EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R0428-20201215

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (tfassil mill-ġdid)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/428/2020-12-15

02009R0428 — MT — 15.12.2020 — 011.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 428/2009

tal-5 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju

(tfassil mill-ġdid)

(ĠU L 134 29.5.2009, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) Nru 1232/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Novembru 2011

  L 326

26

8.12.2011

 M2

REGOLAMENT (UE) Nru 388/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ April 2012

  L 129

12

16.5.2012

►M3

REGOLAMENT (UE) Nru 599/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ April 2014

  L 173

79

12.6.2014

 M4

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1382/2014 tat-22 ta’ Ottubru 2014

  L 371

1

30.12.2014

 M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2420 tat-12 ta’ Ottubru 2015

  L 340

1

24.12.2015

 M6

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1969 tat-12 ta' Settembru 2016

  L 307

1

15.11.2016

 M7

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2268 tas-26 ta’ Settembru 2017

  L 334

1

15.12.2017

 M8

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1922 tal-10 ta’ Ottubru 2018

  L 319

1

14.12.2018

 M9

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2199 tas-17 ta' Ottubru 2019

  L 338

1

30.12.2019

►M10

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1749 tas-7 ta’ Ottubru 2020

  L 421

1

14.12.2020


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 224, 27.8.2009, p.  21 (428/2009)

 C2

Rettifika, ĠU L 060, 5.3.2016, p.  93 (2015/2420)

 C3

Rettifika, ĠU L 025, 31.1.2017, p.  36 (2016/1969)

 C4

Rettifika, ĠU L 012, 17.1.2018, p.  62 (2017/2268)

 C5

Rettifika, ĠU L 105, 16.4.2019, p.  67 (2018/1922)

 C6

Rettifika, ĠU L 051, 25.2.2020, p.  13 (2019/2199)

 C7

Rettifika, ĠU L 072, 9.3.2020, p.  28 (2019/2199)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 428/2009

tal-5 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju

(tfassil mill-ġdid)



KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

1. 

“oġġetti b’użu doppju” għandha tfisser oġġetti, inklużi s-softwer u t-teknoloġija, li jistgħu jintużaw kemm għal skopijiet ċivili u dawk militari, u għandhom jinkludu l-merkanzija kollha li tista’ tintuża kemm għal użu mhux splussiv kemm għal assistenza fi kwalunkwe mod fil-manifattura ta’ armi nukleari jew mezzi splussivi nukleari oħrajn;

2. 

“esportazzjoni” għandha tfisser:

(i) 

proċedura ta’ esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 161 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (il-Kodiċi Doganali tal-Komunità);

(ii) 

esportazzjoni mill-ġdid fis-sens tal-Artikolu 182 ta’ dak il-Kodiċi iżda mhux inklużi oġġetti fi transitu u

(iii) 

it-trasmissjoni ta’ softwer jew teknoloġija permezz ta’ medja elettronika, inklużi l-fax, it- telefon, il-posta elettronika jew kwalunkwe mezz elettroniku ieħor għal destinazzjoni barra l-Komunità Ewropea; hija tinkludi li jsiru disponibbli f’forma elettronika ta’ softwer jew teknoloġija bħal dawn lil persuni ġuridiċi u fiżiċi u lil sħubijiet barra l-Komunità. L-esportazzjoni tapplika wkoll għat-trasmissjoni orali ta’ teknoloġija meta t-teknoloġija hija deskritta minn fuq it-telefon;

3. 

“esportatur” għandha tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija:

(i) 

li f’isimha ssir dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, jiġifieri l-persuna li, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni hija aċċettata, għandha l-kuntratt mad-destinatarju tal-konsenja fil-pajjiż terz u għandha s-setgħa li tiddetermina jekk l-oġġett jintbagħatx barra t-territorju doganali tal-Komunità. Jekk ma kien konkluż l-ebda kuntratt ta’ esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jaġixxix għan-nom tiegħu, l-esportatur għandha tfisser il-persuna li għandha s-setgħa li tiddetermina jekk l-oġġett jintbagħatx barra t-territorju doganali tal-Komunità;

(ii) 

li tiddeċiedi li tittrasmetti jew li tagħmel disponibbli softwer jew teknoloġija permezz ta’ medja elettronika, inklużi l-fax, it-telefon, il-posta elettronika jew kwalunkwe mezz elettroniku ieħor għal destinazzjoni barra l-Komunità.

Fejn il-benefiċċju ta’ dritt li tiddisponi minn oġġetti b’użu doppju jappartjeni lil persuna stabbilita barra l-Komunità skont il-kuntratt li fuqu hija bbażata l-esportazzjoni, l-esportatur għandu jkun ikkunsidrat bħala l-parti kontraenti stabbilita fil-Komunità;

4. 

“dikjarazzjoni tal-esportazzjoni” għandha tfisser l-att li permezz tiegħu persuna tindika fil-forma u l-manjiera preskritti x-xewqa li tqiegħed oġġetti b’użu doppju taħt proċedura ta’ esportazzjoni;

5. 

“servizzi ta’ senserija” għandha tfisser:

— 
in-negozjar jew l-organizzazzjoni ta' transazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-forniment ta' oġġetti b'użu doppju minn pajjiż terz għal kwalunkwe pajjiż terz ieħor; jew
— 
il-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti b’użu doppju li jinsabu f’pajjiżi terzi għat-trasferiment tagħhom għal pajjiż terz ieħor;

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-dispożizzjoni unika ta’ servizzi anċillari hija eskluża minn din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigrazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali;

6. 

“sensar” għandha tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Komunità li twettaq servizzi ddefiniti taħt il-punt 5 mill-Komunità fit-territorju ta’ pajjiż terz;

7. 

“transitu” għandha tfisser it-trasport ta’ oġġetti b’użu doppju non-Komunitarji li jidħlu jew jgħaddu mit-territorju doganali tal-Komunità b’destinazzjoni barra l-Komunità Ewropea;

8. 

“awtorizzazzjoni inidividwali ta’ trasport” għandha tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed għal utent finali jew id-destinatarju tal-konsenja wieħed f’pajjiż terz u li tkopri oġġett b’użu doppju wieħed jew aktar;

▼M1

9. 

“awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni” għandha tfisser awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għal-esportazzjonijiet lejn ċerti pajjiżi tad-destinazzjoni disponibbli għall-esportaturi kollha li jirrispettaw il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti tagħha għall-użu kif elenkat fl-Annessi IIa sa IIf;

▼B

10. 

“awtorizzazzjoni globali ta’ esportazzjoni” għandha tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed rigward tip jew kategorija ta’ oġġett b’użu doppju li tista’ tkun valida għal esportazzjonijiet għal utent finali speċifikat wieħed jew aktar u/jew f’pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar;

11. 

“awtorizzazzjoni ġenerali nazzjonali ta’ esportazzjoni” għandha tfisser awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 9(2) u definita mil-leġislazzjoni nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 9 u l-Anness IIIc;

12. 

“territorju doganali tal-Unjoni Ewropea” għandha tfisser it-territorju fit-tifsira tal-Artikolu 3 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità;

13. 

“oġġetti non-Komunitarji b’użu doppju” għandha tfisser oġġetti li għandhom l-istatus ta’ merkanzija non-Komunitarja fit-tifsira tal-Artikolu 4(8) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.



KAPITOLU II

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 3

1.  
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tal-oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I.
2.  
Skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 8, awtorizzazzjoni tista’ wkoll tinħtieġ għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom, ta’ xi oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I.

Artikolu 4

1.  
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I jekk l-esportatur kien informat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih hu stabbilit li l-oġġetti in kwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu f’konnessjoni mal-iżvilupp, il-produzzjoni, l-immaniġġar, l-operat, iż-żamma fl-ordni, il-ħżin, it-tiftix, l-identifikazzjoni jew id-disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew mezzi splussivi nukleari oħra jew l-iżvilupp, il-produzzjoni, iż-żamma fl-ordni jew il-ħżin ta’ missili kapaċi li jwasslu armi bħal dawn.
2.  

Għandha wkoll tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I jekk il-pajjiż xerrej jew il-pajjiż tad-destinazzjoni huwa soġġett għal embargo tal-armi ►M1  impost b'pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta ◄ adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonalitajiet Uniti u jekk l-esportatur kien informat mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 li l-oġġetti in kwistjoni huma, jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal użu finali militari. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “użu finali militari” għandha tfisser:

(a) 

l-inkorporazzjoni fl-oġġetti militari elenkati fil-lista militari tal-Istati Membri;

(b) 

l-użu ta’ tagħmir tal-produzzjoni, l-ittestjar jew tal-analiżi jew komponenti tiegħu, għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew iż-żamma fl-ordni ta’ oġġetti militari elenkati fil-lista msemmija hawn fuq;

(c) 

l-użu ta’ kwalunkwe prodotti mhux kompluti f’impjant għall-produzzjoni ta’ oġġetti militari elenkat fil-lista msemmija hawn fuq.

3.  
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I jekk l-esportatur kien informat mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 li l-oġġetti in kwistjoni huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari elenkati fil-lista militari nazzjonali li kienu esportati mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru mingħajr awtorizzazzjoni jew bi ksur ta’ awtorizzazzjoni prevista minn leġislazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.
4.  
Jekk esportatur huwa konxju li l-oġġetti b’użu doppju li hu jipproponi li jesporta, mhux elenkati fl-Anness I, huma maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, li għandhom jiddeċiedu jekk huwiex espedjenti jew le li l-esportazzjoni in kwistjoni tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni.
5.  
Stat Membru jista’ jadotta jew iżomm leġislazzjoni nazzjonali li timponi ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I jekk l-esportatur għandu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fil-paragrafu 1.
6.  
Stat Membru li jimponi ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5, fuq l-esportazzjoni ta’ oġġett b’użu doppju mhux elenkat fl-Anness I, għandu, fejn adatt, jgħarraf l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri l-oħra għandhom jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta kollha lil din l-informazzjoni u għandhom jinformaw l-amministrazzjoni doganali u li l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tagħhom.
7.  
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1), (2) u (5) sa (7) għandhom japplikaw għall-każijiet li jikkonċernaw oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I.
8.  
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jieħdu miżuri nazzjonali taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2603/69.

Artikolu 5

1.  
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-servizzi ta’ senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I jekk is-sensar kien informat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih hu residenti jew stabbilit li l-oġġetti in kwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1). Jekk sensar huwa konxju li l-oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I li għalihom huwa jipproponi servizzi ta’ senserija huma intenzjonati, fl-intier jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1), huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu jekk huwiex espedjenti jew le li dawn is-servizzi ta’ senserija jsiru soġġetti għal awtorizzazzjoni.
2.  
Stat Membru jista’ jestendi l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal oġġetti b’użu doppju mhux elenkati għall-użijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u għal oġġetti b’użu doppju għal użijiet u destinazzjonijiet finali militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
3.  
Stat Membru jista’ jadotta jew iżomm leġislazzjoni nazzjonali li timponi ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni fuq is-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju, jekk is-sensar għandu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
4.  
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(2), (3) u (4) għandhom japplikaw għall-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6

1.  
It-transitu ta’ oġġetti non-Komunitarji b’użu doppju elenkati fl-Anness I jista’ jkun ipprojbit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn iseħħ it-transitu jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1). Meta jiddeċiedu fuq projbizzjoni bħal din l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-obbligi u l-impenji tagħhom li ndaħlu għalihom bħala partijiet fi trattati internazzjonali jew bħala membri ta’ reġimi internazzjonali għan-non-proliferazzjoni.
2.  
Qabel jiddeċiedi jekk jipprojbixxix jew le transitu, Stat Membru jista’ jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jitsgħu f’każijiet individwali jimponu ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni għat-transitu speċifiku ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1).
3.  
Stat Membru jista’ jestendi l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal oġġetti b’użu doppju mhux elenkati għall-użijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u għall-oġġetti b’użu doppju għall-użu finali u destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
4.  
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8(2), (3) u (4) għandhom japplikaw għall-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-forniment ta’ servizzi jew it-trasmissjoni ta’ teknoloġija jekk dik il-fornitura jew it-trasmissjoni tinvolvi moviment transkonfinali ta’ persuni.

Artikolu 8

1.  
Stat Membru jista’ jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew konsiderazzjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem.
2.  
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura adottat skont paragrafu 1 immedjatament wara l-adozzjoni tagħha u jindikaw ir-raġunijiet preċiżi għal din il-miżura.
3.  
L-Istati Membri għandhom ukoll jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe modifikazzjoni għall-miżuri adottati skont il-paragrafu 1.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-miżuri mgħarrfa lilha skont il-paragrafi 2 u 3 fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



KAPITOLU III

AWTORIZZAZZJONI TA’ ESPORTAZZJONI U AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZI TA’ SENSERIJA

Artikolu 9

▼M1

1.  
Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni għal ċerti esportazzjonijiet kif stipulati fl-Anness IIa sa IIf huma stabbiliti permezz ta’ dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-esportatur huwa rreġistrat jistgħu jipprojbixxu l-esportatur milli juża dawn l-awtorizzazzjonijiet jekk ikun hemm suspetti raġonevoli dwar il-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma’ tali awtorizzazzjoni jew ma’ dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-esportaturi mċaħħda mid-dritt li jużaw Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni, sakemm ma jiddeterminawx li l-esportatur mhux se jipprova jesporta oġġetti b’użu doppju minn Stat Membru ieħor. Is-sistema msemmija fl-Artikolu 19(4) għandha tintuża għal dan l-għan.

▼M3

Bil-għan li jiġi żgurat li transazzjonijiet b’riskju baxx biss ikunu koperti mill-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni inklużi fl-Annessi IIa sa IIf, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a biex tneħħi destinazzjonijiet mill-kamp tal-applikazzjoni ta’ dawk l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni, jekk tali destinazzjonijiet isiru soġġetti għal embargo tal-armi kif imsemmi fl-Artikolu 4(2).

Fejn, f’każijiet ta’ tali embargo tal-armi, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu t-tneħħija ta’ destinazzjonijiet partikolari mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni, il-proċedura prevista fl-Artikolu 23b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.

▼B

2.  

Għall-esportazzjonijiet kollha l-oħra li għalihom hi meħtieġa awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament, awtorizzazzjoni bħal din għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-esportatur. Soġġett għar-restrizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 4, din l-awtorizzazzjoni tista’ tkun awtorizzazzjoni individwali, globali jew ġenerali.

L-awtorizzazzjonijiet kollha għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha.

L-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjonijiet tagħhom għal awtorizzazzjoni għal esportazzjoni individwali u globali sabiex tingħata informazzjoni kompleta lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b’mod partikolari dwar l-utent finali, il-pajjiż tad-destinazzjoni u l-użu finali tal-oġġett esportat. L-awtorizzazzjoni tista’ tkun soġġetta, jekk adatt, għal dikjarazzjoni ta’ użu finali.

3.  
L-Istati Membri għandhom jipproċessaw talbiet għal awtorizzazzjonijiet individwali jew globali f’perijodu ta’ żmien li għandu jiġi determinat mil-liġi jew mill-prattika nazzjonali.
4.  

L-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali ta’ esportazzjoni għandhom:

▼M1

(a) 

jeskludu mill-ambitu tagħhom l-oġġetti elenkati fl-Anness IIg;

▼B

(b) 

ikunu definiti mil-liġi jew mill-prattiki nazzjonali. Huma jistgħu jintużaw mill-esportaturi kollha, stabbiliti jew residenti fi Stat Membru li joħroġ dawn l-awtorizzazzjonijiet, jekk jilħqu l-ħtiġiet imniżżlin f’dan ir-Regolament u fil-leġislazzjoni nazzjonali komplementari. Huma għandhom jinħarġu skont l-indikazzjonijiet imniżżlin fl-Anness IIIc. Huma għandhom jinħarġu skont il-liġijiet jew il-prattika nazzjonali;

L-Istati Membri għandhom immedjatament jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni ġenerali nazzjonali ta’ esportazzjoni maħruġa jew modifikata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(c) 

m’għandhomx jintużaw jekk l-esportatur kien informat mill-awtoritajiet tiegħu li l-oġġetti b’użu doppju inkwistjoni mhumiex intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fil-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 4 jew fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 f’pajjiż soġġett għal embargo tal-armi ►M1  deċiż b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta ◄ adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-OSCE jew embargo tal-armi impost minn reżoluzzjoni li torbot tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonalitajiet Uniti, jew jekk l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti huma intenzjonati għall-użijiet imsemmijin hawn fuq.

5.  
L-Istati Membri għandhom iżommu jew jintroduċu fil-leġislazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom il-possibbiltà li tingħata awtorizzazzjoni globali ta’ esportazzjoni.
6.  

L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni b’lista tal-awtoritajiet b’setgħa li:

(a) 

jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ esportazzjoni għal oġġetti b’użu doppju;

(b) 

jiddeċiedu li jipprojbixxu t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju non-Komunitarji taħt dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ dawn l-awtoritajiet fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

1.  
L-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi ta’ senserija taħt dan ir-Regolament għandhom jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa residenti jew stabbilit is-sensar. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal kwantità stabbilita ta’ oġġetti speċifiċi li qed ikunu mċaqalqa bejn żewġ pajjiżi jew aktar. Il-lok tal-oġġetti fil-pajjiż terz ta’ oriġini, l-utent finali u l-lok eżatt tiegħu għandhom ikunu identifikati b’mod ċar. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha.
2.  
Is-sensara għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom ta’ awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament għal servizzi ta’ senserija, b’mod partikolari dettalji tal-lok fejn jinsabu l-oġġetti b’użu doppju fil-pajjiż terz ta’ oriġini, deskrizzjoni ċara tal-oġġetti u l-kwantità involuta, partijiet terzi involuti fit-transazzjoni, il-pajjiż terz ta’ destinazzjoni, l-utent finali f’dak il-pajjiż u l-lok eżatt tiegħu.
3.  
L-Istati Membri għandhom jipproċessaw talbiet għal awtorizzazzjonijiet għal servizzi ta’ senserija f’perijodu ta’ żmien li għandu jiġi determinat mil-liġi jew mill-prattika nazzjonali.
4.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet b’setgħa li jagħtu awtorizzazzjonijiet taħt dan ir-Regolament għall-forniment ta’ servizzi ta’ senserija. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ dawn l-awtoritajiet fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

1.  

Jekk l-oġġetti b’użu doppju li għalihom saret applikazzjoni għal awtorizzazzjoni individwali ta’ esportazzjoni lejn destinazzjoni mhux elenkata fl- ►M1  Anness IIa ◄ jew lejn kwalunkwe destinazzjoni fil-każ ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness IV huma jew ser ikunu lokalizzati fi Stat Membru wieħed jew aktar barra minn dik fejn saret l-applikazzjoni, dak il-fatt għandu jkun indikat fl-applikazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li saritilhom l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandhom immedjatament jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat jew l-Istati Membri inkwistjoni u jipprovdu l-informazzjoni rilevanti. L-Istat jew l-Istati Membri kkonsultati għandhom jgħarrfu fi żmien 10 ijiem tax-xogħol kwalunkwe oġġezzjoni li huwa jew huma jista’ jkollu għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din, li għandha torbot lill-Istat Membru fejn saret l-applikazzjoni.

Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol, l-Istat jew Stati Membri kkonsultati għandhom jitqiesu bħala li m’għandhom ebda oġġezzjoni.

F’każijiet eċċezzjonali, kwalunkwe Stat Membru kkonsultat jista’ jitlob l-estensjoni tal-perijodu ta’ 10 ijiem. Madanakollu, l-estensjoni ma tistax taqbeż it-30 jum tax-xogħol.

2.  
Jekk esportazzjoni tista’ tippreġudika l-interessi essenzjali tiegħu tas-sigurtà, Stat Membru jista’ jitlob lil Stat Membru ieħor li ma jagħtix awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni jew, jekk tkun ingħatat awtorizzazzjoni bħal din, jitlob it-tħassir, is-sospensjoni, il-modifikazzjoni jew ir-revoka tagħha. L-Istat Membru li jirċievi talba bħal din għandu immedjatament jidħol f’konsultazzjonijiet ta’ natura non-vinkolanti mal-Istat Membru rikjedenti, li għandhom jintemmu fi żmien 10 ijiem tax-xogħol. Fil-każ li l-Istat Membru rikjest jiddeċiedi li jagħti l-awtorizzazzjoni, dan għandu jkun notifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 13(6).

Artikolu 12

1.  

F’deċiżjoni ta’ jekk għandhiex tingħata jew le awtorizzazzjoni individwali jew globali jew għandhiex tingħata awtorizzazzjoni għal servizzi ta’ senserija taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iqisu l-konsiderazzjonijiet rilevanti kollha inklużi:

(a) 

l-obbligi u l-impenji li kull wieħed minnhom aċċetta bħala membru tar-reġimi internazzjonali ta’ non-proliferazzjoni rilevanti u l-arranġamenti tal-kontroll tal-esportazzjoni, jew b’ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti;

(b) 

l-obbligi tagħhom taħt sanzjonijiet ►M1  imposti minn pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta ◄ addottati mill-Kunsill jew b’deċiżjoni tal-OSCE jew b’riżoluzzjoni li torbot tal-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti;

(c) 

konsiderazzjonijiet ta’ politika barranija u ta’ sigurtà nazzjonali, inklużi dawk koperti mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari ( 1 );

(d) 

konsiderazzjonijiet dwar użu finali intenzjonat u r-riskju ta’ devjazzjoni.

2.  
Barra l-kriterji mniżżlin fil-paragrafu 1, meta tkun ivvalutata applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali għal esportazzjoni l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-applikazzjoni mill-esportatur ta’ mezzi u proċeduri proporzjonati u adegwati biex tkun żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u mat-termini u l-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 13

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li jaġixxu skont dan ir-Regolament, jistgħu jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni u jistgħu jħassru, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni li huma diġà taw. Fejn huma jirrifjutaw, iħassru, jissospendu, jillimitaw sostanzjalment jew jirrevokaw awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni jew fejn huma ddeterminaw li l-esportazzjoni intenzjonata mhijiex awtorizzata, huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’dan u jiskambjaw magħhom l-informazzjoni rilevanti. Fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu ssospendew awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni, il-valutazzjoni finali għandha tkun ikkomunikata lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-aħħar tal-perijodu ta’ sospensjoni.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrevedu ċ-ċaħdiet ta’ awtorizzazzjonijiet notifikati taħt il-paragrafu 1 fi żmien tliet snin min-notifika tagħhom u jirrevokawhom, jemendawhom jew iġedduhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ser jinnotifikaw ir-riżultati tar-reviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr. Iċ-ċaħdiet li ma jkunux revokati għandhom jibqgħu validi.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet tagħhom li jipprojbixxu transitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I meħuda taħt l-Artikolu 6 mingħajr dewmien. Dawn in-notifiki ser jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha inklużi l-klassifikazzjoni tal-oġġett, il-parametri tekniċi, il-pajjiż ta’ destinazzjoni u l-utent finali tiegħu.
4.  
Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għal awtorizzazzjonijiet għal servizzi ta’ senserija.
5.  
Qabel mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, li jaġixxu taħt dan ir-Regolament, jagħtu awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni jew ta’ servizzi ta’ senserija jew jiddeċiedu dwar transitu huma għandhom jeżaminaw iċ-ċaħdiet jew id-deċiżjonijiet validi kollha biex ikun ipprojbit transitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I meħuda taħt dan ir-Regolament biex ikun aċċertat jekk awtorizzazzjoni jew transitu inċaħdux mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat jew Stati Membri oħrajn għal transazzjoni essenzjalment identika (jiġifieri oġġett b’parametri jew karatterisitiċi tekniċi essenzjalment identiċi għall-istess utent finali jew destinatarju tal-konsenja). Huma l-ewwel għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat jew Stati Membri li ħarġu ċaħda/ċaħdiet jew deċiżjonijiet bħal dawn biex jipprojbixxu t-transitu kif previst fil-paragrafi 1 u 3. Jekk wara konsultazzjoni bħal din l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jiddeċiedu li jagħtu awtorizzazzjoni jew iħallu t-transitu, huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha biex jispjegaw id-deċiżjoni.

▼M1

6.  
In-notifiki kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom isiru permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri inkluż is-sistema msemmija fl-Artikolu 19(4).

▼B

7.  
L-informazzjoni kollha skambjata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandha tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(3), (4) u (6) rigward il-konfidenzjalità ta’ informazzjoni bħal din.

Artikolu 14

1.  
L-awtorizzazzjonijiet individwali u globali kollha ta’ esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet għal servizzi ta’ senserija għandhom jinħarġu bil-miktub jew b’mezzi elettroniċi fuq formoli li fihom tal-inqas l-elementi kollha u fl-ordni stabbilita fil-mudelli li jidhru fl-Annessi IIIa u IIIb.
2.  
Fuq it-talba tal-esportaturi, l-awtorizzazzjonijiet globali ta’ esportazzjoni li jinkludu limitazzjonijiet kwantitattivi għandhom jinqasmu f’partijiet.



KAPITOLU IV

AĠĠORNAR TAL-LISTA TA’ OĠĠETTI B’UŻU DOPPJU

Artikolu 15

1.  
Il-listi ta’ oġġetti b’użu doppju mniżżla fl-Anness I għandhom ikunu aġġornati f’konformità mal-obbligi u l-impenji rilevanti, u kwalunkwe modifika tagħhom, li l-Istati Membri aċċettaw bħala membri tar-reġimi internazzjonali rilevanti ta’ non-proliferazzjoni u l-arranġamenti rilevanti għall- kontroll tal-esportazzjoni, jew bir-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti.
2.  
L-Anness IV, li hu subsett tal-Anness I, għandu jkun aġġornat rigward l-Artikolu 30 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jiġifieri l-interessi tal-politika pubblika u tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri.

▼M3

3.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a fir-rigward tal-aġġornament tal-lista ta’ oġġetti b’użu doppju stabbilita fl-Anness I. L-aġġornament tal-Anness I għandu jsir fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Fejn l-aġġornament tal-Anness I jikkonċerna oġġetti b’użu doppju li jkunu elenkati wkoll fl-Annessi IIa sa IIg jew IV, dawk l-Annessi għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

▼B



KAPITOLU V

PROĊEDURI DOGANALI

Artikolu 16

1.  
Meta jikkompleta l-formalitajiet għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju fl-uffiċċju doganali responsabbli għall-immaniġġar tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, l-esportatur għandu jforni prova li kiseb kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni meħtieġa.
2.  
L-esportatur jista’ jintalab traduzzjoni ta’ kwalunkwe dokument ippreżentat bħala prova f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn hi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni.
3.  

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe setgħa mogħtija lilu taħt, u skont, il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, Stat Membru jista’ wkoll, għal perijodu li ma jeċċedix il-perijodi msemmija fil-paragrafu 4, jissospendi l-proċess ta’ esportazzjoni mit-territorju tiegħu, jew, jekk meħtieġ, b’mod ieħor jipprevjeni l-użu doppju tal-oġġetti elenkati fl-Anness I li huma koperti minn awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni valida milli joħorġu mill-Komunità permezz tat-territorju tiegħu, fejn għandu raġunijiet biex jissuspetta li:

(a) 

ma tteħidx kont ta’ informazzjoni rilevanti meta ngħatat l-awtorizzazzjoni, jew

(b) 

iċ-ċirkustanzi nbidlu materjalment minn meta ngħatat l-awtorizzazzjoni.

4.  
Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li ta l-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandhom ikunu kkonsultati minnufih sabiex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni skont l-Artikolu 13(1). Jekk awtoritajiet kompetenti bħal dawn jiddeċiedu li jżommu l-awtorizzazzjoni, huma għandhom jirrispondu fi żmien 10 ijiem tax-xogħol, li, fuq it-talba tagħhom, jistgħu jkunu estiżi għal 30 jum tax-xogħol f’ċirkostanzi eċċezzjonali. F’każ bħal dan, jew jekk ebda risposta ma hi rċevuta fi żmien 10 ijiem jew 30 jum, skont il-każ, l-oġġetti b’użu doppju għandhom ikunu rilaxxati immedjatament. L-Istat Membru li ta l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Artikolu 17

1.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju jistgħu jitkomplew biss f’uffiċċji doganali mogħtija s-setgħa għal dak il-għan.
2.  
L-Istati Membri li jużaw l-għażla mniżżla fil-paragrafu 1 għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-uffiċċji doganali debitament mogħtija s-setgħa. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 843 u 912a sa 912 g tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għar-restrizzjonijiet relatati mal-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid u l-ħruġ mit-territorju doganali ta’ oġġetti b’użu doppju għall-esportazzjoni li għalihom hi meħtieġa awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament.



KAPITOLU VI

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 19

1.  
F’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha adatti biex ikunu stabbiliti kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari biex ikun eliminat ir-riskju li disparitajiet possibbli fl-applikazzjoni ta’ kontrolli tal-esportazzjoni għal oġġetti b’użu doppju jistgħu jwasslu għal devjazzjoni fin-negozju, li tista’ toħloq diffikultajiet għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri.
2.  

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha adatti biex ikunu stabbiliti kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effiċjenza tar-reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjoni. Informazzjoni bħal din tista’ tinkludi:

(a) 

dettalji ta’ esportaturi miċħuda, permezz ta’ sanzjonijiet nazzjonali, mid-dritt li jużaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali ta’ esportazzjoni jew l- ►M1  Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni ◄ ;

(b) 

data dwar utenti finali sensittivi, atturi involuti f’attivitajiet ta’ akkwist suspettużi, u, fejn disponibbli, ir-rotot użati.

3.  
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli ( 2 ), u b’mod partikulari d-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, għandhom japplikaw mutatis mutandis, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament.

▼M1

4.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u fejn adatt il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju stabbilit skont l-Artikolu 23. Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat dwar il-baġit, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni provviżorja u finali u l-funzjonament tas-sistema, u dwar l-ispejjeż tan-netwerk.

▼B

5.  
L-għoti ta’ gwida għall-esportaturi u s-sensara ser tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri fejn huma residenti jew stabbiliti. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jistgħu jagħmlu wkoll disponibbli gwida u/jew rakkomandazzjonijiet għall-aħjar prattiki għas-suġġetti msemmijin f’dan ir-Regolament.
6.  
L-ipproċessar tad-data personali għandu jkun skont ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 3 ) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data ( 4 ).



