This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009R0643-20170109
Commission Regulation (EC) No 643/2009 of 22 July 2009 implementing Directive 2005/32/EC of the European Parliament and of the Council with regard to ecodesign requirements for household refrigerating appliances (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat- 22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat- 22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
No longer in force
02009R0643 — MT — 09.01.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 643/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar (ĠU L 191 23.7.2009, p. 53) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016 |
L 346 |
51 |
20.12.2016 |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 643/2009
tat-22 ta’ Lulju 2009
li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar li jopera permezz tal-elettriku u li jesa’ volum ta’ mhux aktar minn 1 500 litru.
2. Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jopera permezz tal-elettriku, li jinkludi t-tagħmir li jinbiegħ għal użu mhux fi djar jew għal refriġerazzjoni ta’ oġġetti mhux tal-ikel.
Għandu jkun applikabbli wkoll għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jopera permezz tal-elettriku u li jista’ jopera permezz tal-batteriji.
3. Dan ir-Regolament mhux applikabbli għal:
(a) tagħmir ta’ refriġerazzjoni li s-sors prinċipali tal-enerġija tiegħu mhux l-elettriku, imma fjuwils bħall-gass likwefatt tal-petroljum (LPG), il-pitrolju u l-bijodiżil;
(b) tagħmir ta’ refriġerazzjoni li jopera permezz tal-batteriji li jista’ jiġi mqabbad mal-mejns tal-elettriku permezz ta’ konverter AC/DC li jinxtara separatament;
(c) tagħmir ta’ refriġerazzjoni magħmul ta’ darba u apposta għal użu partikolari, u li ma jkunx ekwivalenti għal mudelli oħra ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni;
(d) tagħmir ta’ refriġerazzjoni għal użu fis-settur terzjarju fejn it-tneħħija tal-oġġetti tal-ikel minn ġo fih tingħaraf elettronikament u dik l-informazzjoni tkun tista’ tiġi trażmessa awtomatikament minn konnessjoni ta’ netwerk lejn sistema ta’ kontroll remota għal fini ta’ kontabilità;
(e) tagħmir li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-konservazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel permezz tar-refriġerazzjoni, pereżempju il-magni indipendenti li jipproduċu s-silġ jew id-dispensers tax-xarbiet imkessħin.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/32/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb li jinkludi l-inbid, u oġġetti oħra intenzjonati l-aktar għall-konsum li jeħtieġ jinżammu mkessħin f’temperaturi speċifiċi;
(2) “tagħmir refriġeranti tad-dar” tfisser armarju iżolat, b’kompartiment wieħed jew aktar, magħmul biex ikessaħ jew jiffriża oġġetti tal-ikel, jew għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel imkessħin jew iffriżati għal skopijiet mhux professjonali, imkessaħ permezz ta’ proċess jew proċessi li jikkonsmaw l-enerġija, inkluż tagħmir li jinbiegħ bħala kitt li jintrama mill-utent aħħari;
(3) “friġġ” tfisser tagħmir refriġeranti magħmul biex jintuża għall-konservazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li mill-inqas ikollu kompartiment wieħed li fih jista’ jinħażen l-ikel u/jew ix-xorb frisk, inkluż l-inbid;
(4) “tagħmir refriġeranti tat-tip bil-kompressjoni” (compression-type) tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ kumpressur li jaħdem b’mutur;
(5) “tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment” (absorption-type) tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ proċess ta’ assorbiment li juża s-sħana bħala s-sors tal-enerġija;
(6) “friġġ-friżer” tfisser tagħmir refriġeranti li mill-inqas ikollu kompartiment wieħed għall-ħżin ta’ ikel frisk u mill-inqas kompartiment ieħor li fih jista’ jiġi ffriżat l-ikel frisk u jinħażnu oġġetti tal-ikel iffriżati b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi “tliet stilel” (il-kompartiment għall-iffriżar tal-ikel);
(7) “armarju għall-ħżin tal-ikel iffriżat” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu kompartiment wieħed jew aktar adegwati għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel iffriżati;
(8) “friżer tal-ikel” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu kompartiment wieħed jew aktar adegwati għall-iffriżar ta’ oġġetti tal-ikel f’temperaturi li jvarjaw mit-temperatura tal-ambjent sa -18 °C, u li jkun adegwat ukoll għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel iffriżati b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi “tliet stilel”; friżer tal-ikel jista’ jkollu wkoll xi taqsimiet u/jew kompartimenti b’ “żewġ stilel”, fil-kompartiment jew fl-armarju;
(9) “tagħmir għall-ħżin tal-inbid” tfisser tagħmir refriġeranti li ma jkollux kompartimenti għajr kompartiment jew aktar li fihom jinħażen l-inbid;
(10) “tagħmir b’diversi użi” tfisser tagħmir refriġeranti li ma jkollux kompartimenti għajr kompartiment jew aktar li għandhom diversi użi;
(11) “tagħmir refriġeranti ekwivalenti” tfisser mudell li jitqiegħed fis-suq li jkollu l-istess volum gross, l-istess volum utli, l-istess karatteristiċi tekniċi, ta’ effiċjenza u ta’ prestazzjoni, u l-istess tip ta’ kompartimenti bħal mudell ta’ tagħmir refriġeranti ieħor mqiegħed fis-suq mill-istess manifattur iżda b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.
