EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R1221-20170918

Consolidated text: Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1221/2017-09-18

02009R1221 — MT — 18.09.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (KE) 1221/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2009

dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE

(ĠU L 342 22.12.2009, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1505 tat-28 ta' Awwissu 2017

  L 222

1

29.8.2017




▼B

REGOLAMENT (KE) 1221/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2009

dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

B’dan hija stabbilita skema Komunitarja għall-ġestjoni u l-verifika ambjentali, minn hawn ‘l quddiem imsejħa “EMAS”, li tippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet li jinsabu fil-Komunità jew barra minnha.

L-għan tal-EMAS, bħala strument importanti tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli, huwa l-promozzjoni ta’ titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni ambjentali mill-organizzazzjonijiet, l-evalwazzjoni sistematika, oġġettiva u perjodika tal-prestazzjoni ta’ sistemi bħal dawn, l-għoti ta’ informazzjoni dwar prestazzjoni ambjentali, djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma’ partijiet interessati oħra u involviment attiv tal-impjegati f’organizzazzjonijiet u f’taħriġ xieraq.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “politika ambjentali” tfisser l-intenzjonijiet u d-direzzjoni globali ta’ organizzazzjoni marbuta mal-prestazzjoni ambjentali tagħha kif imfissra b’mod formali mill-maniġment fi skala għolja, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, rilevanti għall-ambjent u wkoll impenn għal titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali. Din tipprovdi qafas għall-azzjoni u għat-tfassil ta’ objettivi u miri ambjentali;

(2) “prestazzjoni ambjentali” tfisser ir-riżultati li jistgħu jitkejlu tal-ġestjoni ta’ organizzazzjoni tal-aspetti ambjentali tagħha;

(3) “konformità ġuridika” tfisser implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, inkluż il-kondizzjonijiet għall-permessi, fir-rigward tal-ambjent;

(4) “aspett ambjentali” tfisser element tal-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni li għandu jew li jista’ jkollu impatt fuq l-ambjent;

(5) “aspett ambjentali sinifikattiv” tfisser aspett ambjentali li għandu jew li jista’ jkollu impatt ambjentali sinifikattiv;

(6) “aspett ambjentali dirett” tfisser aspett ambjentali assoċjat ma’ attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom hija għandha kontroll dirett tal-ġestjoni;

(7) “aspett ambjentali indirett” tfisser aspett ambjentali li jista’ jirriżulta mill-interazzjoni ta’ organizzazzjoni ma’ partijiet terzi u li jista’ jiġi influwenzat sa livell raġonevoli mill-organizzazzjoni;

(8) “impatt ambjentali” tfisser kwalunkwe bidla fl-ambjent, kemm jekk ta’ ħsara kif ukoll jekk benefiċjali, li tirriżulta kompletament jew parzjalment mill-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni;

(9) “reviżjoni ambjentali” tfisser analiżi komprensiva inizjali tal-aspetti ambjentali, l-impatti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali relatati mal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi ta’organizzazzjoni;

(10) “programm ambjentali” tfisser deskrizzjoni tal-miżuri, ir-responsabbiltajiet u l-mezzi meħuda jew previsti sabiex jinkisbu l-objettivi u l-miri ambjentali u l-iskadenzi għall-ksib tal-objettivi u l-miri ambjentali;

(11) “objettiv ambjentali” tfisser mira ambjentali globali, li tirriżulta mill-politika ambjentali, li organizzazzjoni tiffissa għaliha nnifisha li tikseb, u li hija kkwantifikata fejn prattikabbli;

(12) “mira ambjentali” tfisser rekwiżit dettaljat ta’ prestazzjoni, li jirriżulta mill-objettivi ambjentali, applikabbli għal organizzazzjoni jew għal partijiet minnha, u li jeħtieġ li jiġi stabbilit u milħuq sabiex jinkisbu dawk l-objettivi;

(13) “sistema ta’ ġestjoni ambjentali” tfisser il-parti tas-sistema ta’ ġestjoni globali li tinkludi l-istruttura organizzattiva, l-attivitajiet ta’ ppjanar, ir-responsabbiltajiet, il-prassi, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ksib, ir-reviżjoni u ż-żamma tal-politika ambjentali u l-ġestjoni tal-aspetti ambjentali;

(14) “l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali” tfisser l-aktar sistema effettiva ta’ ġestjoni ambjentali li tista’ tiġi implimentata minn organizzazzjonijiet f’settur rilevanti u li tista’ tirriżulta fl-aqwa prestazzjoni ambjentali f’kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi partikolari;

(15) “bidla sostanzjali” tfisser kwalunkwe bidla fl-operat, l-istruttura, l-amministrazzjoni, il-proċessi, l-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni li jkollhom jew jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sistema ta’ ġestjoni tal-ambjent tal-organizzazzjoni, l-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem;

(16) “verifika ambjentali interna” tfisser evalwazzjoni sistematika, dokumentata, perjodika u oġġettiva tal-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni, is-sistema u l-proċessi ta’ ġestjoni mfasslin biex iħarsu l-ambjent;

(17) “awditur” tfisser individwu jew grupp ta’ individwi, li jappartjeni għal organizzazzjoni nnifisha jew persuna fiżika jew ġuridika minn barra l-organizzazzjoni, li taġixxi f’isem dik l-organizzazzjoni, li twettaq valutazzjoni, b’mod partikolari, tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali fis-seħħ u li tiddetermina l-konformità mal-politika ambjentali u l-programm tal-organizzazzjoni, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal- ambjent;

(18) “dikjarazzjoni ambjentali” tfisser l-informazzjoni komprensiva għall-pubbliku u partijiet interessati oħrajn rigward:

(a) l-istruttura u l-attivitajiet ta’ organizzazzjoni;

(b) il-politika ambjentali u s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha;

(c) l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħha;

(d) il-programm, l-objettivi u l-miri ambjentali tagħha;

(e) il-prestazzjoni ambjentali u l-konformità ma’ obbligi ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent kif stipulat fl-Anness IV;

(19) “dikjarazzjoni ambjentali aġġornata” tfisser l-informazzjoni komprensiva għall-pubbliku u partijiet interessati oħra li fiha aġġornamenti tad-dikjarazzjoni ambjentali li ġiet ivvalidata l-aħħar, fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u l-konformità tagħha mal-obbligi ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent kif stipulat fl-Anness IV;

(20) “verifikatur ambjentali” tfisser

(a) korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif definit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp li jkun kiseb l-akkreditazzjoni skont dan ir-Regolament; jew

(b) kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp ta’ persuni bħal dawn li tkun kisbet liċenzja biex tagħmel verifika u validazzjoni skont dan ir-Regolament;

(21) “organizzazzjoni” tfisser kumpannija, korporazzjoni, ditta, intrapriża, awtorità jew istituzzjoni, li tinsab ġewwa jew barra l-Komunità, jew parti jew kombinazzjoni minnha, kemm jekk inkorporata kif ukoll jekk le, pubblika jew privata li jkollha l-funzjonijiet u amministrazzjoni tagħha stess;

(22) “sit” tfisser lokalità ġeografika distinta taħt il-kontroll tal-ġestjoni ta’ organizzazzjoni li tkopri l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, inklużi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha; sit huwa l-iżgħar entità li għandha tiġi kkunsidrata għar-reġistrazzjoni;

(23) “cluster” tfisser grupp ta’ organizzazzjonijiet indipendenti relatati ma’ xulxin permezz ta’ prossimità ġeografika jew attivitajiet ta’ negozju li konġuntament jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali;

(24) “verifika” tfisser il-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur ambjentali biex jintwera jekk ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u l- verifika ambjentali interna ta’ organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(25) “validazzjoni” tfisser il-konferma mill-verifikatur ambjentali li jkun wettaq il-verifika, li l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni u l-aġġornament ambjentali tagħha jkunu affidabbli, kredibbli u korretti u li din id-data, ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, u l-verifika ambjentali interna jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(26) “awtoritajiet ta’ infurzar” tfisser l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif identifikati mill-Istati Membri biex jidentifikaw, jipprevjenu u jinvestigaw ksur tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent, u fejn meħtieġ, jieħdu azzjoni ta’ infurzar;

(27) “indikatur ta’ prestazzjoni ambjentali” tfisser espressjoni speċifika li tippermetti l-kejl tal-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni;

(28) “organizzazzjonijiet żgħar” tfisser:

(a) intrapriżi mikro, żgħar jew ta’ daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju ( 1 ); jew

(b) awtoritajiet lokali li jiggvernaw inqas minn 10 000 abitant jew awtoritajiet pubbliċi oħra li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li jkollhom baġit annwali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun, jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx EUR 43 miljun, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(i) gvern jew amministrazzjoni pubblika oħra, jew korpi pubbliċi konsultattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali;

(ii) persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi nazzjonali, inklużi dmiritjiet, attivitajiet jew servizzi speċifiċi relatati mal-ambjent; u

(iii) persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi, jew li jipprovdu servizzi pubbliċi, relatati mal-ambjent taħt il-kontroll ta’ korp jew persuna msemmija fil-punt (b).

(29) “reġistrazzjoni korporattiva” tfisser reġistrazzjoni unika tas-siti kollha jew ta’ xi wħud mis-siti ta’ organizzazzjoni b’siti li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiżi terzi;

(30) “Korp ta’ Akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni maħtur skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li huwa responsabbli għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali.

(31) “Korp ta’ Liċenzjar” tfisser korp maħtur b’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li huwa responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji lil, u għas-sorveljanza ta, l-verifikaturi ambjentali.



KAPITOLU II

REĠISTRAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET

Artikolu 3

Determinazzjoni ta’ Korp Kompetenti

1.  L-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet fi Stat Membru għandhom jitressqu lill-Korp Kompetenti f’dak l-Istat Membru.

2.  Organizzazzjoni b’siti li jinsabu fi Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar tista’ tapplika għal reġistrazzjoni korporattiva unika tas-siti kollha jew ta’ xi wħud minn dawk is-siti.

L-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni korporattiva unika għandhom isiru lil Korp Kompetenti tal-Istat Membru li fih jinsabu l-kwartieri ġenerali jew iċ-ċentru ta’ ġestjoni magħżul mill-organizzazzjoni għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

3.  Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet barra l-Komunità, inkluża r-reġistrazzjoni korporattiva li jikkonsistu f’siti lokalizzati barra l-Komunità, għandhom isiru lil kwalunkwe Korp Kompetenti f’dawk l-Istati Membri li jipprovdu għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn barra l-Komunità skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1).

Dawk l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-verifikatur ambjentali li jagħmel il-verifika u li jivvalida s-sitema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jkun akkreditat u liċenzjat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għar-reġistrazzjoni.

Artikolu 4

Tħejjija għar-reġistrazzjoni

1.  L-organizzazzjonijiet li jkunu jixtiequ jirreġistraw għall-ewwel darba għandhom:

(a) iwettqu reviżjoni ambjentali tal-aspetti ambjentali kollha tal-organizzazzjoni skont il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Anness I u fil-punt A.3.1 tal-Anness II;

(b) fid-dawl tar-riżultati tar-reviżjoni ambjentali, jiżviluppaw u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali li tkopri r-rekwiżiti kollha msemmija fl-Anness II, u, fejn din tkun disponibbli, billi jqisu l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali għas-settur rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 46(1)(a);

(c) iwettqu verifika interna skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt A.5.5 tal-Anness II u l-Anness III;

(d) jippreparaw diskjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV. Meta dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmija fl-Artikolu 46 ikunu disponibbli għas-settur speċifiku, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandha tieħu kont tad-dokument rilevanti.

2.  L-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw l-assistenza msemmija fl-Artikolu 32 li tkun disponibbli fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għar-reġistrazzjoni.

3.  L-organizzazzjonijiet li jkollhom sistema ċċertifikata ta’ ġestjoni ambjentali, rikonoxxuta skont l-Artikolu 45(4), m’għandhomx ikunu obbligati jwettqu dawk il-partijiet li ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament.

4.  L-organizzazzjonijiet għandhom jipprovdu evidenza materjali jew dokumentarja li turi li mhemmm l-ebda evidenza ta’ ksur ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

L-organizzazzjonijiet jistgħu jitolbu informazzjoni mill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti għall-infurzar, skont l-Artikolu 32 jew il-verifikatur ambjentali.

L-organizzazzjonijiet barra l-Komunità għandhom jirriferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent, li jkunu applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikunu bi ħsiebhom jippreżentaw l-applikazzjoni.

Meta dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmija fl-Artikolu 46 ikunu disponibbli għas-settur speċifiku, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandha tieħu kont tad-dokument rilevanti.

5.  Ir-reviżjoni ambjentali inizjali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-proċedura ta’ verifika u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu vverifikati minn verifikatur ambjentali akkreditat u d-dikjarazzjoni ambjentali għandha tiġi ivvalidata minn dak il-verifikatur.

Artikolu 5

Applikazzjoni għal reġistrazzjoni

1.  Kwalunkwe organizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 4 tista’ tapplika għal reġistrazzjoni.

2.  L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha ssir lill-Korp Kompetenti determinat skont l-Artikolu 3 u għandha tinkludi dan li ġej:

(a) id-dikjarazzjoni ambjentali validata, f’forma elettronika jew stampata;

(b) id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9), iffirmata mill-verifikatur ambjentali li jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali;

(c) formola mimlija, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima kif imniżżel fl-Anness VI;

(d) prova tal-ħlas tat-tariffi, jekk applikabbli.

3.  L-applikazzjoni għandha tinkiteb bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni.



KAPITOLU III

OBBLIGI TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET REĠISTRATI

Artikolu 6

Tiġdid tar-reġistrazzjoni fl-EMAS

1.  Organizzazzjoni reġistrata għandha, fuq bażi triennali mill-inqas:

(a) twettaq verifika tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali sħiħa u l-programm ta’ verifika u l-implimentazzjoni tagħhom,

(b) taġġorna d-dikjarazzjoni ambjentali skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV u tara li tkun ivvalidata minn verifikatur ambjentali,

(c) tressaq id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata lill-Korp Kompetenti,

(d) tressaq quddiem il-Korp Kompetenti, formola mimlija li tinkludi mill-inqas informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI,

(e) tħallas miżata għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni lill-Korp Kompetenti, jekk applikabbli.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, fis-snin li jintervjenu, organizzazzjoni rreġistrata għandha:

(a) skont il-programm ta’ verifika, twettaq verifika interna tal-prestazzjoni ambjentali tagħha u tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent, skont l-Anness III,

(b) tħejji dikjarazzjoni ambjentali aġġornata skont ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Anness IV u tara li tkun ivvalidata minn verifikatur ambjentali,

(c) tibgħat id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata vvalidata lill-Korp Kompetenti,

(d) tibgħat lill-Korp Kompetenti, formola mimlija li tinkludi mill-inqas informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI,

(e) tħallas miżata għaż-żamma tar-reġistrazzjoni lill-Korp Kompetenti, jekk applikabbli.

3.  L-organizzazzjonijiet reġistrati għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom u l-aġġornamenti tagħha aċċessibbli għall-pubbliku fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni u għal xahar wara li jkun ikkompletat it-tiġdid tar-reġistrazzjoni.

L-organizzazzjonijiet reġistrati jistgħu jissodisfaw dak ir-rekwiżit billi jipprovdu aċċess għad-dikjarazzjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata meta dan jintalab, inkella billi joħolqu links fuq siti tal-Internet, li permezz tagħhom jista’ jinkiseb aċċess għal dawk id-dikjarazzjonijiet.

L-organizzazzjonijiet reġistrati għandhom jispeċifikaw il-mod li bih jipprovdu aċċess fil-formuli stabbiliti fl-Anness VI.

Artikolu 7

Deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar

1.  Il-Korpi Kompetenti għandhom, fuq talba minn organizzazzjoni żgħira, jestendu għal dik l-organizzazzjoni il-frekwenza tri-ennali msemmija fl-Artikolu 6(1) għal erba’ snin jew il-frekwenza annwali msemmija fl-Artikolu 6(2) għal sentejn, dment li l-verifikatur ambjentali li vverifika l-organizzazzjoni jikkonferma li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ma jkun hemm l-ebda riskju ambjentali sinifikattiv,

(b) l-organizzazzjoni m’għandha l-ebda bidliet sostanzjali ppjanati, kif definiti fl-Artikolu 8, u

(c) ma teżisti l-ebda problema lokali ambjentali sinifikattiva, li l-organizzazzjoni tikkontribwixxi għaliha.

Biex tippreżenta t-talba msemmija fl-ewwel paragrafu, l-organizzazzjoni tista’ tuża l-formola stabbilita fl-Anness VI.

2.  Il-Korp Kompetenti għandu jiċħad it-talba jekk il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafu 1 ma jintlaħqux. Huwa għandu jagħti ġustifikazzjoni raġunata lill-organizzazzjoni.

3.  L-organizzazzjonijiet li jibbenefikaw minn estensjoni sa sentejn, kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jgħaddu d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata mhux ivvalidata lill-Korp Kompetenti kull sena li fiha jkunu eżentati mill-obbligu li jivvalidaw dikjarazzjoni ambjentali aġġornata.

Artikolu 8

Bidliet sostanzjali

1.  Fejn organizzazzjoni rreġistrata tippjana li tintroduċi bidliet sostanzjali, l-organizzazzjoni għandha twettaq reviżjoni ambjentali ta’ dawn il-bidliet, inklużi l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħhom.

2.  Wara r-reviżjoni ambjentali tal-bidliet, l-organizzazzjoni għandha taġġorna r-reviżjoni ambjentali inizjali u timmodifika l-politika ambjentali tal-organizzazzjoni, il-programm ambjentali u s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u taġġorna d-dikjarazzjoni ambjentali sħiħa kif meħtieġ.

3.  Id-dokumenti kollha modifikati u aġġornati skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu vverifikati u vvalidati fi żmien sitt xhur.

4.  Wara l-validazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tippreżenta l-bidliet lill-Korp Kompetenti permezz tal-formola stabbilita fl-Anness VI u tagħmel il-bidliet disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 9

Verifika ambjentali interna

1.  Organizzazzjoni reġistrata għandha tistabbilixxi programm ta’ verifika li jiżgura li matul perijodu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn tliet snin jew erba’ snin jekk id-deroga li għalija jipprovdi l-Artikolu 7 tapplika, l-attivitajiet kollha fl-organizzazzjoni jkunu soġġetti għal verifika ambjentali interna skont ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Anness III.

