Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011R1169-20140219

Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1169/2014-02-19

2011R1169 — MT — 19.02.2014 — 002.007


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1169/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 304 22.11.2011, p. 18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1155/2013 tal-21 ta’ Awwissu 2013

  L 306

7

16.11.2013

►M2

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 78/2014 tat-22 ta’ Novembru 2013

  L 27

7

30.1.2014


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 331, 18.11.2014, p.  40 (1169/2011)

►C2

Rettifika, ĠU L 266, 30.9.2016, p.  7 (1169/2011)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1169/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi biex jiġi assigurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur b'rabta mal-informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis id-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi u l-bżonnijiet tagħhom għal informazzjoni filwaqt li jassigura li s-suq intern jiffunzjona mingħajr xkiel.

2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b'mod partikolari t-tikkettar dwar l-ikel. Hu jistipula l-mezzi biex ikun garantit id-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni u proċeduri għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis il-bżonn li tiġi pprovduta flessibbiltà biżżejjed biex tlaħħaq mal-iżviluppi futuri u rekwiżiti ġodda għal informazzjoni.

3.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel fl-istadji kollha tal-proċess tal-ikel, fejn l-attivitajiet tagħhom jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Hu għandu japplika għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur finali, inkluż l-ikel li jitwassal minn fornituri tal-massa, u l-ikel intiż li jiġi fornut lil fornituri tal-massa.

Dan ir-Regolament għandu japplika għal servizzi tal-catering mogħtija minn impriżi tat-trasport meta t-tluq isir fit-territorji tal-Istati Membri li t-Trattati japplikaw għalihom.

4.  Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ tikkettar previsti f'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) id-definizzjonijiet ta’ “ikel”, “liġi dwar l-ikel”, “negozju tal-ikel”, “operatur ta’ negozju tal-ikel”, “bejgħ bl-imnut”, “tqegħid fis-suq” u “konsumatur finali” fl-Artikolu 2 u fil-punti (1), (2), (3), (7), (8) u (18) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b) id-definizzjonijiet ta’ “ipproċessar”, “prodotti mhux ipproċessati” u “prodotti pproċessati” fil-punti (m), (n) u (o) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel ( 1 );

(c) id-definizzjoni ta’ “enżima tal-ikel” fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel ( 2 );

(d) id-definizzjonijiet ta’ “addittivi tal-ikel”, “għajnuna għall-ipproċessar” u “aġenti veikoli” fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2), u fil-punt 5 tal-Anness I, tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel ( 3 );

(e) id-definizzjoni ta’ “aromatizzanti” fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel ( 4 );

(f) id-definizzjonijiet ta’ “laħam”“laħam separat mekkanikament”, “preparati tal-laħam”, “prodotti tal-ħut” u “prodotti tal-laħam” fil-punti 1.1, 1.14, 1.15, 3.1 u 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ( 5 );

(g) id-definizzjoni ta’ “reklamar” fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv ( 6 );

2.  Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “informazzjoni dwar l-ikel” tfisser l-informazzjoni li tikkonċerna xi ikel u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur finali permezz ta’ tikketta, materjal ieħor li jkollha magħha, jew xi mezzi oħra inklużi għodod teknoloġiċi moderni jew komunikazzjoni verbali;

(b) “il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel” tfisser id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b'mod partikolari t-tikkettar, inklużi regoli ta’ natura ġenerali applikabbli għall-ikel kollu f'ċerti ċirkostanzi jew għal ċerti kategoriji ta’ ikel u regoli li japplikaw biss għal ikel speċifiku;

(c) “informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel” tfisser id-dettalji rekwiżiti li għandhom jiġu provduti lill-konsumatur finali mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni;

(d) “caterers tal-massa” tfisser kull stabbiliment (inklużi vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel, sptarijiet u impriżi tal-catering li fih, waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel biex ikun lest għall-konsum mill-konsumatur aħħari;

(e) “ikel ippakkjat bil-lest” tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur aħħari u lill-caterers tal-massa, magħmul minn xi ikel u l-pakkett li tpoġġa fih qabel ma tqiegħed għall-bejgħ, sew jekk dak il-pakkett jgħatti l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b'tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett; “ikel ippakkjat bil-lest” ma jkoprix ikel ippakkjat fil-postijiet fejn jinbiegħ fuq talba tal-konsumatur jew ikel ippakkjat bil-lest għall-bejgħ dirett;

(f) “ingredjent” tfisser kull sustanza jew prodott, inklużi l-aromatizzanti, l-addittivi tal-ikel u l-enżimi tal-ikel, u kull kostitwent ta’ xi ingredjent kompost, użat fil-manifattura jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f'forma mibdula; ir-residwi m'għandhomx jitqiesu bħala “ingredjenti”;

(g) “post ta’ provenjenza” tfisser kwalunkwe post minn fejn l-ikel hu indikat li ġej, u li mhuwiex il-“pajjiż tal-oriġini” kif determinat taħt l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92; l-isem, l-isem tan-negozju jew l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-ikel fuq it-tikketta m'għandhomx jikkostitwixxu indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament;

(h) “ingredjent kompost” tfisser ingredjent li fih innifsu huwa r-riżultat ta’ aktar minn ingredjent wieħed;

(i) “tikketta” tfisser kull tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv ieħor miktub, stampat, stensiljat, immarkat, ibbuzzat 'il barra jew imprimat fuq il-pakkett jew il-kontenitur tal-ikel, jew mehmuż miegħu;

(j) “tikkettar” tfisser kull kelma, dettalji, trejdmarks, isem tad-ditta, materjal jew simbolu bl-istampi marbut ma’ xi ikel u mqiegħed fuq xi pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew għonq li jkun hemm ma’ dak l-ikel jew li jirreferi għalih;

(k) “linji viżivi” tfisser l-uċuh kollha ta’ pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda;

(l) “linja viżiva ewlenija” tfisser il-linja viżiva ta’ pakkett li x'aktarx li l-konsumatur jaraha ma l-ewwel daqqa t'għajn meta jixtri l-prodott u li tippermetti lill-konsumatur jidentifika prodott immedjatament fir-rigward tal-karattru jew in-natura tiegħu u, jekk ikun japplika, skont l-isem tad-ditta tiegħu. Jekk pakkett ikollu diversi linji viżivi ewlenin identiċi, il-linja viżiva ewlenija tkun dik magħżula mill-operatur tan-negozju tal-ikel;

(m) “leġġibbiltà” tfisser l-apparenza fiżika tal-informazzjoni, li permezz tagħha l-informazzjoni tkun aċċessibbli viżivament għall-popolazzjoni ġenerali u li hija determinata minn diversi elementi, inter alia d-daqs tat-tipa, l-ispazju bejn l-ittri, l-ispazju bejn il-linji, il-wisa' tal-ittri, il-kulur tat-tipa, it-tipografija, il-proporzjon bejn il-wisa' u l-għoli tal-ittri, is-superfiċje tal-materjal u l-kuntrast sinifikanti bejn l-ittri stampati u l-isfond;

(n) “isem ġuridiku” tfisser l-isem ta’ xi ikel preskritt fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli għalih jew, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni bħal dawn, l-isem previst fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih jinbiegħ l-ikel lill-konsumatur finali jew lill-fornituri tal-massa;

(o) “isem tradizzjonali” tfisser xi isem li hu aċċettat bħala l-isem tal-ikel mill-konsumaturi fl-Istat Membru li fih jinbiegħ, mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar spjegazzjoni dwaru;

(p) “isem deskrittiv” tfisser xi isem li jipprovdi deskrizzjoni tal-ikel, u jekk hemm bżonn tal-użu tiegħu, li hu ċar biżżejjed biex jgħin lill-konsumaturi jsiru jafu n-natura vera tiegħu u jiddistingwuh minn prodotti oħra li magħhom jista' jiġi mħawwad;

(q) “ingredjent(i) primarju/i” tfisser l-ingredjent jew ingredjenti tal-ikel li jirrappreżentaw aktar minn 50 % ta’ dak l-ikel jew li normalment ikunu assoċjati mal-isem tal-ikel mill-konsumatur u li fir-rigward tagħhom fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tkun rekwiżita indikazzjoni kwantitattiva;

(r) “data ta’ durabbiltà minima ta’ xi ikel” tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa' jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun sew;

(s) “nutrijent” tfisser proteina, karboidrat, xaħam, fibra alimentari, sodju, vitamini u minerali elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament, u sustanzi li jappartjenu lil jew huma komponenti ta’ xi waħda minn dawk il-kategoriji;

(t) “nanomaterjal maħdum” tfisser kull materjal prodott intenzjonalment li jkollu dimensjoni waħda jew aktar tal-kobor ta’ 100 nm jew anqas jew li jkun magħmul minn partijiet funzjonali diskreti, internament jew fis-superfiċje, li ħafna minnhom ikollhom dimensjoni waħda jew aktar tal-kobor ta’ 100 nm jew anqas, inklużi strutturi, agglomerati jew aggregati, li jista' jkunu akbar minn 100 nm iżda li jżommu l-proprjetajiet li huma karatteristiċi tan-nanoskala.

Proprjetajiet li huma karatteristiċi tan-nanoskala jinkludu:

(i) dawk marbuta mal-erja tas-superfiċje speċifika kbira tal-materjali kunsidrati; u/jew

(ii) proprjetajiet fiżikokimiċi speċifiċi li huma differenti minn dawk tan-non-nanoforma tal-istess materjal.

(u) “mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod” ifisser kull mezz li, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-fornitur u l-konsumatur, jista' jintuża għall-konklużjoni ta’ kuntratt bejn dawk il-partijiet.

3.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament il-pajjiż tal-oriġini ta’ ikel għandu jirriferi għall-oriġini ta’ ikel kif iddeterminata skont l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

4.  Id-definizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll.



KAPITOLU II

PRINĊIPJI ĠENERALI DWAR L-INFORMAZZJONI TAL-IKEL

Artikolu 3

Għanijiet ġenerali

1.  Il-forniment tal-informazzjoni dwar l-ikel għandu jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u tal-interessi tagħhom billi jipprovdi bażi għall-konsumaturi finali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u biex jużaw l-ikel b'mod sigur, b'mod partikolari fir-rigward ta’ konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

2.  Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha timmira biex fl-Unjoni jintlaħaq il-moviment liberu tal-ikel magħmul u kummerċjalizzat legalment, billi jitqies, fejn adegwat, il-bżonn li jiġu mħarsal-interessi leġittimi tal-produtturi u biex issir promozzjoni tal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità.

3.  Fejn il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, għandu jingħata perijodu tranżizzjonali wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, ħlief f'każijiet ġustifikati kif xieraq. Matul tali perijodu tranżizzjonali l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta’ dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perijodu ta’ tranżizzjoni jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

4.  Għandha titwettaq konsultazzjoni pubblika miftuħa u trasparenti, inkluż mal-partijiet interessati, direttament jew permezz ta’ korpi rappreżentattivi, matul it-tħejjija, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni tal-liġi rigward l-informazzjoni dwar l-ikel, ħlief meta l-urġenza tal-kwistjoni ma tippermettihiex.

Artikolu 4

Prinċipji li jirregolaw l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1.  Fejn l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hi meħtieġa bil-liġi dwar l-informazzjoni tal-ikel, din għandha tikkonċerna informazzjoni li taqa', b'mod partikolari, f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a) informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, kontenut jew karatteristiċi oħra tal-ikel;

(b) informazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u l-użu sigur ta’ xi ikel. B'mod partikolari, din għandha tikkonċerna informazzjoni dwar:

(i) kwalitajiet kompożizzjonali li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal saħħet ċerti gruppi ta’ konsumaturi;

(ii) durabbiltà, ħżin u użu sigur;

(iii) l-impatt fuq is-saħħa, inklużi r-riskji u l-konsegwenzi marbuta mal-konsum dannuż u perikoluż ta’ xi ikel;

(c) informazzjoni dwar il-karatteristiċi nutrizzjonali sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu, anke dawk b'rekwiżiti speċjali tad-dieta, jagħmlu għażliet infurmati.

2.  Meta jitqies il-bżonn ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, għandu jittieħed kont tal-bżonn frekwenti min-naħa tal-maġġoranza tal-konsumaturi għal ċerta informazzjoni li tkun ta’ valur sinifikanti għalihom jew ta’ kull benefiċċju ġeneralment aċċettat għall-konsumatur.

Artikolu 5

Konsultazzjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel

Kwalunkwe miżura tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi dwar l-informazzjoni tal-ikel probabbilment li x'aktarx ikollha effett fuq is-saħħa pubblika għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (“l-Awtorità”).



KAPITOLU III

REKWIŻITI ĠENERALI GĦAL INFORMAZZJONI DWAR L-IKEL U R-RESPONSABBILTAJIET TAL-OPERATURI TAN-NEGOZJI TAL-IKEL

Artikolu 6

Rekwiżit bażiku

Kull ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur finali jew lil fornituri tal-massa għandu jkollu miegħu l-informazzjoni dwar l-ikel skont dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Prassi ġusta dwar l-informazzjoni

1.  L-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhiex tiżgwida, b'mod partikolari:

(a) fir-rigward tal-karatteristiċi tal-ikel u, b'mod partikolari, fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabbiltà, il-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

(b) billi tattribwixxi għall-ikel l-effetti jew il-karatteristiċi li ma fihx;

(c) billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi, b'mod partikolari billi tenfasizza speċifikament il-preżenza jew in-nuqqas ta’ ċerti ingredjenti u/jew nutrijenti;

(d) billi permezz tal-apparenza, id-deskrizzjoni jew ir-rappreżentazzjonijiet bl-istampi, tiġi ssuġġerita l-preżenza ta’ ikel jew ta’ ingredjent partikolari, filwaqt li fir-realtà xi komponent preżenti b'mod naturali jew ingredjent normalment użat f'dak l-ikel ikun ġie sostitwit b'komponent differenti jew ingredjent differenti.

2.  L-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun preċiża, ċara u faċilment komprensibbli għall-konsumatur.

3.  Suġġett għal derogi previsti mil-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirriferi għal dawk il-karatteristiċi.

4.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal:

(a) reklamar;

(b) il-preżentazzjoni ta’ ikel b'mod partikolari l-forma tiegħu, l-apparenza jew l-ippakkjar, il-materjal tal-ippakkjar użat, il-mod li bih hu rranġat u l-ambjent li fih jiġi esebit.

Artikolu 8

Responsabbiltajiet

1.  L-operatur fin-negozju tal-ikel responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel għandu jkun l-operatur li taħt ismu jew taħt isem in-negozju tiegħu l-ikel jiġi kkummerċjalizzat jew, jekk dak l-operatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-importatur fis-suq tal-Unjoni.