Definizzjonijiet addizzjonali għall-fini tal-Annessi II sa VI huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fil-Punt 1 tal-Anness II. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fil-Punt 2 tal-Anness II.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-diżinn stipulata fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V għal dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, il-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi kopja tat-tagħrif dwar il-prodott provdut skont il-Punt 2 tal-Anness III, u r-riżultati tal-kalkoli stipulati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.
Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell partikolari ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar tkun ir-riżultat ta’ kalkolu li jsir abbażi tad-disinn, jew ta’ estrapolazzjoni minn tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti ieħor, jew tat-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn, u ta’ testijiet li l-manifatturi jwettqu biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli mwettqa F’dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti li l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni tagħhom tkun inkisbet bl-istess bażi ta’ kalkolu.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
Meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness V għal dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Punti ta’ riferiment
Il-punti ta’ riferiment indikattivi għat-tagħmir refriġeranti tad-dar bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-AnnessVI.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux aktar tard minn ħames snin wara li jidħol fis-seħħ u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn. B’mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta l-verifika tat-tolleranzi tal-Anness V u l-possibbiltajiet ta’ tneħħija jew tnaqqis tal-valuri tal-fatturi ta’ korrezzjoni tal-Anness IV.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġu adottati rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid sa mhux aktar tard minn sentejn wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.
Artikolu 8
Tħassir
Id-Direttiva 96/57/KEE ġiet imħassra mill-1 ta’ Lulju 2010.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.
2. Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stipulati fil-punt 1(1) tal-Anness II huma applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010.
Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stipulati fil-punt 1(2) tal-Anness II huma applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013.
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija stipulati fil-Punt 2 tal-Anness II huma applikabbli skont l-iskeda stipulata fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness II.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-fini tal-Annessi II sa VI
Għall-finijiet tal-Annessi II sa VI, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “tagħmir refriġeranti ta’ tip ieħor” tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ kwalunkwe teknoloġija jew proċess ieħor li mhux tat-tip bil-kompressjoni jew tat-tip bl-assorbiment;
(b) “sistema li ma tipproduċix silġ (frost-free)” tfisser sistema li topera awtomatikament biex ma tħallix silġ jifforma b’mod permanenti, fejn it-tkessiħ isir permezz ta’ ċirkulazzjoni furzata tal-arja, is-silġ jitwaqqa’ minn fuq l-evaporatur jew l-evaporaturi b’sistema awtomatika tat-twaqqigħ tas-silġ, u l-ilma prodott mit-twaqqigħ tas-silġ jintrema awtomatikament;
(c) “kompartiment mingħajr silġ” tfisser kwalunkwe kompartiment li s-silġ tiegħu jitwaqqa’ permezz ta’ sistema li ma tipproduċix silġ;
(d) “tagħmir ingastat” tfisser tagħmir refriġeranti fiss magħmul biex jiġi installat f’armarju, fi spazju vojt f’ħajt jew f’xi post simili, u li jeħtieġ elementi oħra biex ikun komplet;
(e) “Friġġ b’kompartiment b’temperatura moderata” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu mill-inqas kompartiment wieħed għall-ħżin tal-ikel frisk u kompartiment ieħor b’temperatura moderata, iżda ebda kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat, għat-tkessiħ jew li fih isir is-silġ;
(f) “tagħmir b'temperatura moderata” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu biss kompartiment b'temperatura moderata wieħed jew aktar;
(g) “friġġ-chiller” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu mill-inqas kompartiment wieħed għall-ħżin tal-ikel frisk u kompartiment ieħor taċ-chiller, iżda ebda kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat;
(h) “kompartimenti” tfisser kwalunkwe wieħed mill-kompartimenti elenkati fil-punti (i) sa (p);
(i) “kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk” tfisser kompartiment iddisinjat għall-ħżin ta’ ikel mhux iffriżat, li jista’ huwa stess ikun maqsum f’kompartimenti iżgħar;