KAPITOLU VII

MIŻURI TA’ KONTROLL

Artikolu 20

1.  

L-esportaturi ta’ oġġetti b’użu doppju għandhom iżommu reġistri jew rekords dettaljati tal-esportazzjonijiet tagħhom, skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri rispettivi. Reġistri u rekords bħal dawn għandhom jinkludu b’mod partikolari dokumenti kummerċjali bħal fatturi, avviżi u dokumenti ta’ trasport u ta’ konsenja oħrajn li jinkludu informazzjoni suffiċjenti biex dawn li ġejjin ikunu identifikati:

(a) 

id-deskrizzjoni tal-oġġetti b’użu doppju;

(b) 

il-kwantità ta’ oġġetti b’użu doppju;

(c) 

l-isem u l-indirizz tal-esportatur u tad-destinatarju tal-konsenja;

(d) 

fejn magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b’użu doppju.

2.  
Skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri rispettivi, is-sensara għandhom iżommu reġistri jew rekords għal servizzi ta’ senserija li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5 sabiex ikunu jistgħu jipprovdu, fuq talba, id-deskrizzjoni tal-oġġetti b’użu doppju li kienu s-suġġett ta’ servizzi ta’ senserija, il-perijodu li waqtu l-oġġetti kienu s-suġġett ta’ dawn is-servizzi u d-destinazzjoni tagħhom, u l-pajjiżi kkonċernati minn dawk is-servizzi ta’ senserija.
3.  
Ir-reġistri jew ir-rekords u d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin wara t-tmiem tas-sena kalendarja li fiha saret l-esportazzjoni jew li fiha ngħataw is-servizzi ta’ senserija. Meta jintalbu, huma għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-esportatur huwa stabbilit jew fejn is-sensar huwa stabbilit jew residenti.

Artikolu 21

Sabiex ikun assigurat li dan ir-Regolament huwa applikat kif adatt, kull Stat Membru għandu jieħu kwalunkwe miżura meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu jistgħu:

(a) 

jiġbru informazzjoni fuq kwalunkwe ordni jew transazzjoni li tinvolvi oġġetti b’użu doppju;

(b) 

jistabilixxu li l-miżuri ta’ kontroll tal-esportazzjoni huma applikati kif adatt, li jistgħu jinkludu b’mod partikolari s-setgħa ta’ dħul fil-bini ta’ persuni b’interess fi transazzjoni ta’ esportazzjoni jew sensara involuti fl-għoti ta’ servizzi ta’ senserija taħt ċirkostanzi mniżżla fl-Artikolu 5.



KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 22

1.  
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għal trasferimenti intra-Komunitarji ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness IV. L-oġġetti elenkati fil-Parti 2 tal-Anness IV m’għandhomx ikunu koperti minn awtorizzazzjoni ġenerali.
2.  

Stat Membru jista’ jimponi ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni għat-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju oħrajn mit-territorju tiegħu għal Stat Membru ieħor f’każijiet fejn fil-ħin tat-trasferiment:

— 
l-operatur jaf li d-destinazzjoni finali tal-oġġetti kkonċernati hija barra l-Komunità;
— 
l-esportazzjoni ta’ dawk l-oġġetti għad-destinazzjoni finali hija soġġetta għal ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 3, 4 jew 8 fl-Istat Membru li minnu l-oġġetti għandhom ikunu trasferiti, u esportazzjoni bħal din direttament mit-territorju tiegħu mhijiex awtorizzata minn awtorizzazzjoni ġenerali jew awtorizzazzjoni globali;
— 
m’għandhom jitwettqu l-ebda pproċessar jew ħidma kif definit fl-Artikolu 24 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità fuq l-oġġetti fl-Istat Membru li għandhom ikunu trasferiti lejh.
3.  
L-awtorizzazzjoni tat-trasferiment għandha ssir applikazzjoni għaliha fl-Istat Membru li minnu għandhom ikunu trasferiti l-oġġetti b’użu doppju.
4.  
F’każijiet fejn l-esportazzjoni sussegwenti tal-oġġetti b’użu doppju diġà kienet aċċettata, fil-proċeduri ta’ konsultazzjoni mniżżla fl-Artikolu 11, mill-Istat Membru li minnu l-oġġetti għandhom ikunu trasferiti, l-awtorizzazzjoni tat-trasferiment għandha tinħareġ lill-operatur immedjatament, sakemm iċ-ċirkostanzi ma nbidlux sostanzjalment.
5.  
Stat Membru li jadotta leġislazzjoni li timponi ħtieġa bħal din għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ħa. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
6.  
Il-miżuri skont il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jinvolvu l-applikazzjoni ta’ kontrolli ta’ fruntieri interni fil-Komunità, imma biss kontrolli mwettqin bħala parti mill-proċeduri normali ta’ kontroll applikati b’mod mhux diskriminatorju fit-territorju tal-Komunità.
7.  
L-applikazzjoni tal-miżuri skont il-paragrafi 1 u 2 ma tista’ ma f’ebda każ tirriżulta fi trasferimenti minn Stat Membru għal ieħor li tkun soġġetta għal kondizzjonijiet iktar restrittivi minn dawk imposti għall-esportazzjonijiet tal-istess oġġetti lil pajjiżi terzi.
8.  
Id-dokumenti u r-reġistrazzjoni ta’ trasferimenti intra-Komunitarji ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin mit-tmiem tas-sena kalendarja li fiha seħħ trasferiment u meta jintalbu, għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li minnu dawn l-oġġetti kienu trasferiti fuq talba.
9.  
Stat Membru jista’, permezz ta’ leġislazzjoni nazzjonali, jeħtieġ li, għal kwalunkwe trasferiment intra-Komunitarju minn dak l-Istat Membru ta’ oġġetti elenkati fil-Kategorija 5, Parti 2 tal-Anness I li mhumiex elenkati fl-Anness IV, informazzjoni addizzjonali li tikkonċerna dawk l-oġġetti għandha tkun ipprovduta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.
10.  
Id-dokumenti kummerċjali rilevanti relatati mat-trasferimenti intra-Komunitarji tal-oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I għandhom jindikaw b’mod ċar li dawk l-oġġetti huma soġġetti għal kontrolli jekk esportati mill-Komunità. Id-dokumenti kummerċjali rilevanti jinkludu, b’mod partikolari, kwalunkwe kuntratt ta’ bejgħ, konferma ta’ ordni, fattura jew nota ta’ konsenja.

Artikolu 23

1.  

Għandu jitwaqqaf Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant għal dan il-Grupp.

Huwa għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni rigward l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tista’ titqajjem jew mill-president jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru.

2.  
Il-President tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandu, kull meta jikkunsidra li huwa meħtieġ, jikkonsulta l-esportaturi, is-sensara u partiiet interessati rilevanti oħrajn ikkonċernati minn dan ir-Regolament.

▼M1

3.  
Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju, li għandu jkun soġġett għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 5 ).

▼M3

Artikolu 23a

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmijin fl-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-2 ta' Lulju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9(1) u fl-Artikolu 15(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tavża b’dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu, it-tnejn li huma, infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġġedded b’xahrejn oħra fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 23b

1.  
L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.
2.  
Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23a(5). F’tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

▼B

Artikolu 24

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri adatti biex jassigura l-infurzar adatt tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, huwa għandu jistabbilixxi l-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew ta’ dawk adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

▼M1

Artikolu 25

1.  
Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 24. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
2.  
Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista’ jinkludi proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għall-preparazzjoni tar-rapport.
3.  

Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jittrattaw:

(a) 

il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju u l-attivitajiet tiegħu. Informazzjoni li l-Kummissjoni tipprovdi dwar l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandha tiġi trattata b’kunfidenzjalità skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. L-informazzjoni għandha f’kull każ titqies bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tagħha x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq min jipprovdiha jew fuq is-sors ta’ din l-informazzjoni.

(b) 

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 19(4), u għandhom jirrapportaw dwar l-istadju li jkun intlaħaq fl-implimentazzjoni tas-sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

(c) 

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(1);

(d) 

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(2);

(e) 

informazzjoni komprensiva pprovduta dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 24 u notifikati lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.  
Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’attenzjoni speċifika lill-implimentazzjoni tal-Anness IIb, l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni Nru UE002, akkumpanjat minn, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward il-kwistjoni ta’ spedizzjonijiet ta’ valur baxx.

▼M1

Artikolu 25a

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar ftehimiet rigward l-għajnuna amministrattiva reċiproka jew protokolli f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet doganali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’ tinnegozja ma’ pajjiżi terzi ftehimiet li jipprovdu għar-rikonoxximent reċiproku ta’ kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju koperti b’dan ir-Regolament u speċjalment telimina r-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mill-ġdid fi ħdan it-territorju tal-Unjoni. Dawn in-negozjati għandhom jitmexxew skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 207(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, kif xieraq.

▼B

Artikolu 26

Dan ir-Regolament ma jaffettwax:

— 
l-applikazzjoni tal-Artikolu 296 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
— 
l-applikazzjoni tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

Artikolu 27

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 huwa mħassar b’effett mis-27 ta’ Awissu 2009.

Madanakollu, għall-applikazzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni magħmula qabel is-27 ta’ Awwissu 2009, għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 28

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 90 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M10




ANNESS I

LISTA TA' OĠĠETTI B'UŻU DOPPJU

(msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament)

Din il-lista timplimenta kontrolli għal oġġetti b’użu doppju maqbula internazzjonalment inkluż il-Grupp Awstralja ( 6 ), is-Sistema ta’ Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR) ( 7 ), il-Grupp ta’ Fornituri Nukleari (NSG) ( 8 ), il-Ftehim ta’ Wassenaar ( 9 ) u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC) ( 10 ).

WERREJ

Noti

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

Definizzjonijiet

Kategorija 0

Materjali, faċilitajiet u tagħmir nukleari

Kategorija 1

Materjali speċjali u tagħmir relatat

Kategorija 2

L-ipproċessar ta' materjali

Kategorija 3

Elettronika

Kategorija 4

Kompjuters

Kategorija 5

Telekomunikazzjoni u “sigurtà tal-informazzjoni”

Kategorija 6

Sensuri u lasers

Kategorija 7

Navigazzjoni u avjonika

Kategorija 8

Materjal navali

Kategorija 9

Ajruspazju u propulsjoni

NOTI ĠENERALI GĦALL-ANNESS I

1. Għall-kontroll ta’ oġġetti li huma mfasslin jew immodifikati għall-użu militari, ara l-lista/listi rilevanti dwar il-kontrolli fuq il-merkanzija militari miżmuma mill-Istati Membri individwali tal-UE. Ir-referenzi f’dan l-Anness li jiddikjaraw “ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI” jirreferu għall-istess listi.

2. Jenħtieġ li l-iskop tal-kontrolli msemmija f’dan l-Anness ma jintilifx permezz tal-esportazzjoni ta’ oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu faċilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.

N.B.   Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew il-komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, huwa meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-għarfien espert teknoloġiku involuti, kif ukoll jintiżnu ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu li l-komponent jew il-komponenti kkontrollati huma l-element prinċipali tal-oġġetti li jkunu qed jiġu akkwistati.

3. L-oġġetti speċifikati f’dan l-Anness jinkludu oġġetti kemm ġodda kif ukoll użati.

4. F’xi każijiet il-kimiki huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal kimiki tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri tas-CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta’ kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri tas-CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri tas-CAS differenti, u t-taħlitiet li jkollhom xi kimika elenkata jista’ jkollhom ukoll numri tas-CAS differenti.

NOTA DWAR IT-TEKNOLOĠIJA NUKLEARI (NTN)

(Għandha tinqara flimkien mat-Taqsima E tal-Kategorija 0.)

It-“teknoloġija” direttament assoċjata ma’ kull oġġett ikkontrollat fil-Kategorija 0 hi kkontrollata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kategorija 0.

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti taħt kontroll tibqa’ taħt kontroll anki meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.

L-approvazzjoni ta' oġġetti għall-esportazzjoni tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali tat-“teknoloġija” minima meħtieġa għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-oġġetti.

Il-kontrolli fuq it-trasferiment ta’ “teknoloġija” ma japplikawx għal informazzjoni “fl-isfera pubblika” jew għal “riċerka xjentifika bażika”.

NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)

(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E tal-Kategoriji minn 1 sa 9.)

L-esportazzjoni tat-“teknoloġija” li hi “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti li jaqgħu taħt kontroll fil-Kategoriji minn 1 sa 9, hija kkontrollata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kategoriji minn 1 sa 9.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti taħt kontroll tibqa’ taħt kontroll anki meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.

Il-kontrolli ma japplikawx għal dik it-“teknoloġija” li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) jew it-tiswija ta’ dawk l-oġġetti li mhumiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.

Nota:   Dawn ma jeżentawx lit-“teknoloġija” speċifikata f'1E002.e., 1E002.f., 8E002.a. u 8E002.b.

Il-kontrolli fuq it-trasferiment ta' “teknoloġija” ma japplikawx għall-informazzjoni “fl-isfera pubblika”, għal “riċerka xjentifika bażika” jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet għal privattivi.

NOTA DWAR IS-SOFTWARE NUKLEARI (NSN)

(Din in-nota tipprevali fuq kwalunkwe kontroll fit-Taqsima D tal-Kategorija 0)

It-Taqsima D tal-Kategorija 0 ta’ din il-lista ma tikkontrollax is-“software” li huwa l-kodiċi tal-oġġett minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (l-iċċekkjar) jew it-tiswija ta’ dawn l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.

L-approvazzjoni ta' prodotti għall-esportazzjoni tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali tal-“kodiċi tal-oġġett” minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (l-iċċekkjar) jew it-tiswija tal-prodotti

Nota:   In-Nota dwar is-Software Nukleari ma teżentax is-“software” speċifikat fil-Kategorija 5 - Parti 2 (“Sigurtà tal-Informazzjoni”).

NOTA ĠENERALI DWAR IS-SOFTWARE (GSN)

(Din in-nota tipprevali fuq kwalunkwe kontroll fit-taqsima D tal-Kategoriji 1 sa 9.)

Il-Kategoriji minn 1 sa 9 ta' din il-lista ma jikkontrollawx “software” li hu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Ġeneralment ikun disponibbli għall-pubbliku billi:

1. 

Jinbiegħ minn ħażniet f'postijiet ta' bejgħ bl-imnut, mingħajr restrizzjoni, permezz ta’:

a. 

Tranżazzjonijiet fil-ħwienet;

b. 

Tranżazzjonijiet ta’ bejgħ bil-korrispondenza;

c. 

Tranżazzjonijiet elettroniċi; jew

d. 

Tranżazzjonijiet bit-telefon; u

2. 

Ikun iddisinjat għall-installazzjoni mill-utent mingħajr sostenn sostanzjali ulterjuri mill-fornitur;

Nota:   L-entrata a. tan-Nota Ġenerali dwar is-Software ma teżentax is-“software” speċifikat fil-Kategorija 5 - Parti 2 (“Sigurtà tal-Informazzjoni”).

b. 

“Fl-isfera pubblika”; jew

c. 

“Il-kodiċi tal-oġġett” minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (l-iċċekkjar) jew it-tiswija ta’ dawk l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.

Nota:   L-entrata c. tan-Nota Ġenerali dwar is-Software ma teżentax is-“software” speċifikat fil-Kategorija 5 - Parti 2 (“Sigurtà tal-Informazzjoni”).

NOTA ĠENERALI “SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI” (GENERAL “INFORMATION SECURITY” NOTE, GISN)

Jenħtieġ li oġġetti jew funzjonijiet ta' “sigurtà tal-informazzjoni” jitqiesu skont id-dispożizzjonijiet fil-Kategorija 5 - Parti 2 anki jekk ikunu komponenti, “software” jew funzjonijiet ta’ oġġetti oħra.

PRATTIKI EDITORJALI F’IL-ĠURNAL UFFIĊJALI TAL-UNJONI EWROPEA

Skont ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 6.5 fil-paġna 108 tal-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (l-edizzjoni tal-2015), għat-testi bl-Ingliż ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea:

— 
tintuża virgola sabiex tissepara n-numru sħiħ mid-deċimali,
— 
in-numri sħaħ huma ppreżentati f'serje ta' tlieta, kull serje tiġi separata bi spazju irqiq.

It-test riprodott f'dan l-anness isegwi l-prattika deskritta hawn fuq.

AKRONIMI U ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI F’DAN L-ANNESS

Akronimu jew abbrevjazzjoni, meta użat/a bħala terminu definit, ikun jinstab/tinstab fid-“Definizzjonijiet ta' Termini użati f'dan l-Anness”.



AKRONIMU JEW TIFSIRA TAL-ABREVJAZZJONI

ABEC

Kumitat tal-Inġiniera tal-Berings Annulari

ABMA

American Bearing Manufacturers Association

ADC

Konvertitur minn Analogu għal Diġitali

AGMA

Assoċjazzjoni Amerikana tal-Manifatturi tal-Gerijiet

AHRS

Sistemi ta’ Referenza tal-Attitudni u d-Direzzjoni

AISI

L-Istitut Amerikan tal-Ħadid u tal-Azzar

ALE

Epitassja b’Saff Atomiku

ALU

Unità tal-Loġika Aritmetika

ANSI

L-Istitut Amerikan tal-Istandards Nazzjonali

APP

L-Ogħla Prestazzjoni Aġġustata

APU

Unità ta’ Qawwa Awżiljarja

ASTM

Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u għall-Materjali

ATC

Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru

BJT

Tranżisters Bipolari b’Ġonta

BPP

Prodott ta’ Parametru b’Raġġ

BSC

Kontrollur tal-Istazzjoni Bażi

CAD

Iddisinjar Megħjun mill-Kompjuter

CAS

Chemical Abstracts Service

CCD

Charge Coupled Device

CDU

Unitajiet ta’ Kontroll u Wiri

CEP

Żball Ċirkolari Probabbli

CMM

Magna li Tkejjel il-Koordinati

CMOS

Apparat Semikonduttur tal-Ossidu tal-Metall Komplimentari

CNTD

Depożizzjoni Termika b’Nukleazzjoni Kkontrollata

CPLD

Apparat Loġiku Programmabbli Kumpless

CPU

Unità Ċentrali tal-Ipproċessar

CVD

Depożitar Kimiku f’Fażi ta’ Fwar

CW

Gwerra Kimika

CW (għal-lasers)

Mewġa Kontinwa

DAC

Konvertitur minn Diġitali għal Analogu

DANL

Livell Medju tal-Ħoss Muri

DBRN

Navigazzjoni b’Referenzjar f’Bażijiet ta’ Data

DDS

Sintetizzatur Diġitali Dirett

DMA

Analiżi Mekkanika Dinamika

DME

Tagħmir li Jkejjel id-Distanza

DMOSFET

Tranżister b’Effett ta’ Kamp b’Semikonduttur Ossidumetalliku ta’ Diffużjoni

DS

Solidifikazzjoni Direzzjonali

EB

Pont li jisplodi

EB-PVD

Depożitar Fiżiku f’Fażi ta’ Fwar permezz ta’ Raġġ Elettroniku

EBW

Wajer Pont li Jisplodi

ECM

Immaxinjar Elettrokimiku

EDM

Magni bi Skariku Elettriku

EFI

Inizjaturi ta’ Fojl li Jisplodi

EIRP

Qawwa Iżotropika Radjata Effettiva

EMP

Polz elettromanjetiku

ENOB

Għadd Effettiv ta’ Bits

ERF

Irfinar Elettroreoloġiku

ERP

Qawwa Radjata Effettiva

ESD

Skariku elettrostatiku

ETO

Tiristor Blukkabbli mill-Emittent

ETT

Tiristor Jixgħel bl-Elettriku

UE

L-Unjoni Ewropea

EUV

Ultravjola Estrem

FADEC

Kontroll Diġitali tal-Mutur b’Awtorità Sħiħa

FFT

Trasformata Rapida ta’ Fourier

FPGA

Arranġament ta’ Bibien Programmabbli mill-Utent

FPIC

Interkonnessjoni Programmabbli mill-Utent

FPLA

Arranġament Loġiku Programmabbli mill-Utent

FPO

Operazzjoni ta’ Punt li Jvarja

FWHM

Wisa' ta’ Nofs id-Daqs

GLONASS

Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita

GNSS

Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita

GPS

Sistema ta’ Pożizzjonament Globali

GSM

Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli

GTO

Tiristor Blukkabbli

HBT

Tranżisters Etero-Bipolari

HDMI

Interfaċċa Multimedjali b’Definizzjoni Għolja

HEMT

Tranżister b’Mobbiltà Għolja ta’ Elettroni

ICAO

Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

IEC

Il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali

IED

Apparat Esplożiv Improvvizat

IEEE

Istitut tal-Inġiniera Elettriċi u Elettroniċi

IFOV

Kamp tal-Viżjoni Istantanju

IGBT

Tranżister Bipolari bi Dħul Iżolat

IGCT

Tiristor Swiċċjati b’Ċirkwit Integrat

IHO

Organizzazzjoni Internazzjonali Idrografika

ILS

Sistema tal-Illandjar bl-Istrumenti

IMU

Unitajiet ta’ Kejl Inerzjali

INS

Sistema ta’ Navigazzjoni Inerzjali

IP

Protokoll tal-Internet

IRS

Sistema ta’ Referenza Inerzjali

IRU

Unità ta’ Referenza Inerzjali

ISA

Atmosfera Standard Internazzjonali

ISAR

Radar b’Apertura Sintetika bil-Maqlub

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

ITU

Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni

JT

Joule-Thomson

LIDAR

Detezzjoni u Kejl tad-Distanza bid-Dawl

LIDT

Limitu ta’ Danni Kkawżati minn Laser

LOA

Tul Totali

LRU

Unità Sostitwibbli fil-Post

LTT

Tiristur li Jiskatta bid-Dawl

MLS

Sistema tal-Illandjar b’Microwaves

MMIC

Ċirkwit Integrat Monolitiku b’Microwaves

MOCVD

Depożitar Kimiku f’Fażi ta’ Fwar ta’ Sustanza Organika Metallika

MOSFET

Tranżister b’Effett ta’ Kamp b’Semikonduttur Ossidumetalliku

MPM

Moduli tal-Qawwa b’Microwaves

MRF

Irfinar Manjetoreoloġiku

MRF

Daqs Minimu ta’ Element Riżolvibbli

MRI

Immaġnijiet tar-Reżonanza Manjetika

MTBF

Ħin Medju Bejn il-Ħsarat

MTTF

Ħin Medju sal-Ħsara

NA

Apertura Numerika

NDT

Ittestjar Mhux Distruttiv

NEQ

Kwantità Splussiva Netta

NIJ

National Institute of Justice

OAM

Operazzjonijiet, Amministrazzjoni jew Manutenzjoni

OSI

Interkonnessjoni ta’ Sistemi Miftuħa

PAI

Poliamidi-imidi

PAR

Radar ta’ Approċċ bi Preċiżjoni

PCL

Lokalizzazzjoni Koerenti Passiva

PDK

Kit tal-Proċess tad-Disinn

PIN

Numru tal-Identifikazzjoni Personali

PMR

Radju Mobbli Privat

PVD

Depożitar Fiżiku f’Fażi ta’ Fwar

ppm

partijiet għal kull miljun

QAM

Modulazzjoni tal-Amplitudni tal-Ikkwadrar

QE

Effiċjenza Kwantistika

RAP

Plażmi Atomiċi Reattivi

RF

Frekwenza tar-Radju

rms

Għerq Kwadrat Medju

RNC

Kontrollur ta’ Netwerk tar-Radju

RNSS

Sistema Reġjonali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita

ROIC

Ċirkwit Integrat tal-Qari

S-FIL

Litografija tal-Istampar Step and Flash

SAR

Radar b’Apertura Sintetika

SAS

Sonar b’Apertura Sintetika

SC

Monokristall

SCR

Rettifikatur Ikkontrallat bis-Siliċju

SFDR

Firxa Dinamika Ħielsa Falza

SHPL

Laser b’Qawwa Għolja Eċċezzjonali

SLAR

Radar fl-Ajru li Jiskennja Lateralment

SOI

Siliċju fuq Iżolatur

SQUID

Apparat ta’ Interferenza Kwantistika Superkonduttiv

SRA

Assemblaġġ Sostitwibbli fil-Laboratorju

SRAM

Memorja Statika b’Aċċess Każwali

SSB

Faxxa Laterali Unika

SSR

Radar Sekondarju ta’ Sorveljanza

SSS

Sonar li Jiskennja Lateralment

TIR

Qari Totali Indikat

TVR

Rispons ta’ Vultaġġ Trażmissiv

u

Unità ta’ Massa Atomika

UPR

Ripetibbiltà ta’ Pożizzjonament Unidirezzjonali

UV

Ultravjola

UTS

Saħħa Tensili Aħħarija

VJFET

Tranżister b’Effett ta’ Kamp b’Ġonta Vertikali

VOR

Skala Omnidirezzjonali ta’ Frekwenza Għolja Ħafna

WHO

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa

WLAN

Netwerk ta’ Żona Lokali Wireless

ID-DEFINIZZJONIJIET TAT-TERMINI UŻATI F’DAN L-ANNESS

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn 'virgoletti singoli' jingħataw f'Nota Teknika mal-punt rilevanti.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn “virgoletti doppji” huma kif ġej:

N.B.   Referenzi għall-kategorija jingħataw fil-parentesi wara t-terminu ddefinit.

“Preċiżjoni” (2 3 6 7 8), normalment imkejla f'termini ta' impreċiżjoni, tfisser id-devjazzjoni massima, pożittiva jew negattiva, ta' valur indikat minn standard aċċettat jew valur veru.

“Sistemi ta' kontroll attiv tat-titjir” (7) huma sistemi li jiffunzjonaw sabiex jipprevjenu ċaqliq jew tagħbijiet strutturali mhux mixtieqa ta' “inġenji tal-ajru” u ta' missili permezz tal-ipproċessar awtonomu tal-informazzjoni minn sensuri multipli sabiex wara jiġu pprovduti l-kmandi preventivi meħtieġa għall-kontroll awtomatiku.

“Pixel attiv” (6) hu element minimu (uniku) tal-arranġament tal-istat solidu li għandu funzjoni fotoelettrika ta' trasferiment meta jkun espost għar-radjazzjoni (elettromanjetika) mid-dawl.

“L-Ogħla Prestazzjoni Aġġustata” (4) hi l-ogħla rata aġġustata li fiha l-“kompjuters diġitali” jwettqu addizzjonijiet u multiplikazzjoni ta' punt li jvarja ta' 64-bit jew akbar, u hu muri f'Weighted TeraFLOPS (WT) b'unitajiet ta' 1012 operazzjoni aġġustati ta' punt li jvarja kull sekonda.

N.B.   Ara l-Kategorija 4, Nota Teknika.

“Inġenju tal-ajru” (1 6 7 9) tfisser vettura li ttir b'ġewnaħ fiss, b'ġewnaħ b'ġometrija varjabbli, b'ġewnaħ rotanti (ħelikopter), b'rotor jew b'ġewnaħ li jista' jinklina.

N.B.   Ara wkoll “inġenju tal-ajru ċivili”.

“Ġifen tal-ajru” (9) tfisser vettura li ttir bil-magni u li żżomm fl-arja permezz ta' gass (ġeneralment l-elju, preċedentement l-idroġenu) li huwa eħfef mill-arja.

“Il-kumpensi kollha disponibbli” (2) tfisser li jkunu ġew ikkunsidrati l-miżuri kollha fattibbli disponibbli għall-manifattur sabiex jimminimizza kull żball sistematiku ta' pożizzjonament għall-mudell partikolari ta' għodda bil-magna jew żbalji tal-kejl għall-magna partikolari ta' kejl bil-koordinati.

“Allokati mill-ITU” (3 5) tfisser l-allokazzjoni ta' bandijiet ta' frekwenza skont l-edizzjoni attwali tar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU għal servizzi primarji, permessi u sekondarji.

N.B.   Allokazzjonijiet addizzjonali u alternattivi mhumiex inklużi.

“Devjazzjoni ta’ pożizzjoni angulari” (2) tfisser id-differenza massima bejn il-pożizzjoni angulari u l-pożizzjoni reali u mkejla b’mod preċiż ħafna wara li l-montatura tal-oġġett li jkun qed jinħadem tal-mejda tkun iddawret mill-pożizzjoni inizjali tagħha.

“Spostament angulari każwali” (7) tfisser l-iżball angulari li jakkumula li hu dovut għall-ħoss abjad fir-rata angulari (IEEE STD 528-2001).

“APP” (4) huwa ekwivalenti għall-“Ogħla Prestazzjoni Aġġustata”.

“Algoritmu asimmetriku” (5) tfisser algoritmu kriptografiku li juża ċwievet kriptografiċi differenti, matematikament relatati għall-kodifikazzjoni u d-deċifrar.

N.B.   Użu komuni tal-algoritmi asimetriċi huwa l-immaniġjar taċ-ċwievet.

“Awtentikazzjoni” (5) tfisser il-verifika tal-identità ta’ utent, proċess jew apparat, ta’ spiss bħala prerekwiżit għall-aċċess għal riżorsi f’sistema ta' informazzjoni. Din tinkludi l-verifika tal-oriġini u l-kontenut ta’ messaġġ jew informazzjoni oħra, u l-aspetti kollha tal-kontroll tal-aċċess fejn ma hemm l-ebda kodifikazzjoni ta' fajls jew test ħlief kif relatat direttament mal-protezzjoni ta' passwords, Numri ta' Identifikazzjoni Personali (PIN) jew data simili għall-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat.

“Potenza medja ta’ output” (6) tfisser l-enerġija tal-output totali tal-“laser” f'joules, diviża bil-perjodu li matulu jkun hemm serje ta' impulsi konsekuttivi, f'sekondi. Għal serje ta' impulsi spazjati b'mod uniformi tkun daqs l-enerġija tal-output totali tal-“laser” f'impuls singolu, f'joules, immultiplikata bil-frekwenza tal-impulsi tal-“laser”, f'Hertz.

