EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010A0204(01)-20210228

Consolidated text: Ftehim monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

02010A0204(01) — MT — 28.02.2021 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

FTEHIM MONETARJU

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

(ĠU C 028 4.2.2010, p. 13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-2 ta’ Lulju 2012

  L 174

24

4.7.2012

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta’ Marzu 2014 2014/C 73/06

  C 73

29

12.3.2014

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/767 tat-12 ta' Mejju 2015

  L 120

58

13.5.2015

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/255 tat-23 ta' Frar 2016

  L 47

10

24.2.2016

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/124 tal-24 ta' Jannar 2017

  L 19

64

25.1.2017

 M6

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/495 tat-22 ta' Marzu 2018

  L 81

77

23.3.2018

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/511 tas-26 ta' Marzu 2019

  L 85

24

27.3.2019

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/109 tat-23 ta’ Jannar 2020

  L 19

36

24.1.2020

►M9

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/143 tal-5 ta’ Frar 2021

  L 43

18

8.2.2021




▼B

FTEHIM MONETARJU

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

2010/C 28/05



L-UNJONI EWROPEA, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Italja

u

L-ISTAT TAL-BELT TAL-VATIKAN, irrapreżentat mis-Santa Sede fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3 tat-Trattat Lateran,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Jannar 1999, l-euro ħa post il-munita ta’ kull Stat Membru li pparteċipa fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u fost dawn, l-Italja, b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998.

(2)

Qabel il-ħolqien tal-euro, l-Italja u l-Istat Belt tal-Vatikan kienu marbuta flimkien permezz ta’ ftehimiet bilaterali dwar kwistjonijiet monetarji, u b’mod partikolari l-Convenzione monetaria tra la Repubblica Italiana e lo Stato della Città del Vaticano, li ġiet konkluża fit-3 ta’ Diċembru 1991.

(3)

Id-Dikjarazzjoni Nru 6 annessa mal-Att Finali tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tgħid li l-Komunità għandha tiffaċilita l-innegozjar mill-ġdid tal-arranġamenti eżistenti mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan skont kif jista’ jkun meħtieġ b’konsegwenza tal-introduzzjoni tal-munita unika.

(4)

Il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mir-Repubblika tal-Italja b’assoċjazzjoni mal-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew, fid-29 ta’ Diċembru 2000 ikkonkludiet Ftehim Monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

(5)

Skont dan il-Ftehim Monetarju, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan juża l-euro bħala l-munita uffiċjali tiegħu u jagħti status ta’ valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro. Għandu jiżgura li r-regoli tal-UE dwar il-karti u l-muniti tad-denominazzjoni tal-euro – inklużi dawk marbutin mal-ħarsien tiegħu kontra l-iffalsifikar – ikunu applikabbli fit-territorju tiegħu.

(6)

Dan il-ftehim ma jimponi ebda obbligu fuq il-BĊE u fuq il-Banek Ċentrali nazzjonali li jinkludu l-istrumenti finanzjarji tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan fil-lista(i) tat-titoli li huma eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.

(7)

Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, tar-Repubblika tal-Italja, tal-Kummissjoni u tal-BĊE għandu jkun imwaqqaf biex jistudja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim; biex jiddeċiedi dwar il-limitu tal-ħruġ tal-muniti; biex jistudja jekk huwiex biżżejjed il-proporzjon minimu ta’ muniti li jkunu se jinħarġu b’valur nominali; u biex jivvaluta l-miżuri li ttieħdu mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan biex jimplimenta l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

(8)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun il-korp ġudizzjarju inkarigat mis-soluzzjoni tat-tilwim li jista’ jinqala’ mill-applikazzjoni tal-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:



Artikolu 1

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jkun intitolat li juża l-euro bħala munita uffiċjali tiegħu b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 1103/97 u (KE) Nru 974/98. L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jagħti status ta’ valuta legali lill-karti u l-muniti tal-euro.

Artikolu 2

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan ma għandux joħroġ xi karti, muniti jew sostituti tal-flus ta’ ebda tip sakemm il-kundizzjonijiet għal dan il-ħruġ ma jkunux miftehma mal-Unjoni Ewropea. Il-kundizzjonijiet biex jinħarġu l-muniti tal-euro mill-1 ta’ Jannar 2010 qegħdin stipulati fl-Artikoli li ġejjin.

Artikolu 3

1.  

