EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011R0282-20200101

Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (tfassil mill-ġdid)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/282/2020-01-01

02011R0282 — MT — 01.01.2020 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 282/2011

tal-15 ta' Marzu 2011

li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(tfassil mill-ġdid)

(ĠU L 077 23.3.2011, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 967/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012

  L 290

1

20.10.2012

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1042/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013

  L 284

1

26.10.2013

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2459 tal-5 ta' Diċembru 2017

  L 348

32

29.12.2017

►M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1912 tal-4 ta' Diċembru 2018

  L 311

10

7.12.2018




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 282/2011

tal-15 ta' Marzu 2011

li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(tfassil mill-ġdid)



KAPITOLU I

SOĠĠETT MATERJALI

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tat-Titoli I sa V, u VII sa XII tad-Direttiva 2006/112/KE.



KAPITOLU II

AMBITU

(TITOLU I TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE,

Artikolu 2

Dawn li ġejjin m'għandhomx jirriżultaw f'akkwisti intra-Komunitarji fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1), punt (b), tad-Direttiva 2006/112/KE:

(a) it-trasferiment ta' mezz ġdid ta' trasport minn persuna mhux taxxabbli fuq tibdil tar-residenza sakemm l-eżenzjoni prevista f'punt (a) tal-Artikolu 138(2) tad-Direttiva 2006/112/KE ma setgħetx tapplika fil-ħin tal-forniment;

(b) ir-redditu fuq mezz ġdid ta' trasport minn persuna mhux taxxabbli lil Stat Membru li fih ġie fornut lilha inizjalment taħt l-eżenzjoni prevista f'punt (a) tal-Artikolu 138(2) tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 3

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tal-Artikolu 59a tad-Direttiva 2006/112/KE, il-forniment tas-servizzi li ġejjin m'huwiex soġġett għall-VAT jekk il-fornitur jiddikjara li l-lok tal-forniment speċifikat f'konformità mas-Sottotaqsimiet 3 u 4 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu V ta' dan ir-Regolament jinsab barra mill-Komunità:

(a) mill-1 ta' Jannar 2013, is-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(b) mill-1 ta' Jannar 2015 is-servizzi elenkati fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(c) is-servizzi elenkati fl-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 4

Persuna taxxabbli li hija intitolata għal eżenzjoni tat-taxxa fuq l-akkwisti tal-prodotti intra-Komunitarji tagħha, b'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandha tibqa hekk fejn, skont l-Artikolu 214 (1)(d) jew (e) ta' din id-Direttiva, numru ta' identifikazzjoni tal-VAT ikun ingħata lil dik il-persuna taxxabbli għas-servizzi li ħadet u li għalihom hija obbligata li tħallas il-VAT jew għal servizzi li forniet fi ħdan it-territorju ta' Stat Membru ieħor li għalihom il-VAT huwa dovut biss mir-reċipjent.

Madankollu, jekk dik il-persuna taxxabbli tikkomunika dan in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT lil fornitur fir-rigward ta' akkwist intrakomunitarju ta' merkanzija, hija għandha titqies li eżerċitat l-għażla prevista fl-Artikolu 3(3) ta' dik id-Direttiva.



KAPITOLU III

PERSUNI TAXXABBLI

(TITOLU III TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE)

Artikolu 5

Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku (GEIE) kostitwit b'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2137/85 li jforni prodotti jew servizzi bi ħlas għall-membri tiegħu jew lil partijiet terzi għandu jkun persuna taxxabbli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.



KAPITOLU IV

TRANSAZZJONIJIET TAXXABBLI

(ARTIKOLI 24 SA 29 TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE)

Artikolu 6

1.  Servizzi fir-ristoranti u tal-catering tfisser servizzi li jikkonsistu mill-forniment ta' ikel jew xorb ippreparat jew mhux ippreparat jew it-tnejn li huma, għall-konsum tal-bniedem, akkumpanjat minn servizzi ta' sostenn suffiċjenti għall-konsum immedjat tagħhom. Id-dispożizzjoni ta' ikel u xorb jew it-tnejn li huma hija element uniku fost għaqda sħiħa ta' elementi li fiha s-servizzi se jippredominaw. Is-servizzi fir-ristoranti huma l-forniment ta' tali servizzi fil-bini tal-fornitur, u s-servizzi tal-catering huma l-forniment ta' tali servizzi 'l barra mill-kwartieri tal-fornitur.

2.  Il-forniment ta' ikel jew xorb jew it-tnejn, ippreparat jew mhux ippreparat, kemm jekk jinkludi jew ma jinkludix it-trasport tiegħu iżda mingħajr ebda servizz ta' appoġġ ieħor, ma għandux jitqies bħala servizz ta' ristorant jew tal-catering fis-sens tal-paragrafu 1.

▼M2

Artikolu 6a

1.  Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom ikopru, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a) servizzi tat-telefon b’linja fissa u ċellulari għat-trasmissjoni u l-iswiċċjar tal-vuċi, tad-data u tal-vidjo, inklużi servizzi tat-telefon b’komponent tal-vidjo (servizzi tal-vidjofown);

(b) servizzi tat-telefon ipprovduti permezz tal-Internet, inkluż s-servizzi bil-vuċi fuq protokoll tal-Internet (Voice over Internet Protocol, VoIP);

(c) servizzi tal-messaġġi bil-vuċi, tal-avviż ta’ telefonata oħra, tat-trasferiment awtomatiku tat-telefonati, tal-identifikazzjoni ta’ min ikun qed iċempel, tat-telefonati bejn tlieta u servizzi oħrajn tal-immaniġġar tat-telefonati;

(d) servizzi ta’ paging;

(e) servizzi tal-audiotext;

(f) servizzi tal-fax, tat-telegrafu u tat-telex;

(g) aċċess għall-Internet, inkluża l-World Wide Web;

(h) konnessjonijiet privati tan-netwerks li jgħaqqdu t-telekomunikazzjoni flimkien għall-użu esklużiv tal-klijent.

2.  Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2006/112/KE ma għandhomx ikopru dawn li ġejjin:

(a) servizzi pprovduti elettronikament;

(b) servizzi tax-xandir fuq ir-radju u t-televiżjoni (minn hawn ’il quddiem “servizzi tax-xandir”).

Artikolu 6b

1.  Is-servizzi tax-xandir għandhom jinkludu servizzi li jikkonsistu f’kontenut awdjo u awdjoviżiv, bħal programmi tar-radju jew tat-televiżjoni pprovduti lill-pubbliku ġenerali permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni mill-fornitur tas-servizzi tal-mezzi tal-informazzjoni u taħt ir-responsabbiltà editorjali tiegħu biex jinstemgħu u jidhru fl-istess ħin abbażi ta’ skeda ta’ programmi.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkopri, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a) programmi tar-radju jew tat-televiżjoni trasmessi jew trasmessi mill-ġdid fuq netwerk tar-radju jew tat-televiżjoni;

(b) programmi tar-radju jew tat-televiżjoni ddistribwiti permezz tal-Internet jew ta’ netwerk elettroniku simili (IP streaming) jekk jixxandru simultanjament li jiġu trasmessi jew trasmessi mill-ġdid fuq netwerk tar-radju jew tat-televiżjoni.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux ikopri dawn li ġejjin:

(a) servizzi tat-telekomunikazzjoni;

(b) servizzi pprovduti elettronikament;

(c) forniment ta’ informazzjoni dwar programmi partikolari on demand;

(d) trasferiment ta’ jeddijiet għax-xandir jew għat-trasmissjoni;

(e) kiri ta’ tagħmir jew faċilitajiet tekniċi biex jintużaw biex wieħed jirċievi xandira;

(f) programmi tar-radju jew tat-televiżjoni distribwiti permezz tal-Internet jew ta’ netwerk elettroniku simili (IP streaming), sakemm ma jixxandrux simultanjament mat-trasmissjoni jew ritrasmissjoni tagħhom fuq netwerk tar-radju u tat-televiżjoni.

▼B

Artikolu 7

1.  “Servizzi fornuti b'mod elettroniku” kif imsemmijin fid-Direttiva 2006/112/KE għandha tinkludi servizzi li huma provduti minn fuq l-Internet jew netwerk elettroniku u li n-natura tagħhom trendi l-forniment tagħhom awtomatizzat u li jinvolvi intervent uman minimu, u impossibbli li jiġu assigurati fin-nuqqas tat-teknoloġija tal-informatika

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkopri, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a) il-forniment ta' prodotti diġitali b'mod ġenerali, li jinkludu softwer u tibdiliet fih jew l-aġġornamenti tiegħu;

(b) servizzi li jipprovdu jew li jsostnu negozju jew preżenza personali fuq netwerk elettroniku bħal websajt jew webpage;

(c) servizzi ġġenerati awtomatikament minn kompjuter peremezz tal-Internet jew netwerk elettroniku ieħor, bħala risposta għal dejta ta' dħul speċifika mir-reċipjent;

(d) it-trasferiment bi ħlas tad-dritt biex jitpoġġew prodotti jew servizzi għall-bejgħ fuq sit tal-Internet li qiegħed jopera bħala suq onlajn li fuqu xerrejja potenzjali jpoġġu l-offerti tagħhom peremezz ta' proċedura awtomatizzata u li fuqu l-partijiet huma notifikati dwar bejgħ permezz ta' posta elettronika ġġenerata awtomatikament minn kompjuter;

(e) Pakketti ta' informazzjoni li joffru Servizz fuq l-Internet (PSI) u li minnhom il-komponent tat-telekomunijkazzjoni jagħmel parti anċillarja u subordinata (jiġifieri pakketti li joffru aktar mis-sempliċi aċċess għall-Internet u li jinkludu elementi oħra bħal pagni b'kontenut li jagħtu aċċess għall-aħbarijiet, rapporti tat-temp jew dwar l-ivvjaġġjar; playgrounds; websajt hosting; aċċess għal dibattiti onlajn eċċ.);

(f) is-servizzi elenkati fl-Anness I.

▼M2

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux ikopri dawn li ġejjin:

(a) servizzi tax-xandir;

▼B

(b) servizzi tat-telekomunikazzjoni;

(c) oġġetti, fejn l-ordni u l-ipproċessar isiru b'mod elettroniku;

(d) CD-ROMs, floppy disks u midja tanġibbli simili;

(e) materjal stampat, bħal kotba, revisti, gazzetti u ġurnali;

(f) CDs u kassetti awdjo;

(g) kassetti vidjo u DVDs;

(h) logħob tal-kompjuter fuq CD-ROM;

(i) Servizzi għal professjonisti bħal avukati u konsulenti finanzjarji, li jagħtu konsulenza lill-klijenti tagħhom permezz ta' e-mail;

(j) servizzi ta' tagħlim, fejn il-kontenut tal-kors huwa mwassal minn għalliem permezz tal-Internet jew netwerk elettroniku, (jiġifieri permezz ta' konnessjoni remota);

(k) servizzi fiżiċi ta' tiswija offlajn għal tagħmir tal-kompjuter;

(l) servizzi offlajn ta' ħżin tad-dejta;

(m) servizzi ta' riklamar, b'mod partikolari kif issib fil-gazzetti, fuq tabelli jew fuq it-televiżjoni;

(n) servizzi ta' għajnuna fuq it-telefon;

(o) servizzi ta' tagħlim li jinvolvu biss korisjiet ta' korrispondenza, bħal korsijiet li jsiru b'korrispondenza bil-posta;

(p) servizzi ta' rkantaturi konvenzjonali li jiddependu fuq intervent uman dirett, irrispettivament minn kif isiru s-sejħiet għall-offerti;

▼M2 —————

▼M2

(t) biljetti għal attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi u ta’ divertiment jew għal attivitajiet simili ibbukkjati minn fuq l-Internet;

(u) akkomodazzjoni, kiri ta’ karozzi, servizzi ta’ ristorant, trasport ta’ passiġġieri jew servizzi simili bbukkjati minn fuq l-Internet.

▼B

Artikolu 8

Jekk persuna taxxabbli timmonta biss il-partijiet varji ta' makkinarju li kollha kemm huma ġew ipprovduti mill-klijent tagħha, dik it-transazzjoni għandha tikkostitwixxi forniment ta' servizzi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 9

Il-bejgħ ta' opzjoni, fejn tali bejgħ huwa transazzjoni li taqa’ fi ħdan l-ambitu tal-punt (f) tal-Artikolu 135(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jikkostitwixxi forniment ta' sevizzi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24 (1) ta' dik id-Direttiva. Dak il-forniment ta' servizzi għandu jkun distint mit-transazzjonijiet sottostanti li magħhom jirrelataw is-servizzi.

▼M2

Artikolu 9a

1.  Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2006/112/KE, fejn ikunu fornuti servizzi fornuti b’mod elettroniku permezz ta’ netwerk tat-telekomunikazzjoni, interface jew portal bħal suq għal applikazzjonijiet, persuna taxxabbli li tieħu sehem f’dak il-forniment għandha titqies bħala li tkun qed taġixxi f’isimha iżda fl-interess tal-fornitur ta’ dawk is-servizzi sakemm dak il-fornitur ma jkunx indikat espliċitament bħala l-fornitur minn dik il-persuna taxxabbli u dak jiġi rifless fl-arranġamenti kuntrattwali bejn il-partijiet.

Sabiex il-fornitur tas-servizzi fornuti b’mod elettroniku jitqies bħala indikat espliċitament li hu l-fornitur ta’ dawk is-servizzi mill-persuna taxxabbli, għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fattura maħruġa jew magħmula disponibbli minn kull persuna taxxabbli li tieħu sehem fil-forniment tas-servizzi fornuti b’mod elettroniku għandha tidentifika dawn is-servizzi u l-fornitur tagħhom;

(b) il-fattura jew l-irċevuta maħruġa jew magħmula disponibbli lill-klijent għandha tidentifika s-servizzi fornuti b’mod elettroniku u l-fornitur ta’ dawk is-servizzi.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, persuna taxxabbli li, fir-rigward ta’ forniment ta’ servizzi fornuti b’mod elettroniku, tawtorizza l-imposizzjoni ta’ ħlas mingħand il-klijent jew l-għoti tas-servizzi, jew tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-forniment, ma għandhiex tkun permessa tindika espliċitament persuna oħra bħala l-fornitur ta’ dawk is-servizzi.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll fejn ikunu fornuti servizzi telefoniċi fornuti permezz tal-Internet, inklużi s-servizzi bil-vuċi fuq protokoll tal-Internet (VoIP), permezz ta’ netwerk tat-telekomunikazzjoni, interface jew portal bħal suq għall-applikazzjonijiet u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti f’dak il-paragrafu.