(j) “kompartiment b'temperatura moderata” tfisser kompartiment magħmul għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel jew xorb partikolari f’temperatura ogħla minn dik ta’ kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk;
(k) “kompartiment għat-tkessiħ” tfisser kompartiment magħmul speċifikament għall-ħżin tal-oġġetti tal-ikel li jeħżienu malajr;
(l) “kompartiment li fih isir is-silġ” tfisser kompartiment li jkollu temperatura baxxa u li jkun magħmul speċifikament għall-iffriżar u l-ħżin tas-silġ;
(m) “kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat” tfisser kompartiment li jkollu temperatura baxxa u li jkun magħmul speċifikament għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel iffriżati u kklassifikat skont it-temperatura kif ġej:
(i) “kompartiment bi stilla waħda”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn – 6 °C;
(ii) “kompartiment b’żewġ stilel”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn – 12 °C;
(iii) “kompartiment bi tliet stilel”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn – 18 °C;
(iv) “kompartiment għall-iffriżar tal-ikel” (jew “kompartiment b’erba’ stilel”): kompartiment li jkun adegwat għall-iffriżar ta’ mill-inqas 4,5 kg ta’ oġġetti tal-ikel għal kull 100 l ta’volum ta’ ħżin, u fl-ebda każ ta’ inqas minn 2 kg, mit-temperatura tal-ambjent sa – 18 °C f’perjodu ta’ 24 siegħa, li jkun adegwat ukoll għall-ħżin ta’ ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi tliet stilel, u li fil-kompartiment jista’ jkollu taqsimiet b’żewġ stilel,
(v) “kompartiment 0-stilel”: kompartiment għall-ħżin ta’ ikel iffriżat li jkollu temperatura ta’ < 0 °C u li jista’ jintuża għall-iffriżar u l-ħżin tas-silġ iżda mhux magħmul għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel li jeħżienu malajr;
(n) “kompartiment għall-ħżin tal-inbid” tfisser kompartiment li jkun ġie ddisinjat esklussivament biex l-inbid jinżamm fih għal perjodu ta’ żmien qasir sakemm jilħaq l-aħjar temperatura għax-xorb jew biex l-inbid jinżamm fih għal perjodu ta’ żmien twil sakemm jimmatura, u li jkollu dawn il-karatteristiċi:
(i) temperatura tal-ħżin kontinwu, issettjata minn qabel mill-manifattur jew issettjata manwalment skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, fil-medda ta’ bejn + 5 °C u + 20 °C;
(ii) temperatura(i) tal-ħżin li maż-żmien tvarja/ivarjaw b’anqas minn 0.5 K f’kull temperatura tal-ambjent iddikjarata speċifikata skont il-klassi klimatika tat-tagħmir refriġeranti tad-dar;
(iii) kontroll attiv jew passiv tal-umdità fil-kompartiment f’medda ta’ bejn 50 % u 80 %;
(iv) magħmul biex inaqqas it-trażmissjoni tal-vibrazzjoni lejn il-kompartiment, kemm min-naħa tal-kumpressur tat-tagħmir refriġeranti kif ukoll min-naħa ta’ kwalunkwe sors estern;
(o) “kompartiment b’diversi użi” tfisser kompartiment magħmul biex jintuża f’żewġ temperaturi jew aktar tal-kompartimenti u li jkun jista’ jiġi ssettjat mill-utent aħħari b’mod li jżomm kontinwament il-medda ta’ temperaturi ta’ tħaddim applikabbli għal kull tip ta’ kompartiment skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; madankollu, jekk xi funzjoni tippermetti li t-temperaturi ta’ kompartiment ikunu jistgħu jinbidlu għal medda ta’ temperaturi ta’ tħaddim differenti għal perjodu ta’ żmien limitat biss (bħall-funzjoni ta’ ffriżar rapidu) il-kompartiment mhuwiex “kompartiment b’diversi użi” kif definit minn dan ir-Regolament;
(p) “kompartiment ieħor” tfisser kompartiment, li mhux kompartiment għall-ħżin tal-inbid, magħmul għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel partikolari f’temperaturi ogħla minn + 14 °C;
(q) “taqsima b’żewġ stilel” tfisser parti minn friżer tal-ikel, kompartiment għall-iffriżar tal-ikel, kompartiment bi tliet stilel jew armarju għall-ħżin tal-ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ tliet stilel li ma jkollhomx bieb jew għatu tagħhom u li t-temperatura tagħhom ma tkunx ogħla minn – 12 °C;
(r) “chest freezer” tfisser friżer tal-ikel li l-kompartiment/i tiegħu ikun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tat-tagħmir jew li jkollu kompartimenti tat-tip li jinfetħu minn fuq u oħrajn tat-tip li jinfetħu min-naħa ta' quddiem iżda fejn il-volum gross tal-kompartiment/i li jinfetaħ/jinfetħu minn fuq ikun ogħla minn 75 % tal-volum gross totali tat-tagħmir;
(s) “tat-tip li jinfetħu minn fuq” jew “tat-tip chest” tfisser tagħmir refriġeranti li l-kompartiment/i tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tat-tagħmir;
(t) “tat-tip li jinfetħu minn quddiem (upright)” tfisser tagħmir refriġeranti li l-kompartiment/i tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ quddiem fuq tat-tagħmir;
(u) “iffriżar rapidu” tfisser funzjoni riversibbli li l-utent aħħari jista' jattiva skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur biex inaqqas it-temperatura tal-ħżin tal-friżer jew tal-kompartiment tal-friżer biex jiffriża l-oġġetti tal-ikel mhux iffriżati fi żmien iqsar.
