming awtomatikament.

Kwalunkwe klijent tar-roaming jista’, fi kwalunkwe ħin, jitlob li jaqleb għal jew minn tariffa stipulata f’konformità mal-Artikoli 6a, 6b, 6c u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-klijenti tar-roaming deliberatament jagħżlu li jibdlu t-tariffa stipulata f’konformità mal-Artikoli 6a, 6b, 6c, u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jaqilbu lura għaliha, kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba, għandha tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet li jappartjenu għal elementi tal-abbonamenti għajr ir-roaming. Il-fornituri tar-roaming jistgħu jdumu ma jagħmlu bidla sa meta t-tariffa tar-roaming preċedenti tkun ilha effettiva għal perijodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx ix-xahrejn.

4.  Il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li kuntratt li jinkludi kwalunkwe tip ta’ servizz regolat ta’ roaming bl-imnut jispeċifika l-karatteristiċi ewlenin ta’ dak is-servizz regolat ta’ roaming bl-imnut ipprovdut, inkluż partikolarment:

(a) il-pjan tariffarju jew pjanijiet tariffarji speċifiċi u, għal kull pjan tariffarju, it-tipi ta’ servizzi offruti, inklużi l-volumi tal-komunikazzjoni;

(b) kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq il-konsum ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut ipprovduti bil-livell applikabbli ta’ prezzijiet domestiċi bl-imnut, partikolarment informazzjoni kwantifikata dwar kif kwalunkwe użu tal-politika ta’ użu ġust jiġi applikat b’referenza għall-parametri ewlenin tal-prezzijiet, tal-volum jew parametri oħrajn tas-servizz regolat ta’ roaming bl-imnut ipprovdut ikkonċernat.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 6f

Ħlasijiet supplimentari tranżizzjonali ta’ roaming bl-imnut

1.  Mit-30 ta’ April 2016 sal-14 ta’ Ġunju 2017, il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw ħlas supplimentari flimkien mal-prezz domestiku bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-imnut.

2.  Matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 6e għandu japplika mutatis mutandis.

▼B

Artikolu 7

Tariffi bl-ingrossa għal telefonati roaming regolati

▼M2

1.  B’effett mill-15 ta’ Ġunju 2017, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur tan-netwerk miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ telefonata bir-roaming regolata li toriġina minn dak in-netwerk miżjur, bl-inklużjoni, fost l-oħrajn, tal-ispejjeż tal-oriġini, tat-tranżitu u tat-terminazzjoni, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0,032 kull minuta. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, tibqa’ bir-rata ta’ EUR 0,032 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

2.  It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkolata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar tali li jkun fadal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa medja massima bl-ingrossa, kif prevista fil-paragrafu 1 jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2022.

▼B

3.  It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul bl-ingrossa totali tar-roaming jiġi diviż bl-għadd totali ta’ minuti roaming bl-ingrossa fil-fatt użat għall-forniment ta’ telefonati roaming bl-ingrossa fi ħdan l-Unjoni mill-operatur rilevanti matul il-perjodu rilevanti, aggregata fuq bażi ta’ kull sekonda u aġġustata biex titqies il-possibbiltà għall-operatur tan-netwerk miżjur li japplika perjodu inizjali ta’ kalkolu ta’ tariffi minimi li ma jaqbiżx it-30 sekonda.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 9

Tariffi bl-ingrossa għal messaġġi SMS roaming regolati

▼M2

1.  B’effett mill-15 ta’ Ġunju 2017, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur tan-netwerk miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ messaġġ SMS bir-roaming regolat li joriġina minn dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0,01 għal kull messaġġ SMS u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, għandha tibqa’ bir-rata ta’ EUR 0,01 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

▼B

2.  It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi, u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jista' jkun fadal qabel it-30 ta’ Ġunju 2022.

3.  It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi jiġi diviż id-dħul bl-ingrossa totali li jirċievi l- operatur tan-netwerk miżjur jew kull operatur ta’ netwerk domestiku għall-oriġinar u t-trażmissjoni ta’ messaġġi SMS roaming regolati fi ħdan l-Unjoni matul il-perjodu rilevanti bl-għadd totali ta’ messaġġi SMS bħal dawn li joriġinaw u jiġu trażmessi f'isem il-fornitur tar-roaming jew operatur ta’ netwerk domestiku matul dak il-perjodu.

