EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010R1178-20120101

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2010 tat- 13 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd (kodifikazzjoni)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1178/2012-01-01

2010R1178 — MT — 01.01.2012 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2010

tat-13 ta' Diċembru 2010

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

(kodifikazzjoni)

(ĠU L 328, 14.12.2010, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1379/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011

  L 343

20

23.12.2011




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2010

tat-13 ta' Diċembru 2010

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

(kodifikazzjoni)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikoli 161(3), 170 u 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 596/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta' esportazzjoni fis-settur tal-bajd ( 2 ) ġie emendat kemm-il darba ( 3 ) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi għal-liċenzi ta' esportazzjoni fis-settur tal-bajd li għandhom, b'mod partikolari, jinkludu dispożizzjonijiet għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tidher fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzi, b'żieda ma' dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-importazzjoni u tal- esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli ( 4 ).

(3)

Sabiex tkun assigurata l-amministrazzjoni xierqa tas-sistema ta' liċenzi tal-esportazzjoni, għandha tkun stabbilita r-rata tal-garanzija għal-liċenzi tal-esportazzjoni taħt dik is-sistema. Minħabba r-riskju ta' spekulazzjoni inerenti fis-sistema fis-settur tal-bajd, il-liċenzi tal-esportazzjoni m'għandhomx ikunu trasferibbli u għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess min-negozjanti għall-imsemmija sistema.

(4)

L-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa tal-Urugwaj li jirrigwardaw il-volum ta' esportazzjoni għandha tkun żgurata fuq il-bażi tal-liċenzi tal-esportazzjoni. Għalhekk, għandha tkun stabbilita skeda dettaljata għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzi.

(5)

Barra minn hekk, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni għandha tkun innotifikata biss wara perijodu ta' konsiderazzjoni. Dan il-perijodu jkun jippermetti lill-Kummissjoni li tapprezza l-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom kif ukoll in-nefqa involuta u, jekk xieraq, li tieħu l-miżuri speċifiċi applikabbli b'mod partikolari għall-applikazzjonijiet pendenti. Huwa fl-interess tan-negozjanti li jippermettu li l-applikazzjoni għal-liċenza tiġi rtirata wara li jkun ġie stabbilit il-koeffiċjent ta' aċċettazzjoni.

(6)

Il-Kummissjoni għandu jkollha informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-użu tal-liċenzi maħruġa, sabiex tkun tista' tamministra din is-sistema. Fl-interess ta' amministrazzjoni effiċjenti, l-Istati Membri jridu jużaw is-sistemi ta' informazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew ( 5 ).

(7)

Fil-każ ta' applikazzjonijiet li jikkonċernaw kwantitajiet ugwali għal jew anqas minn 25 tunnellata, il-liċenza tal-esportazzjoni għandha tinħareġ immedjatament jekk in-negozjant jitlobha. Madankollu, tali liċenzi għandhom ikunu ristretti għal tranżazzjonijiet kummerċjali ta' terminu qasir sabiex ma jitħalliex li wieħed ikun jista' jaħrab mill-mekkaniżmu previst f'dan ir-Regolament.

(8)

Sabiex jiġi żgurat segwitu eżatt tal-kwantitajiet li għandhom ikunu esportati, għandha tkun stabbilita deroga mir-regoli dwar it-tolleranzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 376/2008.

(9)

L-Artikolu 167(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li għal bajd għat-tifqis, jistgħu jingħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-bażi ta' liċenza tal-esportazzjoni ex post. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ta' implimentazzjoni għal tali sistema bil-għan li jiżguraw verifika effiċjenti li l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fil-qafas kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa tal-Urugwaj jiġu osservati. Madankollu, jidher li mhux meħtieġ li tintalab il-preżentazzjoni ta' garanzija fil-każ ta' liċenzi li tkun saret applikazzjoni għalihom wara l-esportazzjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-esportazzjonijiet kollha ta’ prodotti fis-settur tal-bajd li għalihom tintalab rifużjoni fuq l-esportazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ bajd għat-tifqis li jaqa’ ►M1  il-kodiċijiet tan-NM 0407 11 00, 0407 19 11 u 0407 19 19 ◄ , għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza tal-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 sa 8.

