Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R0640-20170109

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 tat- 22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għal muturi tal-elettriku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/640/2017-01-09

02009R0640 — MT — 09.01.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 640/2009

tat-22 ta' Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għal muturi tal-elettriku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 191 23.7.2009, p. 26)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 4/2014 tas-6 ta’ Jannar 2014

  L 2

1

7.1.2014

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

  L 346

51

20.12.2016


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 046, 19.2.2011, p.  63 (640/2009)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 640/2009

tat-22 ta' Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għal muturi tal-elettriku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



▼M1

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ muturi, inkluż dawk li huma integrati f’prodotti oħra.

2.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:

(a) muturi speċifikati biex joperaw waqt li jkunu kompletament mgħaddsa f’likwidu;

(b) muturi kompletament integrati fi prodott (pereżempju tagħmir, pompa, fann jew kompressur) fejn il-prestazzjoni tal-enerġija tagħhom ma tistax tiġi ttestjata indipendentement mill-prodott;

(c) muturi speċifikati sabiex joperaw esklussivament:

(i) f’altitudnijiet ta’ iktar minn 4 000 metru ‘il fuq mil-livell tal-baħar;

(ii) fejn it-temperaturi tal-arja ambjentali huma ta’ iktar minn 60 °C;

(iii) f’temperatura massima waqt il-ħidma ta’ iktar minn 400 °C;

(iv) fejn it-temperaturi tal-arja ambjentali huma inqas minn – 30 °C għal kwalunkwe mutur jew inqas minn 0 °C għal mutur bit-tkessiħ tal-ilma;

(v) fejn it-temperatura tal-ilma tat-tkessiħ fil-bokka tal-prodott, hija ta’ inqas minn 0 °C jew ta’ iktar minn 32 °C; jew

(vi) f’atmosferi potenzjalment esplożivi kif definiti fid-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(d) muturi tal-brejkijiet;

barra fejn għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-Anness I, il-Punti 2(3) sa (6) u (12).

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2005/32/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “Mutur” tfisser mutur ta' induzzjoni tat-tip squirrel cage, b'veloċità elettrika waħda, bi tliet fażijiet ta' 50 Hż jew 50/60 Hz li;

 għandu minn 2 sa 6 poli;

 għandu vultaġġ nominali ta' UN ta' mhux iktar minn 1 000 V;

 għandu prestazzjoni nominali ta' PN bejn 0,75 kW u 375 kW;

 huwa kkalkulat fuq il-bażi ta' operazzjoni kontinwa.

(2) “Trażmissjoni b'veloċità varjabbli” tfisser konvertitur tal-enerġija elettronika li jadatta kontinwament l-enerġija elettrika mogħtija lill-mutur tal-elettriku sabiex jikkontrolla l-ħruġ mekkaniku tal-enerġija tal-mutur skont il-veloċita torque karratteristika tal-karga (trażmessa mill-mutur), billi jaġġusta l-provvista ta' enerġija bi tliet fażijiet ta' 50 Hz għal frekwenza varjabbli u vultaġġ mogħti lill-mutur.

(3) “Mutur ta' induzzjoni tat-tip squirrel cage” tfisser mutur tal-elettriku mingħajr faħmiet, kommutatur, ċrieki tal-kuntatt (slip rings) jew konnessjonijiet elettriċi mar-rotor.

(4) “Fażi” tfisser it-tip ta' konfigurazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-mejns;

(5) “Pol” tfisser l-għadd totali ta' poli manjetiċi tramuntana u nofsinhar prodotti mill-kamp manjetiku li jdur tal-mutur. L-għadd ta' poli jiddetermina l-veloċità bażi tal-mutur.

(6) “Operazzjoni ta' ħidma kontinwa” tfisser il-kapaċità ta' mutur elettriku b'sistema ta' tkessiħ integrata sabiex jopera b'karga nominali mingħajr interruzzjoni taħt l-għoli tat-temperatura massima nominali.