2.  L-operatur fin-negozju tal-ikel responsabbli għall-informazzjoni tal-ikel għandu jiżgura l-preżenza tal-informazzjoni dwar l-ikel u li din tkun preċiża skont il-liġi tal-informazzjoni applikabbli dwar l-ikel u r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti.

3.  L-operaturi tan-negozji tal-ikel li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhomx ifornu ikel li jafu jew jippreżumu, abbażi tal-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali, li ma jikkonformax mal-liġi tal-informazzjoni applikabbli dwar l-ikel u mar-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti.

4.  L-operaturi tan-negozji tal-ikel, fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, m'għandhomx jimmodifikaw l-informazzjoni li jkun hemm ma’ xi ikel jekk dik il-modifika tiżgwida lill-konsumatur finali jew inkella b'xi mod ieħor tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-possibbiltajiet għall-konsumatur finali li jagħmel għażliet informati. L-operaturi tan-negozji tal-ikel huma responsabbli għal kwalunkwe bidla li jagħmlu fl-informazzjoni dwar l-ikel li jkun hemm ma’ xi ikel.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 4, l-operaturi tan-negozji tal-ikel, fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jassiguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jivverifikaw li jkunu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti.

6.  L-operaturi tan-negozji tal-ikel fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest maħsub għall-konsumatur finali jew għall-forniment lil fornituri tal-massa għandha tiġi trażmessa lill-operatur tan-negozju tal-ikel li jirċievi l-ikel sabiex tippermetti, meta jkun meħtieġ, l-għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel lill-konsumatur finali.

7.  Fil-każijiet li ġejjin, l-operaturi tan-negozji tal-ikel, fil-qafas tan-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jiżguraw li d-dettalji obbligatorji meħtieġa taħt l-Artikoli 9 u 10 għandhom jidhru fuq il-pakkett ippakkjat bil-lest jew tikketta mwaħħla miegħu, jew fuq id-dokumenti kummerċjali li jirriferu għall-ikel fejn jista' jkun garantit li dawk id-dokumenti jew jiġu mal-ikel li jirriferu għalih jew ikunu ntbagħtu qabel jew fl-istess ħin tal-wasla:

(a) fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż għall-konsumatur finali iżda kummerċjalizzat fi stadju qabel il-bejgħ lill-konsumatur finali u fejn il-bejgħ lil xi fornitur tal-massa mhux involut f'dak l-istadju;

(b) fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż li jiġi fornut lill-fornituri tal-massa biex jiġi ppreparat, ipproċessat, maqsum jew imqatta'.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li d-dettalji msemmija fil-punti (a), (f), (g) u (h) tal-Artikolu 9(1) jidhru wkoll fuq il-pakkett ta’ barra li fih jiġi preżentat l-ikel ippakkjat bil-lest għall-bejgħ.

8.  L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jfornu ikel lil operaturi oħrajn tan-negozji tal-ikel li mhuwiex maħsub għall-konsumatur finali jew għall-fornituri tal-massa għandhom jiżguraw li dawk l-operaturi oħrajn tan-negozji tal-ikel jiġu pprovduti b'informazzjoni suffiċjenti li tippermettilhom, fejn ikun il-każ, li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 2.



KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI OBBLIGATORJA DWAR L-IKEL



TAQSIMA 1

Kontenut u preżentazzjoni

Artikolu 9

Lista ta’ dettalji obbligatorji

1.  Konformement mal-Artikoli 10 sa 35 u skont l-eċċezzjonijiet li hemm f'dan il-Kapitolu, hija obbligatorja l-indikazzjoni tad-dettalji li ġejjin:

(a) l-isem tal-ikel;

(b) il-lista ta’ ingredjenti;

(c) kwalunkwe ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar elenkata fl-Anness II jew li ġejja minn sustanza jew prodott elenkat fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi użat fil-produzzjoni jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f'forma mibdula.

(d) il-kwantità ta’ ċerti ingredjenti jew kategoriji ta’ ingredjenti;

(e) il-kwantità netta tal-ikel;

(f) id-data ta’ kemm iservi l-inqas jew id-data “uża sa”;

(g) kwalunkwe kondizzjoni speċjali tal-ħżin u/jew kondizzjoni tal-użu;

(h) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur fin-negozju tal-ikel imsemmijin fl-Artikolu 8(1);

(i) il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza meta previst fl-Artikolu 26;

(j) istruzzjonijiet dwar l-użu fejn ikun diffiċli li l-ikel jintuża kif suppost mingħajr dawk l-istruzzjonijiet;

(k) fir-rigward ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol, is-saħħa alkoħolika proprja skont il-volum;

(l) dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni.

2.  Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati bi kliem u numri. Bla ħsara għall-Artikolu 35, jistgħu jiġu espressi wkoll permezz ta’ piTtogrammi jew simboli.

3.  Fejn il-Kummissjoni tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni li hemm referenza għalihom f'dan l-Artikolu, id-dettalji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, jistgħu alternattivament jiġu espressi permezz ta’ pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri.

Sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jibbenefika minn mezzi oħra ta’ espressjoni tal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel apparti l-kliem u n-numri, u sakemm ikun żgurat l-istess livell ta’ informazzjon bħal fil-każ tal-kliem u n-numri, il-Kummissjoni b'kont meħud tal-evidenza dwar il-fehim uniformi tal-konsumatur, tista' tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati, skont l-Artikolu 51, il-kriterji li permezz tagħhom dettall wieħed jew diversi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 jista' jiġi espress permezz ta’ pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri.

4.  Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-kriterji ddefiniti skont il-paragrafu 3 biex jesprimu ċertu dettall jew dettalji permezz ta’ pittogrami jew simboli minflok kliem jew numri. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 10

Dettalji oħra obbligatorji għal tipi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel

1.  Minbarra d-dettalji elenkati fl-Artikolu 9(1), dettalji oħra obbligatorji għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel huma stipulati fl-Anness III.

2.  Sabiex tkun żgurata l-informazzjoni lill-konsumatur fir-rigward ta’ tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel u biex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi, il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi jew l-użu sikur tal-ikel, il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness III permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51.

Meta, fil-każ li jiżviluppa riskju għas-saħħa tal-konsumaturi, ikunu jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 52 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 11

Piżijiet u miżuri

L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri.

Artikolu 12

Disponibbiltà u tnedija ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1.  Għandu jkun hemm informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u għandha tkun faċilment aċċessibbli, konformement ma’ dan ir-Regolament, għall-ikel kollu.

2.  Fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher direttament fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu.

3.  Sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw minn mezzi oħra ta’ għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel aktar adattati għal ċerti dettalji obbligatorji, u sakemm ikun żgurat l-istess livell ta’ informazzjoni li jingħata permezz tal-pakkett jew tikketta, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-evidenza dwar il-fehim uniformi tal-konsumatur u tal-użu mifrux ta’ dawn il-mezzi mill-konsumaturi, tista' tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, il-kriterji li jippermettu li ċerti dettalji obbligatorji jkunu jistgħu jiġu espressi b'mezzi oħra barra dawk ta’ fuq il-pakkett jew fuq it-tabella.

4.  Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jesprimu ċerti dettalji obbligatorji b'mezzi oħra apparti dawk ta’ fuq il-pakkett jew tikketta. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

5.  Fil-każ ta’ ikel li mhux ippakkjat bil-lest, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44.

Artikolu 13

Preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji

1.  Mingħajr ħsara għall-miżuri nazzjonali adottati taħt l-Artikolu 44(2), l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f'post li jidher b'tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn adegwat, ma titħassarx. M'għandhiex tkun bl-ebda mod moħbija, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal ieħor li jintervjeni.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari, meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta b'mod li jiżgura leġibilità ċara, f'ittri li jużaw qies ta’ tipa fejn l-għoli-x, kif definit fl-Anness IV, ikun ugwali jew iktar minn 1,2 mm.

3.  F'każ ta’ imballaġġ jew kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 80 cm2, id-daqs tal-għoli-x tat-tipa msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ugwali għal jew ikbar minn 0,9 mm.

4.  Għall-fini li jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 51, tistabbilixxi r-regoli għal-leġġibbiltà.

Għall-istess fini imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, testendi r-rekwiżiti taħt il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dettalji obbligatorji addizzjonali għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel.

5.  Id-dettalji elenkati fil-punti (a), (e) u (k) tal-Artikolu 9(1) għandhom jidhru fl-istess linji viżivi.

6.  Il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu m'għandux japplika fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 16(1) u (2).

Artikolu 14

Bejgħ mill-bogħod

1.  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikolu 9, fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest imqiegħed għall-bejgħ permezz ta’ komunikuzzjoni mill-bogħod:

(a) l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, minbarra d-dettalji previsti fil-punt (f) tal-Artikolu 9(1), għandha tkun disponibbli qabel ma jiġi konkluż ix-xiri u għanda tidher fuq il-materjal li jappoġġa l-bejgħ mill-bogħod jew tingħata b'mezzi oħrajn adattati li jkunu identifikati b'mod ċar mill-operatur fin-negozju tal-ikel. Fejn jintużaw mezzi adegwati oħrajn, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tingħata mingħajr li l-operatur fin-negozju tal-ikel jesiġi mill-konsumaturi xi spejjeż supplimentari;

(b) id-dettalji obbligatorji kollha għandhom ikunu disponibbli fil-mument tal-kunsinna.

2.  Fil-każ ta’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għal bejgħ b'mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, id-dettallji meħtieġa taħt l-Artikolu 44 għandhom isiru disponibbli skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.  Il-punt (a) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika għal ikel offrut għall-bejgħ permezz ta’ magni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini kummerċjali awtomatizzat.

Artikolu 15

Rekwiżiti lingwistiċi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(3), l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher f'lingwa mifhuma faċilment mill-konsumaturi tal-Istati Membri fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.

2.  Fit-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b'waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx iżommu milli d-dettalji jiġu indikati b'diversi lingwi.

Artikolu 16

Ommissjoni ta’ ċerti dettalji obbligatorji

1.  Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b'mod li ma jitħassrux u li għalhekk m'għandhomx tikketta, ċirku jew għonq, id-dettalji obbligatorji elenkati fil-punti (a), (c), (e), (f) u (l) tal-Artikolu 9(1) biss għandhom ikunu obbligatorji.

2.  Fil-każ ta’ ppakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom fih êrja ta’ inqas minn 10 cm2 d-dettalji elenkati fil-punti (a), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 9(1) biss għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Id-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) għandhom jiġu pprovduti b'mezzi oħra jew għandhom isiru disponibbli fuq talba tal-konsumatur.

3.  Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-Unjoni li tirrikjedi dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 9(1) m'għandhiex tkun obbligatorja għall-ikel elenkat fl-Anness V.

4.  Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni li jirrikjedu lista ta’ ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dettalji msemmijin fil-punti (b) u (l) tal-Artikolu 9(1) m'għandhomx ikunu obbligatorji għal xorb li fih aktar minn 1,2 % b'volum ta’ alkoħol.

Sat-13 ta’ Diċembru 2014, l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 30(1) għall-prodotti msemmijin f'dan il-paragrafu, u li jindirizza jekk xi kategorjiji ta’ xorb alkoħoliku għandhomx fil-futur jiġu koperti, b'mod partikolari, permezz tar-rekwiżit li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-valur enerġetiku, u r-raġunijiet li jiġġustifikaw eżenzjonijiet possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza ma’ linji politiċi rilevanti oħra tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tipproponi definizzjoni ta’ “alcopops”.

Il-Kummissjoni għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, li tiddetermina r-regoli għal lista tal-ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni ta’ dawn il-prodotti.



TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet dettaljati dwar dettalji obbligatorji

Artikolu 17

Isem tal-ikel

1.  L-isem tal-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv tal-ikel.

2.  Għandu jitħalla jintuża fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar l-isem tal-ikel li bih il-prodott jiġi fabbrikat u kummerċjalizzat legalment fl-Istat Membru tal-produzzjoni. Minkejja dan, fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 9, ma jippermettux lill-konsumaturi fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar biex isiru jafu n-natura vera tal-ikel u biex jiddistingwuh mill-ikel li miegħu jista' jiġi mfixkel, l-isem tal-ikel għandu jkollu miegħu informazzjoni oħra deskrittiva li għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

3.  F'każijiet eċċezzjonali, l-isem tal-ikel fl-Istat Membru tal-produzzjoni m'għandux jintuża fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni meta l-ikel li huwa jsemmi fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni jkun tant differenti, fir-rigward tal-kompożizzjoni jew il-fabbrikazzjoni tiegħu, mill-ikel magħruf taħt dak l-isem fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni li l-paragrafu 2 ma jkunx biżżejjed biex jiżgura, fl-Istat Membru tal-kummerċjalizzazzjoni, informazzjoni korretta għall-konsumaturi.

4.  L-isem tal-ikel m'għandux jiġi sostitwit b'isem li jkun protett bħala proprjetà intelletwali, isem tad-ditta jew isem ornamentali.

5.  Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-isem tal-ikel u d-dettalji li għandhom jakkumpanjawh huma stabbiliti fl-Anness VI.

Artikolu 18

Lista ta’ ingredjenti

1.  Il-lista ta’ ingredjenti għandha tkun intitolata jew preċeduta minn titolu adattat li jkun magħmul minn jew jinkludi l-kelma “ingredjenti”. Għandu jinkludi l-ingredjenti kollha tal-ikel, f'ordni li tonqos skont l-użin, kif innotati meta ntużaw fil-fabbrikazzjoni tal-ikel.

2.  L-ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 17 u fl-Anness VI.

3.  L-ingredjenti kollha preżenti fil-forma ta’ nanomaterjali maħdumin għandhom ikunu indikati b'mod ċar fil-lista tal-ingredjenti. L-isem ta’ tali ingredjenti għandu jkun segwit mill-kelma “nano” f'parentesi.

4.  Ir-regoli tekniċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu huma stipulati fl-Anness VII.

5.  Għall-finijiet li jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 51, taġġusta u tadatta d-definizzjoni ta’ nanomaterjali maħduma msemmija f'punt (t) tal-Artikolu 2(2) għall-progress tekniku jew xjentifiku jew għal definizzjonijiet miftiehma f'livell internazzjonali.

Artikolu 19

Ommissjoni tal-lista ta’ ingredjenti

1.  L-ikel li ġej m'għandux ikun meħtieġ li jkollu lista ta’ ingredjenti:

(a) frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, ma tqattgħetx jew ġiet trattatta b'mod simili;

(b) ilma karbonat, liema deskrizzjoni tiegħu tindika li ġie karbonat;

(c) ħall tal-fermentazzjoni mnissel esklussivament minn prodott bażiku wieħed, dejjem jekk l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud miegħu;

(d) ġobon, butir, ħalib u krema fermentata, li l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud magħhom minbarra prodotti tal-ħalib, enżimi tal-ikel u kulturi tal-mikro-organiżmi essenzjali għall-fabbrikazzjoni, jew fil-każ tal-ġobon minbarra ġobon frisk u ġobon ipproċessat il-melħ meħtieġ għall-fabbrikazzjoni tiegħu;

(e) ikel magħmul minn ingredjent wieħed, fejn:

(i) l-isem tal-ikel hu identiku għall-isem tal-ingredjent; jew

(ii) l-isem tal-ikel jgħin biex tkun identifikata sew in-natura tal-ingredjent.

