This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009R0976-20101228
Commission Regulation (EC) No 976/2009 of 19 October 2009 implementing Directive 2007/2/EC of the European Parliament and of the Council as regards the Network Services
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad- 19 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad- 19 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk
2009R0976 — MT — 28.12.2010 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 274, 20.10.2009, p.9) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1088/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 |
L 323 |
1 |
8.12.2010 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 976/2009
tad-19 ta’ Ottubru 2009
li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2007/2/KE tistabbilixxi regoli ġenerali għat-twaqqif ta’ Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea. L-Istati Membri huma mitluba li jistabbilixxu u jħaddmu netwerk ta’ servizzi għas-settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika li għalihom inħolqu metadejta skont dik id-Direttiva. |
(2) |
Sabiex ikun assigurat li tali servizzi jkunu kompatibbli u li jkunu jistgħu jintużaw, fuq il-livell Komunitarju, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji minimi ta’ prestazzjoni għal dawk is-servizzi fir-rigward tat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE. |
(3) |
Sabiex jiġi assigurat li l-awtoritajiet pubbliċi u l-persuni terzi jingħataw il-possibiltà teknika li jgħaqqdu s-settijiet u s-servizzi ta’ dejta ġeografika tagħhom mas-Servizzi ta’ Netwerk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti xierqa għal dawk is-servizzi. |
(4) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi ir-rekwiżiti għat-twaqqif u l-manutenzjoni tas-Servizzi ta’ Netwerk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa s-“Servizzi ta’ Netwerk”) u l-obbligi relatati għad-disponibbiltà ta’ dawk is-servizzi għall-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u l-persuni terzi skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 2
Tifsiriet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Parti A tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 ( 2 ) għandhom japplikaw.
It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(1) Il-“Kapaċità Operattiva Inizjali” tfisser l-abbiltà ta’ Servizz ta’ Netwerk li jipprovdi funzjonalità sħiħa mingħajr ma’ jiggarantixxi kwalità ta’ servizz konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew aċċess għas-servizz mill-utenti kollha permezz il-ġeoportal INSPIRE;
(2) Il-“Prestazzjoni” tfisser il-livell minimu li bih objettiv jiġi kkunsidrat li ntlaħaq li jirrapreżenta l-fatt ta’ kemm tista’ titlesta malajr talba fi ħdan Servizz ta’ Netwerk INSPIRE;
(3) Il-“Kapaċità” tfisser il-limitu tal-għadd ta’ talbiet ta’ servizz simultanji pprovduti bi prestazzjoni garantita;
(4) Id-“Disponibbiltà” tfisser il-probabbiltà li Servizz ta’ Netwerk ikun disponibbli;
(5) Il-“Ħin ta’ reazzjoni” tfisser il-ħin imkejjel fil-pożizzjoni tas-Servizz tal-Istat Membru, li fih l-operazzjoni tas-servizz twassal l-ewwel byte tar-riżultat;
(6) Ir-“Talba għal servizz” tfisser talba waħda għal operazzjoni waħda ta’ Servizz ta’ Netwerk INSPIRE;
(7) l-“Element ta’ Metadejta INSPIRE” tfisser element ta’ Metadejta stabbilit f’Parti B tal-Anness għar-Regolamet (KE) Nru 1205/2008;
(8) “Publikazzjoni” tfisser l-operazzjoni li ddaħħal, tħassar jew taġġorna l-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien;
(9) Il-“Lingwa Naturali” tfisser lingwa li hija mitkellma, miktuba, jew mitkellma bis-sinjali mill-bnedmin għal skopijiet ġenerali ta’ komunikazzjoni;
(10) Il-“Ġbir” tfisser operazzjoni li ġġib elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi minn Servizz ta’ Sejbien ta’ sors u li tippermetti li tinħoloq, titħassar jew tiġi aġġornata l-metadejta ta’ dawn ir-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien fil-mira;
(11) Is-“Saff” tfisser unità bażika ta’ informazzjoni ġeografika li tista’ tiġi mitluba bħala mappa minn server skont EN ISO 19128;
(12) Tniżżil b’Aċċess Dirett tfisser Servizz ta’ Tniżżil li jagħti aċċess għall-Oġġetti Ġeografiċi fis-Settijiet tad-Dejta Ġeografika abbażi ta’ talba.
Artikolu 3
Rekwiżiti għas-Servizzi ta’ Netwerk
Is-Servizzi ta’ Netwerk għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalità tas-servizzi stabbiliti fl-Anness I.
Barra minn hekk, kull tip ta’ Servizz ta’ Netwerk għandu jkun konformi ma’ dawn li ġejjin:
(a) f’dak li jikkonċerna s-Servizzi ta’ Sejbien, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fl-Anness II;
(b) f’dak li jikkonċerna s-Servizzi ta’ Viżjoni, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fl-Anness III;
(c) Fir-rigward tas-Servizzi ta’ Tniżżil, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi applikabbli stipulati fl-Annessi I u IV;
(d) Fir-rigward tas-Servizzi ta’ Trasformazzjoni, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi applikabbli stipulati fl-Annessi I u IV.
