EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R0028-20170701

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal- 11 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/28/2017-07-01

02012R0028 — MT — 01.07.2017 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 28/2012

tal-11 ta’ Jannar 2012

li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 012 14.1.2012, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 468/2012 tal-1 ta’ Ġunju 2012

  L 144

1

5.6.2012

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 556/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013

  L 164

13

18.6.2013

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/731 tal-25 ta' April 2017

  L 108

7

26.4.2017




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 28/2012

tal-11 ta’ Jannar 2012

li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-kunsinni ta’ ċerti prodotti komposti mdaħħlin fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.

Artikolu 3

L-Importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti komposti

1.  Il-kunsinni tal-prodotti komposti msemmija hawn taħt li jkunu mdaħħla fl-Unjoni għandhom jiġu minn pajjiż terz jew parti minnu li hu awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ dawn il-prodotti komposti u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jintużaw fil-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti komposti għandhom joriġinaw minn stabbilimenti li jikkonformaw mal-Artikolu 6.1(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

(a) il-prodotti komposti li fihom prodotti tal-laħam ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 4(a) tad-Deċiżjoni 2007/275/KE;

(b) il-prodotti komposti li fihom prodotti tal-ħalib ipproċessat u li huma koperti mill-Artikolu 4(a) u (c) tad-Deċiżjoni 2007/275/KE;

(c) il-prodotti komposti li s-sustanza tagħhom tkun nofsha jew iżjed minn nofsha magħmula minn prodotti tal-ħut jew tal-bajd u koperti mill-Artikolu 4(b) tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.

2.  Il-kunsinni tal-prodotti komposti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness I u għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn iċ-ċertifikati.

3.  Il-kunsinni tal-prodotti komposti li s-sustanza tagħhom hija nofsha jew iżjed minn nofsha magħmula minn prodotti ta’ oriġini mill-annimali, għajr dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, għandhom jiġu minn pajjiż terz li hu awtorizzat li jdaħħal fl-Unjoni kunsinni tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li qegħdin f’dawn il-prodotti komposti, jew minn parti minnu, u fil-ħin tad-dħul tagħhom fl-Unjoni jridu jkollhom magħhom iċ-ċertifikat relevanti stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal dawn il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali jew minn dokument kummerċjali fejn mhux meħtieġ ċertifikat.

Artikolu 4

Il-ġarr u l-ħżin ta’ ċerti prodotti komposti

Id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti komposti msemmijin fl-Artikolu 3(1)(a) u (b) li mhumiex maħsubin għall-importazzjoni fl-Unjoni, iżda ddestinati għal pajjiż terz, jew bil-ġarr immedjat jew wara li jinħażnu fl-Unjoni, skont l-Artikoli 11, 12 jew 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE, jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk il-kunsinni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu ġejjin minn pajjiż terz, jew minn parti minnu, li hu awtorizzat li jdaħħal fl-Unjoni kunsinni tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li fihom il-prodotti komposti u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet relevanti tat-trattament ta’ dawn il-prodotti, kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE ( 1 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 ( 2 ) għall-prodott ta’ oriġini mill-annimali kkonċernat;

(b) ikollhom magħhom ċertifikat ta’ saħħa mfassal skont il-mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II;

(c) jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li fihom il-prodotti komposti kkonċernati, kif stipulat fl-attestazzjoni fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-punt (b);

(d) ikun iċċertifikati li huma aċċettabbli għat-tranżitu, li jinkludi l-ħżin fejn relevanti, fuq id-dokument veterinarju komuni tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 ( 3 ), iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni ġewwa l-Komunità.

Artikolu 5

Id-deroga għall-ġarr tal-kunsinni ġejjin mir-Russja u sejrin lejha

1.  B’deroga għall-Artikolu 4, il-ġarr bit-triq jew bil-ferrovija mill-Unjoni, bejn l-istazzjonijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera indikati fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE ( 4 ), ta’ kunsinni ta’ prodotti komposti msemmijin fl-Artikolu 3 li jkunu ġejjin mir-Russja u sejrin ‘l hemm direttament jew billi jgħaddu minn pajjiż terz ieħor għandhom ikunu awtorizzati, sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kunsinna tiġi ssiġillata b’siġill b’numru ta’ serje fl-istazzjon għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti;

(b) li l-veterinarju uffiċjali tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-istazzjon ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni ikun ittimbra l-kliem “GĦALL-ĠARR BISS LEJN IR-RUSSJA MILL-UE” fuq kull paġna tad-dokumenti li jkunu mal-kunsinna u msemmijin fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE;

(c) ikunu hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d) li fuq id-dokument veterinarju komuni tad-dħul, il-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon ta’ spezzjoni tal-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni jkun iċċertifika li l-kunsinna hi aċċettabbli għall-ġarr.

2.  Ma jkunx permess ħatt jew ħżin ta’ dawn il-kunsinni fit-territorju tal-Unjoni, kif iddefinit fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE.

3.  L-awtorità kompetenti trid twettaq il-verifiki biex tiżgura li l-għadd ta’ kunsinni u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu t-territorju tal-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li qed jidħlu fl-Unjoni.

▼M2

Artikolu 5a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.  B’deroga mill-Artikolu 4, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji ta’ prodotti komposti msemmija fl-Artikolu 3 li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c) ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d) il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.  Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.  L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.

▼B

Artikolu 6

Emenda għad-Deċiżjoni 2007/275/KE

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2007/275/KE għandu jitħassar.

Artikolu 7

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1162/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 1162/2009, l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 3(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.  B’deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jimportaw ikel li fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali għajr dawk imsemmijin fl-Artikolu 3(1) tar-regolament (UE) Nru 28/2012 ( *1 ), għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stipulat f’dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Dispożizzjoni transizzjonali

Għal perjodu transizzjonali sat-30 ta’ Settembru 2012, il-kunsinni ta’ prodotti komposti li nħarġulhom iċ-ċertifikati relevanti skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE qabel l-1 ta’ Marzu 2012 jistgħu jibqgħu jiddaħħlu fl-Unjoni.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I

Mudell taċ-Ċertifikat tas-Saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti komposti maħsubin għall-konsum mill-bniedem

image

image

►(1) M3  

image

►(1) M3  

image

►(1) M3  

image

image

►(1) M3  

image




ANNESS II

Mudell taċ-Ċertifikat tas-Saħħa għat-tranżitu minn ġol-Unjoni Ewropea ta’ prodotti komposti maħsubin għall-konsum mill-bniedem

image

image

image

image



( 1 ) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

( 2 ) ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1.

( 3 ) ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.

( 4 ) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.

( *1 ) ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1.”

Top