3.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal persuna taxxabbli li tforni biss l-ipproċessar tal-pagamenti fir-rigward ta’ servizzi fornuti b’mod elettroniku jew ta’ servizzi telefoniċi fornuti fuq l-Internet, inklużi s-servizzi bil-vuċi fuq Protokoll tal-Internet (VoIP), u li ma tiħux sehem fil-forniment ta’ dawk is-servizzi fornuti b’mod elettroniku jew servizzi telefoniċi.

▼B



KAPITOLU V

IL-POST TAT-TRANSAZZJONIJIET TAXXABBLI



TAQSIMA 1

Kunċetti

Artikolu 10

1.  Għall-applikazzjoni tal-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-lok fejn in-negozju ta' persuna taxxabbli huwa stabbilit għandu jkun il-lok fejn jitwettqu l-funzjonijiet tal-amministrazzjoni ċentrali tan-negozju.

2.  Sabiex jiġi determinat il-post imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tal-post fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet essenzjali dwar il-ġestjoni ġenerali tan-negozju, il-post fejn tinsab is-sede tan-negozju, u l-post fejn tiltaqa’ l-amministrazzjoni.

Fejn dawn il-kriterji ma jippermettux li jiġi determinat b'ċertezza l-post tas-sede tal-attività ekonomika, il-post fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet essenzjali dwar it-tmexxija ġenerali tan-negozju għandu jkun il-kriterju prinċipali.

3.  Is-sempliċi preżenza ta' indirizz postali ma tistax tittieħed bħala li huwa l-post ta' fejn negozju ta' persuna taxxabbli ġie stabbilit.

Artikolu 11

1.  Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE “l-istabbiliment fiss” għandu jkun kwalunkwe stabbiliment, minbarra s-sede tal-attività ekonomika msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament li huwa karatterizzat minn grad ta' permanenza suffiċjenti u struttura adatta f'termini ta' riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu li jirċievi u juża s-servizzi li huma fornuti lilu għall-bżonnijiet tiegħu stess.

2.  Fl-applikazzjoni tal-Artikoli li ġejjin, “stabbiliment fiss” għandu jkun kwalunkwe stabbiliment, minbarra s-sede tal-attività ekonomika msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, li huwa karatterizzat minn livell ta' permanenza suffiċjenti u struttura adatta f'termini ta' riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu jipprovdi s-servizzi li huwa jforni.

(a) l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(b) mill-1 ta' Jannar 2013, it-tieni subparagrafu, tal-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(c) mill-1 ta' Jannar 2014 l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(d) l-Artikolu 192a tad-Direttiva 2006/112/KE.

3.  Il-fatt li jkollu numru ta' identifikazzjoni għall-VAT m'huwiex suffiċjenti fih innifsu biex jitqies li persuna taxxabbi għandha stabbiliment fiss.

Artikolu 12

Għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE, l-“indirizz permanenti” ta' persuna fiżika, kemm jekk hija persuna taxxabbli kif ukoll jekk mhijiex, għandu jkun l-indirizz li ddaħħal fir-reġistru tal-popolazzjoni jew reġistru simili, jew l-indirizz indikat minn dik il-persuna lill-awtoritajiet tat-taxxa rilevanti, sakemm ma jkunx hemm provi li dan l-indirizz ma jirreflettix ir-realtà.

Artikolu 13

Il-post fejn persuna fiżika “normalment tirrisjedi”, kemm jekk hija persuna taxxabbli jew le, imsemmija fid-Direttiva 2006/112/KE għandha tkun il-post fejn, din il-persuna fiżika normalment tgħix bħala riżultat ta' rabtiet personali u ta' impjieg.

Meta r-rabtiet ta' impjieg jinsabu f'pajjiż differenti minn dak tar-rabtiet personali jew fejn ma teżisti ebda rabta ta' impjieg, il-post ta' residenza abitwali għandu jiġi ddeterminat minn rabtiet personali li juru konnessjonijiet mill-qrib bejn il-persuna fiżika u post fejn hija tgħix.

▼M2

Artikolu 13a

Il-post fejn persuna ġuridika mhux taxxabbli hi stabbilita, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 56(2) u Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jkun:

(a) il-post fejn jitwettqu l-funzjonijiet tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha, jew

(b) il-post ta’ kwalunkwe stabbiliment ieħor karatterizzat minn grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi li jippermettulha li tirċievi u tuża s-servizzi li huma fornuti lilha għall-bżonnijiet tagħha stess.

Artikolu 13b

Għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “proprjetà immobbli”:

(a) kwalunkwe parti speċifika tad-dinja, fuq jew taħt il-wiċċ tagħha, li fuqha jistgħu jinħolqu titolu u pussess;

(b) kwalunkwe binja jew struttura mwaħħla b’mod permanenti mal-art jew ġo fiha, fuq jew taħt il-livell tal-baħar, li ma tistax tiġi żmuntata jew imċaqilqa faċilment;

(c) kwalunkwe element li jkun ġie installat u jagħmel parti integrali minn binja jew minn struttura u li mingħajru l-binja jew l-istruttura ma jkunux kompluti, bħal bibien, twieqi, soqfa, turġien u lifts;

(d) Kwalunkwe ħaġa, tagħmir jew magna installati b’mod permanenti f’binja jew fi struttura li ma tkunx tista’ tiġi mċaqilqa mingħajr ma l-binja jew l-istruttura jinqerdu jew isirilhom tibdil.

▼B



TAQSIMA 2

Il-lok tal-forniment tal-oġġetti

(Artikoli 31 sa 39 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 14

Fejn matul sena kalendarja il-limitu applikat minn Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2006/112/KE jinqabeż, Artikolu 33 ta' dik id-Direttiva ma jimmodifikax il-lok tal-fornituri tal-prodotti minn barra l-prodotti li huma soġġetti għal dazju tas-sisa li jkunu saru fl-istess sena kalendarja u qabel ma l-limitu li ġie applikat mill-Istat Membru għas-sena kalendarja attwali jinqabeż, sakemm jintlaħqu l-kundizzjoni kollha li ġejjin:

(a) il-fornitur għadu ma eżerċitax l-għażla prevista taħt l-Artikolu 34(4) ta' dik id-Direttiva;

(b) il-valur tal-fornimenti tal-prodotti tiegħu ma qabżux il-limitu matul is-sena kalendarja preċedenti.

Madankollu, l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jimmodifika l-lok tal-fornimenti li ġejjin lill-Istat Membru li fih il-kunsinna jew it-trasport jispiċċa:

(a) il-forniment ta' prodotti li bihom il-limitu applikat mill-Istat Membru għas-sena kalendarja attwali nqabeż matul l-istess sena kalendarja;

(b) kwalunkwe forniment sussegwenti ta' prodotti fi ħdan l-Istat Membru f'dik is-sena kalendarja;

(c) fornimenti ta' prodotti fi ħdan dak l-Istat Membru fis-sena kalendarja wara s-sena kalendarja li fiha ġrat il-ġrajja msemmija f'punt (a).

Artikolu 15

Is-settur tal-operazzjoni tat-trasport tal-passeġġieri affetwat fi ħdan il-Komunità msemmi fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jkun determinat mill-vjaġġ li jkun ħa l-mezz tat-trasport u mhux mill-vjaġġ komplut minn kull wieħed mill-passiġġieri.



TAQSIMA 3

Post ta' akkwisti intra-Komunitarji

(Artikoli 40,41 u 42 tad-Direttiva 2006/112/KE)

L-Artikolu 16

Meta jsir akkwist ta' prodotti intra-Komunitarju fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 20 tad-Direttiva2006/112/KE, l-Istat Membru li fih it-tluq jew it-trasport jintemm għandu jeżerċita s-setgħa ta' tassazzjoni tiegħu irrispettivament mit-trattament tal-VAT applikat għat-transazzjoni fl-Istat Membru li fih il-kunsinna jew it-trasport beda.

Kwalunkwe talba minn fornitur ta' oġġetti għal korrezzjoni fil-VAT li għaliha ħareġ fattura u li ġiet irrappurtata minnu lil Stat Membru fejn beda t-tluq jew it-trasport għandu jkun ittrattat minn dak l-Istat Membru b'konformità mar-regoli domestiċi proprji tiegħu.



TAQSIMA 4

Il-lok tal-forniment tas-servizzi

(Artikoli 43 sa 59 tad-Direttiva 2006/112/KE)



Subtaqsima 1

Status tal-klijent

Artikolu 17

1.  Jekk il-lok tal-forniment tas-servizzi jiddependi fuq jekk il-klijent huwiex persuna taxxabbli jew mhux taxxabbli, l-istatus tal-klijent għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-Artikoli 9 sa 13 u 43 tad-Direttiva 2006/112/KE.

2.  Persuna legali mhux taxxabbli li tiġi identifikata jew li jeħtieġ tkun identifikata għal raġunijiet ta' VAT taħt il-punt (b) tal-Artikolu 214(1) tad-Direttiva 2006/112/KE minħabba li l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha huma soġġetti għall-VAT jew minħabba li hija tkun għażlet li tissottometti dawn it-transazzjonijiet għall-VAT għandha tkun persuna taxxabbli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 43 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 18

1.  Ħlief jekk ikollu informazzjoni kuntrarja, il-fornitur jista' jikkunsidra l-klijent stabbilit fil-Komunità bħala persuna taxxabbli:

(a) meta l-klijent ikun ikkomunikalu n-numru ta' identifikazzjoni individwali tiegħu tal-VAT, u l-fornitur jikseb il-konferma tal-validità ta' dan in-numru ta' identifikazzjoni kif ukoll l-isem u l-indirizz relatati f'konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 ( 1 );

(b) meta l-klijient ma jkunx għadu rċieva numru individwali ta' identifikazzjoni tal-VAT iżda jinforma lill-fornitur li huwa jkun applika għalih u l-fornitur jikseb kwalunkwe prova oħra li turi li dan huwa persuna taxxabbli jew persuna legali mhux taxxabbli meħtieġa tiġi identifikata għal raġunijiet ta' VAT u jwettaq livell raġjonevoli ta' verifikazzjoni dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent, permezz ta' miżuri ta' sigurtà kummerċjali normali bħal ma huma dawk dwar l-identità jew il-ħlas.

2.  Ħlief jekk ikollu informazzjoni kuntrarja, il-fornitur jista' jqis li klijent stabbilit fil-Komunità bħala persuna mhux taxxabbli jekk huwajista' juri li dan il-klijent ma jkunx tah in-numru individwali ta' identifikazzjoni tiegħu tal-VAT.

▼M2

Madankollu, irrispettivament minn informazzjoni li turi l-kuntrarju, il-fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew servizzi fornuti b’mod elettroniku jista’ jikkunsidra lil klijent stabbilit fil-Komunità bħala persuna mhux taxxabbli dment li dak il-klijent ma jkunx ikkomunika n-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT individwali tiegħu lilu.

▼B

3.  Sakemm ma jkollux informazzjoni kuntrarja, il-fornitur jista' jqis li klijent stabbilit barra mill-Komunità titqies bħala persuna taxxabbli:

(a) jekk huwa jikseb mingħand il-klijent ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tat-taxxa tal-klijent bħala konferma li l-klijent qiegħed iwettaq attivitajiet ekonomiċi sabiex ikun jista' jieħu lura rifużjoni tal-VAT taħt id-Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-17 ta' Novembru 1986 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli mhux stabbiliti fit-territorju tal-Komunità ( 2 );

(b) meta l-klient ma jkollux dak iċ-ċertifikat, jekk ikollu numru tal-VAT, jew numru simili mogħti lill-klijent mill-pajjiż ta' stabbiliment u użat biex jidentifika n-negozji jew kwalunkwe prova oħra li turi li l-klijent huwa persuna taxxabbli u jekk il-fornitur iwettaq livell raġonevoli ta' verifika fir-rigward tal-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent, permezz ta' miżuri ta' sigurtà kummerċjali normali bħalma huma dawk dwar il-kontrolli tal-identità jew tal-ħlas.



Subtaqsima 2

Il-kapaċità tal-klijent

Artikolu 19

Għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-lok tal-forniment tas-servizzi previsti fl-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112/KE, persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli li titqies bħala persuna taxxabbli, li tirċievi servizzi esklużivament għall-użu personali tagħha inkluż għal dak tal-persunal tagħha, hija kkunsidrata bħala persuna mhux taxxabbli.

Ħlief jekk ikollu informazzjoni kuntrarja, bħal informazzjoni dwar in-natura tas-servizzi pprovduti, il-fornitur jista' jikkunsidra s-servizzi huma ddestinati għall-attività ekonomika tal-klijent jekk, għal dik it-transazzjoni, il-klijent ikun infurmah bin-numru individwali tiegħu ta' identifikazzjoni għall-VAT.

Meta l-istess servizz ikun maħsub kemm għal użu privat, inkluż użu mill-persunal tal-klijent, kif ukoll għal użu tan-negozju, il-forniment ta' dan is-servizz jiddependi esklużivament mill-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE, dment li ma tkun teżisti ebda prattika abbużiva.



Subtaqsima 3

Lokalità tal-klijent

Artikolu 20

Meta forniment ta' servizzi mwettqa għal persuna taxxabbli jew persuna ġuridika mhux taxxabbli meqjusa bħala persuna taxxabbli jaqa’ taħt l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE u din il-persuna taxxabbli tkun stabbilita f'pajjiż wieħed biss, jew, fin-nuqqas ta' lok ta' attività ekonomika jew stabbiliment fiss, ikollu l-indirizz permanenti jirrisjedi normalment f'pajjiż wieħed biss, dan il-forniment ta' servizzi għandu jkun taxxabbli f'dak il-pajjiż.

Il-fornitur għandu jistabbilixxi dak il-lok skont l-informazzjoni pprovduta mill-klijent, u jivverifika dik l-informazzjoni permezz ta' proċeduri ta' sigurtà bħal ma huma dawk rigward kontrolli ta' identità jew ta' ħlas.