Artikolu 4
Aċċess għas-Servizzi ta’ Netwerk
1. Mhux aktar tard mid-9 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Sejbien u Viżjoni b’kapaċità operattiva inizjali.
2. Mhux aktar tard mid-9 ta’ Novembru 2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Sejbien b’konformità ma’ dan ir-Regolament.
3. Mhux aktar tard mi 28 ta’ Ġunju 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Tniżżil b’kapaċità operattiva inizjali.
4. Mhux aktar tard mi 28 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Tniżżil f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
5. Mhux aktar tard mi 28 ta’ Ġunju 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Trasformazzjoni b’kapaċità operattiva inizjali.
6. Mhux aktar tard mi 28 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Trasformazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
KWALITÀ TAS-SERVIZZ
Servizzi ta’ netwerk minn partijiet terzi konnessi skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE ma għandhomx jitqiesu fl-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizz sabiex jiġi evitat kwalunkwe deterjorament li jista’ jirriżulta minn effetti kumulattivi.
Għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin tal-Kwalità tas-Servizz marbuta mal-prestazzjoni, il-kapaċità u d-disponibbiltà.
1. PRESTAZZJONI
Is-sitwazzjoni normali tirrappreżenta perjodi meta d-domanda ma tkunx fl-ogħla punt tagħha. Hija stabbilita għal 90 % tal-ħin.
Il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali għal talba ta’ servizz ta’ sejbien ma għandux ikun aktar minn tliet (3) sekondi f’sitwazzjoni normali.
Għal immaġni ta’ 470 Kilobyte (eż. 800×600 pixels b’fond ta’ kulur ta’ 8 bits), il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali għal Talba “Get Map” lil servizz ta’ viżjoni ma għandux ikun aktar minn ħames (5) sekondi f’sitwazzjoni normali.
Għal operazzjoni “Get Download Service Metadata”, il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali ma għandux ikun aktar minn 10 sekondi f’sitwazzjoni normali.
Għall-operazzjoni “Get Spatial Data Set” u għall-operazzjoni “Get Spatial Object”, u għal talba li tkun tikkonsisti biss minn kwadru ta’ delimitazzjoni, il-ħin ta’ reazzjoni għal bgħit tar-reazzjoni inizjali ma għandux ikun aktar minn 30 sekonda f’sitwazzjoni normali u s-servizz ta’ tniżżil, dejjem f’sitwazzjoni normali, għandu jżomm reazzjoni sostnuta li tkun ta’ aktar minn 0,5 Megabytes fis-sekonda jew 500 Oġġett Ġeografiku fis-sekonda.
Għall-operazzjoni “Describe Spatial Data Set” u għall-operazzjoni “Describe Spatial Object Type”, il-ħin ta’ reazzjoni għall-bgħit tar-reazzjoni inizjali ma għandux ikun aktar minn 10 sekondi f’sitwazzjoni normali u s-servizz ta’ tniżżil, dejjem f’sitwazzjoni normali, għandu jżomm reazzjoni sostnuta li tkun ta’ aktar minn 0,5 Megabytes fis-sekonda jew aktar minn 500 deskrizzjoni ta’ Oġġett Ġeografiku fis-sekonda.
2. KAPAĊITÀ
L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ sejbien li għandu jkun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 30 kull sekonda.
L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ viżjoni li għandu jkun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 20 kull sekonda.
L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ tniżżil li għandu ikun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 10 kull sekonda. L-għadd ta’ talbiet ipproċessati b’mod parallell jista’ jkun limitat għal 50.
L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ trasformazzjoni li għandu jkun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 5 talbiet kull sekonda.
3. DISPONIBBILTÀ
Il-probabbiltà li servizz ta’ netwerk jkun disponibbli għandha tkun ta’ 99 % tal-ħin.
ANNESS II
SERVIZZI TA’ SEJBIEN
PARTI A
Kriterji tat-Tfittix
Sabiex ikun konformi mas-sett minimu ta’ kriterji tat-tfittix stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jgħin biex isir it-tfittix bl-elementi ta’ metadejta INSPIRE imniżżla fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.
Tabella 1
Il-kriterji minimi ta’ tfittix |
L-elementi ta’ metadejta INSPIRE |
Il-kliem ewlieni |
Kelma Ewlenija |
Il-klassifikazzjoni ta’ dejta u servizzi ġeografiċi; (Għal settijiet ta’ dejta ġeografika u serje ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika) |
Kategorija tas-suġġett |
Il-klassifikazzjoni ta’ dejta u servizzi ġeografiċi; (Għal servizzi ta’ dejta ġeografika) |
It-tip ta’ servizz ta’ dejta ġeografika |
Il-kwalità u l-validità tas-settijiet ta’ dejta ġeografika; |
Nisel |
Il-kwalità u l-validità tas-settijiet ta’ dejta ġeografika; |
Ir-riżoluzzjoni ġeografika |
Il-grad ta’ konformità mar-regoli implimentattivi previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE |
L-ispeċifikazzjoni |
Il-grad ta’ konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE |
Grad |
Il-pożizzjoni ġeografika |
Il-kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika |
Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika u l-użu tagħhom |
Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess u l-użu |
Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika u l-użu tagħhom |
Il-limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku |
L-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-ħolqien, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika; |
Il-parti responsabbli |
L-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-ħolqien, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika; |
Ir-rwol tal-parti responsabbli |
L-elementi ta’ metadejta jew is-sett ta’ elementi INSPIRE li ġejjin għandhom ikunu disponibbli wkoll bħala kriterji ta’ tfittxija:
(a) It-Titolu tar-Riżorsa;
(b) Is-sinteżi tar-Riżorsa;
(c) It-Tip tar-Riżorsa;
(d) L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku;
(e) Ir-Referenza Temporali.