Il-limitu annwali (f’terminu ta’ valur) għall-ħruġ tal-muniti tal-euro mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jiġi kkalkulat mill-Kumitat Konġunt imwaqqaf mill-ftehim preżenti bħala t-total ta’:

— 
parti fissa, li l-ammont ta’ bidu tagħha fl-2010 huwa ffissat għal EUR 2 300 000 . Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi l-parti fissa kull sena bil-għan li jqis kemm l-inflazzjoni – abbażi l-inflazzjoni HICP tal-Italja fis-sena n-1 - u l-evoluzzjonijiet sinifikanti possibbli li jaffettwaw is-suq tal-kollezzjonisti tal-muniti tal-euro,
— 
parti varjabbli, li tikkorrispondi għall-ħruġ medju per capita ta’ muniti tar-Repubblika tal-Italja fis-sena n-1 immultiplikat bin-numru ta’ abitanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan.
2.  
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan jista’ wkoll joħroġ munita speċjali kommemorattiva u/jew muniti għall-kollezzjonisti fis-snin li fihom is-Santa Sede tkun vojta. Fil-każ li din il-ħarġa speċjali ttella’ l-ħruġ ġenerali ‘l fuq mil-limitu stipulat fil-paragrafu 1, il-valur ta’ din il-ħarġa jiġi meqjus għall-użu tal-parti li jkun fadal mil-limitu tas-sena ta’ qabel u/jew ikun imnaqqas mil-limitu tas-sena li tkun ġejja.

Artikolu 4

1.  
Il-muniti tal-euro maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom ikunu identiċi għal dawk maħruġin mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li adottaw l-euro fejn jikkonċerna l-valur nominali, l-istatus ta’ valuta legali, il-karatteristiċi tekniċi, u artistiċi tal-wiċċ komuni u l-karatteristiċi artistiċi komuni tal-wiċċ nazzjonali.
2.  
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jikkomunika minn qabel l-abbozzi tal-uċuħ nazzjonali tal-muniti euro tiegħu lill-Kummissjoni, li trid tivverifika l-konformità tagħhom mar-regoli tal-UE.

Artikolu 5

1.  
Il-muniti tal-euro maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom jiġu stampati mill-Istituto Poligrafico e Zecca dello Stato tar-Repubblika tal-Italja.
2.  
B’deroga għall-paragrafu 1, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan jista jqabbad Zekka tal-UE biex tistampa l-muniti tal-euro flok dik imsemmija fil-paragrafu 1, bi qbil mal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 6

1.  
B’konformità mal-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-volum tal-muniti tal-euro maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jiżdied mal-volum tal-muniti maħruġin mill-Italja għall-għan tal-approvazzjoni tal-volum totali tal-ħruġ ta’ dak l-Istat Membru mill-BĊE.
2.  
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu javża lir-Repubblika tal-Italja, mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena, dwar il-volum u l-valur nominali tal-muniti tal-euro li jkun biħsiebu joħroġ fis-sena li tkun ġejja. Għandu javża wkoll lill-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ maħsubin għal dawn il-muniti.
3.  
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għas-sena 2010 mal-firma ta’ dan il-Ftehim.
4.  
Bla ħsara għall-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu joħroġ fiċ-ċirkolazzjoni b’valur nominali mill-inqas 51 % tal-muniti tal-euro maħruġin kull sena. Il-Kumitat Konġunt kull ħames snin għandu jeżamina jekk huwiex xieraq il-proporzjon minimu ta’ muniti li għandhom jiġu introdotti b’valur nominali u jista’ jiddeċiedi li jżidu.

Artikolu 7

1.  
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan jista’ joħroġ il-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti. Dawn għandhom ikunu inklużi mal-limitu annwali msemmi fl-Artikolu 3. Il-ħruġ ta’ muniti tal-euro għall-kollezzjonisti mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jsir skont il-linji gwida tal-UE stipulati għall-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti, li, inter alia, jeħtieġu l-adozzjoni ta’ karatteristiċi tekniċi u artistiċi u denominazzjonijiet li juru d-differenza bejn il-muniti tal-euro maħruġin għall-kollezzjoni u l-muniti tal-euro li huma maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni.
2.  
Muniti għall-kollezzjonisti maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan mhumiex se jkunu ta’ valuta legali fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

1.  

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jidħol risponsabbli li jadotta l-miżuri kollha xierqa, permezz ta’ traspożizzjonijiet diretti jew azzjonijiet possibbilment ekwivalenti, bil-għan li jimplimenta l-atti u r-regoli ġuridiċi tal-UE elenkati fl-Anness ma’ dan il-Ftehim, fl-oqsma ta’:

(a) 

il-karti u l-muniti tal-euro;

(b) 

il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ pagament kemm ta’ flus kontanti kif ukoll mezzi oħra, ta’ medalji u towkins u rekwiżiti tar-rapportaġġ tal-istatistika.

Jekk u meta jinħalaq settur bankarju fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-lista tal-atti u r-regoli ġudizzjarji fl-Anness għandhom ikunu estiżi bil-għan li jinkludu l-liġi bankarja u finanzjarja tal-UE u l-atti u r-regoli ġudizzjarji rilevanti tal-BĊE, b’mod partikolari dwar ir-rekwiżiti tar-rapportaġġ tal-istatistika.