Artikolu 2

1.  Il-liċenzi tal-esportazzjoni għandhom ikunu validi għal 90 jum minn dakinhar tal-ħruġ effettiv tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

2.  L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla, fil-kaxxa 15, id-deskrizzjoni tal-prodott u, fil-kaxxa 16, il-kodiċi tal-prodott bi 12-il ċifra tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.

3.  Il-kategoriji tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, kif ukoll ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi tal-esportazzjoni, huma indikati fl-Anness I.

4.  L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla, fil-kaxxa 20, mill-inqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II.

Artikolu 3

1.  L-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni jistgħu jkunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa.

2.  L-applikanti għal-liċenzi tal-esportazzjoni għandhom ikunu persuni naturali jew ġuridiċi li, fil-mument ippreżentati applikazzjonijiet, jistgħu jagħtu prova għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li kienu involuti fil-kummerċ fis-settur tal-bajd għal mill-anqas 12-il xahar. Madankollu, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ir-ristoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi aħħarin ma jistgħux jippreżentaw applikazzjonijiet.

3.  Il-liċenzi tal-esportazzjoni jinħarġu fil-jum tal-Erbgħa li jiġi wara l-perijodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm l-ebda waħda mill-miżuri partikolari msemmija fil-paragrafu 4 ma tkun ittieħdet minn dakinhar mill-Kummissjoni.

4.  l-ħruġ ta' liċenzi tal-esportazzjoni jirriżulta jew jista' jirriżulta fis-superament tal-ammonti disponibbli tal-baġit jew fl-eżawriment tal-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati b'rifużjoni matul il-perijodu kkonċernat, fid-dawl tal-limiti msemmija fl-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew meta l-ħruġ ta' liċenzi tal-esportazzjoni ma jippermettix li l-esportazzjonijiet jitkomplew matul il-bqija tal-perijodu, il-Kummissjoni tista':

(a) tistabbilixxi persentaġġ ta' aċċettazzjoni waħdieni għall-kwantitajiet mitluba;

(b) tirrifjuta l-applikazzjonijiet li għalihom ikunu għadhom ma ngħatawx liċenzi;

(c) tissospendi l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzi għal perijodu massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol, li jista' jiġi estiż permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzi li jsiru matul il-perijodu ta' sospensjoni jkunu invalidi.

Il-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu implimentati jew aġġustati skont il-kategorija tal-prodott jew skont id-destinazzjoni.

5.  Il-miżuri previsti fil-paragrafu 4 jistgħu jiġu adottati meta l-applikazzjonijiet għal liċenzi tal-esportazzjoni jirrigwardaw kwantitajiet li jissuperaw jew jistgħu jissuperaw il-kwantitajiet normali disponibbli għal destinazzjoni waħda u l-ħruġ tal-liċenzi mitluba jġib miegħu r-riskju ta' spekulazzjoni, distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi, jew tfixkil tal-kummerċ ikkonċernat jew tas-suq intern.

6.  Meta l-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom ikunu miċħuda jew imnaqqsa, il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata immedjatament għall-kwantitajiet kollha li għalihom applikazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta.

7.  Minkejja l-paragrafu 3, meta jkun stabbilit persentaġġ ta' aċċettazzjoni waħdieni ta' inqas minn 80 %, il-liċenza għandha tinħareġ l-aktar tard sal-11-il jum tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni ta' dak il-persentaġġ f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Matul l-għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tiegħu, l-operatur jista':

 jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu, f'liema każ il-garanzija tiġi rilaxxata immedjatament;

 jew jitlob il-ħruġ immedjat tal-liċenza, f'liema każ l-awtorità kompetenti għandha toħroġha mingħajr dewmien iżda mhux iktar kmieni mid-data normali tal-ħruġ għall-ġimgħa rilevanti.

8.  B'deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi jum apparti l-Erbgħa għall-ħruġ tal-liċenzi tal-esportazzjoni meta ma jkunx possibbli li dan il-jum jiġi rispettat.