“Il-ħin ta’ dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku” (3) tfisser il-valur tad-dewmien tal-propagazzjoni li jikkorrispondi mal-bieb bażiku użat f'“ċirkwit integrat monolitiku”. Għal “familja” ta’ “ċirkwiti integrati monolitiċi”, dan jista’ jkun speċifikat jew bħala l-ħin ta’ dewmien tal-propagazzjoni għal bieb tipiku ta’ “familja” partikolari jew bħala l-ħin ta’ dewmien tal-propagazzjoni tipiku għal kull bieb ta’ 'familja' partikolari.

N.B.1.   “Id-dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku” m'għandux jiġi mħallat mal-ħin ta’ dewmien tal-input/l-output ta' “ċirkwit integrat monolitiku” kumpless.

N.B.2.   'Familja' tikkonsisti fiċ-ċirkwiti integrati kollha li għalihom dawn li ġejjin japplikaw bħala l-metodoloġija u l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura tagħhom, minbarra l-funzjonijiet rispettivi tagħhom:

a. 

L-arkitettura komuni tal-hardware u s-software;

b. 

It-teknoloġija komuni ta’ tfassil u proċess; u

c. 

Il-karatteristiċi komuni bażiċi.

“Riċerka xjentifika bażika” (GTN NTN) tfisser ix-xogħol sperimentali u teoretiku prinċipalment meħud biex jiġi akkwistat għarfien ġdid tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni u fatti osservabbli, mhux primarjament diretti lejn miri jew għanijiet speċifiċi prattiċi.

“Polarizzazzjoni” (aċċellerometru) (7) tfisser il-medja fuq perjodu ta' żmien speċifikat tal-output tal-aċċellerometru, imkejla f'kundizzjonijiet operattivi speċifikati, li ma għandhiex korrelazzjoni mal-aċċellerazzjoni jew ir-rotazzjoni tal-input. “Polarizzazzjoni” hija espressa f'g jew f'metri f'kull sekonda kkwadrata (g jew m/s2). (IEEE Std 528-2001) (Micro g hija daqs 1 × 10-6 g).

“Polarizzazzjoni” (ġiroskopju) (7) tfisser il-medja fuq perjodu ta’ żmien speċifikat tal-output ġiroskopiku, imkejla f’kundizzjonijiet operattivi speċifikati, li ma għandhiex korrelazzjoni mar-rotazzjoni jew mal-aċċelerazzjoni tal-input. Il-“Polarizzazzjoni” hija espressa fi gradi fis-siegħa (deg/hr). (IEEE Std 528-2001).

“Aġenti bijoloġiċi” (1) huma patoġeni jew tossini, magħżula jew immodifikati (bħall-alterazzjoni fil-purezza, ħajjet il-prodott fuq l-ixkaffa, il-virulenza, il-karatteristiċi disseminattivi, jew ir-reżistenza għar-radjazzjoni UV) biex jipproduċu feriti/mewt fi bnedmin jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuħ tar-raba' jew lill-ambjent.

“Eċċentriċità” (2) tfisser iċ-ċaqliq tal-assi f'dawra waħda tal-fus prinċipali mkejjel fi pjan perpendikulari mal-wiċċ tal-fus, f'punt qrib iċ-ċirkonferenza tal-wiċċ tal-fus (Referenza: ISO 230-1:1986, paragrafu 5.63).

“CEP” (7) tfisser “Żball Ċirkolari Probabbli” - F’distribuzzjoni normali ċirkulari, ir-radjus taċ-ċirku li fih isir 50 % tal-kejl individwali, jew ir-radjus taċ-ċirku li fih hemm 50 % probabbiltà li jinsab.

“Laser kimiku” (6) tfisser “laser” fejn l-elementi fi stat aġitat jiġu prodotti permezz tal-enerġija tal-output ta' reazzjoni kimika.

“Taħlita kimika” (1) tfisser prodott solidu, likwidu jew taħt forma ta' gass magħmul minn żewġ komponenti jew aktar li ma jirreaġixxux flimkien fil-kundizzjonijiet li fihom it-taħlita hi maħżuna.

“Sistemi ta’ kontroll b’antitorque kkontrollat miċ-ċirkolazzjoni jew b’direzzjoni kkontrollata miċ-ċirkolazzjoni” (7) huma sistemi li jużaw arja minfuħa fuq uċuħ ajrudinamiċi sabiex iżidu jew jikkontrollaw il-forzi ġġenerati mill-uċuħ.

“Inġenju tal-ajru ċivili” (1 3 4 7) tfisser dawk l-“inġenji tal-ajru” elenkati skont id-deżinjazzjoni f'listi ta' ċertfikazzjoni li turi li huma tajbin għat-titjir ippubblikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' Stat Membru tal-UE jew aktar jew mill-Istati Parteċipanti fil-Ftehim ta' Wassenaar sabiex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni, jew għall-użu leġittimu ċivili, privat jew ta' negozju.

N.B.   Ara wkoll “inġenju tal-ajru”.

“Kontrollur tal-kanal ta' komunikazzjoni” (4) tfisser l-interfaċċa fiżika li tikkontrolla l-fluss ta' informazzjoni diġitali sinkrona jew asinkrona. Huwa assemblaġġ li jista' jkun integrat fil-kompjuter jew fit-tagħmir ta' telekomunikazzjoni sabiex jipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni.

“Sistemi ta' kumpens” (6) jikkonsistu fis-sensur ta' skalar primarju, f'sensur ta' referenza wieħed jew aktar (pereż. “manjetometri” vettorjali) flimkien ma' software li jippermetti t-tnaqqis tal-ħoss dovut għar-rotazzjoni ta' oġġetti ibsin tal-pjattaforma.

“Kompożitu” (1 2 6 8 9) tfisser “matriċi” u fażi addizzjonali jew fażijiet addizzjonali li jikkonsistu f'partiċelli, materjali filiformi, fibri jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, preżenti għal skop jew skopijiet speċifiċi.

“komposti III/V” (3 6) tfisser prodotti polikristallini jew monokristallini binarji jew kumplessi li jikkonsistu minn elementi tal-gruppi IIIA u VA tat-tabella ta' klassifikazzjoni perjodika ta' Mendeleyev (pereż., arsenjur tal-gallju, arsenjur tal-gallju-aluminju, fosfur tal-indju).

“Kontroll tal-kontorn” (2) tfisser żewġ movimenti jew aktar “ikkontrollati numerikament” li joperaw skont l-istruzzjonijiet li jispeċifikaw il-pożizzjonament meħtieġ li jmiss u r-rati ta' dħul meħtieġa għal dak il-pożizzjonament; Dawn ir-rati ta' dħul ivarjaw waħda skont l-oħra sabiex jinħoloq il-kontorn mixtieq. (ref. ISO/DIS 2806 - 1980).

“Temperatura kritika” (1 3 5) (xi kultant imsejħa temperatura tranżitorja) ta' materjal “superkonduttiv” speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta' kurrent elettriku dirett.

“Attivazzjoni kriptografika” (5) tfisser kwalunkwe teknika li speċifikament tattiva jew tippermetti li oġġett ikollu kapaċità kriptografika, permezz ta' mekkaniżmu implimentat mill-manifattur tal-oġġett, b’dan il-mekkaniżmu jkun unikament marbut ma' xi wieħed minn dawn il-każijiet:

1. 

Kampjun wieħed tal-oġġett; jew

2. 

Klijent wieħed, għal diversi kampjuni tal-oġġett.

Noti Tekniċi:

1.   It-tekniki u l-mekkaniżmi ta' “attivazzjoni kriptografika” jistgħu jiġu implimentati bħala hardware, “software” jew “teknoloġija”.

2.   Il-mekkaniżmi tal-“attivazzjoni kriptografika” jistgħu jkunu, pereżempju, kodiċijiet ta’ liċenzja bbażati fuq numri tas-serje jew strumenti ta' awtentikazzjoni bħalma huma ċ-ċertifikati iffirmati diġitalment.

“Kriptografija” (5) tfisser id-dixxiplina li tinkorpora l-prinċipji, il-mezzi u l-metodi għat-trasformazzjoni tad-data sabiex taħbi l-kontenut tal-informazzjoni tagħha, tipprevjeni l-modifika mhux osservata tagħha jew tipprevjeni l-użu mhux awtorizzat tagħha. Il-“kriptografija” hija limitata għat-trasformazzjoni tal-informazzjoni bl-użu ta’ 'parametru sigriet' wieħed jew aktar (pereż., varjabbli kriptografiċi) jew bl-amministrazzjoni ta’ kodiċi kriptografika assoċjata.

Noti:

1.   “Kriptografija” ma tinkludix metodi ta' kompressjoni jew ta' kodifikazzjoni ta' data 'fissa'.

2.   “Kriptografija” tinkludi deċifrar.

Noti Tekniċi:

1.   “Parametru sigriet”: kostant jew ċavetta li oħrajn ma jkunux jafu biha jew li jkun jaf biha biss grupp.

2.   “Fiss”: l-algoritmu tal-kodifikazzjoni jew tal-kompressjoni ma jistax jaċċetta parametri forniti esternament (pereż., varjabbli kriptografiċi jew taċ-ċavetta) u ma jistax jiġi mmodifikat mill-utent.

“Laser CW” (6) tfisser “laser” li jipproduċi enerġija tal-output nominalment kostanti għal aktar minn 0,25 sekonda.

“Rispons għal inċident ċibernetiku” (4) tfisser il-proċess tal-iskambju ta’ informazzjoni neċessarja dwar inċident ċibernetiku ma’ individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-tmexxija jew il-koordinazzjoni ta’ rimedju biex jiġi indirizzat l-inċident ċibernetiku.

Sistemi ta' “Navigazzjoni b'referenzi abbażi ta' data” (“DBRN”) (7) ifissru sistemi li jużaw diversi sorsi ta' data ġeokartografika mkejla minn qabel u integrata sabiex tipprovdi informazzjoni preċiża tan-navigazzjoni taħt kundizzjonijiet dinamiċi. Is-sorsi tad-data jinkludu mapep batimetriċi, mapep stellari, mapep tal-gravità, mapep manjetiċi jew mapep diġitali tat-terren 3-D.

“Uranju mfaqqar” (0) tfisser uranju li l-isotopu 235 tiegħu ikun taħt dak tal-uranju naturali.

“Żvilupp” (NĠT NTN Kollha) huwa relatat mal-fażijiet kollha ta’ qabel il-produzzjoni tas-serje, bħal: id-disinn, ir-riċerka dwar id-disinn, l-analiżi tad-disinn, il-kunċetti tad-disinn, l-assemblaġġ u l-ittestjar ta’ prototipi, l-iskemi piloti ta’ produzzjoni, id-data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni tad-data tad-disinn fi prodott, l-iddisinjar tal-konfigurazzjoni, l-iddisinjar tal-integrazzjoni, it-tqassim.

“Saldatura ta’ diffużjoni” (1 2 9) tfisser ġunzjoni fi stat solidu ta’ mill-anqas żewġ biċċiet ta’ metall separati f’biċċa waħda, b’saħħa tal-ġonta li tkun ekwivalenti għal dik tal-materjal l-aktar dgħajjef, fejn il-mekkaniżmu prinċipali huwa l-interdiffużjoni tal-atomi fl-interfaċċja.

“Kompjuter diġitali” (4 5) tfisser tagħmir li jista', fil-forma ta' varjabbli diskret wieħed jew aktar, iwettaq dan kollu li ġej:

a. 

Jaċċetta data;

b. 

Jaħżen data jew istruzzjonijiet f’apparat għall-ħżin fiss jew modifikabbli (li jista’ jinkiteb);

c. 

Jipproċessa data permezz ta’ sekwenza maħżuna ta’ istruzzjonijiet li hija modifikabbli; u

d. 

Jipprovdi output ta’ data.

N.B.   Modifiki ta’ sekwenza maħżuna ta’ istruzzjonijiet jinkludu s-sostituzzjoni ta’ apparat għall-ħżin fiss, iżda mhux bidla fiżika fil-wajering jew fl-interkonnessjonijiet.

“Rata ta' trasferiment diġitali” (def) tfisser ir-rata totali ta' bits tal-informazzjoni li hi ttrasferita direttament fuq kwalunkwe tip ta' mezz.

N.B.   Ara wkoll “ir-rata ta’ trasferiment diġitali totali”.

“Rata tal-moviment” (ġiroskopju) (7) tfisser il-komponent tal-output ġiroskopiku li hi funzjonament b'mod indipendenti mir-rotazzjoni tal-input. Hija espressa bħala rata angolari. (IEEE STD 528-2001).

“Gramma effettiva” (0 1) ta' “materjal speċjali fissili” tfisser:

a. 

Għal isotopi tal-plutonju u għall-uranju-233, il-piż tal-isotopi fi grammi;

b. 

Għall-uranju arrikkit b’1 fil-mija jew aktar fl-isotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammi mmultiplikat bil-kwadrat tal-arrikkiment tiegħu espress bħala frazzjoni tal-piż deċimali;

c. 

Għall-uranju arrikkit taħt il-1 fil-mija fl-isotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammi mmultiplikat b’0,0001;

“Assemblaġġ elettroniku” (2 3 4) tfisser għadd ta' komponenti elettroniċi (jiġifieri, 'elementi ta' ċirkwiti', 'komponenti diskreti', ċirkwiti integrati, eċċ.) konnessi flimkien sabiex jaqdu (a) funzjoni(jiet) speċifika /speċifiċi, sostitwibbli bħala entità u li normalment jistgħu jiġu żmuntati.

N.B.1.   “Element ta’ ċirkwit”: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dijodu wieħed, tranżister wieħed, reżister wieħed, kapaċitatur wieħed, eċċ.

N.B.2.   “Komponent diskret”: “element ta’ ċirkwit” ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess.

“Materjali enerġetiċi” (1) tfisser sustanzi jew taħlitiet li jirreaġixxu kimikament sabiex jirrilaxxaw l-enerġija meħtieġa għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. “Splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma subklassijiet ta’ materjali enerġetiċi.

“Tagħmir tat-tarf” (2) tfisser tagħmir li jaħtaf, 'unitajiet ta' għodda attivi' u kull għodda oħra mwaħħla mal-pjanċa tal-bażi fit-tarf tad-driegħ manipulatur “robotiku”.

N.B.   “Unità ta’ għodda attiva” tfisser tagħmir li jagħti lill-għodda l-potenza motriċi, l-enerġija tal-proċess jew is-sinjali tas-sensur.

“Densità ekwivalenti” (6) tfisser il-massa ta’ ottiku għal kull unità ta’ erja ottika pprojettata fuq il-wiċċ ottiku.

“Standards ekwivalenti” (1) tfisser standards nazzjonali jew internazzjonali komparabbli rikonoxxuti minn Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew mill-Istati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar u applikabbli għall-entrata korrispondenti.

“Splussivi” (1) tfisser sustanzi jew taħlitiet ta' sustanzi solidi, likwidi jew f'forma ta' gass li, fl-applikazzjoni tagħhom bħala kariki primarji, kariki booster, jew kariki prinċipali f'testati, f'applikazzjonijiet ta' demolizzjoni u f'applikazzjonijiet oħra, iridu jisplodu.

“Sistemi FADEC” (9) tfisser Sistemi b'Kontroll Diġitali tal-Magna b'Awtorità Sħiħa (Full Authority Digital Engine Control) - Sistema ta' kontroll elettroniku diġitali għal magna b'turbina tal-kombustjoni li kapaċi tikkontrolla l-magna awtonomament tul il-firxa operattiva kollha tagħha, minn meta jkun meħtieġ li tiġi startjata l-magna sakemm ikun meħtieġ li tintefa, f'kundizzjonijiet kemm normali kif ukoll ta' meta hemm ħsara.

“Materjali fibrużi u bil-filamenti” (0 1 8 9) jinkludu:

a. 

“Monofilamenti” kontinwi;

b. 

“Ħajt għall-insiġ” u “faxex tal-fibra” kontinwi;

c. 

“Tapes”, tessuti, tapiti żgħar aleatorji u malji;

d. 

Fibri maqtugħin, fibri diskontinwi u kutri koerenti tal-fibra;

e. 

Materjali filiformi, jew monokristallini jew polikristallini, ta’ kwalunkwe tul;

f. 

Polpa ta’ poliammid aromatiku.

“Ċirkwiti integrati tat-tip tal-pellikola” (3) tfisser arranġament ta' 'elementi ta' ċirkwit' u interkonnessjonijiet metalliċi ffurmati minn depożitu ta' pellikola ħoxna jew irqiqa fuq“sottostrat” iżolanti.

N.B.   “Element ta’ ċirkwit” huwa parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dijodu wieħed, tranżister wieħed, reżister wieħed, kapaċitatur wieħed, eċċ.

“Sistema ta' titjir b'fibri ottiċi” (7) tfisser sistema primarja ta' kontroll diġitali tat-titjir li tuża l-feedback sabiex l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat matul it-titjira, fejn l-ordnijiet lit-tagħmir/attwaturi huma sinjali ottiċi.

“Sistema ta' titjir bl-elettriku” (7) tfisser sistema primarja ta' kontroll diġitali tat-titjir li tuża l-feedback sabiex l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat matul it-titjira, fejn l-ordnijiet lit-tagħmir/attwaturi huma sinjali elettriċi.

“Arranġament fuq il-pjan fokali” (6 8) tfisser saff planari lineari jew bidimensjonali, jew taħlita ta' saffi planari, ta' elementi ta' rilevaturi individwali, b'elettronika li tinqara jew mingħajrha, li jaħdmu fil-pjan fokali.

N.B.   Dan mhux intenzjonat li jinkludi arranġament f’saffi (stack) ta’ elementi tad-detettur singoli jew kwalunkwe detetturi b’żewġ, tliet jew erba’ elementi, dment li ma jaħdmux skont il-prinċipju tal-ħin tad-dewmien u tal-integrazzjoni.

“Wisa' tal-banda frazzjonali” (3 5) tfisser “il-wisa' tal-banda istantanja” diviża bil-frekwenza ċentrali, espressa bħala perċentwali.

“Qbiż tal-frekwenza” (5 6) tfisser forma ta' “spettru mifrux” fejn il-frekwenza tat-trażmissjoni ta' kanal ta' komunikazzjoni wieħed tinbidel b'sekwenza ta' passi każwali jew psewdokażwali diskreti.

“Ħin sabiex tinbidel il-frekwenza” (3) tfisser il-ħin (jiġifieri, d-dewmien) li jieħu sinjal meta jinbidel minn frekwenza tal-output speċifikata inizjali biex jasal għal jew f'dawn li ġejjin.

a. 

±100 Hz ta’ frekwenza tal-output speċifikata finali ta’ inqas minn 1 GHz; jew

b. 

±0,1 parti għal kull miljun ta’ frekwenza tal-output speċifikata finali daqs jew ikbar minn 1 GHz.

“Ċellola tal-karburant” (8) hija apparat elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament għal elettriku b'Kurrent Dirett (DC) billi jikkonsma karburant minn sors estern.

“Fużibbli” (1) tfisser li jista' jkun inkroċjat jew polimerizzat aktar (imwebbes) bl-użu ta' sħana, radjazzjoni, katalizzaturi, eċċ., jew li jista' jinħall mingħajr piroliżi (karbonizzazzjoni).

“Kriterji stretti” (5) tfisser data jew ġabra ta’ data relatata ma’ individwu (pereżempju l-kunjom, l-isem, l-indirizz elettroniku, l-indirizz postali, in-numru tat-telefon jew l-affiljazzjonijiet ma’ gruppi).

“Sistemi ta’ gwida” (7) tfisser sistemi li jintegraw il-proċess tal-kejl u tal-kalkolu għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni u l-veloċità (jiġifieri n-navigazzjoni) ta’ vettura ma’ dak tal-kompjuterizzazzjoni u t-trażmissjoni ta’ kmandi lis-sistemi ta’ kontroll tat-titjir tal-vetturi sabiex tiġi rranġata t-trajettorja tat-titjira.

“Ċirkwit integrat ibridu” (3) tfisser kull kombinazzjoni ta' ċirkwit(i) integrat(i), jew ċirkwit integrat b’'elementi ta' ċirkwit' jew 'komponenti diskreti' konnessi flimkien sabiex iwettqu funzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi, u li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Li jkollhom mill-inqas apparat wieħed mhux inkapsulat;

b. 

Ikunu konnessi flimkien bl-użu ta’ metodi tipiċi ta’ produzzjoni ta’ ċirkwit integrat;

c. 

Ikunu sostitwibbli bħala entità; u

d. 

Normalment ma jkunux jistgħu jiġu żarmati.

N.B.1.   “Element ta’ ċirkwit”: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dijodu wieħed, tranżister wieħed, reżister wieħed, kapaċitatur wieħed, eċċ.

N.B.2.   “Komponent diskret”: “element ta’ ċirkwit” ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess.

“Titjib tal-immaġini” (4) tfisser l-ipproċessar ta' immaġini esterni li jġorru l-informazzjoni li permezz ta' algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, l-iffiltrar, l-estrazzjoni, l-għażla, il-korrelazzjoni, il-konvoluzzjoni jew it-trasformazzjoni bejn id-dominji (pereż. ekwazzjoni Fourier tan-numru integrali rapida jew l-ekwazzjoni Walsh). Dan ma jinkludix algoritmi li jużaw trasformazzjoni lineari jew tar-rotazzjoni biss ta' immaġni waħda, bħat-traduzzjoni, l-estrazzjoni ta' parametri, ir-reġistrazzjoni jew il-kolorazzjoni falza.

“Immunotossina” (1) hija kompost ta' antikorpi ta' ċellola waħda ta' monoklona speċifika u “tossina” jew “subunità ta' tossina”, li b'mod selettiv taffettwa ċ-ċelloli morda.

“Fl-isfera pubblika” (GTN NTN GSN), kif tapplika f'dan id-dokument, tfisser “teknoloġija” jew “software” li jkunu saru disponibbli mingħajr restrizzjoni wara d-disseminazzjoni ulterjuri tagħhom (restrizzjonijiet tad-dritt tal-awtur ma jneħħux lit-“teknoloġija” jew lis-“software” mill-“isfera pubblika”).

“Sigurtà tal-informazzjoni” (GSN GISN 5) hija l-mezzi u l-funzjonijiet kollha li jiżguraw l-aċċessibilità, il-kunfidenzjalità jew l-integrità tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni, li jeskludu l-mezzi u l-funzjonijiet intiżi għas-salvagwadja kontra l-ħsarat. Din tinkludi l-“kriptografija”, l-“attivazzjoni kriptografika”, il-'kriptanaliżi', il-protezzjoni kontra l-emanazzjonijiet kompromettenti u s-sigurtà tal-kompjuter.

Nota Teknika:

“Kriptanaliżi”: analiżi ta’ sistema kriptografika jew l-inputs u l-outputs tagħha sabiex toħroġ varjabbli konfidenzjali jew data sensittiva, inkluż test ċar.

“Faxxa ta' frekwenza istantanja” (3 5 7) tfisser il-faxxa ta' frekwenza li fuqha s-saħħa tal-produzzjoni jibqa' kostanti fit-3 dB mingħajr aġġustamenti ta' parametri li qed joperaw oħra.

“Iżolament” (9) huwa applikat lill-komponenti ta’ mutur tar-rokit, jiġifieri l-kaxxa, iż-żennuna, il-bokok, l-għeluq tal-kaxxa, u jinkludi serje ta’ folji tal-gomma komposta mwebbsa jew semimwebbsa li għandhom materjal li jservi għall-iżolament jew refrattarju. Jista' wkoll jiġi inkorporat bħala kaver jew flap għat-tnaqqis tal-istress.

“Kisja interna” (9) hija adattata għall-interfaċċja adeżiva bejn il-propellant solidu u l-kaxxa jew il-kisja iżolanti: Normalment tixrid ibbażat fuq polimeru likwidu ta' materjali refrattarji jew iżolanti, pereż. il-polibutadjen itterminat b'idrossil mimli bil-karbonju (HTPB) jew polimeru ieħor b'aġenti kurattivi addizzjonali sprejjati jew iddepożitati fuq l-intern tal-kaxxa.

“Konvertitur minn Analogu għal Diġitali (Analogue-to-Digital Converter (ADC)) Alternat” (3) tfisser tagħmir li għandu ħafna unitajiet ADC multipli li jieħdu kampjuni tal-istess input analogu f'ħinijiet differenti b'tali mod li meta l-outputs jiġu aggregati, ikun ittieħed effettivament kampjun tal-input analogu u jkun ġie konvertit b'rata għolja ta' teħid tal-kampjuni.

“Gradjometru manjetiku intrinsiku” (6) hu element uniku ta' kejl tal-gradjent tal-kamp manjetiku kif ukoll l-elettronika assoċjata li l-output tagħhom huwa l-kejl ta' gradjent tal-kamp manjetiku.

N.B.   Ara wkoll “gradjometru manjetiku”.

“Software ta’ intrużjoni” (4 5) tfisser “software” mfassal jew immodifikat b’mod speċjali sabiex jevita d-detezzjoni permezz tal-“għodod tal-monitoraġġ” jew sabiex jegħleb “kontromiżuri protettivi” ta’ kompjuter jew ta’ apparat li jaqbad ma’ netwerk, u jagħmel xi waħda milli ġejjin:

a. 

L-estrazzjoni ta’ data jew informazzjoni minn kompjuter jew apparat li jista’ jaqbad ma’ netwerk jew il-modifikazzjoni ta’ data ta’ sistema jew ta’ utent; jew

b. 

Il-modifikazzjoni tal-perkors ta’ eżekuzzjoni standard ta’ programm jew proċess sabiex tkun possibbli l-eżekuzzjoni ta’ istruzzjonijiet mogħtija esternament.

Noti:

1.   “Is-software ta' intrużjoni” ma jinkludi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Iperviżuri, programmi għat-tneħħija ta’ bugs jew għodod għal Software Reverse Engineering (SRE);

b. 

“Software” għall-Immaniġġar Diġitali tad-Drittijiet (DRM); jew

c. 

“Software” mfassal biex jiġi installat mill-manifatturi, l-amministraturi jew l-utenti għal skopijiet ta’ rintraċċar jew irkupru.

2.   Apparat li jaqbad ma' netwerk jinkludi apparat mobbli u miters intelliġenti.

Noti Tekniċi:

1.   'Għodda ta' monitoraġġ': Tagħmir ta' hardware u “software”, li jimmonitorja l-komportament jew il-proċessi ta' sistema li jkunu qed jaħdmu fuq apparat. Dan jinkludi prodotti ta' antivirus (AV), prodotti għas-sigurtà tal-aħħar punt, Prodotti għas-Sigurtà Personali (PSP), Sistemi għad-Detezzjoni ta' Intrużjoni (IDS) jew firewalls.

2.   “Kontromiżuri protettivi” tekniki mfasslin sabiex tiġi żgurata l-esekuzzjoni sigura, bħall-Prevenzjoni tal-Eżekuzzjoni tad-Data (DEP), il-Każwalizzazzjoni tal-Arranġament tal-Ispazju tal-Indirizzi (Address Space Layout Randomisation - ASLR) jew sandboxing.

“Koltivazzjonijiet ħajjin iżolati” (1) tinkludi koltivazzjonijiet ħajjin reqdin u fi preparati niexfa.

“Tagħfis isostatiku” (2) tfisser tagħmir kapaċi biex jippressa kavità magħluqa permezz ta' diversi medji (gass, likwidi, partikoli solidi, eċċ) biex toħloq pressjoni ugwali fid-direzzjonijiet kollha fil-kavità fuq biċċa xogħol jew fuq materjal.

“Laser” (0 1 2 3 5 6 7 8 9) hu oġġett li jipproduċi dawl koerenti kemm fl-ispazju kif ukoll fil-ħin permezz ta' amplifikazzjoni b'emissjoni ta' radjazzjoni stimulata.

N.B.  

Ara wkoll

“Laser kimiku”;

“Laser CW”;

“Laser b'impulsi”;

“Laser b'Potenza Għolja Ħafna”.

“Librerija” (1) (bażi ta' data teknika parametrika) tfisser ġabra ta' informazzjoni teknika, li r-referenza għaliha tista' ttejjeb ir-rendiment tat-tagħmir jew tas-sistemi rilevanti.

“Vetturi eħfef mill-arja” (9) tfisser bżieżaq jew “iġfna tal-ajru” li sabiex itiru jużaw l-arja taħraq jew gassijiet eħfef mill-arja bħall-elju jew l-idroġenu.

“Linearità” (2) (Normalment imkejla f'termini ta' nonlinearità) tfisser id-devjazzjoni massima tal-karatteristika attwali (medja ta' qari superjuri u inferjuri), pożittiva jew negattiva, minn linja dritta hekk pożizzjonata sabiex tippareġġa u timminimizza d-devjazzjonijiet massimi.

“Netwerk ta' żona lokali” (4 5) hija sistema tal-komunikazzjoni tad-data li għandha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Tippermetti għadd arbitrarju ta’ “apparati tad-data” indipendenti li jikkomunikaw direttament ma’ xulxin; u

b. 

Hija kkonfinata għal żona ġeografika ta’ qies moderat (pereż., bini ta’ uffiċini, impjant, kampus, maħżen).

N.B.   “Apparat tad-data” tfisser tagħmir li kapaċi jittrażmetti jew jirċievi sekwenzi ta’ informazzjoni diġitali.

“Gradjometri manjetiċi” (6) huma strumenti mfasslin sabiex isibu l-varjazzjoni spazjali tal-kampijiet manjetiċi minn sorsi esterni għall-istrument. Huma jikkonsistu f'diversi “manjetometri” u f'elettronika assoċjata li l-output tagħhom huwa l-kejl tal-gradjent tal-kamp manjetiku.

N.B.   Ara wkoll “gradjometru manjetiku intrinsiku”.

“Manjetometri” (6) huma strumenti mfasslin sabiex jirrilevaw kampijiet manjetiċi minn sorsi esterni għall-istrument. Huma jikkonsistu minn element ta' rilevament ta' kamp manjetiku uniku u minn elettronika assoċjata li l-output tagħhom huwa l-kejl tal-kamp manjetiku.

“Materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6” (0) jistgħu jkunu ram, ligi tar-ram, azzar inossidabbli, aluminju, ossidu tal-aluminju, ligi tal-aluminju, nikil jew ligi li fihom 60 fil-mija jew iktar, skont il-piż, ta' nikil u polimeri ta' idrokarburi fluworuti.

“Matriċi” (1 2 8 9) tfisser fażi sostanzjalment kontinwa li timla l-ispazju bejn il-partiċelli, il-materjali filiformi jew il-fibri.