2.  
L-atti u r-regoli ġudizzjarji msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu implimentati mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan b’konformità mal-limiti taż-żmien speċifikati fl-Anness.
3.  
L-Anness għandu jiġi emendat kull sena mill-Kummissjoni bil-għan li jitqiesu dejjem l-atti u r-regoli ġudizzjarji ġodda rilevanti tal-UE, kif ukoll l-emendi għal dawk li diġà jeżistu. Wara li jsir dan, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi limiti ta’ żmien xierqa u raġonevoli għall-implimentazzjoni mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan tal-atti u r-regoli ġudizzjarji ġodda miżjudin mal-Anness.
4.  
L-Anness aġġornat għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

L-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan jistgħu jkollhom aċċess għas-sistemi ta’ sald u ħlas interbankarji u tat-titoli fiż-żona tal-euro skont termini u kundizzjonijiet xierqa deċiżi mill-Bank tal-Italja, bi qbil mal-BĊE.

Artikolu 10

1.  
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun il-ġuriżdizzjoni esklużiva li jkollha l-kompetenza li tiddeċiedi kull tilwima dewwiema bejn il-partijiet li tista’ tinqala’ mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u li ma tkunx setgħet tiġi solvuta fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
2.  
Jekk l-Unjoni Ewropea (li tkun qed taġixxi fuq rakkomandazzjoni tad-delegazzjoni tal-UE fil-Kumitat Konġunt) jew l-Istat tal-Belt tal-Vatikan jikkunsidra li l-Parti l-oħra ma tkunx issodisfat xi obbligu skont dan il-Ftehim, din tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sentenza tal-Qorti għandha torbot lill-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza f’perjodu ta’ żmien li għandu jiġi deċiż mill-Qorti fis-sentenza tagħha.
3.  
Fil-każ li l-Unjoni Ewropea jew l-Istat tal-Belt tal-Vatikan jonqos milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mas-sentenza tul il-perjodu, il-Parti l-oħra tista’ ttemm minnufih il-Ftehim.

Artikolu 11

1.  
Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt. Dan għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u tal-Unjoni Ewropea. Id-delegazzjoni tal-UE għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Repubblika tal-Italja flimkien mar-rappreżentanti tal-BĊE. Id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għandha tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tagħha permezz ta’ kunsens.
2.  
Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena. Il-Presidenza għandha tgħaddi minn sena għall-oħra bejn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea għal rappreżentant tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u viċeversa. Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod unanimu.
3.  
Il-Kumitat Konġunt għandu jaqsam l-opinjonijiet u l-informazzjoni u jieħu d-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 3, 6 u 8. Għandu jistudja l-miżuri meħudin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan u jagħmel ħiltu biex isolvi kull tilwim potenzjali li jista’ jinqala’ minħabba l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
4.  
L-Unjoni Ewropea se tkun l-ewwel li tippresjedi fuq il-Kumitat Konġunt mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kif stipulat fl-Artikolu 13.

Artikolu 12

Mingħar ħsara għall-Artikolu 10.3, kull Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim b’avviż ta’ sena minn qabel.

Artikolu 13

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 14

Il-Ftehim Monetarju tad-29 ta’ Diċembru 2000 għandu jiġi rrevokat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Referenzi għall-Ftehim tad-29 ta’ Diċembru 2000 għandhom jiġu mifhuma li jirreferu għall-Ftehim preżenti.

▼M9

ANNESS



 

Dispożizzjonijiet Legali li jridu jiġu implimentati

L-iskadenza tal-implementazzjoni

 

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

 

1

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta’ Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1)

 

2

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39)

Il-31 ta’ Diċembru 2016(2)

3

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2017(3)

4

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)

Il-31 ta’ Diċembru 2017(3)

 

Emendata bi:

 

5

Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43).

Il-31 ta’ Marzu 2020(6)

 

Issupplimentata bi:

 

6

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2017(5)

7

Emendat bi:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/105 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fir-rigward taż-żieda tal-Etjopja mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 19, 24.1.2018, p. 1)

Il-31 ta’ Marzu 2019(6)

8

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-Tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 41, 14.2.2018, p. 4)

Il-31 ta’ Marzu 2019(6)

9

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1467 tas-27 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Pakistan mat-Tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 246, 2.10.2018, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2020(7)

10

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 4)

Il-31 ta’ Diċembru 2020(7)

11

Ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 6)

Il-31 ta’ Diċembru 2021(7)

12

Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22)

Il-31 ta’ Diċembru 2021(7)

13

Id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 122)

Il-31 ta’ Diċembru 2023(8)

 

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

 

14

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

Il-31 ta’ Diċembru 2010

 

Emendat bi:

 

15

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

 

16

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2010

 

Emendat bi:

 

17

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5)

 

18

Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2016(2)

19

Id-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI (ĠU L 123, 10.5.2019, p. 18)

Il-31 ta’ Diċembru 2021(7)

 

Regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro

 

20

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro

Il-31 ta’ Diċembru 2010

21

Il-Linja gwida BĊE/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (2003/206/KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 004 p. 291-293).

