Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R0080-20130311

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 80/2012 tal- 31 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (kodifikazzjoni)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/80/2013-03-11

2012R0080 — MT — 11.03.2013 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 80/2012

tal-31 ta’ Jannar 2012

li jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali

(kodifikazzjoni)

(ĠU L 029, 1.2.2012, p.33)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 197/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013

  L 65

15

8.3.2013




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 80/2012

tal-31 ta’ Jannar 2012

li jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali

(kodifikazzjoni)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali ( 1 ),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83 tad-29 Lulju 1983 li jistabbilixxi lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi pprovduti fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali ( 2 ) ġie emendat kemm-il darba ( 3 ) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-Artikolu 53(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 jipprovdi għal dħul b’eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi importati esklussivament għal skopijiet mhux kummerċjali minn stabbilimenti pubbliċi, jew dawk id-dipartimenti ta’ stabbiliment pubbliċi, jew minn stabbilimenti privati awtorizzati, li l-attività ewlenija tagħhom hija l-edukazzjoni jew ir-riċerka xjentifika. Tali dħul b’eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni huwa limitat, madankollu, għal sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi li għalihom m’hemm l-ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju doganali tal- Unjoni u li huma inklużi f’lista mfassla skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 4 ).

(3)

Skont informazzjoni miksuba mill-Istati Membri m’hemm l-ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju doganali tal-Unjoni tas-sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi eliġibbli għal dħul b’eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 tinsab fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 2288/83 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Numru CUS

Kodiċi NM (1)

Deskrizzjoni

 

ex284590 90

Helium- 3

 

ex284590 90

(Ossiġenu-18) Ilma

▼M1

 

ex284990 90

It-trab tal-karbur tas-siliċju tat-titanju ta’ purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar

▼B

0020273-3

ex290129 00

3-Methylpent-1-ene

0020274-4

ex290129 00

4-Methylpent-1-ene

0020275-5

ex290129 00

2-Methylpent-2-ene

0020276-6

ex290129 00

3-Methylpent-2-ene

0020277-7

ex290129 00

4-Methylpent-2-ene

0025634-8

ex290219 00

P-Mentha-1 (7), 2-diene beta-Phellandrene

0014769-3

ex290399 90

4,4′-Dibromobiphenyl

0017305-7

ex290410 00

Ethyl methanesulphonate

▼M1 —————

▼B

0020641-7

ex292690 95

1-Naphtonitrile

0020642-8

ex292690 95

2-Naphtonitrile

▼M1

 

ex293499 90

Oligomeri tal-fosforodijamidat tal-morfolin (oligonukleotidi tal-morfolin)

▼B

0022830-8

ex293621 00

Retinyl acetate

0045091-9

ex320412 00

Sulphorhodamine G (C.I. Acid Red 50)

0021887-1

ex350790 90

Phosphoglucomutase

(1)   Fejn “ex” kodiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħudin flimkien




ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83

(ĠU L 220, 11.8.1983, p. 13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1798/84

(ĠU L 168, 28.6.1984, p. 22)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2340/86

(ĠU L 203, 26.7.1986, p. 15)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3692/87

(ĠU L 347, 11.12.1987, p. 16)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 213/89

(ĠU L 25, 28.1.1989, p. 70)




ANNESS III



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 2288/83

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Anness

Anness I

Anness II

Anness III



( 1 ) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.

( 2 ) ĠU L 220, 11.8.1983, p. 13.

( 3 ) Ara l-Anness II.

( 4 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

Top