“Inċertezza tal-kejl” (2) hija l-parametru karatteristiku li jispeċifika f'liema firxa madwar il-valur tal-output jaqa' l-valur korrett ta' kwantità varjabbli miżurabbli b'livell ta' kunfidenza ta' 95 %. Dan jinkludi d-devjazzjonijiet sistematiċi mhux ikkoreġuti, ir-reazzjonijiet mhux ikkoreġuti u d-devjazzjonijiet każwali (ref. ISO 10360-2).

“Mikroċirkwit tal-mikrokompjuter” (3) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” jew “ċirkwit integrat b'ħafna ċipep” li fih unità loġika aritmetika (ALU) li kapaċi twettaq serje ta' struzzjonijiet ta' skop ġenerali minn memorja interna, dwar data li tinsab fil-memorja interna.

N.B.   Il-memorja interna tista’ tiġi supplimentata permezz ta’ memorja esterna.

“Mikroċirkwit tal-mikroproċessur” (3) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” jew “ċirkwit integrat b'ħafna ċipep” li jinkludi unità loġika aritmetika (ALU) li kapaċi twettaq serje ta' struzzjonijiet ta' skop ġenerali minn memorja esterna.

N.B.1.   Il-“mikroċirkwit tal-mikroproċessur” normalment ma jkunx fih memorja integrali aċċesibbli għall-utent, għalkemm il-memorja preżenti fiċ-ċippa tista' tintuża waqt li titwettaq il-funzjoni loġika.

N.B.2.   Din tinkludi settijiet ta' ċipep li huma mfassla biex jaħdmu flimkien biex jipprovdu l-funzjoni ta' “mikroċirkwit ta' mikroproċessur”.

“Mikroorganiżmi” (1 2) tfisser batterji, virus, mikoplażmi, riketzji, klamidji jew fungi, sew naturali, imkabbra jew modifikati, kemm fil-forma ta’ “kulturi ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie imlaqqam jew ikkontaminat apposta b’dawn il-kulturi.

“Missili” (1 3 6 7 9) tfisser sistemi ta' rokits kompluti u sistemi ta' vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jwasslu kariku splussiv ta' mill-inqas 500 kg għal medda ta' mill-inqas 300 km.

“Monofilament” (1) jew filament huwa l-iżgħar inkrement ta' fibra, normalment ta' diversi mikrometri bħala dijametru.

“Ċirkwit integrat monalitiku” (3) tfisser kombinazzjoni ta' 'elementi ta' ċirkwiti' attivi jew passivi jew it-tnejn li:

a. 

Huma ffurmati permezz ta’ proċessi ta’ tixrid, proċessi ta’ impjantazzjoni jew proċessi ta’ skartar f’biċċa jew fuq materjal semikonduttiv wieħed, dawk li jissejħu “ċipep”;

b. 

Jistgħu jitqiesu assoċjati b’mod indiviżibbli; u

c. 

Jesegwixxu l-funzjoni(jiet) ta’ ċirkwit.

N.B.   “Element ta’ ċirkwit” huwa parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dijodu wieħed, tranżister wieħed, reżister wieħed, kapaċitatur wieħed, eċċ.

“Ċirkwit Integrat Monolitiku b’Microwaves” (“MMIC”) (3 5) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” li jaħdem bi frekwenzi ta’ microwave jew ta’ mewġa millimetrika.

“Sensuri monospettrali li juru immaġini” (6) huma kapaċi li jiksbu data tal-immaġini minn banda spettrali diskreta waħda.

“Ċirkwit integrat b'ħafna ċipep” (3) tfisser żewġ “ċirkwiti integrati monolitiċi” jew iktar magħquda ma' “sottostrat” komuni.

“Konvertitur minn Analogu għal Diġitali (ADC) b’ħafna kanali” (3) tfisser tagħmir li jintegra aktar minn ADC wieħed, imfassal biex kull ADC ikollu input analogu separat.

“Sensuri tal-immaġini multispettrali” (6) li kapaċi jiksbu simultanjament jew f'serje data tal-immaġini minn żewġ bnadijiet spettrali diskreti jew iktar. Sensuri li għandhom iktar minn għoxrin faxxa spettrali diskreta ġieli jissejħu sensuri tal-immaġini iperspettrali.

“Uranju naturali” (0) tfisser uranju li jinkludi taħlita ta' isotopi li jkunu fin-natura.

“Kontrollatur tal-aċċess fin-netwerk” (4) tfisser interfaċċja fiżika għal netwerks ta' swiċċjar imqassmin. Dan juża medju komuni li jaħdem f'kull parti bl-istess “rata ta' trasferiment diġitali” li juża l-arbitraġġ (pereż., it-token jew il-feedback minn riċevitur) għal trażmissjoni. Indipendentement minn kull wieħed ieħor, huwa jagħżel pakketti ta' data jew gruppi ta' data (pereż., IEEE 802) indirizzati lilu. Huwa assemblaġġ li jista' jkun integrat fil-kompjuter jew fit-tagħmir ta' telekomunikazzjoni sabiex jipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni.

“Reattur nukleari” (0) tfisser reattur komplut kapaċi li jaħdem b'mod li tinżamm katina ta' reazzjonijiet ta' fissjoni kkontrollata li ssostni lilha nfisha. “Reattur nukleari” jinkludi l-oġġetti kollha fil-kontenitur tar-reattur jew dawk li huma mqabbda miegħu direttament, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell tal-enerġija fil-qalba, u l-komponenti li normalment ikun fihom l-aġent tat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur, jew li jiġu f’kuntatt dirett miegħu jew jikkontrollawh.

“Kontroll numeriku” (2) tfisser il-kontroll awtomatiku ta' proċess eżegwit b'tagħmir li jagħmel użu minn data numerika normalment introdotta waqt li l-operazzjoni tkun qiegħda sseħħ (ref. ISO 2382:2015).

“Kodiċi tal-oġġett” (GSN) tfisser forma eżegwibbli permezz ta' tagħmir ta' espressjoni konvenjenti ta' proċess wieħed jew aktar (“il-kodiċi tas-sors” (il-lingwa tas-sors)) li ġiet ikkompilata minn sistema li tipprogramma.

L-“Operazzjonijiet, l-Amministrazzjoni jew il-Manutenzjoni” (“OAM”) (5) tfisser it-twettiq ta' wieħed jew aktar minn dawn il-kompiti li ġejjin:

a. 

L-istabbiliment jew l-immaniġġjar ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

Il-kontijiet jew il-privileġġi tal-utenti jew tal-amministraturi;

2. 

Il-konfigurazzjonijiet ta’ oġġett; jew

3. 

Id-data ta' awtentikazzjoni li tappoġġja l-kompiti deskritti fil-paragrafi a.1. jew a.2.;

b. 

Il-monitoraġġ jew il-ġestjoni tal-kundizzjoni operattiva jew il-prestazzjoni ta’ oġġett; jew

c. 

Il-ġestjoni ta’ reġistri jew ta’ data tal-awditjar li tappoġġa xi wieħed mill-kompiti deskritti fil-paragrafi a jew b.

Nota:   L-“OAM” ma jinkludu l-ebda waħda minn dawn il-kompiti jew mill-funzjonijiet maniġerjali taċ-ċwievet kriptografiċi assoċjati tagħhom:

a. 

Il-proviżjonament jew it-titjib ta’ xi funzjonalità kriptografika li mhix direttament relatata mal-istabbiliment jew mal-ġestjoni tad-data ta’ awtentikazzjoni insostenn tal-kompiti deskritti fil-paragrafi a.1. jew a.2. ta’ hawn fuq; jew

b. 

It-twettiq ta’ xi funzjonalità kriptografika fil-livell ta’ trażmissjoni jew ta’ data ta’ oġġett.

“Ċirkwit integrat ottiku” (3) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” jew “ċirkwit integrat ibridu”, li fih parti waħda jew iktar, imfassal sabiex jiffunzjona bħala fotosensur jew fotoemittent jew sabiex jeżegwixxi funzjoni ottika jew elettroottika waħda jew aktar.

“Swiċċjar ottiku” (5) tfisser l-iddirezzjonar jew l-iswiċċjar ta' sinjali f'forma ottika mingħajr konverżjoni għal sinjali elettriċi.

“Densità totali tal-kurrent” (3) tfisser in-numru totali ta' tidwir tal-ampere fil-kojl (jiġifieri t-total tan-numru ta' tidwir multiplikat bil-kurrent massimu li jinġarr minn kull dawra) diviż bis-sezzjoni trażversali totali tal-kojl (inklużi l-filamenti superkonduttivi, il-matriċi metallika fejn hemm il-filamenti superkonduttivi, il-materjal inkapsulanti, kwalunkwe kanal li jkessaħ, eċċ.).

“Stat parteċipanti” (7 9) huwa stat li qed jipparteċipa fil-Ftehim ta’ Wassenaar. (Ara www.wassenaar.org)

“L-ogħla potenza” (6) tfisser l-ogħla livell ta' potenza miksuba fid-“durata ta’ impuls”.

“Żona ta' netwerk personali” (5) tfisser sistema ta' komunikazzjoni tad-data li jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Tippermetti għadd arbitrarju ta’ “apparati tad-data” indipendenti jew interkonnessi biex jikkomunikaw direttament ma’ xulxin; u

b. 

Tkun ikkonfinata għal komunikazzjoni bejn apparati fil-viċinanza fiżika immedjata ta’ individwu jew kontrollur tal-apparat (pereżempju kamra, uffiċċju, jew karozza).

Noti Tekniċi:

1.   'Tagħmir tad-data' tfisser tagħmir li kapaċi jittrażmetti jew jirċievi sekwenzi ta' informazzjoni diġitali.

2.   In-“network ta’ żona lokali” jestendi lil hinn miż-żona ġeografika tan-“network ta’ żona personali”.

“Preċedentement separat” (1) tfisser l-applikazzjoni ta' kull proċess intenzjonat li jżid il-konċentrazzjoni tal-isotopu kkontrollat.

“Element prinċipali” (4), kif japplika fil-Kategorija 4, huwa “element prinċipali” meta l-valur tas-sostituzzjoni tiegħu jkun iktar minn 35 % tal-valur totali tas-sistema li huwa element tagħha. Il-valur tal-element huwa l-prezz imħallas għall-element mill-manifattur tas-sistema, jew mill-integratur tas-sistema. Il-valur totali huwa l-prezz tal-bejgħ internazzjonali normali lil partijiet li ma għandhomx x'jaqsmu fil-punt ta' manifattura jew ta' konsolidazzjoni tal-konsenji.

“Produzzjoni” (NĠT NTN Kollha) tfisser il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, bħal: kostruzzjoni, inġinerija tal-produzzjoni, manifattura, integrazzjoni, assemblaġġ (immuntar), spezzjoni, ittestjar, assigurazzjoni tal-kwalità.

“Tagħmir tal-produzzjoni” (1 7 9) tfisser għodod, mudelli, ġiggijiet, mandrini tat-torn, forom, forom imnaqqxin, muntaġġi ddisinjati, mekkaniżmi ta' allinjament, tagħmir ta' ttestjar, makkinarju ieħor jew komponenti għalihom, limitati għal dawk imfasslin apposta jew immodifikati għall-“iżvilupp” jew għal fażi ta' “produzzjoni” waħda jew iktar.

“Faċilitajiet ta' produzzjoni” (7 9) tfisser “tagħmir tal-produzzjoni” u software mfassal apposta għalih integrati fi stallazzjonijiet għal “żvilupp” jew għal fażi ta' “produzzjoni” waħda jew iktar.

“Programm” (2 6) tfisser sekwenza ta' istruzzjonijiet sabiex iseħħ proċess f'forma eżegwibbli b'kompjuter elettroniku jew li jista' jiġi kkonvertit f'din il-forma.

“Kompressjoni tal-impuls” (6) tfisser l-ikkowdjar u l-ipproċessar ta' polz ta' sinjal radar ta' durata twila f'wieħed ta' durata qasira, filwaqt li jżomm il-benefiċji ta' enerġija b'polz għoli.

“Durata tal-impuls” (6) hija d-durata ta’ impuls tal-“laser” u tfisser il-ħin bejn il-punti ta’ nofs potenza fix-xifer ta’ quddiem u ta’ wara ta’ impuls individwali.

“Laser b'impulsi” (6) tfisser “laser” li jkollu “durata ta' impuls” li hija anqas minn 0,25 sekonda jew daqsha.

“Kriptografija kwantistika” (5) tfisser familja ta' tekniki għall-istabbiliment ta' ċavetta kondiviża għall-“kriptografija” permezz ta' kejl tal-karatteristiċi kwantistiċi-mekkaniċi ta' sistema fiżika (inklużi dawk il-karatteristiċi fiżiċi espliċitament irregolati mill-ottika kwantistika, it-teorija tal-kamp kwantistiku jew l-elettrodinamika kwantistika).

“Aġilità tal-frekwenza tar-radar” (6) tfisser kull teknika li tibdel, f'sekwenza psewdokażwali, il-frekwenza tat-trasportatur ta' trażmettitur radar tal-impuls bejn l-impulsi jew bejn gruppi ta' impulsi b'ammont ugwali jew ikbar mill-wisa' tal-banda tal-impuls.

“Spettru mifrux tar-radar” (6) tfisser kull teknika ta' modulazzjoni għat-tifrix tal-enerġija li toriġina minn sinjal li għandu banda ta' frekwenza relattivament dejqa, fuq banda ta' frekwenzi ħafna iktar wiesa', billi tintuża kodifikazzjoni aleatorja jew psewdoaleatorja.

“Sensittività radjanti” (6) hija sensittività radjanti (mA/W) = 0,807 × (tul il-mewġ f'nm) x l-Effiċjenza Kwantistika (QE).

Nota Teknika:

Il-QE hija normalment espressa bħala perċentwal; madankollu, għall-finijiet ta’ din il-formula, il-QE hija espressa bħala numru deċimali inqas minn wieħed, pereżempju 78 % huwa 0,78.

“Ipproċessar f'ħin reali” (6) tfisser l-ipproċessar tad-data b'sistema ta' kompjuter li tipprovdi l-livell meħtieġ ta' servizz, bħala funzjoni tar-riżorsi disponibbli, f'ħin ta' rispons garantit, ikun xi jkun il-piż fuq is-sistema, meta stimulat minn avveniment estern.

“Ripetibbiltà” (7) tfisser kemm ikun qrib minn wieħed għall-ieħor kejl ripetut tal-istess kwantità varjabbli taħt l-istess kundizzjonijiet operattivi meta jkun hemm bidliet fil-kundizzjonijiet jew fil-perjodi mhux operattivi ta' bejn il-kejl. (Referenza: IEEE STD 528-2001 (devjazzjoni standard ta' sigma))

“Meħtieġa” (NĠT 3 5 6 7 9), kif applikata għat-“teknoloġija”, tirreferi għal dik il-biċċa biss ta’ “teknoloġija” li hi partikolarment responsabbli sabiex tilħaq jew testendi l-livelli ta’ prestazzjoni, il-karatteristiċi jew il-funzjonijiet ikkontrollati. “Teknoloġija”“meħtieġa” bħal din tista' tkun kondiviża bejn oġġetti differenti.

“Aġent ta' kontroll ta' rvellijiet” (1) tfisser sustanzi li, fil-kundizzjonijiet mistennija ta' użu għall-finijiet ta' kontroll ta' rvellijiet, jipproduċu rapidament fin-nies irritazzjoni sensorja jew effetti fiżiċi li jinkapaċitaw u li jispiċċaw fi żmien qasir wara li jintemm l-esponiment.

Nota Teknika:

Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta' “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”.

“Robot” (2 8) tfisser mekkaniżmu ta' manipulazzjoni, li jista' jkun tat-tip ta' trajettorja kontinwa jew ta' punt sa punt, jista' juża sensuri, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Huwa multifunzjonali;

b. 

Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjal, partijiet, għodod jew apparati speċjali permezz ta’ movimenti varjabbli fi spazju tridimensjonali;

c. 

Jinkorpora tliet apparati servo jew aktar, b’ċirkwit magħluq jew miftuħ, li jistgħu jinkludu muturi ta’ pass pass; u

d. 

Għandu “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” permezz ta’ metodu ta’ apprendiment / ripetizzjoni (teach / playback), jew permezz ta’ kompjuter elettroniku li jista’ jkun kontrollur loġiku programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku.

N.B.   Id-definizzjoni ta’ hawn fuq ma tinkludix l-apparati li ġejjin:

1. 

Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni li huma kontrollabbli biss manwalment jew permezz ta’ teleoperatur;

2. 

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni b'sekwenza fissa li huma apparati awtomatizzati li jiċċaqilqu, li jaħdmu skont movimenti programmati delimitati mekkanikament. Il-programm huwa limitat mekkanikament b'waqfiet delimitati, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta' ċaqliq u l-għażla tat-trajettorji jew angoli mhumiex varjabbli u ma jistgħux jinbidlu b'mezzi mekkaniċi, elettroniċi jew elettriċi;

3. 

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mekkanikament ikkontrollati li huma apparati awtomatizzati li jiċċaqalqu, li joperaw skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa mekkanikament limitat b'waqfiet fissi iżda aġġustabbli, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta’ ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli huma varjabbli fi ħdan il-konfigurazzjoni tal-programm fiss. Varjazzjonijiet jew modifiki tad-disinn tal-programm (eż., bidliet tal-pinnijiet jew skambji ta' kammijiet) f'wieħed mill-assi taċ-ċaqliq jew aktar jitwettqu biss permezz ta' operazzjonijiet mekkaniċi;

4. 

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mhux servokontrollati li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa varjabbli iżda s-sekwenza tipproċedi biss bis-sinjal binarju minn apparati binarji elettriċi delimitati mekkanikament jew b'waqfiet aġġustabbli;

5. 

Krejnijiet stacker definiti bħala sistemi għall-manipulazzjoni tal-koordinati Kartesjani manifatturati bħala parti integrali ta' firxa vertikali ta' tankijiet għall-ħażna u ddisinjati biex jaċċessaw il-kontenuti ta' dawn it-tankijiet għal ħażna jew ġbir.

“Fettul” (1) huwa lott (tipikament bejn 12-120) ta' 'fili' bejn wieħed u ieħor paralleli.

N.B.   “Fil” huwa lott ta’ “monofilamenti” (tipikament aktar minn 200) irranġati bejn wieħed u ieħor parallelament.

“Rotazzjoni falza” (2) (rotazzjoni mhix vera) tfisser ċaqliq radjali f'rotazzjoni waħda tal-fus ewlieni mkejjel fi pjan perpendikulari mal-assi tal-fus f'punt fuq il-wiċċ rotanti intern jew estern li jrid jiġi ttestjat (Referenza: ISO 230-1:1986, paragrafu 5.61).

“Rata ta’ teħid ta’ kampjuni” (3) għal Konvertitur minn Analogu għal Diġitali (ADC) tfisser l-għadd massimu ta' kampjuni imkejla fl-input analogu fuq perjodu ta’ sekonda waħda, għajr għat-teħid żejjed ta’ kampjuni tal-ADCs. Għat-teħid żejjed ta’ kampjuni tal-ADCs, “ir-rata ta’ teħid ta’ kampjuni” titqies bħala l-output tar-rata ta’ kliem. “Ir-rata ta’ teħid ta’ kampjuni” tista’ tissejjaħ ukoll rata ta’ kkampjunar, normalment espressa bħala Mega Kampjuni għal Kull Sekonda (MSPS) jew Ġiga Kampjuni għal Kull Sekonda (GSPS), jew rata ta’ konverżjoni, ġeneralment espressa f’Hertz (Hz).

“Sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita” (5 7) tfisser sistema li tikkonsisti minn stazzjonijiet fuq l-art, kostellazzjoni ta’ satelliti, u riċevituri, li jippermettu li l-lokazzjonijiet ta’ riċevitur jiġu kkalkulati abbażi tas-sinjali li tirċievi mis-satelliti. Tinkludi Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) u Sistemi Reġjonali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (RNSS).

“Fattur tal-iskala” (ġiroskopju jew aċċellerometru) (7) tfisser il-proporzjon tal-bidla fl-output mal-bidla fl-input li hu intenzjonat li jitkejjel. Il-fattur tal-iskala huwa ġeneralment evalwat bħala l-pendil tal-linja dritta li jista' jiġi adattat bil-metodu tal-inqas kwadrati applikati għad-data tal-input-output miksuba billi l-input jiġi varjat ċiklikament tul il-medda tal-input.

“Analizzaturi tas-sinjal” (3) tfisser apparati kapaċi li jkejlu u li juru l-propjetajiet ta' komponenti ta' frekwenza waħda ta' sinjali b'ħafna frekwenzi.

L-“ipproċessar tas-sinjal” (3 4 5 6) tfisser l-ipproċessar ta' sinjali li jġorru l-informazzjoni, li ġejjin minn barra b'algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, il-filtrazzjoni, l-estrazzjoni, is-selezzjoni, il-korrelazzjoni, il-konvoluzzjoni jew it-trasformazzjonijiet bejn id-dominji (pereż. l-ekwazzjoni Fourier tan-numru integrali rapida jew l-ekwazzjoni Walsh).

“Software” (il-GSN Kollha) tfisser ġabra ta' “programmi” jew “mikroprogrammi”, waħda jew aktar, stabbiliti b'kull mezz tanġibbli ta' espressjoni.

N.B.   “Mikroprogramm” tfisser sekwenza ta’ struzzjonijiet elementari, miżmuma fi ħżin speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tinbeda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta’ referenza tiegħu f’reġistru ta’ struzzjonijiet.

“Kodiċi tas-sors” (jew lingwa tas-sors) (6 7 9) hija espressjoni konvenjenti ta' proċess wieħed jew aktar li jista' jinbidel minn sistema ta' programmar f'forma eżegwibbli minn tagħmir (“kodiċi tal-oġġett” (jew lingwa tal-oġġett)).

“Vettura spazjali” (9) tfisser satelliti attivi u passivi u sondi spazjali.

“Pjattaforma spazjali” (9) tfisser it-tagħmir li jipprovdi appoġġ għall-infrastruttura tal-“inġenji spazjali” u l-post għat-“tagħbija utli tal-inġenji tal-ispazju”.

“Tagħbija utli tal-inġenji tal-ispazju” (9) tfisser tagħmir imwaħħal mal-“pjattaforma spazjali” maħsub biex iwettaq missjoni fl-ispazju (pereżempju, il-komunikazzjoni, l-osservazzjoni, ix-xjenza).

“Ikkwalifikat għall-użu spazjali” (3 6 7) tfisser imfassal, immanifatturat, jew ikkwalifikat permezz ta' testijiet li għadda b'suċċess, għall-operazzjoni f'għoli ta' aktar minn 100 km 'il fuq mill-wiċċ tad-dinja.

N.B   Determinazzjoni li oġġett speċifiku jkun “ikkwalifikat għall-użu spazjali” permezz ta’ testijiet ma tfissirx li oġġetti oħra fl-istess linja ta’ produzzjoni jew sensiela ta’ mudelli jkunu “kkwalifikati għall-użu spazjali” jekk ma jkunux ġew ittestjati individwalment.

“Materjal fissili speċjali” (0) tfisser plutonju-239, uranju-233, “uranju arrikkit bl-isotopi 235 jew 233”, u kull materjal li jinkludi lil dawn.

“Modulu speċifiku” (0 1 9) huwa l-modulu ta’ Young f’pascals, ekwivalenti għal N/m2 diviż bil-piż speċifiku f’N/m3, imkejjel f’temperatura ta’ (296 ± 2) K ((23 ± 2) °C) u umdità relattiva ta’ (50 ± 5) %.

“Saħħa tensili speċifika” (0 1 9) hija s-saħħa tensili aħħarija f’pascals, ekwivalenti għal N/m2 diviża bil-piż speċifiku f’N/m3, imkejla f’temperatura ta’ (296 ± 2) K ((23 ± 2) °C) u umdità relattiva ta’ (50 ± 5) %.

“Ġiroskopji b'massa rotanti” (7) tfisser ġiroskopji b'massa li ddur kontinwament biex jittieħed il-moviment angulari;

“Spettru mifrux” (5) tfisser it-teknika li permezz tagħha l-enerġija f'kanal ta' komunikazzjoni ta' banda relattivament dejqa tinfirex fuq spettru ta' enerġija ħafna usa'.

Radar ta' “spettru mifrux” (6) - ara “Spettru mifrux tar-radar”.

“Stabbiltà” (7) tfisser id-devjazzjoni standard (1 sigma) tal-varjazzjoni ta' parametru partikolari mill-valur ikkalibrat tiegħu, imkejjel f'kundizzjonijiet ta' temperatura stabbli. Dan jista' jiġi espress bħala funzjoni tal-ħin.

“Stati (mhux) Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi” (1) huma dawk l-Istati li għalihom il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Kumulazzjoni u l-Użu ta' Armi Kimiċi daħlet (ma daħlitx) fis-seħħ. (Ara www.opcw.org)

“Modalità f’Qagħda Statika” (9) tiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta' operazzjoni ta' magna, fejn il-parametri tal-magna, bħall-ispinta / il-qawwa, l-ispid tal-magna, u oħrajn, ma għandhomx varjazzjonijiet apprezzabbli, meta t-temperatura tal-arja ambjentali u l-pressjoni fid-daħla tal-magna huma kostanti.

“Inġenju suborbitali” (9) tfisser inġenju li jkollu magħlaq iddisinjat għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija li jkun iddisinjat biex:

a. 

Jopera ’l fuq mill-istratosfera;

b. 

Iwettaq trajettorja mhux orbitali; u

c. 

Jerġa’ jinżel fid-dinja bin-nies jew bil-merkanzija intatta.

“Sottostrat” (3) tfisser folja ta' materjal bażi sew jekk b'disinn ta' interkonnessjoni jew mingħajru u li fuqu jew fih jinstabu “komponenti diskreti” jew ċirkwiti integrati jew it-tnejn.

N.B.1.   “Komponent diskret”: “element ta’ ċirkwit” ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess.

N.B.2.   “Element ta’ ċirkwit”: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dijodu wieħed, tranżister wieħed, reżister wieħed, kapaċitatur wieħed, eċċ.

“Sottostrati grezzi” (3 6) tfisser komposti monolitiċi b'dimensjonijiet tajbin għal produzzjoni ta' elementi ottiċi bħal mirja u twieqi ottiċi.

“Sottounità ta' tossin” (1) huwa komponent strutturalment u funzjonalment diskret ta' “tossin” sħiħ.

“Superliga” (2 9) tfisser liga b’bażi tan-nikil, tal-kobalt jew tal-ħadid li jkollha ħajja sa ma tinqasam taħt stress ta’ aktar minn 1 000 siegħa b’400 MPa u temperatura ugwali jew superjuri għal 922 K (649 °C).

“Superkonduttivi” (1 3 5 6 8) tfisser materjali, jiġifieri metalli, ligi jew komposti, li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha, jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr ma jipproduċu sħana Joule.

N.B.   L-istat “superkonduttiv” ta’ materjal huwa karatterizzat individwalment minn “temperatura kritika”, kamp manjetiku kritiku, li hija funzjoni ta’ temperatura, u densità kritika ta’ kurrent li hija funzjoni tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura.

“Laser b'Potenza Għolja Ħafna” (“SHPL”) (6) tfisser “laser” li kapaċi jitfa' (bħala total jew parti) l-enerġija ta' output li teċċedi l-1 kJ f'ħin ta' 50 ms jew li jkollu potenza medja b'mewġa kontinwa ogħla minn 20 kW.

“Formatura superplastika” (1 2) tfisser proċess ta' deformazzjoni li juża s-sħana għal metalli li huma normalment ikkaratterizzati b'valuri baxxi ta' titwil (inqas minn 20 %) fil-punt li jinqasmu, kif iddeterminat f'temperatura ambjentali normali bl-ittestjar konvenzjonali tas-saħħa tensili, sabiex jinkiseb titwil waqt l-ipproċessar li huwa mill-inqas id-doppju (2) ta' dawk il-valuri.

“Algoritmu simetriku” (5) tfisser algoritmu kriptografiku li juża ċavetta kriptografika identika għall-kodifikazzjoni kif ukoll għad-deċifrar.

N.B.   Użu komuni tal-“algoritmi simetriċi” huwa l-kunfidenzjalità tad-data.

“Tejp” (1) hu materjal magħmul minn “monofilamenti”, 'fili', “ftietel”, “wajers” jew “irdien” eċċ., intreċċati jew unidirezzjonali, normalment mxappin bil-lest bir-resina.

N.B.   “Fil” huwa lott ta’ “monofilamenti” (tipikament aktar minn 200) irranġati bejn wieħed u ieħor parallelament.

“Teknoloġija” (GTN NTN Kollha) tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti. L-informazzjoni tieħu l-forma ta' 'data teknika' jew 'assistenza teknika'.

N.B.1.   'Assistenza teknika' tista' tieħu forom bħal struzzjonijiet, abbiltajiet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol u servizzi ta' konsultazzjoni u tista' jinvolvi t-trasferiment ta' 'data teknika'.

N.B.2.   'Data teknika' tista' tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinji u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq midja oħrajn jew tagħmir bħal diska, tejp, u memorji li jinqraw biss.

“Ċirkwit integrat tridimensjonali” (3) tfisser ġabra ta' ċipep semikunduttriċi jew saffi ta’ apparat attivi, integrati flimkien, u li permezz ta’ semikunduttur ikollhom konnessjonijiet li jgħaddu kompletament minn interposer, sottostrat, ċippa jew saff sabiex jistabbilixxu l-interkonnessjonijioet bejn is-saffi ta’ apparat. Interposer huwa interfaċċa li tippermetti konnessjonijiet elettroniċi.

“Fus inklinabbli” (2) tfisser fus li jżomm għodda li jbiddel, waqt il-proċess ta' mmaxinjar, il-pożizzjonament angolari tal-linja ċentrali tiegħu fir-rigward ta' xi assi ieħor.

“Kostanti tal-ħin” (6) huwa l-ħin meħud mill-applikazzjoni tal-istimulu tad-dawl għall-inkrement fil-kurrent biex jilħaq il-valur ta' 1-1/e immultiplikat bil-valur finali (jiġifieri 63 % tal-valur finali).