Artikolu 4

1.  Fuq talba tal-operatur, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi sa 25 tunnellata ta' prodotti m'għandhomx ikunu soġġetti għal xi miżuri speċjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(4) u l-liċenzi li tkun saret applikazzjoni għalihom għandhom jinħarġu immedjatament.

F'każijiet bħal dawn, minkejja l-Artikolu 2(1), it-terminu ta' validità tal-liċenzi għandu jkun limitat għal ħamest ijiem tax-xogħol minn dakinhar tal-ħruġ effettiv tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 u l-kaxxa 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenza u tal-liċenzi għandha turi waħda mill-entrati elenkati fl-Anness III.

2.  Il-Kummissjoni tista', meta jkun meħtieġ, tissospendi l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Il-liċenzi tal-esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 6

1.  Il-kwantità esportata fil-limiti tat-tolleranza msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandhiex tagħti d-dritt għall-ħlas tar-rifużjoni.

2.  Fil-kaxxa 22 tal-liċenza, għandha tiġi indikata mill-anqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness IV.

Artikolu 7

1.  Sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:

(a) l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1 ippreżentati mit-Tnejn sal-Ġimgħa tal-istess ġimgħa, u jiddikjaraw jekk dawn jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4 jew le;

(b) il-kwantitajiet koperti bil-liċenzi tal-esportazzjoni maħruġa nhar l-Erbgħa ta' qabel, bl-eċċezzjoni ta' dawk maħruġa immedjatament taħt l-Artikolu 4;

(c) il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni li jkunu ġew irtirati skont l-Artikolu 3(7) matul il-ġimgħa ta' qabel.

2.  In-notifika tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tispeċifika:

(a) il-kwantità fil-piż tal-prodott għal kull kategorija msemmija fl-Artikolu 2(3);

(b) l-analiżi skont id-destinazzjoni tal-kwantità għal kull kategorija fil-każ meta r-rata tar-rifużjoni tvarja skont id-destinazzjoni;

(ċ) ir-rata tar-rifużjoni applikabbli;

(d) l-ammont totali tar-rifużjoni f'euro ffissat minn qabel għal kull kategorija ta' prodott.

3.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni fuq bażi ta' kull xahar wara l-iskadenza tal-validità tal-liċenzi tal-esportazzjoni l-kwantità ta' liċenzi tal-esportazzjoni mhux użata.

Artikolu 8

1.  Għall-bajd għat-tifqis li jaqa’ ►M1  il-kodiċijiet tan-NM 0407 11 00, 0407 19 11 u 0407 19 19 ◄ , l-operaturi għandhom jiddikjaraw, fil-waqt li jwettqu l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni, li jkunu beħsiebhom jitolbu rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

2.  Mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-esportazzjoni, l-operaturi għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti l-applikazzjoni għal- liċenza tal-esportazzjoni ex post għall-bajd għat-tifqis li jkun ġie esportat. Fil-kaxxa 20 ta l-applikazzjoni għal-liċenza u tal-liċenza, għandhom jiġu indikati l-kelmiet ex post flimkien mal-uffiċċju doganali fejn ikunu twettqu l-formalitajiet doganali, kif ukoll il-ġurnata tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 ( 6 ).

B'deroga mill-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija.

3.  L-Istati Membri għandhom lill-Kummissjoni, sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, bl-għadd ta' liċenzi tal-esportazzjoni ex post li saret applikazzjoni għalihom, matul dik il-ġimgħa, inklużi notifiki “żero”. In-notifiki għandhom jispeċifikaw, fejn applikabbli, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 7(2).

4.  Liċenzi tal-esportazzjoni ex post għandhom jinħarġu kull nhar ta' Erbgħa ta' wara, sakemm l-ebda miżura partikolari msemmija fl-Artikolu 3(4) ma tittieħed mill-Kummissjoni wara l-esportazzjoni kkonċernata. Meta jittieħdu tali miżuri, dawn għandhom japplikaw għall-esportazzjonijiet li jkunu diġà twettqu.

Din il-liċenza tagħti d-dritt għall-ħlas tar-rifużjoni applikabbli fil-ġurnata tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009.

5.  L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandux japplika għal-liċenzi ex post imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu.

