EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010D0017(01)-20220330
Decision of the European Central Bank of 14 October 2010 concerning the administration of the borrowing and lending operations concluded by the Union under the European financial stabilisation mechanism (ECB/2010/17) (2010/624/EU)
Consolidated text: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (BĊE/2010/17) (2010/624/UE)
Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (BĊE/2010/17) (2010/624/UE)
02010D0017(01) — MT — 30.03.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (BĊE/2010/17) (ĠU L 275 20.10.2010, p. 10) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2022/485 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-17 ta’ Marzu 2022 |
L 98 |
108 |
25.3.2022 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta’ Ottubru 2010
dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja
(BĊE/2010/17)
(2010/624/UE)
Artikolu 1
Il-BĊE għandu jwettaq id-dmirijiet b’rabta mal-amministrazzjoni tas-self, u għandu jagħmel ħlasijiet marbutin mal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 407/2010.
Artikolu 2
Il-BĊE għandu, fuq talba tal-Kummissjoni, jiftaħ kontijiet f’isem il-Kummissjoni u, fuq talba ta’ bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru benefiċjarju, jiftaħ kontijiet f’isem dan il-bank ċentrali nazzjonali.
Artikolu 3
Il-kontijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 għandhom jintużaw sabiex jiġu pproċessati ħlasijiet b’rabta mal-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja għall-benefiċċju ta’ Stati Membri.
Artikolu 4
Il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jiġu rremunerati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) ( 1 ).
Artikolu 5
Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji sabiex jagħti effett lil din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
( 1 ) Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).