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar
(1) REKWIŻITI ĠENERIĊI TAL-EKODISINN
(1) Mill-1 ta’ Lulju 2010:
(a) Għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid, din l-informazzjoni li ġejja għandha tintwera fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet ipprovdut mill-manifatturi: “Dan it-tagħmir huwa magħmul biex jintuża biss għall-ħżin tal-inbid”.
(b) Għat-tagħmir refriġeranti tad-dar, fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet ipprovdut mill-manifatturi għandha tingħata informazzjoni dwar:
— l-għażla ta’ kxaxen, basktijiet u xkafef li jwasslu għall-aktar użu effiċjenti tal-enerġija minn dak it-tagħmir, kif ukoll
— il-mod kif jitnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum tal-enerġija mit-tagħmir refriġeranti tad-dar waqt li jintuża.
(2) Mill-1 ta’ Lulju 2013:
(a) Sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li tiġi attivata mill-utent aħħari skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, il-funzjoni tal-iffriżar rapidu, jew kwalunkwe funzjoni simili li ssir possibbli bil-bdil fis-settings tat-termostat, fi friżers jew f’kompartimenti ta’ friżer, għandha, terġa’ lura awtomatikament għall-kundizzjonijiet normali preċedenti tat-temperatura tal-ħżin. Dan ir-rekwiżit mhux applikabbli għal friġġ-friżers li jkollhom termostat wieħed u kumpressur wieħed mgħammra b’bord tal-kontroll elettromekkaniku.
(b) Il-friġġ-friżers b’termostat wieħed u b’kumpressur wieħed mgħammra b’bord tal-kontroll elettroniku u li skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur jistgħu jintużaw f’temperaturi tal-ambjent aktar baxxi minn + 16 °C, għandhom ikunu tali li kwalunkwe swiċċ għall-użu fix-xitwa jew funzjoni simili li tiggarantixxi t-temperatura korretta għall-ħżin tal-ikel iffriżat tibda tiffunzjona awtomatikament skont it-temperatura tal-ambjent li t-tagħmir ikun ġie installat fih.
(c) It-tagħmir refriġeranti tad-dar li jkollu volum ta’ ħżin ta’ inqas minn 10 litri, sa mhux aktar tard minn siegħa li jkun vojt, għandu jibda jopera awtomatikament f’modalità fejn il-konsum tal-enerġija elettrika jkun 0,00 W. Il-preżenza ta’ swiċċ tat-tifi weħida mhix biżżejjed biex tissodisfa dan ir-rekwiżit.
(2) REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAL-EKODISINN
It-tagħmir refriġeranti tad-dar li jaqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u li jkollu volum ta’ ħżin ta’ 10 litri jew aktar għandu jkun konformi mal-limiti tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija li jidhru fit-Tabelli 1 u 2.
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn fit-Tabelli 1 u 2 mhumiex applikabbli għal:
— tagħmir għall-ħżin tal-inbid, jew
— tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment u tagħmir refriġeranti ta’ tip ieħor li jaqgħu fil-Kategoriji 4 sa 9 kif stipulat fil-Punt 1 tal-Anness IV.
L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar jitkejjel skont il-proċedura deskritta fl-Anness IV.
Tabella 1
Tagħmir refriġeranti tat-tip bil-kompressjoni
Id-data tal-applikazzjoni |
Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) |
1 ta’ Lulju 2010 |
EEI < 55 |
1 ta’ Lulju 2012 |
EEI < 44 |
1 ta’ Lulju 2014 |
EEI < 42 |
Tabella 2
Tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment u tagħmir refriġeranti tat-tip Ieħor
Id-data tal-applikazzjoni |
Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) |
1 ta’ Lulju 2010 |
EEI < 150 |
1 ta’ Lulju 2012 |
EEI < 125 |
1 ta’ Lulju 2015 |
EEI < 110 |
ANNESS III
Kejl
Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
1. KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-ITTESTJAR
Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar huma applikabbli:
(1) jekk it-tagħmir ikun armat b’reżistenzi li ma jħallux il-kondensazzjoni tifforma u li jkunu jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, dawn għandhom jinxtegħlu u — jekk aġġustibbli — issettjati f’pożizzjoni ta’ tisħin massimu;
(2) jekk it-tagħmir ikun armat b’ “funzjonijiet operabbli minn fuq il-bieb” tagħhom (bħad-dispensers tas-silġ jew tal ilma/xorb imkessaħ) u li jkunu jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, dawn għandhom jinżammu mixgħulin waqt li jittieħed il-kejl tal-konsum tal-enerġija iżda ma jintużawx;
(3) fit-tagħmir u kompartimenti b’diversi użi, it-temperatura tal-ħżin waqt li jittieħed il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandha tkun it-temperatura nominali tat-tip ta’ kompartiment l-aktar kiesaħ kif iddikjarat għall użu kontinwu normali skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
(4) il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir refriġeranti għandu jiġi ddeterminat bl-aktar konfigurazzjoni kiesħa, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-użu kontinwu normali għal kwalunkwe “kompartiment ieħor” kif definit fit-Tabella 5 tal-Anness IV.