(7) “Mutur tal-brejk” tfisser mutur mgħammar bi brejk b'unità elettromekkanika li jopera direttament fuq ix-xaft tal-mutur mingħajr igganċjar.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta' ekodiżinn

Ir-rekwiżiti ta' ekodiżinn għall-muturi huma msemmija fl-Anness I.

Kull rekwiżit ta' ekodiżinn għandu japplika skont l-iskeda ta' żmien li ġejja:

(1) mis-16 ta' Ġunju 2011, il-muturi għandhom ikunu mhux inqas effiċjenti mill-livell ta' effiċjenza IE2, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1;

(2) mill-1 ta’ Jannar 2015:

(i) il-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 7,5-375 kW għandhom ikunu mhux inqas effiċjenti mil-livell ta' effiċjenza IE3, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, jew jilħqu l-livell ta' effiċjenza IE2, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, u jkunu mgħammra bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli.

(3) mill-1 ta’ Jannar 2017:

(i) il-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 0,75-375 kW għandhom ikunu mhux inqas effiċjenti mil-livell ta' effiċjenza IE3, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, jew jilħqu l-livell ta' effiċjenza IE2, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, u jkunu mgħammra bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli.

Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-prodott għall-muturi huma kif stipulati fl-Anness I. Il-konformità mar-rekwiżiti ta' ekodiżinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-diżinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew tas-sistema ta' ġestjoni għal valutazzjoni ta' konformità stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Fit-twettiq tal-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika definita fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta’ Referenza indikattivi

Il-punti ta’ referenza indikattivi għall-muturi bl-aqwa prestazzjoni, li huma disponibbli bħalissa fis-suq huma identifikati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku kemm fuq il-muturi kif ukoll fuq it-trażmissjonijiet mhux iktar tard minn seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn. Ir-reviżjoni għandha tinkludi l-effiċjenza, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tar-riżorsi u l-livell ta' dubju fil-kejl.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

REKWIŻITI TA' EKODIŻINN GĦALL-MUTURI

(1)   REKWIŻITI TA' EFFIĊJENZA TAL-MUTUR

Ir-rekwiżiti minimi nominali ta' effiċjenza għal muturi huma stipulati fit-Tabella 1 u 2.



Tabella 1

Effiċjenzi minimi nominali (%) għal-livell ta' effiċjenza IE2 (50 Hz)

Ħruġ ta' qawwa nominali

kW

Għadd ta' poli

2

4

6

0,75

77,4

79,6

75,9

1,1

79,6

81,4

78,1

1,5

81,3

82,8

79,8

2,2

83,2

84,3

81,8

3

84,6

85,5

83,3

4

85,8

86,6

84,6

5,5

87,0

87,7

86,0

7,5

88,1

88,7

87,2

11

89,4

89,8

88,7

15

90,3

90,6

89,7

18,5

90,9

91,2

90,4

22

91,3

91,6

90,9

30

92,0

92,3

91,7

37

92,5

92,7

92,2

45

92,9

93,1

92,7

55

93,2

93,5

93,1

75

93,8

94,0

93,7

90

94,1

94,2

94,0

110

94,3

94,5

94,3

132

94,6

94,7

94,6

160

94,8

94,9

94,8

200 sa 375

95,0

95,1

95,0



Tabella 2

Effiċjenzi minimi nominali (%) għal-livell ta' effiċjenza IE3 (50 Hz)