Biex ikun permess is-sejbien ta’ riżorsi permezz ta’ taħlita ta’ kriterji ta’ tfittxija, l-operaturi loġiċi u dawk ta’ tqabbil għandhom jiġu appoġġjati.
Biex ikun permess is-sejbien ta’ riżorsi bbażat fuq il-pożizzjoni ġeografika tar-riżorsa, l-operatur ġeografiku mniżżel fit-Tabella 2 għandu jiġi appoġġjat.
Tabella 2
L-isem tal-operatur |
Il-proprjetà |
L-intersezzjonijiet |
Jirrikjedi li l-element ta’ metadejta INSPIRE “Kwadru ta’ Delimitazzjoni Ġeografika” jagħmel intersezzjoni ta’ Żona ta’ Interess definita |
PARTI B
L-operazzjonijiet
1. LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET
Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jipprovdi l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 3 ta’ dan l-Anness.
Tabella 3
Il-ħidma |
Ir-rwol |
“Get Discovery Service Metadata” |
Jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u jispjega l-kapaċitajiet tas-servizz. |
“Discover Metadata” |
L-operazzjoni Discover Metadata tippermetti talbiet għal elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ riżorsi msejsa fuq talba li ssir mis-Servizz ta’ Sejbien fil-mira. |
Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jappoġġja l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 4 ta’ dan l-Anness.
Tabella 4
Il-ħidma |
Ir-rwol |
Publish Metadata |
L-operazzjoni Publish Metadata tippermetti li jsir editjar tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien (mekkaniżmi ta’ metadejta li jġibu jew jagħtu). Editjar ifisser li ddaħħal, tħassar jew taġġorna |
Link Discovery Service |
Il-funzjoni Link Discovery Service tippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Sejbien għas-Sejbien ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru filwaqt li r-riżorsa ta’ metadejta tinżamm fil-lokalità tas-sid |
Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw l-ispjegazzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjoni teknika tas-Servizz ta’ Sejbien.
2. OPERAZZJONI “GET DISCOVERY SERVICE METADATA”
2.1. Talba għal “Get Discovery Service Metadata”
2.1.1. Parametri għat-talba għal “Get Discovery Service Metadata”
Il-parametru għat-talba għal “Get Discovery Service Metadata” jindika l-lingwa naturali għall-kontenut tar-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata”
2.2. Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata”
Ir-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata” għandha jkollha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:
— Il-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien,
— Il-Metadejta tal-Operazzjonijiet,
— Il-lingwi.
2.2.1. Parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien
Il-parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-Servizz ta’ Sejbien.
2.2.2. Parametri tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet
Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdu l-metadejta dwar l-operazzjonijiet implimentati mis-Servizz ta’ Sejbien. Dawn il-parametri ta’ metadejta għandhom jispjegaw kull operazzjoni. Dan jinkludi tal-anqas dan li ġej:
(1) jindika d-disponibbiltà tal-mekkaniżmu li jiġbed, tal-mekkaniżmu li jagħti jew tat-tnejn, għall-Metadejta tal-Publikazzjoni;
(2) jispjega kull operazzjoni, u jinkludi tal-anqas spjegazzjoni tad-dejta li tpartet u l-indirizz tan-netwerk.
2.2.3. Parametru tal-lingwi
Għandhom jiġu pprovduti żewġ parametri tal-lingwi:
— il-parametru ta’ Reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri tar-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata”;
— il-parametru tal-lingwi Appoġġjati li fih ikun hemm il-lista tal-lingwi naturali appoġġjati mis-servizz tas-Sejbien.
3. OPERAZZJONI TAL-METADEJTA TAS-SEJBIEN
3.1. Talba tal-Metadejta tas-Sejbien
Din it-Talba tal-Metadejta tas-Sejbien fiha dawn il-parametri li ġejjin:
— Il-Lingwa;
— It-Talba.
3.1.1. Parametru tal-Lingwa
Il-parametru tal-Lingwa jindika l-lingwa naturali mitluba għall-kontenut tas-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien
3.1.2. Parametru tat-Talba
Il-parametru tat-Talba għandu jkun fih it-taħlita ta’ kriterji ta’ tfittix kif speċifikata fil-parti A.
3.2. Ir-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien
3.2.1. Parametru tar-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien
Il-parametru tar-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien għandu jkun fih tal-anqas l-elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ kull riżorsa li taqbel mat-talba.