2. PARAMETRI TEKNIĊI
Għandhom jiġu stabbiliti dawn il-parametri:
(a) “il-qisien globali”, li jitkejlu sal-eqreb millimetru;
(b) “l-ispazju globali meħtieġ għall-użu”, li jitkejjel sal-eqreb millimetru;
(c) “il-volum/i gross totali”, li jitkejjel sal-eqreb numru sħiħ ta’ deċimetri kubi jew litri;
(d) “il-volum/i tal-ħżin u l-volum/i tal-ħżin totali”, li jitkejjel sal-eqreb numru sħiħ ta’ deċimetri kubi jew litri;
(e) “it-tip tat-twaqqigħ tas-silġ”;
(f) “it-temperatura tal-ħżin”;
(g) “il-konsum tal-enerġija” li jiġi indikat f’kilowatt hours kull 24 siegħa (kWh/24h), sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;
(h) ►C1 “dewmien taż-żieda fit-temperatura” ◄ ;
(i) “il-kapaċità tal-iffriżar”;
(j) “il-konsum tal-enerġija elettrika”, li jitkejjel f’Watts sal-eqreb żewġ ċifri wara l-punt deċimali; kif ukoll
(k) “l-umdità fil-kompartiment għall-ħżin tal-inbid”, li tiġi indikata bħala perċentwali aġġustat sal-eqreb numru sħiħ.
ANNESS IV
Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija
(1) KLASSIFIKAZZJONI TAT-TAGĦMIR REFRIĠERANTI TAD-DAR
Fit-Tabella 1, it-tagħmir refriġeranti tad-dar huwa kklassifikat f’kategoriji. Kull kategorija hija definita skont il-kompożizzjoni speċifika tal-kompartimenti kif speċifikat fit-Tabella 2 u ma tiddipendendix mill-għadd ta’ bibien u/jew kxaxen.
Tabella 1
Kategoriji tat-tagħmir refriġeranti tad-dar
Kategorija |
Tismija |
1 |
Friġġ b’kompartiment wieħed jew aktar għall-ħżin ta’ ikel frisk |
2 |
Friġġ b’kompartiment b’temperatura moderata, Kompartiment b’temperatura moderata u tagħmir għall-ħżin tal-Inbid |
3 |
Friġġ-chiller u Friġġ b’kompartiment 0-stilel |
4 |
Friġġ b’kompartiment bi stilla waħda |
5 |
Friġġ b’kompartiment b'żewġ stilel |
6 |
Friġġ b’kompartiment bi tliet stilel |
7 |
Friġġ-friżer |
8 |
Friżer li jinfetaħ minn quddiem |
9 |
Chest freezer |
10 |
Tagħmir b’diversi użi u tagħmir refriġeranti ieħor |
It-tagħmir refriġeranti tad-dar li ma jistax jiġi kklassifikat fil-kategoriji 1 sa 9 minħabba t-temperatura tal-kompartiment jiġi kklassifikat fil-kategorija 10.