4.  L-operatur tan-netwerk miżjur ma għandu jinponi ebda tariffa lill-operatur ta’ fornitur tar-roaming jew operatur ta’ netwerk domestiku ta’ klijent roaming, separata mit-tariffa msemmija fil-paragrafu 1, għat-tmiem ta’ messaġġ SMS roaming regolat mibgħut lil klijent roaming waqt li jkun roaming fuq in-netwerk miżjur tiegħu.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 11

Karatteristiċi tekniċi ta’ messaġġi SMS roaming regolati

Ebda fornitur tar-roaming, fornitur domestiku, operatur ta’ netwerk domestiku jew operatur ta’ netwerk miżjur ma għandu jibdel il-karatteristiċi tekniċi ta’ messaġġi SMS roaming regolati b'tali mod li jagħmilhom differenti mill-karatteristiċi tekniċi ta’ messaġġi SMS disponibbli fi ħdan is-suq domestiku tiegħu.

Artikolu 12

Tariffi bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming tad-data

▼M2

1.  B’effett mill-15 ta’ Ġunju 2017, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ servizzi regolati tar-roaming tad-data permezz ta’ dak in-netwerk miżjur ma għandhiex taqbeż limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 7,70 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 6,00 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2018, għal EUR 4,50 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2019, għal EUR 3,50 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2020, għal EUR 3,00 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2021 u għal EUR 2,50 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2022. Hija għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, tibqa’ bir-rata ta’ EUR 2,50 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa sat-30 ta’ Ġunju 2022.

▼B

2.  It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi, u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ tnax-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jista' jkun fadal qabel it-30 ta’ Ġunju 2022.

3.  It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul bl-ingrossa totali li jdaħħal l-operatur tan-netwerk miżjur jew tan-netwerk domestiku għall-forniment ta’ servizzi regolati tar-roaming tad-data fil-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-għadd totali ta’ megabytes ta’ data użati fil-verità mill-forniment ta’ dawk is-servizzi matul dak il-perjodu, aggregat fuq il-bażi ta’ kull kilobyte f'isem il-fornitur tar-roaming rilevanti jew l-operatur tan-netwerk domestiku f'dak il-perijodu.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 14

Trasparenza ta’ tariffi bl-imnut ta’ telefonati u messaġġi SMS roaming

1.  Sabiex klijent roaming jiġi notifikat dwar il-fatt li jkunu soġġetti għal tariffi tar-roaming meta jagħmlu jew jirċievu telefonata jew meta jibgħatu messaġġ SMS, kull fornitur tar-roaming għandu, ħlief meta l-klijent ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma jeħtieġx dan is-servizz, jipprovdi lill-klijent, b'mod awtomatiku, permezz ta’ Servizz ta’ Messaġġi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħol fi Stat Membru ieħor li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu, b'informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi roaming (inkluża l-VAT) li japplikaw għal dak il-klijent biex jagħmel u jirċievi telefonati u biex jibgħat messaġġi SMS fl-Istat Membru miżjur.

▼M1

Dik l-informazzjoni tariffarja personalizzata bażika għandha tkun espressa fil-munita tal-kont tal-pajjiż ta’ oriġini pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent u għandha tinkludi informazzjoni dwar:

(a) kwalunkwe politika ta’ użu ġust li l-klijent tar-roaming huwa soġġett għaliha fl-Unjoni u l-ħlasijiet supplimentari li huma applikabbli għall-użu ‘l fuq minn kwalunkwe limitu taħt dik il-politika ta’ użu ġust; u

(b) kwalunkwe ħlas supplimentari applikat skont l-Artikolu 6c.

▼B

Hija għandha tinkludi wkoll in-numru mingħajr ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 għall-aċċess għal informazzjoni aktar dettaljata u informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza billi wieħed iċempel in-numru ta’ emerġenza Ewropew 112 bla ħlas.

