Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011R1354-20180501

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 tal- 20 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1354/2018-05-01

02011R1354 — MT — 01.05.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1354/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

(ĠU L 338 21.12.2011, p. 36)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/562 tad-9 ta' April 2018

  L 94

4

12.4.2018




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1354/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż



Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni fuq l-importazzjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għall-prodotti skont il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1, il-Kodiċi tan-NM, il-pajjiżi tal-oriġini, il-volum annwali, u n-numri tas-serje huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

1.  Il-kwantitajiet, espressi f’ekwivalenza għal piż ta’ karkassi, għall-importazzjoni ta’ prodotti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness.

2.  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ “ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi” imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandu jkun immultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

(a) għal annimali ħajjin: 0,47;

(b) għall-ħaruf bla għadam u għal-laħam tal-gidi bla għadam: 1,67;

(c) għal-laħam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż bla għadam, għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1,81;

(d) għal prodotti tal-laħam bl-għadma: 1,00;

▼M1

(e) għal-laħam tan-nagħaġ ipproċessat: 1,00.

▼B

“Gidi” għandha tfisser ferħ ta’ mogħża li ma għandux aktar minn sena.

▼M1

Artikolu 4

B'deroga mit-Titolu II(A) u (B) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 ( 1 ). Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda liċenzja tal-importazzjoni.

▼M1

Artikolu 4a

1.  L-oriġini tal-prodotti li għalihom ikun hemm kwota tariffarja minbarra dawk li ġejjin minn ftehimiet dwar tariffa preferenzjali għandha tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet li jkunu fis-seħħ fl-Unjoni.

2.  L-oriġini tal-prodotti li għalihom ikun hemm kwota tariffarja li tkun parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali għandha tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dak il-ftehim.

▼M1

Artikolu 5

1.  Biex wieħed jibbenefika mill-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness, għandha tintbagħat prova valida tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali tal-Unjoni, flimkien ma' dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għall-prodotti kkonċernati.

2.  Fil-każ ta' kwota tariffarja li tkun parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, il-prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun il-prova tal-oriġini stabbilita f'dak il-ftehim.

Fil-każ ta' kwoti tariffarji oħrajn minbarra dawk li ġejjin minn ftehimiet dwar tariffa preferenzjali, għandu japplika l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

Meta jingħaqdu l-kwoti tariffarji li jkunu ġejjin mill-istess pajjiż terz u li jkunu jidħlu fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafu, il-prova tal-oriġini stabbilita fil-ftehim rilevanti għandha tintbagħat lill-awtoritajiet doganali tal-Unjoni flimkien mad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għall-prodotti kkonċernati.

3.  Fil-każ ta' kwoti tariffarji oħrajn minbarra dawk li ġejjin minn ftehimiet dwar tariffa preferenzjali, id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għall-prodotti kkonċernati għandha tintbagħat lill-awtoritajiet doganali tal-Unjoni flimkien ma' dokument li jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-oriġini jew mill-aġenzija kompetenti tiegħu. Dan id-dokument għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) isem min qed jagħmel il-konsenja;

(b) it-tip ta' prodott u l-kodiċi tan-NM tiegħu;

(c) l-għadd ta' pakketti, in-natura tagħhom u l-marki u n-numri li jkollhom;

(d) in-numru jew in-numri tas-serje tal-kwota tariffarja kkonċernata;

(e) il-piż nett totali maqsum skont il-kategorija tal-koeffiċjenti kif stipulat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 1245/2010 huwa mħassar.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

IL-KWOTI TARIFFARJI TAL-UNJONI GĦAL-LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U GĦAL-LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' piż tal-karkassi)



Kodiċijiet tan-NM

Dazju “ad valorem” f'perċentwali

Dazju speċifiku

f'EUR għal kull 100 kg

Numru tas-serje skont il-prinċipju li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel

Oriġini

Volum annwali f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' piż tal-karkassi

Annimali ħajjin

(koeffiċjent ta' 0,47)

Laħam tal-ħaruf bla għadam (1)

(koeffiċjent ta' 1,67)

Laħam tal-muntun u laħam tan-nagħaġ bla għadam (2)

(koeffiċjent ta' 1,81)

Karkassi u laħam bl-għadam

(koeffiċjent ta' 1,00)

Laħam tan-nagħaġ ipproċessat

(koeffiċjent ta' 1,00)

0204

Żero

Żero

09.2101

09.2102

09.2011

L-Arġentina

23 000

09.2105

09.2106

09.2012

L-Awstralja

19 186

09.2109

09.2110

09.2013

New Zealand

228 254

09.2111

09.2112

09.2014

L-Urugwaj

5 800

09.2115

09.2116

09.1922

Iċ-Ċilì (3)

8 000

09.2121

09.2122

09.0781

In-Norveġja

300

09.2125

09.2126

09.0693

Greenland

100

09.2129

09.2130

09.0690

Il-Gżejjer Faeroe

20

09.2131

09.2132

09.0227

It-Turkija

200

09.2171

09.2175

09.2015

Pajjiżi oħrajn (4)

200

09.2178

09.2179

09.2016

Erga omnes (5)

200

0204 ,

0210 99 21 ,

0210 99 29 ,

ex 0210 99 85

Żero

Żero

09.2119

09.2120

09.0790

L-Iżlanda

Fl-2018

2 117

Fl-2019

2 783

Mill-2020 'il quddiem

3 050

0104 10 30

0104 10 80

0104 20 90

10 %

Żero

09.2181

09.2019

Erga omnes (5)

92

ex 1602 90 10 ,

1602 90 91

Żero

Żero

09.2118

L-Iżlanda

Mill-1 ta' Mejju 2018

67

Fl-2019

233

Mill-2020 'il quddiem

300

(1)   U laħam tal-gidi.

(2)   U laħam tal-mogħoż minbarra dak tal-gidi.

(3)   Il-kwota tariffarja għaċ-Ċilì tiżdied b'200 tunnellata fis-sena.

(4)   “Pajjiżi oħrajn” għandha tirreferi għall-membri kollha tad-WTO minbarra l-Arġentina, l-Awstralja, New Zealand, l-Urugwaj, iċ-Ċilì, Greenland u l-Iżlanda.

(5)   Erga omnes” għandha tirreferi għall-pajjiżi kollha tal-oriġini, inklużi dawk imsemmijin f'din it-tabella.



( 1 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

Top