2.  Sabiex jittieħed kont tar-rilevanza għall-konsumatur ta’ lista ta’ ingredjenti fir-rigward ta’ tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, il-Kummissjoni tista', f'każi eċċezzjonali, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm l-ommissjonijiet ma jirriżultawx li ma jkunux infurmati biżżejjed il-konsumatur finali jew il-fornituri tal-massa.

Artikolu 20

Ommissjoni ta’ kostitwenti ta’ ikel mil-lista ta’ ingredjenti

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, il-kostitwenti li ġejjin ta’ xi ikel m'għandhomx ikunu meħtieġa li jiġu inklużi fil-lista ta’ ingredjenti:

(a) il-kostitwenti tal-ingredjenti li ġew temporanjament separati waqt il-proċess ta’ manifattura u iktar tard introdotti mill-ġdid iżda mhux fl-eċċess tal-proporzjonijiet oriġinali tagħhom;

(b) addittivi tal-ikel u enżimi tal-ikel:

(i) li jinsabu biss f'xi ikel partikolari minħabba l-fatt li kienu jinsabu f'xi ingredjent jew ingredjenti ta’ dak l-ikel, f'konformità mal-prinċipju ta’ trasferiment imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, dejjem jekk m'għandhomx xi funzjoni teknoloġika fil-prodott lest; jew

(ii) li jintużaw bħala għajnuniet fl-ipproċessar;

(c) aġenti veikoli u sustanzi li mhumiex addittivi tal-ikel iżda li huma użati bl-istess mod u bl-istess għan bħall-aġenti veikoli, u li jintużaw fil-kwantitajiet strettament neċessarji;

(d) sustanzi li mhumiex addittivi tal-ikel iżda li huma użati bl-istess mod u bl-istess għan bħall-għajnuniet għall-ipproċessar u xorta għadhom jinsabu fil-prodott lest, anki jekk f'forma mibdula;

(e) ilma:

(i) fejn l-ilma huwa użat waqt il-proċess ta’ manifattura unikument għar-rikostituzzjoni ta’ ingredjent użat f'forma kkonċentrata jew imnixxfa; jew

(ii) fil-każ ta’ mezz likwidu li mhux normalment ikkonsmat.

Artikolu 21

Tikkettar ta’ ċerti sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati taħt l-Artikolu 44(2), id-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) dawn għandhom ikunu indikati fil-lista tal-ingredjenti f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 18(1), b'referenza ċara għall-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II; u

(b) l-isem tas-sustanza jew prodott kif elenkat fl-Anness II għandu jiġi enfasizzat permezz ta’ tipa li tiddistingwihom b'mod ċar mill-bqija tal-lista tal-ingredjenti, pereżempju permezz tat-tipa, l-istil jew il-kulur tal-isfond.

Fin-nuqqas ta’ lista tal-ingredjenti, l-indikazzjoni tad-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandha tinkludi l-kelma “fihom” li ssegwi bl-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II.

Fejn diversi ingredjenti jew għajnuniet għall-ipproċessar ta’ xi ikel joriġinaw minn sustanza jew prodott uniku elenkat fl-Anness II, it-tikkettar għandu jagħmilha ċara għal kull ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar ikkonċernata.

L-indikazzjoni tad-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) m'għandhiex tkun meħtieġa f'każijiet fejn l-isem tal-ikel jirreferi b'mod ċar għas-sustanza jew għall-prodott kkonċernat.

2.  Sabiex tkun żgurata informazzjoni aħjar lill-konsumaturi u biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u l-għarfien tekniku l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b'mod sistematiku u, meta jkun meħtieġ, taġġorna l-lista fl-Anness II permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51.

Meta, fil-każ li jiżviluppa riskju għas-saħħa tal-konsumaturi, ikunu jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 52 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 22

Indikazzjoni kwantitattiva tal-ingredjenti

1.  L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti użati fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel għandha tkun meħtieġa fejn l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati:

(a) jidhru fl-isem tal-ikel jew normalment ikunu assoċjati ma’ dak l-isem mill-konsumaturi;

(b) ikunu enfasizzati fuq it-tikkettar bi kliem, stampi jew grafika; jew

(c) ikunu essenzjali biex jikkaratterizzaw xi ikel u jiddistingwuh mill-prodotti li magħhom jista' jiġi mfixkel minħabba ismu jew id-dehra tiegħu.

2.  Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni kwantitattiva mhix se tkun meħtieġa fil-każ ta’ ċerti ingredjenti, huma stipulati fl-Anness VIII.

Artikolu 23

Kwantità netta

1.  Il-kwantità netta tal-ikel għandha tiġi espressa bl-użu ta’ litri, ċentilitri, millilitri, kilogrammi jew grammi, kif ikun il-każ:

(a) f'unitajiet ta’ volum fil-każ ta’ prodotti likwidi;

(b) f'unitajiet ta’ massa fil-każ ta’ prodotti oħra.

2.  Sabiex ikun żgurat fehim aħjar mill-konsumatur tal-informazzjoni dwar l-ikel fuq it-tikketta, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi għal ċertu ikel speċifikat, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, metodu differenti ta’ espressjoni tal-kwalità netta minn dak stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.  Ir-regoli tekniċi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, inklużi każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni tal-kwantità netta m'għandhiex tkun meħtieġa, huma stipulati fl-Anness IX.

Artikolu 24

Data minima ta’ durabbiltà, data “uża sa” u d-data tal-iffriżar

1.  Fil-każ ta’ ikel li, minn punt di vista mikrobijoloġiku, imur malajr ħafna u għalhekk wara perijodu taż-żmien qasir x'aktarx jista' jkun ta’ periklu imminenti għal saħħet il-bniedem, id-data ta’ kemm iservi l-inqas għandha tinbidel bid-data “uża sa”. Wara d-data sa meta għandu jintuża, l-ikel għandu jitqies li ma jkunx sikur fit-tifsira tal-Artikolu 14(2) sa (5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.  Id-data adatta għandha tiġi espressa skont l-Anness X.

3.  Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi fil-mod li bih tkun indikata d-data ta’ durabbiltà minima msemmija fil-punt 1(c) tal-Anness X, il-Kummissjoni tista' tadotta, atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli f'dan ir-rigward. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 25

Kondizzjonijiet tal-ħżin jew kondizzjonijiet tal-użu

1.  F'każijiet ta’ ikel li jirrikjedi kondizzjonijiet speċjali tal-ħżin u/jew kondizzjoni tal-użu, dawnil-kondizzjonijiet għandhom jiġu indikati.

2.  Biex jippermettu l-ħżin jew użu xieraq tal-ikel wara l-ftuħ tal-pakkett, il-kondizzjonijiet tal-ħżin u/jew il-limitu taż-żmien għall-konsum għandu jiġi indikat, fejn ikun xieraq.

Artikolu 26

Pajjiż tal-oriġini jew post ta’ provenjenza

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tat-tikkettar previsti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti ( 7 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel ( 8 ).

2.  Indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għandu jkun obbligatorju:

(a) fejn in-nuqqas ta’ din l-indikazzjoni jista' jiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-pajjiż veru tal-oriġini jew il-post veru ta’ provenjenza tal-ikel, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm mal-ikel jew it-tikketta b'mod globali tista' b'xi mod ieħor timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti tal-oriġini jew post differenti ta’ provenjenza;

(b) għal-laħam, li jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) elenkati fl-Anness XI. L-applikazzjoni ta’ dan il-punt għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 8.

3.  Fejn jingħata l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel u fejn dan ma jkunx l-istess bħal dak tal-ingredjent primarju tiegħu:

(a) il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju kkonċernat għandu jingħata wkoll; jew

(b) il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju għandu jiġi indikat bħala differenti minn dak tal-ikel.

L-applikazzjoni ta dan il-paragrafu għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 8.

4.  Sa ħames snin mid-data tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tiġi evalwata l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għall-prodotti msemmijin f'dak il-punt.

5.  Sat-13 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għall-ikel li ġej:

(a) tipi oħra ta’ laħam barra ċ-ċanga u barra dawk imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

(b) ħalib;

(c) ħalib użat bħala ingredjent fil-prodotti tal-ħalib;

(d) ikel mhux ipproċessat;

(e) prodotti b'ingredjent uniku;

(f) ingredjenti li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-ikel.

6.  Sat-13 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għal-laħam użat bħala ingredjent.

7.  Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa għall-konsumaturi li jkunu informati, tal-fattibbiltà li tingħata l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza u analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta’ tali miżuri, inklużi l-impatt legali fuq is-suq intern u l-impatt fuq il-kummerċ internazzjonali.

Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dawk ir-rapporti bi proposti biex jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

8.  Sat-13 ta’ Diċembru 2013 wara li jkunu saru l-valutazzjonijiet tal-impatt, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

9.  Fil-każ tal-ikel imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2, f'punt (a) tal-paragrafu 5 u fil-paragrafu 6, ir-rapporti u l-valutazzjonijiet tal-impatt fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu għandhom iqisu, inter alia, l-għażliet għall-modalitajiet tal-espressjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew post ta’ provenjenza ta’ dak l-ikel, b'mod partikolari fir-rigward ta’ kull wieħed mill-punti determinanti li ġejjin fil-ħajja tal-annimal:

(a) il-post tat-twelid;

(b) il-post tat-trobbija;

(c) il-post tal-qtil.

Artikolu 27

Istruzzjonijiet għall-użu

1.  L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b'tali mod li jippermettu l-użu korrett tal-ikel.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 għal ċertu ikel. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 28

Qawwa alkoħolika

1.  Ir-regoli dwar l-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika bil-volum għandhom, fil-każ ta’ prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2204 , ikunu dawk stabbiliti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabli għal dawn il-prodotti.

2.  Is-saħħa alkoħolika proprja skont il-volum tax-xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol barra dak imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi indikata skont l-Anness XII.



TAQSIMA 3

Dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

Artikolu 29

Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra

1.  Din it-Taqsima m'għandhiex tapplika għall-ikel fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li ġejja:

(a) id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel ( 9 );

(b) id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali ( 10 ).

2.  Din it-Taqsima għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari ( 11 ) u Direttivi speċifiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 30

Kontenut

1.  Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a) il-valur enerġetiku; u

(b) l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati, zokkor, proteini u melħ.

Fejn ikun il-każ, dikjarazzjoni li tindika li l-kontenut tal-melħ huwa esklużivament minħabba l-preżenza ta’ sodju li jittrabba b'mod naturali tista' tidher qrib ħafna tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

2.  Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni obbligatorja msemmija fil-paragrafu 1 jista' jkun issupplimentat b'indikazzjoni tal-ammonti ta’ wieħed minn dan li ġej jew aktar:

(a) mono-insaturati;

(b) poli-insaturati;

(c) polioli;

(d) lamtu;

(e) fibra alimentari;

(f) kwalunkwe vitamina jew mineral elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII, u li jkunu preżenti f'ammonti sinifikanti kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness XIII.

3.  Fejn it-tikkettar ta’ ikel ippakkjat bil-lest jipprevedi d-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja tista' tiġi ripetuta fiha:

(a) il-valur enerġetiku; jew

(b) il-valur enerġetiku flimkien mal-ammonti ta’ xaħam, saturati, zokkor u melħ.

4.  B'deroga mill-Artikolu 36(1), fejn it-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 16(4) jipprevedi dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, il-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni jista' jkun limitat biss għall-valur enerġetiku.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44 u b'deroga mill-Artikolu 36(1), fejn it-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 44(1) jipprovdi dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, il-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni jista' jkun limitat biss għal:

(a) il-valur enerġetiku; jew

(b) il-valur enerġetiku flimkien mal-ammonti ta’ xaħam, saturati, zokkor u melħ.

6.  Sabiex jittieħed kont tar-rilevanza tal-partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-informazzjoni tal-konsumaturi, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, temenda l-listi fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, billi żżid jew tneħħi d-dettalji.

7.  Sat-13 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni, wara li tkun qieset l-evidenza xjentifika u l-esperjenza akkwistata fl-Istati Membri, għandha tissottometti rapport dwar il-preżenza ta’ xaħmijiet trans fl-ikel u fid-dieta ġenerali tal-popolazzjoni tal-Unjoni. L-għan tar-rapport għandu jkun li jivvaluta l-impatt ta’ mezzi xierqa li jkunu jistgħu jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu għażliet aħjar rigward ikel tajjeb għas-saħħa u d-dieta b'mod ġenerali jew li jkunu jistgħu jippromwovu l-produzzjoni ta’ ikel aktar tajjeb għas-saħħa offrut lill-konsumaturi, inklużi, fost oħrajn, l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi dwar xaħmijiet trans, jew restrizzjonijiet fuq l-użi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha takkumpanja dan ir-rapport bi proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq.

Artikolu 31

Kalkolu

1.  Il-valur enerġetiku għandu jiġi kkalkulat permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni elenkati fl-Anness XIV.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, fatturi ta’ konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 ta’ Parti A tal-Anness XIII, sabiex ikun ikkalkulat il-kontenut ta’ dawn il-vitamini u minerali fl-ikel b'mod aktar preċiż. Dawk il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom jiżdiedu fl-Anness XIV.

3.  Il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 30(1) sa (5) għandhom ikunu dawk tal-ikel kif jinbiegħ.

Fejn adegwat, l-informazzjoni tista' tkun marbuta mal-ikel wara l-preparazzjoni, dejjem jekk jingħataw istruzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta mal-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum.

4.  Il-valuri ddikjarati għandhom, skont il-każ individwali, ikunu l-valuri medji bbażati fuq:

(a) l-analiżi tal-ikel magħmula mill-fabbrikant;

(b) kalkolu mill-valuri magħrufa jew medja attwali tal-ingredjenti użati; jew

(c) kalkolu minn data ġeneralment stabbilita u aċċettata.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri ddikjarati bħalma huma d-differenzi bejn il-valuri ddikjarati u dawk stabbiliti matul verifiki uffiċjali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 32

Espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml

1.  Il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 30(1) sa (5) għandhom ikunu espressi bl-użu tal-unitajiet tal-kejl elenkati fl-Anness XV.

2.  Il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 30(1) sa (5) għandhom ikunu espressi għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.