Għal kull messaġġ, klijent għandu jkollu l-opportunità li javża lill-fornitur tar-roaming, mingħajr ħlas u b'mod faċli, li ma jeħtieġx is-Servizz ta’ Messaġġ awtomatiku. Klijent li jkun avża li huwa ma għandux bżonn is-Servizz ta’ Messaġġ awtomatiku għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tar-roaming sabiex jerġa' jipprovdi s-servizz.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu din l-informazzjoni personalizzata bażika dwar prezzijiet msemmija fl-ewwel subparagrafulill-konsumaturi neqsin mid-dawl jew li jkollhom vista parzjali, b'mod awtomatiku, permezz ta’ telefonata bil-vuċi, mingħajr ħlas, jekk huma jitolbu dan.i

▼M1

L-ewwel, it-tieni, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, bl-eċċezzjoni tar-referenza għall-politika ta’ użu ġust u l-ħlas supplimentari applikat skont l-Artikolu 6c, għandhom japplikaw ukoll għal servizzi ta’ roaming ta’ telefonati bil-vuċi u ta’ SMS użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

▼B

2.  Minbarra l-paragrafu 1, il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas, u irrispettivament minn fejn ikunu fl-Unjoni, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-netwerk miżjur għal telefonati bil-vuċi u SMS, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri ta’ trasparenza applikabbli permezz ta’ dan ir-Regolament, permezz ta’ telefonata bil-vuċi mobbli jew SMS. Talba bħal din għandha ssir mingħajr ħlas fuq numru assenjat għal dan il-għan mill-fornitur tar-roaming. L-obbligi previsti fil-paragrafi 1 ma għandhomx japplikaw għal apparat li ma jappoġġax il-funzjonalità tal-SMS.

▼M1

2a.  Il-fornitur tar-roaming għandu jibgħat notifika lill-klijent tar-roaming meta jiġi kkunsmat il-volum kollu applikabbli ta’ użu ġust tal-konsum ta’ servizzi ta’ roaming bil-vuċi jew ta’ SMS regolati jew kwalunkwe limitu massimu għall-użu applikat skont l-Artikolu 6c. Dik in-notifika għandha tindika l-ħlas supplimentari li ser jiġi applikat għal kull konsum addizzjonali ta’ servizzi ta’ roaming, bil-vuċi jew ta’ SMS, regolati mill-klijent tar-roaming. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollu d-dritt, fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas, li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jforni s-servizz.

▼M1

3.  Meta jsiru l-abbonamenti, il-fornituri tar-roaming għandhom jagħtu l-informazzjoni sħiħa lill-klijenti kollha dwar il-ħlasijiet tar-roaming applikabbli. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-klijenti tar-roaming tagħhom aġġornamenti dwar il-ħlasijiet tar-roaming applikabbli mingħajr dewmien bla bżonn kull darba li jkun hemm bidla f’dawn il-ħlasijiet.

Il-fornituri tar-roaming għandhom wara dan ifakkru permezz ta’ messaġġ, f’intervalli raġonevoli, lill-konsumaturi kollha li jkunu għażlu tariffa oħra.

▼B

4.  Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni lill-konsumaturi tagħhom dwar kif jista' jiġi evitat roaming biż-żball fir-reġjuni tal-fruntieri. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal servizzi tar-roaming biż-żball meta jkunu fl-Istati Membri tagħhom.

Artikolu 15

Mekkaniżmi ta’ salvagwardja u trasparenza għal servizzi tar-roaming tad-data bl-imnut

1.  Fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li l-konsumaturi roaming tagħhom, kemm qabel u kemm wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, ikunu infurmati adegwatament bit-tariffi li japplikaw għall-użu tagħhom ta’ servizzi regolatitar-roaming tad-data, b'mod li jiffaċilitaw li l-konsumaturi jifhmu l-konsegwenzi finanzjarji ta’ dan l-użu u jippermettilhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom fuq servizzi regolati tar-roaming tad-data skont il-paragrafi 2 u 3.