Il-31 ta’ Diċembru 2010

 

Emendata bi:

 

22

Il-Linja gwida BĊE/2013/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 li temenda l-Linja gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (2013/212/UE) (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43)

Il-31 ta’ Diċembru 2014(1)

23

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro 2010/597/UE) (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2012

 

Emendata bi:

 

24

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (2012/507/UE) (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19)

Il-31 ta’ Diċembru 2013(1)

25

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/2195 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/39) (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 91)

Il-31 ta’ Diċembru 2021(8)

26

Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2012

27

Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135)

Il-31 ta’ Diċembru 2013(1)

28

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (2013/211/UE) (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37)

Il-31 ta’ Diċembru 2014(1)

 

Emendata bi:

 

29

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/669 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, speċifikazzjonijiet, riproduzzjoni, skambju u rtirar ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/9) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 6)

Il-31 ta’ Diċembru 2020(7)

30

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Riformulazzjoni) (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2013(2)

It-Taqsima tal-Anness tal-Ftehim Monetarju f’konformità mal-Ftehim ad hoc tal-Kumitat Konġunt dwar talba mis-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan dwar l-inklużjoni ta’ regoli rilevanti applikabbli għal entitajiet li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali



 

Il-partijiet rilevanti tal-istrumenti legali li ġejjin

L-iskadenza tal-implementazzjoni

31

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2016(2)

 

Emendata bi:

 

32

Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28)

 

33

Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16)

 

34

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1)

 

35

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

Il-31 ta’ Diċembru 2017(2)

36

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1) u l-miżuri ta’ livell 2 relatati, kif xieraq

Il-31 ta’ Diċembru 2017(2)

 

Emendat bi:

 

37

Ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ arranġamenti transizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta’ ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta’ kwalunkwe Stat Membru (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27)

It-30 ta’ Ġunju 2019(6)

38

Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1).

Il-31 ta’ Marzu 2020(6)

39

Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 4)

Il-31 ta’ Diċembru 2020(7)

40

Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).

Il-31 ta’ Diċembru 2023(8)

41

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1) u l-miżuri relatati tal-livell 2 kif xieraq

It-30 ta’ Settembru 2018(4)

 

Emendat bi:

 

42

Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1)

It-30 ta’ Settembru 2018(5)

43

Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 179)

It-30 ta’ Settembru 2018(4)

 

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika (*1)

 

44

Il-Linja gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (2014/3/UE) (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34)

Il-31 ta’ Diċembru 2016(2)

 

Emendata bi:

 

45

Il-Linja gwida (UE) 2016/66 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2015 li temenda l-Linja gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta’ rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2015/40) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 36)

Il-31 ta’ Marzu 2017(4)

46

Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2016(2)

 

Emendat bi:

 

47

Ir-Regolament (UE) Nru 1375/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (BĊE/2014/51)(ĠU L 366, 20.12.2014, p. 77)

 

48

Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51)

Il-31 ta’ Diċembru 2016(2)

 

Emendat bi:

 

49

Ir-Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30) (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 14)

 

50

Il-Linja gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (riformulazzjoni) (2014/810/UE) (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2016(2)

 

Emendata bi:

 

51

Il-Linja gwida (UE) 2015/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2014 li temenda l-Linja gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/43) (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 82)

 

52

Il-Linja gwida (UE) 2016/450 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Linja gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2015/44) (ĠU L 86, 1.4.2016, p. 42)

Il-31 ta’ Marzu 2017(4)

53

Il-Linja gwida (UE) 2017/148 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2016 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2016/45) (ĠU L 26, 31.1.2017, p. 1)

L-1 ta’ Novembru 2017(5)

54

Il-Linja Gwida (UE) 2018/877 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2018/17) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 22)

L-1 ta’ Ottubru 2019(6)

55

Il-Linja Gwida (UE) 2019/1386 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2019/18) (ĠU L 232, 6.9.2019, p. 1)

Il-31 ta’ Diċembru 2020(8)

(*1)   

Kif miftiehem skont il-mudell dwar ir-rappurtar statistiku ssimplifikat.

(1) Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2013.

(2) Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2014.

(3) Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2015.

(4) Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2016.

(5) Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2017.

(6) Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2018.

(7) Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2019.

(8) Dawn l-iskadenzi ġew miftiehma mill-Kumitat Konġunt tal-2020.

Top