3.  Fejn prevista, id-dikjarazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandha, minbarra l-forma ta’ espressjoni msemmija fil-paragrafu 2, tiġi espressa bħala perċentwal tal-konsum referenzjali imsemmi fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII b'rabta għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.

4.  Minbarra l-forma ta’ espressjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 30(1), (3), (4) u (5) jista' jiġi espress, kif adatt, bħala perċentwal tal-konsum referenzjali imsemmi fil-Parti B tal-Anness XIII relattivament għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.

5.  Fejn ikunu pprovduti l-indikazzjonijiet skont paragrafu 4, id-dikjarazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi indikata qrib: “Il-konsum ta’ referenza ta’ adult medju (8 400 kJ/2 000 kcal)”.

Artikolu 33

Espressjoni abbażi ta’ kull porzjon jew kull unità ta’ konsum

1.  Fil-każijiet li ġejjin, il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 30(1) sa (5) jistgħu jkunu espressi għal kull porzjon u/jew għal kull unità ta’ konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumaturi, sakemm il-porzjon jew l-unità tkun kwantifikata fit-tikketta u li l-għadd ta’ porzjonijiet jew unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun imsemmi:

(a) barra mill-forma ta’ espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 32(2);

(b) barra mill-forma ta’ espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 32(3) rigward l-ammonti ta’ vitamini u minerali;

(c) barra mill-forma ta’ espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 32(4).

2.  B'deroga mill-Artikolu 32(2), fil-każijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 30(3) l-ammont ta’ nutrijenti u/jew il-perċentwal tal-konsum referenzjali stabbilit fil-Parti B tal-Anness XIII jistgħu jkunu espressi abbażi ta’ unità għal kull porzjoni jew għal kull unità tal-konsum biss.

Meta l-ammonti tan-nutrijenti jkunu espressi fuq il-bażi ta’ kull porzjon jew ta’ kull unità ta’ konsum biss skont l-ewwel subparagrafu, il-valur enerġetiku għandu jiġi espress għal kull 100 g jew għal kull 100 ml u fuq il-bażi ta’ kull porzjon jew ta’ kull unità tal-konsum.

3.  B'deroga mill-Artikolu 32(2), fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 30(5) il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti u/jew il-perċentwal tal-konsum ta’ referenza stabbilit fil-Parti B tal-Anness XIII jistgħu jkunu espressi abbażi ta’ unità għal kull porzjoni jew għal kull konsum biss.

4.  Il-porzjon jew l-unità użati għandhom ikunu indikati fil-qrib ferm tad-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni.

5.  Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-espressjoni tad-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta’ konsum biex tkun pprovduta bażi uniformi ta’ tqabbil għall-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tal-imġieba tal-konsum attwali tal-konsumaturi kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta, tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dwar l-espressjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta’ konsum għal kategoriji speċifiki ta’ ikel. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 34

Preżentazzjoni

1.  Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 30(1) u (2) għandhom ikunu inklużi fl-istess linji viżivi. Huma għandhom jiġu ppreżentati flimkien f'format ċar u, fejn ikun il-każ, fl-ordni tal-preżentazzjoni prevista fl-Anness XV.

2.  Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 30(1) u (2) għandhom ikunu ppreżentati, jekk l-ispazju jippermetti, f'format tabulari bin-numri allinjati. Jekk ma jkunx hemm spazju, id-dikjarazzjoni għandha tidher f'format lineari.

3.  Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 30(3) għandhom ikunu ppreżentati:

(a) fil-linja viżiva ewlenija; u

(b) bl-użu ta’ daqs tat-tipa skont l-Artikolu 13(2).

Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 30(3) jistgħu jkunu ppreżentati f'format differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.  Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 30(4) u (5) jistgħu jkunu ppreżentati f'format differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.  F'każijiet fejn il-valur enerġetiku jew l-ammont ta’ jew nutrijent(i) fi prodott huma negliġibbli, l-informazzjoni dwar dawk l-elementi tista' tiġi sostitwita bi stqarrija bħal “Fih ammonti negliġibbli ta' …” u għandhom ikunu indikati qrib sew tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta preżenti.

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista', tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni dwar il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 30(1) sa (5) li jisgħu jitqiesu bħala negliġibbli. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 48(2).

6.  Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi fil-mod li bih tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni skont il-formats imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni f'dan ir-rigward. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 35

Forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni

1.  Barra l-forom ta’ espressjoni msemmijin fl-Artikolu 32(2) u (4) u fl-Artikolu 33 u barra l-preżentazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2), il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 30(1) sa (5) jistgħu jingħataw f'xi forom oħra ta’ espressjoni u/jew jiġu ppreżentati bl-użu ta’ forom jew simboli grafiċi barra kliem jew numri, sakemm ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) huma bbażati fuq riċerka tal-konsumatur serja u xjentifikament valida u ma jiżgwidawx lill-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(b) l-iżvilupp tagħhom ikun ir-riżultat ta’ konsultazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ partijiet interessati;

(c) huma għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-mod kif il-konsumatur jifhem il-kontribut jew l-importanza tal-ikel fir-rigward tal-enerġija u kontenut ta’ nutrijent ta’ xi dieta;

(d) dawn jiġu appoġġati b'evidenza xjentifikament valida dwar kemm il-konsumatur medju jifhem dawn il-forom ta’ espressjoni jew preżentazzjoni;

(e) fil-każ ta’ forom oħra ta’ espressjoni, dawn ikunu bbażati jew fuq il-konsum referenzjali armonizzat imniżżel fl-Anness XIII, jew jekk ma jkunx jeżisti, fuq parir xjentifiku aċċettat b'mod ġenerali dwar il-konsum ta’ enerġija jew nutrijenti;

(f) huma oġġettivi u mhux diskriminatorji; u

(g) l-applikazzjoni tagħhom ma toħloqx ostakoli għall-moviment liberu tal-oġġetti.

2.  L-Istati Membri jistgħu jirrakkomandaw lill-operaturi fin-negozju tal-ikel, l-użu ta’ forma addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni waħda jew aktar tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni li huma jikkunsidraw bħala l-aktar li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dettalji ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni bħal dawn.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ adegwat ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni li huma preżenti fis-suq fit-territorju tagħhom.

Sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-operaturi fin-negozju tal-ikel iqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom ikel li jkollu informazzjoni bħal din biex jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar l-użu ta’ forma addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni u biex jipprovdulhom il-ġustifikazzjonijiet rilevanti rigward it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1. F'każi bħal dawn, informazzjoni dwar il-waqfien tal-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn tista' tintalab ukoll.

4.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u torganizza l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, hija nnifisha u l-partijiet interessati dwar kwistjonijiet relatati mal-użu ta’ kwalunkwe forma addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni tad-dijarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

5.  Sat-13 ta’ Diċembru 2017, fid-dawl tal-esperjenza miksuba, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni, dwar l-effett tagħom fuq is-suq intern u dwar ir-rakkomandabbiltà ta’ aktar armonizzazzjoni ta’ dawk il-forom ta’ espressjoni u preżentazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti rigward l-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn fis-suq fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dan ir-rapport bi proposti biex jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

6.  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta’ paragrafi 1, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).



KAPITOLU V

INFORMAZZJONI VOLONTARJA DWAR L-IKEL

Artikolu 36

Rekwiżiti applikabbli

1.  Fejn l-informazzjoni dwar l-ikel imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tingħata b'mod volontarju, dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV.

2.  L-informazzjoni dwar l-ikel ipprovduta fuq bażi volontarja għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) hija m'għandhiex tqarraq lill-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(b) hija m'għandhiex tkun ambigwa jew li toħloq konfużjoni għall-konsumaturi; u

(c) hija għandha, fejn ikun il-każ, tkun ibbażata fuq id-data xjentifika rilevanti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għall-informazzjoni volontarja dwar l-ikel li ġejja:

(a) Informazzjoni dwar il-preżenza possibbli u mhux intenzjonata ta’ sustanzi jew prodotti fl-ikel li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi;

(b) informazzjoni dwar jekk ikel ikunx xieraq għall-veġetarjani jew vegani;

(c) l-indikazzjoni ta’ intakes ta’ referenza għal gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni apparti l-intakes ta’ referenza imniżżla fl-Anness XIII; u

▼M1

(d) informazzjoni dwar l-assenza jew il-preżenza mnaqqsa ta’ glutina fl-ikel.

▼B

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

4.  Sabiex tiżgura li l-konsumaturi huma infurmata b'mod adatt, fejn informazzjoni dwar ikel volontarju hija pprovduta minn operaturi fin-negozju tal-ikel fuq bażi diverġenti li tista' tqarraq jew toħloq konfużjoni għall-konsumatur, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 51, tipprovdi każijiet addizzjonali ta’ provvista ta’ informazzjoni volontarja dwar ikel għal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 37

Preżentazzjoni

L-informazzjoni volontarja dwar l-ikel m'għandhiex tintwera għad-detriment tal-ispazju dispost għall-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel.



KAPITOLU VI

MIŻURI NAZZJONALI

Artikolu 38

Miżuri nazzjonali

1.  Fir-rigward tal-kwistjonijiet speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw lanqas iżommu miżuri nazzjonali sakemm ma jkunux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni. Dawk il-miżuri nazzjonali m'għandhomx jikkawżaw ostakoli għall-moviment liberu tal-prodotti, inkluża d-diskriminazzjoni fil-konfront ta’ ikel minn Stati Membri oħra.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar kwistjonijiet li mhumiex speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament dment li huma ma jipprojbixxux, ma jimpedixxux jew ma jirristrenġux il-moviment liberu tal-prodotti li huma f'konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Miżuri nazzjonali u dettalji obbligatorji addizzjonali

1.  Minbarra d-dettalji partikolari msemmija fl-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10, l-Istati Membri jistgħu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 45, jadottaw miżuri sabiex jesiġu dettalji obbligatorji addizzjonali għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, iġġustifikati abbażi ta’ mill-anqas waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) il-protezzjoni tas-saħħa pubblika;

(b) il-protezzjoni tal-konsumaturi;

(c) il-prevenzjoni ta’ frodi;

(d) il-protezzjoni tad-drittijiet industrijali u kummerċjali tal-proprjetà, l-indikazzjonijiet tal-provenjenza, il-postijiet tal-oriġini reġistrati u l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni żleali.

2.  Taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri li jikkonċernaw l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza ta’ ikel biss fejn hemm rabta ppruvata bejn ċerti kwalitajiet tal-ikel u l-oriġini jew il-provenjenza tiegħu. Meta jinnotifikaw miżuri bħal dawn lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza li l-maġġoranza tal-konsumaturi jorbtu valur sinifikanti mal-forniment ta’ din l-informazzjoni.

Artikolu 40

Ħalib u prodotti tal-ħalib

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jidderogaw mill-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(1) fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ippreżentati fi fliexken tal-ħġieġ intiżi biex jiġu użati mill-ġdid.

Huma għandhom jikkomunikuw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri minnufih.

Artikolu 41

Xorb alkoħoliku

L-Istati Membri jistgħu, sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 16(4), iżommu fis-seħħ miżuri nazzjonali fir-rigward tal-elenkar ta’ ingredjenti fil-każ ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bħala volum ta’ alkoħol.

Artikolu 42

Espressjoni tal-kwanitità netta

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 23(2) rigward l-espressjoni netta tal-kwantità għal ikel speċifikat b'mod differenti minn dak previst fl-Artikolu 23(1), l-Istati Membri għandhom iżommu fis-seħħ miżuri nazzjonali adottati qabel it-12 ta’ Diċembru 2011.

Sat-13 ta’ Diċembru 2014, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan it-tip ta’ miżuri. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħra dwar dawn.

Artikolu 43

Indikazzjoni voluntarja ta’ intakes ta’ referenza għal gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni

Sal-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni msemmija f'punt (c) tal-Artikolu 36(3), l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar l-indikazzjoni volontarja ta’ konsum ta’ referenza għal grupp/i speċifiku/ċi tal-popolazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri mingħajr telf ta’ żmien.

Artikolu 44

Miżuri nazzjonali għall-ikel li mhux ippakkjat bil-lest

1.  Fejn l-ikel ikun offrut għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lil fornituri tal-massa mingħajr ma jkun ippakkjat bil-lest, jew fejn l-ikel jiġi ppakkjat fuq il-post fejn jinbiegħ fuq talba tal-konsumatur jew ikun ppakkjat bil-lest għall-bejgħ dirett:

(a) il-forniment ta’ dettalji speċifikati fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) huwa mandatorju;

(b) il-forniment ta’ dettalji oħrajn imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 mhux mandatorju sakemm l-Istati Membri ma jadottawx miżuri nazzjonali li jeħtieġu l-forniment ta’ xi wħud mid-dettalji jew kollha kemm huma jew elementi ta’ dawk id-dettalji.

2.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar il-mezz li bih id-dettalji jew l-elementi ta’ dawk id-dettalji speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli u, fejn ikun il-każ, il-forom ta’ espressjoni jew preżentazzjoni tagħhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1u fil-paragrafu 2 mingħajr dewmien.

Artikolu 45

Proċedura ta’ notifika

1.  Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Istat Membru li jqis li hu meħtieġ li tiġi adottata l-leġiżlazzjoni ġdida ta’ informazzjoni dwar l-ikel, għandu jgħarraf bil-quddiem lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri maħsuba u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Stabbilit dwar il-Proċess tal-Ikel u Saħħet l-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dan il-proċess ikun trasparenti għall-partijiet interessati kollha.

3.  L-Istat Membru li jqis li hu meħtieġ li tiġi adottata l-leġiżlazzjoni ġdida ta’ informazzjoni dwar l-ikel jista' jieħu l-miżuri maħsuba biss tliet xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, dejjem jekk ma jkunx irċieva opinjoni negattiva tal-Kummissjoni.

4.  Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, u qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2) sabiex tiddetermina jekk il-miżuri previsti jistgħux jiġu implimentati, jekk neċessarju suġġetti għall-modifiki opportuni.

5.  Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistipula proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika ( 12 ) m'għandhiex tapplika għall-miżuri li jaqgħu fi ħdan il-proċedura ta’ notifika speċifikata f'dan l-Artikolu.