Meta jkun xieraq, il-fornituri tar-roaming għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi tagħhom, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt u fuq bażi regolari wara dan, dwar ir-riskju ta’ konnessjoni u tniżżil awtomatiku u bla kontroll b'roaming tad-data. Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming għandhom jinnotifikaw lill-konsumaturi tagħhom, mingħajr ħlas u b'mod ċar u li jinftiehem faċilment, kif dawn il-konnessjonijiet ta’ tar-roaming tad-data awtomatiċi jintfew sabiex jiġi evitat il-konsum bla kontroll ta’ servizzi tar-roaming tad-data.

▼M1

2.  Messaġġ awtomatiku mill-fornitur tar-roaming għandu jgħarraf lill-klijent tar-roaming li dan tal-aħħar ikun qed juża servizzi ta’ roaming tad-data regolati, u għandu jipprovdi informazzjoni tariffarja personalizzata bażika (fil-munita tal-kont tal-pajjiżi ta’ oriġini pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent) applikabbli għall-provvista ta’ servizzi ta’ roaming tad-data regolati lil dak il-klijent tar-roaming fl-Istat Membru kkonċernat, minbarra meta l-klijent ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming li hu ma jeħtieġx dik l-informazzjoni.

Dik l-informazzjoni tariffarja personalizzata bażika għandha tinkludi informazzjoni dwar:

(a) kwalunkwe politika ta’ użu ġust li l-klijent tar-roaming huwa soġġett għaliha fl-Unjoni u l-ħlasijiet supplimentari li huma applikabbli għall-użu ‘l fuq minn kwalunkwe limitu taħt dik il-politika ta’ użu ġust; u

(b) kwalunkwe ħlas supplimentari applikat skont l-Artikolu 6c.

L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-apparat tal-mobile tal-klijent tar-roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, posta elettronika jew pop-up window fuq l-apparat tal-mobile, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda għall-ewwel darba servizz ta’ roaming tad-data f’dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument li l-klijent tar-roaming jibda servizz regolat tar-roaming tad-data, b’mezz xieraq li jkun adattat biex jiffaċilita li din tiġi riċevuta u tinftiehem faċilment.

Klijent li jkun avża lill-fornitur tar-roaming tiegħu li huwa ma għandux bżonn l-informazzjoni tariffarja awtomatika għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jipprovdi dan is-servizz.

▼M1

2a.  Il-fornitur tar-roaming għandu jibgħat notifika meta jiġi kkunsmat il-volum kollu ta’ użu ġust applikabbli tas-servizz ta’ roaming tad-data regolat jew meta jintlaħaq kwalunkwe limitu massimu għall-użu applikat skont l-Artikolu 6c. Dik in-notifika għandha tindika l-ħlas supplimentari li ser jiġi applikat għal kwalunkwe konsum addizzjonali ta’ servizzi ta’ roaming tad-data regolati mill-klijent tar-roaming. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollu d-dritt, fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas, li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jibda jipprovdi s-servizz.

▼M1

3.  Kull fornitur tar-roaming għandu jagħti lill-klijenti tar-roaming kollha tiegħu l-opportunità li, deliberatament u mingħajr ħlas, jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew fil-munita li biha l-klijent tar-roaming iħallas għas-servizzi regolati ta’ roaming tad-data u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għal servizzi regolati ta’ roaming tad-data fuq perijodu speċifikat ta’ użu, minbarra l-MMS li jitħallsu fuq bażi ta’ kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat.

▼B

Għal dan il-għan, il-fornitur tar-roaming għandu jagħmel disponibbli limitu finanzjarju massimu wieħed jew aktar għal perjodi ta’ użu speċifikati, sakemm il-klijent ikun informat minn qabel dwar l-ammonti f'volum korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu finanzjarju awtomatiku) għandu jkun viċin iżda ma għandux jaqbeż EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar (eskluża l-VAT).

Alternattivament, il-fornitur tar-roaming jista' jistabbilixxi limiti espressi f'volum, sakemm il-klijent ikun informat minn qabel dwar l-ammonti finanzjarji korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu ta’ volum awtomatiku) għandu jkollu ammont finanzjarju korrispondenti li ma jaqbiżx EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar (eskluża l-VAT).