Tabella 2
Klassifikazzjoni tat-tagħmir refriġeranti tad-dar u kompożizzjoni speċifika tal-kompartimenti
Temperatura nominali (għall-EEI) (°C) |
T tad-disinn |
+12 |
+ 12 |
+ 5 |
0 |
0 |
– 6 |
– 12 |
– 18 |
– 18 |
Kategorija (numru) |
Tipi tal-kompartimenti |
Oħrajn |
Ħżin tal-inbid |
Kompartiment b’temperatura moderata |
Ħżin ta’ ikel frisk |
Kompartiment |
0star/Fabbrikazzjoni tas-silġ |
Stilla waħda |
Żewġ stilel |
Tliet stilel |
Erba' stilel |
|
Kategorija tat-tagħmir |
Kompożizzjoni tal-kompartimenti |
||||||||||
FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT WIEĦED JEW AKTAR GĦALL-ĦŻIN TA’ IKEL FRISK |
N |
N |
N |
I |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
1 |
FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT B’TEMPERATURA MODERATA, KOMPARTIMENT B’TEMPERATURA MODERATA u TAGĦMIR GĦALL-ĦŻIN TAL-INBID |
MO |
MO |
MO |
I |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
2 |
MO |
MO |
I |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
||
N |
I |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
||
FRIĠĠ-CHILLER u FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT BI STILLA WAĦDA |
MO |
MO |
MO |
I |
I |
MO |
N |
N |
N |
N |
3 |
MO |
MO |
MO |
I |
MO |
I |
N |
N |
N |
N |
||
FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT BI STILLA WAĦDA |
MO |
MO |
MO |
I |
MO |
MO |
I |
N |
N |
N |
4 |
FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT B'ZEWĠ STILEL |
MO |
MO |
MO |
I |
MO |
MO |
MO |
I |
N |
N |
5 |
FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT BI TLIET STILEL |
MO |
MO |
MO |
I |
MO |
MO |
MO |
MO |
I |
N |
6 |
FRIĠĠ-FRIŻER |
MO |
MO |
MO |
I |
MO |
MO |
MO |
MO |
MO |
I |
7 |
FRIŻER LI JINFETAĦ MINN QUDDIEM |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
MO |
I () |
I |
8 |
CHEST FREEZER |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
N |
MO |
N |
I |
9 |
TAGĦMIR B’DIVERSI UŻI U TAGĦMIR IEĦOR |
MO |
MO |
MO |
MO |
MO |
MO |
MO |
MO |
MO |
MO |
10 |
(1) tinkludi wkoll l-armarji għall-ħżin tal-ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi tliet stilel. Noti: I = għandu kompartiment; L = ma għandux kompartiment; MO = mhux obbligatorju li jkollu kompartiment; |
It-tagħmir refriġeranti tad-dar huwa kklassifikat fi klassijiet klimatiċi kif indikat fit-Tabella 3.
Tabella 3
Klassijiet klimatiċi
Klassi |
Simbolu |
Temperatura medja tal-ambjent °C |
Temperatura moderata estiża |
SN |
+ 10 to +32 |
Temperatura moderata |
N |
+ 16 to +32 |
Temperatura subtropikali |
ST |
+ 16 to +38 |
Temperatura tropikali |
T |
+ 16 to +43 |
It-tagħmir refriġeranti għandu jkollu l-kapaċità li jżomm it-temperaturi ta’ ħżin meħtieġa fid-diversi kompartimenti fl-istess ħin u fil-limitu permess ta’ devjazzjoni tat-temperatura (matul iċ-ċiklu tat-twaqqigħ tas-silġ) kif definit fit-Tabella 4 għat-tipi differenti ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar u għall-klassijiet klimatiċi xierqa.
It-tagħmir u/jew il-kompartimenti b’diversi użi għandhom ikollhom il-kapaċità li jżommu t-temperaturi ta’ ħżin meħtieġa fid-diversi tipi ta’ kompartimenti meta dawn it-temperaturi jkunu jistgħu jiġu ssettjati mill-utent aħħar skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
Tabella 4
Temperaturi tal-ħżin
Temperaturi tal-ħżin (C) |
|||||||
Kompartiment Ieħor |
Kompartiment għall-ħżin tal-inbid |
Kompartiment b’temperatura moderata |
Kompartiment għall-ħżin ta’ ikel frisk |
Kompartiment għat-tkessiħ |
Kompartiment bi stilla waħda |
Kompartiment/Taqsima b’żewġ stilel |
Friżer u kompartiment/armarju għall-ħżin tal-ikel bi tliet stilel |
tom |
twma |
tcm |
t1m, t2m, t3m, tma |
tcc |
t* |
t** |
t*** |
> + 14 |
+ 5 ≤ twma ≤ + 20 |
+ 8 ≤ tcm ≤ + 14 |
0 ≤ t1m, t2m, t3m ≤ + 8; tma ≤ + 4 |
– 2 ≤ tcc ≤ + 3 |
≤ – 6 |
≤ – 12 () |
≤ – 18 () |
(1) għat-tagħmir refriġeranti tad-dar li ma jagħmilx silġ miegħu, waqt iċ-ċiklu tat-twaqqigħ tas-silġ, hija permessa devjazzjoni ta’ mhux aktar minn 3 K f’perjodu ta’ 4 sigħat jew f’perjodu ta’ 20 % tat-tul ta’ żmien taċ-ċiklu ta’ tħaddim, skont liema jkun l-iqsar Noti: tom: temperatura tal-ħżin tal-kompartiment l-ieħor twma: temperatura tal-ħżin tal-kompartiment għall-ħżin tal-inbid b’varjazzjoni ta’ 0.5K tcm: temperatura tal-ħżin tal-kompartiment b’temperatura moderata t1m, t2m, t3m: temperaturi tal-ħżin tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk tma: temperaturi medji tal-ħżin tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk tcc: temperatura instantanja tal-ħżin tal-kompartiment taċ-chiller t*, t**, t***: temperaturi massimi tal-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat it-temperatura tal-ħżin għall-kompartiment li fih isir is-silġ u għall-kompartiment “stilel-0” hija aktar baxxa minn 0 °C |
(2) KALKOLU TAL-VOLUM EKWIVALENTI
Il-volum ekwivalenti ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar huwa t-total tal-volumi ekwivalenti tal-kompartimenti kollha. Dan jiġi kkalkulat fl-unità ta’ litri u aġġustat għall-eqreb numru sħiħ skont din il-formula:
fejn:
— n huwa n-numru ta kompartimenti
— Vc huwa l-volum tal-ħżin tal-kompartiment/i
— Tc hija t-temperatura nominali tal-kompartiment(i) kif stipulat fit-Tabella 2
—
huwa l-fattur termodinamiku kif stipulat fit-Tabella 5
— FFc, CC u BI huma l-fatturi ta’ korrezzjoni tal-volum kif stipulat fit-Tabella 6
Il-fattur ta’ korrezzjoni termodinamiku
huwa d-differenza fit-temperatura bejn it-temperatura nominali ta’ kompartiment, Tc
(definita fit-Tabella 2), u t-temperatura tal-ambjent f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar standard b’temperatura ta’ + 25 °C, indikata bħala proporzjon mal-istess differenza għal kompartiment għall-ħżin ta’ ikel frisk b’temperatura ta’ + 5 °C.