4. OPERAZZJONI TAL-METADEJTA TAL-PUBBLIKAZZJONI
Il-funzjoni tal-Metadejta tal-Publikazzjoni tippermetti l-pubblikazzjoni tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien. Iż-żewġ alternattivi huma:
— Il-mekkaniżmu li jagħti: jippermetti li jsir editjar tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE tar-riżorsi aċċessibli mis-Servizz ta’ Sejbien,
— Il-Mekkaniżmu li jġib: Jippermetti lis-Servizz ta’ Sejbien ta’ Stat Membru li jġib l-elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ riżorsi minn pożizzjoni remota.
Għandha tiġi appoġġjata, mill-anqas, waħda mill-alternattivi imniżżla hawn fuq.
4.1. Mekkaniżmu li Jagħti
4.1.1. Talba tal-Metadejta tal-Editjar
4.1.1.1.
Il-parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Editjar jipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba biex jiddaħħlu, jiġu aġġornati, jew jitħassru mis-Servizz ta’ Sejbien l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tar-riżorsi.
4.2. Mekkaniżmu li Jġib
4.2.1. Talba tal-Metadejta tal-Ġabra
4.2.1.1.
Il-parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Ġabra jipprovdi kull informazzjoni dwar il-lokazzjoni remota meħtieġa biex jinkisbu r-riżorsi ta’ metadejta disponibbli. Hu għandu jinkludi, tal-anqas, l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-servizz iddedikat għad-dejta ġeografika.
5. OPERAZZJONI TAS-SERVIZZ TA’ SEJBIEN MAGĦQUD
L-operazzjoni tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud jippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Sejbien konformi ma’ dan ir-Regolament, għas-Sejbien ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru filwaqt li tinżamm ir-riżorsa ta’ metadejta fil-lokalità tas-sid.
5.1. Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud
5.1.1. Parametru tar-Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud
Il-parametru tar-Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud għandu jipprovdi kull informazzjoni dwar is-Servizz ta’ Sejbien tal-Awtorità Pubblika jew ta’ Parti Terza konformi ma’ dan ir-Regolament, li jippermetti lis-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru li jġib riżorsi Metadejta bbażati fuq taħlita ta’ kriterji ta’ tfittix mis-Serivizz ta’ Sejbien tal-Awtorità Pubblika jew ta’ Parti Terza u jgħaqqadhom ma’ riżorsi Metadejta oħrajn.
ANNESS III
SERVIZZI TA’ VIŻJONI
PARTI A
L-operazzjonijiet
1. LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET
Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jipprovdi l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.
Tabella 1
L-operazzjoni |
Ir-rwol |
“Get View Service Metadata” |
Jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u jispjega l-kapaċitajiet tas-servizz. |
Get Map |
Iwassal mappa li fiha jkun hemm l-informazzjoni ġeografika u tematika li tkun ġejja minn dejtasets ġeografiċi disponibbli. Din il-mappa hija immaġni ġeo-referenzjata. |
Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ viżjoni għandu jappoġġja l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness.
Tabella 2
L-operazzjoni |
Ir-rwol |
Is-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni |
Jippermetti lil Awtorità Pubblika jew Parti Terza li tiddikjara Servizz ta’ viżjoni għal wiri tar-riżorsi tagħha permezz ta’ Servizz ta’ Viżjoni ta’ Stat Membru filwaqt li tinżamm il-kapaċità ta’ wiri mill-pożizzjoni tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza. |
Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw l-ispjegazzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjoni teknika tas-Servizz ta’ Viżjoni.
2. OPERAZZJONI “GET VIEW SERVICE METADATA”
2.1. Talba għal “Get View Service Metadata”
2.1.1. Parametri ta’ talba għal “Get View Service Metadata”
Il-parametru ta’ rikjesta għal “Get View Service Metadata” jindika l-lingwa naturali rikjesta għall-kontenut tar-Reazzjoni għal “Get View Service Metadata”
2.2. Parametri għar-reazzjoni għal “Get View Service Metadata”
Ir-Reazzjoni għal “Get View Service Metadata” għandha jkollha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:
— Il-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni,
— Il-Metadejta tal-Operazzjonijiet,
— Il-lingwi,
— Il-Metadejta ta’ Saffi.
2.2.1. Parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni
Il-parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-Servizz ta’ Viżjoni.
2.2.2. Parametri tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet
Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jispjega l-operazzjonijiet tas-Servizz ta’ viżjoni u fih għandu jkun hemm, tal-anqas, spjegazzjoni tad-dejta li tpartet u l-indirizz tan-netwerk ta’ kull operazzjoni.
2.2.3. Parametri tal-Lingwi
Għandhom jiġu pprovduti żewġ parametri tal-lingwi:
— il-parametru ta’ Reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri ta’ Metadejta ta’ Servizz ta’ Reazzjoni,
— il-parametru tal-lingwi Appoġġati li fih ikun hemm il-lista tal-lingwi naturali appoġġati minn dan is-servizz ta’ Viżjoni.
2.2.4. Parametri ta’ Metadejta ta’ Saffi
L-elementi tal-metadejta imniżżla fit-tabella 3 għandhom ikunu pprovduti għal kull saff.