2.  Il-verfika għandha titwettaq mill-awdituri li jkollhom, individwalment jew kollettivament, il-kompetenza meħtieġa biex iwettqu dawn il-kompiti u li huma indipendenti biżżejjed mill-attivitajiet li jivverifikaw biex ikunu jistgħu jagħtu ġudizzju oġġettiv.

3.  Il-programm ta’ verifika ambjentali tal-organizzazzjoni għandu jiddefinixxi l-objettivi ta’ kull verifika jew iċ-ċiklu ta’ verifika inkluża l-frekwenza tal-verifika għal kull attività.

4.  Fi tmiem kull verifika u kull ċiklu ta’ verifika l-awdituri għandhom iħejju rapport ta’ verifika bil-miktub.

5.  L-awditur għandu jikkomunika s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-verifika lill-organizzazzjoni.

6.  Wara l-proċess ta’ verifika, l-organizzazzjoni għandha tħejji u timplimenta pjan ta’ azzjoni xieraq.

7.  L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmi xierqa sabiex jiġi żgurat illi r-riżultati tal-verifika jiġu segwiti.

Artikolu 10

Użu tal-logo tal-EMAS

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35(2), il-logo tal-EMAS stabbilit fl-Anness V jista’ jintuża biss mill-organizzazzjonijiet reġistrati u biss sakemm tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom.

Il-logo dejjem għandu jkollu n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni.

2.  Il-logo tal-EMAS għandu jintuża biss skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mniżżlin fl-Anness V.

3.  F’każ li organizzazzjoni tagħżel, skont l-Artikolu 3(2), li ma tinkludix is-siti kollha tagħha fir-reġistrazzjoni korporattiva, hija għandha tiżgura li fil-komunikazzjonijiet tagħha mal-pubbliku, u fl-użu tagħha tal-logo tal-EMAS ikun ċar liema siti jkunu koperti mir-reġistrazzjoni.

4.  Il-logo tal-EMAS m’għandux jintuża:

(a) fuq prodotti jew fuq l-imballaġġ tagħhom; jew

(b) flimkien ma’ stqarrijiet komparattivi dwar attivitajiet u servizzi oħra, jew b’tali mod li jista’ jkun hemm konfużjoni ma’ tikketti ambjentali tal-prodott.

5.  Kwalunkwe informazzjoni ambjentali ppubblikata minn organizzazzjoni reġistrata jista’ jkollha fuqha l-logo tal-EMAS, kemm-il darba din l-informazzjoni tkun tirriferi għall-aħħar dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew dikjarazzjoni ambjentali aġġornata, li minnha tkun ittieħdet u li tkun ġiet ivvalidata minn verifikatur ambjentali, bħala:

(a) preċiża;

(b) issostanzjata u verifikabbli;

(c) rilevanti u użata f’kuntest jew arranġament xieraq;

(d) rappreżentattiva tal-prestazzjoni ambjentali globali tal-organizzazzjoni;

(e) mhux probabbli li tirriżulta f’misinterpretazzjoni; u

(f) sinifikattiva f’relazzjoni mal-impatt ambjentali globali.



KAPITOLU IV

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-KORPI KOMPETENTI

Artikolu 11

Ħatra u rwol tal-Korpi Kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-Korpi Kompetenti, li għandhom ikunu responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet lokalizzati fil-Komunità skont dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-Korpi Kompetenti li jaħtru, jipprovdu u jkunu responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet lokalizzati fil-Komunità skont dan ir-Regolament.

Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkontrollaw id-dħul u ż-żamma tal-organizzazzjonijiet fir-reġistru, inklużi s-sospensjoni u t-tħassir.

2.  Il-Korpi Kompetenti jistgħu jkunu nazzjonali, reġjonali jew lokali.

3.  Il-kompożizzjoni tal-Korpi Kompetenti għandha tiggarantixxi l-independenza u n-newtralità tagħhom.

4.  Il-Korpi Kompetenti għandu jkollhom ir-riżorsi xierqa, kemm finanzjarji kif ukoll f’termini ta’ persunal, għal prestazzjoni xierqa tal-kompiti tagħhom.

5.  Il-Korpi Kompetenti għandhom japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti u għandhom jieħdu sehem f’evalwazzjoni bejn il-pari regolari kif imniżżel fl-Artikolu 17.

Artikolu 12

Obbligi dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni

1.  Il-Korpi Kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet. B’mod partikolari, huma għandhom jistabbilixxu regoli:

(a) għall-qejsien ta’ osservazzjonijiet minn partijiet interessati, inklużi l-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar u l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar u l-korpi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet, rigward organizzazzjonijiet applikanti jew reġistrati,

(b) għaċ-ċħid ta’ reġistrazzjoni, is-sospensjoni jew it-tħassir ta’ organizzazzjonijiet, u

(c) għas-soluzzjoni ta’ appelli u lmenti li jsiru kontra d-deċiżjonijiet tagħhom.

2.  Il-Korpi Kompetenti għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistru tal-organizzazzjonijiet reġistrati fl-Istati Membri tagħhom, inkluża informazzjoni dwar kif id-dikjarazzjoni ambjentali jew id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jistgħu jinkisbu, u, f’każ ta’ bidliet, jaġġornaw dak ir-reġistru kull xahar.

Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament fuq websajt.

3.  Il-Korpi Kompetenti għandhom, b’mod dirett jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kif jiġi deċiż mill-Istati Membri kkonċernati, jikkomunikaw it-tibdil, kull xahar, il-bidliet li jsiru fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni.

Artikolu 13

Reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet

1.  Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkunsidraw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet skont il-proċeduri stabbiliti għal dan l-għan.

2.  Meta organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni, il-Korp Kompetenti għandu jirreġistra dik l-organizzazzjoni u jagħtiha numru ta’ reġistrazzjoni, jekk ikunu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet kollha:

(a) il-Korp Kompetenti jkun irċieva applikazzjoni għal reġistrazzjoni, li tinkludi d-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 5(2);

(b) il-Korp Kompetenti jkun ikkontrolla li l-verifika u l-validazzjoni jkunu saru skont l-Artikoli 25, 26 u 27;

(c) il-Korp Kompetenti jkun issodisfa abbażi ta’ evidenza materjali rċevuta, pereżempju permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-infurzar, li ma jkunx hemm evidenza ta’ ksur ta’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;

(d) ma jkunx hemm ilmenti relevanti minn partijiet interessati jew li l-ilmenti jkunu ġew solvuti b’mod sodisfaċenti;

(e) il-Korp Kompetenti jkun sodisfatt abbażi ta’ evidenza rċevuta li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament; u

(f) il-Korp Kompetenti jkun irċieva miżata ta’ reġistrazzjoni, jekk applikabbli.

3.  Il-Korp Kompetenti għandu jinforma lill-organizzazzjoni li huwa jkun ġie rreġistrat u jipprovdi lill-organizzazzjoni n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu u l-logo tal-EMAS.

4.  Jekk Korp Kompetenti jikkonkludi li organizzazzjoni applikanta ma tikkonformax mar-rekwiżiti mniżżlin fil-paragrafu 2, huwa għandu jiċħad li jirreġistra dik l-organizzazzjoni u jikkomunika ġustifikazzjoni motivata lill-organizzazzjoni.

5.  Jekk Korp Kompetenti jirċievi rapport ta’ sorveljanza bil-miktub minn Korp ta’ Akkreditazzjoni jew li joħroġ il-liċenzji, li jagħti evidenza li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma jkunux twettqu b’mod adegwat biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni rreġistrata mal-EMAS, huwa għandu jiċħad li jirreġistra dik l-organizzazzjoni. Il-Korp Kompetenti għandu jistieden lill-organizzazzjoni biex tissottometti applikazzjoni ġdida għal reġistrazzjoni.

6.  Sabiex il-Korp Kompetenti jikseb l-evidenza meħtieġa sabiex jieħu deċiżjoni dwar iċ-ċħid tar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet, huwa għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-organizzazzjoni.

Artikolu 14

Tiġdid tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet;

1.  Korp Kompetenti għandu jġedded ir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) Il-Korp Kompetenti jkun rċieva dikjarazzjoni ambjentali vvalidata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), dikjarazzjoni ambjenti aġġornata vvalidata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) jew dikjarazzjoni ambjentali aġġornata mhux ivvalidata kif imsemmi fl-Artikolu 7(3);

(b) il-Korp Kompetenti jkun irċieva formula mimlija, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima stabbilita fl-Anness VI, kif imsemmi fil-punt (d) tal- Artikolu 6(1) u fil-punt (d) tal-Artikolu 6(2);

(c) il-Korp Kompetenti ma jkollux evidenza li l-verifika u l-validazzjoni ma jkunux saru skont l-Artikoli 25, 26 u 27;

(d) il-Korp Kompetenti ma jkollu l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni ma’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;

(e) ma jkunx hemm ilmenti relevanti minn partijiet interessati jew li l-ilmenti jkunu gew solvuti b’mod sodisfacenti;

(f) il-Korp Kompetenti jkun sodisfatt abbażi ta’ evidenza rċevuta li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament; u

(g) il-Korp Kompetenti jkun irċieva miżata ta’ reġistrazzjoni, jekk applikabbli.

2.  Il-Korpi Kompetenti għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjoni li din tkun ġiet irreġistrata.

Artikolu 15

Sospensjoni jew tneħħija ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru

1.  Fejn Korp Kompetenti jemmen li organizzazzjoni reġistrata ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jagħti lill-organizzazzjoni l-opportunità li tressaq il-fehmiet tagħha f’dan ir-rigward. Jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tipprovdi risposta sodisfaċenti, għandha titneħħa jew tiġi sospiża mir-reġistru.

2.  Fejn Korp Kompetenti jirċievi rapport ta’ sorveljanza bil-miktub minn Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji, li jagħti evidenza li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma jkunux twettqu b’mod adegwat biżżejjed sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti mill-organizzazzjoni rreġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi sospiża.

3.  Organizzazzjoni reġistrata għandha tiġi sospiża jew imħassra mir-reġistru, kif xieraq, jekk tonqos milli tippreżenta lill-Korp Kompetenti kwalunkwe minn dawn li ġejjin, fi żmien xahrejn minn meta tintalab tagħmel dan:

(a) id-dikjarazzjoni vvalidata, dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jew id-dikjarazzjoni ffirmata msemmija fl-Artikolu 25(9);

(b) formola, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima stipulata fl-Anness VI mill-organizzazzjoni, jekk applikabbli.

4.  Jekk Korp Kompetenti jiġi informat permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-infurzar bi ksur mill-organizzazzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit ġuridiku applikabbli relatat mal-ambjent, huwa għandu jissospendi jew iħassar ir-referenza għal dik l-organizzazzjoni mir-reġistru kif xieraq.

5.  Fil-każ li Korp Kompetenti jiddeċiedi li jissospendi jew iħassar reġistrazzjoni, huwa għandu jqis mill-inqas dan li ġej:

(a) l-effett ambjentali tan-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(b) il-prevedibbiltà tan-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew iċ-ċirkostanzi li jwasslu għalih;

(c) każijiet preċedenti ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mill-organizzazzjoni; u

(d) iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-organizzazzjoni.

6.  Sabiex jingħata l-evidenza meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjoni tiegħu dwar is-sospensjoni jew it-tħassir ta’ organizzazzjonijiet mir-reġistru, il-Korp Kompetenti għandu jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-organizzazzjoni.

7.  Jekk il-Korp Kompetenti jkun irċieva evidenza, f’forma oħra għajr permezz ta’ rapport ta’ sorveljanza bil-miktub tal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji, li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma twettqux tajjeb biżżejjed biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu mill-organizzazzjoni, huwa għandu jikkonsulta lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Korp li joħroġ il-liċenzji li jkun qed jissorvelja lill-verifikatur ambjentali.

8.  Il-Korp Kompetenti għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu għal kwalunkwe miżura li tittieħed.

9.  Il-Korp Kompetenti għandu jagħti informazzjoni xierqa lill-organizzazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.

10.  Is-sospensjoni ta’ organizzazzjoni mir-reġistru għandha titreġġa’ lura jekk il-Korp Kompetenti jkun irċieva informazzjoni sodisfaċenti li l-organizzazzjoni hija f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Forum ta’ Korpi Kompetenti

1.  Forum ta’ Korpi Kompetenti mill-Istati Membri kollha, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Forum tal-Korpi Kompetenti” għandu jiġi stabbilit mill-Korpi Kompetenti u jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena fil-preżenza ta’ rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

2.  Il-Korpi Kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jieħdu sehem fil-Forum tal-Korpi Kompetenti. Meta fi Stat Membru wieħed ikun hemm stabbiliti diversi Korpi Kompetenti, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat li kollha kemm huma jiġu informati dwar l-attivitajiet tal-Forum tal-Korpi Kompetenti.

3.  Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jiżviluppa gwida sabiex jiżgura l-konsistenza tal-proċeduri relatati mar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inklużi t-tiġdid tar-reġistrazzjoni u s-sospensjoni u t-tħassir tal-organizzazzjonijiet mir-reġistru kemm fil-Komunità kif ukoll barra minnha.

Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jibgħat lill-Kummissjoni d-dokumenti ta’ gwida u dokumenti relatati mal-evalwazzjoni bejn il-pari.

4.  Id-dokumenti ta’ gwida li jirriferu għal proċeduri ta’ armonizzazzjoni u li huma approvati mill-Forum tal-Korpi Kompetenti għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni biex ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Dawk id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 17

Evalwazzjoni bejn il-pari ta’ Korpi Kompetenti

1.  Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jorganizza evalwazzjoni bejn il-pari biex jivvaluta l-konformità tas-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Korp Kompetenti ma’ dan ir-Regolament u biex jiġi żviluppat approċċ armonizzat lejn l-applikazzjoni tar-regoli relatati mar-reġistrazzjoni.

2.  L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha ssir fuq bażi regolari, tal-anqas kull erba’ snin, u għandha tinkludi valutazzjoni tar-regoli u l-proċeduri mniżżlin fl-Artikoli 12, 13 u 15. Il-Korpi Kompetenti kollha għandhom jieħdu sehem fl-evalwazzjoni bejn il-pari.

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari, inklużi proċeduri xierqa għal appelli kontra deċiżjonijiet meħuda b’riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

4.  Il-proċeduri li qed jirriferi għalihom il-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti qabel isseħħ l-ewwel evalwazzjoni tal-pari.

5.  Il-Forum tal-Korpi Kompetenti, għandu jibgħat regolarment lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49(1) rapport dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari.

Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku wara li jkun ġie approvat mill-Forum tal-Korpi Kompetenti u mill-Kumitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu.



KAPITOLU V

VERIFIKATURI AMBJENTALI

Artikolu 18

Kompiti tal-Verifikaturi ambjentali

1.  Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivvalutaw jekk ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri ta’ verifika tal-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivverifikaw dan li ġej:

(a) il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-reviżjoni ambjentali inizjali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-verifika ambjentali u r-riżultati tagħha u d-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha;

(b) il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ġuridiċi Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali applikabbli relatati mal-ambjent;

(c) it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u

(d) l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-korrettezza tad-data u l-informazzjoni fid-dokumenti li ġejjin:

(i) id-dikjarazzjoni ambjentali;

(ii) id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata;

(iii) kwalunkwe informazzjoni ambjentali li għandha tiġi vvalidata.

3.  Il-verifikaturi ambjentali għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw il-validità teknika tar-reviżjoni ambjentali inizjali jew il-verifika jew proċeduri oħra mwettqa mill-organizzazzjoni, mingħajr ma jiddupplikaw bla ħtieġa dawk il-proċeduri.

4.  Il-verifikaturi ambjentali għandhom jivverifikaw jekk ir-riżultati tal-verifika interna humiex affidabbli. Fejn ikun xieraq, huma għandhom jużaw kontrolli fuq il-post għal dak l-għan.

5.  Fil-ħin tal-verifika għat-tħejjija tar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li mill-inqas ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin minn dik l-organizzazzjoni:

(a) tkun fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operattiva skont l-Anness II;

(b) ikun fis-seħħ u jkun inbeda programm ta’ verifika kompletament ippjanat skont l-Anness III sabiex mill-inqas ikunu ġew koperti l-aktar impatti ambjentali sinifikattivi;

(c) tkun tlestiet ir-reviżjoni tal-ġestjoni msemmija fil-Parti A tal-Anness II; u

(d) tkun tħejjiet dikjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV u jkunu tqiesu d-dokumenti ta’ referenza settorjali, fejn dawn ikunu disponibbli.

6.  Għall-finijiet tal-verifika għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-organizzazzjoni jkollha sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operattiva skont l-Anness II;

(b) l-organizzazzjoni jkollha programm ta’ verifika ppjanat kompletament operattiv, b’mill-inqas ċiklu ta’ verifika wieħed mitmum skont l-Anness III;

(c) l-organizzazzjoni tkun lestiet reviżjoni waħda tal-ġestjoni; u

(d) l-organizzazzjoni tkun ħejjiet dikjarazzjoni ambjentali skont l-Anness IV u tkun qieset id-dokumenti ta’ referenza settorjali, fejn dawn ikunu disponibbli.

7.  Għall-finijiet tal-verifika għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2), il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika li l-organizzazzjoni tissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-organizzazzjoni tkun wettqet verifika interna tal-prestazzjoni ambjentali u tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, relatati mal-ambjent, skont l-Anness III;

(b) l-organizzazzjoni turi konformità kontinwa mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, relatati mal-ambjent u titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tagħha; u

(c) l-organizzazzjoni tkun ħejjiet dikjarazzjoni ambjentali aġġornata skont l-Anness IV u tkun qieset id-dokumenti ta’ referenza settorali, fejn dawn ikunu disponibbli.

Artikolu 19

Frekwenza tal-verifika

1.  F’konsultazzjoni mal-organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jfassal programm li jiżgura li l-elementi kollha meħtieġa għar-reġistrazzjoni u t-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmijin fl-Artikoli 4, 5 u 6 jkunu vverifikati.

2.  Il-verifikatur ambjentali għandu, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, jivvalida kwalunkwe informazzjoni aġġornata fid-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha.

Fejn ikun rilevanti, għandha tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 7.

Artikolu 20

Rekwiżiti għall-verifikaturi ambjentali

1.  Sabiex tinkiseb akkreditazzjoni jew liċenzja skont dan ir-Regolament, verifikatur ambjentali kandidat għandu jintroduċi talba mal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li minnu jfittex l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.

Dik it-talba għandha tispeċifika l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba permezz ta’ referenza għall-klassifika ta’ attivitajiet ekonomiċi kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 ( 2 ).

