Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R0480-20180408

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom ) Nru 480/2009 tal- 25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (Verżjoni kodifikata)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/480/2018-04-08

02009R0480 — MT — 08.04.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 480/2009

tal-25 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni

(Verżjoni kodifikata)

(ĠU L 145 10.6.2009, p. 10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2018/409 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Marzu 2018

  L 76

1

19.3.2018




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 480/2009

tal-25 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni

(Verżjoni kodifikata)



Artikolu 1

Huwa b’dan stabbilit Fond ta’ Garanzija, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Fond”, li r-riżorsi tiegħu għandhom jintużaw biex jitħallsu lura l-kredituri tal-Komunitajiet fil-każ ta’ inadempjenza mill-benefiċjarju ta’ self mogħti jew garantit mill- Komunitajiet jew ta’ garanzija ta’ self maħruġa mill-Bank Ewropew tal-Investiment (minn hawn ’il quddiem msejjaħ “BEI”) li għalih il-Komunitajiet jipprovdu garanzija.

L-operazzjonijiet ta’ self u garanzija msemmija fl-ewwel paragrafu (minn hawn ’il quddiem imsejħa “operazzjonijiet”) għandhom ikunu dawk magħmula għall-benefiċċju ta’ pajjiż terz jew għall-finanzjament ta’ proġetti f’pajjizi terzi.

L-operazzjonijiet kollha mwettqa għall-benefiċċju ta’ pajjiż terz jew għall-finanzjament ta’ proġetti f’pajjiż terz għandhom jaqgħu barra l-ambitu ta’ dan ir-Regolament, b’effett mid-data ta’ meta dak il-pajjiż jaderixxi mal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-Fond għandu jkollu:

 ħlas annwali wieħed mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Arikoli 5 u 6,

 imgħax fuq ir-riżorsi tal-Fond investiti,

 l-ammonti rkuprati minn debituri inadempjenti fejn il-Fond ikun diġà onora l-garanzija,

▼M1

 dħul mill-primjum tar-riskju ġġenerat taħt l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li għalihom l-Unjoni tipprovdi garanzija li hija rimunerata.

▼B

Artikolu 3

Il-Fond għandu jitla’ għal-livell xieraq (minn hawn ’il-quddiem msejjaħ bħala l-“ammont immirat”).

L-ammont immirat għandu jkun 9 % tat-total tal-impenji ta’ kapital pendenti tal-Kommunitajiet li joriġinaw minn kull operazzjoni, miżjuda bl-imgħaxijiet dovuti mhux imħallsa.

▼M1

Jekk l-ammont tal-Fond jaqbeż l-10 % tat-total tal-kapital passiv pendenti tal-Unjoni, l-eċċess għandu jintradd lura fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Dak l-eċċess għandu jitħallas fi transazzjoni waħda lejn intestatura speċjali fid-dikjarazzjoni tad-dħul fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-sena “n + 1” abbażi tad-differenza ta' tmiem is-sena “n – 1” bejn 10 % tat-total tal-kapital passiv pendenti tal-Unjoni u l-valur tal-assi netti tal-Fond, ikkalkolati fil-bidu tas-sena “n”.

▼B

Artikolu 4

Wara l-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid mal-Unjoni Ewropea, l-ammont immirat għandu jitnaqqas b’ammont ikkalkulat abbażi tal-operazzjonijiet imsemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 1.

Sabiex jiġi kkalkulat l-ammont tat-tnaqqis, ir-rata tal-persentaġġ imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 applikabbli fid-data ta’ adeżjoni għandha tiġi applikata lill-ammont ta’ dawk l-operazzjonijiet pendenti f’dik id-data.

Li jibqa’ għandu jitħallas lura taħt intestatura speċjali fid-dikjarazzjoni ta’ dħul fil-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Abbażi tad-differenza “n–1” fl-aħħar tas-sena bejn l-ammont immirat u l-valur tal-assi net tal-Fond, ikkalkolati fil-bidu tas-sena “n”, l-ammont ta’ forniment meħtieġ għandu jitħallas fil-Fond fi transazzjoni waħda fis-sena “n + 1” mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

1.  Jekk, bħala riżultat ta’ xi inadempjenza jew aktar, l-attivazzjoni ta’ garanziji tul is-sena “n–1” taqbeż EUR 100 miljun, l-ammont li jaqbeż EUR 100 miljun għandu jitħallas lura fil-Fond f’lottijiet annwali li jibdew fis-sena “n + 1” u li jkomplu matul is-snin ta’ wara sakemm isir il-ħlas kollu (“mekkaniżmu ta’ twittija”). Id-daqs tal-lott annwali għandu jkun l-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

 EUR 100 miljun jew

 l-ammont li jibqa’ dovut skont il-mekkaniżmu ta’ twittija.