L-informazzjoni tista' tinkludi numru ta' identifikazzjoni tal-VAT mogħti mill-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-klijent.

Artikolu 21

Meta forniment ta' servizzi lil persuna taxxabbli, jew persuna mhux taxxabbli meqjusa bħala persuna taxxabbli, jaqa’ fi ħdan l-ambitu tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE, u l-persuna taxxabbli hija stabbilita f'iżjed minn pajjiż wieħed, dak il-forniment għandu jkun taxxabbli fil-pajjiż fejn dik il-persuna taxxabbli stabbiliet in-negozju tagħha.

Madanakollu, fejn is-servizz huwa pprovdut għal stabbiliment fiss ta' persuna taxxabbli li jinsab f'post minbarra dak fejn il-klijent stabilixxa n-negozju tiegħu, dak il-forniment għandu jkun taxxabbli fil-lok tal-istabbiliment fiss li jirċievi dak is-servizz u li jużah għall-ħtiġijiet proprji tiegħu.

Fejn il-persuna taxxabbli ma jkollhiex sede ta' attività ekonomika ta' negozju jew ta' stabbiliment fiss, is-servizz għandu jkun taxxabbli fl-indirizz permanenti jew ir-residenza tas-soltu tal-persuna taxxabbli.

Artikolu 22

1.  Biex jidentifika l-istabbiliment fiss tal-klijent li lilu jingħatalu s-servizz, il-fornitur għandu jeżamina n-natura u l-użu tas-servizz provdut.

Meta n-natura u l-użu tas-servizz provdut ma jippermettulux jidentifika l-istabbiliment fiss li lilu jingħatalu s-servizz, il-fornitur, fl-identifikazzjoni ta' dak l-istabbiliment fiss, għandu jeżamina b'mod partikolari jekk il-kuntratt, id-dokument tal-ordni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT mogħti mill-Istat Membru tal-klijent u kkomunikat lilu mill-klijent jidentifikax l-istabbiliment fiss bħala klijent tas-servizz u jekk l-istabbiliment fiss hux l-entità li tħallas għas-servizz.

Fejn l-istabbiliment fiss tal-klijent li jingħatalu s-servizz ma jistax ikun determinat skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu jew meta servizzi koperti mill-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE jkunu ġew fornuti lil persuna taxxabbli taħt kuntratt li jkopri servizz wieħed jew aktar li ntużaw b'mod mhux identifikabbli jew li ma jistax jiġi kkwantifikat, il-fornitur jista' jikkunsidra b'mod validu li s-servizzi jkunu ġew ipprovduti fil-post fejn il-klijent stabilixxa n-negozju tiegħu.

2.  L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-klijent.

Artikolu 23

1.  Mill-1 ta' Jannar 2013, fejn, f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, forniment ta' servizzi huwa taxxabbli fil-lok fejn ikun stabbilit il-klijent, jew fin-nuqqas ta' stabbiliment, fil-post fejn huwa jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew ir-residenza tas-soltu tiegħu, il-fornitur għandu jistabbilixxi dak il-lok abbażi tal-informazzjoni fattwali pprovduta mill-klijent, u jivverifika dik l-informazzjoni permezz ta' miżuri ta' sigurtà kummerċjali normali bħal ma huma dawk rigward kontrolli ta' identità jew ta' ħlas.

2.  Fejn, f'konformità mal-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2006/112/KE, forniment ta' servizzi huwa taxxabbli fil-post fejn ikun stabbilit il-klijent, jew fin-nuqqas ta' stabbiliment, fil-lok fejn huwa jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew ir-residenza tas-soltu tiegħu, il-fornitur għandu jistabbilixxi dak il-lok abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent, u jivverifika dik l-informazzjoni permezz ta' miżuri ta' sigurtà kummerċjali normali bħal ma huma dawk rigward kontrolli ta' identità jew ta' ħlas.

▼M2

Artikolu 24

Fejn is-servizzi koperti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2) jew l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2006/112/KE huma forniti lil persuna mhux taxxabbli stabbilita f’aktar minn pajjiż wieħed jew li għandha indirizz permanenti f’pajjiż wieħed u r-residenza abitwali f’ieħor, il-prijorità għandha tingħata:

(a) fil-każ ta’ persuna ġuridika mhux taxxabbli, lill-post imsemmi fil-punt (a)_ta’ Artikolu 13a ta’ dan ir-Regolament sakemm ma jkunx hemm evidenza li s-servizz użat fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (b) ta’ dak l-Artikolu;

(b) fil-każ ta’ persuna fiżika, lill-post fejn din normalment tirrisjedi dment li ma jkunx hemm evidenza li s-servizz jintuża fl-indirizz permanenti tagħha.

▼M2



Subtaqsima 3a

Preżunzjonijiet għall-post fejn ikun il-klijent

Artikolu 24a

1.  Għall-applikazzjoni tal-Artikoli 44, 58 u 59a tad-Direttiva 2006/112/KE, fejn fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew servizzi fornuti b’mod elettroniku jipprovdi dawk is-servizzi f’post bħal kabina jew kjosk tat-telefon, hot spot tal-wi-fi, Internet café, ristorant jew loġġa ta’ lukanda fejn il-klijent irid ikun preżenti fiżikament f’dak il-post biex jingħata s-servizz minn dak il-fornitur, għandu jkun preżunt li l-klijent huwa stabbilit, għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment huwa residenti f’dak il-post u li s-servizz fil-fatt jiġi użat u l-benefiċċji tiegħu jitgawdew hemmhekk.

2.  Jekk il-post imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun abbord vapuri, ajruplani jew ferroviji li joperaw trasport tal-passiġġieri fil-Komunità skont l-Artikoli 37 u 57 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-pajjiż tal-post għandu jkun dak tat-tluq tal-operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri.

▼M3

Artikolu 24b

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE, fejn ikunu fornuti servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew servizzi fornuti b'mod elettroniku lil persuna mhux taxxabbli:

(a) permezz tal-linja fissa tat-telefon tiegħu, għandu jkun preżunt li l-klijent huwa stabbilit, jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-post fejn tkun installata l-linja fissa;

(b) permezz ta' netwerks mobbli, għandu jkun preżunt li l-post fejn il- klijent ikun stabbilit, jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-pajjiż identifikat mill-kodiċi ċellulari nazzjonali tal-kard tas-SIM li tintuża meta jiġu rċevuti dawk is-servizzi;

(c) li għaliha jkun meħtieġ l-użu ta' decoder jew apparat simili jew ta' kard ta' riċezzjoni u mingħajr ma tintuża linja tat-telefon fissa, għandu jkun preżunt li l-klijent huwa stabbilit, jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-post fejn ikun jinsab dak id-decoder jew apparat simili, jew jekk dak il-post ma jkunx magħruf, il-post fejn tintbagħat il-kard ta' riċezzjoni bil-ħsieb li tintuża hemmhekk;

(d) f'ċirkostanzi li mhumiex dawk imsemmijin fl-Artikolu 24a u fil- punti (a), (b) u (c) ta' dan l-Artikolu, għandu jkun preżunt li l-klijent huwa stabbilit, jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-post identifikat bħala tali mill-fornitur abbażi ta' żewġ elementi ta' evidenza mhux kontradittorji kif elenkati fl-Artikolu 24f ta' dan ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għall-punt (d) tal-ewwel paragrafu, għall-fornimenti ta' servizzi li jaqgħu taħt dak il-punt, fejn il-valur totali ta' tali fornimenti, mingħajr VAT, ipprovduti minn persuna taxxabli mill-istabbiliment tan-negozju tagħha jew stabbiliment fiss li jinsab fi Stat Membru, li ma jaqbżux il-EUR 100 000 , jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, fis-sena kalendarja kurrenti u preċedenti, il-preżunzjoni għandha tkun li l-klijent huwa stabbilit, jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-post identifikat bħala tali mill-fornitur abbażi ta' element wieħed ta' evidenza pprovdut minn persuna involuta fil-forniment tas-servizzi li ma tkunx il-fornitur jew il-klijent, kif elenkat fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 24f.

Fejn, matul sena kalendarja, ikun inqabeż il-livell previst fit-tieni paragrafu, dak il-paragrafu ma għandux japplika minn dak il-mument u sa meta l-kondizzjonijiet previsti f'dak il-paragrafu jerġgħu jkunu sodisfatti.

Il-valur korrispondenti tal-ammont fil-munita nazzjonali għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2459 ( 3 ).

▼M2

Artikolu 24c

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, fejn il-kiri, ħlief għal kiri għal perijodu qasir, ta’ mezz tat-trasport jiġi fornut lil persuna mhux taxxabbli, għandu jkun preżunt li l-klijent huwa stabbilit, għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti fil-post identifikat bħala tali mill-fornitur abbażi ta’ żewġ elementi ta’ evidenza mhux kontradittorji kif elenkati fl-Artikolu 24e ta’ dan ir-Regolament.



Subtaqsima 3b

Ribattiment Ta’ Preżunzjonijiet

Artikolu 24d

1.  Fejn fornitur jipprovdi servizz elenkat fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE, huwa jista’ jirribatti preżunzjoni msemmija fl-Artikoli 24a jew fil-punt (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 24b ta’ dan ir-Regolament abbażi ta’ tliet elementi ta’ evidenza mhux kontradittorji li jindikaw li l-klijent hu stabbilit, għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti x’imkien ieħor.

2.  Awtorità tat-taxxa tista’ tirribatti preżunzjonijiet li jkunu saru taħt l-Artikolu 24a, 24b jew 24c fejn ikun hemm indikazzjonijiet ta’ użu ħażin jew abbuż mill-fornitur.



Subtaqsima 3c

Evidenza għall-identifikazzjoni tal-post fejn ikun il-klijent u r-ribattiment ta’ preżunzjonijiet

Artikolu 24e

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli fl-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE u l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 24c ta’ dan ir-Regolament, dan li ġej għandu, b’mod partikolari, jservi bħala evidenza:

(a) l-indirizz fejn jintbagħat il-kont tal-klijent;

(b) id-dettalji bankarji, bħall-post fejn ikun jinsab il-kont bankarju użat għall-ħlas jew l-indirizz fejn il-bank jibgħat il-kontijiet lill-klijent li jkollu dak il-bank;

(c) id-dettalji tar-reġistrazzjoni tal-mezz ta’ trasport mikri mill-klijent, jekk ir-reġistrazzjoni ta’ dak il-mezz ta’ trasport tkun mitluba fil-post fejn jintuża, jew informazzjoni oħra simili;

(d) informazzjoni oħra li tkun rilevanti kummerċjalment.

Artikolu 24f

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE u l-konformità mar-rekwiżiti tal-punt (d) tal-Artikolu 24b jew tal-Artikolu 24d(1) ta’ dan ir-Regolament, dan li ġej għandu, b’mod partikolari, iservi bħala evidenza:

(a) l-indirizz fejn jintbagħat il-kont tal-klijent;

(b) l-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP) tal-apparat użat mill-klijent jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ ġeolokalizzazzjoni;

(c) id-dettalji bankarji, bħall-post fejn ikun jinsab il-kont bankarju użat għall-ħlas jew l-indirizz fejn il-bank jibgħat il-kontijiet lill-klijent li jkollu dak il-bank;

(d) il-kodiċi ċellulari nazzjonali (MCC) tal-identità internazzjonali tal-abbonati tas-Servizzi tat-Telefonija Ċellulari (International Mobile Subscriber Identity, IMSI) maħżun fuq il-kard tal-modulu tal-identità tal-abbonat (Subscriber Identity Module, SIM) użata mill-klijent;

(e) il-post fejn ikun hemm il-linja tat-telefon tal-klijent fissa li permezz tagħha jingħata s-servizz lilu;

(f) informazzjoni oħra li tkun rilevanti kummerċjalment.

▼B



Subtaqsima 4

Dispożizzjoni komuni rigward id-determinazzjoni tal-istatus, il-kapaċità u l-lok tal-klijent

Artikolu 25

Għall-applikazzjoni tar-regoli relatati mal-lok fejn jiġu pprovduti s-servizzi, għandhom jitqiesu biss iċ-ċirkustanzi eżistenti meta jseħħ il-fatt taxxabbli. Kwalunkwe tibdil sussegwenti fl-użu tas-servizz li ngħata m'għandux jaffettwa kif wieħed jista' jiddetermina l-lok fejn sar il-forniment, dment li ma tkun teżisti l-ebda prattika abbużiva.



Subtaqsima 5

Il-forniment tas-servizzi rregolat mir-regoli ġenerali

Artikolu 26

Transazzjoni fejn korp jagħti drittijiet tax-xandir tat-televiżjoni fir-rigward tal-partiti tal-futbol lil persuni taxxabbligħandha tkun koperta bl-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 27

Il-forniment tas-servizzi li tikkonsisti fl-applikazzjoni jew l-akkwist ta' fondi taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat- 12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta' rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor ( 4 ) għandu jkun kopert mill-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 28

Sakemm jikkostitwixxu servizz uniku, il-forniment ta' servizzi li ngħataw fil-qafas li fih ġie organizzat funeral għandu jkun kopert mill-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112/KE.

L-Artikolu 29

Bla ħsara għall-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament, il-forniment ta' servizzi ta' traduzzjoni tat-testi għandu jaqa’ taħt l-ambitu tal-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112/KE.



Subtaqsima 6

Il-forniment ta' servizzi minn intermedjarji

Artikolu 30

Is-forniment ta' servizzi ta' intermedjarji kif imsemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jkopri s-servizzi ta' intermedjarji li jaġixxu f'isem u għan-nom tar-reċipjent tas-servizz akkwistat u s-servizzi mwettqa minn intermedjarji li jaġixxu f'isem u għan-nom ta' fornitur tas-servizzi akkwistatiL-Artikolu 31

Artikolu 31

Il-forniment ta' servizzi minn intermedjarji li jaġixxu f'isem u għan-nom ta' persuna oħra li jikkonsistu fl-intermedjazzjoni fil-forniment ta' akkommodazzjoni fis-settur tal-lukandi jew f'setturi li għandhom funzjoni simili għandhom jaqgħu fl-ambiru ta':

(a) l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE jekk fornut lil persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali jew lil persuna ġuridika mhux taxxabbli meqjusa bħala persuna taxxabbli;

(b) l-Artikolu 46 ta' dik id-Direttiva, jekk fornut lil persuna mhux taxxabbli.