2.  Il-verifikatur ambjentali għandu jagħti lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar evidenza xierqa tal-kompetenza tiegħu, inkluż tal-għarfien, l-esperjenza rilevanti u l-kapaċitajiet tekniċi rilevanti għall-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba fl-oqsma li ġejjin:

(a) dan ir-Regolament;

(b) il-funzjonament ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali;

(c) id-dokumenti rilevanti ta’ referenza settorjali maħruġin mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 46, għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(d) ir-rekwiżiti leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni;

(e) l-aspetti u l-impatti ambjentali, inkluża d-dimensjoni ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli;

(f) l-aspetti tekniċi, rilevanti għall-kwistjonijiet ambjentali, tal-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni;

(g) il-funzjonament ġenerali tal-attività soġġetta għall-verifika u l-validazzjoni sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tas-sistema ta’ ġestjoni, fir-rigward tal-interazzjoni tal-organizzazzjoni u l-prodotti, is-servizzi u l-operazzjonijiet tagħha mal-ambjent, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:

(i) it-teknoloġiji użati mill-organizzazzjoni;

(ii) it-terminoloġija u l-għodod użati fl-attivitajiet;

(iii) l-attivitajiet operattivi u l-karatteristiċi tal-interazzjoni tagħhom mal-ambjent;

(iv) il-metodoloġiji għall-evalwazzjoni ta’ aspetti ambjentali sinifikattivi;

(v) il-kontroll tat-tniġġis u t-teknoloġiji ta’ mitigazzjoni;

(h) ir-rekwiżiti u l-metodoloġija tal-verifika ambjentali inkluża l-kapaċità li jitwettqu verifiki effettivi tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, l-identifikazzjoni ta’ sejbiet u konklużjonijiet xierqa tal-verifika, u t-tħejjija u l-preżentazzjoni tar-rapporti ta’ verifika, fil-forom orali u bil-miktub, biex jiġi pprovdut rekord ċar tal-verifika;

(i) il-verifika tal-informazzjoni, id-dikjarazzjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata fir-rigward tal-ġestjoni tad-data, il-ħżin u l-manipulazzjoni tad-data, il-preżentazzjoni tad-data fil-format miktub u dak grafiku għall-apprezzament ta’ żbalji potenzjali fid-data, l-użu ta’ suppożizzjonijiet u estimi;

(j) id-dimensjoni ambjentali tal-prodotti u s-servizzi, inklużi l-aspetti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali matul l-użu u wara l-użu, u l-integrità tad-data pprovduta għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali.

3.  Il-verifikatur ambjentali għandu jkollu juri żvilupp professjonali kontinwu fl-oqsma ta’ kompetenza mniżżlin fil-paragrafu 2 u jżomm tali żvilupp għall-valutazzjoni mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.

4.  Il-verifikatur ambjentali għandu jkun terza persuna esterna, indipendenti, b’mod partikolari mill-awditur jew il-konsulent tal-organizzazzjoni, imparzjali u oġġettiv fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.

5.  Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura li jkun ħieles minn kwalunkwe pressjoni kummerċjali, finanzjarja jew oħra, li tista’ tinfluwenza l-ġudizzju tiegħu, jew tipperikola l-fiduċja fl-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika. Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura konformità ma’ kwalunkwe regola applikabbli f’dan ir-rigward.

6.  Il-verifikatur ambjentali għandu jkollu metodi u proċeduri dokumentati, inklużi mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u dispożizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità, biex ikun konformi mar-rekwiżiti tal-verifika u tal-validazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

7.  Fil-każ li organizzazzjoni taġixxi bħala verifikatur ambjentali, hija għandha żżomm tabella informattiva tal-organizzazzjoni li turi l-istrutturi u r-responsabbiltajiet fl-organizzazzjoni u dikjarazzjoni tal-istatus ġuridiku, il-pussess u s-sorsi ta’ finanzjament.

Dik it-tabella informattiva tal-organizzazzjoni għandha tiġi pprovduta meta tintalab.

8.  Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi żgurata permezz tal-evalwazzjoni li ssir qabel l-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar u permezz tas-sorveljanza tal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.

Artikolu 21

Rekwiżiti addizzjonali għall-verifikaturi ambjentali li huma persuni fiżiċi u li jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni individwalment

Persuni fiżiċi li jaġixxu bħala verifikaturi ambjentali u li jwettqu verifiki u validazzjoni individwalment, minbarra li jikkonformaw mar-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 20 għandu jkollhom:

(a) il-kompetenza kollha meħtieġa sabiex iwettqu l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fl-oqsma liċenzjati tagħhom;

(b) ambitu limitat tal-liċenzja li jiddependi fuq il-kompetenza personali tagħhom.

Artikolu 22

Rekwiżiti addizzjonali għal verifikaturi ambjentali attivi f’pajjiżi terzi

1.  Fejn verifikatur ambjentali jkun bi ħsiebu jwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni f’pajjiżi terzi, huwa għandu jikseb akkreditazzjoni jew liċenzjagħal pajjiżi terzi speċifiċi.

2.  Sabiex jikseb akkreditazzjoni jew liċenzja għal pajjiż terz, il-verifikatur ambjentali għandu, minbarra r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikoli 20 u 21, jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-għarfien u l-intendiment tar-rekwiżiti leġislattivi, regolatorji u amministrattivi relatati mal-ambjent fil-pajjiż terz li għalih qed tintalab l-akkreditazzjoni jew liċenzja;

(b) l-għarfien u l-intendiment tal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz li għalih qed tintalab l-akkreditazzjoni jew liċenzja.

3.  Ir-rekwiżiti mniżżlin fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu bħala milħuqa fejn il-verifikatur ambjentali juri l-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejnu u bejn persuna jew organizzazzjoni kkwalifikata li tissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

Dik il-persuna jew organizzazzjoni għandha tkun indipendenti mill-organizzazzjoni li tkun ser tiġi vverifikata.

Artikolu 23

Sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali

1.  Is-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni mwettqa mill-verifikaturi ambjentali fi:

(a) l-Istat Membru li fih huma akkreditati jew liċenzjati, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja;

(b) pajjiżi terzi, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja lill-verifikatur ambjentali għal dawk l-attivitajiet;

(c) Stat Membru ieħor li ma jkunx dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ta’ dan l-Istat Membru fejn issir il-verifika.

2.  Mill-inqas erba’ ġimgħat qabel kull verifika fi Stat Membru, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu u l-ħin u l-post tal-verifika lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar responsabbli għas-sorveljanza tal-verifikatur ambjentali kkonċernat.

3.  Il-verifikatur ambjentali għandu jinforma minnufih lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-akkreditazzjoni jew il-liċenzji jew l-ambitu tagħhom.

4.  Għandha ssir dispożizzjoni mill-Korp ta’ Akkreditazzjonijew Liċenzjar, f’intervalli regolari li ma jaqbżux 24 xahar, biex jiżgura li l-verifikatur ambjentali jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja u jissorvelja l-kwalità tal-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni mwettqa.

5.  Is-sorveljanza tista’ tikkonsisti minn verifika fl-uffiċċju, sorveljanza fuq il-post tal-organizzazzjonijiet, kwestjonarji, reviżjoni tad-dikjarazzjonijiet ambjentali jew tal-aġġornamenti tagħhom ivvalidati mill-verifikaturi ambjentali u reviżjoni tar-rapport ta’ verifika.

Is-sorveljanza għandha tkun proporzjonata għall-attività mwettqa mill-verifikatur ambjentali.

6.  L-organizzazzjonijiet għandhom jippermettu lill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jissorveljaw il-verifikatur ambjentali matul il-proċess tal-verifika u l-validazzjoni.

7.  Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar biex tintemm jew tiġi sospiża l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja jew biex jiġi ristrett l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja, għandha tittieħed biss wara li l-verifikatur ambjentali jkun ingħata l-possibbiltà li jiġi mismugħ.

8.  Jekk il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar, li jkun qiegħed jissorvelja, jkun tal-fehma li l-kwalità tax-xogħol ta’ verifikatur ambjentali ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jibgħat rapport ta’ sorveljanza bil-miktub lill-verifikatur ambjentali kkonċernat u lill-Korp Kompetenti fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun bi ħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jewfejn l-organizzazzjoni kkonċernata ġiet reġistrata.

Fil-każ ta’ kwalunkwe tilwim ieħor, ir-rapport ta’ sorveljanza għandu jintbagħat lill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar msemmija fl-Artikolu 30.

Artikolu 24

Rekwiżiti addizzjonali għas-sorveljanza ta’ verifikaturi ambjentali attivi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja

1.  Mill-inqas erba’ ġimgħat qabel ma’ verifikatur ambjentali, akkreditat jew liċenzjati fi Stat Membru, iwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fi Stat Membru ieħor, huwa għandu jipprovdi lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru tal-aħħar l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-dettalji tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu, il-kompetenzi tiegħu, b’mod partikolari l-għarfien tar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent u mal-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru l-ieħor, u l-kompożizzjoni tal-korp, jekk ikun xieraq;

(b) il-ħin u l-post tal-verifika u l-validazzjoni;

(c) l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjoni.

Din in-notifika għandha tingħata qabel kull attività ta’ verifika u ta’ validazzjoni.

2.  Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jista’ jitlob kjarifika dwar l-għarfien tal-verifikatur rigward ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

3.  Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jista’ jirrikjedi kondizzjonijiet oħra minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1 fil-każ biss li dawn il-kondizzjonijiet l-oħra ma jippreġudikawx id-dritt tal-verifikatur ambjentali li jipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor għajr f’dak fejn ingħatat l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.

4.  Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar m’għandux juża l-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 sabiex idewwem il-wasla tal-verifikatur ambjentali. Meta l-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ma jkunx jista’ jissodisfa l-kompiti tiegħu skont il-paragrafi 2 u 3 qabel ma jasal iż-żmien tal-verifika u l-validazzjoni kif innotifikat mill-verifikatur skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, huwa għandu jibgħat ġustifikazzjoni raġunata lill-verifikatur.

5.  M’għandha tiġi imposta l-ebda miżata diskriminatorja għan-notifika u s-sorveljanza mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.

6.  Fejn il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun qiegħed jissorvelja jkun tal-fehma li l-kwalità tax-xogħol tal-verifikatur ambjentali ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jibgħat rapport ta’ sorveljanza bil-miktub lill-verifikatur ambjentali kkonċernat, lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li ħareġ l-akkreditazzjoni jew liċenzjar, u lill-Korp Kompetenti fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun bi ħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jew fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun reġistrata. Fil-każ ta’ kwalunkwe tilwim ieħor, ir-rapport ta’ sorveljanza għandu jintbagħat lill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 30.

Artikolu 25

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ verifika u validazzjoni

1.  Il-verifikatur ambjentali għandu jopera fl-ambitu tal-akkredizzjoni jew tal-liċenzja tiegħu, u fuq il-bażi ta’ ftehim bil-miktub mal-organizzazzjoni.

Dak il-ftehim għandu:

(a) jispeċifika l-ambitu tal-attività;

(b) jispeċifika l-kondizzjonijiet immirati li jgħinu lill-verifikatur ambjentali jopera b’mod indipendenti u professjonali; u

(c) jimpenja l-organizzazzjoni biex tagħti l-kooperazzjoni meħtieġa.

2.  Il-verifikatur ambjentali għandu jiżgura li l-komponenti tal-organizzazzjoni jiġu definiti b’mod mhux ambigwu u jikkorrespondu mat-tqassim reali tal-attivitajiet.

Id-dikjarazzjoni ambjentali għandha tispeċifika b’mod ċar il-partijiet differenti tal-organizzazzjoni li huma soġġetti għal verifika jew validazzjoni.

3.  Il-verifikatur ambjentali għandu jwettaq valutazzjoni tal-elementi mniżżlin fl-Artikolu 18.

4.  Bħala parti mill-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jeżamina d-dokumentazzjoni, iżur l-organizzazzjoni, iwettaq kontrolli fuq il-post u jmexxi intervisti mal-persunal.

5.  Qabel ma ssir iż-żjara mill-verifikatur ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tipprovdilu informazzjoni bażika dwar l-organizzazzjoni u l-attivitajiet tagħha, il-politika u l-programm ambjentali, deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali fis-seħħ fl-organizzazzjoni, dettalji dwar ir-reviżjoni ambjentali jew il-verifika li twettqet, ir-rapport dwar dik ir-reviżjoni jew verifika, u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet wara, u l-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha.

6.  Il-verifikatur ambjentali għandu jħejji rapport bil-miktub għall-organizzazzjoni, dwar l-eżitu tal-verifika, li għandu jispeċifika:

(a) il-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-attività mwettqa mill-verifikatur ambjentali;

(b) deskrizzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament inklużi evidenza ta’ appoġġ, sejbiet u konklużjonijiet;

(c) it-tqabbil tal-kisbiet u l-miri mad-dikjarazzjonijiet ambjentali preċedenti u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali u l-valutazzjoni tat-titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(d) jekk applikabbli, id-difetti tekniċi fir-reviżjoni ambjentali, il-metodu tal-verifika, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, jew kwalunkwe proċess rilevanti ieħor.

7.  F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport għandu jispeċifika wkoll:

(a) is-sejbiet u l-konklużjonijiet dwar in-nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni u l-evidenza li fuqha huma bbażati dawk is-sejbiet u l-konklużjonijiet;

(b) il-punti ta’ nuqqas ta’ qbil mal-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha, u d-dettalji tal-emendi jew iż-żidiet li għandhom isiru fid-dikjarazzjoni ambjentali jew l-aġġornamenti tagħha.

8.  Wara l-verifika, il-verifikatur ambjentali għandu jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew l-aġġornamenti tagħha u jikkonferma li din tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dment li l-eżitu tal-verifika u tal-validazzjoni jikkonferma li:

(a) l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew l-aġġornamenti tagħha jkunu affidabbli u korretti u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; u

(b) ma jkun hemm l-ebda evidenza li l-organizzazzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

9.  Mal-validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu joħroġ dikjarazzjoni ffirmata kif imsemmi fl-Anness VII fejn jiddikjara li l-verifika u l-validazzjoni jkunu twettqu skont dan ir-Regolament.

10.  Il-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati fi Stat Membru wieħed jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru ieħor skont ir-rekwiżiti mniżżlin f’dan ir-Regolament.

L-attività ta’ verifika jew ta’ validazzjoni għandha tkun soġġetta għal sorveljanza mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru fejn tkun ser titwettaq l-attività. Il-bidu tal-attività għandu jiġi nnotifikat lil dak il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar skont iż-żmien stipulat fl-Artikolu 24(1).

Artikolu 26

Verifika u validazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar

1.  Meta jwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ organizzazzjonijiet żgħar, inklużi dawn li ġejjin:

(a) strutturi ta’ ġerarkija sempliċi;

(b) persunal multifunzjonali;

(c) taħriġ fuq ix-xogħol;

(d) il-kapaċità għal adattament rapidu għal tibdil; u

(e) dokumentazzjoni limitata ta’ proċeduri.

2.  Il-verifikatur ambjentali għandu jwettaq verifika jew validazzjoni b’mod li ma jimponix piżijiet mhux meħtieġa fuq organizzazzjonijiet żgħar.

3.  Il-verifikatur ambjentali għandu jieħu kont ta’ evidenza oġġettiva li sistema tkun effettiva, inklużi l-eżistenza ta’ proċeduri fl-organizzazzjoni li jkunu proporzjonati mad-daqs u l-kumplessità tal-operazzjoni, in-natura tal-impatti ambjentali assoċjati u l-kompetenza tal-operaturi.

Artikolu 27

Kondizzjonijiet għal verifika u validazzjoni f’pajjiżi terzi

1.  Il-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati fi Stat Membru wieħed jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni għal organizzazzjoni li tkun tinsab f’pajjiż terz skont ir-rekwiżiti mniżżlin f’dan ir-Regolament.

2.  Mill-inqas sitt ġimgħat qabelverifika jew validazzjoni f’pajjiż terz, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji ta’ akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu u l-ħin u l-post tal-verifika jew validazzjoni lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni kkonċernata tkun biħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jew fejn hija rreġistrata.

3.  L-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ validazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru li fih il-verifikatur ambjentali jkun akkreditat jew liċenzjat. Il-bidu tal-attività għandu jiġi nnotifikat lil dak il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar skont iż-żmien stipulat fil-paragrafu 2.



KAPITOLU VI

KORPI TA’ AKKREDITAZZJONI U LIĊENZJAR

Artikolu 28

Operazzjoni ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar

1.  Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni maħturin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandhom ikunu responsabbli għall-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi ambjentali u s-sorveljanza tal-attivitajiet imwettqin minn verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri jistgħu jaħtru Korp ta’ Liċenzjar, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jkun responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji lill-verifikaturi ambjentali ta’ sorveljanza u għalihom.

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jippermettux l-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar ta’ persuni fiżiċi bħala verifikaturi ambjentali.

4.  Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jivvalutaw il-kompetenza tal-verifikaturi ambjentali fid-dawl tal-elementi mniżżlin fl-Artikoli 20, 21 u 22 rilevanti għall-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba.

5.  L-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tal-verifikaturi ambjentali għandu jiġi ddeterminat skont il-klassifika tal-attivitajiet ekonomiċi mniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. Dan l-ambitu għandu jkun limitat mill-kompetenza tal-verifikatur ambjentali u, fejn xieraq, għandu jieħu kont tad-daqs u l-kumplessità tal-attività.

6.  Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa dwar l-akkreditazzjoni, iċ-ċħid tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja, is-sospensjoni u t-tħassir tal-akkreditazzjoni jew ta’ liċenzja tal-verifikaturi ambjentali u dwar is-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali.

Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu mekkaniżmi biex jitqiesu l-osservazzjonijiet minn partijiet ikkonċernati, inklużi l-Korpi Kompetenti u l-korpi rappreżentattivi ta’ organizzazzjonijiet, fir-rigward tal-applikanti u tal-verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzjati.

7.  Fil-każ ta’ ċħid ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzja, il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandu jinforma lill-verifikatur ambjentali bir-raġunijiet għad-deċiżjoni.

8.  Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandhom jistabbilixxu, jirrivedu u jaġġornaw lista ta’ verifikaturi ambjentali u l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tagħhom fl-Istati Membri tagħhom u għandhom jikkomunikaw kull xahar, direttament jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kif deċiż mill-Istat Membru kkonċerat, kwalunkwe bidliet f’din il-lista lill-Kummissjoni u lill-Korp Kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.