Ħruġ ta' qawwa nominali

kW

Għadd ta' poli

2

4

6

0,75

80,7

82,5

78,9

1,1

82,7

84,1

81,0

1,5

84,2

85,3

82,5

2,2

85,9

86,7

84,3

3

87,1

87,7

85,6

4

88,1

88,6

86,8

5,5

89,2

89,6

88,0

7,5

90,1

90,4

89,1

11

91,2

91,4

90,3

15

91,9

92,1

91,2

18,5

92,4

92,6

91,7

22

92,7

93,0

92,2

30

93,3

93,6

92,9

37

93,7

93,9

93,3

45

94,0

94,2

93,7

55

94,3

94,6

94,1

75

94,7

95,0

94,6

90

95,0

95,2

94,9

110

95,2

95,4

95,1

132

95,4

95,6

95,4

160

95,6

95,8

95,6

200 sa 375

95,8

96,0

95,8

(2)   REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI TAL-PRODOTT DWAR IL-MUTURI

Mis-16 ta' Ġunju 2011, l-informazzjoni dwar il-muturi msemmija fil-punti (1) sa (12) għandhom jintwerew b'mod viżibbli fuq:

(a) id-dokumentazzjoni teknika tal-muturi;

(b) id-dokumentazzjoni teknika ta' prodotti li fihom hemm inkorporati l-muturi;

(c) aċċess bla ħlas għal siti tal-Internet tal-produtturi tal-muturi;

(d) aċċess bla ħlas għal siti tal-Internet tal-produtturi tal-prodotti li fihom hemm inkorporati l-muturi.

Fil-każ ta' dokumentazzjoni teknika, l-informazzjoni għandha tkun mogħtija skont l-ordni kif preżentat fil-punti (1) sa (12). Ma hemmx għalfejn jintuża l-istess kliem eżatt bħal ma hawn fil-lista. Jista’ jkun muri bl-użu ta’ grafika, ċifri jew simboli, iktar milli kliem.

(1) l-effiċjenza nominali (η) fuq qawwa sħiħa, 75 % u 50 % ta' karga u vultaġġ nominali (UN);

(2) il-livell ta' effiċjenza: “IE2” jew “IE3”;

(3) is-sena tal-manifattura;

(4) l-isem tal-produttur jew it-trejdmark, in-numru ta' reġistrazzjoni kummerċjali u l-post tal-produttur;

(5) in-numru tal-mudell tal-prodott;

(6) l-għadd ta' poli tal-mutur;

(7) il-prestazzjoni(jiet) nominali ta' potenza jew il-medda ta' prestazzjoni nominali ta' potenza (kW);

(8) il-frekwenza/i tad-dħul nominali ta' frekwenza(i) tal-mutur (Hz);

(9) il-vultaġġ nominali jew il-medda tal-vultaġġ nominali (V);

(10) il-veloċità(jiet) nominali jew il-medda tal-vultaġġ nominali (rpm);

(11) l-informazzjoni rileveanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja tiegħu;

(12) l-informazzjoni dwar il-firxa ta' kundizzjonijiet operatorji li għalihom il-mutur huwa ddiżenjat speċifikament:

(i) altitudnijiet fuq il-livell tal-baħar;

(ii) temperaturi tal-arja ambjentali, inkluż għal muturi mkessħin bl-arja;

(iii) temperatura tal-ilma tat-tkessiħ fil-bokka tal-prodott;

(iv) temperatura operatorja massima;

(v) atmosferi potenzjalment esplożivi.

L-informazzjoni msemmija fil-punti 1, 2 u 3 għandha tkun immarkata b'mod li ma titħassarx fuq jew qrib il-pjanċja tal-klassifikazzjoni tal-mutur.

▼M1

Fejn id-daqs tal-plakka tal-klassifikazzjoni jagħmilha impossibbli li tintwera l-informazzjoni kollha msemmija fil-punt 1, (η) għandha jintwera biss l-effiċjenza nominali tat-tagħbija massima u l-vultaġġ (UN).