“Ħin ta' reġistrazzjoni ta' valur stabbli” (6) (magħruf ukoll bħala l-ħin ta' rispons tal-gravimetru) huwa l-ħin li matulu jitnaqqsu l-effetti disturbanti tal-aċċelerazzjonijiet indotti mill-pjattaforma (ħoss ta' frekwenza għolja).

“Kefen siġillanti tat-tarf” (9) tfisser komponent f'forma ta' ħolqa stazzjonarju (solidu jew issegmentat) imwaħħal mal-wiċċ ta' ġewwa tal-kejsing tat-turbina tal-magna jew element fit-tarf ta' barra tax-xafra tat-turbina, li prinċipalment jipprovdi siġill għall-gass bejn il-komponenti stazzjonarji u dawk li jduru.

“Kontroll totali tat-titjira” (7) tfisser il-kontroll awtomatizzat ta’ varjabbli tal-istat u tar-rotta tat-titjira ta’ “inġenju tal-ajru” biex jintlaħqu l-objettivi ta’ missjoni, b’rispons għal bidliet f’ħin reali fid-data dwar objettivi, perikli jew “inġenji tal-ajru” oħra.

“Rata ta' trasferiment diġitali totali” (5) tfisser l-għadd ta' bits, inkluża l-kodifika tal-linji, bits supplimentari eċċ. għal kull unità ta' ħin li tgħaddi bejn tagħmir li jikkorrispondi f'sistema ta' trażmissjoni diġitali.

N.B.   Ara wkoll “ir-rata tat-trasferiment diġitali”.

“Wajers” (1) huma lott ta' “monofilamenti”, normalment bejn wieħed u ieħor paralleli.

“Tossini” (1 2) tfisser tossini fil-forma ta' preparati jew taħlitiet deliberatament iżolati, irrispettivament minn kif ġew prodotti, minbarra tossini preżenti bħala kontaminanti ta' materjali oħra bħala kampjuni patoloġiċi, għelejjel, oġġetti tal-ikel jew ħażniet ta' żerriegħa ta' “mikroorganiżmi”.

“Intonabbli” (6) tfisser il-kapaċità ta' “laser” li jipproduċi ħruġ kontinwu fit-tulijiet ta' mewġ kollha fuq firxa ta' diversi tranżizzjonijiet tal-“laser”. “Laser” li jista' jagħżel il-linja jipproduċi tulijiet ta' mewġ diskreti fi tranżizzjoni ta' “laser” waħda, u ma jitqiesx bħala “intonabbli”.

“Ir-ripetibbiltà ta' pożizzjonament unidirezzjonali” (2) tfisser l-iżgħar fost il-valuri R↑ u R↓ ('il quddiem u lura), kif definit fi 3.21 tal-ISO 230-2:2014 jew l-ekwivalenti nazzjonali, ta' assi individwali ta' għodda għall-immaxinjar.

“Vettura tal-ajru bla Ekwipaġġ” (“UAV”) (9) tfisser kull inġenju tal-ajru li kapaċi jibda titjira u jwettaq titjira u navigazzjoni kkontrollati mingħajr ebda preżenza umana abbord.

“Uranju arrikkit fl-isotopi 235 jew 233” (0) tfisser uranju li fih l-isotopi 235 jew 233, jew it-tnejn, f'tali ammont li l-abbundanza tal-proporzjon tas-somma ta' dawn l-isotopi mal-isotopu 238 tkun iktar mill-proporzjon tal-iżotopu 235 mal-isotopu 238 li jseħħ fin-natura (bi proporzjon tal-isotopu ta' 0,71 fil-mija).

“Użu” (NĠT NTN Kollha) tfisser tħaddim, stallazzjoni (li tinkludi stallazzjoni fil-post), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, rinnovament totali u restawr.

“Programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” (6) tfisser il-faċilità li tawtorizza lill-utent biex idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi “programmi” b'metodi oħra minbarra:

a. 

Bidla fiżika fil-wajering jew l-interkonnessjonijiet; jew

b. 

L-issettjar tal-kontrolli tal-funzjonijiet inkluż l-inserzjoni ta’ parametri.

“Vaċċin” (1) huwa prodott mediċinali f'formulazzjoni farmaċewtika lliċenzjata minn, jew li għandha awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni jew għal prova klinika, mill-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż ta' manifattura jew tal-użu, li jkollu l-għan li jistimola rispons immunoloġiku prottettiv fil-bnedmin jew fl-annimali sabiex jipprevjeni mard f'min jew f'xiex jiġi amministrat.

“Apparati elettroniċi bil-vakwu” (3) tfisser apparati elettroniċi bbażati fuq l-interazzjoni ta' raġġ ta' elettroni b'mewġa elettromanjetika propogata f'ċirkwit b'vakwu jew l-interazzjoni ma' reżonaturi tal-kavità b'vakwu bi radjufrekwenza. “Apparati elettroniċi bil-vakwu” inklużi klystrons, tubi ta' mewġ progressiv, u d-derivattivi tagħhom.

“Żvelar tal-vulnerabbiltà” (4) tfisser il-proċess ta’ identifikazzjoni, rappurtar jew komunikazzjoni ta’ vulnerabbiltà lil individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli mir-rimedju jew mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet li jfittxu rimedju, jew li bih din tiġi analizzata ma’ dawn l-individwi u organizzazzjonijiet.

“Raden” (1) huwa mazz ta' “fili” mibrumin.

N.B.   “Fil” huwa lott ta’ “monofilamenti” (tipikament aktar minn 200) irranġati bejn wieħed u ieħor parallelament.‘

KATEGORIJA 0 - MATERJALI, FAĊILITAJIET, U TAGĦMIR NUKLEARI

0ASistemi, Tagħmir u Komponenti

0A001“Reatturi Nukleari” u tagħmir u komponenti mfasslin jew ippreparati apposta għalihom, kif ġej:

a. 

“Reatturi Nukleari”;

b. 

Reċipjenti tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, inkluża l-quċċata tar-reċipjent tar-reattur għal reċipjent taħt pressjoni tar-reattur, imfasslin jew ippreparati apposta sabiex jinkludu l-qalba ta’ “reattur nukleari”;

c. 

Tagħmir manipulattiv imfassal jew ippreparat apposta sabiex idaħħal jew ineħħi l-fjuwil f’“reattur nukleari”;

d. 

Vireg tal-kontroll imfasslin jew ippreparati apposta għall-kontroll tal-proċess ta’ fissjoni f’“reattur nukleari”, fi strutturi ta’ appoġġ jew ta’ sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida tal-vireg;

e. 

Tubi tal-pressjoni mfassla jew ippreparati apposta sabiex ikun fihom kemm elementi karburanti kif ukoll l-aġent tat-tkessiħ primarju f’“reattur nukleari”;

f. 

Tubi tal-metall taż-żirkonju u tubi bil-liga taż-żirkonju (jew assemblaġġi ta’ tubi) imfassla jew ippreparati apposta sabiex jintużaw bħala kisi għall-fjuwil f’“reattur nukleari”, u fi kwantitajiet li jaqbżu l-10 kg;

N.B.   Għal tubi ta’ pressjoni ta’ żirkonju ara 0A001.e. u għal tubi tal-kalandra ara 0A001.h.

g. 

Pompi jew ċirkolaturi għat-tkessiħ imfasslin jew ippreparati apposta sabiex jiċċirkolaw l-aġent tat-tkessiħ primarju tar-“reatturi nukleari”;

h. 

“Komponenti interni ta’ reatturi nukleari” mfasslin jew ippreparati b’mod speċifiku għall-użu f’“reattur nukleari”, inklużi l-kolonni ta’ appoġġ għall-qalba, il-kanali tal-fjuwil, it-tubi tal-kalandra, l-ilqugħ termali, id-difletturi, il-pjanċi tal-grilja tal-qalba, u l-pjanċi ta’ diffużjoni;

Nota Teknika:

F'0A001.h. “Komponenti interni ta' reattur nukleari” tfisser kull struttura ewlenija f'reċipjent ta' reattur li għandha funzjoni jew aktar bħal li tappoġġja l-qalba, li żżomm l-allinjament tal-fjuwil, li tidderieġi l-fluss tal-fluwidu berried primarju, li tipprovdi lqugħ għar-radjazzjoni lir-reċipjent tar-reattur, u li tiggwida l-istrumentazzjoni fil-qalba.

i. 

Skambjaturi tas-sħana kif ġej:

1. 

Ġeneraturi tal-istim imfassla jew ippreparati apposta għaċ-ċirkwit primarju jew intermedju tal-fluwidu berried ta' “reattur nukleari”;

2. 

Skambjaturi oħra tas-sħana mfassla jew ippreparati apposta għall-użu fiċ-ċirkwit tal-fluwidu berried primarju ta' “reattur nukleari”;

Nota:   0A001.i. ma jikkontrollax skambjaturi tas-sħana għas-sistemi ta’ appoġġ tar-reattur pereż. għas-sistema ta’ tkessiħ f'emerġenza jew għas-sistemi ta’ tkessiħ kontra t-tidwib.

j. 

Detetturi tan-newtroni mfassla apposta jew ippreparati sabiex jiddeterminaw il-livelli ta' flussi tan-newtroni fil-qalba ta' “reattur nukleari”;

k. 

“Ilqugħ termali estern” imfassal apposta jew ippreparat sabiex jintuża f'“reattur nukleari” għat-tnaqqis tat-telf tas-sħana kif ukoll għall-protezzjoni tar-reċipjent.

Nota Teknika:

F'0A001.k. “ilqugħ termali estern” tfisser strutturi ewlenin imqiegħda fuq ir-reċipjent tar-reattur li jnaqqsu t-telf tas-sħana mir-reattur u jnaqqsu t-temperatura fi ħdan ir-reċipjent tar-reattur.

0BTagħmir tal-Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni

0B001Impjant għas-separazzjoni tal-isotopi ta’ “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” jew “materjali fissili speċjali”, u tagħmir u komponenti mfassla jew ippreparati apposta għalih, kif ġej:

a. 

Impjant imfassal apposta għas-separazzjoni ta’ isotopi ta’ “uranju naturali”, “uranju mfaqqar”, u “materjali fissili speċjali”, kif ġej:

1. 

Impjant għas-separazzjoni b'ċentrifuga tal-gass;

2. 

Impjant għas-separazzjoni b'diffużjoni gassuża;

3. 

Impjant għas-separazzjoni aerodinamika;

4. 

Impjant għas-separazzjoni bi skambju kimiku;

5. 

Impjant għas-separazzjoni bl-iskambju tal-joni;

6. 

Impjant għas-separazzjoni isotopika ta' fwar atomiku bil-“laser”;

7. 

Impjant għas-separazzjoni isotopika molekulari bil-“laser”;

8. 

Impjant għas-separazzjoni bil-plażma;

9. 

Impjant għas-separazzjoni elettromanjetika;

b. 

Ċentrifugi tal-gass u assemblaġġi u komponenti, imfassla jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni b’ċentrifugi tal-gass, kif ġej:

Nota Teknika:

F'0B001.b. “materjal li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità hija għolja” tfisser kull waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Azzar Maraging b'limitu ta' saħħa tensili ta' 1,95 GPa jew aktar;

2. 

Ligi tal-aluminju li kapaċi jkollhom saħħa tensili aħħarija ta’ 0,46 GPa jew aktar; jew

3. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” b’“modulu speċifiku” ta’ iktar minn 3,18 × 106m u “saħħa tensili speċifika” ikbar minn 7,62 × 104 m;

1. 

Ċentrifugi tal-gass;

2. 

Assemblaġġi ta' rotors kompleti;

3. 

Ċilindri ta’ tubi tal-iskrejjen bi ħxuna tal-ħajt ta’ 12 mm jew inqas, dijametru ta’ bejn 75 mm u 650 mm, magħmulin minn “materjali bi proporzjon tas-saħħa għad-densità għoli”;

4. 

Ċrieki jew imniefaħ b'ħitan ħoxnin 3 mm jew inqas u dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm u mfasslin sabiex jagħtu appoġġ lokali lit-tubu tar-rotor jew sabiex jgħaqqdu għadd minnhom flimkien, magħmulin minn “materjali li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità tagħhom huwa għoli”;

5. 

Dijaframmi b'dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm għal immuntar f'tubu tar-rotors, magħmulin minn “materjali li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità tagħhom hija għolja”.

6. 

Għotjien ta' fuq jew ta' isfel b'dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm sabiex jaqbdu mat-truf ta' tubu tar-rotor, magħmulin minn “materjali li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità tagħhom hija għolja”;

7. 

Kuxxinetti ta' sospensjoni manjetika kif ġej:

a. 

Assemblaġġi ta’ kuxxinetti li jikkonsistu f’kalamita f’għamla ta’ ħolqa sospiża f’ħawsing magħmul minn jew protett b’“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” li fihom mezz li jtaffi u li għandhom akkoppjament manjetiku ma’ biċċa polari jew mat-tieni kalamita mmuntata mal-għatu ta’ fuq tar-rotor;

b. 

Kuxxinetti manjetiċi attivi mfassla jew preparati apposta għall-użu ma’ ċentrifugi tal-gass.

8. 

Kuxxinetti ppreparati apposta li jikkonsistu f'assemblaġġ b'għatu bil-pern immuntat fuq damper;

9. 

Pompi molekulari li jikkonsistu f'ċilindri li għandhom skanalaturi elikali interni mmaxinjati jew bl-estrużjoni u toqob immaxinjati internament;

10. 

Partijiet stazzjonarji tal-magna f'forma ta' ċrieki għall-isterisi (jew ir-rilluttanza) tal-muturi multifażi AC għal tħaddim sinkroniku ġewwa vakwu bi frekwenza ta' 600 Hz jew aktar u b'potenza ta' 40 VA jew aktar;

11. 

Reċipjenti / ħawsings ta' ċentrifuga sabiex iżommu fihom l-assemblaġġ ta' tubu tar-rotors ta' ċentrifuga tal-gass, li jikkonsistu f'ċilindru riġidu li ħitanu huma ħoxnin sa 30 mm bi truf immaxinjati b'mod preċiż li huma paralleli għal xulxin u perpendikulari għall-assi lonġitudinali taċ-ċilindru sa 0,05° jew anqas;

12. 

Daħliet tal-arja mfasslin jew ippreparati apposta għall-estrazzjoni tal-gassUFUF6 minn ġewwa t-tubu tar-rotor skont il-prinċipju tat-tubu għall-kejl tal-veloċità u li jistgħu jitwaħħlu mas-sistema ċentrali għall-estrazzjoni tal-gass;

13. 

Varjanti tal-frekwenza (konvertituri jew invertituri) mfassla apposta jew ippreparati sabiex jissuplixxu l-istators ta' mutur meta jseħħ l-arrikiment taċ-ċentrifuga tal-gass, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin kif ukoll il-komponenti mfasslin apposta għalihom:

a. 

Output tal-frekwenza multifażi ta’ 600 Hz jew aktar; u

b. 

Stabbiltà għolja (b’kontroll tal-frekwenza aħjar minn 0,2 %);

14. 

Valvi tal-kontroll u tal-għeluq kif ġej:

a. 

Valvi iżolanti mfassla jew ippreparati apposta biex jaġixxu fuq l-alimentazzjoni, il-prodott jew ir-rilaxxi fil-flussi gassużi ta’ UF6 ta’ ċentrifuga tal-gass individwali;

b. 

Valvi ssiġillati b’imniefaħ, li jwaqqfu jew jikkontrollaw, magħmulin minn jew protetti b’“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, b’dijametru intern ta’ 10 mm sa 160 mm, imfassla jew ippreparati apposta għall-użu fis-sistemi prinċipali jew awżiljari ta’ impjanti ta’ arrikkiment b’ċentrifuga tal-gass;

c. 

Tagħmir u komponenti, imfassla jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni b’diffużjoni gassuża, kif ġej:

1. 

Barrieri għad-diffużjoni gassuża magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” li jkunu metalliċi, tal-polimer jew taċ-ċeramika, porużi, b'daqs tal-pori minn 10 sa 100.nm, bi ħxuna ta' 5 mm jew inqas, u, għal forom tubulari, b'dijametru ta' 25 mm jew inqas;

2. 

Ħawsings għad-diffużjoni tal-gass magħmulin minn minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

3. 

Kompressuri jew blowers tal-gass b'kapaċità ta' volum ta' ġbid tal-arja ta' 1 m3/min jew iktar ta' UF6, u pressjoni ta' skarika li twassal sa 500 kPa, u li għandhom proporzjon ta' pressjoni ta' 10:1 jew anqas u li huma magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

4. 

Siġillaturi ta' xaftijiet rotattivi għal kompressuri jew blowers speċifikati f'0B001.c.3. u mfasslin sabiex ir-rata ta' infiltrazzjoni tal-gass separatur tkun inqas minn 1 000  cm3/min.;

5. 

Skambjaturi tas-sħana magħmulin jew protetti minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” u mfasslin għal rata ta' telf tal-pressjoni ta' inqas minn 10 Pa fis-siegħa taħt differenzjal ta' pressjoni ta' 100 kPa;

6. 

Valvi ssiġillati b'imniefaħ manwali jew awtomizzati, tal-kontroll jew tal-għeluq, magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

d. 

Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni ajrudinamika, kif ġej:

1. 

Żennuni għas-separazzjoni li jikkonsistu minn kanali kkurvati f'forma ta' inċiżjoni li għandhom raġġ ta' kurvatura inqas minn 1 mm, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, u li għandhom xifer irqiq fiż-żennuna li jissepara l-gass li jgħaddi miż-żennuna f'żewġ nixxigħat;

2. 

Tubi ċilindriċi jew koniċi (tubi vortiċi) magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” u b'daħla tanġenzjali waħda jew aktar;

3. 

Kompressuri jew blowers tal-gass magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, u siġillaturi ta' xaftijiet rotattivi għalihom;

4. 

Skambjaturi tas-sħana magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoniUFmill-UF6”;

5. 

Ħawsings għall-elementi ta' separazzjoni magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” li jkun fihom tubi vortiċi jew żennuni għas-separazzjoni;

6. 

Valvi ssiġillati b'imniefaħ, manwali jew awtomatizzati, tal-konroll jew tal-għeluq, magħmulin minn jew protetti b’“materjali reżistenti għall-korrużjoni UFmill-UF6”, b’dijametru ta’ 40 mm jew aktar;

7. 

Sistemi tal-ipproċessar għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur (l-idroġenu jew l-elju) għal kontenut ta' UF6 ta' 1 ppm jew inqas, inkluż:

a. 

Skambjaturi tas-sħana krijoġeniċi u krijoseparaturi li kapaċi jilħqu temperaturi ta’ 153 K (– 120 °C) jew inqas;

b. 

Unitajiet ta’ refriġerazzjoni krijoġeniċi li kapaċi jilħqu temperaturi ta’ 153 K (– 120 °C) jew inqas;

c. 

Żennuna għas-separazzjoni jew unitajiet ta’ tubi vortiċi għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur;

d. 

Nases kesħin għall-UF6, li kapaċi jiffriżaw il-UF6;

e. 

Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għall-proċess ta’ separazzjoni bi skambju kimiku, kif ġej:

1. 

Kolonni pulsatorji għall-iskambju mgħaġġel ta' likwidu-likwidu b'ħin ta' permanenza tal-istadju ta' 30 sekonda jew inqas u reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat (pereż. magħmulin minn jew protetti b'materjali tal-plastik adattati bħal polimeri tal-idrokarbur fluworut jew ħġieġ);

2. 

Kuntatturi ċentrifugali għall-iskambju mgħaġġel ta' likwidu-likwidu b'ħin ta' permanenza tal-istadju ta' 30 sekonda jew inqas u reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat (pereż. magħmulin minn jew protetti b'materjali tal-plastik addattati bħal polimeri tal-idrokarbur fluworut jew ħġieġ);

3. 

Ċelloli għat-tnaqqis elettrokimiku reżistenti għal soluzzjonijiet kkonċentrati tal-aċidu idrokloriku, għat-tnaqqis tal-uranju minn stat ta' valenza għal ieħor;

4. 

Ċelloli għat tnaqqis elettrokimiku jalimentaw tagħmir biex jieħu l-U+4 min-nixxiegħa organika u, għal dawk il-partijiet f'kuntatt man-nixxiegħa tal-proċess, magħmulin minn jew protetti b'materjali addattati (pereż. ħġieġ, polimeri tal-fluworokarbonju, sulfat tal-polifenil, sulfon tal-polietere u grafit imxappap fir-reżina);

5. 

Sistemi ta' preparazzjoni għall-alimentazzjoni, għall-produzzjoni ta' soluzzjoni ta' klorur tal-uranju ta' purità għolja, li jikkonsistu f'tagħmir ta' dissoluzzjoni, għall-estrazzjoni ta' solvent u / jew l-iskambju ta' joni għall-purifikazzjoni kif ukoll f'ċelloli elettrolitiċi għat-tnaqqis tal-uranju minn U+6 jew U+4 għal U+3;

6. 

Sistemi għall-ossidazzjoni tal-uranju għall-ossidazzjoni ta' U+3 għal U+4;

f. 

Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni bi skambju ta’ joni, kif ġej:

1. 

Reżini ta’ skambju joniku li jirreaġixxu malajr, reżini pellikulari jew porużi makromxebbkin fejn il-gruppi attivi għall-iskambju kimiku huma limitati għal kisja fil-wiċċ ta’ struttura ta’ appoġġ inattiva u poruża, u strutturi kompożiti oħra ta’ kull forma addatta, inklużi partiċelli jew fibri, b’dijametri ta’ 0,2 mm jew inqas, reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat u mfasslin sabiex ikollhom tnaqqis bin-nofs tar-rata tal-iskambju ta' inqas minn 10 sekondi u li kapaċi jaħdmu f’temperaturi ta’ bejn it-373 K (100oC) u l-473 K (200°C);

2. 

Kolonni ta' skambju joniku (ċilindriċi) b'dijametru ikbar minn 1 000  mm, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat (pereż. titanju jew plastik tal-fluworokarbonju) u kapaċi jaħdmu f'temperaturi bejn it-373 K (100°C) u l-473 K (200°C) u pressjonijiet ogħla minn 0,7 MPa;

3. 

Sistemi ta' rifluss ta' skambju joniku (sistemi ta' ossidazzjoni jew ta' riduzzjoni kimika jew elettrokimika) għar-riġenerazzjoni tal-aġenti kimiċi ta' riduzzjoni jew tal-ossidazzjoni użati f'kaskati ta' arrikiment bi skambju joniku;

g. 

Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għal proċessi ta’ separazzjoni abbażi ta’ laser bl-użu tas-separazzjoni tal-isotopi bil-laser tal-fwar atomiku, kif ġej:

1. 

Sistemi ta' vaporizzazzjoni tal-metall tal-uranju mfasslin sabiex il-potenza fornuta tilħaq il-1 kW jew aktar fuq il-bersall għal użu fl-arrikkiment tal-laser;

2. 

Sistemi ta' maniġġar ta' metall likwidu jew ta' fwar tal-uranju mfasslin jew ippreparati apposta għall-imaniġġar ta' uranju mdewweb, ligi tal-uranju mdewweb jew fwar tal-metall tal-uranju sabiex jintużaw fl-arrikkiment tal-laser, u f'komponenti mfassla apposta għalihom;

N.B.   ARA WKOLL 2A225.

3. 

Assemblaġġi ta' kollettur tal-prodotti u tal-laqx għal metall tal-uranju f'forma likwida jew solida, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u għall-korrużjoni tal-fwar jew likwidu tal-metall tal-uranju, bħal grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalu;

4. 

Ħawsings għall-moduli ta' separazzjoni (reċipjenti ċilindriċi jew rettangolari) sabiex iżommu s-sors tal-fwar tal-metall tal-uranju, l-emittent tar-raġġ elettroniku u l-kolletturi tal-prodotti u tal-laqx;

5. 

“Lasers” jew sistemi ta' “laser” imfasslin jew ippreparati apposta għas-separazzjoni ta' isotopi tal-uranju bi stabbilizzazzjoni tal-frekwenza tal-ispettru għal ħidma fuq perjodi ta' żmien imtawlin;

N.B.   ARA WKOLL 6A005 U 6A205.

h. 

Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni abbażi ta’ laser bl-użu tas-separazzjoni tal-isotopi bil-laser molekulari, kif ġej:

1. 

Żennuni ta' espansjoni supersonika għal taħlitiet tat-tkessiħ tal-UF6 u gass trasportatur sa 150 K (– 123°C) jew inqas u magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

2. 

Il-komponenti jew it-tagħmir tal-kolletturi tal-prodotti u tal-laqx, imfasslin jew ippreparati apposta għall-ġbir tal-materjal tal-uranju jew il-laqx tal-uranju wara li jiġu lluminati bid-dawl tal-laser magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

3. 

Kompressuri magħmulin minn jew protetti b’ “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, u siġillaturi ta' xaftijiet rotattivi għalihom;

4. 

Tagħmir li l-UF5 (solidu) jiffluworinah għal UF6 (gass);

5. 

Sistemi tal-ipproċessar għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur (pereż. in-nitroġenu jew l-argon) inkluż:

a. 

Skambjaturi tas-sħana krijoġeniċi u krijoseparaturi li kapaċi jilħqu temperaturi ta’ 153 K (– 120 °C) jew inqas;

b. 

Unitajiet ta’ refriġerazzjoni krijoġeniċi li kapaċi jilħqu temperaturi ta’ 153 K (– 120 °C) jew inqas;

c. 

Nases kesħin għall-UF6, li kapaċi jiffriżaw il-UF6;

6. 

“Lasers” jew sistemi ta' “laser” imfasslin jew ippreparati apposta għas-separazzjoni ta' isotopi tal-uranju bi stabbilizzazzjoni tal-frekwenza tal-ispettru għal ħidma fuq perjodi ta' żmien imtawlin;

N.B.   ARA WKOLL 6A005 U 6A205.

i. 

Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni bil-plażma, kif ġej:

1. 

Sorsi ta' enerġija microwave u antenni għall-produzzjoni jew għall-aċċellerazzjoni ta' joni, bil-frekwenza tal-output ikbar minn 30 GHz u b'output medju ta' potenza ikbar minn 50 kW;

2. 

Kojls għall-aġitazzjoni tal-joni bi frekwenzi tar-radju għal frekwenzi ta' iktar minn 100 kHz li kapaċi jiġġestixxu aktar mill-potenza medja ta' 40 kW;

3. 

Sistemi ta' ġenerazzjoni ta' plażma tal-uranju;

4. 

Mhux użat;

5. 

Muntaturi ta' kolletturi tal-prodotti u tal-laqx għal metall tal-urnaju f'forma solida magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u għall-korrużjoni mill-fwar tal-uranju bħall-grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalu;

6. 

Ħawsings (ċilindriċi) tal-modulu ta' separazzjoni sabiex iżommu s-sors tal-plażma tal-uranju, il-kojl motriċi bi frekwenza tar-radju u l-kolletturi tal-prodotti u tal-laqx, u magħmulin minn materjal adattat nonmanjetiku (pereż. l-azzar inossidabbli);

j. 

Tagħmir u komponenti, imfassla apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni elettromanjetika, kif ġej:

1. 

Sorsi joniċi, singoli jew multipli, li jikkonsistu f'sors ta' fwar, jonizzatur, u aċċelleratur tar-raġġ magħmulin minn materjali nonmanjetiċi addatti (pereż. grafit, azzar inossidabbli, jew ram) u li kapaċi jipprovdu totalment kurrent ta' raġġ joniku ta' 50 mA jew ikbar;

2. 

Pjanċi tal-kolletturi joniċi għall-ġbir ta' raġġi joniċi tal-uranju arrikkit jew imfaqqar, li jikkonsistu f'żewġ inċiżjonijiet u kavitajiet jew aktar magħmulin minn materjali adattati nonmanjetiċi (pereż. grafit jew azzar inossidabbli);

3. 

Ħawsings f'vakwu għas-separaturi elettromanjetiċi tal-uranju magħmulin minn materjali nonmanjetiċi addatti (pereż. l-azzar inossidabbli) u mfasslin sabiex jaħdmu fi pressjonijiet ta' 0,1 Pa jew inqas;

4. 

Partijiet ta' poli manjetiċi b'dijametru ikbar minn 2 m;

5. 

Provvisti tal-enerġija ta' vultaġġ għoli għal sorsi joniċi, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Kapaċi għal operazzjoni kontinwa;

b. 

Vultaġġ tal-output ta’ 20 000  V jew ikbar;

c. 

Kurrent tal-output ta’ 1 A jew ikbar; kif ukoll

d. 

Regolazzjoni tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perjodu ta’ 8 sigħat;

N.B.   ARA WKOLL 3A227.

6. 

Provvisti tal-enerġija għal kalamiti (ta' potenza għolja, kurrent dirett) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Kapaċi għal operazzjoni kontinwa b’kurrent tal-output ta’ 500 A jew akbar b’vultaġġ ta’ 100 V jew ikbar; u

b. 

Regolazzjoni tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perjodu ta’ 8 sigħat.

N.B.   ARA WKOLL 3A226.

0B002Sistemi awżiljarji, tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta, kif ġej, għal impjant ta’ separazzjoni tal-isotopi kif speċifikat f’0B001, magħmulin minn jew protetti b’“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”:

a. 

Awtoklavi ta’ alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment;

b. 

Desublimaturi jew nases kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta’ arrikkiment għal trasferiment sussegwenti mat-tisħin;

c. 

Stazzjonijiet tal-prodotti u tal-laqx sabiex jiġi trasferit l-UF6 ġewwa l-kontenituri;

d. 

Stazzjonijiet ta’ likwefazzjoni jew solidifikazzjoni użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta’ arrikkiment billi jikkompressaw, ikessħu u jikkonvertu l-UF6 f’forma likwida jew solida;

e. 

Sistemi ta’ kanen u sistemi ta’ headers imfasslin jew ippreparati apposta sabiex jiġġestixxu l-UF6 fil-kaskati tad-diffużjoni gassuża, taċ-ċentrifuga jew ajrudinamiċi;

f. 

Sistemi tal-vakwu u pompi kif ġej:

1. 

Manifolds b’vakwu, headers b’vakwu jew pompi li joħolqu vakwu li għandhom kapaċità ta' aspirazzjoni ta' 5 m3/minuta jew aktar;

2. 

Pompi li joħolqu vakwu mfasslin apposta għall-użu f’atmosferi li fihom l-UF6 magħmulin minn, jew protetti b’“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”; jew

3. 