Barra minn hekk, il-fornitur tar-roaming jista' joffri lill-konsumaturi roaming tiegħu limiti oħra b'limiti massimi finanzjarji differenti fix-xahar, jiġifieri, ogħla jew iktar baxxi.

Il-limiti awtomatiċi msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandu jkun applikabbli għall-konsumaturi kollha li ma għażlux limitu ieħor.

Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika adatta lill-apparat mobbli tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, e-mail, jew pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-data ikunu laħqu 80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur biex jerġa' jforni s-servizz.

Meta l-limitu finanzjarju jew ta’ volum ikun altrimenti nqabeż, għandha tintbagħat notifika lill-apparat mobbli tal-klijent roaming. Dak l-avviż għandu jindika l-proċedura li għandha tkun segwita jekk il-klijent jixtieq li jkompli l-forniment ta’ dawn is-servizzi u l-ispiża assoċjata ma’ kull unità addizzjonali li tkun se tiġi kkunsmata. Jekk il-klijent roaming ma jirrispondix kif mitlub min-notifika li rċieva, il-fornitur tar-roaming għandu jwaqqaf immedjatament is-servizzi regolati tar-roaming tad-data lill-konsumatur roaming u ma jiċċarġjax aktar tagħhom, sakemm u sa meta l-klijent roaming ma jitlobx li l-forniment ta’ dawn is-servizzi jitkompla jew jiġġedded.

Kull meta klijent roaming jitlob li jagħżel jew ineħħi faċilità ta’ “limitu finanzjarju jew ta’ volum”, il-bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol waħda minn meta tasal it-talba, għandha tkun mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma’ elementi oħra tal-abbonament.

4.  Il-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għal apparati magna għal magna li jużaw komunikazzjoni mobbli tad-data.

5.  Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għall-aċċess bi żball għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jinkludi informazzjoni lill-konsumaturi dwar kif jista' jiġi evitat ir-roaming involontarju f'reġjuni konfinali.

▼M1

6.  Dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 5, tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 2a, u soġġett għat-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika wkoll għal servizzi ta’ roaming tad-data użati mill-klijenti tar-roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

▼B

Minkejja s-subparagrafu 1, meta l-klijent jagħżel il-faċilità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 3 m'għandhomx japplikaw jekk l-operatur tan-netwerk miżjur fil-pajjiż miżjur barra l-Unjoni ma jippermettix li l-fornitur tar-roaming jimmonitorja l-użu tal-konsumaturi tiegħu fuq bażi ta’ ħin reali.

F'dak il-każ il-klijent għandu jkun notifikat permezz ta’ messaġġ SMS meta jidħol f'tali pajjiż, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, li l-informazzjoni dwar il-konsum akkumulat u l-garanzija li ma jinqabiżx limitu finanzjarju speċifikat ma jkunux disponibbli.

Artikolu 16

Superviżjoni u infurzar

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom.

▼M1

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu monitoraġġ u jissorveljaw lill-fornituri tar-roaming li huma stess jagħmlu użu mill-Artikolu 6b, 6c u 6e(3).

▼M2

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn rilevanti, il-BEREC, għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikoli 6a, 6b, 6c, 6e, 7, 9 u 12, b’mod li jippermetti li l-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għaliha.

▼B

3.  Bħala preparazzjoni għar-reviżjoni prevista fl-Artikolu 19, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw l-iżviluppi fil-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-forniment lill-konsumaturi roaming ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi u data, inklużi SMS u MMS, anke fir-reġjuni l-aktar periferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll ikunu konxji tal-każ partikolari ta’ roaming bi żball fir-reġjuni konfinali ta’ Stati Membri ġirien u jissorveljaw jekk ikunx qiegħed isir użu ta’ tekniki ta’ tmexxija tat-traffiku b'mod żvantaġġuż għall-konsumaturi.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw u jiġbru informazzjoni dwar ir-roaming bi żball u jieħdu miżuri adatti.