▼M2



Subtaqsima 6a

Forniment ta’ servizzi relatati ma’ proprjetà immobbli

Artikolu 31a

1.  Is-servizzi marbutin ma’ proprjetà immobbli, kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandhom jinkludu biss dawk is-servizzi li jkollhom biżżejjed konnessjoni diretta ma’ dik il-proprjetà. Is-servizzi għandhom jitqiesu bħala li jkollhom biżżejjed konnessjoni diretta ma’ proprjetà immobbli fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn ikunu dderivati minn proprjetà immobbli u dik il-proprjetà tkun tifforma element kostitwenti tas-servizz u tkun ċentrali u essenzjali għas-servizzi pprovduti;

(b) fejn dawn jingħataw lil proprjetà immobbli, jew ikunu maħsubin għaliha, u jkollhom bħala objettiv tagħhom bdil legali jew fiżiku ta’ dik il-proprjetà.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkopri, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a) it-tħejjija ta’ pjanijiet għal binja jew għal parti minn binja li jkunu maħsubin għal biċċa art partikulari, irrispettivament minn jekk il-binja tkunx ittellgħet jew le;

(b) il-forniment ta’ servizzi ta’ superviżjoni jew ta’ sigurtà fuq il-post;

(c) il-bini ta’ binja fuq l-art kif ukoll ix-xogħol tal-bini u tat-twaqqigħ li jsir fuq binja jew fuq partijiet minn binja;

(d) il-bini ta’ strutturi permanenti fuq l-art kif ukoll ix-xogħol ta’ bini u ta’ twaqqigħ li jsir fuq strutturi permanenti bħal sistemi tal-katusi għall-gass, għall-ilma, għad-dranaġġ u oħrajn bħalhom;

(e) ix-xogħol fuq l-art, inklużi s-servizzi agrikoli bħax-xogħol tar-raba’, iż-żrigħ, it-tisqija u l-iffertilizzar;

(f) l-istħarriġ u l-istima tar-riskju u tal-integrità tal-proprjetà immobbli;

(g) il-valutazzjoni tal-proprjetà immobbli, inkluż fejn servizz bħal dan ikun meħtieġ għall-finijiet tal-assigurazzjoni, biex jiġi ddeterminat il-valur ta’ proprjetà bħala kollateral għal selfa jew biex jiġu vvalutati r-riskju u d-danni f’każ ta’ tilwim;

(h) il-leasing jew il-kiri ta’ proprjetà immobbli minbarra dik koperta mill-punt (c) tal-paragrafu 3, inkluża l-ħażna ta’ prodotti li għalihom tkun assenjata parti speċifika tal-proprjetà għall-użu esklużiv tal-klijent;

(i) il-provvediment ta’ akkomodazzjoni fis-settur tal-lukandi jew f’setturi b’funzjoni simili, bħal kampijiet jew siti tal-vaganzi żviluppati biex jintużaw bħala siti għall-ikkampjar, inkluż il-jedd li wieħed jibqa’ f’post speċifiku li jirriżulta mill-konverżjoni tal-jeddijiet għat-tgawdija tat-timeshare u jeddijiet oħra bħal dawn;

(j) iċ-ċessjoni jew it-trasferiment ta’ jeddijiet minbarra dawk koperti mill-punti (h) u (i) biex wieħed juża proprjetà immobbli kollha kemm hi jew partijiet minnha, inkluża l-liċenzja biex wieħed juża parti minn proprjetà, bħal pereżempju l-għoti ta’ jeddijiet għas-sajd u għall-kaċċa jew ta’ aċċess għal swali fejn wieħed jistenna fl-ajruporti, jew għall-użu ta’ infrastruttura li għalih jintalab ħlas, bħal pont jew mina;

(k) il-manutenzjoni, ir-rinnovament u t-tiswija ta’ binja jew ta’ partijiet minn binja, inkluż xogħol bħal tindif, tqegħid tal-madum, kisi tal-ħitan bil-karta u kisi tal-qiegħa tal-kmamar bil-parkè;

(l) il-manutenzjoni, ir-rinnovazzjoni u t-tiswija ta’ strutturi permanenti bħal sistemi tal-katusi għall-gass, għall-ilma, għad-dranaġġ u oħrajn bħalhom;

(m) l-installazzjoni jew l-immuntar ta’ magni jew tagħmir li, malli jiġu installati jew immuntati, jikkwalifikaw bħala proprjetà immobbli;

(n) il-manutenzjoni u t-tiswija, l-ispezzjoni u s-sorveljanza ta’ magni jew tagħmir jekk dawk il-magni jew dak it-tagħmir ikunu jikkwalifikaw bħala proprjetà immobbli;

(o) il-ġestjoni tal-proprjetà minbarra l-ġestjoni tal-portafolli ta’ investimenti fil-proprjetà immobbli koperti mill-punt (g) tal-paragrafu 3, li tikkonsisti fil-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli kummerċjali, industrijali jew residenzjali minn sid il-proprjetà jew fl-interess tiegħu;

(p) intermedjazzjoni fil-bejgħ, leasing jew kiri ta’ proprjetà immobbli u fl-istabbiliment jew trasferiment ta’ ċerti interessi fi proprjetà immobbli jew jeddijiet in rem fuq proprjetà immobbli (kemm jekk meqjusa bħala proprjetà tanġibbli jew le), minbarra l-intermedjazzjoni koperta mill-punt (d) tal-paragrafu 3;

(q) servizzi legali relatati mat-trasferiment ta’ titolu fuq proprjetà immobbli, fl-istabbiliment jew trasferiment ta’ ċerti interessi fi proprjetà immobbli jew jeddijiet in rem fuq proprjetà immobbli (kemm jekk meqjusa bħala proprjetà tanġibbli kif ukoll jekk le), bħal xogħol notarili, jew mat-tfassil ta’ kuntratt biex tinbiegħ jew tiġi akkwistata proprjetà immobbli, anke jekk it-tranżazzjoni sottostanti li tirriżulta fit-tibdil legali tal-proprjetà ma titwassalx sal-aħħar.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux ikopri dawn li ġejjin:

(a) it-tħejjija ta’ pjanijiet għal binja jew partijiet minn binja jekk din ma tkunx maħsuba għal biċċa art partikulari;

(b) il-ħażna ta’ merkanzija fi proprjetà immobbli jekk l-ebda parti speċifika mill-proprjetà immobbli ma tkun assenjata għall-użu esklużiv tal-klijent;

(c) il-forniment ta’ reklamar, anke jekk dan ikun jinvolvi l-użu ta’ proprjetà immobbli;

(d) l-intermedjazzjoni fl-għoti ta’ akkomodazzjoni f’lukanda jew akkomodazzjoni f’setturi b’funzjoni simili, bħal kampijiet jew siti tal-vaganzi żviluppati biex jintużaw bħala siti tal-ikkampjar, jekk l-intermedjarju jkun qed jaġixxu f’isem u fl-interess ta’ persuna oħra;

(e) il-provvediment ta’ post fejn wieħed jarma f’fiera jew f’siti fejn isiru l-wirjiet flimkien ma’ servizzi oħrajn relatati li jippermettu lill-esibitur ipoġġi l-affarijiet għall-wiri, bħad-disinn tal-planċier, it-trasport u l-ħażna tal-affarijiet, il-forniment ta’ magni, it-tqegħid ta’ kejbils, l-assigurazzjoni u r-reklamar;

(f) l-installazzjoni jew l-immuntar, il-manutenzjoni u t-tiswija, l-ispezzjoni jew is-superviżjoni ta’ magni jew tagħmir li mhumiex, jew ma jsirux, parti mill-propjetà immobbli;

(g) il-ġestjoni tal-portafolli ta’ investimenti fil-proprjetà immobbli;

(h) is-servizzi legali minbarra dawk koperti mill-punt (q) tal-paragrafu 2, marbutin ma’ kuntratti, inklużi pariri li jingħataw dwar it-termini ta’ kuntratt biex tiġi ttrasferita proprjetà immobbli, jew biex jiġi infurzat tali kuntratt, jew biex tingħata prova tal-eżistenza ta’ tali kuntratt, fejn tali servizzi ma jkunux speċifiċi għal trasferiment ta’ titolu fuq proprjetà immobbli.

Artikolu 31b

Fejn jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ klijent tagħmir bil-ħsieb li jsir xogħol fuq proprjetà immobbli, dik it-transazzjoni għandha tkun forniment ta’ servizzi b’rabta ma’ proprjetà immobbli biss jekk il-fornitur jassumi r-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tax-xogħol.

Fornitur li jipprovdi lill-klijent b’tagħmir flimkien ma’ biżżejjed ħaddiema għall-ħidma tiegħu bil-ħsieb li jsir ix-xogħol għandu jiġi preżunt bħala li assuma r-responsabiltà għall-eżekuzzjoni ta’ dak ix-xogħol. Il-preżunzjoni li l-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tax-xogħol tista’ tiġi ribattuta bi kwalunkwe mezz rilevanti fil-fatt jew fid-dritt.

Artikolu 31c

Sabiex jiġi ddeterminat il-post tal-provvista tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew servizzi fornuti b’mod elettroniku, ipprovduti minn persuna taxxabbli li taġixxi f’isimha stess, flimkien ma’ akkomodazzjoni fis-settur tal-lukandi jew f’setturi b’funzjoni simili, bħal kampijiet jew siti tal-vaganzi żviluppati biex jintużaw bħala siti tal-ikkampjar, dawn is-servizzi għandhom jitqiesu li qed jiġu fornuti f’dawk il-postijiet.

▼B



Subtaqsima 7

Forniment ta' servizzi kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta' divertiment u servizzi simili

Artikolu 32

1.  Servizzi fir-rigward tal-aċċess għal avvenimenti kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta' divertiment jew avvenimenti simili msemmijin fl-Artikolu 53 tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom jikludu l-forniment ta' servizzi li tagħhom il-karatteristiċi essenzjali huma l-għoti tad-dritt ta' aċċess għal avveniment bi skambju għal biljett jew ħlas, inkluż ħlas fil-forma ta' sottoskrizzjoni, biljett għal staġun jew miżata perjodika jikkonsistu fil-forniment.

2.  Il-Paragrafu 1 għandu japplika, b'mod partikolari għal:

(a) id-dritt ta' dħul għal spettakli, preżentazzjonijiet teatrali, spettakli taċ-ċirku, fieri, parks ta' divertiment, kunċerti, wirjiet, kif ukoll avvenimenti kulturali oħra simili;

(b) id-dritt ta' dħul għal avvenimenti sportivi bħal ma huma partiti u kompetizzjonijiet;

(c) id-dritt ta' dħul għal avvenimenti edukattivi u xjentifiċi bħal ma huma konferenzi u seminars.

3.  Il-paragrafu 1 ma jkoprix l-użu ta' faċilitajiet bħal ma huma swali tal-ġinnastika jew affarijiet simili, bi skambju għall-ħlas ta' miżata.

Artikolu 33

Is-servizzi anċillari msemmija fl-Artikolu 53 tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom jinkludu servizzi li huma direttament marbuta mal-aċċess għal avvenimenti kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta' divertiment jew avvenimenti simili li jiġu pprovduti separatament lill-persuna li tattendi għal avveniment, b'korrispettiv.

Dawn is-servizzi anċillari għandhom jinkludu b'mod partikolari l-użu ta' kmamar tal-ilbies jew ta' faċilitajiet sanitarji iżda ma jinkludux sempliċi servizzi intermedjarji relatati mal-bejgħ ta' biljetti.

▼M2

Artikolu 33a

Il-forniment ta’ biljetti li jagħtu aċċess għal attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi u ta’ divertiment jew għal avveniment simili minn intermedjarju li jaġixxi f’ismu stess iżda fl-interess tal-organizzatur, jew minn persuna taxxabbli, minbarra l-organizzatur, li taġixxi fl-interess tagħha stess, għandu jkun kopert bl-Artikolu 53 u bl-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.

▼B



Subtaqsima 8

Forniment ta' servizzi anċiallari ta' trasport, valutazzjonijiet ta' u xogħol fuq proprjetà mobbli

Artikolu 34

Ħlief meta l-prodotti li qegħdin jiġu mmuntati jsiru parti minn proprjetà immobbli, il-lok tal-forniment ta' servizzi lil persuna mhux taxxabbli li jikkonsisiti biss mill-immuntar ta' partijiet varji ta' magna minn persuna taxxabbli, li kollha kemm huma ġew ipprovduti lilha mill-klijent tagħha għandu jkun stabbilit b'konformità mal-Artikolu 54 tad-Direttiva 2006/112/KE.



Subtaqsima 9

Il-forniment ta' servizzi fir-ristoranti u tal-catering abbord mezz ta' trasport

Artikolu 35

Il-parti tal-operazzjoni tat-trasport tal-passeġġieri affetwat fi ħdan il-Kominità msemmi fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jkun determinat mill-vjaġġ li jkun ħa l-mezz tat-trasport u mhux mill-vjaġġ komplut minn kull wieħed mill-passiġġieri.

Artikolu 36

Meta servizzi tar-ristoranti u tal-catering huma fornuti matul il-parti ta' operazzjoni tat-trasport tal-passeġġieri li effetwata fi ħdan il-Komunità, dak il-forniment ikun kopert mill-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Fejn servizzi tar-ristoranti u tal-catering huma fornuti 'l barra minn tali parti iżda fuq it-territorju tal-Istat Membru jew ta' pajjiż terz jew ta' territorju terz, dak il-forniment ikun kopert mill-Artikolu 55 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 37

Il-post tal-forniment ta' servizz fir-ristoranti jew tal-catering li twettaq fil-Komunità parzjalment matul sezzjoni ta' operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri affetwata fi ħdan il-Komunità, u parzjalment ’il barra tali sezzjoni iżda fuq it-territorju ta' stat membru, għandu jkun determinat fl-intier tiegħu skont ir-regoli għad-determinazzjoni tal-lok tal-forniment applikabbli fil-bidu tal-forniment tas-servizz fir-ristoranti jew tal-catering.