9.  Fil-qafas tar-regoli u l-proċeduri li jirrigwardaw il-monitoraġġ tal-attivitajiet kif stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom ifasslu rapport ta’ superviżjoni fejn jiddeċiedu, wara konsultazzjoni mal-verifikatur ambjentali kkonċernat, waħda minn dawn li ġejjin:

(a) li l-attivitajiet tal-verifikatur ambjentali ma twettqux b’mod adegwat biżżejjed biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament huma sodisfatti mill-organizzazzjoni;

(b) li l-verifika u l-validazzjoni mill-verifikatur ambjentali twettqu bi ksur ta’ rekwiżit wieħed jew aktar ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Korp Kompetenti fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun irreġistrata jew fejn hija tapplika għal reġistrazzjoni, u jekk applikabbli, lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.

Artikolu 29

Sospensjoni u rtirar ta’ akkreditazzjoni jew liċenzja

1.  Is-sospensjoni jew l-irtirar tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja għandha tirrekjedi l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, inkluż il-verifikatur ambjentali, sabiex il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jingħata l-evidenza meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjoni tiegħu.

2.  Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar għandu jinforma lill-verifikatur ambjentali bir-raġunijiet li għalihom ikunu ttieħdu l-miżuri u, jekk applikabbli, bil-proċess ta’ diskussjoni mal-awtorità kompetenti tal-infurzar.

3.  L-akkreditazzjoni jew liċenzja għandha tiġi sospiża jew irtirata sakemm tinkiseb garanzija tal-konformità tal-verifikatur ambjentali ma’ dan ir-Regolament, kif xieraq, skont in-natura u l-ambitu tan-nuqqas jew tal-ksur tar-rekwiżiti ġuridiċi.

4.  Is-sospensjoni tal-akkreditazzjoni jew liċenzja għandha titneħħa fejn il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ikun irċieva informazzjoni sodisfaċenti li l-verifikatur ambjentali jkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 30

Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar

1.  Forum kostitwit mill-Korpi ta’ Akkreditazzoni u Liċenzjar kollha mill-Istati Membri kollha, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Forum ta’ Korpi ta’ Akkreditazzjoni u ta’ Liċenzjar”, għandu jitwaqqaf u jiltaqa’ mill-inqas darba f’sena fil-preżenza ta’ rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.  Il-kompitu tal-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jkun li jiżgura l-konsistenza ta’ proċeduri relatati ma’ dan li ġej:

(a) l-akkreditazzjoni jew l-għoti tal-liċenza lill-verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament, inkluż iċ-ċħid, is-sospensjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenza;

(b) is-sorveljanza ta’ attivitajiet imwettqin minn verifikaturi ambjentali akkreditati jew liċenzati.

3.  Il-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jiżviluppa gwida dwar il-kwistjonijiet fil-qasam tal-kompetenza tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar.

4.  Il-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

5.  Id-dokumenti ta’ gwida msemmijin fil-paragrafu 3 u r-regoli ta’ proċedura msemmijin fil-paragrafu 4 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.

6.  Id-dokumenti ta’ gwida li jirriferu għal proċeduri ta’ armonizzazzjoni u li huma approvati mill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni biex ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Dawn id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 31

Evalwazzjoni bejn il-pari ta’ Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar

1.  L-evalwazzjoni bejn il-pari fir-rigward tal-akkreditazzjoni u l-liċenzjar ta’ verifikaturi ambjentali skont dan ir-Regolament, li għandha tiġi organizzata mill-Forum ta’ Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar, għandha titwettaq fuq bażi regolari, tal-anqas kull erba’ snin, u għandha tinkludi valutazzjoni tar-regoli u l-proċedurimniżżlin fl-Artikoli 28 u 29.

Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar kollha għandhom jieħdu sehem fl-evalwazzjoni bejn il-pari.

2.  Il-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jibgħat regolarment rapport tal-evalwazzjoni bejn il-pari lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49(1).

Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku wara l-approvazzjoni tal-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar imsemmi fl-Artikolu 30(1) u l-Kumitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu.



KAPITOLU VII

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 32

Assistenza għal organizzazzjonijiet rigward il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ikollhom aċċess għall-informazzjoni u l-possibilitajiet ta’ assistenza rigward ir-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent f’dak l-Istat Membru.

2.  L-assistenza għandha tinkludi dan li ġej:

(a) informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;

(b) identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar għal rekwiżiti ġuridiċi uniċi relatati mal-ambjent li jkunu ġew identifikati bħala applikabbli;

3.  L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu l-kompitu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 lill-Korpi Kompetenti jew lil kwalunkwe korp ieħor li jkollu l-kompetenza meħtieġa u r-riżorsi xierqa biex iwettaq il-kompitu.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar iwieġbu għat-talbiet, għall-inqas minn organizzazzjonijiet żgħar dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom, u jipprovdu informazzjoni lill-organizzazzjonijiet dwar il-mezzi li bihom tingħata evidenza dwar kif l-organizzazzjonijiet jissodisfaw r-rekwiżiti ġuridiċi rilevanti.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet għall-infurzar kompetenti jikkomunikaw xi nuqqas min-naħa ta’ organizzazzjonijiet reġistrati li jikkonformaw ma’ rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent lill-Korp Kompetenti li jkun irreġistra lill-organizzazzjoni.

L-awtorità ta’ infurzar kompetenti għandha tinforma lil dak il-Korp Kompetenti mill-aktar fis u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tkun saret konxja min-nuqqas.

Artikolu 33

Propozzjoni tal-EMAS

1.  L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Korpi Kompetenti, mal-awtoritajiet tal-infurzar u ma’ partijiet interessati oħra rilevanti, jippromwovu l-iskema EMAS filwaqt li jqisu l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikoli 34 sa 38.

2.  Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu strateġija ta’ promozzjoni li għandha tkun riveduta fuq bażi regolari.

Artikolu 34

Informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprovdu informazzjoni:

(a) lill-pubbliku dwar l-objettivi u l-komponenti prinċipali tal-EMAS;

(b) lill-organizzazzjonijiet dwar il-kontenut ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jużaw pubblikazzjonijiet professjonali, ġurnali lokali, kampanji ta’ promozzjoni jew kwalunkwe mezz funzjonali ieħor għall-promozzjoni tal-għarfien ġenerali dwar l-EMAS.

L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw, b’mod partikolari, ma’ assoċjazzjonijiet industrijali, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, organizzazzjonijiet ambjentali, trade unions, istituzzjonijiet lokali u partijiet interessati rilevanti oħrajn.

Artikolu 35

Attivitajiet ta’ promozzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu attivitajiet ta’ promozzjoni għall-EMAS. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu:

(a) il-promozzjoni tal-iskambju ta’ għarfien u tal-aqwa prassi dwar l-EMAS fost il-partijiet kollha kkonċernati;

(b) l-iżvilupp ta’ għodod effettivi għall-promozzjoni tal-EMAS u l-kondiviżjoni tagħhom mal-organizzazzjonijiet;

(c) l-għoti ta’ appoġġ tekniku lill-organizzazzjonijiet rigward id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom relatati mal-EMAS;

(d) l-inkoraġġiment ta’ sħubiji fost l-organizzazzjonijiet għall-promozzjoni tal-EMAS.

2.  Il-logo tal-EMAS mingħajr numru ta’ reġistrazzjoni jista’ jintuża mill-Korpi Kompetenti, il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar, awtoritajiet nazzjonali u partijiet interessati oħra għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni relatati mal-EMAS. F’każijiet bħal dawn, l-użu tal-logo tal-EMAS stipulat fl-Anness V m’għandux jissuġġerixxi li l-utent ikun irreġistrat meta ma jkunx il-każ.

Artikolu 36

Promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar billi inter alia:

(a) jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni u fondi ta’ appoġġ adattati speċjalment għalihom;

(b) jiżguraw li jkun hemm miżati raġonevoli tar-reġistrazzjoni biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom;

(c) jippromwovu miżuri ta’ assistenza teknika.

Artikolu 37

Approċċ ta’ cluster u ta’ pass-pass

1.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet lokali biex jipprovdu, f’parteċipazzjoni mal-assoċjazzjonijiet industrijali, il-kmamar tal-kummerċ u partijiet kkonċernati oħra, assistenza speċifika lil clusters ta’ organizzazzjonijiet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni kif jissemma fl-Artikoli 4, 5 u 6.

Kull organizzazzjoni mill-cluster għandha tiġi rreġistrata separatament.

2.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġixxu lill-organizzazzjonijiet biex jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali. B’mod partikolari huma għandhom jinkoraġġixxu approċċ ta’ pass-pass li jwassal għar-reġistrazzjoni fl-EMAS.

3.  Is-sistemi stabbiliti skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom joperaw bl-objettiv li jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa għall-parteċipanti, b’mod partikolari għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar.

Artikolu 38

L-EMAS u linji politiċi u strumenti oħra fil-Komunità

1.  Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS skont dan ir-Regolament tkun tista’:

(a) titqies fl-iżvilupp ta’ leġislazzjoni ġdida;

(b) tintuża bħala għodda fl-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni;

(c) titqies f’kuntratti tal-akkwist u x-xiri pubbliku.

2.  Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja, notevolment il-leġislazzjoni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni, u l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jieħdu miżuri li jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet fl-EMAS.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu, inter alia, dawn li ġejjin:

(a) għajnuna regolatorja, sabiex organizzazzjoni reġistrata titqies bħala konformi ma’ ċerti rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent li jkunu stabbiliti fi strumenti ġuridiċi oħra, identifikati mill-awtoritajiet kompetenti;

(b) regolamentzzjoni aħjar, li permezz tagħha strumenti ġuridiċi oħra jiġu mmodifikati sabiex il-piżijiet fuq l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-EMAS jitneħħew, jitnaqqsu jew jiġu ssimplifikati bil-ħsieb li jiġi inkoraġġit l-operat effiċjenti tas-swieq u jiżdied il-livell ta’ kompetittività.

Artikolu 39

Miżati

1.  L-Istati Membri jistgħu jimponu miżati filwaqt li jieħdu kont ta’ dan li ġej:

(a) l-ispejjeż imġarrba f’konnessjoni mal-għoti ta’ informazzjoni u assistenza lill-organizzazzjonijiet mill-korpi maħturin jew stabbiliti għal dak il-għan mill-Istati Membri skont l-Artikolu 32;

(b) l-ispejjeż imġarrba f’konnessjoni mal-akkreditazzjoni, il-liċenzjar u s-sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali;

(c) l-ispejjeż għal reġistrazzjoni, it-tiġdid ta’ reġistrazzjoni, is-sospensjoni u t-tħassir minn Korpi Kompetenti kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali għall-amministrazzjoni ta’ dawk il-proċessi għal organizzazzjonijiet barra l-Komunità.

Dawk il-miżati m’għandhomx jaqbżu ammont raġonevoli u għandhom ikunu proporzjonati mad-daqs tal-organizzazzjoni u mal-ħidma li għandha ssir.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ikunu infurmati dwar il-miżati kollha applikabbli.

Artikolu 40

Nuqqas ta’ konformità

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ġuridiċi jew amministrattivi xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet effettivi kontra l-użu tal-logo tal-EMAS li jmur kontra dan ir-Regolament.

Jistgħu jintużaw id-dispożizzjonijiet li ġew stabbiliti skont id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern ( 3 ).

Artikolu 41

Informazzjoni u rappurtar lill-Kummissjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istruttura u l-proċeduri relatati mal-funzjonament tal-Korpi Kompetenti u l-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar u għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni, fejn ikun xieraq.

2.  Kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament.

F’dawk ir-rapporti, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal -aħħar rapport ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 47.



KAPITOLU VIII

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-KUMMISSJONI

Artikolu 42

Informazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni:

(a) lill-pubbliku dwar l-objettivi u l-komponenti prinċipali tal-EMAS;

(b) lill-organizzazzjonijiet dwar il-kontenut ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha żżomm u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:

(a) reġistru ta’ verifikaturi ambjentali u ta’ organizzazzjonijiet reġistrati;

(b) bażi ta’ data ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali f’format elettroniku;

(c) ġabra ta’ data tal-aqwa prattika dwar l-EMAS, inklużi inter alia għodod effettivi għall-promozzjoni tal-EMAS u eżempji ta’ appoġġ tekniku għall-organizzazzjonijiet;

(d) lista ta’ riżorsi Komunitarji għall-finanzjament tal-implimentazzjoni tal-EMAS u proġetti u attivitajiet relatati.

Artikolu 43

Kollaborazzjoni u koordinazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tippromwovi, kif jixraq, il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex, b’mod partikolari, tikseb applikazzjoni uniformi u konsistenti fil-Komunità kollha tar-regoli relatati ma’ dan li ġej:

(a) ir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet;

(b)  il-verifikaturi ambjentali;

(c) l-informazzjoni u l-assistenza msemmija fl-Artikolu 32.

2.  Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kuntratti pubbliċi, il-Kummissjoni u istituzzjonijiet u korpi Komunitarji oħrajn għandhom, fejn ikun xieraq, jirriferu għall-EMAS jew għal sistemi oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxuti skont l-Artikolu 45, jew l-ekwivalenti, bħala kondizzjonijiet kuntrattwali ta’ prestazzjoni għal kuntratti ta’ xogħol u servizzi.

Artikolu 44

Integrazzjoni tal-EMAS f’linji politiċi u strumenti oħra fil-Komunità

Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra kif ir-reġistrazzjoni fl-EMAS skont dan ir-Regolament tista’:

(1) titqies fl-iżvilupp ta’ leġislazzjoni ġdida u fir-reviżjoni ta’ leġislazzjoni eżistenti, b’mod partikolari fil-forma ta’ għajnuna regolatorja u regolamentazzjoni aħjar kif deskritt fl-Artikolu 38(2);

(2) tintuża bħala għodda fil-kuntest tal-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni.

Artikolu 45

Relazzjoni ma’ sistemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali

1.  L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw rapport bil-miktub lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’ sistemi eżistenti ta’ ġestjoni ambjentali, jew ta’ partijiet minnhom, li jkunu ċċertifikati skont proċeduri xierqa ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti fil-livell nazzjonali jew reġjonali bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fit-talba tagħhom il-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u r-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħtu evidenza tal-ekwivalenza ma’ dan ir-Regolament tal-partijiet rilevanti kollha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali kkonċernata.

4.  Il-Kummissjoni għandha, wara li teżamina t-talba msemmija fil-paragrafu 1, u filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(2), tirrikonoxxi l-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u tirrikonoxxi r-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni jew liċenzjar għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni jekk tkun tal-fehma li Stat Membru jkun:

(a) speċifika b’mod ċar biżżejjed fit-talba, il-partijiet rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u r-rekwiżiti korrispondenti ta’ dan ir-Regolament;

(b) ta biżżejjed evidenza tal-ekwivalenza ma’ dan ir-Regolament tal-partijiet rilevanti kollha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali kkonċernata.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzitas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxuti, inklużi t-taqsimiet rilevanti tal-EMAS imsemmijin fl-Anness I li għalihom dawk ir-referenzi japplikaw, u r-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni jew liċenzja rikonoxxuti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 46

Żvilupp ta’ dokumenti ta’ referenza u gwidi

1.  F’konsultazzjoni mal-Istati Membri u partijiet interessati oħrajn, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa dokumenti ta’ referenza settorjali li għandhom jinkludu:.

(a) l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali;

(b) indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali għal setturi speċifiċi;

(c) fejn xieraq, punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza u sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tiżviluppa dokumenti ta’ referenza għall-użu transsettorjali.

2.  Il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ dokumenti ta’ referenza eżistenti u indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali żviluppati skont linji politiċi u strumenti ambjentali oħra fl-istandards Komunitarji jew internazzjonali.

3.  Sal-aħħar tal-2010, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jistipula lista indikattiva tas-setturi li se jitqiesu bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tad-dokumenti ta’ riferenza settorjali u transsettorjali.

Il-pjan ta’ ħidma għandu jkun pubblikament disponibbli u aġġornat regolarment.

4.  B’kooperazzjoni mal-Forum tal-Korpi Kostitwiti, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida dwar ir-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet barra l-Komunità.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS.

Din il-gwida għandha tkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Internet.

6.  Id-dokumenti żviluppati bi qbil mal-paragrafi 1 u 4 għandhom jiġu sottomessi gġall-adozzjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 47

Rappurtar

Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih informazzjoni dwar l-azzjonijiiet u l-miżuri li ttieħdu skont dan il-Kapitolu u informazzjoni li l-Kummissjoni tirċievi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 41.

Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni dwar l-impatt tal-iskema fuq l-ambjent u x-xejra f’dak li huwa numru ta’ parteċipanti.



KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 48

Emendar tal-Annessi

1.  Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi jekk meħtieġ jew xieraq, fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-operat tal-EMAS, bi tweġiba għal ħtiġijiet identifikati għal gwida dwar ir-rekwiżiti tal-EMAS u fid-dawl ta’ kwalunkwe bidla fl-istandards internazzjonali jew standards ġodda li huma ta’ rilevanza għall-effettività ta’ dan ir-Regolament.

2.  Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Artikolu 49

Preċedura ta’ Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 50

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-EMAS fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-operat tagħha u tal-iżviluppi internazzjonali sal-11 ta’ Jannar 2015. Hija għandha tieħu kont tar-rapporti mibgħutin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 47.

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet ta’ revoka u transizzjonali

1.  L-atti ġuridiċi li ġejjin għandhom jitħassru:

(a) Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001,

(b) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/681/KE tas-7 ta’ Settembru 2001 dwar il-gwida sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ eko-ġestjoni u verifika (EMAS) ( 4 ),

(c) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/193/KE tal-1 ta’ Marzu 2006 li tistipula r-regoli, taħt ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-użu tal-logo tal-EMAS fil-każijiet eċċezzjonali tal-imballaġġ għat-trasport u l-imballaġġ terzjarju ( 5 ).

2.  B’deroga mill-paragrafu 1:

(a) il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u l-Korpi Kompetenti nazzjonali stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom ikomplu bl-attivitajiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw il-proċeduri segwiti mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u mill-Korpi Kompetenti skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi li jimplimentaw il-proċeduri modifikati jkunu operattivi bis-sħiħ sal-11 ta’ Jannar 2011.