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jesiġu mill-impriżi soġġetti għall-obbligi taħt dan ir-Regolament li jipprovdu kull informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni minnufih meta mitluba, u skont l-iskadenzi u l-livell ta’ dettall meħtieġa mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

▼M2

4a.  Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra informazzjoni bħala kunfidenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali, il-Kummisjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata oħra għandhom jiżguraw dik il-kunfidenzjalità. Il-kunfidenzjalità kummerċjali m’għandhiex tipprevjeni il-kondiviżjoni f’waqtha ta’ informazzjoni bejn l-awtorità regolatorja nazzjonali, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra kkonċernata għall-finijiet ta’ rieżami, sorveljanza u superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

▼B

5.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jintervjenu fuq inizjattiva tagħhom stess sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandhom, b'mod partikolari, fejn meħtieġ, jużaw is-setgħat skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-Aċċess biex jiżguraw aċċess u interkonnessjoni adegwati sabiex jiggarantixxu konnettività minn tarf sa tarf u interoperabbiltà ta’ servizzi tar-roaming, pereżempju fejn konsumaturi ma jistgħux jagħmlu skambju ta’ messaġġi SMS roaming regolati ma’ konsumaturi ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni pubbliku mobbli terrestri fi Stat Membru ieħor minħabba n-nuqqas ta’ ftehim li jippermetti li jaslu dawk il-messaġġi.

6.  Fejn awtorità regolatorja nazzjonali ssib li seħħ ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandu jkollha s-setgħa tesiġi t-tmiem immedjat ta’ tali ksur.

Artikolu 17

Riżoluzzjoni ta’ tilwim

1.  Fil-każ ta’ tilwim konness mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament bejn l-impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi għal komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru, għandhom japplikaw il-proċeduri għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tad-Direttiva Kwadru.

▼M2

Każijiet ta’ tilwim bejn l-operaturi tan-netwerk miżjur u operaturi oħrajn dwar ir-rati applikati għall-inputs meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati jistgħu jitressqu quddiem l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 20 jew 21 tad-Direttiva Qafas. F’każ bħal dan, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorja/i nazzjonali kompetenti jistgħu jikkonsultaw lill-BEREC dwar l-azzjoni li trid tittieħed skont id-Direttiva Qafas, id-Direttivi Speċifiċi jew dan ir-Regolament għar-riżolviment tat-tilwima. Fejn il-BEREC ġie kkonsultat, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorja/i nazzjonali kompetenti għandhom jistennew l-opinjoni tal-BEREC qabel jieħdu azzjoni sabiex jirrisolvu t-tilwima.

▼B

2.  Fil-każ ta’ tilwim mhux riżolt li jinvolvi klijent jew utent finali u li jikkonċerna kwistjoni li taqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli l-proċeduri extraġudizzjarji għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim stabbiliti fl-Artikolu 34 tad-Direttiva dwar Servizz Universali.

Artikolu 18

Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2013 u għandhom mingħajr dewmien jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti li taffetwahom.

▼M1

Artikolu 19

Rieżami

1.  Sad-29 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni għandha tniedi rieżami tas-suq tar-roaming bl-ingrossa bil-ħsieb li tivvaluta l-miżuri meħtieġa biex tkun possibbli t-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari għar-roaming bl-imnut sal-15 ta’ Ġunju 2017. Il-Kummissjoni għandha teżamina, fost affarijiet oħra, il-livell ta’ kompetizzjoni fis-swieq nazzjonali bl-ingrossa, u partikolarment għandha tivvaluta l-livell tal-ispejjeż bl-ingrossa mġarrba u l-ħlasijiet bl-ingrossa applikati, u s-sitwazzjoni kompetittiva tal-operaturi b’ambitu ġeografiku limitat, inklużi l-effetti ta’ ftehimiet kummerċjali fuq il-kompetizzjoni kif ukoll fuq il-ħila tal-operaturi li jieħdu vantaġġ mill-ekonomiji ta’ skala. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-iżviluppi fil-kompetizzjoni fis-swieq tar-roaming bl-imnut u kwalunkwe riskji ċari ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u inċentivi ta’ investiment fis-swieq domestiċi u dawk miżjura. Fil-valutazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jippermettu t-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari għar-roaming bl-imnut, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-operaturi tan-netwerk miżjura jkunu jistgħu jirkupraw l-ispejjeż kollha tal-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming bl-ingrossa, inklużi l-ispejjeż konġunti u komuni. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-ħtieġa li jiġi pprevenut roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-provvista ta’ servizzi regolati ta’ roaming lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming filwaqt li dawn l-utenti jivvjaġġaw perjodikament fl-Unjoni.