Il-liċenzi għandhom jiġu ppreżentati direttament mill-parti interessata lill-aġenzija inkarigata mill-ħlas tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Din l-aġenzija għandha tattribwixxi u tittimbra l-liċenza.

Artikolu 9

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, inklużi notifiki “żero”, għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 596/2004 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I



Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (1)

Kategorija

Rata tal-garanzija

(EUR/100 kg piż nett)

040719119000

1

040711009000

040719199000

2

040721009000

040729109000

040790109000

3

(2)

(3)

040811809100

4

10

040819819100

040819899100

5

5

040891809100

6

15

040899809100

7

4

(1)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), il-parti 8.

(2)   Għad-destinazzjonijiet murija fl-Anness V.

(3)   Destinazzjonijiet oħrajn.

▼B




ANNESS II

Entrati msemmijin fl-Artikolu 2(4)

Bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕC) № 1178/2010

Bl-Ispanjol

:

Reglamento (UE) no 1178/2010

Biċ-Ċek

:

Nařízení (EU) č. 1178/2010

Bid-Daniż

:

Forordning (EU) nr. 1178/2010

Bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EU) Nr. 1178/2010

Bl-Estonjan

:

Määrus (EL) nr 1178/2010

Bil-Grieg

:

Κανονισμός (ΕE) αριθ. 1178/2010

Bl-Ingliż

:

Regulation (EU) No 1178/2010

Bil-Franċiż

:

Règlement (UE) no 1178/2010

Bit-Taljan

:

Regolamento (UE) n. 1178/2010

Bil-Latvjan

:

Regula (ES) Nr. 1178/2010

Bil-Litwan

:

Reglamentas (ES) Nr. 1178/2010

Bl-Ungeriż

:

1178/2010/EU rendelet

Bil-Malti

:

Regolament (UE) Nru 1178/2010

Bl-Olandiż

:

Verordening (EU) nr. 1178/2010

Bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (UE) nr 1178/2010

Bil-Portugiż

:

Regulamento (UE) n.o 1178/2010

Bir-Rumen

:

Regulamentul (UE) nr. 1178/2010

Bl-Islovakk

:

Nariadenie (EU) č. 1178/2010

Bl-Isloven

:

Uredba (EU) št. 1178/2010

Bil-Finlandiż

:

Asetus (EU) N:o 1178/2010

Bl-Iżvediż

:

Förordning (EU) nr 1178/2010




ANNESS III

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1)

Bil-Bulgaru

:

Лицензия, валидна пет работни дни

Bl-Ispanjol

:

Certificado válido durante cinco días hábiles

Biċ-Ċek

:

Licence platná pět pracovních dní

Bid-Daniż

:

Licens, der er gyldig i fem arbejdsdage

Bil-Ġermaniż

:

Fünf Arbeitstage gültige Lizenz

Bl-Estonjan

:

Litsents kehtib viis tööpäeva

Bil-Grieg

:

Πιστοποιητικό που ισχύει για πέντε εργάσιμες ημέρες

Bl-Ingliż

:

Licence valid for five working days

Bil-Franċiż

:

Certificat valable cinq jours ouvrables

Bit-Taljan

:

Titolo valido cinque giorni lavorativi

Bil-Latvjan

:

Licences derīguma termiņš ir piecas darba dienas

Bil-Litwan

:

Licencijos galioja penkias darbo dienas

Bl-Ungeriż

:

Öt munkanapig érvényes tanúsítvány

Bil-Malti

:

Liċenza valida għal ħamest ijiem tax-xogħol

Bl-Olandiż

:

Certificaat met een geldigheidsduur van vijf werkdagen

Bil-Pollakk

:

Pozwolenie ważne pięć dni roboczych

Bil-Portugiż

:

Certificado de exportação válido durante cinco dias úteis

Bir-Rumen

:

Licență valabilă timp de cinci zile lucrătoare

Bl-Islovakk

:

Licencia platí päť pracovných dní

Bl-Isloven

:

Dovoljenje velja 5 delovnih dni

Bil-Finlandiż

:

Todistus on voimassa viisi työpäivää

Bl-Iżvediż

:

Licensen är giltig fem arbetsdagar




ANNESS IV

Entrati msemmija fl-Artikolu 6(2)

Bil-Bulgaru

:

Възстановяване, валидно за […] тона (количество, за което е издадена лицензията).

