This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02011D0252-20110427
Commission Implementing Decision of 26 April 2011 allowing Member States to extend provisional authorisations granted for the new active substances ascorbic acid, ipconazole, spiromesifen, topramezone, and Pseudomonas sp. strain DSMZ 13134 (notified under document C(2011) 2668) (Text with EEA relevance) (2011/252/EU)
Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' April 2011 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għal dawn is-sustanzi attivi ġodda: l-aċidu assorbiku, l-ipkonażol, l-ispiromesifen, it-toprameżon, u r-razza DSMZ 13134 tal- Pseudomonas sp. (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2668) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2011/252/UE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' April 2011 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għal dawn is-sustanzi attivi ġodda: l-aċidu assorbiku, l-ipkonażol, l-ispiromesifen, it-toprameżon, u r-razza DSMZ 13134 tal- Pseudomonas sp. (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2668) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2011/252/UE)
2011D0252 — MT — 27.04.2011 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-26 ta' April 2011 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għal dawn is-sustanzi attivi ġodda: l-aċidu assorbiku, l-ipkonażol, l-ispiromesifen, it-toprameżon, u r-razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp. (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2668) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 106, 27.4.2011, p.11) |
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' April 2011
li tippermetti lill-Istati Membri jestendu awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għal dawn is-sustanzi attivi ġodda: l-aċidu assorbiku, l-ipkonażol, l-ispiromesifen, it-toprameżon, u r-razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp.
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2668)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/252/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 ), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Settembru 2004 l-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand Citrex Nederland BV għall-inklużjoni tas-sustanza attiva aċidu assorbiku fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/751/KE ( 2 ) kkonfermat li l-dokument kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Marzu 2007 r-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Kureha GmbH għall-inklużjoni tas-sustanza attiva ipkonażol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/20/KE ( 3 ) kkonfermat li l-dokument kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’April 2002 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Bayer CropScience AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva spiromesifen fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/105/KE ( 4 ) kkonfermat li l-dokument kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Mejju 2003 Franza rċeviet applikazzjoni minngħand BASF SE għall-inklużjoni tas-sustanza attiva toprameżon fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/850/KE ( 5 ) kkonfermat li l-dokument kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Awwissu 2008 l-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand Sourcon-Padena GmbH & Co KG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva r-razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp. fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/599/KE ( 6 ) kkonfermat li l-dokument kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Il-konferma li d-dokumenti kienu kompluti kienet meħtieġa sabiex dawn setgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għal perjodi sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kundizzjoni relatata mal-valutazzjoni dettaljata tas-sustanzi attivi u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati minn dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Għal dawn is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikanti. L-Istati Membri relaturi ressqu l-abbozzi tar-rapporti valutattivi rispettivi lill-Kummissjoni fl-10 ta' Settembru 2007 (għall-aċidu assorbiku), fid-29 ta' Mejju 2008 (għall-ipkonażol), fid-9 ta' Marzu 2004 (għall-ispiromesifen), fis-26 ta' Lulju 2007 (għat-toprameżon) u fit-3 ta' Novermbru 2009 (għar-razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp.). |
|
(8) |
Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni mill-Istati Membri relaturi, kien neċessarju li tintalab iktar informazzjoni mill-applikanti u li l-Istati Membri relaturi jeżaminaw dik l-informazzjoni u jressqu l-evalwazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-eżaminazzjoni tad-dokumenti għadu għaddej u mhux se jkun possibbli li l-evalwazzjoni tintemm fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, moqrija flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/579/KE ( 7 ) (għall-aċidu assorbiku) u 2009/311/KE ( 8 ) (għat-toprameżon). |
|
(9) |
Minħabba li sa issa l-evalwazzjoni għadha ma identifikat l-ebda raġuni għal tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta’ 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE, sabiex tkun tista’ titkompla l-eżaminazzjoni tad-dokumenti. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta’ inklużjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva tal-aċidu assorbiku, l-ipkonażol, l-ispiromesifen, it-toprameżon, u r-razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp., ikunu tlestew fi żmien 24 xahar. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi: aċidu assorbiku, ipkonażol, spiromesifen, toprameżon, u r-razza DSMZ 13134 tal-Pseudomonas sp., għal perjodu li ma jaqbiżx it- ►C1 30 ta’ April 2013 ◄ .
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit- ►C1 30 ta’ April 2013 ◄ .
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
( 2 ) ĠU L 282, 26.10.2005, p. 18.
( 3 ) ĠU L 1, 4.1.2008, p. 5.
( 4 ) ĠU L 43, 18.2.2003, p. 45.
( 5 ) ĠU L 322, 9.12.2003, p. 28.
( 6 ) ĠU L 193, 22.7.2008, p. 14.
( 7 ) ĠU L 198, 30.7.2009, p. 80.
( 8 ) ĠU L 91, 3.4.2009, p. 25.