Subtaqsima 10

Kiri tal-mezz tat-trasport

Artikolu 38

1.  “Mezz tat-trasport”, kif imsemmi fl-Artikolu 56 u punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jinkludi vetturi, kemm jekk bil-mutur kif ukoll jekk le, u tagħmir ieħor u apparat iddisinjat biex jittrasporta persuni jew oġġetti minn post għal ieħor, li jista' jinġibed, jiġi rmunkat jew imbuttat minn vetturi li huma normalment iddisinjati u jistgħu fil-prattika jintużaw għat-trasport.

2.  Il-mezzi ta' trasport imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, b'mod partikolari il-vetturi li ġejjin:

(a) vetturi tal-art, bħal karozzi, muturi, biċikletti, triċikletti u karavanni;

(b) karrijiet u semikarrijiet;

(c) vaguni ferrovjarji;

(d) bastimenti;

(e) ajruplani;

(f) vetturi ddiainjati speċifikament għat-trasport ta' persuni morda jew feruti;

(g) tratturi agrikoli u vetturi agrikoli oħra;

(h) vetturi għal persuni invalidi li jjaħdmu b'mod mekkaniku jew elettroniku.

3.  Il-vetturi li huma immobbilizzati b'mod permanenti u l-kontejners mhumiex mezzi ta' trasport previsti fil-paragrafu 1.

Artikolu 39

1.  Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2006/112/KE, it-tul tal-pussess kontinwu jew l-użu ta' mezz ta' trasport li huwa soġġett għal kirja għandu jkun determinat abbażi ta' kuntratt bejn il-partijiet involuti.

Il-kuntratt għandu jservi bħala preżunzjoni li tista' tiġi ribattuta permezz ta' kwalunkwe mezz fil-fatt jew bil-liġi sabiex jiġi stabbilit it-tul ta' żmien eżatt tal-pussess kontinwu jew l-użu.

Jekk minħabba raġuni ta' force majeur jinqabeż it-tul ta' żmien kuntrattwali tal-kiri fuq perijodu qasir fit-tifsira tal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2006/112/KE, dan ma jkollux impatt fuq id-determinazzjoni tat-tul taż-żmien tal-pussess jew l-użu kontinwu tal-mezz ta' trasport.

2.  Meta l-kiri tal-istess mezz ta' trasport ikun kopert minn kuntratti suċċessivi konklużi bejn l-istess partijiet, it-tul ta' kull wieħed minn dawk il-kuntratti għall-għanijiet tal-Artikolu 56(1) għandu jkun it-tul tal-pussess jew tal-użu kontinwu tal-mezz tat-trasport provdut taħt il-kuntratti u l-kuntratti konsekuttivi li jsegwuh.

Għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, kuntratt u l-prorogi tiegħu huma kuntratti suċċessivi.

Madanakollu, it-tul tal-kuntratt jew tal-kuntratti ta' kiri għal żmien qasir li jippreċedu kuntratt li hu meqjus bħala fit-tul, m'għandux jiġi kkuntestat dment li ma jkun hemm l-ebda prattika abbużiva.

3.  Sakemm ma jkunx hemm prattiċi abużivi, kuntratti konsekuttivi bejn l-istess partijiet għal mezzi ta' trasport differenti m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala kuntratti konsekuttivi għall-finijiet tal-paragrafu 2.

Artikolu 40

Il-lok fejn il-mezz ta' trasport jitpoġġa fil-prattika għad-dispożizzjoni tal-klijent kif imsemmi fl-Artikolu 56(1) tad-direttiva 2006/112/KE, għandu jkun il-lok fejn il-klijent jew terza parti li taġixxi f'ismu jieħu l-pussess fiżiku tiegħu.



Subtaqsima 11

Forniment ta' servizzi lil persuni mhux taxxabbli 'l barra mill-komunità

Artikolu 41

Il-forniment tas-servizzi ta' traduzzjoni tat-testi pprovdut lil persuna mhux taxxabbli stabbilita barra l-Komunità għandu jkun kopert mill-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 59(c) tad-Direttiva 2006/112/KE.



KAPITOLU VI

AMMONT TAXXABBLI

(TITOLU VII TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE)

Artikolu 42

Meta fornitur ta' prodotti jew servizzi, bħala kundizzjoni biex jaċċetta ħlas b'karta ta' kreditu jew ta' debitu, jesiġi li l-klijent iħallas ammont lilu jew lil impriża oħra, u meta it-total tal-prezz li għandu jitħallas minn dak il-klijent mhuwix affettwat irrispettivament minn kif ġie aċċettat il-ħlas, dak l-ammont għandu jikkostitwixxi parti integrali tal-ammont taxxabbli għall-forniment tal-prodotti jew servizzi, taħt Artikoli 73 sa 80 tad-Direttiva 2006/112/KE.



KAPITOLU VII

RATI

Artikolu 43

“Il-provvista ta' akkomodazzjoni għal vaganza” kif imsemmija f'punt (12) ta' Anness III tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tinkludi l-kiri ta' tined, ta' karavannijiet jew ta' djar mobbli installati fuq siti biex tikkampja fihom u użati bħala akkomodazzjoni.



KAPITOLU VIII

EŻENZJONIJIET



TAQSIMA 1

Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku

(Artikoli 132, 133 u 134 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 44

Taħriġ vokazzjonali jew servizzi ta' taħriġ mill-ġdid previsti taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-punt (i) tal-Artikolu 132(1) tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom jinkludu istruzzjoni relatata direttament ma' sengħa jew professjoni kif ukoll kwalunkwe istruzzjoni mmirata mal-akkwist jew l-aġġornament tat-tagħlim għal finijiet ta' vokazzjoni. Id-tul ta' taħriġ ta' vokazzjoni jew kors ta' taħriġ mill-ġdid huwa irrilevanti għal dan il-fini.



TAQSIMA 2

Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħra

(Artikoli 135, 136 u 137 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 45

L-eżenzjoni provduta fil-punt (e) tal-Artikolu 135(1) tad-Direttiva 2006/112/KE ma tapplikax għal dukati tal-platinu.

▼M4



TAQSIMA 2A

Eżenzjonijiet għat-transazzjonijiet intra-Komunitarji

(l-Artikoli 138 sa 142 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 45a

1.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 138 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jkun preżunt li l-merkanzija ġiet mibgħuta jew ittrasportata minn Stat Membru lejn destinazzjoni barra mit-territorju tagħha iżda fil-Komunità f'waħda mill-każijiet li ġejjin:

(a) il-bejjiegħ jindika li l-merkanzija intbagħtet jew ġiet ittrasportata minnu jew minn parti terza f'ismu, u jew il-bejjiegħ ikun fil-pussess ta' mill-inqas żewġ elementi ta' evidenza mhux kontradittorja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 li jkunu nħarġu minn żewġ partijiet differenti li jkunu indipendenti minn xulxin, mill-bejjiegħ u mill-akkwirent, jew inkella l-bejjiegħ ikun fil-pussess ta' kwalunkwe element singolu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 flimkien ma' kwalunkwe element singolu ta' evidenza mhux kontradittorja msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 li jikkonfermaw id-dispaċċ jew it-trasport li jkunu nħarġu minn żewġ partijiet differenti li jkunu indipendenti minn xulxin, mill-bejjiegħ u mill-akkwirent;

(b) il-bejjiegħ ikun fil-pussess ta' dan li ġej:

(i) dikjarazzjoni bil-miktub mill-akkwirent, li tiddikjara li l-merkanzija ntbagħtet jew ġiet ittrasportata mill-akkwirent, jew minn parti terza f'isem l-akkwirent, u li tidentifika l-Istat Membru ta' destinazzjoni tal-merkanzija; dik id-dikjarazzjoni bil-miktub għandha tindika: id-data tal-ħruġ; l-isem u l-indirizz tal-akkwirent; il-kwantità u n-natura tal-merkanzija; id-data u l-post tal-wasla tal-merkanzija; fil-każ tal-provvista ta' mezzi tat-trasport, in-numru ta' identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport; u l-identifikazzjoni tal-individwu li jaċċetta l-merkanzija f'isem l-akkwirent; u

(ii) mill-inqas żewġ elementi ta' evidenza mhux kontradittorja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 li jkunu nħarġu minn żewġ partijiet li jkunu indipendenti minn xulxin, mill-bejjiegħ u mill-akkwirent, jew kwalunkwe element singolu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 flimkien ma' kwalunkwe element singolu ta' evidenza mhux kontradittorja msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 li jikkonfermaw id-dispaċċ jew it-trasport li jkunu nħarġu minn żewġ partijiet differenti li jkunu indipendenti minn xulxin, mill-bejjiegħ u mill-akkwirent.

L-akkwirent għandu jagħti lill-bejjiegħ id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fil-punt (b)(i) sal-għaxar jum tax-xahar wara l-provvista.

2.  Awtorità tat-taxxa tista' tikkonfuta preżunzjoni li tkun saret skont il-paragrafu 1.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom ikunu aċċettati bħala evidenza tad-dispaċċ jew tat-trasport:

(a) dokumenti li jirrigwardaw id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija, bħal dokument jew nota CMR iffirmata, polza ta' kargu, fattura tat-trasport bl-ajru jew fattura mingħand it-trasportatur tal-merkanzija;

(b) id-dokumenti li ġejjin:

(i) polza tal-assigurazzjoni rigward id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija, jew dokumenti tal-bank li jagħtu prova tal-ħlas għad-dispaċċ jew għat-trasport tal-merkanzija;

(ii) dokumenti uffiċjali maħruġa minn awtorità pubblika, bħal nutar, li jikkonfermaw il-wasla tal-merkanzija fl-Istat Membru ta' destinazzjoni;

(iii) irċevuta maħruġa minn magazzinier fl-Istat Membru ta' destinazzjoni, li tikkonferma l-ħżin tal-merkanzija f'dak l-Istat Membru.

▼B



TAQSIMA 3

Eżenzjonijiet fuq l-importazzjoni

(Artikoli 143, 144 u 145 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 46

L-eżenzjoni provduta fl-Artikolu 144 tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tapplika għas-servizzi tat-trasport marbutin mal-importazzjoni ta' proprjetà mobbli li ngħataw bħala parti minn tibdil ta' residenza.



TAQSIMA 4

Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni

(Artikoli 146 u 147 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 47

“Mezz ta' trasport għal użu privat” kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 146(1) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jinkludi mezzi ta' trasport użati għal finijiet mhux tan-negozju minn persuni li mhumiex persuni naturali, bħal korpi rregolati mill-liġi pubblika fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva u assoċjazzjonijiet.

Artikolu 48

Sabiex ikun determinat jekk, bħala kundizzjoni għall-eżenzjoni tal-forniment ta' oġġetti li jinġarru fil-bagalja personali tal-vjaġġjatur, il-limitu mfassal minn Stat Membru b'konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 147(1) tad-Direttiva 2006/112/KE jkunx inqabeż, il-kalkolazzjoni għandha tiġi bbażata fuq iil-valur tal-fattura. Il-valur totali ta' diversi prodotti jista' jintuża biss jekk dawk il-prodotti kollha huma inklużi fuq l-istess fattura li nħarġet mill-istess persuna taxxabbli li tforni l-prodotti lill-istess klijen.



TAQSIMA 5

Eżenzjonijiet relatati ma' ċerti transazzjonijiet ittrattati bħala esportazzjonijiet

(Artikoli 151 u 152 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 49

L-eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tapplika wkoll għal servizzi elettroniċi meta dawn huma fornuti minn persuna taxxabbli li għaliha tapplika l-iskema speċjali għal servizzi fornuti b'mod elettroniku provduta fl-Artikoli 357 sa 369 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 50

1.  Biex jikkwalifika għal rikonoxximent bħala korp internazzjonali għall-applikazzjoni tal-punt (g) tal-Artikolu 143(1) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 151(1) tad-Direttiva 2006/112/KE korp li jiġi stabbilit bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC), kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) ( 5 ), għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) għandu jkollu personalità legali distinta u kapaċità legali sħiħa;

(b) għandu jiġi stabbilit skont u għandu jkun soġġett għall-liġi tal-Unjoni Ewropea;

(c) l-isħubija tiegħu għandha tinkludi l-Istati Membri u, fejn inhu xieraq, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet inter-governamentali, iżda teskludi korpi privati;

(d) għandu jkollu għanijiet speċifiċi u leġittimi segwiti b'mod konġunt u essenzjalment mhux ekonomiċi fin-natura tagħhom.

2.  L-eżenzjoni prevista f'punt (g) tal-Artikolu 143 (1) u punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 151(1) tad-Direttiva 2006/112/KE tapplika għal ERIC, imsemmija fil-paragrafu 1 fejn dan ikun rikonoxxut bħala korp internazzjonali mill-Istat Membru li qiegħed jospitah.

Il-limiti u l-kundizzjonijiet ta' tali eżenzjoni għandhom jiġu stipulati minn ftehim bejn il-membri tal-ERIC konformement mal-Artikolu 5(1) punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. Fejn l-oġġetti ma telqux jew ma ġewx trasportati 'l barra mill-Istat Membru li fih sar il-forniment, u fil-każ ta' servizzi, l-eżenzjoni tista' tingħata permezz ta' rifużjoni tal-VAT b'konformità mal-Artikolu 151(2) tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 51

1.  Fejn dak li jirċievi kunsinna ta' oġġetti jew servizzi jkun stabbilit fi ħdan il-Komunità iżda mhux fl-Istat Membru li fih sar il-forniment, iċ-ċertifikat tal-VAT u/jew id- dazju tas-sisa previst fl-Anness II għal dan ir-Regolament, għandu iservi biex jiġi kkonfermat li l-operazzjoni tista' tibbenefika, skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fl -Anness għal dak iċ-ċertifikat, minn tali eżenzjoni taħt l-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Meta juża dan iċ-ċertifikat, l-Istat Membru fejn ikun stabbilit dak li jirċievi l-kunsinna ta' oġġetti jew servizzi jista' jiddeċiedi jekk jużax ċertifikat komuni tal-VAT u d-dazju jew jekk jużax żewġ ċertifikati differenti.