Il-fatturi termodimaniċi għall-kompartimenti deskritti fil-Punti (i) sa (p) tal-Anness I huma stipulati fit-Tabella 5.
Tabella 5
Fatturi termodinamiċi għal kompartimenti tat-tagħmir refriġeranti
Kompartiment |
Temperatura nominali |
(25 – T c)/20 |
Kompartiment Ieħor |
Temperatura tad-disinn |
|
Kompartiment b’temperatura moderata/Kompartiment għall-ħżin tal-inbid |
+ 12 °C |
0,65 |
Kompartiment għall-ħżin ta’ ikel frisk |
+ 5 °C |
1,00 |
Kompartiment taċ-chiller |
0 °C |
1,25 |
Kompartiment li fih isir is-silġ u kompartiment 0-stilel |
0 °C |
1,25 |
Kompartiment bi stilla waħda |
– 6 °C |
1,55 |
Kompartiment b’zewġ stilel |
– 12 °C |
1,85 |
Kompartiment bi tliet stilel |
– 18 °C |
2,15 |
Kompartiment għall-iffriżar tal-ikel (kompartiment b’erba’ stilel) |
– 18 °C |
2,15 |
Noti:
(i) għall-kompartimenti b’diversi użi, il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat skont it-temperatura nominali, li tidher fit-Tabella 2, tat-tip ta’ kompartiment l-aktar kiesaħ li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
(ii) għal kwalunkwe taqsima b’żewġ stilel (fi friżer), il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat b’temperatura Tc = – 12 °C;
(iii) għal kompartimenti oħrajn, il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat bit-temperatura tad-disinn l-aktar kiesħa li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
Tabella 6
Valur tal-fatturi ta’ korrezzjoni
Fattur ta’ korrezzjoni |
Valur |
Kundizzjonijiet |
FF (mingħajr silġ) |
1,2 |
Għall-kompartimenti għall-ħżin mingħajr silġ ta’ ikel iffriżat |
1 |
Fil-każijiet l-oħra |
|
CC (klassi klimatika) |
1,2 |
Għal tagħmir tal-klassi T (tropikali) |
1,1 |
Għal tagħmir tal-klassi ST (subtropikali) |
|
1 |
Fil-każijiet l-oħra |
|
BI (ingastat, built-in) |
1,2 |
Għal tagħmir ingastat usa' minn 58 cm |
1 |
Fil-każijiet l-oħra |
Noti:
(i) FF huwa l-fattur ta’ korrezzjoni tal-volum għal kompartimenti mingħajr silġ.
(ii) CC huwa l-fattur ta’ korrezzjoni tal-volum għal klassi klimatika partikolari. Jekk it-tagħmir refriġeranti jkun ikklassifikat f’aktar minn klassi klimatika waħda, għall-kalkolu tal-volum ekwivalenti tintuża l-klassi klimatika li jkollha l-ogħla fattur ta’ korrezzjoni.
(iii) BI huwa l-fattur ta’ korrezzjoni tal-volum għal tagħmir ingastat.
(3) KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA
Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) ta’ mudell ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar, il-Konsum tal-Enerġija Annwali ta’ kwalunkwe tat-tagħmir refriġeranti tad-dar jiġi mqabbel mal-Konsum tal-Enerġija Annwali Standard.
(1) L-Indiċi tal-effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija jiġi kkalkulat u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:
fejn:
AEC |
= |
il-Konsum tal-Enerġija Annwali tat-tagħmir refriġeranti tad-dar |
SAEC |
= |
il-Konsum tal-Enerġija Annwali Standard tat-tagħmir refriġeranti tad-dar. |
(2) Il-Konsum tal-Enerġija Annwali (AEC ) jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:
AEc = E24h × 365
fejn:
— fejn E24h huwa l-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti tad-dar f’ kWh/24h, aġġustat sa tliet ċifri wara l-punt deċimali.