(b) l-organizzazzjonijiet reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom jibqgħu fuq ir-reġistru tal-EMAS. Fil-ħin tal-verifika sussegwenti ta’ organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali għandu jivverifika l-konformità tagħha mar-rekwiżiti l-ġodda ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-verifika sussegwenti tkun ser issir qabel il-11 ta’ Lulju 2010, id-data tal-verifika sussegwenti tista’ tiġi estiża b’sitt xhur bi ftehim mal-verifikatur ambjentali u l-Korpi Kompetenti;

(c) il-verifikaturi ambjentali akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti b’dan ir-Regolament.

3.  Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 761/2001 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VIII.

Artikolu 52

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS I

REVIŻJONI AMBJENTALI

Ir-reviżjoni ambjentali għandha tkopri l-oqsma li ġejjin:

1.    Stabbiliment tal-kuntest organizzattiv

L-organizzazzjoni għandha tiddetermina dawk il-kwistjonijiet esterni u interni li jistgħu jaffettwaw b'mod pożittiv jew negattiv il-ħila tagħha li tikseb ir-riżultati mistennija tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

Kwistjonijiet bħal dawn jinkludu kundizzjonijiet ambjentali rilevanti bħall-klima, il-kwalità tal-arja, il-kwalità tal-ilma, id-disponibbiltà tar-riżorsi naturali, il-bijodiversità.

Huma jistgħu jinkludu wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin, iżda mhumiex limitati għal dawn biss:

 kundizzjonijiet esterni (bħaċ-ċirkustanzi kulturali, soċjali, politiċi, legali, regolatorji, finanzjarji, teknoloġiċi, ekonomiċi, naturali u kompetittivi),

 kundizzjonijiet interni relatati mal-karatteristiċi tal-organizzazzjoni (bħall-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, id-direzzjoni strateġika, il-kultura u l-kapaċitajiet tagħha).

2.    Identifikazzjoni tal-partijiet interessati u determinazzjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi rilevanti tagħhom.

L-organizzazzjoni għandha tiddetermina l-partijiet interessati li jkunu rilevanti għas-sistema tal-ġestjoni ambjentali, il-ħtiġijiet u l-aspettattivi rilevanti ta' dawk il-partijiet interessati u liema minn dawk il-ħtiġijiet u l-aspettattivi hija trid jew tagħżel li tikkonforma magħhom.

Jekk l-organizzazzjoni tiddeċiedi li tadotta jew taqbel volontarjament mal-ħtiġijiet jew l-aspettattivi rilevanti ta' partijiet interessati li ma jkunux koperti minn rekwiżiti legali, dawn isiru parti mill-obbligi ta' konformità tagħha.

3.    Identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent

Minbarra l-istabbiliment ta' reġistru tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, l-organizzazzjoni għandha tindika wkoll kif tista' tiġi pprovduta l-evidenza li qed tikkonforma mar-rekwiżiti ġuridiċi differenti.

4.    Identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti u stabbiliment ta' dawk li huma sinifikanti

L-organizzazzjoni għandha tidentifika l-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha b'impatt pożittiv jew negattiv fuq l-ambjent, ikkwalifikati u kkwantifikati kif xieraq, u tikkompila reġistru tal-aspetti ambjentali kollha identifikati. L-organizzazzjoni għandha tiddetermina wkoll liema minn dawk l-aspetti huma sinifikanti abbażi ta' kriterji stabbiliti skont il-punt 5 ta' dan l-Anness.

Meta jkunu qegħdin jidentifikaw l-aspetti ambjentali diretti u indiretti, huwa essenzjali li l-organizzazzjonijiet jikkunsidraw ukoll l-aspetti ambjentali assoċjati mal-attività ewlenija tagħhom. Inventarju limitat għall-aspetti ambjentali tas-sit u l-faċilitajiet ta' organizzazzjoni mhuwiex biżżejjed.

Meta tkun qiegħda tidentifika l-aspetti ambjentali diretti u indiretti tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha, l-organizzazzjoni għandha tadotta perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, billi tqis l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li hija tista' tikkontrolla jew tinfluwenza. Dawn l-istadji ġeneralment jinkludu l-akkwiżizzjoni tal-materja prima, ix-xiri u l-akkwist, id-disinn, il-produzzjoni, it-trasport, l-użu, it-trattament fi tmiem il-ħajja u r-rimi finali skont l-attività tal-organizzazzjoni.

4.1.    Aspetti ambjentali diretti

L-aspetti ambjentali diretti huma assoċjati ma' attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom għandha l-kontroll dirett tal-ġestjoni.

L-organizzazzjonijiet kollha jridu jqisu l-aspetti diretti tal-operazzjonijiet tagħhom.

L-aspetti ambjentali diretti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal

(1) l-emissjonijiet fl-arja;

(2) ir-rilaxx fl-ilma (inklużi l-infiltrazzjonijiet fl-ilma tal-pjan),

(3) il-produzzjoni, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, it-trasport u r-rimi ta' skart solidu u skart ieħor, b'mod partikolari l-iskart perikoluż;

(4) l-użu u l-kontaminazzjoni tal-art;

(5) l-użu tal-enerġija, ir-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, il-fawna u l-flora) u l-materja prima;

(6) l-użu ta' addittivi u awżiljari kif ukoll prodotti semimanifatturati;

(7) kwistjonijiet lokali (il-ħsejjes, il-vibrazzjoni, l-irwejjaħ, it-trab, id-dehra viżiva, eċċ.).

Fl-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dawn li ġejjin:

 ir-riskji ta' inċidenti ambjentali u sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza b'impatt ambjentali potenzjali (eż. inċidenti kimiċi) u sitwazzjonijiet abnormali potenzjali li jistgħu jwasslu għal impatt ambjentali potenzjali.

 kwistjonijiet tat-trasport għall-prodotti u s-servizz u għall-persunal li jivvjaġġa fuq xogħol tal-kumpanija

4.2.    Aspetti ambjentali indiretti

Aspetti ambjentali indiretti jistgħu jirriżultaw mill-interazzjoni ta' organizzazzjoni ma' partijiet terzi, li jistgħu jiġu influwenzati sa livell raġonevoli mill-organizzazzjoni.

Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(1) kwistjonijiet relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u s-servizzi (l-akkwiżizzjoni tal-materja prima, id-disinn, ix-xiri u l-akkwist, il-produzzjoni, it-trasport, it-trattament fi tmiem il-ħajja u r-rimi finali);

(2) l-investimenti kapitali, l-għoti ta' self u s-servizzi tal-assigurazzjoni;

(3) swieq ġodda;

(4) l-għażla u l-kompożizzjoni tas-servizzi (eż. it-trasport jew il-kummerċ tal-forniment tal-ikel);

(5) deċiżjonijiet amministrattivi u ta' ppjanar;

(6) il-kompożizzjoni ta' firxiet ta' prodotti;

(7) il-prestazzjoni u l-prattiċi ambjentali tal-kuntratturi, is-sottokuntratturi, il-fornituri u s-sottofornituri.

L-organizzazzjonijiet iridu jkunu kapaċi juru li l-aspetti ambjentali sinifikanti u l-impatti assoċjati ma' dawn l-aspetti jiġu indirizzati fis-sistema ta' ġestjoni.

L-organizzazzjoni għandha tagħmel l-almu tagħha sabiex tassigura illi l-fornituri u dawk li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni jikkonformaw mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni fl-ambitu tal-attivitajiet imwettqa għall-kuntratt.

Organizzazzjoni għandha tikkunsidra kemm jista' jkollha influwenza fuq dawk l-aspetti ambjentali indiretti, u liema miżuri tista' tieħu biex tnaqqas l-impatt ambjentali jew biex iżżid il-benefiċċju ambjentali.

5.    Valutazzjoni tas-sinifikat tal-aspetti ambjentali

Organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji sabiex tivvaluta s-sinifikat tal-aspetti ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u tapplikahom sabiex tistabbilixxi liema aspetti ambjentali jkollhom impatt ambjentali sinifikanti minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-kriterji żviluppati minn organizzazzjoni għandhom iqisu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u għandhom ikunu komprensivi, jistgħu jiġu ċċekkjati b'mod indipendenti, jistgħu jiġu riprodotti u magħmula disponibbli għall-pubbliku.

Meta tkun qiegħda tistabbilixxi dawn il-kriterji, organizzazzjoni għandha tikkunsidra l-elementi li ġejjin:

(1) il-ħsara jew il-benefiċċju potenzjali għall-ambjent, inkluża l-bijodiversità

(2) il-kundizzjoni tal-ambjent (bħall-fraġilità tal-ambjent lokali, reġjonali jew globali);

(3) id-daqs, l-għadd, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-aspett jew tal-impatt;

(4) l-eżistenza u r-rekwiżiti ta' leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti;

(5) il-fehmiet tal-partijiet interessati, inklużi l-impjegati tal-organizzazzjoni

Jistgħu jiġu kkunsidrati elementi rilevanti oħra skont it-tip ta' attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni.

Abbażi tal-kriterji stabbiliti, l-organizzazzjoni għandha tivvaluta s-sinifikat tal-aspetti u l-impatti ambjentali tagħha. Biex tagħmel dan, l-organizzazzjoni għandha tqis kunsiderazzjonijiet li jistgħu jinkludu iżda li mhumiex limitati għal:

(1) id-dejta eżistenti tal-organizzazzjoni dwar l-inputs ta' materjal u enerġija, l-iskariki, l-iskart u l-emissjonijiet f'termini ta' riskju;

(2) l-attivitajiet tal-organizzazzjoni li huma regolati b'leġiżlazzjoni ambjentali

(3) l-attivitajiet ta' akkwist;

(4) id-disinn, l-iżvilupp, il-fabbrikazzjoni, id-distribuzzjoni, il-manutenzjoni, l-użu, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-rimi tal-prodotti tal-organizzazzjoni;

(5) dawk l-attivitajiet tal-organizzazzjoni li għandhom l-aktar spejjeż ambjentali u benefiċċji ambjentali sinifikattivi.

Meta tkun qiegħda tivvaluta s-sinifikat tal-impatti ambjentali tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet normali tal-ħidma, il-kundizzjonijiet tal-bidu u tal-għeluq u l-kundizzjonijiet ta' emerġenza li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli. Għandhom jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-passat, tal-preżent u dawk ippjanati.

6.    Evalwazzjoni tal-feedback mill-investigazzjoni ta' inċidenti preċedenti.

L-organizzazzjoni għandha tqis il-feedback mill-investigazzjoni ta' inċidenti preċedenti li jista' jinfluwenza l-ħila tagħha li tikseb ir-riżultati mistennija tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

7.    Stabbiliment u dokumentazzjoni tar-riskji u l-opportunitajiet.

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tiddokumenta r-riskji u l-opportunitajiet assoċjati mal-aspetti ambjentali tagħha, l-obbligi ta' konformità u kwistjonijiet u rekwiżiti oħra identifikati fil-punti 1 sa 4.

L-organizzazzjoni għandha tiffoka fuq dawk ir-riskji u l-opportunitajiet li jenħtieġ li jiġu indirizzati sabiex ikun assigurat li s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tkun tista' tikseb l-objettivi tagħha, biex jiġu evitati effetti mhux mixtieqa jew inċidenti u biex jinkiseb titjib kontinwu tal-prestazzjonijiet ambjentali tal-organizzazzjoni.

8.    Eżami tal-proċessi, prattiċi u proċeduri eżistenti.

L-organizzazzjoni għandha teżamina l-proċessi, il-prattiċi u l-proċeduri eżistenti u tistabbilixxi liema jkunu meħtieġa sabiex jiġi assigurat il-manteniment fit-tul tal-ġestjoni ambjentali.




ANNESS II

REKWIŻITI TAS-SISTEMA TA' ĠESTJONI AMBJENTALI U KWISTJONIJIET ADDIZZJONALI LI GĦANDHOM JIĠU INDIRIZZATI MILL-ORGANIZZAZZJONIJIET LI JIMPLIMENTAW L-EMAS

Ir-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-EMAS huma dawk stabbiliti fit-Taqsima 4 sa 10 tal-istandard EN ISO 14001:2015. Dawn ir-rekwiżiti huma riprodotti fil-Parti A.

Ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 4 għal punti speċifiċi ta' dan l-Anness għandhom jinftiehmu kif ġej:

Ir-referenza għall-punt A.3.1 għandha tinftiehem bħala referenza għall-Parti A 6.1

Ir-referenza għall-punt A 5.5 għandha tinftiehem bħala referenza għall-Parti A 9.2.

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-EMAS huma meħtieġa jindirizzaw għadd ta' kwistjonijiet addizzjonali li għandhom rabta diretta ma' għadd ta' elementi tat-Taqsima 4 tal-istandard EN ISO 14001:2015. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali huma elenkati fil-Parti B ta' dan l-Anness.



PARTI A

rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali skont l-EN ISO 14001:2015

PARTI B

rekwiżiti addizzjonali għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-EMAS

L-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) għandhom jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-EN ISO 14001:2015 (1) li qed jiġu riprodotti hawn taħt.

A.4  Kuntest tal-organizzazzjoni

A.4.1  Fehim tal-organizzazzjoni u l-kuntest tagħha

L-organizzazzjoni għandha tiddetermina l-kwistjonijiet esterni u interni li huma rilevanti għall-iskop tagħha u li jaffettwaw il-ħila tagħha li tikseb ir-riżultati mistennija tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha. Kwistjonijiet bħal dawn għandhom jinkludu kundizzjonijiet ambjentali li huma affettwati mill-organizzazzjoni jew li jistgħu jaffettwawha.

A.4.2  Komprensjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi:

(a)  il-partijiet interessati li huma rilevanti għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali;

(b)  il-ħtiġijiet u l-aspettattivi rilevanti (jiġifieri r-rekwiżiti) ta' dawn il-partijiet interessati;

(c)  liema minn dawn il-ħtiġijiet u l-aspettattivi jsiru l-obbligi ta' konformità tagħha.

A.4.3  Stabbiliment tal-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-konfini u l-applikabbiltà tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali sabiex tistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Fl-istabbiliment ta' dan il-kamp ta' applikazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra:

(a)  il-kwistjonijiet esterni u interni msemmija fil-punt A.4.1;

(b)  l-obbligi ta' konformità msemmija fil-punt A.4.2;

(c)  l-unità(jiet) organizzattiva/i, il-funzjoni(jiet), u l-konfini fiżiċi tagħha;

(d)  l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha;

(e)  l-awtorità u l-ħila tagħha li teżerċita kontroll u influwenza.

Ladarba jiġi definit il-kamp ta' applikazzjoni, l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi kollha tal-organizzazzjoni fi ħdan dak il-kamp ta' applikazzjoni jridu jiġu inklużi fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

Il-kamp ta' applikazzjoni għandu jinżamm bħala informazzjoni dokumentata u jkun disponibbli għall-partijiet interessati.

A.4.4  Sistema ta' ġestjoni ambjentali

Biex tikseb ir-riżultati mistennija, inkluż it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta, iżżomm u kontinwament ittejjeb sistema ta' ġestjoni ambjentali, inklużi l-proċessi meħtieġa u l-interazzjonijiet tagħhom, skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard Internazzjonali.

L-organizzazzjoni għandha tqis l-għarfien miksub fil-punti 4.1 u 4.2 meta tistabbilixxi u żżomm is-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

 

A.5  Tmexxija

A.5.1  Tmexxija u impenn

Il-maniġment superjuri għandu juri sens ta' tmexxija u impenn fir-rigward tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali billi:

(a)  jieħu r-responsabbiltà għall-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali;

(b)  jassigura li jiġu stabbiliti l-politika ambjentali u l-objettivi ambjentali u li dawn ikunu kompatibbli mad-direzzjoni strateġika u l-kuntest tal-organizzazzjoni;

(c)  jassigura l-integrazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali fil-proċessi tan-negozju tal-organizzazzjoni;

(d)  jassigura li r-riżorsi meħtieġa għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali jkunu disponibbli;

(e)  jikkomunika l-importanza ta' ġestjoni ambjentali effettiva u tal-konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali;

(f)  jassigura li s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tikseb ir-riżultati mistennija tagħha;

(g)  imexxi u jappoġġa persuni sabiex jikkontribwixxu għall-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali;

(h)  jippromwovi t-titjib kontinwu;

(i)  jappoġġa rwoli ta' ġestjoni rilevanti oħra biex juru s-sens ta' tmexxija tagħhom kif japplika għall-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom.

Nota:  Ir-referenza għan-“negozju” f'dan l-Istandard Internazzjonali tista' tiġi interpretata b'mod ġenerali biex tfisser dawk l-attivitajiet li huma ċentrali għall-finijiet tal-eżistenza tal-organizzazzjoni.

 

A.5.2  Politika Ambjentali

Il-maniġment superjuri għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm politika ambjentali li, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni definit tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tiegħu, din:

(a)  tkun xierqa għall-iskop u l-kuntest tal-organizzazzjoni, inklużi n-natura, l-iskala u l-impatti ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha;

(b)  tipprovdi qafas għall-iffissar tal-objettivi ambjentali;

(c)  tinkludi impenn għall-protezzjoni tal-ambjent, inkluża l-prevenzjoni tat-tniġġis u impenji speċifiċi oħra rilevanti għall-kuntest tal-organizzazzjoni;

Nota:  Impenji speċifiċi oħra għall-protezzjoni tal-ambjent jistgħu jinkludu l-użu sostenibbli tar-riżorsi, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-addattament għaliha, u l-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi.

(d)  tinkludi impenn li tissodisfa l-obbligi ta' konformità tagħha;

(e)  tinkludi impenn għat-titjib kontinwu tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali.

Il-politika ambjentali għandha:

— tinżamm bħala informazzjoni dokumentata;

— tiġi komunikata fi ħdan l-organizzazzjoni;

— tkun disponibbli għall-partijiet interessati.

B.1.  Titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali

L-organizzazzjonijiet għandhom jimpenjaw ruħhom li jtejbu kontinwament il-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Jekk organizzazzjoni tikkonsisti f'sit wieħed jew aktar, kull wieħed mis-siti li għalih tapplika l-EMAS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-EMAS inkluż it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali kif definit fl-Artikolu 2(2).

A.5.3  Rwoli, responsabbiltajiet u awtoritajiet tal-organizzazzjoni

Il-maniġment superjuri għandu jassigura li r-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet għar-rwoli rilevanti jiġu assenjati u kkomunikati fi ħdan l-organizzazzjoni.

Il-maniġment superjuri għandu jassenja r-responsabbiltà u l-awtorità:

(a)  sabiex ikun assigurat li s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Istandard Internazzjonali;

(b)  sabiex tiġi rappurtata l-prestazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, inkluża l-prestazzjoni ambjentali, lill-maniġment superjuri.