2.  Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ittimbrat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Madanakollu, jekk l-oġġetti u s-servizzi ġew intiżi għall-użu uffiċjali, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lir-reċipjent mir-rekwiżit li ċ-ċertifikat għandu jiġi stampat, taħt tali kundizzjonijiet li jistgħu jistipulaw. Din l-eżenzjoni tista' tiġi rtirata fil-każ ta' abbuż.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-punt ta' kuntatt magħżul biex jidentifika s-servizzi responsabbli għall-istampar taċ-ċertifikat u sa liema punt jistgħu jwarrbu r-rekwiżit li ċ-ċertifikat għandu jiġi stampat. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bl-informazzjoni li tressqet mill-Istati Membri.

3.  Fejn eżenzjoni diretta hija applikata fl-Istat Membru li fih sar il-forniment, il-fornitur għandu jakkwista ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, mir-reċipjent tal-prodotti jew servizzi u jżommu bħala parti mir-reġistri tiegħu. Jekk l-eżenzjoni tingħata permezz ta' rifużjoni tal-VA, skont l-Artikolu 151(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, iċ-ċertifikat għandu jiġi mehmuż mat-talba għar-rifużjoni mibgħuta lill-Istat Membru kkonċernat.



KAPITOLU IX

TNAQQIS

(TITOLU X TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE)

Artikolu 52

Meta l-Istat Membru ta' importazzjoni jkun daħħal sistema elettronika għat-tlestija ta' formalitajiet doganali, it-terminu “dokument ta' importazzjoni” fil-punt (e) tal-Artikolu 178 tad-Direttiva għandu jkopri l-verżjonijiet elettroniċi ta' tali dokumenti, sakemm dawn jippermettu l-eżerċizzju tal-verifika tad-dritt ta' tnaqqis.



KAPITOLU X

L-OBBLIGI TA' PERSUNI TAXXABBLI U ĊERTI PERSUNI MHUX TAXXABBLI

(TITOLU XI TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE)



TAQSIMA I

Persuni obbligati li jħallsu l-vat

(Artikoli 192a sa 205 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 53

1.  Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 192a tad-Direttiva 2006/112/KE, stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli jiġi kkunsidrat biss jekk dan ikollu grad suffiċjenti ta' permanenza u struttura adegwata f'termini ta' mezzi umani u tekniċi, li jippermettulu jwassal il-prodotti jew is-servizzi li jipparteċipa fihom.

2.  Meta persuna taxxabbli jkollha stabbiliment fiss li jinsab fit-territorju tal-Istat Membru fejn hija dovuta l-VAT, dan l-istabbiliment jiġi meqjus li ma jipparteċipax fil-forniment ta' oġġetti jew fil-forniment ta' servizzi fi ħdan it-tifsira ta' punt (b) tal-Artikolu 192a tad-Direttiva 2006/112/KE, sakemm ir-riżorsi tekniċi u umani ta' dak l-istabbiliment fiss ma jintużawx minnu għat-transazzjonijiet relatati mal- forniment taxxabbli ta' dawk l-oġġetti jew servizzi magħmula f'dak l-Istat Membru, qabel jew waqt dan it-twettiq.

Meta r-riżorsi tal-istabbiliment fiss jintużaw biss għal ħidmiet ta' sostenn amministrattiv bħal kontabilità, fatturizzazzjoni u l-ġbir ta' pretenzjonijiet ta' dejn, dawn ma għandhomx jitqiesu li ntużaw għall-forniment tal-prodotti jew servizzi.

Madankollu, jekk tinħareġ fattura taħt in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT mill-Istat Membru tal-istabbiliment fiss, dak l-istabbiliment fiss se jitqies bħalli kieku għamel intervent fil-forniment tal-prodotti jew s-servizzi li sar f'dak l-Istat Membru sakemm ma hemmx prova tal-kuntrarju.

Artikolu 54

Meta persuna taxxabbli tkun stabilixxiet il-lok tan-negozju tagħha fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru fejn il-VAT huwa dovut, l-Artikolu 192a tad-Direttiva 2006/112/KE m'għandux japplika irrispettivament minn jekk dak il-post ta' negozju jintervjenix fil-forniment tal-ioġġetti u s-servizzi li tkun għamlet fi ħdan dak l-Istat Membru.

▼M4



TAQSIMA 1A

Obbligi ġenerali

(Artikoli 242 SA 243 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 54a

1.  Ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 243(3) tad-Direttiva 2006/112/KE li għandu jinżamm minn kull persuna taxxabbli li tittrasferixxi merkanzija skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-Istat Membru li minnu ntbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija, u d-data tad-dispaċċ jew tat-trasport tal-merkanzija;

(b) in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli li għaliha hija indirizzata l-merkanzija, maħruġ mill-Istat Membru fejn tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija;

(c) l-Istat Membru fejn tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-magazzinier, l-indirizz tal-maħżen fejn tinħażen il-merkanzija mal-wasla, u d-data tal-wasla tal-merkanzija fil-maħżen;

(d) il-valur, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija li tkun waslet fil-maħżen;

(e) in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli li tkun qed tissostitwixxi l-persuna msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17a(6) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(f) l-ammont taxxabbli, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija fornuta u d-data meta jsir il-forniment tal-merkanzija msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 17a(3) tad-Direttiva 2006/112/KE u n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tax-xerrej;

(g) l-ammont taxxabbli, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija, u d-data meta sseħħ xi waħda mill-kondizzjonijiet u r-raġuni rispettiva f'konformità mal-Artikolu 17a(7) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(h) il-valur, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija ritornata u d-data tar-ritorn tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 17a(5) tad-Direttiva 2006/112/KE.

2.  Ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 243(3) tad-Direttiva 2006/112/KE li għandu jinżamm minn kull persuna taxxabbli li tiġi fornuta bil-merkanzija skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli li tittrasferixxi l-merkanzija skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat;

(b) id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija intiża għaliha;

(c) id-data meta tasal fil-maħżen il-merkanzija intiża għaliha;

(d) l-ammont taxxabbli, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija fornuta lilha u d-data meta jsir l-akkwist intra-Komunitarju tal-merkanzija msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17a(3) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(e) id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija, u d-data meta l-merkanzija titneħħa mill-maħżen fuq ordni tal-persuna taxxabli msemmija fil-punt (a);

(f) id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija li tinqered jew tiġi nieqsa u d-data meta tinqered, tintilef jew tinsteraq il-merkanzija li preċedentement tkun waslet fil-maħżen jew id-data meta jkun instab li l-merkanzija nqerdet jew ġiet nieqsa.

Fejn il-merkanzija tkun tintbagħat jew ittrasportata skont arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat lil magazzinier li ma jkunx il-persuna taxxabbli li għaliha jkun destinat il-forniment tal-merkanzija, mhemmx bżonn li r-reġistru ta' dik il-persuna taxxabbli jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-punt (c), (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu.

▼B



TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet differenti

(Artikoli 272 u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 55

Għat-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 262 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-persuni taxxabbli li jkun ingħatalhom numru individwali ta' identifikazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 214 ta' dik id-Direttiva u l-persuni legali mhux taxxabbli identifikati għall-fini tal-VAT għandhom ikunu meħtieġa, meta jaġixxu bħala tali, jikkomunikaw in-numru ta' identifikazzjoni tagħhom tal-VAT lill-fornituri tagħhom ta' oġġetti jew servizzi.

Il-persuni taxxabbli msemmijin fl-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE, li huma intitolati għal eżoneru tat-taxxa fuq l-akkwisti intra-Komunitarji ta' oġġetti skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, ma għandhomx l-obbligu li jikkomunikaw in-numru individwali tagħhom ta' identifikazzjoni tal-VAT lill-fornituri tal-oġġetti tagħhom meta jkunu ingħataw numru ta' identifikatzzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 214(1)(d) jew (e) ta' dik id-Direttiva.



KAPITOLU XI

SKEMI SPEĊJALI



TAQSIMA 1

Skema speċjali għall-investiment fid-deheb

(Artikoli 344 sa 356 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 56

“Piżijiet aċċettati mis-swieq tal-bullion tad-deheb” kif imsemmija fil-punt (l) tal-Artikolu 344(1) tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tal-inqas tkopri l-unitajiet u l-piżijiet negozjati kif stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 57

Għal finijiet tat-twaqqif tal-lista ta' muniti tad-deheb imsemmja fl-Artikolu 345 tad-Direttiva 2006/112/KE, “prezz” u “valur fis-suq miftuħ” kif imsemmija f'punt (2) tal-Artikolu 344 (1) ta' dik id-Direttiva għandhom ikunu l-prezz u l-valur fis-suq miftuħ fl-1 ta' April ta' kull sena. Jekk l-ewwel ta' April ma jaħbatx f'jum li fih dawk il-valuri jiġu ffissati, għandhom jintużaw il-valuri tal-jum li jmiss.

▼M1



TAQSIMA 2

Skemi speċjali għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti li huma fornituri tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, servizzi ta’ xandir jew servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli (l-Artikoli 358 sa 369k tad-Direttiva 2006/112/KE)



Sottotaqsima 1

Definizzjoijiet

Artikolu 57a

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “skema mhux tal-Unjoni” tfisser l-iskema speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi ta’ xandir jew servizzi elettroniċi fornuti minn persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fil-Komunità previsti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE;

(2) “skema tal-Unjoni” tfisser l-iskema speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi ta’ xandir jew servizzi elettroniċi fornuti minn persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità iżda mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum previst fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE;

(3) “skema speċjali” tfisser “l-iskema mhux tal-Unjoni” u/jew “l-iskema tal-Unjoni” skont kif jirrikjedi l-kuntest;

(4) “persuna taxxabbli” tfisser persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 358a tad-Direttiva 2006/112/KE jew persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum kif definit fil-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 369a ta’ dik id-Direttiva.



Sottotaqsima 2

Applikazzjoni tal-iskema tal-Unjoni

Artikolu 57b

Meta persuna taxxabbli li tuża l-iskema tal-Unjoni tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha fil-Komunità, l-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-post tan-negozju għandu jkun l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

Meta persuna taxxabbli li tuża l-iskema tal-Unjoni tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha barra mill-Komunità iżda jkollha aktar minn stabbiliment wieħed fiss fil-Komunità, hija tista’ tagħżel kwalunkwe Stat Membru fejn ikollha stabbiliment fiss bħala l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 369a tad-Direttiva 2006/112/KE.



Sottotaqsima 3

Kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema tal-Unjoni

Artikolu 57c

L-iskema tal-Unjoni ma tapplikax għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi fornuti fi Stat Membru fejn il-persuna taxxabbli stabbilixxiet in-negozju tagħha jew għandha stabbiliment fiss. Il-fornimenti ta’ dawk is-servizzi għandhom jiġu ddikjarati lill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti ta’ dak l-Istat Membru f’dikjarazzjoni tal-VAT kif previst fl-Artikolu 250 tad-Direttiva 2006/112/KE.



Sottotaqsima 4

Identifikazzjoni

Artikolu 57d

Meta persuna taxxabbli tinforma lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li hija għandha l-intenzjoni tuża waħda mill-iskemi speċjali, dik l-iskema speċjali għandha tapplika mill-ewwel jum tat-trimestru sussegwenti.

Madankollu, meta jseħħ l-ewwel forniment ta’ servizzi li għandhom ikunu koperti b’dik l-iskema speċjali qabel id-data msemmija fl-ewwel paragrafu, l-iskema speċjali għandha tibda tapplika mid-data ta’ dak l-ewwel forniment, dment li l-persuna taxxabbli tinforma lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni dwar il-bidu tal-attivitajiet tagħha li għandhom ikunu koperti mill-iskema mhux aktar tard mill-għaxar jum tax-xahar wara dak l-ewwel forniment.

Artikolu 57e

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jidentifika l-persuna taxxabbli li tuża l-iskema tal-Unjoni permezz tan-numru ta’ identifikazzjoni tagħha tal-VAT kif imsemmi fl-Artikoli 214 u 215 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 57f

1.  Meta persuna taxxabbli li tuża l-iskema tal-Unjoni ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet tad-definizzjoni stipulata fil-punt (2) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 369a tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istat Membru li fih hija ġiet identifikata ma għandux jibqa’ l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni. Meta dik il-persuna taxxabbli tkun għadha tissodisfa l-kondizzjonijiet biex tuża dik l-iskema speċjali, hija għandha, biex tkompli tuża dik l-iskema, tindika bħala l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni l-ġdid l-Istat Membru ieħor li fih tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha jew, jekk hija ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fil-Komunità, Stat Membru li fih hija għandha stabbiliment fiss.

2.  Fejn l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni jinbidel f’konformità mal-paragrafu 1, dik il-bidla għandha tapplika mid-data li fiha l-persuna taxxabbli ma tibqax ikollha stabbiliment ta’ negozju jew stabbiliment fiss fl-Istat Membru li qabel kien indikat bħala l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 57g

Persuna taxxabbli li tuża skema speċjali tista’ ttemm l-użu ta’ dik l-iskema speċjali anke jekk hija tkompli tipprovdi servizzi li jistgħu jkunu eliġibbli għal dik l-iskema speċjali. Il-persuna taxxabbli għandha tinforma lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni mill-inqas 15-il jum qabel tmiem it-trimestru qabel dak li fih hija biħsiebha tieqaf tuża l-iskema. It-tmiem għandu jkun effettiv mill-ewwel jum tat-trimestru li jmiss.

L-obbligi tal-VAT relatati mal-fornimenti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi li jirriżultaw wara d-data meta t-tmiem sar effettiv għandhom jinħelsu direttament mal-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat.

Meta persuna taxxabbli ttemm l-użu ta’ skema speċjali, f’konformità mal-ewwel paragrafu, din tkun eskluża milli tuża dik l-iskema fi kwalunkwe Stat Membru għal żewġ trimestri mid-data tat-tmiem.



Sottotaqsima 5

Obbligi ta’ rapportar

Artikolu 57h

1.  Persuna taxxabbli għandha, mhux aktar tard mill-għaxar jum tax-xahar ta’ wara, tinforma lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni b’mezzi elettroniċi dwar:

 waqfien tal-attivitajiet tagħha koperti minn skema speċjali;

 kwalunkwe bidla tal-attivitajiet tagħha koperti minn skema speċjali b’tali mod li hija ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tuża dik l-iskema speċjali; u

 kwalunkwe bidla tal-informazzjoni pprovduta preċedentement lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

2.  Meta l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni jinbidel f’konformità mal-Artikolu 57f, il-persuna taxxabbli għandha tinforma liż-żewġ Stati Membri rilevanti bil-bidla mhux aktar tard mill-għaxar jum tax-xahar wara l-bidla tal-istabbiliment. Hija għandha tikkomunika lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni l-ġdid id-dettalji tar-reġistrazzjoni kif meħtieġ meta persuna taxxabbli tagħmel użu minn skema speċjali għall-ewwel darba.