Sistemi tal-vakwu li jikkonsistu f'manifolds b’vakwu, headers b’vakwu u pompi li joħolqu vakwu, u mfasslin biex jiffunzjonaw f'atmosferi li fihom l-UF6;

g. 

Spettrometri tal-massa / sorsi joniċi għall-UF6 li kapaċi jieħdu kampjuni online minn nixxigħat tal-gass tal-UF6, u li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Kapaċi jkejlu l-joni ta' 320 unità tal-massa atomika jew aktar, u li jkollhom riżoluzzjoni ta' iktar minn parti waħda għal kull 320;

2. 

Sorsi joniċi magħmulin minn jew protetti bin-nikil, ligi ta' nikel u ram b'kontenut ta' nikil ta' 60 % jew iktar bħala piż, jew ligi ta' nikil u krom;

3. 

Sorsi ta’ jonizzazzjoni b’bumbardament ta’ elettroni; u

4. 

Li jkollhom sistema ta' kollettur adatta għall-analiżi isotopika.

0B003Impjant għall-konverżjoni tal-uranju u tagħmir imfassal jew ippreparat apposta għalih, kif ġej:

a. 

Sistemi għall-konverżjoni ta’ konċentrati tal-minerali tal-uranju għal UO3;

b. 

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO3 għal UF6;

c. 

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO3 għal UO2;

d. 

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO2 għal UF4;

e. 

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF4 għal UF6;

f. 

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF4 għal metall tal-uranju;

g. 

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF6 għal UO2;

h. 

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF6 għal UF4;

i. 

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO2 għal UCl4.

0B004Impjant għall-produzzjoni jew għall-konċentrazzjoni ta’ ilma tqil, dewterju u komposti tad-dewterju, kif ukoll tagħmir u komponenti mfassla jew ippreparati apposta għalih, kif ġej:

a. 

Impjant għall-produzzjoni ta’ ilma tqil, dewterju jew komposti tad-dewterju, kif ġej:

1. 

Impjanti għall-iskambju ta' sulfur tal-ilma-idroġenu;

2. 

Impjanti għall-iskambju tal-ammonijaka-idroġenu;

b. 

Tagħmir u komponenti, kif ġej:

1. 

Torrijiet għall-iskambju tas-sulfur tal-ilma-idroġenu b'dijametri ta' 1,5 m jew iktar, li kapaċi jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew ugwali għal 2 MPa;

2. 

Blowers jew kompressuri ċentrifugali ta’ stadju singolu, bi pressjoni baxxa (jiġifieri 0,2 MPa) għaċ-ċirkulazzjoni tal-gass tas-sulfur tal-idroġenu (jiġifieri gass li fih iktar minn 70 % skont il-piż ta’ sulfur tal-idroġenu, H2S) b’kapaċità throughput ikbar minn jew daqs 56 m3/s meta jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew daqs 1,8 MPa ta’ aspirazzjoni u li għandhom siġilli mfasslin biex jiffunzjonaw b’H2S umdu;

3. 

Torrijiet għall-iskambju tal-ammonijaka-idroġenu ikbar minn jew daqs 35 m fl-għoli b'dijametri ta' 1,5 m sa 2,5 m li kapaċi jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn 15 MPa;

4. 

Komponenti interni tat-torri, inklużi kuntatturi tal-istadji, u pompi tal-istadji, inkluż dawk li huma sommerġibbli, għall-produzzjoni ta' ilma tqil bl-użu tal-proċess tal-iskambju tal-ammonijaka-idroġenu;

5. 

Faqqiegħa tal-ammonijaka bi pressjonijiet ta' tħaddim ikbar minn jew daqs 3 MPa għall-produzzjoni ta' ilma tqil bl-użu tal-proċess ta' skambju tal-ammonijaka-idroġenu;

6. 

Analizzaturi b'assorbiment infraħmar kapaċi jagħmlu analiżi online tal-proporzjon idroġenu / dewterju fejn il-konċentrazzjonijiet tad-dewterju huma daqs jew ikbar minn 90 % skont il-piż;

7. 

Berners katalitiċi għall-konverżjoni ta' gass tad-dewterju arrikkit f'ilma tqil bl-użu tal-proċess ta' skambju tal-ammonijaka-idroġenu;

8. 

Sistemi kompluti li jtejbu l-ilma tqil, jew il-kolonni għalihom, sabiex jitjieb l-ilma tqil sakemm jilħaq il-livell ta' konċentrazzjoni tad-dewterju li hu meħtieġ għar-reatturi;

9. 

Konverturi tas-sinteżi tal-ammonijaka jew unitajiet tas-sinteżi mfassla apposta jew ppreparati għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju tal-ammonijaka-idroġenu.

0B005Impjanti ddisinjati apposta għall-fabbrikazzjoni ta’ elementi karburanti ta’ “reattur nukleari” u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għalihom.

Nota Teknika:

Tagħmir imfassal jew ippreparat apposta għall-fabbrikazzjoni ta' elementi ta' fjuwils ta' “reattur nukleari” jinkludi tagħmir li:

1. 

Normalment jiġi f'kuntatt dirett mal-fluss tal-produzzjoni ta' materjali nukleari jew jipproċessah jew jikkontrollah direttament;

2. 

Jissiġilla l-materjali nukleari fil-kisja;

3. 

Jiċċekkja l-integrità tal-kisja jew tas-siġillatur;

4. 

Jiċċekkja t-trattament tal-finitura tal-fjuwil issiġillat; jew

5. 

Jintuża għall-assemblaġġ ta' elementi tar-reattur.

0B006Impjant għar-riproċessar tal-elementi karburanti rradjati ta’ “reattur nukleari”, u tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għalihom.

Nota:   0B006 jinkludi:

a. 

Impjant għar-riproċessar tal-elementi karburanti rradjati ta’ “reattur nukleari” inkluż tagħmir u komponenti li normalment jiġu f’kuntatt dirett ma’ u jikkontrollaw direttament il-fjuwil irradjat u l-materjal nukleari ewlieni u nixxigħat tal-ipproċessar tal-prodott tal-fissjoni;

b. 

Tagħmir għat-tneħħija tal-kisi u magni għat-tqattigħ jew il-frammentazzjoni tal-element karburant, jiġifieri tagħmir li jitħaddem mill-bogħod sabiex iqatta’, jifframmenta jew ikisser l-assemblaġġi, il-mazzi jew il-vireg tal-fjuwil irradjat ta’ “reattur nukleari”;

c. 

Reċipjenti tas-solventi jew reċipjenti li jħaddmu apparati mekkaniċi ddisinjati jew ippreparati apposta għad-dissoluzzjoni tal-fjuwil irradjat ta’ “reattur nukleari”, li kapaċi jirreżistu likwidi jaħarqu u korrożivi ħafna, u li jistgħu jiġu mgħobbija, operaturi u miżmuma mill-bogħod;

d. 

Estratturi tas-solvent, bħal kolonni ppakkjati jew impulsati, separaturi tal-mikser jew kuntratturi ċentrifugali, reżistenti għall-effetti korrużivi tal-aċidu nitriku u mfasslin jew ippreparati apposta għal użu f’impjant għar-riproċessar ta’ “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” jew “materjali fissili speċjali” rradjati;

e. 

Reċipjenti għaż-żamma jew għall-ħażna mfasslin apposta sabiex ikunu sikuri u reżistenti b’mod kritiku għall-effetti korrożivi tal-aċidu nitriku;

Nota Teknika:

Reċipjenti għaż-żamma jew għall-ħażna jista’ jkollhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Ħitan jew strutturi interni bl-ekwivalent tal-boron (ikkalkulat għall-elementi kostitwenti kollha kif definit fin-nota għal 0C004) għal mill-inqas tnejn fil-mija;

2. 

Dijametru massimu ta’ 175 mm għar-reċipjenti ċilindriċi; jew

3. 

Wisa' massima ta' 75 mm għar-reċipjenti kemm ċatti kif ukoll annulari.

f. 

Sistemi ta’ kejl tan-newtroni mfasslin jew ippreparati apposta għall-integrazzjoni u għall-użu ma’ sistemi ta’ kontroll tal-proċess awtomatizzat f’impjant għar-riproċessar ta’ “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” jew “materjali fissili speċjali” rradjati.

0B007Impjant għall-konverżjoni tal-plutonju u tagħmir imfassal jew ippreparat apposta għalih, kif ġej:

a. 

Sistemi għall-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għal ossidu;

b. 

Sistemi għall-produzzjoni tal-metall tal-plutonju.

0CMaterjali

0C001“Uranju naturali” jew “uranju mfaqqar” jew torju fil-forma ta’ metall, liga, kompost jew konċentrat kimiku u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn imsemmija hawn fuq;

Nota:   0C001 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a. 

Erba’ grammi jew inqas ta’ “uranju naturali” jew “uranju mfaqqar” meta jkun miżmum f’komponent sensibbli ta’ strumenti;

b. 

“Uranju mfaqqar” immanifatturat apposta għall-applikazzjonijiet ċivili mhux nukleari li ġejjin:

1. 

Ilqugħ;

2. 

Ippakkjar;

3. 

Saborri li għandhom massa ta' mhux iktar minn 100 kg;

4. 

Kontropiżijiet li għandhom massa ta' mhux iktar minn 100 kg;

c. 

Ligi li fihom inqas minn 5 % ta’ torju;

d. 

Prodotti taċ-ċeramika li fihom it-torju, li ġew immanifatturati għal użu mhux nukleari.

0C002“Materjali fissili speċjali”

Nota:   0C002 ma jikkontrollax erba' “grammi effettivi” jew inqas meta jkunu f'komponent individwatur fi strumenti.

0C003Dewterju, ilma tqil (ossidu tad-dewterju) u komposti oħrajn tad-dewterju, u taħlitiet u soluzzjonijiet li jkun fihom id-dewterju, fejn il-proporzjon isotopiku tad-dewterju għall-idroġenu hu ogħla minn 1:5 000.

0C004Grafit b’livell ta’ purità aħjar minn 5 partijiet għal kull miljun ta’ “ekwivalent tal-boron” u b’densità ikbar minn 1,50 g/cm3 għal użu f’“reattur nukleari” fi kwantitajiet li jaqbżu l-1 kg.

N.B.   ARA WKOLL 1C107.

Nota 1:   Għall-finijiet tal-kontroll tal-esportazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-UE li fih huwa stabbilit l-esportatur se jiddeterminaw jekk l-esportazzjonijiet tal-grafit li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq humiex għal użu f’“reattur nukleari” jew le. 0C004 ma tikkontrollax il-grafit b’livell ta’ purità aħjar minn 5 ppm (partijiet fil-miljun) ta’ ekwivalent tal-boron u b’densità ikbar minn 1,50 g/cm3, mhux għal użu f’“reattur nukleari”.

Nota 2:   F'0C004, “l-ekwivalent tal-boron” (BE) huwa ddefinit bħala s-somma ta' BEz għal impuritajiet (eskluż il-BEcarbon billi l-karbonju mhux meqjus bħala impurità) inkluż il-boron, meta:

BEZ (ppm) = CF x il-konċentrazzjoni tal-element Z f'ppm;

image

u sB u sZ huma t-transsezzjonijiet tal-ġbir tan-newtroni termiċi (f’barns) għall-boron naturali u l-element Z rispettivament; u AB u AZ huma l-mases atomiċi tal-boron naturali u l-element Z rispettivament.

0C005Komposti jew trabijiet ippreparati apposta għall-manifattura ta’ barrieri għad-diffużjoni gassuża, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6 (pereż. in-nikil jew il-ligi li fihom 60 % skont il-piż jew aktar ta’ nikil, ossidu tal-aluminju u polimeri tal-idrokarbur kompletament fluworut), li għandhom purità ta’ 99,9 % skont il-piż jew aktar u daqs tal-partikoli ta’ inqas minn 10 μm meta mkejjel bl-istandard tal-ASTM B330, kif ukoll grad għoli ta’ uniformità fid-daqs tal-partikoli.

0DSoftware

0D001“Software” ddisinjat jew immodifikat apposta għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti speċifikati f’din il-Kategorija.

0ETeknoloġija

0E001“Teknoloġija” skont in-Nota dwar it-Teknoloġija Nukleari għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti speċifikati f’din il-Kategorija.

KATEGORIJA 1 – MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT

1ASistemi, Tagħmir u Komponenti

1A001Komponenti magħmula minn komposti fluworurati, kif ġej:

a. 

Siġilli, gaskits, siġillanti jew bżieżaq tal-fjuwil, imfasslin apposta għall-użu f’“inġenji tal-ajru” jew fl-ajruspazju, magħmulin minn iktar minn 50 % skont il-piż ta’ kwalunkwe materjal speċifikat f’1C009.b. jew 1C009.c.;

b. 

Mhux użat;

c. 

Mhux użat.

1A002Strutturi jew laminati “komposti”, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 1A202, 9A010 u 9A110.

a. 

Magħmula minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

“Matriċi” organika u “materjali fibrużi jew filamentari”, speċifikati f’1C010.c. jew 1C010.d.: jew

2. 

Preimprenjati jew preformati speċifikati f’1C010.e.;

b. 

Magħmula minn “matriċi” tal-metall jew tal-karbonju, u minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

“Modulu speċifiku” li jeċċedi 10,15 × 106 m; u

b. 

“Saħħa tensili speċifika” li teċċedi 17,7 × 104 m; jew

2. 

Il-materjali speċifikati f'1C010.c.

Nota 1:   1A002 ma jkoprix il-kontrolli fuq strutturi jew laminati “kompożiti” magħmulin minn “materjali fibrużi u filamentari” tal-karbonju mxappin f'reżina epossida użati għat-tiswija ta' strutturi jew laminati ta' “inġenji tal-ajru ċivili”, li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Żona ta’ mhux iktar minn 1 m2;

b. 

Tul ta’ mhux iktar minn 2,5 m; u

c. 

Wisa’ ta’ mhux iktar minn 15 mm.

Nota 2:   1A002 ma jkoprix il-kontrolli fuq oġġetti nofshom lesti, imfasslin apposta għal applikazzjonijiet purament ċivili kif ġej:

a. 

Merkanzija sportiva;

b. 

Industrija tal-karozzi;

c. 

Industrija tal-makkinarju għodda;

d. 

Applikazzjonijiet mediċi.

Nota 3:   1A002.b.1. ma jkoprix il-kontrolli fuq oġġetti nofshom lesti li fihom mhux aktar minn żewġ dimensjonijiet ta’ filamenti minsuġin u mfassla apposta għall-applikazzjonijiet kif ġej:

a. 

Fran għat-trattament bis-sħana għall-ittemprar ta’ metalli;

b. 

Tagħmir għall-produzzjoni ta’ boule tas-siliċju.

Nota 4:   1A002 ma jkoprix il-kontrolli fuq oġġetti lesti, imfassla apposta għal applikazzjoni speċifika.

Nota 5:   1A002.b.1 ma tikkontrollax “materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju maqtugħin jew mitħuna mekkanikament b’tul ta’ 25,0 mm jew inqas.

1A003Manifatturi ta’ polimidi aromatiċi mhux “fużibbli” fil-forma ta’ riti, folji, tejp jew żigarelli li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Ħxuna ta’ iżjed minn 0,254 mm; jew

b. 

Miksijin jew laminati b’karbonju, grafit, metalli jew sustanzi manjetiċi.

Nota:   1A003 ma tkoprix il-kontrolli fuq il-manifatturi meta miksija jew laminati bir-ram u mfassla għall-produzzjoni ta’ bords ta’ ċirkwiti stampati elettroniċi.

N.B.   Għal polimidi aromatiċi “fużibbli” fi kwalunkwe forma, ara 1C008.a.3.

1A004Tagħmir u komponenti protettivi u ta’ detezzjoni li mhumiex imfasslin apposta għall-użu militari, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI, 2B351 U 2B352.

a. 

Maskri li jgħattu l-wiċċ kollu, kanisters tal-filtri u tagħmir ta’ dekontaminazzjoni għalihom, imfasslin jew immodifikati għad-difiża kontra xi wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti mfasslin apposta għalihom:

Nota:   1A004.a. jinkludi Respiraturi Motorizzati li Jippurifikaw l-Arja (PAPR)li huma mfasslin jew immodifikati sabiex jiddefendu kontra l-aġenti jew il-materjali, elenkati f’1A004.a.

Nota Teknika:

Għall-finijet ta’ 1A004.a.:

1. 

Il-maskri li jgħattu l-wiċċ kollu huma magħrufin ukoll bħala maskri tal-gass.

2. 

Il-filtri jinkludu wkoll l-element filtru.

1. 

“Aġenti bijoloġiċi”;

2. 

'Materjali radjuattivi';

3. 

Aġenti ta’ gwerra kimika (CW); jew

4. 

“Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet” li jinkludu:

a. 

α-Bromobenżenaċetonitril, (Ċjanur Bromobenżiliku) (CA) (CAS 5798-79-8);

b. 

[(2-Klorofenil) metilen] propandinitril, (o-Klorobenżilidenemalononitril) (CS) (CAS 2698-41-1);

c. 

2-Kloro-1-feneletanon, Klorur tal-fenilaċil (ω-kloroaktefenon) (CN) (CAS 532-27-4);

d. 

Dibenz-(b,f)-1,4-oxazefin (CR) (CAS 257-07-8);

e. 

10-Kloro-5,10-diħidrofenarsazin, (Fenarsazin klorid), (Adamsit), (DM) (CAS 578-94-9);

f. 

N-Nonanoilmorfolin, (MPA) (CAS 5299-64-9);

b. 

Ilbies protettiv, ingwanti u żraben, iddisinjati jew immodifikati apposta għad-difiża kontra xi wieħed / waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

“Aġenti bijoloġiċi”;

2. 

“Materjali radjuattivi”; jew

3. 

Aġenti tal-gwerra kimika (CW);

c. 

Sistemi ta’ detezzjoni, iddisinjati jew modifikati apposta għad-detezzjoni jew l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed / waħda minn dawn li ġejjin, u l-komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1. 

“Aġenti bijoloġiċi”;

2. 

“Materjali radjuattivi”; jew

3. 

Aġenti tal-gwerra kimika (CW).

d. 

Tagħmir elettroniku ddisinjat għad-detezzjoni jew l-identifikazzjoni awtomatika tal-preżenza ta’ residwi ta’ “splussivi” u li jużaw tekniki ta’ “detezzjoni ta’ traċċi” (pereżempju mewġ akustiku tal-wiċċ, spettrometrija tal-mobbiltà jonika, spettrometrija tal-mobbiltà differenzjali, spettrometrija ta’ massa).

Nota Teknika:

“Id-detezzjoni ta’ traċċi” hija definita bħala l-kapaċità għad-detezzjoni ta’ anqas minn 1 ppm ta’ fwar, jew 1 mg ta’ solidu jew likwidu.

Nota 1:   1A004.d. ma jkoprix il-kontrolli fuq tagħmir imfassal apposta għall-użu fil-laboratorju.

Nota 2:   1A004.d. ma tikkontrollax portali tas-sigurtà li wieħed jgħaddi minnhom mingħajr ma jkun hemm kuntatt,

Nota:   1A004 ma jikkontrollax:

a. 

Dożimetri għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni personali;

b. 

Tagħmir tas-saħħa jew tas-sikurezza okkupazzjonali limitat mid-disinn jew mill-funzjoni li jipproteġi kontra perikli speċifiċi għas-sikurezza residenzjali jew għall-industriji ċivili, inklużi:

1. 

l-estrazzjoni;

2. 

il-qtugħ ta' ġebel;

3. 

l-agrikoltura;

4. 

il-farmaċewtika;

5. 

il-mediċina;

6. 

is-settur veterinarju;

7. 

l-ambjent;

8. 

l-immaniġġjar tal-iskart;

9. 

l-industrija tal-ikel.

Noti Tekniċi:

1.   1A004 jinkludi tagħmir u komponenti li ġew identifikati, ittestjati b'suċċess għal standards nazzjonali jew ipprovati li b'xi mod ieħor huma effettivi, għar-rilevament jew id-difiża kontra 'materjali radjuattivi', “aġenti bijoloġiċi ”, aġenti tal-gwerra kimika, 'simulanti' jew “aġenti ta' kontroll ta' rvellijiet”, anke jekk tagħmir jew komponenti bħal dawn jintużaw fl-industrija ċivili bħal dik tal-mini, il-barrieri, l-agrikoltura, il-farmaċewtika, il-mediċina, l-industrija veterinarja, dik ambjentali, it-trattament tal-iskart, jew l-industrija tal-ikel.

2.   “Simulant” hu sustanza jew materjal li jintuża minflok aġent tossiku (kimiku jew bijoloġiku) fit-taħriġ, ir-riċerka, l-ittestjar jew l-evalwazzjoni.

3.   Għall-finijiet ta’ 1A004, “materjali radjuattivi” huma dawk magħżula jew modifikati sabiex ikunu effikaċji iktar jikkawżaw feriti/mwiet fi bnedmin jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-għelejjel jew lill-ambjent.

1A005Korazza kontra l-balal, u l-komponenti għalihom, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a. 

Korazza kontra l-balal ratba mhux immanifatturata f’konformità ma’ standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti tagħhom, u komponenti mfassla apposta għaliha;

b. 

Korazza kontra l-balal iebsa li tipprovdi protezzjoni ballistika sal-livell IIIA (NIJ 0101.06, Lulju 2008) jew inqas jew “standards ekwivalenti”.

N.B.   Għal “materjali fibrużi jew filamentari” użati fil-manifattura ta’ korazza kontra l-balal, ara 1C010.

Nota 1:   1A005 ma jkoprix il-kontrolli fuq il-korazzi kontra l-balal meta jkunu qed jintużaw mill-utent għall-protezzjoni personali tiegħu stess.

Nota 2:   1A005 ma jkoprix il-kontrolli fuq il-korazzi kontra l-balal imfassal sabiex jipprovdi protezzjoni frontali kemm minn frammenti kif ukoll minn blast ta' apparat splussiv mhux militari biss.

Nota 3:   1A005 ma jkoprix il-kontrolli fuq il-korazzi kontra l-balal imfasslin sabiex jipproteġu kontra s-skieken, armi bil-ponot, b'labar u armi mhux tal-qtugħ biss.

1A006Tagħmir imfassal jew immodifikat apposta għall-iskartar ta’ Apparat Splussiv Improvviżat (IEDs), kif ġej, u komponenti u aċċessorji mfasslin apposta għalihom:

N.B.   ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a. 

Vetturi li jitħaddmu mill-bogħod;

b. 

“Interferenti”.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 1A006.b.: “interferenti” huma apparati ddisinjati apposta bil-għan li jipprevjenu l-operazzjoni ta’ apparat splussiv billi jixħtu projettili likwidu, solidu jew li jinfaqa’.

Nota:   1A006 ma jkoprix il-kontrolli fuq tagħmir li jkun akkumpanjat mill-operatur tiegħu.

1A007Tagħmir u apparat, iddisinjati apposta biex jinizjaw splużjoni u apparat li fih “materjali enerġetiċi”, permezz ta’ mezzi elettriċi, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI, 3A229 U 3A232.

a. 

Settijiet tat-tqabbid għal detonaturi splussivi mfasslin sabiex iħaddmu d-detonaturi splussivi speċifikati f’1A007.b.;

b. 

Detonaturi splussivi mħaddma bl-elettriku kif ġej:

1. 

Pont li jisplodi (EB);

2. 

Wajer pont li jisplodi (EBW);

3. 

Trażmettitur ta' impuls (Slapper);

4. 

Detonaturi ta’ fojl li jisplodi (EFI);

Noti Tekniċi:

1.   Il-kelma inizjatur jew tagħmir tat-tqabbid xi kultant tintuża minflok il-kelma detonatur.

2.   Għall-finijiet ta' 1A007.b. id-detonaturi konċernati kollha jutilizzaw konduttur tal-elettriku żgħir (pont, wajer jew folja) li jivvaporizza ruħu b'mod splussiv meta impuls rapidu tal-elettriku ta' kurrent għoli jgħaddi minnu. F'tipi nonslapper, il-konduttur li jisplodi jibda detonazzjoni kimika f'materjal ta' kuntatt splussiv ħafna bħal PETN (pentaeritritoltetranitrat). F’detonaturi slapper, il-vaporizzazzjoni splussiva tal-konduttur tal-elettriku tħaddem folja mobbli (flyer) jew slapper minn naħa għall-oħra ta’ fetħa, u l-impatt tas-slapper fuq l-isplussiv jibda detonazzjoni kimika. F'xi wħud mid-disinji, is-slapper huwa mħaddem minn forza manjetika. It-terminu detonatur tal-fojl li jisplodi jista’ jirreferi għal pont li jisplodi jew għal detonatur tat-tip slapper.

1A008Ċarġis, apparati u komponenti, kif ġej:

a. 

“Ċarġis iffurmati” li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Kwantità Splussiva Netta (NEQ) akbar minn 90 g; u

2. 

Dijametru tal-kejsing ta’ barra daqs jew akbar minn 75 mm;

b. 

Ċarġis li jaqtgħu f’forma lineari li għandhom dawn kollha li ġejjin, u komponenti mfassla apposta għalihom:

1. 

Tagħbija splussiva akbar minn 40 g/m; u

2. 

Wisa’ ta’ 10 mm jew aktar;

c. 

Fil detonatur b’tagħbija splussiva fil-qalba akbar minn 64 g/m;

d. 

Għodod tal-qtugħ, ħlief għal dawk speċifikati f’1A008.b., u għodod ta’ stakkar, li għandhom Kwantità Splussiva Netta (NEQ) akbar minn 3,5 kg.

Nota Teknika:

“Kariki ffurmati” huma kariki splussivi ffurmati biex jiffokaw l-effetti tal-forza tal-isplużjoni.

1A102Komponenti tal-karbonju-karbonju pirolizzati u risaturati mfasslin għal-lanċaturi speċifikati f’9A004 jew għal rokits sonda speċifikati f’9A104.

1A202Strutturi komposti, minbarra dawk speċifikati f’1A002, fil-forma ta’ tubi u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

N.B.   ARA WKOLL 9A010 U 9A110.

a. 

Dijametru intern ta’ bejn 75 mm u 400 mm; u

b. 

Magħmulin bi kwalunkwe wieħed mill-“materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’1C010.a. jew b. jew 1C210.a. jew b’materjali preimpregnati bil-karbonju speċifikati f’1C210.c.

1A225Katalizzaturi miksijin bil-platinu mfasslin jew ippreparati apposta għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta’ skambju tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkuprar tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta’ ilma tqil.

1A226Imballaġġi speċjalizzati li jistgħu jintużaw fis-separazzjoni ta’ ilma tqil minn ilma ordinarju, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Magħmulin minn xibka tal-bronż fosforuż kimikament trattata sabiex ittejjeb il-kapaċità li tixxarrab; u

b. 

Imfasslin sabiex jintużaw fit-torrijiet tad-distillazzjoni f’vakwu.

1A227Twieqi bi lqugħ għar-radjazzjoni ta’ densità għolja (ħġieġ taċ-ċomb jew ieħor), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u frejmijiet iddisinjati apposta għalihom:

a. 

“Żona kiesħa” ikbar minn 0,09 m2;

b. 

Densità ikbar minn 3 g/cm3; kif ukoll

c. 

Ħxuna ta’ 100 mm jew akbar.

Nota Teknika:

F’1A227 t-terminu “żona kiesħa” jfisser il-parti viżwali tat-tieqa esposta għall-iktar livell baxx ta’ radjazzjoni fl-applikazzjoni tad-disinn.

1BTagħmir tal-Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni

1B001Tagħmir għall-produzzjoni jew l-ispezzjoni ta’ strutturi jew laminati “komposti” speċifikati f’1A002 jew “materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’1C010, kif ġej, u komponenti u aċċessorji mfasslin apposta għalihom:

N.B.   ARA WKOLL 1B101 U 1B201.

a. 

Magni għat-tkebbib tal-filamenti, li l-movimenti tagħhom għall-ippożizzjonar, it-tgeżwir u t-tkebbib tal-fibri huma kkoordinati u pprogrammati fuq tliet assi jew aktar ta’ “servopożizzjonament primarju”, imfasslin apposta għall-manifattura ta’ strutturi jew laminati “komposti”, minn “materjali fibrużi jew filamentari”;

b. 

“Magni għat-tqegħid tat-tejp”, li l-movimenti tagħhom għall-ippożizzjonar u t-tqegħid tat-tejp huma kkoordinati u pprogrammati fuq ħames assi jew aktar ta’ “servopożizzjonament primarju”, imfasslin apposta għall-manifattura ta’ strutturi “komposti” tal-oqfsa tal-inġenji tal-ajru jew ta’ “missili”;

Nota:   F’1B001.b., “missila” tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 1B001.b., “magni għat-tqegħid tat-tejp” għandhom il-kapaċità li jqiegħdu “strixxa ta’ filament” jew aktar b’limitu ta’ wisa’ ta’ aktar minn 25,4 mm sa 304,8 mm jew inqas, u li jaqtgħu u jerġgħu jibdew korsiji individwali ta’ “strixxi ta’ filament” matul il-proċess ta’ tqegħid.

c. 

Magni tal-insiġ multidirezzjonali u multidimensjonali jew magni tad-dafar, inklużi adattaturi u kittijiet ta’ modifika, imfasslin jew immodifikati apposta għall-insiġ, id-dafar jew l-immaljar ta’ fibri, għal strutturi “komposti”;

Nota Teknika:

Għall-iskopijiet ta' 1B001.c., it-teknika ta' dafar tinkludi l-innittjar.

d. 

Tagħmir imfassal apposta jew adattat għall-produzzjoni ta’ fibri ta’ rinfurzar, kif ġej:

1. 

Tagħmir għall-konverżjoni ta' fibri polimeriċi (bħal poliakrilonitril, rejon, żift jew polikarbosilan) f'fibri ta' karbonju jew fibri ta' karbur tas-siliċju, inkluż tagħmir speċjali sabiex tissikka ruħha l-fibra waqt it-tisħin;

2. 

Tagħmir għad-depożitar kimiku f'fażi ta' fwar ta' elementi jew komposti, fuq sottostrati filamentari msaħħna, għall-manifattura ta' fibri tal-karbur tas-siliċju;

3. 