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI, TA' EMENDAR U DAWK FINALI

Artikolu 46

Emendi għall-Annessi

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi, is-saħħa tal-konsumatur jew il-ħtieġa tiegħu għall-informazzjoni, u suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 21(2) li jirrigwardaw l-emendi tal-Annessi II u III, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati taħt l-Artikolu 51, temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 47

Perijodu tranżizzjonali għal u data ta’ applikazzjoni tal- miżuri ta’ implimentazzjoni jew atti ddelegati

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha permezz ta’ dan ir-Regolament biex tadotta miżuri permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2) jew permezz ta’ atti ddelegati taħt l-Artikolu 51 il-Kummissjoni għandha:

(a) tistabbilixxi perijodu tranżizzjonali adatt għall-applikazzjoni tal-miżuri l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mal-mizuri l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u li warajh il-ħażniet ta’ dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perijodu tranżizzjonali jistgħu jibqgħu jinbiegħu sa meta jispiċċaw; u

(b) tiżgura li dawk il-miżuri japplikaw mill-1 ta’ April fi kwlunkwe sena kalendarja.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każijiet ta’ urġenza, fejn l-għan tal-miżuri msemmija f'dak il-paragrafu jkun il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 48

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali mwaqqaf bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dan il-Kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikoli 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 49

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huma b'dan sostitwiti b'dan li ġej:

“It-tikkettar dwar in-nutrizzjoni ta’ prodotti li dwarhom tkun saret dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni u/jew saħħa għandu jkun obbligatorju, bl-eċċezzjoni tar-reklamar ġeneriku. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tikkonsisti minn dik speeifikata fl-Artikolu 30(1)tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi ( 13 ) Fejn issir dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni u/jew is-saħħa għal nutrijent imsemmi fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 l-ammont ta’ dak in-nutrijent għandu jkun iddikjarat konformement mal-Artikoli 31 sa 34 tar-Regolament.

L-ammont jew ammonti tas-sustanza jew sustanzi li magħhom hi marbuta dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni jew saħħa li ma jidhrux fuq it-tikketta tan-nutrizzjoni għandhom ikunu indikati fl-istess linji viżivi bħat-tikketta dwar in-nutrizzjoni u għandhom ikunu espressi skont l-Artikoli 31, 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1169/2011. L-unitajiet ta’ kejl użati biex jiġi espress l-ammont tas-sustanza għandhom ikunu adegwati għas-sustanzi individwali kkonċernati.

Artikolu 50

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1925/2006

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.  L-ittikkettar nutrittiv ta’ prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali u li huma koperti minn dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun magħmula minn dik speċifikata fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ( 14 ) u tal-ammonti totali preżenti tal-vitamini u l-minerali meta jiġu miżjuda mal-ikel.

Artikolu 51

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija konferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 9(3), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 30(6), l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 46 hija b'dan konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin wara t-12 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tkun estiża b'mod taċitu għal perijodi ta’ tul ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estenzjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9(3), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 30(6), l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 46 tista' tiġi revokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 30(6), l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 46 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma saritx oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 52

Proċedura ta’ urġenza

1.  L-atti ddelegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.  Kemm Il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 51(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni li ssir oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 53

Tħassir

1.  Id-Direttivi 87/250/KEE, 90/496/KEE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament (KE) No 608/2004 huma b'dan imħassra b'effett mit-13 ta’ Diċembru 2014.

2.  Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 54

Miżuri tranżizzjonali

1.  Ikel imqiegħed fis-suq jew ittikkettat qabel it-13 ta’ Diċembru 2014 li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq sakemm il-provvisti tal-ikel ikunu ntużaw kollha.

Ikel imqiegħed fis-suq jew ittikkettat qabel it-13 ta’ Diċembru 2016 li mhuwiex konformi mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (1) tal-Artikolu 9(1) jista' jitqiegħed fis-suq sakemm il-provvisti tal-ikel ikunu ntużaw kollha.

Ikel imqiegħed fis-suq jew ittikkettat qabel l-1 ta’ Jannar 2014 li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VI jista' jitqiegħed fis-suq sakemm il-provvisti tal-ikel ikunu ntużaw kollha.

2.  Bejn it-13 ta’ Diċembru 2014 u t-13 ta’ Diċembru 2016, fejn id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni hija pprovduta fuq bażi volontarju, hija għandha tkun konformi mal-Artikoli 30 u 35.

3.  Minkejja d-Direttiva 90/496/KEE, l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, l-ikel ittikkettat skont l-Artikoli 30 sa 35 ta’ dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq qabel it-13 ta’ Diċembru 2014.

Minkejja r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), l-ikel ittikkettat skont il-Parti B tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 55

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mit-13 ta’ Diċembru 2014, bl-eċċezzjoni tal-punt (1) tal-Artikolu 9(1), li għandu japplika mit-13 ta’ Diċembru 2016 u l-Parti B tal-Anness VI li għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Kif imsemmija fl-Artikolu 2(4)

1. “dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni” jew “tikkettar dwar in-nutrizzjoni” li tiddikjara:

(a) il-valur enerġetiku; jew

(b) il-valur enerġetiku u wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin biss:

 xaħmijiet (saturati, mono-insaturati, poli-insaturati);

 karboidrati (zokkor, polioli, lamtu);

 melħ;

 fibra alimentari;

 proteini;

 kwalunkwe wieħed mill-vitamini jew minerali elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII u preżenti f’ammonti sinifikanti kif definiti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness XIII;

2. “xaħam” tfisser lipids totali, u tinkludi phospholipids;

3. “saturati” tfisser aċidi tax-xaħam mingħajr rabta doppja;

4. “xaħam trans” tfisser aċidi tax-xaħam b’talanqas wieħed mhux konjugat, (jiġifieri interrot b’mill-inqas grupp wieħed tal-metilenu) rbit doppju tal-karbonju-karbonju fil-konfigurazzjoni trans;

5. “mono-insaturati” tfisser l-aċidi tax-xaħam b’cis irbit doppju wieħed;

6. “poli-insaturati” tfisser aċidi tax-xaħam b’żewġ irbit cis jew aktar, cis-metilenu interrott doppju;

7. “karboidrat” tfisser kull karboidrat li jiġi metabolizzat mill-bniedem, u jinkludi l-polioli;

8. “zokkrijiet” tfisser il-monosakkaridi u d-disakkaridi li jkun hemm fl-ikel, iżda teskludi l-polioli;

9. “polioli” tfisser l-alkoħol li jkun fih aktar minn żewġ gruppi ta’ hydroxyl;

10. “proteina” tfisser il-kontenut ta’ proteina kkalkulat permezz tal-formula: protein = total Kjeldahl nitrogen × 6,25;

11. “melħ” tfisser il-kontenut ta’ melħ ekwivalenti kkalkulat permezz tal-formula: salt = sodium × 2,5;

12. “fibra alimentari” tfisser polimeri tal-karboidrati bi tliet unitajiet monomeriċi jew aktar, li la jiġu diġestiti u lanqas assorbiti fl-intestin iż-żgħir tal-bniedem u li jiffurmaw parti mill-kategoriji li ġejjin:

 polimeri tal-karboidrati li jistgħu jittieklu li jinstabu fl-ikel kif jittiekel;

 polimeri tal-karboidrati li jistgħu jittieklu li nkisbu minn materja prima tal-ikel permezz ta’ mezzi fiżiċi, enżimatiċi jew kimiċi u li għandhom effett fiżjoloġiku benefiċjarju muri minn evidenza xjentifika aċċettata b’mod ġenerali;

 polimeri tal-karboidrati sintetiċi li jistgħu jittieklu li għandhom effett fiżjoloġiku benefiċjarju muri minn evidenza xjentifika aċċettata b’mod ġenerali;

13. “valur medju” tfisser il-valur li jirrappreżenta l-aħjar l-ammont tan-nutrijent li jkun fih xi ikel partikolari, u jirrifletti l-lok li jkun tħalla għal varjabbiltà staġonali, xejriet ta’ konsum u fatturi oħra li jistgħu jikkawżaw varjazzjonijiet fil-valur attwali.




ANNESS II

SUSTANZI JEW PRODOTTI LI JIKKAWŻAW ALLERĠIJI JEW INTOLLERANZI

▼M2

1. Iċ-ċereali li fihom il-gluteina, b’mod partikolari: il-qamħ (bħall-ispelt u l-qamħ Khorasan), is-segala, ix-xgħir, il-ħafur jew il-pjanti ibridizzati tagħhom, u prodotti tagħhom, minbarra:

(a) ġulepp tal-glukosju bbażat fuq qamħ inkluż id-destrosju ( 16 );

(b) maltodextrins ibbażati fuq il-qamħ (16) ;

(c) ġulepp tal-glukosju bbażat fuq il-barli;

(d) ċereali użati biex isiru distillati alkoħoliċi inkluż alkoħol tal-etilu ta’ oriġini agrikola;

2. Krustaċej u prodotti tagħhom;

3. Bajd u prodotti tagħhom;

4. Ħut u prodotti tagħhom, minbarra:

(a) il-ġelatina tal-ħut użata biex iġġorr il-vitamina jew preparamenti tal-karotenojd;

(b) il-ġelatina tal-ħut jew Isinglass użati bħala aġent li jirfina fil-birra u l-inbid;

5. Il-karawett u prodotti tiegħu;

6. Is-soybeans u prodotti tagħhom, minbarra:

(a) żejt u xaħam tas-soybean totalment irfinat (16) ;

(b) tocopherols imħallta b’mod naturali (E306), D-alpha tocopherol naturali, D-alpha tocopherol acetate naturali, D-alpha tocopherol succinate naturali minn sorsi tas-soybean;

(c) żjut veġetali mnissla minn fitosteroli u fitosterol esters minn sorsi tas-soybean;

(d) stanol ester tal-pjanti magħmul minn sterols taż-żejt veġetali minn sorsi tas-soybean;

7. Ħalib u prodotti minnu (inkluż il-lattosju), minbarra:

(a) xorrox użat biex isiru distillati alkoħoliċi inkluż alkoħol tal-etilu ta’ oriġini agrikola;

(b) lactitol

8. Ġewż, jiġifieri: lewż (Amygdalus communis L.), ġellewż (Corylus avellana), ġewż (Juglans regia), anakardji (Anacardium occidentale), ġewż Amerikan (Carya illinoiesis (Wangenh.) K. Koch), ġewż tal-Brażil (Bertholletia excelsa), pistaċċi (Pistacia vera), macadamia jew Queensland nuts (Macadamia ternifolia), u prodotti tagħhom, minbarra ġewż użat biex isiru distillati alkoħoliċi inkluż alkoħol tal-etilu ta’ oriġini agrikola;

9. Karfus u prodotti tiegħu;

10. Mustarda u prodotti tagħha;

11. Ġulġlien u prodotti tiegħu;

12. Dijossidu tal-kubrit u sulfiti f’konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru f’termini tal-SO2 totali li għandhom jiġu kalkolati għal prodotti kif proposti lesti għall-konsum jew ikkostitwiti mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti;

13. Lupina u prodotti tagħha;

14. Molluski u prodotti tagħhom.




ANNESS III



IKEL LI T-TIKKETTAR TIEGĦU GĦANDU JINKLUDI XI DETTALL ADDIZZJONALI JEW AKTAR

TIP JEW KATEGORIJA TA' IKEL

DETTALJI

1.  ikel ippakkjat f'ċerti gassijiet

1.1.  Ikel li d-durabbiltà tiegħu ġiet estiża permezz ta’ gassijiet użati għall-ippakkjar awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

“ippakkjat f'atmosfera protettiva”.

2.  ikel li fih dolċifikanti

2.1.  Ikel li fih xi dolċifikant jew dolċifikanti awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

“fih dolċifikant(i)”, din id-dikjarazzjoni għandha takkumpanja l-isem tal-ikel.

2.2.  Ikel li fih kemm zokkor jew zokkrijiet miżjuda flimkien ma’ dolċifikant jew dolċifikanti awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

“għandu z-zokkor u dolċifikant(i)” din id-dikjarazzjoni għandha takkumpanja l-isem tal-ikel.

2.3.  Ikel li fih xi melħ aspartame/aspartame-acesulfame awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

“fih aspartame (sors ta’ fenilalanina)” għandha tidher fuq it-tikketta meta il-melħ aspartame/aspartame-acesulfame jissemma' fil-lista tal-ingredjenti biss bir-referenza għan-numru E.

“fih sors ta’ fenilalanina” għandha tidher fuq it-tikketta meta il-melħ aspartame/aspartame-acesulfame jissemma' fil-lista tal-ingredjenti bl-isem speċifiku tiegħu.

2.4.  Ikel li fih aktar minn 10 % polioli miżjuda awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

“konsum eċċessiv jista' jipproduċi effetti lassattivi”.

3.  ikel li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu

3.1.  Il-ħelu jew xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhuma jew il-pjanta likurizja Glycyrrhiza glabra, f'konċentrazzjoni ta’ 100 mg/kg jew 10 mg/l jew aktar.

“fih il-likurizja” għandha tiżdied immedjament wara l-lista ta’ ingredjenti, sakemm il-kelma “likurizja” mhix diġà elenkati fil-lista ta’ ingredjenti jew fl-isem tal-ikel. Fin-nuqqas ta’ lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

3.2.  Il-ħelu li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza (sustanzi) kif inhi jew il-pjanta tal-likurizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta’ 4 g/kg jew aktar.

“fih il-likurizja — nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta’ ingredjenti. Fin-nuqqas ta’ lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

3.3.  Xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ tal-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(/i) kif inhi jew il-pjanta tal-likurizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta’ 50 mg/l jew aktar, jew ta’ 300 mg/l jew aktar fil-każ ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol (1).

“fih il-likurizja — nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta’ ingredjenti. Fin-nuqqas ta’ lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem tal-ikel.

4.  Xorb b'kontenut għoli ta’ kaffeina jew ikel miżjud il-kaffeina

4.1.  Xorb, minbarra dak ibbażat fuq il-kafé, it-té jew l-estratt tal-kafé jew t-té fejn l-isem tal-ikel jinkludi l-kelma “kafé” jew “té”, li:

— hu intiż għall-konsum mingħajr modifikazzjoni u li fih il-kaffeina, minn kwalunkwe sors, fi proporzjon ta’ aktar minn 150 mg/l, jew

— hu f'forma konċentrata jew imnixxfa u wara r-rikostituzzjoni jkun fih il-kaffeina, minn kwalunkwe sors, fi proporzjon ta’ aktar minn 150 mg/l

“Kontenut għoli ta’ kaffeijna Mhux rakkomandat għat-tfal jew għan-nisa tqal jew li qed ireddgħu” fl-istess linji viżivi bħall-isem tax-xarba, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u konformement mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kaffeina espress f'mg għal kull 100 ml.

4.2.  Ikel ieħor li huwiex xorb, fejn il-kaffeina tiżdied bi skop fiżjoloġiku.

“Fih kaffeina. Mhux rakkomandat għat-tfal jew għan-nisa tqal fl-istess linji viżivi bħall-isem tal-ikel, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u konformement mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kaffeina espress f'mg/100 g/ml. Fil-każ ta’ supplimenti tal-ikel, il-kontenut tal-kaffeina għandu jkun espress għal kull porzjon kif irrakkomandat għall-konsum ta’ kuljum fuq l-ittikkettar.