Tabella 3
Elementi ta’ metadejta |
L-ispjegazzjoni |
It-Titolu ta’ Riżorsa |
It-titlu tas-saff, użat għall-komunikazzjoni tal-bniedem, għall-preżentazzjoni tas-saff, eż. f’menù |
Is-Sinteżi tar-Riżorsa; |
Is-sinteżi ta’ saff |
Kelma Ewlenija |
Kliem ewlieni addizzjonali |
Kwadru ta’ Delimitazzjoni Ġeografika |
Ir-rettangolu minimu ta’ delimitazzjoni fis-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati appoġġjati taż-żona koperta mis-Saff |
L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku; |
L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tar-riżorsa użata biex jinħoloq is-saff |
Il-parametri speċifiċi tas-saff imniżżla fit-tabella 4 għandhom ikunu provduti għal kull saff.
Tabella 4
Il-parametru |
L-ispjegazzjoni |
L-isem |
L-isem armonizzat tas-saff |
Is-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati |
Il-lista tas-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati li fiha huwa disponibbli s-saff |
L-istili |
Il-lista tal-istili ta’ rendiment disponibbli għas-saff |
Stil jkun magħmul minn titolu u Identifikatur Uniku |
|
URL tat-tifsir |
Il-pożizzjoni tat-tifsir għal kull stil, lingwa u pari ta’ dimensjoni |
Pari ta’ Dimensjoni |
Jindika l-pari ta’ assi ta’ żewġ dimensjonijiet appoġġjati għas-settijiet ta’ dejta ġeografika multidimensjonali u s-serje ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika |
3. OPERAZZJONI TA’ “GET MAP”
3.1. Talba “Get Map”
3.1.1. Parametri ta’ talba għal “Get Map”
Il-parametri ta’ Talba għal “Get Map” imniżżlin fit-Tabella 5 għandhom jiġu pprovduti
Tabella 5
Il-parametru |
L-ispjegazzjoni |
Is-Saffi |
Il-lista tal-ismijiet tas-saffi li għandhom jiġu inklużi fil-mappa |
L-istili |
Il-lista tal-istili li għandhom jintużaw għal kull saff |
Is-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati |
Is-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati tal-mappa |
Kwadru ta’ delimitazzjoni |
L-4 Koordinati tal-kantunieri tal-mappa ta’ żewġ dimensjonijiet għall-par ta’ Dimensjoni magħżul u fis-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati magħżula |
Il-wisà tal-immaġni |
Il-wisà tal-immaġni f’pixels |
L-għoli tal-immaġni |
L-għoli tal-immaġni f’pixels |
Il-format tal-immaġni |
Il-format tal-ħruġ tal-immaġini |
Il-lingwa |
Il-lingwa li għandha tintuża għar-reazzjoni |
Par ta’ Dimensjoni |
L-assi ta’ żewġ dimensjonijiet li għandhom jintużaw għall-mappa Pereżempju dimensjoni ġeografika u ħin |
4. OPERAZZJONI TAS-SERVIZZ MAGĦQUD TA’ VIŻJONI
4.1. Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni
4.1.1. Parametri tat-Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni
Il-Parametru tat-Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar is-Servizz ta’ Viżjoni tal-Awtorità Pubblika jew tat-Terza Persuna konformi ma’ dan ir-Regolament, li jippermetti lis-Servizz ta’ Viżjoni tal-Istat Membru biex iġib mappa mis-Servizz ta’ Viżjoni tal-Awtorità Pubblika jew tat-Terza Persuna u jgħaqqadha ma’ mapep oħrajn.
PARTI B
Karattersitiċi oħra
Is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jkollu dawn il-karatteristiċi li ġejjin.
1. Is-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati
Is-saffi għandhom jintwerew flimkien billi tintuża sistema ta’ referenza ta’ Koordinati waħda u s-Servizz ta’ Viżjoni għadu jappoġġja, tal-anqas, is-Sistemi ta’ Referenzi ta’ Koordinati fl-Anness I, punt 1 tad-Direttiva 2007/2/KE
2. Il-Format tal-Immaġni
Is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jappoġġja, tal-anqas, wieħed minn dawn il-formati tal-immaġni li ġejjin:
— il-format tal-“Portable Network Graphics” (PNG);
— il-“Graphics Interchange Format” (GIF), mingħajr kompressjoni.
ANNESS IV
SERVIZZI TA’ TNIŻŻIL
PARTI A
Operazzjonijiet ta’ Tniżżil
1. LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET
Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Tniżżil għandu tal-anqas jipprovdi l-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.