B.2.  Rappreżentant(i) tal-maniġment

Il-maniġment superjuri għandu jaħtar rappreżentant(i) speċifiku/ċi tal-maniġment li, irrispettivament minn responsabbiltajiet oħra, għandu jkollu/ikollhom rwoli, responsabbiltajiet u awtorità definiti sabiex jassigura(w) sistema ta' ġestjoni ambjentali f'konformità ma' dan ir-Regolament u jirrappurta(w) lill-maniġment superjuri dwar il-prestazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

Ir-rappreżentant tal-maniġment superjuri jista' jkun membru tal-maniġment superjuri tal-organizzazzjoni.

A.6  Ippjanar

A.6.1  Azzjonijiet sabiex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet

A.6.1.1  Ġenerali

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm il-proċessi meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti fil-punti 6.1.1 sa 6.1.4.

Meta tkun qiegħda tippjana għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra:

— il-kwistjonijiet imsemmija fil-punt 4.1;

— ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 4.2;

— il-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha; u tistabbilixxi r-riskji u l-opportunitajiet, relatati ma':

— 

— l-aspetti ambjentali tagħha (ara l-punt 6.1.2);

— l-obbligi ta' konformità tagħha (ara l-punt 6.1.3);

— kwistjonijiet u rekwiżiti oħra, identifikati fil-punti 4.1 u 4.2; li jridu jiġu indirizzati sabiex:

— 

— tingħata assigurazzjoni li s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tkun tista' tikseb ir-riżultati mistennija tagħha;

— jiġu evitati, jew imnaqqsa, l-effetti mhux mixtieqa, inkluż il-potenzjal ta' kundizzjonijiet ambjentali esterni li jaffettwaw lill-organizzazzjoni;

— jinkiseb titjib kontinwu.

Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tiddetermina s-sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza, inklużi dawk li jista' jkollhom impatt ambjentali.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata dwar:

— ir-riskji u l-opportunitajiet li jridu jiġu indirizzati;

— il-proċessi meħtieġa fil-punti 6.1.1 sa 6.1.4, safejn ikun meħtieġ sabiex ikun hemm kunfidenza li dawn ikunu qegħdin jitwettqu kif ippjanat.

A.6.1.2  Aspetti ambjentali

Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni definit tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-aspetti ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha li hija tista' tikkontrolla u dawk li hija tista' tinfluwenza, u l-impatti ambjentali assoċjati tagħhom, billi tikkunsidra perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja.

Meta tkun qiegħda tiddetermina l-aspetti ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra:

(a)  il-bidla, inklużi l-iżviluppi ppjanati jew ġodda, u l-attivitajiet, prodotti u servizzi ġodda jew modifikati;

(b)  kundizzjonijiet abnormali u sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli.

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi dawk l-aspetti li għandhom jew li jista' jkollhom impatt ambjentali sinifikanti billi tuża kriterji stabbiliti.

L-organizzazzjoni għandha tikkomunika l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha fost id-diversi livelli u funzjonijiet tal-organizzazzjoni, kif ikun xieraq.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata dwar:

— l-aspetti ambjentali tagħha u l-impatti ambjentali assoċjati;

— il-kriterji użati sabiex tiddetermina l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha;

— l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha;

Nota:  Aspetti ambjentali sinifikanti jistgħu jirriżultaw f'riskji u opportunitajiet assoċjati jew ma' impatti ambjentali ta' ħsara (theddidiet) jew ma' impatti ambjentali ta' benefiċċju (opportunitajiet).

B.3  Analiżi ambjentali

L-organizzazzjonijiet għandhom iwettqu u jiddokumentaw analiżi ambjentali inizjali kif stabbilit fl-Anness I.

L-organizzazzjonijiet barra l-Unjoni għandhom jirreferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent, li jkunu applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikun beħsiebhom jissottomettu applikazzjoni.

A.6.1.3  Obbligi ta' konformità

L-organizzazzjoni għandha:

(a)  tistabbilixxi u jkollha aċċess għall-obbligi ta' konformità relatati mal-aspetti ambjentali tagħha;

(b)  tistabbilixxi kif dawn l-obbligi ta' konformità japplikaw għall-organizzazzjoni;

(c)  tqis dawn l-obbligi ta' konformità meta tistabbilixxi, timplimenta, iżżomm u kontinwament ittejjeb is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata tal-obbligi ta' konformità tagħha.

Nota:  L-obbligi ta' konformità jistgħu jirriżultaw f'riskji u opportunitajiet għall-organizzazzjoni.

A.6.1.4  Ippjanar tal-azzjoni

L-organizzazzjoni għandha tippjana:

(a)  biex tieħu azzjonijiet sabiex tindirizza:

(1)  l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha;

(2)  l-obbligi ta' konformità tagħha;

(3)  ir-riskji u l-opportunitajiet identifikati fil-punt 6.1.1;

(b)  kif:

(1)  tintegra u timplimenta l-azzjonijiet fil-proċessi tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha (ara l-punt 6.2, il-Klawżola 7, il-Klawżola 8 u l-punt 9.1), jew fi proċessi oħra tan-negozju;

(2)  tevalwa l-effettività ta' dawn l-azzjonijiet (ara l-punt 9.1).

Meta tkun qiegħda tippjana dawn l-azzjonijiet, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra l-opzjonijiet teknoloġiċi tagħha u r-rekwiżiti finanzjarji, operattivi u kummerċjali tagħha.

B.4.  Konformità legali

L-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS jew li jkunu jixtiequ jirreġistraw għandhom juru li ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)  ikunu identifikaw, u jafu l-implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni, tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha relatati mal-ambjent;

(2)  jassiguraw il-konformità legali mal-leġiżlazzjoni ambjentali, inklużi l-permessi u l-limiti tal-permessi u jipprovdu l-evidenza xierqa;

(3)  ikollhom fis-seħħ proċeduri li jippermettu lill-organizzazzjoni li tassigura konformità legali kontinwa mal-leġiżlazzjoni ambjentali.

A.6.2  L-objettivi ambjentali u l-ippjanar sabiex jintlaħqu

 

A.6.2.1  Objettivi ambjentali

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi objettivi ambjentali fil-funzjonijiet u l-livelli rilevanti, billi tqis l-aspetti ambjentali sinifikanti u l-obbligi ta' konformità assoċjati tal-organizzazzjoni, u billi tqis ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha.

L-objettivi ambjentali għandhom ikunu:

(a)  konsistenti mal-politika ambjentali;

(b)  miżurabbli (jekk ikun prattikabbli);

(c)  immonitorjati;

(d)  ikkomunikati;

(e)  aġġornati kif xieraq.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata dwar l-objettivi ambjentali.

A.6.2.2  Ippjanar tal-azzjonijiet sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali

Meta tkun qiegħda tippjana kif tilħaq l-objettivi ambjentali tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi:

(a)  x'se jsir;

(b)  x'riżorsi se jkunu meħtieġa;

(c)  min se jkun responsabbli;

(d)  meta se jitlesta;

(e)  kif se jiġu evalwati r-riżultati, inklużi l-indikaturi sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn il-kisba tal-objettivi ambjentali miżurabbli tagħha (ara l-punt 9.1.1).

L-organizzazzjoni għandha tikkunsidra kif l-azzjonijiet sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali tagħha jistgħu jiġu integrati fil-proċessi tan-negozju tal-organizzazzjoni.

B.5.  Objettivi ambjentali

L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru illi s-sistema ta' ġestjoni u l-proċeduri ta' verifika jindirizzaw il-prestazzjoni ambjentali attwali tal-organizzazzjoni fir-rigward tal-aspetti diretti u indiretti.

Il-mezzi sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri ma jistgħux ikunu objettivi ambjentali.

A.7  Appoġġ

A.7.1  Riżorsi

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tipprovdi r-riżorsi meħtieġa għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni, iż-żamma u t-titjib kontinwu tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

 

A.7.2  Kompetenza

L-organizzazzjoni għandha:

(a)  tistabbilixxi l-kompetenza neċessarja tal-persuni li jkunu qegħdin iwettqu xogħol taħt il-kontroll tagħha li jaffettwa l-prestazzjoni ambjentali tagħha u l-ħila tagħha li tissodisfa l-obbligi ta' konformità tagħha;

(b)  tassigura li dawn il-persuni jkunu kompetenti abbażi ta' edukazzjoni, taħriġ jew esperjenza xierqa;

(c)  tistabbilixxi l-ħtiġijiet ta' taħriġ assoċjati mal-aspetti ambjentali u mas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha;

(d)  fejn ikun applikabbli, tieħu azzjonijiet biex tikseb il-kompetenza neċessarja, u tevalwa l-effettività tal-azzjonijiet meħuda.

Nota:  L-azzjonijiet applikabbli jistgħu jinkludu, pereżempju, l-għoti ta' taħriġ lil, il-mentoraġġ ta', jew ir-riassenjazzjoni tal-persuni attwalment impjegati; jew ir-reklutaġġ jew il-kuntrattar ta' persuni kompetenti.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata xierqa bħala evidenza tal-kompetenza.

B.6.  Involviment tal-impjegati

(1)  L-organizzazzjoni għandha tirrikonoxxi li l-involviment attiv tal-impjegati huwa prerekwiżit u jixpruna t-titjib ambjentali kontinwu u ta' suċċess minbarra li huwa riżorsa ewlenija għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali kif ukoll il-metodu xieraq li bih is-sistema ta' ġestjoni u verifika ambjentali tiġi stabbilita b'suċċess fl-organizzazzjoni.

(2)  L-“involviment tal-impjegati” għandu jinftiehem bħala li jinkludi kemm il-parteċipazzjoni diretta tal-impjegati kif ukoll l-għoti ta' informazzjoni lill-impjegati u lir-rappreżentanti tagħhom. Għalhekk, għandu jkun hemm skema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati fil-livelli kollha. L-organizzazzjoni għandha tirrikonoxxi li t-turija ta' impenn, sensibilità u appoġġ attiv mill-maniġment hija prerekwiżit għas-suċċess ta' dawk il-proċessi. F'dan il-kuntest, il-maniġment għandu jipprovdi feedback xieraq lill-impjegati.

(3)  Minbarra dawn ir-rekwiżiti, l-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu involuti fil-proċess immirat sabiex itejjeb kontinwament il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni permezz ta':

(a)  l-analiżi ambjentali inizjali

(b)  l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni u verifika ambjentali li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali,

(c)  kumitati jew gruppi ta' ħidma ambjentali li jiġbru l-informazzjoni u jassiguraw il-parteċipazzjoni tal-uffiċjal għall-ambjent/rappreżentanti tal-maniġment flimkien mal-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom,

(d)  gruppi ta' ħidma konġunti għall-programm ta' azzjoni ambjentali u l-verifika ambjentali,

(e)  il-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ambjentali.

(4)  Għal dan il-għan għandhom jintużaw forom xierqa ta' parteċipazzjoni bħalma hi s-sistema tal-ktieb tas-suġġerimenti jew ħidma fi gruppi bbażata fuq proġett jew il-kumitati ambjentali. L-organizzazzjonijiet għandhom jieħdu nota tal-gwida tal-Kummissjoni dwar l-aqwa prassi f'dan il-qasam. Meta jitolbu dan, għandu jiġi involut ukoll kwalunkwe rappreżentant tal-impjegati.

A.7.3  Għarfien

L-organizzazzjoni għandha tassigura li l-persuni li jkunu qegħdin jaħdmu taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni jkunu konxji ta':

(a)  il-politika ambjentali;

(b)  l-aspetti ambjentali sinifikanti u l-impatti ambjentali reali jew potenzjali relatati assoċjati mal-ħidma tagħhom;

(c)  il-kontribut tagħhom għall-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, inklużi l-benefiċċji ta' titjib fil-prestazzjoni ambjentali;

(d)  l-implikazzjonijiet tan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, inkluż li ma jiġux issodisfati l-obbligi ta' konformità tal-organizzazzjoni.

 

A.7.4  Komunikazzjoni

A.7.4.1  Ġenerali

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm il-proċessi meħtieġa għall-komunikazzjonijiet interni u esterni rilevanti għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, fosthom:

(a)  dak li se tikkomunika;

(b)  meta għandha tikkomunika;

(c)  ma' min għandha tikkomunika;

(d)  kif għandha tikkomunika.

Meta tkun qiegħda tistabbilixxi l-proċess(i) ta' komunikazzjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha:

— tikkunsidra l-obbligi ta' konformità tagħha;

— tassigura li l-informazzjoni ambjentali kkomunikata tkun konsistenti mal-informazzjoni ġġenerata fi ħdan is-sistema ta' ġestjoni ambjentali, u tkun affidabbli.

L-organizzazzjoni għandha tirrispondi għall-komunikazzjonijiet rilevanti dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata bħala evidenza tal-komunikazzjonijiet tagħha, kif ikun xieraq.

A.7.4.2  Komunikazzjoni interna

L-organizzazzjoni għandha:

(a)  tikkomunika internament fost id-diversi livelli u funzjonijiet tal-organizzazzjoni informazzjoni rilevanti għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, inklużi bidliet fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali, kif ikun xieraq;

(b)  tassigura li l-proċessi ta' komunikazzjoni tagħha jippermettu lill-persuni li jaħdmu taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni li jikkontribwixxu għal titjib kontinwu.

 

A.7.4.3  Komunikazzjoni esterna

L-organizzazzjoni għandha tikkomunika esternament informazzjoni rilevanti għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, kif stabbilit mill-proċessi ta' komunikazzjoni tal-organizzazzjoni u kif meħtieġ mill-obbligi ta' konformità tagħha.

B.7.  Komunikazzjoni

(1)  L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru li jwettqu djalogu miftuħ mal-pubbliku, mal-awtoritajiet u ma' partijiet interessati oħra inklużi l-komunitajiet u l-konsumaturi lokali rigward l-impatt ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħhom.

(2)  Sabiex jassiguraw livell għoli ta' trasparenza u biex jibnu l-kunfidenza mal-partijiet interessati, l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS għandhom jiddivulgaw informazzjoni ambjentali speċifika kif definit mill-Anness IV Rappurtar Ambjentali.

A.7.5  Informazzjoni dokumentata

A.7.5.1  Ġenerali

Is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandha tinkludi:

(a)  l-informazzjoni dokumentata mitluba minn dan l-Istandard Internazzjonali;

(b)  l-informazzjoni dokumentata stabbilita mill-organizzazzjoni bħala neċessarja għall-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

Nota:  Il-firxa tal-informazzjoni dokumentata għal sistema ta' ġestjoni ambjentali tista' tvarja minn organizzazzjoni għall-oħra minħabba:

— id-daqs tal-organizzazzjoni u t-tip ta' attivitajiet, proċessi, prodotti u servizzi tagħha;

— il-ħtieġa li jintwera l-issodisfar tal-obbligi ta' konformità tagħha;

— il-kumplessità tal-proċessi u l-interazzjonijiet tagħhom;

— il-kompetenza tal-persuni li jaħdmu taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni.

A.7.5.2  Tfassil u aġġornament

Meta tfassal u taġġorna informazzjoni dokumentata, l-organizzazzjoni għandha tassigura:

(a)  identifikazzjoni u deskrizzjoni xierqa (eż. titlu, data, awtur, jew numru ta' referenza);

(b)  format (eż. lingwa, verżjoni tas-softwer, grafika) u mezzi (eż. karta, elettronika) xierqa;

(c)  eżami u approvazzjoni xierqa għall-idoneità u l-adegwatezza.

A.7.5.3  Kontroll tal-informazzjoni dokumentata

L-informazzjoni dokumentata mitluba mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali u minn dan l-Istandard Internazzjonali għandha tiġi kkontrollata sabiex ikun assigurat li:

(a)  tkun disponibbli u adatta għall-użu, fejn u meta tkun meħtieġa;

(b)  tkun protetta adegwatament (eż. kontra t-telf tal-kunfidenzjalità, l-użu mhux xieraq, jew it-telf tal-integrità).

Għall-kontroll tal-informazzjoni dokumentata, l-organizzazzjoni għandha tindirizza l-attivitajiet li ġejjin kif applikabbli:

— id-distribuzzjoni, l-aċċess, l-irkupru u l-użu;

— il-ħażna u l-preservazzjoni, inkluża l-preservazzjoni tal-leġġibbiltà;

— il-kontroll tal-bidliet (eż. il-kontroll tal-verżjoni);

— iż-żamma u r-rimi.

L-informazzjoni dokumentata ta' oriġni esterna meqjusa bħala meħtieġa mill-organizzazzjoni għall-ippjanar u t-tħaddim tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali għandha tiġi identifikata, kif xieraq, u kkontrollata.

Nota  L-aċċess jista' jimplika deċiżjoni rigward il-permess biex wieħed jara l-informazzjoni dokumentata biss, jew il-permess u l-awtorità biex wieħed jara u jbiddel l-informazzjoni dokumentata.

A.8  Operat

A.8.1  Ippjanar u kontroll operattiv

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta, tikkontrolla u żżomm il-proċessi meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, u biex timplimenta l-azzjonijiet identifikati fil-punti 6.1 u 6.2, billi:

— tistabbilixxi kriterji tal-operat għall-proċess(i);

— timplimenta kontroll tal-proċess(i), skont il-kriterji tal-operat.

Nota:  Il-kontrolli jistgħu jinkludu kontrolli u proċeduri tal-inġinerija. Il-kontrolli jistgħu jiġu implimentati skont ġerarkija (eż. eliminazzjoni, sostituzzjoni, amministrattivi) u jistgħu jintużaw individwalment jew f'kombinazzjoni.

L-organizzazzjoni għandha tikkontrolla l-bidliet ippjanati u tanalizza l-konsegwenzi ta' bidliet mhux intenzjonati, filwaqt li tieħu azzjoni sabiex ittaffi kwalunkwe effett negattiv, kif ikun meħtieġ.