2.  Sal-15 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1.

Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva xierqa ppreċeduta minn konsultazzjoni pubblika, biex jiġu emendati l-ħlasijiet bl-ingrossa għas-servizzi regolati ta’ roaming stipulati f’dan ir-Regolament jew biex tiġi pprovduta soluzzjoni oħra biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fil-livell bl-ingrossa bil-ħsieb li jitneħħew il-ħlasijiet supplimentari tar-roaming regolat sal-15 ta’ Ġunju 2017.

▼M2

3.  Addizzjonalment, il-Kummissjoni għandha, sal-15 ta’ Diċembru 2018, tibgħat rapport interim lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jiġbor fih l-effetti tal-abolizzjoni tat-tariffi supplimentari għar-roaming bl-imnut, filwaqt li jqis kwalunkwe rapport rilevanti tal-BEREC. Il-Kummissjoni għandha sussegwentement, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tippreżenta rapporti ta’ kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva li temenda t-tariffi massimi bl-ingrossa għas-servizzi regolati tar-roaming stipulati f’dan ir-Regolament.L-ewwel rapport tali għandu jiġi ppreżentat sal-15 ta’ Diċembru 2019.

Dawk ir-rapporti ta’ kull sentejn għandhom jinkludu, fost affarijiet oħra, valutazzjoni ta’:

(a) id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk li huma alternattiva għas-servizzi tar-roaming regolati tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS u tad-data, b’mod partikolari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;

(b) il-livell ta’ kompetizzjoni kemm fis-swieq bl-imnut kif ukoll f’dawk bl-ingrossa, b’mod partikolari s-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi żgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, u l-MVNOs, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali u l-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi;

(c) sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4, u, b’mod partikolari, abbażi tal-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tal-proċedura għal awtorizzazzjoni minn qabel stabbilita fl-Artikolu 3(6), ipproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi regolati ta’ roaming;

(d) l-evoluzzjoni tal-pjanijiet disponibbli tat-tariffi bl-imnut;

(e) bidliet fix-xejriet tal-konsum tad-data kemm għal servizzi domestiċi kif ukoll għal dawk ta’ roaming;

(f) il-kapaċità tal-operaturi tan-netwerks interni li jsostnu l-mudell tat-tariffi domestiċi u sa liema punt it-tariffi supplimentari eċċezzjonali għar-roaming bl-imnut ġew awtorizzati skont l-Artikolu 6c;

(g) il-kapaċità tal-operaturi ta’ netwerk miżjur li jirkupraw l-ispejjeż magħmulin b’mod effiċjenti biex jipprovdu servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati;

(h) l-impatt tal-applikazzjoni tal-politiki dwar użu ġust minn operaturi bi qbil mal-Artikolu 6d, inkluża l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe inkonsistenza fl-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ tali politiki dwar użu ġust.

4.  Sabiex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming madwar l-Unjoni kollha, il-BEREC għandu jiġbor regolarment data mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżviluppi fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għas-servizzi regolati ta’ telefonati bil-vuċi, SMS u roaming tad-data, inklużi t-tariffi bl-ingrossa applikati għat-traffiku tar-roaming bilanċjat u mhux bilanċjat, rispettivament. Għandu jiġbor ukoll data dwar il-ftehimiet ta’ roaming bl-ingrossa mhux soġġetti għat-tariffi massimi tar-roaming bl-ingrossa previsti fl-Artikoli 7, 9 jew 12 u dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri kuntrattwali fil-livell tal-ingrossa mmirati biex jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet oħrajn għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt li dawn tal-aħħar ikunu qed jivvjaġġaw perjodikament fl-Unjoni.

Dik id-data għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni tal-anqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha.