Tabella 1
Operazzjoni |
Rwol |
Get Download Service Metadata |
Tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz, is-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika disponibbli, u tiddeskrivi l-kapaċitajiet tas-servizz. |
Get Spatial Data Set |
L-operazzjoni Get Spatial Data Set tippermetti l-ġbir ta’ Sett ta’ Dejta Ġeografika. |
Describe Spatial Data Set |
Din l-operazzjoni tagħti d-deskrizzjoni tat-tipi kollha ta’ Oġġetti Ġeografiċi li jinsabu fis-Sett tad-Dejta Ġeografika. |
Link Download Service |
Tippermetti d-dikjarazzjoni, minn Awtorità Pubblika jew Parti Terza, tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Tniżżil għat-tniżżil ta’ Settijiet ta’ Dejta Ġeografika jew, fejn prattikabbli, Oġġetti Ġeografiċi, permezz tas-Servizz ta’ Tniżżil tal-Istat Membru filwaqt li tinżamm il-kapaċità ta’ tniżżil fil-lok tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza. |
Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw id-deskrizzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-Servizz ta’ Tniżżil.
2. OPERAZZJONI “GET DOWNLOAD SERVICE METADATA”
2.1. Talba għal “Get Download Service Metadata”
2.1.1. Parametru tat-talba għal “Get Download Service Metadata”
Il-parametru tat-talba għal “Get Download Service Metadata” għandu jindika l-lingwa naturali li se tintuża għall-kontenut tar-reazzjoni “Get Download Service Metadata”.
2.2. Reazzjoni għal “Get Download Service Metadata”
Ir-reazzjoni għal “Get Download Service Metadata” għandu jkun fiha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:
— Metadejta tas-Servizz ta’ Tniżżil;
— Metadejta tal-Operazzjonijiet;
— Lingwi;
— Metadejta tas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika.
2.2.1. Parametru tal-Metadejta tas-Servizz ta’ Tniżżil
Il-parametri tal-Metadejta tas-Servizz ta’ Tniżżil għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta tal-INSPIRE tas-Servizz ta’ Tniżżil.
2.2.2. Parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet
Il-parametru tal-metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdi l-metadejta dwar l-operazzjonijiet implimentati mis-Servizz ta’ Tniżżil. Għandu tal-inqas jipprovdi deskrizzjoni ta’ kull operazzjoni u bħala minimu jinkludi deskrizzjoni tad-dejta skambjata u tal-indirizz tan-netwerk.
2.2.3. Parametru tal-lingwi
Għandhom jingħataw żewġ parametri tal-lingwa:
— Il-parametru tal-Lingwa tar-reazzjoni li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri tar-reazzjoni għal “Get Download Service Metadata”;
— Il-parametru tal-lingwi Kompatibbli li jkun fih il-lista tal-lingwi naturali kompatibbli mas-Servizz ta’ Tniżżil.
2.2.4. Parametri tal-Metadejta tas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika
Għandhom jiġu pprovduti l-elementi tal-metadejta tal-INSPIRE tas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika disponibbli. Barra dan, għal kull Sett ta’ Dejta Ġeografika, għandha tingħata wkoll il-lista ta’ dawk is-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li huma disponibbli.
3. OPERAZZJONI “GET SPATIAL DATA SET”
3.1. Talba “Get Spatial Data Set”
It-talba “Get Spatial Data Set” fiha l-parametri li ġejjin:
— Lingwa;
— Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika;
— Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati.
3.1.1. Parametru tal-lingwa
Il-parametru tal-lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għas-Sett ta’ Dejta Ġeografika.
3.1.2. Parametru tal-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika
L-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika għandu jkun fih l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika.
3.1.3. Parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati
Il-parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati għandu jkun fih waħda mis-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati elenkati fil-lista tas-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati msemmija fil-punt 2.2.4.
3.2. Reazzjoni għal “Get Spatial Data Set”
3.2.1. Parametru tar-reazzjoni għal “Get Spatial Data Set”
Il-parametru tar-reazzjoni għal “Get Spatial Data Set” għandu jkun is-Sett ta’ Dejta Ġeografika mitlub fil-lingwa mitluba u fis-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati mitluba.
4. OPERAZZJONI “DESCRIBE SPATIAL DATA SET”
4.1. Talba għal “Describe Spatial Data Set”
It-talba għal “Describe Spatial Data Set” għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:
— Lingwa;
— Identifikatur tas-Sett tad-Dejta Ġeografika.
4.1.1. Parametru tal-lingwa
Il-parametru tal-Lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ Oġġetti Ġeografiċi.
4.1.2. Parametru tal-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika
L-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika għandu jkun fih l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika.
4.2. Reazzjoni għal “Describe Spatial Data Set”
4.2.1. Parametru tar-reazzjoni “Describe Spatial Data Set”
Il-parametru tar-reazzjoni “Describe Spatial Data Set” għandu jkun id-deskrizzjoni tal-Oġġetti Ġeografiċi fis-Sett ta’ Dejta Ġeografika mitlub u fil-lingwa mitluba.
5. OPERAZZJONI “LINK DOWNLOAD SERVICE”
L-operazzjoni “Link Download Service” tippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Tniżżil skont dan ir-Regolament, għat-tniżżil ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Tniżżil tal-Istat Membru filwaqt li jinżammu r-riżorsi fil-lok tas-sid.
5.1. Talba għal “Link Download Service”
5.1.1. Parametru tat-talba għal “Link Download Service”
Il-parametru tat-talba għal “Link Download Service” għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar is-Servizz ta’ Tniżżil tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza skont dan ir-Regolament u jippermetti li s-Servizz ta’ Tniżżil tal-Istat Membru jipprovdi aċċess għas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika u, fejn possibbli, għall-Oġġetti Ġeografiċi mis-Servizz ta’ Tniżżil tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza.