Kwalunkwe ammont li jirriżulta mill-attivazzjoni ta’ garanziji fis-snin li jippreċedu s-sena “n-1”, li ma jkunx tħallas kollu lura, dovut għall-mekkaniżmu ta’ twittija, għandu jitħallas lura qabel il-mekkaniżmu ta’ twittija għal mankanzi li jsiru fis-sena “n–1” jew fi snin sussegwenti jista’ jibda jkollu effett. Tali ammonti li jkun għad fadal għandhom ikomplu jiġu mnaqqsa mill-ammont annwali massimu li għandu jiġi rkuprat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea taħt il-mekkaniżmu ta’ twittija sakemm l-ammont sħiħ ikun tħallas lura fil-Fond.

2.  Il-kalkoli bbażati fuq il-mekkaniżmu ta’ twittija għandhom isiru b’mod separat mill-kalkoli msemmijin fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 5. Madankollu, huma għandhom flimkien jirriżultaw bħala trasferiment annwali wieħed. L-ammonti li għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea taħt il-mekkaniżmu ta’ twittija għandhom jiġu ttrattati bħala assi net tal-Fond għall-kalkolu skont l-Artikoli 3 u 5.

3.  Jekk, bħala riżultat tal-attivazzjoni ta’ garanziji wara xi inadempjenza maġġura jew iżjed, ir-riżorsi tal-Fond jaqgħu taħt 80 % tal-ammont immirat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja b’dan.

4.  Jekk, bħala riżultat tal-attivazzjoni ta’ garanziji wara xi inadempjenza maġġura jew iżjed, ir-riżorsi fil-Fond jaqgħu taħt 70 % tal-ammont immirat, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar miżuri eċċezzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa biex jerġa’ jimtela’ l-Fond.

▼M1

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tafda l-amministrazzjoni finanzjarja tal-Fond lill-BEI.

Sat-30 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni esterna indipendenti tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi talli tiġi fdata l-amministrazzjoni finanzjarja tal-assi tal-Fond u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli lill-Kummissjoni, lill-BEI, jew taħlita tat-tnejn, b'kont meħud tal-kriterji tekniċi u istituzzjonali rilevanti użati fit-tqabbil tas-servizzi ta' amministrazzjoni tal-assi, inklużi l-infrastruttura teknika, tqabbil tal-ispejjeż għas-servizzi mogħtija, il-qafas istituzzjonali, ir-rappurtar, il-prestazzjoni, ir-responsabbiltà u l-għarfien espert ta' kull istituzzjoni u l-mandati l-oħra ta' amministrazzjoni tal-assi għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn adatt, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposta leġislattiva.

Artikolu 8

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar l-amministrazzjoni tal-Fond matul is-sena kalendarja preċedenti. Ir-rapport annwali għandu jkun fih preżentazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u informazzjoni dwar il-funzjonament tal-Fond fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti, il-flussi finanzjarji kif ukoll it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-kontijiet finanzjarji, bħal informazzjoni dettaljata dwar il-kapital pendenti ta' self garantit jew l-assi tal-Fond matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ukoll il-konklużjonijiet u t-tagħlimiet meħuda. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-amministrazzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni u r-riskju tal-Fond fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti. Mill-2019 u kull tliet snin minn dik is-sena 'l quddiem, huwa għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-adegwatezza tal-mira ta' 9 % u tal-limitu ta' 10 % għall-Fond, kif imsemmija fit-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 3 rispettivament.

▼B

Artikolu 9

Il-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta ta’ bilanċ relatati mal-fond għandhom jiġu mehmuża mal-kont tad-dħul u tal-infiq u mal-karta ta’ bilanċ tal-Komunitajiet.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 hu b’dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu



Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94

(ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1149/1999

(ĠU L 139, 2.6.1999, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2273/2004

(ĠU L 396, 31.12.2004, p. 28)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 89/2007

(ĠU L 22, 31.1.2007, p. 1)




ANNESS II



Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94

Dan ir-Regolament

Artikoli 1, 2 u 3

Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 3a

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu

Artikolu 11

Artikolu 10, it-tieni paragrafu

Anness I

Anness II

Top