5.  ikel b'fitosteroli miżjuda, fitosterol esters, fitostanoli jew fitostanol esters

5.1.  Ikel jew ingredjenti tal-ikel b'phytosterols miżjuda, phytosterol esters, phytostanols jew phytostanol esters

(1)  “bi sterols tal-pjanti miżjuda” jew “bi stanols tal-pjanti miżjuda” fl-istess parti viżiva bħall-isem tal-ikel; (2)  l-ammont ta’ kontenut ta’ fotosteroli, esteri fitosteroli, fitostanoli jew esteri fitostanoli miżjuda (espress bħala % jew bħala g ta’ steroli/stanoli ħielsa tal-pjanti kull 100 g jew 100 ml tal-ikel) għandu jiġi ddikjarat fil-lista tal-ingredjenti; ►M2   (3)  għandu jkun hemm dikjarazzjoni li l-prodott mhuwiex maħsub għal persuni li ma jeħtiġux li jikkontrollaw il-livell ta’ kolesterol f’demmhom;  ◄ (4)  stqarrija li l-pazjenti li qed jieħdu medikazzjoni biex ibaxxu l-kolesterol għandhom jikkonsmaw il-prodott biss taħt superviżjoni medika; (5)  stqarrija li tidher mall-ewwel li l-ikel jista' ma jkunx adattat nutrizzjonalment għal nisa tqal jew nisa li qed ireddgħu u għal tfal taħt il-ħames snin; (6)  parir li l-ikel irid jintuża bħala parti minn dieta bilanċjata u varjata, inkluż konsum regolari ta’ frott u ħaxix biex jgħin li jinżammu għolja l-livelli ta’ karotenojd; (7)  fl-istess linji viżivi bħall-istqarrija meħtieġa taħt il-punt (3) ta’ hawn fuq, stqarrija li l-konsum ta’ aktar minn 3 g kuljum ta’ steroli tal-pjanti miżjuda/stanoli tal-pjanti għandu jiġi evitat; (8)  definizzjoni ta’ porzjon tal-ikel jew ingredjent tal-ikel ikkonċernat (preferibbilment fi g jew ml) bl-ammont tal-isterol tal-pjanti/stanol tal-pjanti li fih kull porzjon.

6.  Laħam iffriżat, preparazzjonijiet iffriżati tal-laħam u prodotti ffriżati tal-ħut mhux ipproċessati

6.1.  Laħam iffriżat, preparazzjonijet iffriżati tal-laħam u prodotti ffriżati tal-ħut mhux ipproċessati

id-data tal-iffriżar jew id-data tal-ewwel iffriżar meta l-prodott ġie ffriżat aktar minn darba waħda, skont il-punt (3) tal-Anness X.

(1)   Il-livell għandu japplika għall-prodotti kif proposti lesti għal konsum jew kif magħmula mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi.




ANNESS IV

DEFINIZZJONI TAL-GĦOLI-x

GĦOLI-x

image

Tifsira



1

Linja varjabbli ‘l fuq

2

Għoli massimu

3

Linja medja

4

Linja bażi

5

Linja varjabbli ‘l isfel

6

Għoli-x

7

Daqs tat-tipa




ANNESS V

IKEL LI HU EŻENTAT MIR-REKWIŻIT TAD-DIKJARAZZJONI TAN-NUTRIZZJONI OBBLIGATORJA

1. Prodotti mhux ipproċessati li fihom ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

2. Prodotti pproċessati li l-uniku pproċessar li għaddew minnu huwa l-maturazzjoni u li huma magħmulin minn ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

3. Ilmijiet intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew aromatizzanti;

4. Ħxejjex aromatiċi, ħwawar jew taħlitiet tagħhom;

5. Melħ u sostituti tal-melħ;

6. Sustanzi dolċifikanti tal-mejda;

7. Prodotti koperti bid-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 rigward estratti tal-kafè u estratti taċ-ċikwejra ( 17 ), żerriegħa tal-kafe sħiħa jew mitħuna jew żerriegħa tal-kafè dekafinat sħiħa jew mitħuna;

8. Infużjoni tal-ħxejjex u tal-frott, tè, tè dekafinat, tè magħmul malajr jew li jinħall jew estratt tat-tè, dekafinat magħmul malajr jew tè li jinħall jew estratt tat-tè, li ma fihomx ingredjenti miżjuda oħrajn ħlief aromatizzanti li ma jimmodifikawx il-valur nutrittiv tat-tè;

9. Ħall iffermentat u sostituti tal-ħall, inkluż dawk fejn l-uniċi ingredjenti miżjuda huma l-aromatizzanti;

10. Aromatizzanti;

11. Addittivi tal-ikel;

12. Għajnuniet ta’ pproċessar;

13. Enżimi tal-ikel;

14. Ġelatina;

15. Ġelatina jew komposti biex jgħaqad il-ġamm;

16. Ħmira;

17. Chewing gum;

18. Ikel f’pakketti jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu êrja ta’ inqas minn 25 cm2;

19. Ikel, inkluż ikel artiġjanali, fornut direttament mill-fabbrikant ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti lill-konsumatur finali jew lil stabbilimenti lokali ta’ bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur finali;




ANNESS VI

L-ISEM TAL-IKEL U D-DETTALJI SPEĊIFIĊI AKKUMPANJANTI

PARTI A —   DETTALJI OBBLIGATORJI LI JAKKUMPANJAW L-ISEM TAL-IKEL

1. L-isem tal-ikel għandu jinkludi jew ikollu jakkumpanjawh id-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika tal-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, mitħun fi trab, iffriżat mill-ġdid, imnixxef iffriżat, iffriżat malajr, konċentrat, affumikat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista’ tiżgwida lix-xerrej.

2. Fil-każ ta’ ikel li jkun ġie ffriżat qabel ma jinbiegħ u li mbagħad jinbiegħ iddifrostjat, l-isem tal-ikel għandu jkun akkumpanjat mill-indikazzjoni “iddifrostjat”.

Din il-ħtieġa ma għandhiex tapplika għal:

(a) ingredjenti li jinsabu fil-prodott finali;

(b) ikel li l-iffiżar tiegħu huwa pass teknoloġikament neċessarju tal-proċess tal-produzzjoni;

(c) ikel li l-iddifrostjar tiegħu ma għandux impatt negattiv fuq is-sikurezza jew il-kwalità tal-ikel.

Dan il-punt għandu japplika mingħajr ħsara għall-punt 1.

3. L-ikel trattat b’radjazzjoni jonizzanti għandu jkollu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

“irradjat” jew “trattat b’radjazzjoni jonizzanti”, u indikazzjonijiet oħrajn kif imsemmija fid-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni jonizzanti ( 18 ).

4. Fil-każ ta’ ikel li fih komponent jew ingredjent li l-konsumaturi jistennew li jkun użat b’mod normali jew preżenti b’mod naturali ġie sostitwit b’komponent jew ingredjent differenti, l-ittikkettjar għandu jkollu - minbarra l-lista tal-ingredjenti - indikazzjoni ċara tal-komponent jew tal-ingredjent li intuża għas-sostituzzjoni parzjali jew sħiħa:

(a) qrib sew l-isem tal-prodott u

(b) b’daqs ta’ font li għandu għoli-x ta’ tal-anqas 75 % tal-għoli-x tal-isem tal-prodott u li mhuwiex iżgħar mid-daqs tal-font minimu meħtieġ fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament.

5. Fil-każ ta’ prodotti tal-laħam, preparazzjonijet tal-laħam u prodotti tal-ħut li fihom proteina miżjuda, inklużi l-proteini idrolizzati, ta’ oriġini ta’ annimal differenti, l-isem tal-ikel għandu jkollu indikazzjoni tal-preżenza ta’ dawk il-proteini u tal-oriġini tagħhom.

6. Fil-każ ta’ prodotti tal-laħam u preparazzjoniet tal-laħam li għandhom id-dehra ta’ taqtigħa, ġog, lista, porzjon jew karkassa tal-laħam, l-isem tal-ikel għandu jinkludi indikazzjoni tal-preżenza ta’ ilma miżjud jekk l-ilma miżjud jammonta għal aktar minn 5 % tal-piż tal-prodott finali. L-istess regoli għandhom japplikaw fil-każ ta’ prodotti tal-ħut u prodotti tal-ħut ippreparati li għandhom id-dehra ta’ taqtigħa, ġog, lista, porzjon, filett, jew prodott ta’ ħut sħiħ.

7. Prodotti tal-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-ħut, li jistgħu jagħtu l-impressjoni li huma magħmula minn biċċa sħiħa ta’ laħam u ħut, iżda fil-fatt jikkonsistu f’biċċiet differenti mħallta flimkien b’ingredjenti oħra, inklużi l-addittivi tal-ikel u l-enżimi tal-ikel jew b’kull mezz ieħor, għandhom ikollhom l-indikazzjoni li ġejja:

bil-Bulgaru:

“формовано месо” u “формована риба”;

▼C2

bl-Ispanjol:

“elaborado a partir de piezas de carne” u “elaborado a partir de piezas de pescado”;

▼B

biċ-Ċek:

“ze spojovaných kousků masa” and “ze spojovaných kousků rybího masa”;

bid-Daniż:

“Sammensat af stykker af kød” u “Sammensat af stykker af fisk”;

bil-Ġermaniż:

“aus Fleischstücken zusammengefügt” u “aus Fischstücken zusammengefügt”;

bl-Estonjan:

“liidetud liha” u “liidetud kala”;

bil-Grieg:

“μορφοποιημένο κρέας” u “μορφοποιημένο ψάρι”;

bl-Ingliż:

“formed meat” u “formed fish”;

bil-Franċiż:

“viande reconstituée” u “poisson reconstitué”;

bl-Irlandiż:

“píosaí feola ceangailte” u “píosaí éisc ceangailte”;

bit-Taljan:

“carne ricomposta” u “pesce ricomposto”;

bil-Latvjan:

“formēta gaļa” u “formēta zivs”;

bil-Litwan:

“sudarytas (-a) iš mėsos gabalų” and “sudarytas (-a) iš žuvies gabalų”;

bl-Ungeriż:

“darabokból újraformázott hús” u “darabokból újraformázott hal”;

bil-Malti:

“laħam rikostitwit” u “ħut rikostitwit”;

bl-Olandiż:

“samengesteld uit stukjes vlees” u “samengesteld uit stukjes vis”;

bil-Pollakk:

“z połączonych kawałków mięsa” u “z połączonych kawałków ryby”;

bil-Portugiż:

“carne reconstituída” and “peixe reconstituído”;

bir-Rumen:

“carne formată” u “carne de pește formată”;

▼C2

bis-Slovakk:

“zo spájaných kúskov mäsa” u “zo spájaných kúskov ryby”;

▼B

bis-Sloven:

“sestavljeno, iz koščkov oblikovano meso” u “sestavljene, iz koščkov oblikovane ribe”;

bil-Finlandiż:

“paloista yhdistetty liha” u “paloista yhdistetty kala”;

bl-Isvediż:

“sammanfogade bitar av kött” u “sammanfogade bitar av fisk”.

PARTI B —   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ “LAĦAM IKKAPULJAT”

1. Kriterji ta’ kompożizzjoni ċċekkjati abbażi ta’ medja ta’ kuljum:



 

Kontenut ta’ xaħam

Proporzjon ta’ Kollaġen/proteini fil-laħam (1)

—  laħam ikkapuljat dgħif

≤ 7 %

≤ 12 %

—  ikkapuljat taċ-ċanga pura

≤ 20 %

≤ 15 %

—  laħam ikkapuljat li fih il-majjal

≤ 30 %

≤ 18 %

—  laħam ikkapuljat ta’ speċi oħra

≤ 25 %

≤ 15 %

(1)   Il-proporzjon ta’ kollaġen/proteini fil-laħam hu espress bħala l-perċentwal ta’ kollaġen fil-proteini tal-laħam. Il-kontenut ta’ kollaġen ifisser il-kontenut idroksiprolina multiplikat b’fattur ta’ 8.

2. Flimkien mar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tat-Taqsima V tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-espressjonijiet segwenti għandhom jidhru fuq it-tikkettar:

 “persentaġġ ta’ xaħam taħt …”,

 “proporzjon ta’ kollaġen/proteini fil-laħam taħt …”.

3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jitqiegħed fis-suq nazzjonali tagħhom laħam ikkapuljat li ma jikkonformax mal-kriterji stipulati fil-punt 1 ta’ din il-Parti taħt marka nazzjonali li ma tistax tiġi mħawda mal-marki previsti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

PARTI C —   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-ISEM TAL-KISI GĦAZ-ZALZETT

Jekk il-kisi taz-zalzett ma jistax jittiekel, jeħtieġ li dan ikun indikat.




ANNESS VII

INDIKAZZJONI U SPEĊIFIKAZZJONI TA’ INGREDJENTI

PARTI A —   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-INDIKAZZJONI TA’ INGREDJENTI F’ORDNI LI TONQOS SKONT L-UŻIN



Kategorija ta’ ingredjenti

Dispożizzjoni li tikkonċerna l-indikazzjoni bl-użin

1.  Ilma miżjud u prodotti volatili

Għandhom jitniżżlu fl-ordni skont il-piż tagħhom tal-prodott lest. L-ammont ta’ ilma miżjud bħala ingredjent f’xi ikel għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas mill-ammont totali tal-prodott lest l-ammont totali tal-ingredjenti l-oħra użati. Dan l-ammont mhux ser ikun meħtieġ li jitqies jekk ma jaqbiżx il-5 % bil-piż tal-prodott lest. Din id-deroga ma tapplikax għall-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam, prodotti tal-ħut mhux ipproċessati u molluski bivalvi mhux ipproċessati.

2.  Ingredjenti użati f’forma konċentrata jew dijadrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni

Jistgħu jitniżżlu fl-ordni skont il-piż tagħhom kif irreġistrat qabel il-konċentrazzjoni jew id-dijadrizzazzjoni tagħhom.

3.  L-ingredjenti użati f’ikel konċentrat jew deiderat, li huma intiżi biex jiġu magħmula mill-ġdid biż-żieda ta’ ilma

Jistgħu jitniżżlu f’ordni proporzjonali tal-prodott magħmul mill-ġdid dejjem jekk il-lista ta’ ingredjenti jkollha magħha espressjoni, bħala “ingredjenti tal-prodott magħmul mill-ġdid” jew “ingredjenti tal-prodott lest biex jintuża”.

4.  Il-frott, il-ħaxix jew il-faqqiegħ, li ma tantx jippredominaw f’termini ta’ użin u li huma użati fi proporzjonijiet li x’aktarx ivarjaw, użati f’taħlita bħala ingredjenti ta’ xi ikel

Jistgħu jitqiegħdu flimkien fi grupp fil-lista ta’ ingredjenti taħt l-isem “frott”, “ħxejjex” jew “faqqiegħ” flimkien mal-frażi “fi proporzjonijiet li jvarjaw”, segwiti immedjatament b’lista tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ preżenti. F’dawk il-każijiet, it-taħlita għandha titniżżel fil-lista ta’ ingredjenti skont l-Artikolu 18(1), abbażi tal-piż totali tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ preżenti.