(3) Il-Konsum tal-Enerġija Annwali (SAEC ) jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:
SAEc = Veq × M + N + CH
fejn:
— Veq huwa l-volum ekwivalenti tat-tagħmir refriġeranti tad-dar
— għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jkollu kompartiment għat-tkessiħ b’volum tal-ħżin mhux inqas minn 15-il litru, CH għandu valur ta’ 50 kWh/sena
— It-Tabella 7 turi l-valuri tal-M u tal-N għal kull kategorija ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar
Tabella 7
Valuri tal-M u tal-N skont il-kategorija tat-tagħmir
Kategorija |
M |
N |
1 |
0,233 |
245 |
2 |
0,233 |
245 |
3 |
0,233 |
245 |
4 |
0,643 |
191 |
5 |
0,450 |
245 |
6 |
0,777 |
303 |
7 |
0,777 |
303 |
8 |
0,539 |
315 |
9 |
0,472 |
286 |
10 |
||
(*1) għat-tagħmir refriġeranti tad-dar tal-Kategorija 10, il-valuri tal-M u tal-N jiddependu mit-temperatura u l-klassifikazzjoni bl-istilel tal-kompartiment li jkollu l-aktar temperatura tal-ħżin baxxa li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Meta t-tagħmir ikollu biss “kompartimenti oħrajn” kif definiti fit-Tabella 2 u fil-punt (p) tal-Anness I, jintużaw il-valuri tal-M u tal-N tal-Kategorija 1. It-tagħmir b’kompartimenti bi tliet stilel jew kompartimenti għall-iffriżar tal-ikel jitqies bħala friġġ-friżers. |
ANNESS V
Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.
Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:
(1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.
(2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:
(a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll
(b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll
(c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.
(3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell tat-tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.
(4) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.
(5) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.
(6) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell tat-tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.
(7) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III u fl-Anness IV.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.
Tabella 1
It-tolleranzi tal-verifika
Parametri |
It-tolleranzi tal-verifika |
Il-volum gross |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 % jew 1 l (litru), skont liema jkun l-akbar valur. |
Il-volum tal-ħżin |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 % jew 1 l (litru), skont liema jkun l-akbar valur. Meta l-utent ikun jista' jibdel il-volumi tal-kompartiment b'temperatura moderata u tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk, b'mod relattiv għal xulxin, il-volum għandu jiġi ttestjat meta l-kompartiment b'temperatura moderata jkun tnaqqas għall-minimu possibbli. |
Il-kapaċità tal-iffriżar |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %. |
Il-konsum tal-enerġija |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat (E24h ) b'iktar minn 10 %. |
Il-konsum tal-enerġija elettrika tat-tagħmir refriġeranti tad-dar li jkollu volum tal-ħżin inqas minn 10 litri |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W. |
L-umdità tat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid |
Il-valur stabbilit tal-umdità relattiva ma għandux jaqbeż il-firxa dikjarata b'iktar minn 10 % fi kwalunkwe direzzjoni. |
ANNESS VI
Punti ta’ riferiment indikattivi għal tagħmir refriġeranti tad-dar
Fiż-żmien li dan ir-Regolament daħal fis-seħħ, ġie ddeterminat li l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq tat-tagħmir refriġeranti tad-dar f’termini tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) tagħhom u ta’ kemm jagħmlu storbju kienet din li tidher hawn taħt.
Friġġijiet, bil-kompressjoni:
— EEI = 29,7 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 115 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 300 litru f’kompartiment għall-ħażna tal-ikel frisk u f’kompartiment chiller ta’ 25 litru, u klassi klimatika T (tropikali);
— Storbju: 33 dB(A).
Friġġijiet, tat-tip bl-assorbiment:
— EEI = 97,2 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 245 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 28 litru f’kompartiment għall-ħażna tal-ikel frisk, u klassi klimatika N (temperatura moderata);
— Storbju ≈ 0 dB(A).
Friġġ-friżers, tat-tip bil-kompressjoni:
— EEI = 28,0 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 157 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 255 litru, li 236 litru minnhom f’kompartiment għall-ħażna tal-ikel frisk u 19-il litru f’kompartiment friżer b’erba’ stilel, u klassi klimatika T (tropikali);
— Storbju = 33 dB(A).
Friżers li jinfetħu minn quddiem, tat-tip bil-kompressjoni:
— EEI = 29,3 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 172 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 195 litru f’kompartiment friżer b’erba’ stilel, u klassi klimatika T (tropikali);
— Storbju = 35 dB(A).
Chest freezers, tat-tip bil-kompressjoni:
— EEI = 27,4 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 153 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 223 litru f’kompartiment friżer b’erba’ stilel, u klassi klimatika T (tropikali);
— Storbju = 37 dB(A).