▼B

L-informazzjoni msemmija fil-punti 1 sa 12 ma hemmx għalfejn tkun ippubblikata fuq is-sit tal-internet li għandha aċċess bla ħlas tal-produttur tal-mutur għal muturi magħmulin apposta b'diżinn mekkaniku u elettroniku speċjali skont ir-rikjesta tal-klijent. L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti obbligatorji sabiex il-muturi, li ma jilħqux il-livell ta' effiċjenza IE3, ikunu mgħammra bi trasmissjoni b'veloċità varjabbli, għandha tkun esposta b'mod viżibbli fuq il-pjanċja tal-isem, id-dokumentazzjoni teknika u l-ippakkjar tal-mutur:

(a) mill-1 ta' Jannar 2015 għall-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 7,5-375 kW,

(b) mill-1 ta' Jannar 2017 għall-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 0,75-375 kW.

Il-produtturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed waqt l-immuntar, l-istallazzjoni, iż-żamma jew l-użu tal-muturi bi trasmissjoni b'veloċità varjabbli fid-dokumentazzjoni teknika, inkluż informazzjoni dwar kif tista' tiġi minimizzata l-firxa elettrika u manjetika mit-trasmissjonijiet b'veloċità varjabbli.

(3)   DEFINIZZJONIJIET GĦALL-FINIJIET TAL-ANNESS I

(1) “Effiċjenza minima nominali” (η) tfisser l-effiċjenza bir-rata massima ta' karga u vultaġġ mingħajr tolleranzi.

(2) “Tolleranza” tfisser il-varjazzjoni massima permessa fir-riżultat tat-test tal-kejl ta' kwalunkwe mutur imqabbel mal-valur dikjarat fuq il-pjanċja ta' klassifikazzjoni jew fid-dokumentazzjoni teknika.




ANNESS II

KEJL U KALKOLAZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' konformità u ta' verifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkolazzjonijiet għandhom isiru permezz ta' proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, u li r-riżultati tagħhom huma meqjusa li għandhom livell baxx ta' dubju, inkluż metodi msemmija fid-dokumenti, li n-numru ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak l-iskop f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jissodisfaw dawn il-parametri tekniċi:

L-effiċjenza tal-enerġija huwa l-proporzjoni tal-prestazzjoni ta' potenza mekkanika mal-potenza elettronika tal-konsum.

Il-livell ta' effiċjenza tal-mutur, kif speċifikat fl-Anness I, għandha tiġi determinata fuq prestazzjoni nominali ta' potenza (PN), vultaġġ nominali (UN), u frekwenza nominali (fN).

Id-differenza bejn il-prestazzjoni ta' potenza mekkanika u l-potenza elettronika tal-konsum hija kawżata mit-telf li qed iseħħ fil-mutur.

Il-kalkolu tat-telf totali għandu jsir permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

 il-kejl tat-telf totali; jew

 il-kalkolu tat-telf separat mgħoddi flimkien.

▼M2




ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl), inkluż it-telf totali (1-η) bħala kriterju deċiżiv għall-effiċjenza, ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 3.

(3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4) Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c) ma jinkisibx:

(a) għal mudelli li jiġu manifatturati fi kwantitajiet inqas minn ħamsa fis-sena, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament;

(b) għall-mudelli li jiġu manifatturati fi kwantitajiet ta' ħamsa jew aktar fis-sena, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti, inkluż it-telf totali (1 – η) bħala kriterju deċiżiv għall-effiċjenza, tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 3.

(5) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4(b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(6) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3, 4(a) u 5, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 3 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 6 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



Tabella 3

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

Muturi bil-medda tal-potenza ta' 0,75-150 kW

Muturi bil-medda tal-potenza ta' 150-375 kW

It-telf totali (1 – η)

Massimu ta' 15 % aktar mill-valuri kif derivati mill-valuri dikjarati skont l-Anness I

Massimu ta' 10 % aktar mill-valuri kif derivati mill-valuri dikjarati skont l-Anness I

▼B




ANNESS IV

PUNTI TA’ REFERENZA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-muturi ġiet identifikata bħala l-livell IE3, jew mutur IE3 mgħammar b'trażmissjoni b'veloċità varjabbli kif iddefinit fl-Anness I.



( 1 ) ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1.

Top