PARTI B
Operazzjonijiet ta’ Tniżżil b’Aċċess Dirett
6. LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET
Meta s-Servizz ta’ Tniżżil jagħti aċċess dirett għal settijiet ta’ dejta ġeografika, għandu jipprovdi, flimkien mal-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1, l-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness.
Tabella 2
Operazzjoni |
Rwol |
Get Spatial Object |
Din l-operazzjoni tippermetti l-ġbir ta’ Oġġetti Ġeografiċi abbażi ta’ talba. |
Describe Spatial Object Type |
Din l-operazzjoni tagħti d-deskrizzjoni tat-tipi ta’ Oġġetti Ġeografiċi speċifikati. |
Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw id-deskrizzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-Servizz ta’ Tniżżil.
7. OPERAZZJONI “GET SPATIAL OBJECT”
7.1. Talba għal “Get Spatial Object”
It-talba għal “Get Spatial Object” għandha tkun kompatibbli mal-parametri li ġejjin:
— Lingwa;
— Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika;
— Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati;
— Talba.
7.1.1. Parametru tal-lingwa
Il-parametru tal-Lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għall-Oġġetti Ġeografiċi.
7.1.2. Parametru tal-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika
L-Identifikatur tas-Sett tad-Dejta Ġeografika għandu jkun fih l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika mitlub. Meta l-parametru ma jkunx ipprovdut, għandu jitqies li ntgħażlu s-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika kollha disponibbli.
7.1.3. Parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati
Il-parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati għandu jkun fih waħda mis-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati elenkati fil-lista tas-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010.
7.1.4. Parametru tat-talba
Il-parametru tat-talba għandu jkun magħmul mill-kriterji tat-tfittxija elenkati fil-parti C.
7.2. Reazzjoni għal “Get Spatial Object”
Ir-reazzjoni għal “Get Spatial Object” għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:
— Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi;
— Metadjeta tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi.
7.2.1. Parametru tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi
Il-paramentru tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi għandu jkun is-sett tal-Oġġetti Ġeografiċi li jkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 u jissodisfa l-kriterji tat-tfittxija f’talba, fil-lingwa mitluba u fis-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati.
7.2.2. Parametru tal-Metadejta tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi
Il-parametru tal-Metadejta tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi għandu jkun fih tal-inqas l-elementi tal-metadejta tal-INSPIRE tas-sett tal-Oġġetti Ġeografiċi.
8. OPERAZZJONI “DESCRIBE SPATIAL OBJECT TYPE”
8.1. Talba għal “Describe Spatial Object Type”
It-talba għal “Describe Spatial Object Type” għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:
— Lingwa;
— Tip ta’ Oġġett Ġeografiku.
8.1.1. Parametru tal-lingwa
Il-parametru tal-Lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għad-deskrizzjoni tat-tip tal-Oġġett Ġeografiku.
8.1.2. Parametru tat-Tip ta’ Oġġett Ġeografiku
Il-parametru tat-Tip ta’ Oġġett Ġeografiku għandu jkun fih l-isem lingwistikament newtrali tat-Tip ta’ Oġġett Ġeografiku kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010. Meta l-parametru ma jkunx mogħti, għandu jitqies li ntgħażlu l-Oġġetti Ġeografiċi kollha.
8.2. Reazzjoni għal “Describe Spatial Object Type”
8.2.1. Parametru tar-reazzjoni għal “Describe Spatial Object Type”
Il-parametru tar-reazzjoni għal “Describe Spatial Object type” għandu jkun id-deskrizzjoni tat-tip ta’ oġġett ġeografiku, f’konformità mar-Regoalment (UE) Nru 1089/2010.
PARTI C
Kriterji tat-tfittxija għall-Operazzjoni “Get Spatial Object”
Għall-għanijiet tal-Operazzjoni “Get Spatial Object” tas-Servizz ta’ Tniżżil, għandhom ikunu implimentati l-kriterji li ġejjin:
— Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett tad-Dejta Ġeografika;
— L-attributi rilevanti kollha u r-relazzjoni bejn l-Oġġetti Ġeografiċi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010; partikolarment l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku ta’ Oġġett Ġeografiku u l-karatteristiċi dimensjonali temporali, fosthom id-data tal-aġġornament;
— Il-kwadru ta’ delimitazzjoni, espress fi kwalunkwe mis-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010;
— Tema tad-Dejta Ġeografika.
Sabiex ikunu jistgħu jinstabu oġġetti ġeografiċi permezz ta’ kombinazzjoni ta’ kriterji ta’ tfittxija, għandhom ikunu sostnuti operaturi loġiċi u ta’ tqabbil
ANNESS V
SERVIZZI TA' TRASFORMAZZJONI
Operazzjonijet ta' Trasformazzjoni
1. LISTA TA' OPERAZZJONIJIET
Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta' Trasformazzjoni għandu jipprovdi l-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 ta' dan l-Anness.