Sottotaqsima 6

Esklużjoni

Artikolu 58

Meta tal-anqas wieħed mill-kriterji għall-esklużjoni stabbiliti fl-Artikoli 363 jew 369e tad-Direttiva 2006/112/KE japplika għal persuna taxxabbli li tuża waħda mill-iskemi speċjali, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jeskludi lil dik il-persuna taxxabbli minn dik l-iskema.

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni biss jista’ jeskludi persuna taxxabbli milli tuża waħda mill-iskemi speċjali.

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu dwar l-esklużjoni fuq kwalunkwe informazzjoni disponibbli, inkluża l-informazzjoni pprovduta minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.

L-esklużjoni għandha tkun effettiva mill-ewwel jum tat-trimestru wara l-jum meta d-deċiżjoni dwar l-esklużjoni tkun intbagħtet b’mezzi elettroniċi lill-persuna taxxabbli.

Madanakollu meta l-esklużjoni tkun dovuta għal bidla fil-post tan-negozju jew tal-istabbilitment fiss, l-esklużjoni għandha tkun effettiva mid-data ta’ dik il-bidla.

Artikolu 58a

Persuna taxxabbli li tuża skema speċjali li, għal perijodu ta’ tmien trimestri konsekuttivi, ma tkun għamlet ebda forniment ta’ servizzi koperti minn dik l-iskema fl-ebda Stat Membru tal-konsum, għandha tkun preżunta li waqfet mill-attivitajiet taxxabbli tagħha skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 363 jew il-punt (b) tal-Artikolu 369e tad-Direttiva 2006/112/KE rispettivament. Dan il-waqfien ma jipprekludix lill-persuna milli tuża skema speċjali jekk terġa’ tibda l-attivitajiet tagħha koperti minn kwalunkwe skema.

Artikolu 58b

1.  Meta persuna taxxabbli hija eskluża minn waħda mill-iskemi speċjali għal nuqqas persistenti ta’ konformità mar-regoli dwar dik l-iskema, dik il-persuna taxxabbli tibqa’ eskluża milli tuża kwalunkwe waħda minn dawk l-iskemi fi kwalunkwe Stat Membru għal tmien trimestri wara t-trimestru li matulu l-persuna taxxabbli tkun ġiet eskluża.

2.  Persuna taxxabbli għandha titqies li b’mod persistenti ma kkonformatx mar-regoli relatati ma’ waħda mill-iskemi speċjali, skont it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 363 jew il-punt (d) tal-Artikolu 369e tad-Direttiva 2006/112/KE, mill-inqas fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn tfakkiriet skont l-Artikolu 60a inħarġu għaliha mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, għal tliet trimestri immedjatament preċedenti u d-dikjarazzjoni tal-VAT ma tkunx ġiet ippreżentata għal kull wieħed minn dawn it-trimestri fi żmien għaxart ijiem wara li t-tfakkira tkun inbagħtet;

(b) fejn it-tfakkiriet skont l-Artikolu 63a jkunu inħarġu għaliha mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, għal tliet trimestri immedjatament preċedenti u l-ammont sħiħ tal-VAT iddikjarat ma jkunx ġie mħallas minnha għal kull wieħed minn dawn it-trimestri fi żmien għaxart ijiem wara li tkun inbagħtet it-tfakkira, ħlief fejn l-ammont mhux imħallas li jibqa’ hu anqas minn EUR 100 għal kull trimestru;

(c) meta wara talba mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni jew l-Istat Membru ta’ konsum u xahar wara tfakkira sussegwenti mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, tkun naqset li tagħmel disponibbli elettronikament ir-reġistri msemmijin fl-Artikoli 369 u 369k tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 58c

Persuna taxxabbli li tkun ġiet eskluża minn waħda mill-iskemi speċjali għandha twettaq l-obbligi kollha tal-VAT relatati ma’ fornimenti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi li jirriżultaw wara d-data meta l-esklużjoni ssir effettiva direttament mal-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat.



Sottotaqsima 7

Dikjarazzjoni tal-VAT

Artikolu 59

1.  Kwalunkwe perijodu ta’ dikjarazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 364 jew l-Artikolu 369f tad-Direttiva 2006/112/KE jkun perijodu ta’ dikjarazzjoni separat.

2.  Meta, f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 57d, skema speċjali tapplika mid-data tal-ewwel forniment, il-persuna taxxabbli għandha tissottometti dikjarazzjoni tal-VAT separata għat-trimestru li matulu jkun seħħ l-ewwel forniment.

3.  Meta persuna taxxabbli tkun ġiet irreġistrata taħt kull waħda mill-iskemi speċjali waqt xi perijodu ta’ dikjarazzjoni, hija għandha tissottometti dikjarazzjonijiet tal-VAT u tagħmel il-ħlasijiet korrispondenti lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għal kull waħda miż-żewġ skemi fir-rigward tal-fornimenti li seħħew u l-perijodi koperti minn dik l-iskema.

4.  Fejn jinbidel l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 57f wara l-ewwel jum tat-trimestru inkwistjoni, il-persuna taxxabbli għandha tissottometti d-dikjarazzjonijiet tal-VAT u tagħmel il-ħlasijiet korrispondenti kemm lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni ta’ qabel kif ukoll lill-ġdid li jkopru l-fornimenti li saru matul il-perijodi rispettivi li fihom l-Istati Membri kienu Stat Membru ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 59a

Fejn persuna taxxabbli li qed tuża skema speċjali ma pprovdiet l-ebda servizzi fl-ebda Stat Membru ta’ konsum taħt dik l-iskema speċjali matul perijodu ta’ dikjarazzjoni, hija għandha tippreżenta dikjarazzjoni tal-VAT li tindika li ma saru l-ebda fornimenti matul dak il-perijodu (dikjarazzjoni tal-VAT b’valur żero).

Artikolu 60

Ammonti fuq id-dikjarazzjoni tal-VAT skont l-iskemi speċjali ma għandhomx jitqarrbu ‘l fuq jew ‘l isfel sal-eqreb unità monetarja sħiħa. L-ammont eżatt tat-taxxa tal-VAT għandu jiġi rapportat u mħallas.

Artikolu 60a

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jfakkar, b’mezzi elettroniċi, lill-persuni taxxabbli li naqsu milli jissottomettu dikjarazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 364 jew l-Artikolu 369f tad-Direttiva 2006/112/KE, dwar l-obbligu tagħhom li jissottomettu tali dikjarazzjoni. L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu joħroġ it-tfakkira fl-għaxar jum wara dak li fih kellha tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni, u għandu jinforma b’mezzi elettroniċi lill-Istati Membri l-oħrajn li t-tfakkira nħarġet.

Kwalunkwe tfakkira u pass sussegwenti li jittieħdu biex tiġi vvalutata u biex tinġabar il-VAT ikunu r-responsabbiltà tal-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat.

Minkejja kwalunkwe tfakkira li tkun inħarġet, u kwalunkwe passi meħuda, minn Stat Membru tal-konsum, il-persuna taxxabbli għandha tissottometti d-dikjarazzjoni tal-VAT lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 61

1.  Bidliet fiċ-ċifri li jinsabu f’dikjarazzjoni tal-VAT, wara li tiġi sottomessa, għandhom isiru biss permezz ta’ emendi għal dik id-dikjarazzjoni u mhux permezz ta’ aġġustamenti għal dikjarazzjoni sussegwenti.

2.  L-emendi mesmmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreżentati elettronikament lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni fi żmien tliet snin mid-data meta d-dikjarazzjoni inizjali kienet meħtieġa li tiġi ppreżentata.

Madankollu, ir-regoli ta’ Stat Membru tal-konsum dwar il-valutazzjonijiet u l-emendi ma għandhomx jiġu affettwati.

Artikolu 61a

Meta persuna taxxabbli:

(a) ttemm l-użu ta’ waħda mill-iskemi;

(b) tiġi eskluża minn waħda mill-iskemi; jew

(c) tbiddel l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 57f,

hija għandha tissottometti d-dikjarazzjoni tal-VAT finali u l-ħlas korrispondenti, kif ukoll kwalunkwe korrezzjonijiet jew sottomissjonijiet li jkunu tard ta’ dikjarazzjonijiet preċedenti, u ħlasijiet korrispondenti, lill-Istat Membru li kien l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni qabel it-tmiem, l-esklużjoni jew il-bidla.



Sottotaqsima 8

Munita

Artikolu 61b

Meta Stat Membru ta’ identifikazzjoni li l-munita tiegħu ma tkunx l-euro jiddeċiedi li d-dikjarazzjoni tal-VAT trid issir fil-munita nazzjonali tiegħu, dik id-deċiżjoni għandha tapplika għad- dikjarazzjonijiet tal-VAT tal-persuni taxxabbli kollha li qed jużaw l-iskemi speċjali.



Sottotaqsima 9

Ħlasijiet

Artikolu 62

Mingħajr preġudizzju għat-tielet paragrafu tal-Artikolu 63a, u l-Artikolu 63b, persuna taxxabbli għandha tagħmel kwalunkwe ħlas lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

Ħlasijiet tal-VAT li jsiru mill-persuna taxxabbli skont l-Artikolu 367 jew l-Artikolu 369i tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom ikunu speċifiċi għad-dikjarazzjoni tal-VAT sottomessa skont l-Artikolu 364 jew l-Artikolu 369f ta’ dik id-Direttiva. Kwalunkwe aġġustament sussegwenti għall-ammonti mħallsa għandu jsir mill-persuna taxxabbli permezz ta’ referenza għal dik id-dikjarazzjoni biss u ma jistax jiġi allokat lil dikjarazzjoni oħra, jew aġġustat f’dikjarazzjoni sussegwenti. Kull ħlas għandu jirreferi għan-numru ta’ referenza ta’ dik id-dikjarazzjoni speċifika.

Artikolu 63

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li jirċievi ħlas żejjed minn dak li jirriżulta mid-dikjarazzjoni tal-VAT sottomessa skont l-Artikolu 364 jew l-Artikolu 369f tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jirrimborsal-ħlas żejjed direttament lill-persuna taxxabbli kkonċernata.

Meta Stat Membru ta’ identifikazzjoni jkun irċieva ammont fir-rigward ta’ dikjarazzjoni tal-VAT li sussegwentement irriżulta skorrett, u dak l-Istat Membru diġà qassam dak l-ammont lill-Istati Membri tal-konsum, dawk l-Istati Membri tal-konsum għandhom iħallsu lura kull wieħed il-parti rispettiva ta’ kull ħlas żejjed direttament lill-persuna taxxabbli.

Madanakollu, meta l-ħlas żejjed huwa relatat ma’ perijodi sa u li jinkludu l-aħħar perijodu ta’ dikjarazzjoni fl-2018, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jħallas lura il-porzjon rilevanti tal-parti tal-ammont korrispondenti li nżammet f’konformità mal-Artikolu 46 (3) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 u l-Istat Membru ta’ konsum għandu jħallas lura d-differenza bejn l-ammont żejjed imħallas u l-ammont imħallas lura mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

L-Istati Membri tal-konsum għandhom jinformaw b’mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni dwar l-ammont ta’ dawk il-ħlasijiet lura.

Artikolu 63a

Meta persuna taxxabbli tissottometti dikjarazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 364 jew l-Artikolu 369f tad-Direttiva 2006/112/KE, iżda ma sar ebda ħlas jew il-ħlas huwa inqas minn dak li jirriżulta mid-dikjarazzjoni, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu, b’mezzi elettroniċi, fl-għaxar jum wara l-aħħar jum li fih kellu jsir il-ħlas skont l-Artikolu 367 jew l-Artikolu 369i tad-Direttiva 2006/112/KE, ifakkar lill-persuna taxxabbli dwar kwalunkwe ħlas tal-VAT dovut.

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jinforma b’mezzi elettroniċi lill-Istati Membri tal-konsum li t-tfakkira ntbagħtet.

Kwalunkwe tfakkira sussegwenti u l-passi li jittieħdu biex tinġabar il-VAT għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat. Meta tali tfakkiriet sussegwenti jkunu nħarġu minn Stat Membru ta’ konsum, il-VAT korrispondenti għandha titħallas lil dak l-Istat Membru.

L-Istat Membru ta’ konsum għandu jinforma, b’mezzi elettroniċi, lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li nħarġet tfakkira.

Artikolu 63b

Meta l-ebda dikjarazzjoni tal-VAT ma tiġi sottomessa, jew meta d-dikjarazzjoni tal-VAT tkun ġiet sottomessa tard jew tkun inkompluta jew tkun skorretta, jew meta l-ħlas tal-VAT ikun tard, kwalunkwe mgħax, piena jew kwalunkwe piż ieħor għandu jiġi kkalkulat u vvalutat mill-Istat Membru tal-konsum. Il-persuna taxxabbli għandha tħallas tali mgħax, piena jew kull piż ieħor direttament lill-Istat Membru tal-konsum.



Sottotaqsima 10

Reġistri

Artikolu 63c

1.  Sabiex jitqiesu bħala dettaljati biżżejjed skont it-tifsira tal-Artikoli 369 u 369k tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-reġistri miżmuma mill-persuna taxxabbli għandu jkun fihom l-informazzjoni segwenti:

(a) l-Istat Membru tal-konsum fejn hu pprovdut is-servizz;

(b) it-tip ta’ servizz ipprovdut;

(c) id-data tal-forniment tas-servizz;

(d) l-ammont taxxabbli b’indikazzjoni tal-munita użata;

(e) kull żjieda jew tnaqqis sussegwenti tal-ammont taxxabbli;

(f) ir-rata ta’ VAT applikata;

(g) l-ammont ta’ VAT li għandu jitħallas b’indikazzjoni tal-munita użata;

(h) id-data u l-ammont ta’ ħlasijiet riċevuti;

(i) kwalunkwe ħlas fuq il-kont riċevut qabel il-forniment tas-servizz;

(j) fejn tinħareġ irċevuta, l-informazzjoni li tinsab fuq l-irċevuta;

(k) l-isem tal-klijent, fejn ikun magħruf għall-persuna taxxabbli;

(l) l-informazzjoni użata biex jiġi ddeterminat il-post fejn il-klijent huwa stabbilit jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew jirrisjedi normalment.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rreġistrata mill-persuna taxxabbli b’tali mod li tista’ tkun disponibbli b’mezzi elettroniċi mingħajr dewmien u għal kull servizz provdut.

