EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02011R0408-20141217
Commission Regulation (EU) No 408/2011 of 27 April 2011 implementing Regulation (EC) No 1185/2009 of the European Parliament and of the Council concerning statistics on pesticides, as regards transmission format (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2011 tas- 27 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2011 tas- 27 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011R0408 — MT — 17.12.2014 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 408/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (ĠU L 108, 28.4.2011, p.21) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1264/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 |
L 341 |
6 |
27.11.2014 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 408/2011
tas-27 ta’ April 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 jistabbilixxi qafas ġdid għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar il-bejgħ u l-użu tal-pestiċidi. |
(2) |
Skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta statistika f'forma elettronika, b'mod konformi mal-format tekniku xieraq li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. |
(3) |
Biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, se tiġi inkluża fil-fajl tat-trażmissjoni bandiera li tindika jekk l-informazzjoni mgħoddija dwar is-sustanza, il-klassi kimika, il-kategorja tal-prodott jew grupp maġġuri hijiex kunfidenzjali jew le. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta statistika dwar il-pestiċidi msemmija fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 bl-użu ta' definizzjonijiet tal-istruttura tad-dejta SDMX. Id-dejta għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) permezz tas-servizzi ta' Punt ta' Kuntatt Waħdieni, jew għandha tiġi magħmula disponibbli biex titniżżel jew tiġi estratta mill-Kummissjoni (Eurostat) permezz ta' mezzi elettroniċi.
Artikolu 2
L-istruttura tad-dejta għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar it-tqegħid fis-suq ta' pestiċidi għandha tkun kif speċifikat fl-Anness I.
L-istruttura tad-dejta għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-użu ta' pestiċidi għal attivitajiet agrikoli għandha tkun kif speċifikat fl-Anness II.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mindu jkun ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Struttura tad-dejta statistika dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' pestiċidi
L-istruttura tad-dejta li ġejja għandha tkun inkluża fil-fajls tat-trażmissjoni:
Numru |
Qasam |
Kummenti |
1 |
Pajjiż |
eż. Franza |
2 |
Sena |
Sena ta' referenza għad-dejta (eż. 2010) |
3 |
Grupp ewlieni |
Kodiċi elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 |
4 |
Kategoriji ta' prodotti |
|
5 |
Klassi kimika |
|
6 |
Sustanza attiva |
|
7 |
Valur ta' osservazzjoni (il-kwantità mibjugħa) |
F'kilogrammi ta' sustanzi. |
8 |
Għall-oqsma bin-numri 3, 4, 5 u 6, is-sinjal ta' kunfidenzjalità |
Bandiera |
ANNESS II
Struttura tad-dejta statistika dwar l-użu agrikolu ta' pestiċidi
L-istruttura tad-dejta li ġejja għandha tkun inkluża fil-fajls tat-trażmissjoni:
Numru |
Qasam |
Kummenti |
1 |
Pajjiż |
eż. Franza |
2 |
Sena |
Sena ta' referenza għad-dejta (eż. 2010) |
3 |
Wiċċ tar-raba' |
Tqassim skont l-uċuħ tar-raba' |
4 |
Sustanza attiva |
Kodiċi elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 |
5 |
Valur ta' osservazzjoni: il-kwantità tas-sustanza użata fuq il-wiċċ tar-raba' |
F'kilogrammi ta' sustanzi |
6 |
Valur ta' osservazzjoni: żona bil-wiċċ tar-raba' ttrattat b'din is-sustanza |
F'ettari |
7 |
Sinjal ta' kunfidenzjalità |
Bandiera |
( 1 ) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1.