L-organizzazzjoni għandha tassigura li proċess(i) esternalizzat(i) jiġi/jiġu kkontrollat(i) jew influwenzat(i). It-tip u l-firxa tal-kontroll jew tal-influwenza li għandhom jiġu applikati għall-proċess(i) għandhom jiġu definiti fi ħdan is-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

B'mod konsistenti ma' perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, l-organizzazzjoni għandha:

(a)  tistabbilixxi kontrolli, kif ikun xieraq, sabiex tassigura li r-rekwiżit(i) ambjentali tagħha jiġu indirizzati fil-proċess tat-tfassil u l-iżvilupp għall-prodott jew servizz, billi jitqies kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

(b)  tistabbilixxi r-rekwiżit(i) ambjentali tagħha għall-akkwist ta' prodotti u servizzi, kif ikun xieraq;

(c)  tikkomunika r-rekwiżit(i) ambjentali rilevanti tagħha lill-fornituri esterni, inklużi l-kuntratturi;

(d)  tikkunsidra l-ħtieġa li tipprovdi informazzjoni dwar impatti ambjentali sinifikanti potenzjali

assoċjati mat-trasport jew il-kunsinna, l-użu, it-trattament fi tmiem il-ħajja u r-rimi finali tal-prodotti u s-servizzi tagħha.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata sa fejn ikun meħtieġ sabiex ikollha l-kunfidenza li l-proċess(i) twettqu kif ippjanat.

A.8.2  Stat ta' tħejjija u rispons għal emerġenzi

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm il-proċessi meħtieġa sabiex tipprepara għal u tirrispondi għas-sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza identifikati fil-punt 6.1.1.

L-organizzazzjoni għandha:

(a)  tipprepara biex tirrispondi billi tippjana azzjonijiet biex tipprevjeni jew ittaffi l-impatti ambjentali ħżiena minn sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

(b)  tirrispondi għal sitwazzjonijiet reali ta' emerġenza;

(c)  tieħu azzjoni biex tipprevjeni jew ittaffi l-konsegwenzi ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza, xierqa għad-daqs tal-emerġenza u l-impatt ambjentali potenzjali;

(d)  tittestja perjodikament l-azzjonijiet ta' rispons ippjanati, fejn ikun prattikabbli;

(e)  teżamina u tirrevedi perjodikament il-proċessi u l-azzjonijiet ta' rispons ippjanati, b'mod partikolari wara li jseħħu sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew testijiet;

(f)  tipprovdi informazzjoni u taħriġ rilevanti relatati mal-istat ta' tħejjija u r-rispons għal emerġenzi, kif ikun xieraq, lil partijiet interessati rilevanti, inklużi persuni li jaħdmu taħt il-kontroll tagħha.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata sal-punt meħtieġ sabiex ikollha l-kunfidenza li l-proċess(i) ikunu qegħdin jitwettqu kif ippjanat.

A.9  Evalwazzjoni tal-prestazzjoni

A.9.1  Monitoraġġ, kejl, analiżi u evalwazzjoni

A.9.1.1  Ġenerali

L-organizzazzjoni għandha timmonitorja, tkejjel, tanalizza u tevalwa l-prestazzjoni ambjentali tagħha.

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi:

(a)  liema ħtiġijiet iridu jiġu mmonitorjati u mkejla;

(b)  il-metodi għall-monitoraġġ, il-kejl, l-analiżi u l-evalwazzjoni, kif applikabbli, biex tassigura riżultati validi;

(c)  il-kriterji li magħhom l-organizzazzjoni se tevalwa l-prestazzjoni ambjentali tagħha, u indikaturi xierqa;

(d)  meta għandu jitwettaq il-monitoraġġ u l-kejl;

(e)  meta għandhom jiġu analizzati u evalwati r-riżultati mill-monitoraġġ u l-kejl.

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jintuża u jinżamm tagħmir għall-monitoraġġ u l-kejl li jkun kalibrat jew verifikat, kif ikun xieraq.

L-organizzazzjoni għandha tevalwa l-prestazzjoni ambjentali tagħha u l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

L-organizzazzjoni għandha tikkomunika informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni ambjentali kemm internament kif ukoll esternament, kif identifikat fil-proċess(i) ta' komunikazzjoni tagħha u kif meħtieġ mill-obbligi ta' konformità tagħha.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata xierqa bħala evidenza tar-riżultati tal-monitoraġġ, il-kejl, l-analiżi u l-evalwazzjoni.

A.9.1.2  Evalwazzjoni tal-konformità

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm il-proċessi meħtieġa sabiex tevalwa t-twettiq tal-obbligi ta' konformità tagħha.

L-organizzazzjoni għandha:

(a)  tistabbilixxi l-frekwenza li biha se tiġi evalwata l-konformità;

(b)  tevalwa l-konformità u tieħu azzjoni jekk ikun meħtieġ;

(c)  iżżomm għarfien u fehim tal-istat ta' konformità tagħha.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata bħala evidenza tar-riżultat(i) tal-evalwazzjoni tal-konformità.

A.9.2  Verifika interna

A.9.2.1  Ġenerali

L-organizzazzjoni għandha twettaq verifiki interni f'intervalli ppjanati sabiex tipprovdi informazzjoni dwar jekk is-sistema ta' ġestjoni ambjentali:

(a)  tikkonformax ma':

(1)  ir-rekwiżiti proprji tal-organizzazzjoni għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha;

(2)  ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard Internazzjonali;

(b)  tkunx implimentata u miżmuma b'mod effettiv.

A.9.2.2  Programm ta' verifika interna

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm programmi ta' verifika interna, li jinkludu l-frekwenza, il-metodi, ir-responsabbiltajiet, ir-rekwiżiti ta' ppjanar u r-rappurtar tal-verifiki interni tagħha.

Fl-istabbiliment tal-programm ta' verifika interna, l-organizzazzjoni għandha tqis l-importanza ambjentali tal-proċessi kkonċernati, il-bidliet li jaffettwaw lill-organizzazzjoni u r-riżultati ta' verifiki preċedenti.

L-organizzazzjoni għandha:

(a)  tiddefinixxi l-kriterji tal-verifika u l-kamp ta' applikazzjoni għal kull verifika;

(b)  tagħżel l-awdituri u twettaq verifiki sabiex tassigura l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċess ta' verifika;

(c)  tassigura li r-riżultati tal-verifiki jiġu rrappurtati lill-maniġment rilevanti.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata bħala evidenza tal-implimentazzjoni tal-programm ta' verifika u tar-riżultati tal-verifiki.

A.9.3  Reviżjoni tal-ġestjoni

Il-maniġment superjuri għandu jeżamina s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, f'intervalli ppjanati, sabiex jassigura l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwa tagħha.

Ir-reviżjoni tal-ġestjoni għandha tinkludi kunsiderazzjoni ta':

(a)  l-istatus ta' azzjonijiet minn eżamijiet preċedenti mill-maniġment;

(b)  bidliet fi:

(1)  il-kwistjonijiet esterni u interni li jkunu rilevanti għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali;

(2)  il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati, inklużi l-obbligi ta' konformità;

(3)  l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha;

(4)  ir-riskji u l-opportunitajiet;

(c)  sa fejn intlaħqu l-objettivi ambjentali;

(d)  l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, inklużi x-xejriet fi:

(1)  in-nuqqasijiet ta' konformità u l-azzjonijiet korrettivi;

(2)  ir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-kejl;

(3)  l-issodisfar tal-obbligi ta' konformità tagħha;

(4)  ir-riżultati tal-verifiki;

(e)  l-adegwatezza tar-riżorsi;

(f)  il-komunikazzjoni(jiet) rilevanti mill-partijiet interessati, inklużi l-ilmenti;

(g)  l-opportunitajiet għal titjib kontinwu.

Ir-riżultati tal-eżami mill-maniġment għandhom jinkludu:

— konklużjonijiet dwar l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwa tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali;

— deċiżjonijiet relatati mal-opportunitajiet għal titjib kontinwu;

— deċiżjonijiet relatati ma' kwalunkwe ħtieġa ta' tibdil fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali, inklużi r-riżorsi;

— l-azzjonijiet, jekk ikun meħtieġa, meta l-objettivi ambjentali ma jkunux intlaħqu;

— l-opportunitajiet sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali ma' proċessi oħra tan-negozju, jekk ikun meħtieġ;

— kwalunkwe implikazzjoni għad-direzzjoni strateġika tal-organizzazzjoni.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata bħala evidenza tar-riżultati tal-eżamijiet mill-maniġment.

A.10  Titjib

A.10.1  Ġenerali

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-opportunitajiet għal titjib (ara l-punti 9.1, 9.2 u 9.3) u timplimenta l-azzjonijiet neċessarji biex tikseb ir-riżultati mistennija tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

A.10.2  Nuqqas ta' konformità u azzjoni korrettiva

Meta jseħħ nuqqas ta' konformità, l-organizzazzjoni għandha:

(a)  tirreaġixxi għan-nuqqas ta' konformità u, kif ikun applikabbli:

(1)  tieħu azzjoni sabiex tikkontrollah u tikkoreġih;

(2)  tindirizza l-konsegwenzi, inkluż billi ttaffi l-impatti ambjentali ħżiena;

(b)  tevalwa l-ħtieġa ta' azzjoni sabiex telimina l-kawżi tan-nuqqas ta' konformità, sabiex dan ma jerġax iseħħ jew iseħħ post ieħor, billi:

(1)  tirrevedi n-nuqqas ta' konformità;

(2)  tistabbilixxi l-kawżi tan-nuqqas ta' konformità;

(3)  tistabbilixxi jekk jeżistux, jew jistgħux potenzjalment iseħħu, nuqqasijiet ta' konformità simili;

(c)  timplimenta kwalunkwe azzjoni meħtieġa;

(d)  tirrevedi l-effettività ta' kwalunkwe azzjoni korrettiva li tittieħed;

(e)  jekk ikun meħtieġ, tagħmel bidliet fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

L-azzjonijiet korrettivi għandhom ikunu xierqa għas-sinifikat tal-effetti tan-nuqqasijiet ta' konformità li jkun hemm, inkluż l-impatt(i) ambjentali.

L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata bħala evidenza ta':

— in-natura tan-nuqqasijiet ta' konformità u kwalunkwe azzjoni suċċessiva li tittieħed;

— ir-riżultati ta' kwalunkwe azzjoni korrettiva.

A.10.3  Titjib kontinwu

L-organizzazzjoni għandha ttejjeb kontinwament l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali.

 

(1)    L-użu tat-test tal-istandard nazzjonali riprodott f'dan l-Anness qed isir bil-permess tas-CEN. It-test sħiħ tal-istandard nazzjonali jista' jinxtara mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni, li l-lista tagħhom tinsab fuq is-sit web tas-CEN. L-ebda tip ta' riproduzzjoni ta' dan l-Anness għal raġunijiet kummerċjali ma hija permessa.




ANNESS III

VERIFIKA AMBJENTALI INTERNA

1.    Il-programm ta' verifika u l-frekwenza tal-verifiki

1.1.    Programm ta' verifika

Il-programm ta' verifika għandu jiggarantixxi li l-maniġment tal-organizzazzjoni jingħata l-informazzjoni li jeħtieġ sabiex janalizza l-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, u li jkun jista' juri li dawn jinsabu taħt kontroll.

1.2.    Objettivi tal-programm ta' verifika

L-objettivi għandhom jinkludu, b'mod partikolari, il-valutazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni li jkun hemm fis-seħħ u l-istabbiliment tal-konformità mal-politika u l-programm tal-organizzazzjoni, li għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti legali u rekwiżiti oħra relatati mal-ambjent.

1.3.    Kamp ta' applikazzjoni tal-programm ta' verifika

Il-kamp ta' applikazzjoni ġenerali tal-verifiki individwali, jew ta' kull stadju ta' ċiklu ta' verifika fejn ikun xieraq, għandu jiġi definit b'mod ċar u għandu jispeċifika b'mod espliċitu:

(1) l-oqsma tas-suġġetti koperti;

(2) l-attivitajiet li għandhom jiġu vverifikati;

(3) il-kriterji ambjentali li għandhom jitqiesu;

(4) il-perjodu kopert mill-verifika.

Il-verifika ambjentali tinkludi valutazzjoni tad-dejta fattwali meħtieġa sabiex tigi evalwata l-prestazzjoni ambjentali.

1.4.    Frekwenza tal-verifiki

Il-verifika jew iċ-ċiklu ta' verifika li jkopri l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni għandhom jitlestew, kif ikun xieraq, f'intervalli ta' mhux aktar minn tliet snin jew ta' erba' snin jekk tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 7. Il-frekwenza li biha tiġi vverifikata kwalunkwe attività se tvarja skont:

(1) in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet;

(2) is-sinifikat tal-impatti ambjentali assoċjati;

(3) l-importanza u l-urġenza tal-problemi misjuba minn verifiki preċedenti;

(4) il-problemi ambjentali tal-imgħoddi.

Attivitajiet aktar kumplessi b'impatt ambjentali aktar sinifikanti għandhom jiġu vverifikati aktar ta' spiss.

L-organizzazzjoni għandha twettaq verifiki tal-anqas fuq bażi annwali, peress li dan se jgħin biex juri lill-maniġment tal-organizzazzjoni u lill-verifikatur ambjentali li hija għandha l-kontroll fuq l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha.

L-organizzazzjoni għandha twettaq verifiki dwar:

(1) il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u

(2) il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti legali applikabbli u rekwiżiti oħra relatati mal-ambjent.

2.    Attivitajiet ta' verifika

L-attivitajiet ta' verifika għandhom jinkludu diskussjonijiet mal-persunal dwar il-prestazzjoni ambjentali, spezzjoni tal-kundizzjonijiet ta' ħidma u t-tagħmir u eżami tar-rekords, il-proċeduri bil-miktub u dokumentazzjoni rilevanti oħra. Dawk l-attivitajiet għandhom jitwettqu bil-għan li tiġi evalwata l-prestazzjoni ambjentali tal-attività li tkun qed tiġi verifikata sabiex jiġi determinat jekk tissodisfax l-istandards, ir-regolamenti jew l-objettivi u l-miri ambjentali applikabbli. Hija għandha tistabbilixxi wkoll jekk is-sistema li tkun fis-seħħ għall-ġestjoni tar-responsabbiltajiet u l-prestazzjoni ambjentali tkunx effettiva u xierqa u għalhekk, fost l-oħrajn, se tinkludi kontrolli fuq il-post tal-konformità ma' dawn il-kriterji biex tiddetermina l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni sħiħa.

Il-passi li ġejjin għandhom, b'mod partikolari, jiġu inklużi fil-proċess tal-verifika:

(1) il-komprensjoni tas-sistemi ta' ġestjoni;

(2) il-valutazzjoni tal-punti qawwija u dawk dgħajfa tas-sistemi ta' ġestjoni;

(3) il-ġbir tal-evidenza sabiex jintwera fejn is-sistema ta' ġestjoni tkun jew ma tkunx qiegħda tagħti r-riżultati;

(4) il-valutazzjoni tas-sejbiet tal-verifika;

(5) it-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-verifika;

(6) ir-rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika.

3.    Rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika

L-għanijiet fundamentali ta' rapport bil-miktub tal-verifika huma:

(1) li jiddokumenta l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika;

(2) li jinforma lill-maniġment dwar l-istat ta' konformità mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u dwar il-progress ambjentali tal-organizzazzjoni

(3) li jinforma lill-maniġment dwar l-istat ta' konformità mar-rekwiżiti legali u ma' rekwiżiti oħra relatati mal-ambjent u dwar il-miżuri meħuda sabiex ikun assigurat li tkun tista' tintwera l-konformità;

(4) li jinforma lill-maniġment dwar l-effettività u l-affidabbiltà tal-miżuri meħuda sabiex jiġu mmonitorjati u mnaqqsa l-impatti ambjentali tal-organizzazzjoni;

(5) li juri l-ħtieġa ta' azzjonijiet korrettivi, meta jkun xieraq.

Ir-rapport bil-miktub tal-verifika għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja sabiex jikkonforma ma' dawn l-għanijiet.

▼B




ANNESS IV

RAPPURTAR AMBJENTALI

A.   Introduzzjoni

L-informazzjoni ambjentali għandha tiġi ppreżentata b’mod ċar u koerenti f’forma elettronika jew stampata.

B.   Dikjarazzjoni ambjentali

Id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi mniżżlin hawn taħt:

(a) deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-organizzazzjoni li tirreġistra fl-EMAS u sommarju tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u r-relazzjoni tagħha ma’ kull organizzazzjoni prinċipali kif xieraq;

(b) il-politika ambjentali u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(c) deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikattivi kollha diretti u indiretti li jirriżultaw f’impatti ambjentali sinifikattivi tal-organizzazzjoni u spjegazzjoni tan-natura tal-impatti kif relatati ma’ dawn l-aspetti (Anness I.2);

(d) deskrizzjoni tal-objettivi u l-miri ambjentali fir-rigward tal-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikattivi;

(e) sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f’taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rapputar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti relevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C;

(f) fatturi oħra li jirrigwardaw il-prestazzjoni ambjentali inkluża l-prestazzjoni f’taqbil mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi tagħhom;

(g) referenza għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;

(h) l-isem u n-numru tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tal-verifikatur ambjentali u d-data tal-validazzjoni.

Id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi mniżżlin fil-punti (e) sa (h).

C.   Indikaturi ċentrali u indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti relevanti oħra

1.   Introduzzjoni

L-organizzazzjonijiet għandhom jirrappurtaw, kemm fid-dikjarazzjoni ambjentali, kif ukoll fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata, dwar l-indikaturi ċentrali, safejn dawn jirrigwardaw l-aspetti ambjentali diretti tal-organizzazzjoni u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali relevanti oħra kif imniżżel hawn taħt.

Ir-rappurtar għandu jipprovdi data dwar l-input/l-impatt attwali. Jekk l-iżvelar se jaffettwa b’mod negattiv il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali jew industrijali tal-organizzazzjoni meta kunfidenzjalità bħal din hija stipulata fil-liġi nazzjonali jew Komunitarja biex ikun protett interess ekonomiku leġittimu, l-organizzazzjoni jista’ jkollha permess biex telenka din l-informazzjoni fir-rappurtar tagħha, pereżempju billi tistabbilixxi sena ta’ bażi (bin-numru tal-indiċi 100) li minnu jidher l-iżvilupp tal-input/l-impatt.

L-indikaturi għandhom:

(a) jagħtu stima preċiża tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(b) ikunu jistgħu jinftehmu u mhux ambigwi;

(c) jippermettu li jsir paragun kull sena biex jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(d) jippermettu li jsir paragun mal-punti ta’ riferiment settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif xieraq;

(e) jippermettu li jsir paragun mar-rekwiżiti regolatorji kif xieraq.

2.   Indikaturi ċentrali

(a) L-indikaturi ċentrali għandhom japplikaw għat-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet. Huma jiffokaw fuq prestazzjoni fl-oqsma ambjentali ewlenin li ġejjin:

(i) Effiċjenza tal-enerġija;

(ii) Effiċjenza materjali;

(iii) Ilma;

(iv) Skart;

(v) Bijodiversità; u

(vi) Emissjonijiet.