Bl-Ispanjol

:

Restitución válida por […] toneladas (cantidad por la que se expida el certificado).

Biċ-Ċek

:

Náhrada platná pro […] tun (množství, pro které je licence vydána).

Bid-Daniż

:

Restitutionen omfatter […] t (den mængde, licensen vedrører).

Bil-Ġermaniż

:

Erstattung gültig für […] Tonnen (Menge, für welche die Lizenz ausgestellt wurde).

Bl-Estonjan

:

Náhrada platná pro […] tun (množství, pro které je licence vydána).

Bil-Grieg

:

Επιστροφή ισχύουσα για […] τόνους (ποσότητα για την οποία έχει εκδοθεί το πιστοποιητικό).

Bl-Ingliż

:

Refund valid for […] tonnes (quantity for which the licence is issued).

Bil-Franċiż

:

Restitution valable pour […] tonnes (quantité pour laquelle le certificat est délivré).

Bit-Taljan

:

Restituzione valida per […] t (quantitativo per il quale il titolo è rilasciato).

Bil-Latvjan

:

Kompensācija ir spēkā attiecībā uz […] tonnām (daudzums par kuru ir izsniegta licence).

Bil-Litwan

:

Grąžinamoji išmoka galioja […] tonoms (kiekis, kuriam išduota licencija).

Bl-Ungeriż

:

A visszatérítés […] tonnára érvényes (azt a mennyiséget kell feltüntetni, amelyre az engedélyt kiadták).

Bil- Malti

:

Rifużjoni valida għal […] tunnellati (kwantità li għaliha tinħareġ il-liċenza).

Bl-Olandiż

:

Restitutie geldig voor […] ton (hoeveelheid waarvoor het certificaat wordt afgegeven).

Bil-Pollakk

:

Refundacja ważna dla […] ton (ilość, dla której zostało wydane pozwolenie).

Bil-Portugiż

:

Restituição válida para […] toneladas (quantidade relativamente à qual é emitido o certificado).

Bir-Rumen

:

Restituire valabilă pentru […] tone (cantitatea pentru care a fost eliberată licența).

Bl-Islovakk

:

Náhrada je platná pre […] ton (množstvo, pre ktoré bolo vydané povolenie).

Bl-Isloven

:

Nadomestilo velja za […] ton (količina, za katero je bilo dovoljenje izdano).

Bil-Finlandiż

:

Tuki on voimassa […] tonnille (määrä, jolle todistus on myönnetty).

Bl-Iżvediż

:

Ger rätt till exportbidrag för (…) ton (den kvantitet för vilken licensen utfärdats).




ANNESS V

Il-Baħrejn

L-Eġittu

Hong Kong

Il-Ġappun

Il-Kuwajt

Il-Malasja

L-Oman

Il-Filippini

Il-Qatar

Ir-Russja

Il-Korea t’Isfel

It-Tajwan

It-Tajlandja

L-Emirati Għarab Magħquda

Il-Jemen




ANNESS VI



Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 596/2004

(ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1475/2004

(ĠU L 271, 19.8.2004, p. 31)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006

(ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11)

L-Artikolu 14 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2010

(ĠU L 159, 25.6.2010, p. 13)

L-Artikolu 2 biss




ANNESS VII



Tabella ta' Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 596/2004

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 2(4), il-kliem introduttorju

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(4), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż

Anness II

Artikolu 3(1) sa (4)

Artikolu 3(1) sa (4)

Artikolu 3(4a)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(8)

Artikoli 4 u 5

Artikolu 4 u 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(2), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż

Anness IV

Artikoli 7 u 8

Artikoli 7 u 8

Artikolu 8a

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Anness I

Anness I

Anness Ia

Anness III

Anness III

Anness V

Anness IV

Anness V

Anness VI

Anness VII



( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

( 2 ) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33.

( 3 ) Ara l-Anness VI.

( 4 ) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

( 5 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

( 6 ) ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.

Top