Tagħmir għall-estrużjoni bl-umdità ta' ċeramika refrattarja (bħall-ossidu tal-aluminju);

4. 

Tagħmir għall-konverżjoni tal-aluminju li fih fibri prekursuri f'fibri tal-alumina permezz tat-trattament ta' sħana;

e. 

Tagħmir sabiex jipproduċi materjali preimprenjati speċifikati f’1C010.e. bil-metodu ta’ tidwib bis-sħana;

f. 

Tagħmir għall-ispezzjoni mhux distruttiva mfassal apposta għal materjali “komposti”, kif ġej:

1. 

Sistemi ta’ tomografija permezz tar-raġġi X għall-ispezzjoni tad-difetti tri-dimensjonali;

2. 

Magni tal-ittestjar ultrasoniċi kkontrollati b’mod diġitali li l-movimenti tagħhom għall-ippożizzjonar tat-transmettituri jew tar-riċevituri huma koordinati u programmati simultanjament f’erba’ assi jew aktar sabiex jissegwew il-kontorni tri-dimensjonali tal-komponent taħt spezzjoni.

g. 

“Magni għat-tqegħid ta’ kejbils ta’ filamenti”, li l-movimenti tagħhom għall-pożizzjonament u tqegħid ta’ kejbils ta’ filamenti huma kkoordinati u programmati f’żewġ assi jew aktar ta’ “servopożizzjonament primarju”, imfasslin apposta għall-manifattura ta’ strutturi “komposti” ta’ oqfsa tal-inġenji tal-ajru jew ta’ “missili”.

Nota Teknika:

Għall-iskopijiet ta’ 1B001.g., “magni għat-tqegħid tal-wajers” għandhom il-kapaċità li jqiegħdu “strixxa ta’ filament” waħda jew aktar li jkollhom wisa’ ta’ 25,4 mm jew inqas, u li jaqtgħu u jerġgħu jibdew korsiji individwali ta’ “strixxi ta’ filament” matul il-proċess ta’ tqegħid.

Noti Tekniċi:

1.   Għall-iskop ta’ 1B001, l-assi ta’ “servopożizzjonament primarju” jikkontrollaw permezz ta’ programm tal-kompjuter, il-pożizzjoni tat-tagħmir tat-tarf (jiġifieri, ir-ras) fl-ispazju apparagun tal-biċċa li qed tinħadem fl-orjentament u fid-direzzjoni korretta biex jinkiseb il-proċess mixtieq.

2.   Għall-iskopijiet ta’ 1B001, “strixxa ta’ filament” hija wisa’ unika kontinwa ta’ tejp, wajer, jew fibra kompletament jew parzjalment imxappin fir-reżina. 'Strixxi ta’ filament' imxappin fir-reżina kompletament jew parzjalment jinkludu dawk miksija bi trab fin li jeħel meta jissaħħan.

1B002Tagħmir iddisinjat biex jipproduċi trab jew materjal partikolat ta’ liga tal-metall, u li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Iddisinjat apposta sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni; u

b. 

Iddisinjat apposta għall-użu f’wieħed mill-proċessi speċifikati f’1C002.c.2.

N.B.   ARA WKOLL 1B102.

1B003Għodod, forom, forom imħaffra jew muntaġġi, għal “formazzjoni superplastika” jew “saldatura ta’ diffużjoni” ta’ titanju, aluminju jew il-ligi tagħhom, iddisinjati apposta għall-manifattura ta’ xi wieħed /waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Strutturi ajruspazjali jew ta’ oqfsa tal-inġenji tal-ajru;

b. 

Magni ta’ “inġenji tal-ajru” jew tal-ajruspazju; jew

c. 

Komponenti mfasslin apposta għall-istrutturi speċifikati f’1B003.a. jew għall-magni speċifikati f’1B003.b.

1B101Tagħmir, minbarra dak speċifikat f’1B001, għall-“produzzjoni” ta’ kompożiti strutturali kif ġej; u komponenti u aċċessorji mfasslin apposta għalih:

N.B.   ARA WKOLL 1B201.

Nota:   Komponenti u aċċessorji speċifikati f'1B101 inkluż forom imħaffrin, mandrini tat-torn, forom imnaqqxin, muntaġġi u għodod għall-ippressar tal-preforma, għall-ikkurar, l-ikkastjar, it-tgħaqqid bis-sħana jew l-irbit ta' strutturi kompożiti, laminati u l-manifatturi tagħhom.

a. 

Magni għat-tkebbib tal-filamenti jew magni għat-tqegħid tal-fibri li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid, it-tgeżwir u t-tkebbib ta’ fibri jistgħu jiġu kkoordinati u pprogrammati fuq tliet assi jew aktar, imfasslin għall-manifattura ta’ strutturi jew laminati komposti minn “materjali fibrużi jew filamentari”, u kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw;

b. 

Magni għat-tqegħid tat-tejp li l-movimenti tagħhom għall-pożizzjonament u għat-tqegħid tat-tejp u l-folji jistgħu jiġu kkoordinati u pprogrammati fuq żewġ assi jew aktar, imfasslin għall-manifattura ta’ strutturi komposti tal-oqfsa tal-inġenji tal-ajru u ta’ “missili”;

c. 

Tagħmir imfassal jew immodifikat għall-“produzzjoni” ta’ “materjali fibrużi jew filamentari” kif ġej:

1. 

Tagħmir għall-konverżjoni ta' fibri polimeriċi (bħal poliakrilonitril, rejon jew polikarbosilan) inkluż tagħmir speċjali sabiex tissikka ruħha l-fibra waqt it-tisħin;

2. 

Tagħmir għad-depożizzjoni bil-fwar ta' elementi jew komposti fuq sottostrati tal-filamenti msaħħna;

3. 

Tagħmir għall-estrużjoni bl-umdità ta' ċeramika refrattarja (bħall-ossidu tal-aluminju);

d. 

Tagħmir imfassal jew immodifikat għat-trattament speċjali tal-wiċċ tal-fibra jew għall-produzzjoni ta’ materjali preimprenjati u preforom speċifikati fl-entrata 9C110.

Nota:   1B101.d. jinkludi rombli, tagħmir għat-tiġbid, għall-kisi, għall-qtugħ u forom tal-qtugħ.

1B102“Tagħmir tal-produzzjoni” tat-trab tal-metall, minbarra dak speċifikat f’1B002, u l-komponenti kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 1B115.b.

a. 

“Tagħmir tal-produzzjoni” tat-trab tal-metall li jista’ jintuża għall-“produzzjoni”, f’ambjent ikkontrollat, ta’ materjali sferiċi, sferojdali jew atomizzati speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111.a.1., 1C111.a.2. jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

b. 

Komponenti mfassla apposta għat-“tagħmir tal-produzzjoni” speċifikat f’1B002 jew 1B102.a.

Nota:   1B102 jinkludi:

a. 

Ġeneraturi tal-plażma (ġett tal-ark ta’ frekwenza għolja) li jistgħu jintużaw sabiex jinkisbu trabijiet metalliċi depożitati bil-pulverizzazzjoni jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess f’ambjent argon-ilma;

b. 

Tagħmir ta’ elettrosplużjoni li jista’ jintuża sabiex jinkisbu trabijiet metalliċi atomizzati jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess f’ambjent argon-ilma;

c. 

Tagħmir li jista’ jintuża għall-“produzzjoni” ta’ trabijiet tal-aluminju sferiċi bil-pulverizzazzjoni ta’ tidwiba f’medjum inert (pereż. in-nitroġenu).

1B115Tagħmir, minbarra dak speċifikat f’1B002 jew 1B102, għall-produzzjoni ta’ propellant u kostitwenti ta’ propellant, kif ġej, u komponenti mfasslin apposta għalih:

a. 

“Tagħmir tal-produzzjoni” għall-“produzzjoni”, l-immaniġġar jew l-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ propellanti likwidi jew kostitwenti ta’ propellanti speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;

b. 

“Tagħmir tal-produzzjoni” għall-“produzzjoni”, l-immaniġġar, it-taħlit, it-twebbis, l-ikkastjar, l-ippressar, l-immaxinjar, l-estrużjoni jew l-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ propellanti jew kostitwenti ta’ propellanti solidi speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota:   1B115.b. ma jkoprix il-kontrolli fuq miksers ta' taħlita f'daqqa, il-miksers kontinwi jew l-imtieħen idrawliċi. Għall-kontroll ta’ tagħmir għat-taħlit diskontinwu, kontinwu jew imtieħen ta’ enerġija bil-fluwidu ara 1B117, 1B118 u 1B119.

Nota 1:   Għal tagħmir imfassal apposta għall-produzzjoni ta’ merkanzija militari, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota 2:   1B115 ma jkoprix il-kontrolli fuq tagħmir għall-“produzzjoni”, l-immaniġġar u l-ittestjar għall-aċċettazzjoni tal-karbur tal-boron.

1B116Żennuni mfasslin apposta għall-produzzjoni ta’ materjali miksubin pirolitikament ifformati fuq forma, mandrin jew sottostrat ieħor minn gassijiet prekursuri li jiddekomponu fil-firxa ta’ temperatura minn 1 573  K (1 300  °C) sa 3 173  K (2 900 °C) fi pressjonijiet minn 130 Pa sa 20 kPa.

1B117Tagħmir għat-taħlit diskontinwu li għandu dawn kollha li ġejjin, u komponenti mfassla apposta għalih:

a. 

Imfassal jew modifikat għat-taħlit f’vakwu fil-firxa minn żero sa 13,326 kPa:

b. 

Kapaċi jikkontrolla t-temperatura tal-kompartiment tat-taħlit;

c. 

Kapaċità volumetrika totali ta’ 110 litri jew aktar; kif ukoll

d. 

Ikollhom mill-inqas “xaft għat-taħlit / impastar” immuntat lil hinn miċ-ċentru.

Nota:   F’1B117.d. it terminu “xaft għat-taħlit/impastar” ma jirreferix għad-deagglomeraturi jew is-skieken rotattivi.

1B118Tagħmir għat-taħlit kontinwu li għandu dawn kollha li ġejjin, u komponenti mfassla apposta għalih:

a. 

Imfassal jew modifikat għat-taħlit f’vakwu fil-firxa minn żero sa 13,326 kPa;

b. 

Kapaċi jikkontrolla t-temperatura tal-kompartiment tat-taħlit;

c. 

xi waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Ikollhom żewġ xaftijiet jew aktar għat-taħlit / għall-impastar; jew

2. 

Dawn kollha li ġejjin:

a. 

Xaft singolu li jdur u oxxillanti bi snien / pinnijiet għall-impastar; u

b. 

Snien / pinnijiet għall-impastar fil-kejsing tal-kompartiment tat-taħlit.

1B119Imtieħen bil-ġett li jistgħu jintużaw għat-tħin jew għall-milling tas-sustanzi speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, u l-komponenti mfasslin apposta għalihom.

1B201Magni għat-tkebbib tal-filamenti, minbarra dawk speċifikati f’1B001 jew 1B101, u t-tagħmir relatat, kif ġej:

a. 

Magni għat-tkebbib tal-filamenti li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Għandhom movimenti għall-ippożizzjonar, it-tgeżwir, u t-tkebbib ta' fibri koordinati u programmati fuq żewġ assi jew aktar;

2. 

Imfasslin apposta sabiex jiffabbrikaw strutturi jew laminati komposti minn “materjali fibrużi jew filamentari”; kif ukoll

3. 

Kapaċi jkebbu tubi ċilindriċi b’dijametru intern bejn 75 u 650 mm u tulijiet ta’ 300 mm jew iktar;

b. 

Kontrolli ta’ koordinazzjoni u pprogrammar għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f’1B201.a.;

c. 

Mandrini ta’ preċiżjoni għall-magni għat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f’1B201.a.

1B225Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu li jifilħu jipproduċu iktar minn 250 g ta’ fluworu fis-siegħa.

1B226Separaturi elettromanjetiċi tal-isotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta’ raġġ joniku ta’ 50 mA jew ogħla.

Nota:   1B226 jinkludi separaturi:

a. 

Li kapaċi jarrikkixxu isotopi stabbli;

b. 

Bis-sorsi joniċi u l-kolletturi t-tnejn fil-kamp manjetiku u dawk il-konfigurazzjonijiet fejn huma barra mill-kamp manjetiku.

1B228Kolonni ta’ distillazzjoni krijoġenika tal-idroġenu li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Iddisinjati sabiex jaħdmu b’temperaturi interni ta’ 35 K (– 238 °C) jew inqas;

b. 

Iddisinjati sabiex jaħdmu bi pressjoni interna ta’ 0,5 sa 5 MPa;

c. 

Magħmula, jew minn:

1. 

Azzar inossidabbli tas-serje 300 tal-Għaqda tal-Inġiniera Awtomobilistiċi (Society of Automotive Engineers - SEA) b’kontenut baxx ta’ kubrit u bi granularità awstenitika skont l-ASTM (jew standard ekwivalenti) ta’ 5 jew ikbar; jew

2. 

Materjali ekwivalenti li huma kemm krijoġeniċi kif ukoll kompatibbli mal-idroġenu (H2); u

d. 

B’dijametri interni ta’ 30 cm jew ikbar u “tulijiet effettivi” ta’ 4 m jew ikbar.

Nota Teknika:

F’1B228 “tul effettiv” tfisser l-għoli attiv tal-imballaġġar f’kolonna tat-tip ippakkjata jew l-għoli attiv tal-pjanċi tal-kuntattur interni f’kolonna tat-tip bil-pjanċi.

1B230Pompi li kapaċi jiċċirkulaw soluzzjonijiet ta’ katalizzatur ta’ amidju tal-potassju kkonċentrat jew dilwit f’ammonijaka likwida (KNH2/NH3), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Mitbuqin (jiġifieri ssiġillati ermetikament);

b. 

Kapaċità ikbar minn 8,5 m3/h; u

c. 

Waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Għal soluzzjonijiet ta’ amidju tal-potassju konċentrati (1 % jew iktar), pressjoni ta’ tħaddim minn 1,5 sa 60 MPa; jew

2. 

Għal soluzzjonijiet ta' amidju tal-potassju dilwiti (inqas minn 1 %), pressjoni ta' tħaddim minn 20 sa 60 MPa.

1B231Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a. 

Faċilitajiet jew impjanti għall-produzzjoni, l-irkupru, l-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni, jew l-immaniġġar tat-tritju;

b. 

Tagħmir għal faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:

1. 

Unitajiet tar-refriġerazzjoni bl-idroġenu jew bl-elju li kapaċi jkessħu sa 23 K (– 250 °C) jew inqas, b’kapaċità tat-tneħħija tas-sħana ogħla minn 150 W;

2. 

Sistemi ta’ ħażna jew ta’ purifikazzjoni tal-isotopi tal-idroġenu bl-użu ta’ idruri metalliċi bħala l-mezz tal-ħażna jew tal-purifikazzjoni.

1B232Turbini ta’ espansjoni jew settijiet ta’ turbini ta’ espansjoni-kompressjoni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Imfasslin sabiex jaħdmu f’temperatura tal-iżbokk ta’ 35 K (– 238 °C) jew inqas; kif ukoll

b. 

Imfasslin għal throughput ta’ gass idroġenu ta’ 1 000  kg/h jew iktar.

1B233Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju, u s-sistemi u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a. 

Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju;

b. 

Tagħmir għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju, abbażi tal-proċess ta’ amalgama tal-litju-merkurju kif ġej:

1. 

Kolonni ta’ skambju bejn likwidu-likwidu ppakkjati, imfasslin apposta għall-amalgami tal-litju;

2. 

Pompi għall-merkurju jew l-amalgami tal-litju;

3. 

Ċelluli tal-elettroliżi għall-amalgami tal-litju;

4. 

Evaporaturi għas-soluzzjoni kkonċentrata tal-idrossidu tal-litju.

c. 

Sistemi għall-iskambju ta’ joni mfasslin apposta għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju, u l-komponenti mfasslin apposta għalihom;

d. 

Sistemi ta’ skambju kimiku (li jużaw eteri tal-kuruna, kriptandi u eteri tal-larjat), imfasslin apposta għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju, u l-komponenti mfasslin apposta għalihom.

1B234Reċipjenti, kompartimenti, kontenituri għall-konteniment ta’ splussiv qawwi, u apparat ieħor simili ta’ konteniment imfassal għall-ittestjar ta’ splussiv qawwi jew apparat splussiv u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

N.B.   ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a. 

Imfasslin sabiex iżommu kompletament splużjoni ekwivalenti għal 2 kg ta’ trinitrotoluwen (TNT) jew aktar; u

b. 

Ikollhom l-elementi jew il-karatteristiċi ta’ tfassil li jippermettu trasferiment f’ħin reali jew imdewwem ta’ informazzjoni dijanjostika jew ta’ kejl.

1B235Assemblaġġi u komponenti tat-target għall-produzzjoni tat-tritju kif ġej:

a. 

Assemblaġġi tat-target magħmulin mil-litju arrikkit fl-isotopu litju-6 mfassla apposta għall-produzzjoni tat-tritju permezz tal-irradjazzjoni, inkluż l-inseriment f’reattur nukleari;

b. 

Komponenti mfassla apposta għall-assemblaġġi tat-target f’1B235.a.

Nota Teknika:

Komponenti mfassla apposta għall-assemblaġġi speċifikati għall-produzzjoni tat-tritju jistgħu jinkludu griebeb tal-litju, assorbituri tat-tritju, kif ukoll koperturi b’kisi speċjali.

1CMaterjali

Nota Teknika:

Metalli u ligi:
Dejjem jekk ma ssir l-ebda dispożizzjoni kuntrarja, il-kliem “metalli” u “ligi” minn 1C001 sa 1C012 ikopru l-forom grezzi u semifabbrikati, kif ġej:
Forom grezzi:
Anodi, blalen, żbarri (inkluż żbarri intaljati u żbarri tal-wajer), billetti, blokok, blooms, brikketti, tjun, katodi, kristalli, kubi, dadi, frak, granuli, ingotti, bċejjeċ, griebeb, mases tawwalin, trab, rondelli, balal, ċangaturi, biċċiet tondi, sponoż, stikek;
Forom semifabbrikati (sew jekk miksija, ibbanjati, imtaqqbin jew ippuntellati u sew jekk le):
a. 

Materjali tal-ferrobattut jew maħdumin fabbrikati permezz ta’ rrumblar, ġbid, estrużjoni, forġa, estrużjoni b’impatt, ippressar, trammil, atomizzazzjoni u tħin, jiġifieri: angoli, kanali, ċrieki, diski, trab, laqx, fuljetti u folji, metall mikwi, pjanċi, trab, oġġetti ppressati u stampati, żigarelli, ċrieki, vireg (inklużi vireg mikxufin għall-iwweldjar, vireg tal-wajer, u wajer irrumblat), sezzjonijiet, forom, folji, strixxi, pajpijiet u tubi (inkluż tondi, kwadri u vojta), wajer imġebbed jew bl-estrużjoni;

b. 

Materjal ikkastjat prodott b’ikkastjar fir-ramel, matriċi, ikkastjar tal-metall, ġibs jew materjali oħra, inkluż ikkastjar bi pressjoni għolja, forom sinterizzati, u forom magħmula bil-metallurġija tat-trab.

L-għan tal-kontrolli m'għandux jintilef bl-esportazzjoni ta' forom mhux elenkati li allegatament jkunu prodotti lesti iżda li jirrappreżentaw fir-realtà forom grezzi jew forom semifabbrikati.

1C001Materjali mfasslin apposta għall-assorbiment ta’ radjazzjoni elettromanjetika, jew polimeri intrinsikament konduttivi, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 1C101.

a. 

Materjali sabiex jassorbu frekwenzi li jeċċedu 2 × 108 Hz iżda huma inqas minn 3 × 1012 Hz;

Nota 1:   1C001.a. ma jikkontrollax:

a. 

Assorbituri tat-tip “xagħar”, magħmula minn fibri naturali jew sintetiċi, b’tagħbija mhux manjetika sabiex ikun permess l-assorbiment;

b. 

Assorbituri li ma għandhom l-ebda telf manjetiku u li l-wiċċ inċidenti huwa ta’ forma mhux ċatta, inklużi piramidi, koni, priżmi u wċuħ spirali;

c. 

Assorbituri ċatti, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Magħmula minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Materjali tal-fowm plastiku (flessibli jew mhux flessibli) miżjudin bil-karbonju, jew materjali organiċi, inklużi aġenti li jgħaqqdu, li jipprovdu aktar minn 5 % eku kkomparati mal-metall fuq wisa’ tal-banda li teċċedi l-±15 % tal-frekwenza ċentrali tal-enerġija inċidenti, u mhux kapaċi jirreżistu temperaturi ogħla minn 450 K (177 °C); jew

b. 

Materjali taċ-ċeramika li jipprovdu aktar minn 20 % eku meta kkomparati mal-metall fuq wisa’ tal-banda li teċċedi l-±15 % tal-frekwenza ċentrali tal-enerġija inċidenti, u mhux kapaċi jirreżistu temperaturi ogħla minn 800 K (527 °C);

Nota Teknika:

Kampjuni għall-ittestjar tal-assorbiment għal 1C001.a. Nota: 1.c.1. għandu jkunu kwadru b'tal-inqas 5 tulijiet ta' mewġ tal-frekwenza ċentrali fuq naħa u pożizzjonati fil-kamp imbiegħed tal-element radjanti.

2. 

Saħħa tensili ta’ inqas minn 7 × 106 N/m2; u

3. 

Saħħa kompressiva ta’ inqas minn 14 × 106 N/m2;

d. 

Assorbituri ċatti magħmulin minn ferrite sinterizzata, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Gravità speċifika ogħla minn 4,4; kif ukoll

2. 

Temperatura operattiva massima ta’ 548 K (275 °C) jew inqas;

e. 

Assorbituri ċatti li ma għandhom l-ebda telf manjetiku u magħmula minn materjal tal-plastik “fowm b’ċelluli miftuħa” b’densità ta’ 0,15 g/cm3 jew inqas.

Nota Teknika:

“Fowms b’ċelloli miftuħa” huma materjali flessibbli u porużi, bi struttura interna miftuħa għall-atmosfera. “Fowms b’ċelloli miftuħa” huma magħrufin ukoll bħala fowms retikolati.

Nota 2:   Xejn min-Nota 1 sa 1C001.a. ma jeskludi lill-materjali manjetiċi sabiex jipprovdu assorbiment meta jkunu jinsabu fiż-żebgħa.

b. 

Materjali mhux trasparenti għad-dawl viżibbli u mfasslin apposta biex jassorbu r-radjazzjoni kważi infraħamra b’tul tal-mewġa li jaqbeż it-810 nm iżda inqas minn 2 000  nm (frekwenzi li jaqbżu l-150 THz iżda inqas minn 370 THz);

Nota:   1C001.b. ma tkoprix il-materjali ta’ kontroll, imfasslin jew ifformulati apposta għal xi waħda minn dawn l-applikazzjonijiet:

a. 

Immarkar bil-“laser” ta’ polimeri; jew

b. 

Iwweldjar bil-“laser” ta’ polimeri.

c. 

Materjali polimeriċi intrinsikament konduttivi b’“konduttività elettrika tal-volum” ogħla minn 10 000 S/m (Siemens kull metru) jew “reżistività tal-wiċċ” ta’ inqas minn 100 ohm/kwadrat, ibbażati fuq xi wieħed mill-polimeri li ġejjin:

1. 

Polianilin;

2. 

Polipirrol;

3. 

Politijofen;

4. 

Polifenilen-vinilen; jew

5. 

Politijenilen-vinilen.

Nota:   1C001.c. ma jkoprix il-kontrolli fuq materjali f’forma likwida.

Nota Teknika:

“Konduttività elettrika tal-volum” u “reżistività tal-wiċċ” għandhom jiġu ddeterminati bl-użu tal-ASTM D-257 jew l-ekwivalenti nazzjonali.

1C002Ligi tal-metall, trab tal-ligi tal-metall u materjali tal-ligi, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 1C202.

Nota:   1C002 ma jkoprix il-kontrolli fuq ligi tal-metall, trab tal-ligi tal-metall u materjali tal-ligi, ifformulati speċifikament għall-kisi tas-sottostrati.

Noti Tekniċi:

1.   Il-ligi tal-metall f’1C002 huma dawk li jkollhom persentaġġ ogħla ta’ piż skont il-piż tal-metall imsemmi minn kwalunkwe element ieħor.

2.   Ir-“reżistenza għall-istress” għandha titkejjel skont l-istandard ASTM E-139 jew l-ekwivalenti nazzjonali.

3.   Ir-“reżistenza għar-reħja b’għadd baxx ta’ ċikli” għandha titkejjel skont l-istandard tal-ASTM E-606 “Recommended Practice for Constant-Amplitude Low-Cycle Fatigue Testing” jew l-ekwivalenti nazzjonali. L-ittestjar għandu jkun assjali bi proporzjon ta’ stress medju ugwali għal 1 u fattur ta’ konċentrazzjoni ta’ stress (Kt) ugwali għal 1. Il-proporzjon tal-istress medju hu definit bħala l-istress massimu li jitnaqqas minnu l-istress minimu, diviż bl-istress massimu.

a. 

Aluminidi, kif ġej:

1. 

Aluminidi tan-nikil li jkollhom minimu ta’ 15 % tal-piż f’aluminju, massimu ta’ 38 % tal-piż f’aluminju u tal-inqas element addizzjonali ta’ ligar;

2. 

Aluminidi tat-titanju li jkollhom 10 % jew aktar tal-piż f’aluminju u tal-inqas element addizzjonali ta’ ligar.

b. 

Ligi tal-metall, kif ġej, magħmulin minn trab jew materjal partikulat speċifikat f’1C002.c.:

1. 

Ligi tan-nikil li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a. 

“Ħajja sa ma jinqasmu bl-istress” ta’ 10 000 siegħa jew aktar f’923 K (650 °C) bi stress ta’ 676 MPa; jew

b. 

“Ħajja tar-reħja b’għadd baxx ta’ ċikli” ta’ 10 000 ċiklu jew aktar f’823 K (550 °C) bi stress massimu ta’ 1 095  MPa;

2. 

Ligi tan-nijobju li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a. 

“Ħajja sa ma jinqasmu bl-istress” ta’ 10 000 siegħa jew aktar f’1 073  K (800 °C) bi stress ta’ 400 MPa; jew

b. 

“Ħajja tar-reħja b’għadd baxx ta’ ċikli” ta’ 10 000 ċiklu jew aktar fi 973 K (700 °C) bi stress massimu ta’ 700 MPa;

3. 

Ligi tat-titanju li għandhom xi wieħed mill-karattreristiċi li ġejjin:

a. 

“Ħajja sa ma jinqasmu bl-istress” ta’ 10 000 siegħa jew aktar f’723 K (450 °C) bi stress ta’ 200 MPa; jew

b. 

“Ħajja tar-reħja b’għadd baxx ta’ ċikli” ta’ 10 000 ċiklu jew aktar fi 723 K (450 °C) bi stress massimu ta’ 400 MPa;

4. 

Ligi tal-aluminju li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Saħħa tensili ta’ 240 MPa jew aktar f’temperatura ta’ 473 K (200 °C); jew

b. 

Saħħa tensili ta’ 415 MPa jew aktar f’temperatura ta’ 298 K (25 °C);

5. 

Ligi tal-manjeżju li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Saħħa tensili ta’ 345 MPa jew aktar; u

b. 

Rata ta’ korrużjoni ta’ inqas minn 1 mm/sena f’soluzzjoni milwiema ta’ 3 % ta’ klorur tas-sodju mkejla skont l-istandard G-31 tal-ASTM jew l-ekwivalenti nazzjonali;

c. 

Trab jew materjal partikulat ta’ liga tal-metall, li għandu dan kollu li ġej:

1. 

Magħmul minn xi waħda mis-sistemi ta' kompożizzjoni li ġejjin:

Nota Teknika:

X f’dawn li ġejjin tfisser element wieħed ta’ ligar jew aktar.

a. 

Ligi tan-nikil (Ni-Al-X, Ni-X-Al) li jikkwalifikaw għal partijiet jew komponenti ta’ magni b’turbina, jiġifieri b’inqas minn 3 partikoli mhux metalliċi (imdaħħlin waqt il-proċess ta’ manifattura) ikbar minn 100 μm f’109 partikoli tal-liga;

b. 

Ligi tan-nijobju (Nb-Al-X jew Nb-X-Al, Nb-Si-X jew Nb-X-Si, Nb-Ti-X jew Nb-X-Ti);

c. 

Ligi tat-titanju (Ti-Al-X jew Ti-X-Al);

d. 

Ligi tal-aluminju (Al-Mg-X jew Al-X-Mg, Al-Zn-X jew Al-X-Zn, Al Fe-X jew Al-X-Fe); jew

e. 

Ligi tal-manjeżju (Mg-Al-X jew Mg-X-Al);

2. 

Magħmul f'ambjent ikkontrollat b'xi wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin:

a. 

“Atomizzazzjoni taħt vakwu”;

b. 

“Atomizzazzjoni bil-gass”;

c. 

“Atomizzazzjoni rotatorja”;

d. 

“Tkessiħ rapidu”;

e. 

“Tkessiħ rapidu b’rotazzjoni” u “tifrik”;

f. 

“Estrazzjoni mit-tidwib” u “tifrik”;

g. 

“Illigar mekkaniku”; jew

h. 

“Atomizzazzjoni tal-plażma”; kif ukoll

3. 

Kapaċi jifforma materjali speċifikati f'1C002.a. jew 1C002.b.;

d. 

Materjali legati li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Magħmulin minn xi waħda mis-sistemi ta' kompożizzjoni speċifikati f'1C002.c.1.;

2. 

Fil-forma ta’ biċċiet żgħar, żigarelli jew vireg irqaq mhux imfarrkin; kif ukoll

3. 

Prodotti f'ambjent ikkontrollat minn xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

“Tkessiħ rapidu”;

b. 

“Tkessiħ rapidu b’rotazzjoni”; jew

c. 

“Estrazzjoni mit-tidwib”.

Noti Tekniċi:

1.   “Atomizzazzjoni f’vakwu” hija proċess li bih fluss ta’ metall imdewweb jsir qtar ta’ dijametru ta’ 500 μm jew inqas permezz tal-evoluzzjoni rapida ta’ gass maħlul hekk kif jiġi espost għal vakwu.