5.  Ingredjenti f’taħlitiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

Jistgħu jitniżżlu f’ordni differenti dment li dik il-lista ta’ ingredjenti tkun akkumpanjata b’espressjoni bħal “fi proporzjon varjabbli”.

6.  Ingredjenti li jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

Jistgħu jitniżżlu f’ordni differenti wara l-ingredjenti l-oħra.

7.  Ingredjenti, li huma simili jew li jistgħu jiġu sostitwiti b’xulxin, li x’aktarx jintużaw fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel mingħajr ma jbiddlu l-kompożizzjoni tiegħu, in-natura tiegħu jew il-valur tiegħu li jidher, u sakemm jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

Tista’ ssir referenza għalihom fil-lista ta’ ingredjenti permezz tad-dikjarazzjoni “fih … u/jew …”, fejn mill-anqas wieħed minn mhux aktar minn żewġ ingredjenti jkun jinsab fil-prodott lest. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal addittivi tal-ikel jew għall-ingredjenti elenkati fil-Parti Ċ ta’ dan l-Anness, u għas-sustanzi jew il-prodotti elenkati fl-Anness II li jikkaġunaw allerġiji jew intolleranzi.

8.  Żjut raffinati ta’ oriġini veġitali

Jistgħu jinġabru flimkien fil-lista ta’ ingredjenti taħt l-isem “żjut veġitali”, segwiti immedjatament b’lista ta’ indikazzjonijiet ta’ oriġini veġitali speċifika, u jistgħu jiġu segwiti bil-frażi “fi proporzjonijiet li jvarjaw”. Jekk miġbura flimkien, iż-żjut veġitali għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ ingredjenti skont l-Artikolu 18(1), fuq il-bażi tal-piż totali taż-żjut veġitali preżenti.

L-espressjoni “kompletament idroġenizzat” jew “parzjalment idroġenizzat” għandha takkumpanja l-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat.

9.  Xaħmijiet raffinati ta’ oriġini veġitali

Jistgħu jinġabru flimkien fil-lista ta’ ingredjenti taħt l-isem “xaħmijiet veġitali”, segwiti immedjatament b’lista ta’ indikazzjonijiet ta’ oriġini veġitali speċifika, u jistgħu jiġu segwiti bil-frażi “fi proporzjonijiet li jvarjaw”. Jekk miġbura flimkien, ix-xaħmijiet veġitali għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ ingredjenti skont l-Artikolu 18(1), fuq il-bażi tal-piż totali tax-xaħmijiet veġitali preżenti.

L-espressjoni “kompletament idroġenizzat” jew “parzjalment idroġenizzat” għandha takkumpanja l-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat.

PARTI B —   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ ĊERTI INGREDJENTI BL-ISEM TA’ KATEGORIJA PJUTTOST MILLI B’ISEM SPEĊIFIKU

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji ta’ ikel elenkati hawn taħt u li huma kostitwenti ta’ xi ikel ieħor jistgħu jiġu indikati permezz tal-isem ta’ dik il-kategorija u mhux bl-isem speċifiku.



Definizzjoni tal-kategorija ta’ ikel

Denominazzjoni

1.  Żjut raffinati li ġejjin mill-annimali

“Żejt”, flimkien ma’jew l-aġġettiv “annimal”, jew l-indikazzjoni ta’ oriġini mill-annimali speċifika.

L- espressjoni “kompletament idroġenizzat” jew “parzjalment idroġenizzat”, kif adatt, għandha takkumpanja l-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat.

2.  Xaħmijiet raffinati li ġejjin mill-annimali

“Xaħam”, flimkien ma’ jew l-aġġettiv “annimal”, jewl -indikazzjoni ta’ oriġini mill-annimali speċifika.

L- espressjoni “kompletament idroġenizzat” jew “parzjalment idroġenizzat”, kif adatt, għandha takkumpanja l-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat.

3.  Taħlitiet ta’ tqiq akwistati minn tnejn jew aktar speċje taċ-ċereali

“Dqiq”, segwit minn lista taċ-ċereali li minnhom inkiseb, f’ordni li tonqos skont l-użin.

4.  Lamtijiet, u lamtijiet immodifikati b’meżżi fiżiċi jew bl-enżimi

“Lamtu”

5.  L-ispeċi kollha tal-ħut fejn il-ħut jifforma ingredjent ta’ xi ikel ieħor u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma jirreferix għal speċi speċifika ta’ ħut

“Ħut”

6.  It-tipi kollha ta’ ġobon fejn il-ġobon jew taħlita ta’ ġobnijiet tifforma ingredjent ta’ xi ikel u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma jirreferux għal tip speċifiku ta’ ġobon

“Ġobon”

7.  Il-ħwawar kollha li ma jeċċedux 2 % bil-piż tal-ikel

“Ħwawar” jew “ħwawar imħallta”

8.  Il-ħxejjex aromatiċi kollha jew partijiet minn ħxejjex aromatiċi li ma jeċċedux 2 % bil-piż tal-ikel

“Ħxejjex aromatiċi” jew “ħxejjex aromatiċi mħallta”

9.  It-tipi tal-preparazzjonijiet kollha tal-gomma (għelk) użati fil-manifattura tal-bażi tal-gomma għal chewing gum

“Bażi tal-gomma”

10.  It-tipi kollha ta’ prodotti ta’ ċereali moħmija u mfarrka

“Frak” jew “qriemeċ” kif ikun il-każ

11.  It-tipi kollha tas-sokrosju

“Zokkor”

12.  Anhydrous dextrose jew dextrose monohydrate

“Dextrose”

13.  Xirop tal-glukosju u xirop tal-glikosju aniħidrat

“Ġulepp tal-glukosju”

14.  It-tipi kollha tal-proteina tal-ħalib (proteini tal-kaseini, tal-kasinati, u tax-xorrox) u t-taħlitiet tagħhom

“Proteini tal-ħalib”

15.  Butir tal-kawkaw, ippressat, mislut jew raffinat

“Butir tal-kawkaw”

16.  It-tipi kollha ta’ inbid kif koperti bl-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (1)

“Inbid”

17.  Il-muskoli skeletriċi (2) tal-ispeċi mammiferi u tal-għasafar meqjusa tajbin biex jiġu kkonsmati min-nies b’tessut inkluż b’mod naturali jew imwaħħal, fejn ix-xaħam totali u l-kontenut tat-tessut konnettiv ma jeċċedux il-valuri indikati hawn taħt u fejn il-laħam jikkostitwixxi ingredjent ta’ xi ikel ieħor. Xaħam massimu u kontenut massimu ta’ tessut konnettiv għall-ingredjenti identifikati bit-terminu “… laħam”



Speċi

Kontenut ta’ xaħam

proporzjon ta’ Kollaġen/proteini fil-laħam (1)

Mammiferi (minbarra fniek u qżieqeż) u taħlitiet ta’ speċi mal-mammiferi predominanti

25 %

25 %

—  Qżieqeż

30 %

25 %

—  Għasafar u fniek

15 %

10 %

(1)   Il-proporzjon ta’ kollaġen/proteini fil-laħam hu espress bħala l-perċentwal ta’ kollaġen fil-proteini tal-laħam. Il-kontenut ta’ kollaġen ifisser il-kontenut idroksiprolina multiplikat b’fattur ta’ 8.

Jekk jinqabżu dawn il-limiti massimi, iżda l-kriterji l-oħra kollha għad-definizzjoni ta’ “laħam” jiġu sodisfatti, il-kontenut ta’ “… laħam” irid ikun aġġustat 'l isfel skont il-bżonn u l-lista ta’ ingredjenti trid issemmi, flimkien mat-terminu “… laħam”, il-preżenza ta’ xaħam u/jew tessut konnettiv.

Il-prodotti koperti bid-definizzjoni ta’ “laħam separat mekkanikament” huma esklużi minn din id-definizzjoni.

“… laħam” u l-isem (ismijiet) (3) tal-ispeċi tal-annimali li minnu ġej.

18.  It-tipi kollha ta’ prodotti koperti bid-definizzjoni ta’ “laħam separat mekkanikament”.

“laħam separat mekkanikament” u l-isem (ismijiet) (3) tal-ispeċi ta’ annimali li ġej minnu

(1)   Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS). ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   Id-dijaframma u l-masseters huma parti mill-muskoli skeletriċi, filwaqt li l-qalb, l-ilsien, il-muskoli tar-ras (minbarra l-masseters), il-muskoli tal-carpus, it-tarsus u d-denb huma esklużi.

(3)   Għat-tikkettar bl-Ingliż, dan l-isem jista’ jiġi sostitwit bl-isem ġeneriku tal-ingredjent għall-ispeċi tal-annimal ikkonċernat.

PARTI Ċ —   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ ĊERTI INGREDJENTI BL-ISEM TAL-KATEGORIJA TAGĦHOM SEGWITI BL-ISEM SPEĊIFIKU TAGĦHOM JEW BIN-NUMRU “E” TAGĦHOM

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-addittivi tal-ikel u l-enżimi tal-ikel ħlief dawk speċifikati fil-punt (b) tal-Artikolu 20 li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji elenkati f’din il-Parti jridu jiġu indikati bl-isem ta’ dik il-kategorija, segwit mill-isem speċifiku jew, jekk adatt, in-numru E tagħhom. Jekk l-ingredjent jappartjeni għal aktar minn waħda mill-kategoriji, għandha tiġi indikata l-kategorija adatta għall-funzjoni prinċipali fil-każ tal-ikel imsemmi.

Aċidu

Regolatur tal-Aċidità

Aġent kontra t-tagħqid

Aġent kontra r-ragħwa

Antiossidant

Aġent li jżid il-volum

Kulur

Emulsifikant

Melħ emulsifikat ( 19 )

Aġent li jissoda

Tejjieb il-ħwawar

Aġent għat-trattament tad-dqiq

Aġent li jagħmel ir-ragħwa

Aġent li jgħaqqad f’ġel

Aġent li jagħmel l-ikel ileqq

Humectant

Lamtu mmodifikat ( 20 )

Preservattiv

Gass propellent

Aġent li jgħolli l-ikel

Aġenti sekwestranti

Stabbilizzatur

Dolċifikant

Aġent li jgħaqqad

PARTI D —   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ AROMATIZZANTI FIL-LISTA TA’ INGREDJENTI

1. L-aromatizzanti għandhom jiāu msemmija jew bit-termini:

 “aromatizzant/i” jew b’isem jew deskrizzjoni aktar speċifika tal-aromatizzant jekk il-komponent aromatizzanti fih l-aromatizzanti kif definiti fil-punti (b), (c), (d), (e), (f), (g) u (h) tal-Artikolu 3(2)tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

 “aromatizzant/i bl-affumikazzjoni” jew “aromatizzanti bl-affumikazzjoni prodotti minn ikel jew kategorija jew sors/i ta’ ikel” (eż. “aromatizzanti bl-affumikazzjoni prodott mill-fagu”), jekk il-komponent aromatizzaznti jkun fih aromatizzanti kif definiti fil-punt (f) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament KE Nru 1334/2008 u jagħti biss togħma ta’ xiwi lill-ikel.

2. It-terminu “naturali” għad-deskrizzjoni tal-aromatizzanti għandu jintuża f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

3. Il-kinina u/jew il-kafeina użati bħala aromatizzant fil-produzzjoni jew fil-preparazzjoni ta’ xi ikel għandhom jissemmew bl-isem fil-lista ta’ ingredjenti eżatt wara l-kelma “aromatizzant/i”.

PARTI E —   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ INGREDJENTI KOMPOSTI

1. Ingredjent kompost jista’ jiġi inkluż fil-lista ta’ ingredjenti, taħt l-isem tiegħu stess sakemm dan ikun stipulat bil-liġi jew stabbilit bit-tradizzjoni, fir-rigward tal-piż globali tiegħu, u jkun segwit immedjatament b’lista ta’ ingredjenti tiegħu.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, il-lista ta’ ingredjenti għall-ingredjenti komposti m’għandhiex tkun obbligatorja:

(a) fejn il-komposizzjoni tal-ingredjent kompost huwa definit fid-dispożizzjonijiet attwali tal-Unjoni, u sal-limitu li l-ingredjent kompost jikkostitwixxi anqas minn 2 % tal-prodott finali; iżda, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-addittivi tal-ikel, suġġett għall-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 20; jew

(b) għall-ingredjenti komposti magħmula minn taħlitiet ta’ speċi u/jew ħxejjex aromatiċi li jikkostitwixxu inqas minn 2 % tal-prodott lest, minbarra l-addittivi tal-ikel, suġġett għall-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 20; or

(ċ) fejn l-ingredjent kompost huwa ikel li għalih mhix meħtieġa lista ta’ ingredjenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni.




ANNESS VIII

INDIKAZZJONI KWANTITATTIVA TA’ INGREDJENTI

1. L-indikazzjoni kwantitattiva m’għandhiex tkun meħtieġa:

(a) għal xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti:

(i) li l-piż nett mingħajr ilma tagħhom hu indikat skont il-punt 5 tal-Anness IX;

(ii) li l-kwantitajiet tagħhom għandhom ikunu diġà jidhru fuq it-tikkettar skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni; jew

(iii) li huma użati fi kwantitajiet żgħar għall-finijiet ta’ aromatizzanti; or

(iv) li, filwaqt li jidhru fl-isem tal-ikel, mhumiex tali li jiddeterminaw l-għażla tal-konsumatur fil-pajjiż fejn jinbiegħu minħabba li l-varjazzjoni fil-kwantità mhix essenzjali biex tikkaratterizza l-ikel jew ma tiddistingwihx minn ikel simili; jew

(b) fejn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni jistipulaw preċiżament il-kwantità ta’ ingredjent jew ta’ kategorija ta’ ingredjenti mingħajr ma jipprevedu l-indikazzjoni tagħhom fuq it-tikketta; jew

(c) fil-każijiet imsemmija fil-punti 4 u 5 tal-Parti A tal-Anness VII.

2. Il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 22(1) m’għandhomx japplikaw fil-każ ta’:

(a) xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti koperti bl-indikazzjoni “fih dolċifikant(i)” jew “għandu z-zokkor u dolċifikant(i)” jekk dik l-indikazzjoni tkun mal-ikel, skont l-Anness III; jew

(b) kwalunkwe vitamini u minerali miżjuda jekk dik is-sustanza tkun suġġetta għad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

3. L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija tal-ingredjenti għandha:

(a) tkun espressa bħala perċentwal, li għandu jikkorrispondi għall-kwantità tal-ingredjent jew ingredjenti meta dawn jintużaw; u

(b) tidher jew fl-isem jew eżatt ħdejn l-isem tal-ikel jew fil-lista ta’ ingredjenti b’konnessjoni mal-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati.