Tabella 1
Operazzjoni |
Rwol |
Get Transformation Service Metadata |
Tagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u tiddeskrivi l-kapaċitajiet tas-servizz, fosthom il-kategorija kompatibbli ta' trasformazzjoni, it-trasformazzjonijiet kompatibbli, it-tipi tal-input tad-dejta aċċettati, definizzjoni tal-mudell kompatibbli u l-lingwi tal-immappjar. |
Transform |
Twettaq il-proċess proprju ta' trasformazzjoni. |
Link Transformation Service |
Tippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibblità ta' Servizz ta' Trasformazzjoni għat-Trasformazzjoni ta' Settijiet ta' Dejta Ġeografika permezz tas-Servizzi ta' Trasformazzjoni tal-Istati Membri filwaqt li żżomm il-kapaċità ta' Trasformazzjoni fil-lok tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza. |
Il-parametri tat-talba u r-reazzjoni ta' kull operazzjoni jikkompletaw id-deskrizzjoni ta' kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-Servizz ta' Trasformazzjoni.
2. OPERAZZJONI “GET TRANSFORMATION SERVICE METADATA”
2.1. Talba għal “Get Transformation Service Metadata”
2.1.1. Parametru tat-talba għal “Get Transformation Service Metadata”
Il-parametru tat-talba għal “Get Transformation Service Metadata” għandu jindika l-lingwa naturali għall-kontenut tar-reazzjoni għal “Get Transformation Service Metadata”.
2.2. Reazzjoni għal “Get Transformation Service Metadata”
Ir-reazzjoni għal “Get Transformation Service Metadata” għandu jkun fiha s-settijiet ta' parametri li ġejjin:
— Metadejta tas-Servizz ta' Trasformazzjoni;
— Metadejta tal-Operazzjonijiet;
— Lingwi.
2.2.1. Parametru tal-Metadejta tas-Servizz ta' Trasformazzjoni
Il-parametru tal-Metadejta ta' Servizz ta' Trasformazzjoni għandu tal-anqas jkun fih l-elementi ta' metadejta tal-INSPIRE tas-Servizz ta' Transformazzjoni.
2.2.2. Parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet
Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdi l-metadejta dwar l-operazzjonijiet implimentati mis-Servizz ta' Trasformazzjoni.
Għandu jiddeskrivi kull operazzjoni, u jinkludi tal-anqas deskrizzjoni tad-dejta skambjata u l-indirizz tan-netwerk, u għandu jelenka dan li ġej:
— Il-kategoriji ta' trasformazzjoni aċċettati mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni;
— Il-kodifikazzjoni għall-input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika aċċettata mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni;
— Il-lingwi tal-Mudell tad-Dejta aċċettati mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni;
— Il-lingwi tal-Mudell tal-Immappjar aċċettati mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni.
2.2.3. Parametru tal-lingwi
Għandhom jingħataw żewġ parametri:
— Il-parametru tar-reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fir-reazzjoni “Get Transformation Service Metadata”;
— Il-parametru tal-lingwi kompatibbli li jkun fih il-lista tal-lingwi naturali kompatibbli mas-Servizz ta' Trasformazzjoni.
3. OPERAZZJONI TA' TRASFORMAZZJONI
3.1. Talba ta' trasformazzjoni
It-talba ta' Trasformazzjoni għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:
— Input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika;
— Mudell tas-Sors;
— Mudell fil-Mira;
— Mudell tal-Immappjar.
3.1.1. Parametru tal-Input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika
Il-parametru tal-Input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika għandu jindika s-Sett ta' Dejta Ġeografika li se tiġi ttrasformata.
3.1.3. Parametru tal-Mudell tas-Sors
Il-parametru tal-Mudell tas-Sors għandu jispeċifika l-mudell tas-Sett ta' Dejta Ġeografika tal-Input.
2.1.4. Parametru tal-Mudell fil-Mira
Il-parametru tal-Mudell fil-Mira għandu jispeċifika l-mudell li fih ser jiġi ttrasfomat l-input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika.
3.1.4. Parametru tal-Mudell tal-Immappjar
Il-parametru tal-Mudell tal-Immappjar għandu jispeċifika l-immappjar mill-Mudell tas-Sors sal-Mudell fil-Mira.
3.2. Reazzjoni għal “Transform”
3.2.1. Parametru tar-reazzjoni għal “Transform”
Il-parametru tar-reazzjoni għal Transform għandu jkun fih is-Sett tad-Dejta Ġeografika ttrasformata f’komformità mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010.
4. OPERAZZJONI “LINK TRANSFORMATION SERVICE”
4.1. Talba għal “Link Transformation Service”
4.1.1. Parametru tat-talba għal “Link Transformation Service”
Il-Parametru tat-talba għal “Link Transformation Service” għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar is-Servizz ta' Trasformazzjoni tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza f’konformità ma' dan ir-Regolament, li tippermetti l-użu tas-Servizz ta' Trasformazzjoni tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza mis-Servizz ta' Trasformazzjoni tal-Istat Membru.
( 1 ) ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.
( 2 ) ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12.