Fuq il-bażi tad-data miġbura, il-BEREC għandu jirrapporta regolarment dwar l-evoluzzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet u tal-konsum fl-Istati Membri kemm għal servizzi domestiċi kif ukoll għal dawk ta’ roaming, l-evoluzzjoni tar-rati reali tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat bejn fornituri tas-servizzi tar-roaming, u dwar ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet bl-imnut, it-tariffi bl-ingrossa u l-ispejjeż bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming. Il-BEREC għandu jivvaluta kemm dawk l-elementi jirrelataw mill-qrib ma’ xulxin.

Il-BEREC għandu wkoll ta’ kull sena jiġbor informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-trasparenza u l-komparabbiltà ta’ tariffi differenti offruti mill-operaturi lill-klijenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-data u dawk is-sejbiet.

▼B

Artikolu 20

Rekwiżiti ta’ notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għat-twettiq tal-kompiti taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 qed jitħassar f'konformità mal-Anness I b'effett mill-1 ta’ Lulju 2012.

Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ u skadenza

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw minn dak il-jum sakemm ma jiġix previst mod ieħor f'Artikoli speċifiċi.

Dan għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu

(imsemmi fl-Artikolu 21)

Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 544/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12)

l-Artikolu 1 biss




ANNESS II



Tabella ta’ Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(4) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(4) l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 1(6) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(7) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(4) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 1(6) it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 1(7) it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 1(4) l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 1(6) it-tieni subparagrafu, it-tieni u t-tielet sentenzi

Artikolu 1(7) it-tieni subparagrafu, it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2), il-kliem tal-bidu

Artikolu 2(2), il-kliem tal-bidu

Artikolu 2(2), punt(a)

Artikolu 2(2), punt(i)

Artikolu 2(2), punt(b)

Artikolu 2(2), punt(a)

Artikolu 2(2), punt(b)

Artikolu 2(2), punt(c)

Artikolu 2(2), punt(c)

Artikolu 2(2), punt(d)

Artikolu 2(2), punt(g)

Artikolu 2(2), punt(e)

Artikolu 2(2), punt(d)

Artikolu 2(2), punt(f)

Artikolu 2(2), punt(f)

Artikolu 2(2), punt(g)

Artikolu 2(2), punt(e)

Artikolu 2(2), punt(h)

Artikolu 2(2), punt(i)

Artikolu 2(2), punt(j)

Artikolu 2(2), punt(j)

Artikolu 2(2), punt(k)

Artikolu 2(2), punt(h)

Artikolu 2(2), punt(l)

Artikolu 2(2), punt(k)

Artikolu 2(2), punt(m)

Artikolu 2(2), punt(n)

Artikolu 2(2), punt(o)

Artikolu 2(2), punt(p)

Artikolu 2(2), punt(q)

Artikolus 3, 4, 5 and 6

Artikolu 3(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3)

Artikolu 4(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(3)

Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 8(5)

Artikolu 4a

Artikolu 9

Artikolu 4b

Artikolu 10

Artikolu 4b(7)

Artikolu 4c

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 6(1) l-ewwel sal ħames subparagrafi

Artikolu 14(1) l-ewwel sal ħames subparagrafi

Artikolu 14(1) is-sitt subparagrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 14(2)

Artikolu 6(3) l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 14(3) l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 14(3) it-tielet subparagrafu

Artikolu 14(4)

Artikolu 6a

Artikolu 15

Artikolu 15(4)

Artikolu 15(5)

Artikolu 15(6)

Artikolu 6a(4)

Artikolu 7

Artikolu 16

Artikolu 16(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 8

Artikolu 17

Artikolu 9

Artikolu 18

Artikolu 10

Artikolu 11(1) il-kliem tal-bidu

Artikolu 19(1) il-kliem tal-bidu

Artikolu 19(1), punti (a) u (b)

Artikolu 11(1) l-ewwel subparagrafu l-ewwel sar raba’ inċiż

Artikolu 19(1), punti (c) sa (f)

Artikolu 19(1), punti (g) u (h)

Artikolu 11(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 19(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 19(3)

Artikolu 19(4)

Artikolu 12

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 13

Artikolu 22

Top