4. B’deroga mill-punt 3,

(a) fejn l-ikel ikun tilef mill-irtubija tiegħu minħabba trattament bis-sħana jew trattament ieħor, il-kwantità għandha tkun espressa bħala perċentwal li għandu jikkorrispondi għall-kwantità tal-ingredjent jew ingredjenti użati, marbut mal-prodott lest, sakemm dik il-kwantità jew il-kwantità totali tal-ingredjenti kollha indikati fuq it-tikkettar taqbeż il-100 %, f’liema każ il-kwantità għandha tiġi indikata abbażi tal-piż tal-ingredjent jew ingredjenti użati biex jiġu preparati 100 g tal-prodott lest;

(b) il-kwantità tal-ingredjenti volatili għandha tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott lest;

(c) il-kwantità ta’ ingredjenti użati f’forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni tista’ tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin kif meħud waqt il-konċentrazzjoni jew id-deidrazzjoni tagħhom;

(d) fil-każ ta’ ikel konċentrat jew deidrat li hu intiż li jiġi magħmul mill-ġdid biż-żieda ta’ ilma, il-kwantità tal-ingredjenti tista’ tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott magħmul mill-ġdid.




ANNESS IX

DIKJARAZZJONI DWAR IL-KWANTITÀ NETTA

1. Id-dikjarazzjoni tal-kwantità netta m'għandhiex tkun obbligatorja fil-każ ta’ ikel:

(a) li huwa suġġett għal telf konsiderevoli fil-volum jew massa tiegħu u li jinbiegħ bl-għadd jew li jkun intiżen fil-preżenza tax-xerrej;

(b) il-kwantità netta li hi inqas minn 5 g jew 5 ml; iżda, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal ħwawar u ħxejjex aromatiċi; jew

(c) normalment mibjugħ bl-għadd, dment li n-numru ta’ oġġetti jista' jidher b'mod ċar u jingħadd faċilment min-naħa ta’ barra jew, jekk le, huwa indikat fuq il-tikkettar.

2. Fejn l-indikazzjoni ta’ ċertu tip ta’ kwantità (bħall-kwantità nominali, il-kwantità minima, il-kwantità medja) hi meħtieġa mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew, fejn dawn ma jeżistux, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali, din il-kwantità għandha titqies bħala l-kwantità netta għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

3. Fejn oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ oġġetti jew aktar ippakkjati bil-lest li fihom l-istess kwantità tal-istess prodott, il-kwantità netta għandha tiġi indikata billi tissemma l-kwantità netta li hemm f'kull pakkett individwali u n-numru totali ta’ dawk il-pakketti. Madankollu, l-indikazzjoni ta’ dawk id-dettalji m'għandhiex tkun obbligatorja fejn in-numru totali ta’ pakketti individwali jista' jidher sew u jingħadd faċilment minn barra u fejn talanqas tidher sew minn barra indikazzjoni waħda tal-kwantità netta li hemm f'kull pakkett individwali.

4. Fejn oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ pakketti individwali jew aktar li mhumiex meqjusa bħala unitajiet għall-bejgħ, il-kwantità netta għandha tingħata billi tiġi indikata l-kwantità netta totali u n-numru totali ta’ pakketti individwali.

▼C1

5. Fejn ikel solidu jiġi ppreżentat f'forma likwida, il-piż nett tal-ikel imsoffi mil-likwidu għandu jiġi indikat ukoll. Fejn l-ikel ikun ġie suġġett għall-glazing, il-piż nett iddikjarat tal-ikel għandu jkun mingħajr il-glazing.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-forma likwida” għandha tfisser il-prodotti li ġejjin, possibbilment f'taħlitiet u anki meta ffriżati jew iffriżati malajr, dment li l-likwidu ikun biss żieda mal-elementi essenzjali ta’ dik il-preparazzjoni u għalhekk mhux fattur deċiżiv għax-xiri: ilma, taħlitiet ta’ melħ fl-ilma, salmura, taħlitiet ta’ ilma ta’ aċidi fl-ikel, ħall, taħlitiet fl-ilma taz-zokkor, taħlitiet fl-ilma ta’ sustanzi oħra ħelwin, ġulepp tal-frott jew tal-ħaxix fil-każ ta’ frott jew ħxejjex.




ANNESS X

DATA TAD-DURABBILTA’ MINIMA, “UŻA SA”U DATA TAL-IFFRIŻAR

1. Id-data tad-durabbiltà minima għandha tiġi indikata kif ġej:

(a) id-data tkun ippreċeduta bil-kliem:

 “Uża qabel …” fejn id-data tinkludi indikazzjoni tal-ġurnata;

 “Tajjeb qabel l-aħħar …” f’każijiet oħra.

(b) il-kliem imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom:

 jew id-data nnifisha; jew

 referenza dwar fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta.

Jekk ikun hemm bżonn, dawn id-dettalji għandhom ikunu segwiti b’deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħażna li għandhom ikunu osservati jekk il-prodott għandu jżomm għall-perijodu speċifikat.

(c) id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista’ jkun, is-sena, f’dik l-ordni u f’forma mhux kodifikata.

Iżda, fil-każ tal-ikel:

 li ma jżommx għal aktar minn tliet xhur, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tal-ġurnata u x-xahar;

 li jżomm għal aktar minn tliet xhur iżda mhux għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tax-xahar u tas-sena;

 li jżomm għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tas-sena.

(d) suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jimponu tipi oħra ta’ indikazzjoni tad-data, m’għandhiex tkun meħtieġa indikazzjoni tad-data tad-durabbiltà minima għal:

 frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, ma tqattgħetx jew ġiet trattata b’mod simili; din id-deroga m’għandhiex tapplika għal żerriegħa li qed tirmi u prodotti simili bħal ħaxix li qiegħed jinbet;

 inbid, inbejjed tal-likur, inbejjed bil-gass, inbejjed aromatizzati u prodotti simili miksuba mill-frott minbarra l-għeneb, u xorb li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 2206 00 miksuba mill-għeneb jew mill-most tal-għeneb;

 xarbiet li fihom 10 % jew aktar b’volum ta’ alkoħol;

 oġġetti magħmula mill-furnara jew mill-kokijiet tal-pasti li, minħabba n-natura tal-kontenut tagħhom, normalment jiġu kkunsmati fi żmien 24 siegħa mindu jinħadmu;

 ħall tal-inbid;

 melħ tat-tisjir;

 zokkor solidu;

 prodotti tal-pasti magħmula kważi esklużivament minn zokkor bl-aromatizzanti u/jew ikkulurit;

 chewing gums u prodotti simili li tomgħodhom.

2. Id-data “uża sa” għandha tiġi indikata kif ġej:

(a) din għandu jkollha qabilha l-kliem “uża sa …”;

(b) il-kliem fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom:

 jew id-data nnifisha; or

 referenza dwar fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta.

Dawk id-dettalji għandu jkollhom magħhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet dwar il-ħżin li jridu jiġu osservati.

(c) id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista’ jkun, is-sena, f’dik l-ordni u f’forma mhux kodifikata;

(d) id-“data tal-użu” għandha tkun indikata fuq kull porzjon individwali ppakkjat minn qabel.

3. Id-data tal-iffriżar jew id-data tal-ewwel iffriżar kif imsemmi fil-punt 6 tal-Anness III għandha tkun indikata kif ġej:

(a) Din għandu jkollha qabilha l-kliem “Iffriżat fi …”;

(b) Il-kelmiet imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom:

 id-data nnifisha; jew

 referenza dwar fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta;

(c) Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u s-sena, f’dik l-ordni u f’forma mhux kodifikata.




ANNESS XI



TIPI TA’ LAĦAM LI GĦALIHOM HI OBBLIGATORJA L-INDIKAZZJONI TAL-PAJJIŻ TA’ ORIĠINIJEW TAL-POST TA’ PROVENJENZA

Kodiċi NM

(Nomenklatura Magħquda 2010)

Deskrizzjoni

0203

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat

0204

Laħam tan-nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Ex  02 07

Laħam tat-tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew iffriżat




ANNESS XII

QAWWA ALKOĦOLIKA

Il-qawwa alkoħolika proprja bil-volum ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol għandha tiġi indikata permezz ta’ numru sa mhux iktar minn post wieħed deċimali. Dan għandu jkun segwit bis-simbolu “% vol.” u jista’ jkollu quddiemu l-kelma “alkoħol” jew l-abbrevazzjoni “alc”.

Il-qawwa alkoħolika għandha tiġi determinata f’temperatura ta’ 20 °C.

It-tolleranzi pożittivi u negattivi permessi fir-rigward tal-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika bil-volum u espressi f’valuri assoluti għandhom jidhru kif elenkati fit-tabella li ġejja. Dawn għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi li joħorġu mill-metodu ta’ analiżi użat biex tiġi determinata l-qawwa alkoħolika.



Deskrizzjoni tax-xorb

Tolleranza pożittiva jew negattiva

1.  Birer tal-kodiċi NM 2203 00 li jkollhom qawwa alkoħolika li ma taqbiżx il-5,5 % tal-vol.; xarbiet mingħajr gass tal-kodiċi NM 2206 00 miksuba mill-għeneb;

0,5 % vol.

2.  Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li taqbeż il-5,5 % vol.; xarbiet gassużi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2206 00 magħmulin mill-għeneb, is-sajder, perries, inbejjed tal-frott u oħrajn ta’ din ix-xorta, magħmulin mill-frott minbarra mill-għeneb, sew jekk ikun semi-gassużi jew gassużi; mead;

1 % vol.

3.  Xarbiet li fihom frott immaċerat jew partijiet ta’ pjanti;

1,5 % vol.

4.  Kull xorb ieħor li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol;

0,3 % vol.




ANNESS XIII

KONSUM REFERENZJALI

PARTI A –   KONSUM REFERENZJALI TA' KULJUM TA' VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

1.   Vitamini u minerali li jistgħu jiġu ddikjarati u l-valuri ta’ referenza għan-nutrijenti tagħhom (NRVs)



Vitamina A (μg)

800

Vitamina D (μg)

5

Vitamina E (mg)

12

Vitamina K (μg)

75

Vitamina C (mg)

80

Tiamina (mg)

1,1

Riboflavina (mg)

1,4

Niaċina (mg)

16

Vitamin B6 (mg)

1,4

Aċidu Foliku (μg)

200

Vitamin B12 (μg)

2,5

Biotin (μg)

50

Aċidu Pantoteniku (mg)

6

Potassju (mg)

2 000

Kloridu (mg)

800

Kalċju (mg)

800

Fosfru (mg)

700

Manjesju (mg)

375

Kalċju (mg)

14

Żingu (mg)

10

Ram (mg)

1

Manganis (mg)

2

Floridu (mg)

3,5

Selenju (μg)

55

Kromju (μg)

40

Molibdenum (μg)

50

Jodju (μg)

150

2.   Ammont sinifikanti ta’ vitamini u minerali

Bħala regola, il-valuri li ġejjin għandhom jitqiesu meta jkun qed jiġi deċiż x'jikkostitwixxi ammont sinifikanti:

 15 % tal-valuri ta’ referenza tan-nutrijent speċifikati fil-punt 1 fornuti b'100 g jew 100 ml fil-każ ta’ prodotti li mhumiex xarbiet;

 7,5 % tal-valuri ta’ referenza tan-nutrijent speċifikati fil-punt 1 fornuti b'100 ml fil-każ ta’ xarbiet; jew

 15 % tal-valuri ta’ referenza tan-nutrijent speċifikati fil-punt 1 għal kull porzjon jekk il-pakkett ikun fih porzjon wieħed biss.

PARTI B –   KONSUM REFERENZJALI TA' ENERĠIJA U NUTRIJENTI MAGĦŻULA MINBARRA VITAMINI U MINERALI (ADULTI)



Enerġija jew nutrijent

Konsum referenzjali

Enerġija

8 400 kJ (2 000 kcal)

Xaħam totali

70 g

Saturati

20 g

Karboidrati

260 g

Zokkor

90 g

Proteini

50 g

Melħ

6 g




ANNESS XIV

FATTURI TA’ KONVERŻJONI

FATTURI TA’ KONVERŻJONI GĦALL-KALKOLU TAL-ENERĠIJA

Il-valur enerāetiku li jrid jiġi ddikjarat għandu jkun kkalkulat bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:



—  karboidrati (ħlief polyols)

17 kJ/g — 4 kcal/g

—  polioli

10 kJ/g — 2,4 kcal/g

—  proteini

17 kJ/g — 4 kcal/g

—  xaħam

37 kJ/g — 9 kcal/g

—  salatrimi

25 kJ/g — 6 kcal/g

—  alkoħol (etanol)

29 kJ/g — 7 kcal/g

—  aċidu organiku

13 kJ/g — 3 kcal/g

—  fibra alimentari

8 kJ/g — 2 kcal/g

—  eritritol

0 kJ/g — 0 kcal/g




ANNESS XV

ESPRESSJONI U PREŻENTAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

L-unitajiet ta’ kejl li għandhom jintużaw fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-enerġija (kilojoules (kJ) u kilokaloriji (kcal)) u massa (grammi (g), milligrammi (mg) jew mikrogrammi (μg)) u l-ordni ta’ preżentazzjoni tal-informazzjoni, kif ikun il-każ, għandhom ikunu dawn li ġejjin:



enerġija

kJ/kcal

xaħam

g

li minnhom

—  saturati

g

—  monoinsaturati

g

—  poli-insaturati

g

karboidrati

g

li minnhom

—  zokkor

g

—  polioli

g

—  lamtu

g

fibra alimentari

g

proteini

g

melħ

g

vitamini u minerali

l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII



( 1 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

( 2 ) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7.

( 3 ) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

( 4 ) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

( 5 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

( 6 ) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

( 7 ) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

( 8 ) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

( 9 ) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

( 10 ) ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45.

( 11 ) ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.

( 12 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

( 13 ) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18”.

( 14 ) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18”.

( 15 ) ĠU L 314, 1.12.2009, p. 10.

( 16 ) Kif ukoll il-prodotti tagħhom, sa fejn il-proċess li għalih jiġu sottoposti ma jżidx il-livell ta’ allerġenità stmata mill-Awtorità għall-prodott rilevanti li minnu huma oriġinaw.

( 17 ) ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.

( 18 ) ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

( 19 ) Għall-ġobon ipproċessat u l-prodotti bbażati fuq ġobon ipproċessat biss.

( 20 ) L-isem speċifiku jew in-numru E m’għandux ikun meħtieġ li jiġi indikat.

Top