▼B



KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 64

Regolament (KE) Nru 1777/2005 huwa b'dan imħassar.

Referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 65

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2011.

Madanakollu:

 il-punt (a) tal-Artikolu 3, il-punt (b) tal-Artikolu 11(2), l-Artikolu 23(1) u l-Artikolu 24(1) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013;

 il-punt (b) ta-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015;

 il-punt (c) tal-Artikolu 11(2) għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament

(1) Punt 1 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/112/KE:

(a) L-ospitizzazzjoni tal-websajt u tal-webpage;

(b) il-manutenzjoni awtonomizzata, onlajn u fuq distanza ta' programmi;

(c) sistemi ta' amministrazzjoni kkontrollati mill-bogħod;

(d) ħżin onlajn tad-dejta fejn dejta speċifika tinħażen u tinqara b’mod elettroniku;

(e) forniment onlajn ta' spażju fuq diska meta dan jiġi mitlub.

(2) Punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/112/KE:

(a) L-aċċess jew downloading ta' softwer (li jinkludi programmi ta' akkwist/kontabilità u softwer kontra il-viruses tal-kompjuter) kif ukoll aġġornamenti;

(b) softwer li jintuża biex jimblokka riklami li qegħdin jintwerew, imsejħin ukoll Bannerblockers;

(c) muturi għad-downloading tad-dejta, bħal softwer li jservi bħala punt ta' interazzjoni bejn kompjuters u tgħamir perifirali (bħal apparat li jistampa);

(d) l-installazjoni awtomizzata onlajn ta' filtri fuq websajts;

(e) l-installazzjoni awtomizzata onlajn ta' firewalls.

(3) Punt 3 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/112/KE:

(a) L-aċċess għal jew id-downloading ta' temi għad-desktop;

(b) l-aċċess jew id-downloading ta' immaġni fotografiċi jew bi stampi jew skrinsavers;

(c) l-kontenut diġitizzat ta' kotba u publikazzjonijiet elettroniċi oħra;

(d) abbonament ma' gazzetti u ġurnali onlajn;

(e) statistiċi tal-websajt u tal-weblogs;

(f) aħbarijiet onlajn, informazzjoni dwar it-traffiku u rapporti tat-temp;

(g) Informazzjoni onlajn iġġenerata awtomatikament b’softwer minn dejta speċifika mill-klijent, bħal per eżempju data legali u finanzjarja, (b’mod partikolari data bħal data dwar is-suq tal-ishma li tiġi kontinwament aġġornata, fil-pront);

(h) il-provvista ta' spazju għal rikalmar li jinkludi riklami fuq il-banner ads jew fuq websajt/webpage;

(i) l-użu ta' programmi għat-tfittix fuq l-Internet u direttorji tal-Internet.

(4) Punt 4 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/112/KE:

(a) L-aċċess jew id-downloading ta' mużika fuq kompjuters jew telefowns ċellulari;

(b) l-aċċess jew id-downloading ta' jingles, siltiet, ringtones, jew ħsejjes oħra;

(c) l-aċċess jew id-downloading tal-films;

(d) id-downloading ta' logħob fuq kompjuters jew telefowns ċellulari;

(e) l-aċċess awtomizzat ta' logħob li jiddependu fuq l-Internet, jew netwerks elettroniċi oħra, fejn il-parteċipanti huma mbegħdin ġeografikament minn xulxin;

▼M2

(f) ir-riċezzjoni ta’ programmi tar-radju jew tat-televiżjoni ddistribwiti permezz ta’ netwerk tar-radju jew tat-televiżjoni, permezz tal-Internet jew permezz ta’ netwerk elettroniku simili biex wieħed jisma’ jew jara programmi meta jrid u meta jagħmel talba individwali l-klijent fuq il-bażi ta’ katalgu ta’ programmi magħżulin mill-fornitur tas-servizzi tal-mezzi tal-informazzjoni, bħal programmi televiżivi jew filmati fuq talba;

(g) ir-riċezzjoni ta’ programmi tar-radju jew tat-televiżjoni distribwiti permezz tal-Internet jew ta’ netwerk elettroniku simili (IP streaming), sakemm huma ma jkunux jixxandru simultanjament mat-trasmissjoni jew ritrasmissjoni tagħhom fuq netwerk tar-radju u tat-televiżjoni;

(h) il-forniment ta’ kontenut awdjo u awdjoviżiv permezz ta’ netwerks tal-komunikazzjoni li la jkun ipprovdut minn fornitur tas-servizzi tal-mezzi tal-informazzjoni u lanqas jaqa’ taħt ir-responsabbiltà editorjali tiegħu;

(i) il-forniment suċċessiv ta’ output awdjo u awdjoviżiv ta’ fornitur tas-servizzi tal-mezzi tal-informazzjoni permezz ta’ netwerks tal-komunikazzjoni minn xi ħadd li mhuwiex il-fornitur tas-servizzi tal-mezzi tal-informazzjoni.

▼B

(5) Punt 5 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/112/KE:

(a) Tagħlim awtomatizzat imbiegħed li jiddependi fuq l-Internet jew netwerk elettroniku ieħor simili għat-tħaddim u l-forniment li ma jirrikjedi l-ebda intervent uman jew intervent limitat, li jinkludi klassijiet tal-iskola, minn barra meta l-Internet jew netwerk elettroniku simili jintuża bħala għodda sempliċiment għall-komunikazzjoni bejn l-għalliem u l-istudent;

(b) workbooks li tlestew onlajn minn studenti u li ġew immarkati awtomatikament, mingħajr intervent uman.




ANNESS II

Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament

image

image

Noti ta’ spjegazzjoni

1. Għall-fornitur u/jew il-persuna responsabbli għall-maħżen awtorizzata, dan iċ-ċertifikat iservi bħala dokument ta’ sostenn għal eżenzjoni mit-taxxa tal-forniment ta’ prodotti u servizzi jew konsenji ta’ prodotti lill-korpi/individwi eliġibbli msemmija fl-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/118/KE. B’konformità ma’ dan, ċertifikat wieħed se jsir għal kull fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen. Barra minn hekk, il-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen huwa meħtieġ li jżomm iċ-ċertifikat fil-fajls tiegħu b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali li japplikaw fl-Istat Membru tiegħu.

2.

 

(a) L-ispeċifikazzjoni ġenerali tal-karta li għandha tintuża hija stipulata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew C 164 tal-1.7.1989, p. 3.

Il-karta għandha tkun bajda għal kull kopja u għandha tkun 210 millimetri b’297 millimetri b’tolleranza massima ta’ 5 millimetri inqas jew 8 millimeti iktar fir-rigward tat-tul tagħhom.

Għal eżenzjoni mid-dazju tas-sisa iċ-ċertifikat se jsir doppju:

 kopja waħda biex tinżamm mill-kunsinnatarju;

 kopja oħra biex takkumpanja l-moviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

(b) Kwalunkwe spazju mhux użat f’kaxxa 5.B. għandu jiġi maqtugħ b’sink ħalli xejn ma jista’ jiġi miżjud.

(c) id-dokument għandu jiġi komplut b’mod leġibbli u b’mod li l-entrati jkunu indelibbli. L-edba tħassir jew kitba mill-ġdid mhu permess. Għandha tiġi kompluta fil-lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti.

(d) Jekk id-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) tirriferi għal formola tal-ordnijiet tax-xiri li saret fl-lingwa minn barra dik lingwa rikonoxxuta mill-Membru tal-Istat ospitanti, traduzzjoni għandha tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(e) Minn banda l-oħra, jekk iċ-ċertifikat ikun sar fl-lingwa minn barra dik rikonoxxuta mill-Istat Membru tal-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen, traduzzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti u s-servizzi f’kaxxa 5.B għandha tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(f) Lingwa rikonoxxuta tfisser waħda mill-lingwi uffiċjali li qiegħda tintuża f’Stat Membru jew kwalunkwe lingwa oħra uffiċjali tal-Unjoni li skont l-Istat Membru tista’ tintuża għal dan il-fini.

3. Permezz tad-dikjarazzjoni tagħha fil-kaxxa 3 taċ-ċertifikat, l-korp/individwu eliġibbli jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fl-Istat Membru ospitanti.

4. Permezz tad-dikjarazzjoni tagħha fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat, l-korp jikkonferma d-dettalji fil-kaxxa 1 u 3(a) tad-dokument u tiċċertifika li l-individwu eliġibbli huwa membru tal-persunal tal-korp.

5.

 

(a) Ir-referenza għal formola tal-ordnijiet tax-xiri (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) għandha jkollha fiha minn tal-inqas id-data u n-numru tal-ordni. Il-formola tal-ordni għandha jkollha fiha l-elementi kollha li jidhru fil-kaxxa 5 taċ-ċertifikat. Jekk iċ-ċertifikat għandu jkun ittimbrat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, il-formola tal-ordni għandha tiġi stampata wkoll.

(b) L-indikazzjoni tan-numru tas-sisa kif iddefinit fl-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 tas-16 ta’ Novembru 2004 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa hija fakoltativa; in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew ta’ referenza tat-taxxa għandu jiġi indikat.

(c) Il-muniti għandhom jkunu indikati permezz ta’ kodiċi bi tliet ittri b’konformità mal-istandard kodiċi ISO 4217 li ġie stabbilit mill-Organizzazzjoni tal-Istandards Internazzjonali. ( 6 )

6. Id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq mill-korp/individwu eliġibbli; se tkun awtentikata fil-kaxxa 6 permezz ta’ timbru kompetenti mill-awtorià tal-Istat Membru ospitanti. Dik l-awtorità tista’ tagħżel li l-approvazzjoni tagħha tkun tiddependi fuq ftehim ma’ awtorità oħra fl-Istat Membru tagħha. Hija f’idejn l-awtorità tat-taxxa kompetenti biex jakkwista tali ftehim.

7. Sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata, l-awtorità kompetenti tista’ tgħaddi mingħajr l-obbligu dwar l-korp eliġibbli sabiex isaqsi għat-timbru fil-każ ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali. Il-korp eliġibbli għandu jsemmi din id-dispensjoni fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat.




ANNESS III



Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament

Unità

Piżijiet negozjati

Kg

12,5/1

Gramma

500/250/100/50/20/10/5/2,5/2

Uqija (1 uq. = 31,1035 g)

100/10/5/1/1/2/1/4

Tael (1 tael = 1,193 uq.) (1)

10/5/1

Tola (10 tolas = 3,75 uq.) (2)

10

(1)   Tael = unità ta' piż tradizzjonali Ciniża. Ir-raffinar nominali ta' ingott tael tal-Hong Kong huwa 990 iżda fit-Taiwan, ingotti 5 u 10 tael jista'jkollhom raffinar ta' 999,9.

(2)   Tola = unita'tradizzjoniali Indjana tal-piż tad-deheb. L-aktar daqs ta' ingott popolari huwa 10 tola, b'raffinarta' 999




ANNESS IV



Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1777/2005

Dan ir-Regolament

Kapitolu I

Kapitolu I

Artikolu 1

Artikolu 1

Kapitolu II

Kapitoli III u IV

Taqsima 1 tal-Kapitolu 2

Kapitolu III

Artikolu 2

Artikolu 5

Taqsima 2

Kapitolu IV

Artikolu 3(1)

Artikolu 9

Artikolu 3(2)

Artikolu 8

Kapitolu III

Kapitolu V

Taqsima 1 tal-Kapitolu III

Taqsima 4 tal-Kapitolu V

Artikolu 4

Artikolu 28

Taqsima 2 tal-Kapitolu III

Taqsima 4 tal-Kapitolu V

Artikolu 5

Artikolu 34

Artikolu 6

Artikoli 29 u 41

Artikolu 7

Artikolu 26

Artikolu 8

Artikolu 27

Artikolu 9

Artikolu 30

Artikolu 10

Artikolu 38(2)(b) u (c)

Artikolu 11(1)-(2)

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 12

Artikolu 7(3)

Kapitolu IV

Kapitolu VI

Artikolu 13

Artikolu 42

Kapitolu V

Kapitolu VIII

Taqsima 1 tal-Kapitolu V

Taqsima 1 tal-Kapitolu VIII

Artikolu 14

Artikolu 44

Artikolu 15

Artikolu 45

Taqsima 2 tal-Kapitolu V

Taqsima 2 tal-Kapitolu VIII

Artikolu 16

Artikolu 47

Artikolu 17

Artikolu 48

Kapitolu VI

Kapitolu IX

Artikolu 18

Artikolu 52

Kapitolu VII

Kapitolu XI

Artikolu 19(1)

Artikolu 56

Artikolu 19(2)

Artikolu 57

Artikolu 20(1)

Artikolu 58

Artikolu 20(2)

Artikolu 62

Artikolu 20(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 59

Artikolu 20(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 60

Artikolu 20(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 63

Artikolu 20(4)

Artikolu 61

Kapitolu VIII

Taqsima 3 tal-Kapitolu V

Artikolu 21

Artikolu 16

Artikolu 22

Artikolu 14

Kapitolu IX

Kapitolu XII

Artikolu 23

Artikolu 65

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III



( 1 ) ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

( 2 ) ĠU L 326, 21.11.1986, p. 40.

( 3 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2459 tal-5 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 32).

( 4 ) ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23.

( 5 ) ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.

( 6 ) Bħala indikazzjoni, xi kodiċijiet relatati mal-muniti attwalment użati: EUR(euro), BGN (leva), CZK (Czech koruny), DKK (Danisk kroner), GBP (Pound sterling), HUF (forint), LTL (litai), PLN (zloty), RON (Romanian lei), SEK(Svedish kronor), USD (United States dollar).

Top