Meta organizzazzjoni tikkonkludi li indikatur ċentrali wieħed jew aktar mhumiex relevanti għall-aspetti ambjentali diretti sinifikanti tagħha, dik l-organizzazzjoni tista’ ma tirrappurtax dwar dawk l-indikaturi ċentrali. L-organizzazzjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal dak l-iskop b’referenza għar-reviżjoni ambjentali tagħha.

(b) Kull indikatur ċentrali huwa magħmul minn:

(i) iċ-ċifra A li tindika l-kontribut/impatt totali annwali f’qasam partikolari;

(ii) iċ-ċifra B li tindika l-eżitu annwali globali tal-organizzazzjoni;

(iii) u ċ-ċifra R li tindika l-proporzjon A/B.

Kull organizzazzjoni għandha tirrapporta fuq it-tliet elementi kollha għal kull indikatur.

(c) L-indikazzjoni tal-kontribut/impatt totali annwali f’qasam partikolari, iċ-ċifra A, għandha tiġi rappurtata kif ġej:

(i) dwar l-Effiċjenza tal-enerġija

 rigward l-“użu totali dirett ta’ enerġija”, l-konsum ta’ enerġija annwali totali, espress f’MWh jew GJ;

 rigward “użu totali ta’ enerġija rinnovabbli”, l-persentaġġ tal-konsum totali annwali ta’ enerġija (elettriku u sħana) ikkonsmata, li tiġi prodotta mill-organizzazzjoni minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

(ii) dwar l-Effiċjenza materjali

 rigward “il-fluss annwali ta’ massa ta’ materjali differenti użati” (esklużi l-mezzi tat-trasport tal-enerġija u l-ilma), espressi f’tunnellati;

(iii) dwar l-Ilma

 rigward il-“konsum totali annwali tal-ilma”, espress f’m3;

(iv) rigward l-Iskart

 rigward il-“ġenerazzjoni totali annwali ta’ skart”, klassifikata skont it-tip, espressa f’tunnellati;

 rigward il-“ġenerazzjoni totali annwali ta’ skart perikoluż”, espressa f’kilogrammi jew tunnellati;

(v) dwar il-Bijodiversità

 rigward l-“użu tal-art”, espress f’m2 ta’ żoni mibnija;

(vi) dwar l-Emissjonijiet

 Rigward l-“emissjonijiet totali annwali ta’ gassijiet b’effett ta’ serra” inklużi għall-inqas l-emissjonijiet tas-CO2, tas-CH4, tal-N2O, tal-HFCs, tal-PFCs u tal-SF6, espressi f’tunnellati ekwivalenti ta’ CO2;

 dwar “it-total annwali ta’ emissjonijiet tal-arja”, inklużi għall-inqas emissjonijiet tal-SO2, tal-NOx u tal-PM, espress f’kilogrammi jew tunnellati;

Minbarra l-indikaturi definiti hawn fuq, organizzazzjoni tista’ tuża indikaturi oħra biex tesprimi t-total annwali tal-kontribut/impatt fil-qasam konċernat.

(d) L-indikazzjoni tal-eżitu globali annwali tal-organizzazzjoni, iċ-ċifra B, hija l-istess għall-oqsma kollha, iżda hija adattata għat-tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet, skont it-tip ta’ attività tagħhom, u għandha tkun rappurtata kif ġej:

(i) għal organizzazzjonijiet li jaħdmu fis-settur tal-produzzjoni (industrija), jista’ jiġi indikat il-valur miżjud gross totali annwali, espress f’miljuni ta’ Euro (EUR Mio) jew l-eżitu fiżiku totali annwali f’tunnellati jew, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet żgħar, il-qligħ totali annwali, jew in-numru ta’ impjegati;

(ii) għal organizzazzjonijiet fis-setturi li mhumiex ta’ produzzjoni (amministrazzjoni/servizzi), jista’ jkun relatat mad-daqs tal-organizzazzjoni espress fin-numru ta’ impjegati.

Minbarra l-indikaturi definiti hawn fuq, organizzazzjoni tista’ tuża wkoll indikaturi oħra biex tesprimi l-eżitu annwali ġenerali tagħha.

3.   Indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali relevanti oħra

Kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.

D.   Disponibbiltà għall-pubbliku

L-organizzazzjoni għandha tkun kapaċi turi lill-verifikatur ambjentali li kull min ikun interessat fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jista’ faċilment u liberament jingħata aċċess għall-informazzjoni meħtieġa ta’ hawn fuq taħt il-punti B u C.

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li din l-informazzjoni tkun disponibbli f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru, li fih l-organizzazzjoni hija reġistrata, u jekk applikabbli, f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dawk l-Istati Membri, li fihom hemm siti li huma koperti mir-reġistrazzjoni korporattiva.

E.   Kontabbiltà lokali

L-organizzazzjonijiet li jirreġistraw fl-EMAS jistgħu jkunu jixtiequ jipproduċu dikjarazzjoni ambjentali korporattiva waħda, li tkopri numru ta’ lokazzjonijiet geografiċi differenti.

Billi l-intenzjoni tal-EMAS hija li tiżgura kontabbiltà lokali, l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-impatti ambjentali sinifikattivi ta’ kull sit jiġu identifikati b’mod ċar u rappurtati fid-dikjarazzjoni ambjentali korporattiva.




ANNESS V

LOGO TAL-EMAS

image

▼M1

1.

Il-logo jista’ jintuża fi kwalunkwe lingwa mill-24 lingwa bil-kundizzjoni li jintuża l-kliem li ġej:



Bulgaru:

“Проверено управление по околна среда”

Ċek:

“Ověřený systém environmentálního řízení”

Kroat:

“Verificirani sustav upravljanja okolišem”

Daniż:

“Verificeret miljøledelse”

Olandiż:

“Geverifieerd milieuzorgsysteem”

Ingliż:

“Verified environmental management”

Estonjan:

“Tõendatud keskkonnajuhtimine”

Finlandiż:

“Todennettu ympäristöasioiden hallinta”

Franċiż:

“Management environnemental vérifié”

Ġermaniż:

“Geprüftes Umweltmanagement”

Grieg:

“επιθεωρημένη περιβαλλοντική διαχείριση”

Ungeriż:

“Hitelesített környezetvédelmi vezetési rendszer”

Taljan:

“Gestione ambientale verificata”

Irlandiż:

“Bainistíocht comhshaoil fíoraithe”

Latvjan:

“Verificēta vides pārvaldība”

Litwan:

“Įvertinta aplinkosaugos vadyba”

Malti:

“Immaniġġjar Ambjentali Verifikat”

Pollakk:

“Zweryfikowany system zarządzania środowiskowego”

Portugiż:

“Gestão ambiental verificada”

Rumen:

“Management de mediu verificat”

Slovakk:

“Overené environmentálne manažérstvo”

Sloven:

“Preverjen sistem ravnanja z okoljem”

Spanjol:

“Gestión medioambiental verificada”

Svediż:

“Verifierat miljöledningssystem”

▼B

2.

Il-logo għandu jintuża jew:

 bi tliet kuluri (Pantone Nru 355 Aħdar; Pantone Nru 109 Isfar; Pantone Nru 286 Ikħal);

 bl-iswed

 bl-abjad jew

 fuq skala griża.




ANNESS VI

REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(informazzjoni li għandha tingħata fejn applikabbli)



1.  ORGANIZZAZZJONI

 

Isem

Indirizz

Belt

Kodiċi Postali

Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma

Persuna ta’ kuntatt

Telefon

FAX

Posta elettronika

Websajt

Aċċess pubbliku għad-dikjarazzjoni ambjentali jew stqarrija ambjentali aġġornata

 

(a)  forma stampata

(b)  forma elettronika

Numru tar-reġistrazzjoni

Data tar-reġistrazzjoni

Data tas-sospensjoni tar-reġistrazzjoni

Tħassir tad-data tar-reġistrazzjoni

Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss

Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss aġġornata

Talba għal deroga skont l-Artikolu 7

IVA - LE

Kodiċi tan-NACE tal-attivitajiet

Numru ta’ impjegati

Fatturat jew karta tal-bilanċ annwali

2.  SIT

 

Isem

Indirizz

Kodiċi Postali

Belt

Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma

Persuna ta’ kuntatt

Telefon

FAX

Posta elettronika

Websajt

Aċċess pubbliku għad-dikjarazzjoni ambjentali jew stqarrija ambjentali aġġornata

 

(a)  forma stampata

(b)  forma elettronika

Numru tar-reġistrazzjoni

Data tar-reġistrazzjoni

Data tas-sospensjoni tar-reġistrazzjoni

Tħassir tad-data tar-reġistrazzjoni

Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss

Data tad-dikjarazzjoni ambjentali li jmiss aġġornata

Talba għal deroga skont l-Artikolu 7

IVA - LE

Kodiċi tan-NACE tal-attivitajiet

Numru ta’ impjegati

Fatturat/jew karta tal-bilanċ annwali

3.  VERIFIKATUR AMBJENTALI

 

Isem il-verifikatur ambjentali

Indirizz

Kodiċi Postali

Belt

Pajjiż/Stat/Reġjun/Komunità Awtonoma

Telefon

FAX

Posta elettronika

Numru tar-reġistrazzjoni tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja

Ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja (Kodiċi tan-NACE)

Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar

Magħmul fi … fi …/…/20

Firma tar-rappreżentant tal-organizzazzjoni




ANNESS VII

DIKJARAZZJONI TAL-VERIFIKATUR AMBJENTALI DWAR L-ATTIVITAJIET TA’ VERIFIKA U TA’ VALIDAZZJONI

… (isem).

bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-verifikatur ambjentali tal-EMAS …

Akkreditat jew liċenzjat għall-ambitu … (Kodiċi tan-NACE)

niddikjara li vverifikajt jekk is-sit(i) jew l-organizzazzjoni kollha kif indikat fid-dikjarazzjoni ambjentali/dikjarazzjoni ambjentali aġġornata ( *1 ) tal-organizzazzjoni … (isem)

bin-numru tar-reġistrazzjoni (jekk disponibbli) …

tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS).

Bil-firma ta’ din id-dikjarazzjoni, qed niddikjara li:

 il-verifika u l-validazzjoni twettqu f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009;

 ir-riżultat tal-verifika u l-validazzjoni jikkonferma illi m’hemm l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;

 id-data u l-informazzjoni tad-dikjarazzjoni ambjentali/id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata (*1)  tal-organizzazzjoni/tas-sit (*1)  jirriflettu immaġni affidabbli, kredibbli u korretta tal-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni/tas-sit (*1) , fl-ambitu msemmi fid-dikjarazzjoni ambjentali.

Dan id-dokument mhuwiex ekwivalenti għal reġistrazzjoni fl-EMAS. Reġistrazzjoni fl-EMAS tista’ tingħata biss minn Korp Kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. Dan id-dokument m’għandux jintuża bħala dokument għalih-waħdu fil-komunikazzjoni pubblika.

Magħmul fi … fil-…/…/20..

Firma




ANNESS VIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI



Regolament (KE) Nru 761/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu 1 (1)

Artikolu 1

Artikolu 1 (2) (a)

Artikolu 1 (2) (b)

Artikolu 1 (2) (c)

Artikolu 1 (2) (d)

Artikolu 2 (a)

Artikolu 2 (1)

Artikolu 2 (b)

Artikolu 2 (c)

Artikolu 2 (2)

Artikolu 2 (d)

Artikolu 2 (e)

Artikolu 2 (9)

Artikolu 2 (f)

Artikolu 2 (4)

Artikolu 2 (g)

Artikolu 2 (8)

Artikolu 2 (h)

Artikolu 2 (10)

Artikolu 2 (i)

Artikolu 2 (11)

Artikolu 2 (j)

Artikolu 2 (12)

Artikolu 2 (k)

Artikolu 2 (13)

Artikolu 2 (l)

Artikolu 2 (16)

Artikolu 2 (l) (i)

Artikolu 2 (l) (ii)

Artikolu 2 (m)

Artikolu 2 (n)

Artikolu 2 (17)

Artikolu 2 (o)

Artikolu 2 (18)

Artikolu 2 (p)

Artikolu 2 (q)

Artikolu 2 (20)

Artikolu 2 (r)

Artikolu 2 (s) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2 (21)

Artikolu 2 (s) it-tieni subparagrafu

Artikolu 2 (t)

Artikolu 2 (22)

Artikolu 2 (u)

Artikolu 3 (1)

Artikolu 3(2) (a) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4 (1)(a) u (b)

Artikolu 3(2) (a) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4 (3)

Artikolu 3 (2) (b)

Artikolu 4 (1)(c)

Artikolu 3 (2) (c)

Artikolu 4 (1)(d)

Artikolu 3 (2) (d)

Artikolu 4 (5)

Artikolu 3 (2) (e)

Artikolu 5 (2) l-ewwel subparagrafu; Artikolu 6 (3)

Artikolu 3 (3) (a)

Artikolu 6 (1) (a)

Artikolu 3(3) (b) l-ewwel sentenza

Artikolu 6(1) (b) u (c)

Artikolu 3 (3) (b) it-tieni sentenza

Artikolu 7 (1)

Artikolu 4 (1)

Artikolu 4 (2)

Artikolu 51 (2)

Artikolu 4 (3)

Artikolu 4 (4)

Artikolu 4 (5) l-ewwel sentenza

Artikolu 25 (10) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4 (5) it-tieni sentenza

Artikolu 25 (10) it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 4 (6)

Artikolu 41

Artikolu 4 (7)

Artikolu 4 (8) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 30 (1)

Artikolu 4 (8) it-tieni subparagrafu

Artikolu 30 (3) u (5)

Artikolu 4 (8), it-tielet subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 31 (1)

Artikolu 4 (8) it-tielet subparagrafu, l-aħħar sentenza

Artikolu 31 (2)

Artikolu 5 (1)

Artikolu 11 (1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5 (2)

Artikolu 11 (3)

Artikolu 5 (3) l-ewwel sentenza

Artikolu 12 (1)

Artikolu 5 (3), it-tieni sentenza, l-ewwel inċiż

Artikolu 12 (1) (a)

Artikolu 5 (3), it-tieni sentenza, it-tieni inċiż

Artikolu 12 (1) (b)

Artikolu 5 (4)

Artikolu 11 (1) it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 5 (5) l-ewwel sentenza

Artikolu 16 (1)

Artikolu 5 (5) it-tieni sentenza

Artikolu 16 (3) l-ewwel sentenza

Artikolu 5 (5) it-tielet sentenza

Artikolu 17 (1)

Artikolu 5 (5) ir-raba’ sentenza

Artikolu 16 (3) it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 16(4) it-tieni subparagrafu

Artikolu 6 (1)

Artikolu 13 (1)

Artikolu 6 (1), l-ewwel inċiż

Artikolu 13 (2) (a) u Artikolu 5 (2) (a)

Artikolu 6 (1), it-tieni inċiż

Artikolu 13 (2) (a) u Artikolu 5 (2) (c)

Artikolu 6 (1), it-tielet inċiż

Artikolu 13 (2) (a) u Artikolu 5 (2) (d)

Artikolu 6 (1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 13 (2) (c)

Artikolu 6 (1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13 (2) l-ewwel sentenza

Artikolu 6 (2)

Artikolu 15 (3)

Artikolu 6 (3), l-ewwel inċiż

Artikolu 15 (3) (a)

Artikolu 6 (3), it-tieni inċiż

Artikolu 15 (3) (b)

Artikolu 6 (3), it-tielet inċiż

Artikolu 6 (3), l-aħħar sentenza

Artikolu 15 (8)

Artikolu 6 (4), l-ewwel paragrafu

Artikolu 15 (2)

Artikolu 6 (4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15 (4)

Artikolu 6 (5), l-ewwel sentenza

Artikolu 15 (6)

Artikolu 6 (5), it-tieni sentenza

Artikolu 15 (8) u (9)

Artikolu 6 (6)

Artikolu 15 (10)

Artikolu 7 (1)

Artikolu 28 (8)

Artikolu 7 (2), l-ewwel sentenza

Artikolu 12 (2)

Artikolu 7 (2), it-tieni sentenza

Artikolu 12 (3)

Artikolu 7 (3)

Artikolu 42 (2) (a)

Artikolu 8 (1), l-ewwel sentenza

Artikolu 10 (1)

Artikolu 8 (1), it-tieni sentenza

Artikolu 10 (2)

Artikolu 8 (2)

Artikolu 8(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10 (4)

Artikolu 8 (3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 9 (1) sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 4 (3)

Artikolu 9 (1) (a)

Artikolu 45 (4)

Artikolu 9 (1) (b)

Artikolu 45 (4)

Artikolu 9 (1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 45 (5)

Artikolu 9 (2)

Artikolu 10 (1)

Artikolu 10 (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 38 (1) u (2)

Artikolu 10 (2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 41

Artikolu 10 (2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 47

Artikolu 11 (1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 36

Artikolu 11 (1), l-ewwel inċiż

Artikolu 36 (a)

Artikolu 11 (1), it-tieni inċiż

Artikolu 36 (c)

Artikolu 11 (1), it-tielet inċiż

Artikolu 36 (b)

Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 37 (1)

Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 37 (2)

Artikolu 11 (1), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ sentenza

Artikolu 37 (3)

Artikolu 11 (2)

Artikolu 43(2)

Artikolu 11 (3), l-ewwel sentenza

Artikolu 41 (2),

Artikolu 11 (3), it-tieni sentenza

Artikolu 47

Artikolu 12 (1) (a)

Artikolu 12 (1) (b)

Artikolu 35 (1)

Artikolu 12 (1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 12 (2)

Artikolu 41 (2)

Artikolu 12 (3)

Artikolu 13

Artikolu 40 (1)

Artikolu 14 (1)

Artikolu 49 (1)

Artikolu 14 (2)

Artikolu 14 (3)

Artikolu 15 (1)

Artikolu 50

Artikolu 15 (2)

Artikolu 48

Artikolu 15 (3)

Artikolu 16 (1)

Artikolu 39 (1)

Artikolu 16 (2)

Artikolu 42 (2)

Artikolu 17 (1)

Artikolu 17 (2), (3) u (4)

Artikolu 51 (2)

Artikolu 17 (5)

Artikolu 18

Artikolu 52



( 1 ) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

( 2 ) Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

( 3 ) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

( 4 ) ĠU L 247, 17.9.2001, p. 24.

( 5 ) ĠU L 70, 9.3.2006, p. 63.

( *1 ) ħassar fejn mhux applikabbli.

Top