2.   “Atomizzazzjoni bil-gass” hija proċess li bih fluss ta’ liga tal-metall imdewweb jsir qtar ta’ dijametru ta’ 500 μm jew inqas permezz ta’ fluss ta’ gass taħt pressjoni għolja.

3.   “Atomizzazzjoni ċentrifugali” hija proċess li bih fluss jew għadira ta’ metall imdewweb jiġi ridott għal qtar ta’ dijametru ta’ 500 μm jew inqas permezz ta’ forza ċentrufugali.

4.   “Tkessiħ rapidu” huwa proċess li bih fluss ta’ metall imdewweb isir solidu b’mod rapidu billi jmiss ma’ blokka mkessħa u b’hekk jifforma prodott f’forma ta’ laqx.

5.   “Tempra Rapida” hija proċess sabiex jiġi “ssolidifikat rapidament” fluss ta' metall imdewweb li jaħbat ma' blokka mkessħa rotanti, u jifforma prodott li jixbah lil laqx, żigarella jew virga.

6.   “Tifrik” huwa proċess sabiex materjal jiċċekken f'partiċelli żgħar permezz ta' tifrik jew tħin.

7.   “Estrazzjoni mit-tidwib” hija proċess ta' “solidifikazzjoni rapida” u estrazzjoni ta' prodott ta' liga li qisu żigarella permezz tal-inseriment ta' segment qasir ta' blokka mkessħa rotanti f'banju ta' liga tal-metall imdewba.

8.   “Ligar mekkaniku” huwa proċess ta' lligar li jirriżulta mill-għaqda, it-tkissir u t-tgħaqqid mill-ġdid ta' trabijiet tal-ligi elementali u primi permezz ta’ impatt mekkaniku. Partiċelli mhux metalliċi jistgħu jiġi inkorporati fil-liga bl-addizzjoni tat-trabijiet approprjati.

9.   “Atomizzazzjoni tal-plażma” hija proċess biex il-fluss imdewweb jew il-metall solidu jsir qtar b’dijametru ta’ 500 μm jew inqas bl-użu ta’ toroċ tal-plażma f’ambjent ta’ gass inerti

10.   Is-“solidifikazzjoni rapida” hija proċess li jinvolvi t-twebbis ta’ materjal imdewweb b’rati ta’ tkessiħ li jaqbżu l-1 000  K/s..

1C003Metalli manjetiċi, ta’ kull tip u ta’ kwalunkwe forma, li għandhom karatteristika minn dawn li ġejjin:

a. 

Permeabilità relattiva inizjali ta’ 120 000 jew aktar u ħxuna ta’ 0,05 mm jew inqas;

Nota Teknika:

Il-kejl tal-permeabilità relattiva inizjali jrid isir fuq materjali kompletament ittemprati.

b. 

Ligi manjetostrittivi li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1. 

Manjetostrizzjoni ta’ saturazzjoni ta’ aktar minn 5 × 10-4; jew

2. 

Fattur tal-akkoppjar manjetomekkaniku (k) ta’ aktar minn 0,8; jew

c. 

Strippi ta’ ligi amorfi jew “nanokristallini”, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Kompożizzjoni li għandha minimu ta’ 75 % skont il-piż ta’ ħadid, kobalt jew nikil;

2. 

Induzzjoni manjetika ta’ saturazzjoni (Bs) ta’ 1,6 T jew aktar; kif ukoll

3. 

Karratteristika minn dawn li ġejjin:

a. 

Ħxuna tal-istrippa ta’ 0,02 mm jew inqas; jew

b. 

Reżistività elettrika ta’ 2 × 10–4 ohm cm jew aktar.

Nota Teknika:

Materjali “nanokristallini” f’1C003.c. huma dawk il-materjali li għandhom daqs ta’ farka ta’ kristall ta’ 50 nm jew inqas, kif iddeterminat bid-diffrazzjoni bir-raġġi-X.

1C004Ligi tal-uranju titanju jew ligi tat-tungstenu b’“matriċi” bbażata fuq ħadid, nikil jew ram, li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Densità ogħla minn 17,5 g/cm3;

b. 

Limitu elastiku ogħla minn 880 MPa;

c. 

Saħħa tensili aħħarija li taqbeż l-1 270 MPa; kif ukoll

d. 

Elongazzjoni ogħla minn 8 %.

1C005Kondutturi “komposti”“superkonduttivi” f’tulijiet li jaqbżu l-100 m jew b’massa ikbar minn 100 g, kif ġej:

a. 

Kondutturi “komposti”“superkonduttivi” li fihom “filamenti” tan-nijobju-titanju wieħed jew aktar, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Huma integrati f’“matriċi” li mhix “matriċi” tar-ram jew waħda mħallta bbażata fuq ir-ram; kif ukoll

2. 

Għandhom erja tas-sezzjoni trasversali iżgħar minn 0,28 × 10-4 mm2 (6 μm fid-dijametru għal “filamenti” ċirkulari);

b. 

Kondutturi “komposti”“superkonduttivi” li jikkonsistu minn wieħed jew aktar filamenti “superkonduttivi” barra dawk nijobju-titanju, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. 

“Temperatura kritika” waqt induzzjoni manjetika żero ogħla minn 9,85 K (– 263,31 °C); kif ukoll

2. 

Jibqgħu fl-istat “superkonduttiv” f’temperatura ta’ 4,2 K (-268,96°C) meta jkunu esposti għal kamp manjetiku orjentat fi kwalunkwe direzzjoni perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-konduttur u li jikkorrispondi għal induzzjoni manjetika ta’ 12 T b’densità kritika ta’ kurrent ogħla minn 1 750  A/mm2 fuq is-sezzjoni trasversali totali tal-konduttur;

c. 

Kondutturi “komposti”“superkonduttivi” li jikkonsistu f’“filament”“superkonduttiv” wieħed jew aktar li jibqgħu “superkonduttivi” f’aktar minn 115 K (– 158,16 °C).

Nota Teknika:

Għall-iskop ta’ 1C005, il-“filamenti” jistgħu jkunu f’forma ta’ wajer, ċilindru, pellikola, tejp jew żigarella.

1C006Fluwidi u materjali lubrikanti, kif ġej:

a. 

Mhux użat;

b. 

Materjali lubrikanti li bħala l-ingredjenti prinċipali tagħhom għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

Fenilen, jew eteri jew tioeteri tal-alkilfenilen jew it-taħlitiet tagħhom, li jkollhom aktar minn żewġ funzjonijiet ta’ etere jew ta’ tioetere jew ta’ taħlitiet tagħhom; jew

2. 

Fluwidi tas-silikonu fluworurat b’viskożità kinematika ta’ inqas minn 5 000  mm2/s (5 000 centistokes) meta imkejla f’298 K (25°C);

c. 

Fluwidi ta’ ammortizzament jew ta’ flotazzjoni li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Purità li teċċedi d-99,8 %;

2. 

Fihom inqas minn 25 partikola ta’ 200 μm jew ikbar fid-daqs għal kull 100 ml; kif ukoll

3. 

Magħmulin minn tal-inqas 85 % ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Id-dibromotetrafluworoetan (CAS 25497-30-7, 124-73-2, 27336-23-8);

b. 

Il-poliklorotrifluworoetilen (modifiki taż-żejt u tax-xama’ biss); jew

c. 

Polibromotrifluworoetilen;

d. 

Fluwidi fluworokarburi ddisinjati għat-tkessiħ elettroniku u bil-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Fihom 85 % skont il-piż jew aktar ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin, jew taħlitiet tagħhom:

a. 

Forom monomeriċi ta’ perfluworopolialkiletere-trijażini jew ta’ eteri perfluworoalifatiċi;

b. 

Perfluworoalkilamini;

c. 

Perfluworoċikloalkani; jew

d. 

Perfluworoalkani;

2. 

Densità f'temperatura ta' 298 K (25°C) ta' 1,5 g/ml jew aktar;

3. 

Fi stat likwidu f’temperatura ta’ 273 K (0 °C); kif ukoll

4. 

Mas-60 % skont il-piż jew aktar ta’ fluworu.

Nota:   1C006.d. ma jkoprix il-kontrolli fuq il-materjali speċifikati u ppakkettati bħala prodotti mediċi.

1C007Trab taċ-ċeramika, materjali “komposti” tal-“matriċi” taċ-ċeramika u “materjali prekursuri”, kif ġej:

N.B.:   ARA WKOLL 1C107.

a. 

Trabijiet taċ-ċeramika ta’ diborur tat-titanju (TiB2) (CAS 12045-63-5) li jkollhom impuritajiet metalliċi totali, esklużi żidiet intenzjonali, ta’ inqas minn 5 000  ppm, bid-daqs medju ta’ partikolari ta’ 5 μm jew inqas u mhux iktar minn 10 % tal-partikoli li jkunu ikbar minn 10 μm;

b. 

Mhux użat;

c. 

Materjali “komposti” tal-“matriċi” taċ-ċeramika kif ġej:

1. 

Materjali “kompożiti” taċ-ċeramika-ċeramika b’“matriċi” ta' ħġieġ jew ossidu u rinfurzati b'xi waħda milli ġejjin:

a. 

Fibri kontinwi magħmulin minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1. 

Al2O3 (CAS 1344-28-1); jew

2. 

Si-C-N; jew

Nota:   1C007.c.1.a. ma jikkontrollax “kompożiti” li jkollhom fibri b’saħħa tensili ta’ inqas minn 700 MPa f’temperatura ta’ 1 273  K (1 000  °C) jew reżistenza tal-fibra għad-deformazzjoni tensili ta’ aktar minn 1 % pressjoni tal-qsim b’tagħbija ta’ 100 MPa u 1 273  K (1 000  °C) għal 100 siegħa.

b. 

Fibri li jkunu dan kollu li ġej:

1. 

Magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

a. 

Si-N;

b. 

Si-C;

c. 

Si-Al-O-N; jew

d. 

Si-O-N; u

2. 

“Saħħa tensili speċifika” li teċċedi 12,7 × 103 m;

2. 

Materjali “kompożiti” tal-“matriċi” taċ-ċeramika, b’“matriċi” ffurmata minn karburi jew nitruri tas-siliċju, żirkonju jew boron.

d. 

Mhux użat;

e. 

“Materjali prekursuri” ddiżinjati speċjalment għall-“produzzjoni” ta’ materjali speċifikati f’1C007.c., kif ġej:

1. 

Polidijorganosilani;

2. 

Polisilażani;

3. 

Polikarbosilażani;

Nota Teknika:

Għall-iskopijiet ta’ 1C007, 'materjali prekursuri' huma materjali polimeriċi jew metalloorganiċi għal użu speċjali użat fil-“produzzjoni” ta’ karbur tas-siliċju, nitrur tas-siliċju, jew ċeramiki bis-siliċju, il-karbonju jew in-nitroġenu.

f. 

Mhux użat.

1C008Sustanzi polimeriċi mhux fluworurati kif ġej:

a. 

Imidi, kif ġej:

1. 

Bismaleimidi;

2. 

Poliamidi-imidi aromatiċi (PAI) li għandhom “temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg)” li teċċedi l-563 K (290°C);

3. 

Polimidi aromatiċi li għandhom “temperatura ta’ transizzjoni tal-ħġieġ (Tg)” li teċċedi l-505 K (232 °C);

4. 

Polieterimidi aromatiċi li għandhom “temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg)” li teċċedi l-563 K (290°C).

Nota:   1C008.a. jikkontrolla sustanzi f'forma likwida jew solida “fużibbli”, inklużi r-reżina, it-trab, il-gerbub, ir-riti, il-folji, it-tejp jew iż-żigarelli.

N.B.   Għal polimidi aromatiċi mhux “fużibbli” fil-forma ta’ rita, folja, tejp jew żigarella, ara 1A003.

b. 

Mhux użat;

c. 

Mhux użat;

d. 

Ketoni poliarilini;

e. 

Sulfur tal-poliarilin, fejn il-grupp arilin huwa bifenilin, trifenilin jew kombinazzjonijiet tagħhom;

f. 

Polibifenilenetersulfun li għandu “temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg)” li teċċedi l-563 K (290 °C).

Noti Tekniċi:

1.   It-“temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg)” għall-materjali termoplastiċi ta’ 1C008.a.2, tal-materjali ta’ 1C008.a.4. u tal-materjali ta’ 1C008.f hija ddeterminata bl-użu tal-metodu deskritt f’ISO 11357-2:1999 jew l-ekwivalenti nazzjonali.

2.   It-’temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg)’ għall-materjali termosolidifikati ta’ 1C008.a.2 u l-materjali ta’ 1C008.a.3.hija ddeterminata bl-użu ta’ metodu ta’ liwi fuq 3 punti deskritt fl-ASTM D 7028-07 jew fl-istandard nazzjonali ekwivalenti. It-test għandu jsir fuq kampjun ta’ test fil-prattika li jkun ġie kkurat b’temperatura minima ta’ 90°C kif speċifikat fl-ASTM E 2160-04 jew fl-istandard nazzjonali ekwivalenti, u ġie kkurat bl-użu ta’ taħlita ta’ proċessi ta’ kura standard u ta’ wara l-kura li jagħtu l-ogħla Tg.

1C009Komposti fluworurati mhux ipproċessati kif ġej:

a. 

Mhux użat;

b. 

Polimidi fluworurati li fihom 10 % skont il-piż jew aktar ta’ fluworu kkombinat;

c. 

Elastomeri tal-fosfażin fluworurat li fihom 30 % skont il-piż jew aktar ta’ fluworu kkombinat.

1C010“Materjali fibrużi jew filamentari”, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 1C210 U 9C110.

Noti Tekniċi:

1.   Għall-finijiet tal-ikkalkular tas-“saħħa tensili speċifika”, il-“modulu speċifiku” jew it-toqol speċifiku ta’ “materjali fibrużi jew filamentari” f’1C010.a., 1C010.b., 1C010.c. jew 1C010.e.1.b., is-saħħa tensili u l-modulu għandhom jiġu ddeterminati bl-użu tal-Metodu A deskritt f’ISO 10618:2004 jew l-ekwivalenti nazzjonali.

2.   Il-valutazzjoni tas-“saħħa tensili speċifika”, tal-“modulu speċifiku” jew tat-toqol speċifiku ta’ “materjali fibrużi jew filamentari” mhux unidirezzjonali (pereżempju tessuti, twapet żgħar jew malji) f’1C010 għandha tkun ibbażata fuq il-proprjetajiet mekkaniċi tal-monofilamenti unidirezzjonali kostitwenti (pereżempju monofilamenti, ħjut, ftietel jew wajers) qabel ma jiġu pproċessati f’“materjali fibrużi jew filamentari” mhux unidirezzjonali.

a. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” organiċi, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

“Modulu speċifiku” li jeċċedi 12,7 × 106 m; u

2. 

“Saħħa tensili speċifika” li teċċedi 23,5 × 104 m;

Nota:   1C010.a. ma jkoprix il-kontrolli fuq il-polietilin.

b. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

“Modulu speċifiku” li jeċċedi 14,65 × 106 m; u

2. 

“Saħħa tensili speċifika” li teċċedi 26,82 × 104 m;

Nota:   1C010.b. ma jikkontrollax:

a. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” għat-tiswija ta’ strutturi jew laminati ta’ “inġenji tal-ajru ċivili”, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Żona ta’ mhux iktar minn 1 m2;

2. 

Tul ta’ mhux iktar minn 2,5 m; u

3. 

Wisa’ ta’ mhux iktar minn 15 mm.

b. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju maqtugħin, mitħuna jew maqtugħin mekkanikament b’tul ta’ 25,0 mm jew inqas.

c. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” inorganiċi, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Li għandu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;

a. 

Huma komposti minn 50 % jew aktar skont il-piż b’diossidu tas-siliċju u li għandhom “modulu speċifiku” li jeċċedi 2,54 × 106 m; jew

b. 

Mhumiex speċifikati f’1C010.c.1.a. u li għandhom “modulu speċifiku” li jeċċedi 5,6 × 106 m; u

2. 

Punt ta' tidwib, trattib, dekompożizzjoni jew sublimazzjoni ta' aktar minn 1 922  K (1 649 °C) f'ambjent inert;

Nota:   1C010.c. ma jikkontrollax:

a. 

Fibri tal-ossidu tal-aluminju polikristallini, multifażi, diskontinwi fil-forma ta’ fibri maqtugħin jew ta’ pjastri każwali, li fihom 3 % skont il-piż jew aktar ta’ siliċe, b’“modulu speċifiku” ta’ inqas minn 10 × 106 m;

b. 

Fibri tal-molibdenu u tal-ligi tal-molibdenu;

c. 

Fibri tal-boron;

d. 

Fibri taċ-ċeramika diskontinwi b’punt ta’ tidwib, trattib, dekompożizzjoni jew sublimazzjoni aktar baxx minn 2 043  K (1 770  °C) f’ambjent inert.

d. 

“Materjali fibrużi jew filamentari”, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Magħmula minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Polieterimidi speċifikati f’1C008.a.; jew

b. 

Materjali speċifikati f’1C008.d. sa 1C008.f.; jew

2. 

Magħmula mill-materjali speċifikati f'1C010.d.1.a. jew 1C010.d.1.b. u “mħallta” ma' fibri oħrajn speċifikati f'1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c.;

Nota Teknika:

“Imħallat” tfisser taħlit minn filament għal filament ta' fibri termoplastiċi u fibri ta' rinfurzar sabiex tiġi prodotta taħlita ta' “matriċi” ta' rinfurzar ta' fibri f'forma ta' fibri totali.

e. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” kompletament jew parzjalment impregnati fir-reżina jew fiż-żift (materjali preimpregnati), “materjali fibrużi jew filamentari” miksija bil-metall jew bil-karbonju (preforom) jew “preforom tal-fibri tal-karbonju”, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Li għandu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;

a. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” inorganiċi speċifikati f’1C010.c.; jew

b. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” organiċi jew tal-karbonju, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

“Modulu speċifiku” li jeċċedi 10,15 × 106 m; u

2. 

“Saħħa tensili speċifika” li teċċedi 17,7 × 104 m; u

2. 

Li għandu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;

a. 

Reżina jew żift speċifikati f’1C008 jew 1C009.b.;

b. 

“Temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ bl-Analiżi Mekkanika Dinamika (DMA Tg)” ta’ 453 K (180 °C) jew aktar u b’reżina fenolika; jew

c. 

“Temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ bl-Analiżi Mekkanika Dinamika (DMA Tg)” ta’ 505 K (232 °C) jew aktar u b’reżina jew żift, mhux speċifikati f’1C008 jew 1C009.b., u li mhumiex reżina fenolika;

Nota 1:   “Materjali fibrużi jew filamentari” miksija bil-metall jew bil-karbonju (preforom) jew “preforom tal-fibri tal-karbonju”, mhux impregnati fir-reżina jew fiż-żift, huma speċifikati bħala “materjali fibrużi jew filamentari” f’1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c.

Nota 2:   1C010.e. ma jikkontrollax:

a. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju impregnati f’“matriċi” ta’ reżina epossidika (materjali preimpregnati) għat-tiswija ta’ strutturi jew laminati ta’ “inġenji tal-ajru ċivili”, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Żona ta’ mhux iktar minn 1 m2;

2. 

Tul ta’ mhux iktar minn 2,5 m; u

3. 

Wisa’ ta’ mhux iktar minn 15 mm.

b. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju mekkanikament imqattgħin biċċiet, mitħuna jew maqtugħin, impregnati kompletament jew parzjalment fir-reżina jew fiż-żift, ta’ 25,0 mm jew inqas mit-tul meta jintużaw ir-reżina jew iż-żift minbarra dawk speċifikati f’1C008 jew 1C009.b.

Noti Tekniċi:

1.   “Preforom tal-fibra tal-karbonju” huma arranġament ordnat ta' fibri mhux miksija jew miksija maħsuba sabiex jikkostitwixxu qafas ta' parti qabel mal-“matriċi” tkun introdotta sabiex jiġi ffurmat “kompożitu”.

2.   It-“temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ bl-Analiżi Mekkanika Dinamika (DMA Tg)” għall-materjali speċifikati f’1C010.e. tiġi ddeterminata bl-użu tal-metodu deskritt fl-ASTM D 7028-07, jew l-istandard nazzjonali ekwivalenti, fuq kampjun ta’ test fil-prattika. Fil-każ ta' materjali termosolidifikati, il-grad ta' kkurar ta' kampjun ta' test fil-prattika jkun il-minimu ta' 90 % kif definit fl-ASTM E 2160-04 jew fl-istandard nazzjonali ekwivalenti.

1C011Metalli u komposti, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI u 1C111.

a. 

Metalli b’daqs tal-partikoli ta’ inqas minn 60 μm kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, f’laqx jew mitħuna, manifatturati minn materjal li jikkonsisti minn 99 % jew aktar ta’ żirkonju, manjesju u l-ligi tagħhom;

Nota Teknika:

Il-kontenut naturali tal-afnju fiż-żirkonju (tipikament minn 2 % sa 7 %) jingħadd maż-żirkonju.

Nota:   Il-metalli jew il-ligi speċifikati f'1C011.a. huma koperti bil-kontrolli kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma inkapsulati fl-aluminju, fil-manjeżju, fiż-żirkonju jew fil-berillju kif ukoll jekk ma humiex.

b. 

Boron jew ligi tal-boron, b’daqs tal-partikoli ta’ 60 μm jew inqas, kif ġej;

1. 

Boron b’purezza ta’ 85 % skont il-piż jew aktar;

2. 

Ligi tal-boron b’kontenut tal-boron ta’ 85 % skont il-piż jew aktar;

Nota:   Il-metalli jew il-ligi speċifikati f’1C011.b. huma koperti bil-kontrolli kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma inkapsulati fl-aluminju, il-manjeżju, iż-żirkonju jew il-berillju kif ukoll jekk ma humiex.

c. 

Nitrat tal-gwanidina (CAS 506-93-4);

d. 

Nitrogwanidina (NQ) (CAS 556-88-7).

N.B.   Ara wkoll il-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għat-trabijiet tal-metalli mħalltin ma’ sustanzi oħra biex jifformaw taħlita fformulata għal finijiet militari.

1C012Il-materjali kif ġej:

Nota Teknika:

Dawn il-materjali tipikament jintużaw għal sorsi ta' sħana nukleari.

a. 

Plutonju f’kull forma, b’assaġġ isotopiku tal-plutonju ta’ plutonju-238 ta’ aktar minn 50 % skont il-piż;

Nota:   1C012.a. ma jikkontrollax:

a. 

Konsenji b’kontenut ta’ plutonju ta’ 1 g jew inqas;

b. 

Konsenji ta’ 3 “grammi effettivi” jew inqas meta jkunu f’komponent sensibbli fi strumenti.

b. 

Nettunju-237 “preċedentement separat” fi kwalunkwe forma.

Nota:   1C012.b. ma jikkontrollax konsenji b’kontenut ta’ nettunju-237 ta’ 1 g jew inqas.

1C101Materjali u apparat għal karatteristiċi osservabbli mnaqqsa bħar-riflettività ta’ radar, senjaturi ultravjola / bl-infraaħmar u senjaturi akustiċi, minbarra dawk speċifikati f’1C001, li jistgħu jintużaw f’“missili”, subsistemi ta’ “missili” jew inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ speċifikati f’9A012 jew 9A112.a.

Nota 1:   1C101 jinkludi:

a. 

Materjali strutturali u kisjiet imfasslin apposta għal riflettività tar-radar imnaqqsa;

b. 

Kisjiet, inkluż żebgħa, imfasslin apposta għal riflettività jew emissjoni mnaqqsa jew adattata apposta fir-reġjun tal-microwave, tal-infraaħmar jew tal-ultravjola tal-ispettru elettromanjetiku.

Nota 2:   1C101 ma jinkludix kisjiet meta użati apposta għall-kontroll termiku tas-satelliti.

Nota Teknika:

F’1C101 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jkopru medda ta’ aktar minn 300 km.

1C102Materjali tal-karbonju-karbonju risaturati u pirolizzati mfasslin għal lanċaturi speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104.

1C107Grafit u materjali taċ-ċeramika, minbarra dawk speċifikati f’1C007, kif ġej:

a. 

Grafiti b’partikoli fini b’densità tal-massa ta’ 1,72 g/cm3 jew ikbar, imkejla f’temperatura ta’ 288 K (15 °C), u li għandhom granularità ta’ 100 μm jew inqas, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta’ quddiem ta’ vetturi għad-dħul mill-ġdid, li bihom jista’ jiġi ffabrikat xi wieħed mill-prodotti li ġejjin:

1. 

Ċilindri b'dijametru ta' 120 mm jew iktar u tul ta' 50 mm jew iktar;

2. 

Tubi b’dijametru intern ta’ 65 mm jew iktar u ħxuna tal-ġnub ta’ 25 mm jew iktar u tul ta’ 50 mm jew aktar; jew

3. 

Blokok li għandhom daqs ta' 120 mm x 120 mm x 50 mm jew aktar;

N.B.   Ara wkoll 0C004.

b. 

Grafiti pirolitiċi jew fibrużi rinfurzati, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta’ quddiem ta’ vetturi tad-dħul mill-ġdid li jintużaw f’“missili”, lanċaturi speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104;

N.B.   Ara wkoll 0C004.

c. 

Materjali kompożiti taċ-ċeramika (kostant dielettriku ta’ inqas minn 6 f’kull frekwenza minn 100 MHz sa 100 GHz) għall-użu f’radomes li jintużaw fil-“missili”, fil-lanċaturi speċifikati f’9A004 jew fir-rokits sonda speċifikati f’9A104;

d. 

Ċeramika fi kwantità rinfurzata bil-karbur tas-siliċju mhix moħmija u li tista’ tiġi proċessata b’makkinarju, li tista’ tintuża għall-ponot ta’ quddiem li jistgħu jintużaw f’“missili”, f’lanċaturi speċifikati f’9A004 jew f’rokits sonda speċifikati f’9A104;

e. 

Kompożiti taċ-ċeramika rinfurzati bil-karbur tas-siliċju, li jistgħu jintużaw għall-ponot ta’ quddiem, għall-vetturi għad-dħul mill-ġdid u l-flaps taż-żennuni li jistgħu jintużaw fil-“missili”, fil-lanċaturi speċifikati f’9A004 jew fir-rokits sonda speċifikati f’9A104;

f. 

Materjali kompożiti taċ-ċeramika fi kwantità li jistgħu jiġu pproċessati b’makkinarju li jikkonsistu f’matriċi “Ċeramika ta’ Temperatura Għolja Ħafna (UHTC)” b’temperatura tat-tidwib ta’ 3 000  °C jew ogħla u rrinforzati b’fibri jew filamenti, li jistgħu jkunu użati għal komponenti ta’ missili (bħall-ponot ta’ quddiem, il-vetturi tad-dħul mill-ġdid, ix-xfarijiet ta’ quddiem, il-paletti tal-ġett, l-uċuħ tal-kontroll jew il-partijiet li jiddaħħlu fil-griżmejn tal-mutur ta’ rokit) f’“missili”, lanċaturi speċifikati f’9A004, rokits sonda speċifikati f’9A104 jew “missili”.

Nota:   1C107.f. ma jkoprix il-kontrolli fuq materjali 'Ċeramika ta’ Temperatura Għolja Ħafna (UHTC)' f’forma mhux kompożita.

Nota Teknika 1:

F’1C107.f. “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

Nota Teknika 2:

'Ċeramika ta’ Temperatura Għolja Ħafna (UHTC)' tinkludi:

1. 

Diborur tat-titanju (TiB2);

2. 

Diborur taż-żirkonju (ZrB2);

3. 

Diborur tan-nijobju (NbB2);

4. 

Diborur tal-afnju (HfB2);

5. 

Diborur tat-tantalju (TaB2);

6. 

Karbur tat-titanju (TiC);

7. 

Karbur taż-żirkonju (ZrC);

8. 

Karbur tan-nijobju (NbC);

9. 

Karbur tal-afnju (HfC);

10. 

Karbur tat-tantalju (TaC).

1C111Propellanti u sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti, minbarra dawk speċifikati f’1C011, kif ġej:

a. 

Sustanzi propulsivi:

1. 

Trab sferiku jew sferojdali tal-aluminju, minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, bid-daqs tal-partiċelli inqas minn 200 μm u kontenut ta’ aluminju ta’ 97 % skont il-piż jew aktar, jekk mill-inqas 10 % tal-piż totali jkun magħmul minn partiċelli iżgħar minn 63 μm, skont l-ISO 2591-1:1988 jew l-ekwivalenti nazzjonali;

Nota Teknika:

Id-daqs ta' partiċella ta' 63 μm (ISO R-565) jikkorrispondi għal 250 mesh (Tyler) jew 230 mesh (l-istandard ASTM E-11).

2. 

Trab tal-metall, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, kif ġej:

a. 

Trab tal-metall taż-żirkonju, tal-berillju jew tal-manjeżju, jew il-ligi ta’ dawn il-metalli jekk mill-inqas 90 % tal-partikoli totali skont il-volum jew it-toqol tal-partikoli jkunu magħmula minn partikoli ta’ inqas minn 60 μm (iddeterminat skont it-tekniki ta’ kejl bħal bl-użu ta’ għarbiel, diffrazzjoni bil-laser jew skennjar ottiku), kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, f’laqx jew mitħuna, li f’97 % jew aktar skont il-piż jikkonsistu minn xi wieħed minn dawn:

1. 

Żirkonju;

2. 

Berillju; jew

3. 

Manjeżju;

Nota Teknika:

Il-kontenut naturali tal-afnju fiż-żirkonju (tipikament minn 2 % sa 7 %) jingħadd maż-żirkonju.

b. 

It-trab tal-metall tal-boron jew tal-ligi tal-boron b’kontenut tal-boron ta’ 85 % jew aktar skont il-piż, jekk mill-inqas 90 % tal-partikoli totali skont il-volum jew il-piż tal-partikoli jkunu magħmula minn inqas minn 60 μm (iddeterminat skont it-tekniki ta’ kejl bħal bl-użu ta’ għarbiel, diffrazzjoni bil-laser jew skennjar ottiku), kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, f’laqx jew mitħuna;

Nota:   1C111a.2.a. u 1C111a.2.b. jikkontrollaw taħlitiet ta’ trab b’distribuzzjoni ta’ partiċelli multimodali (pereżempju taħlitiet ta’ granularitajiet differenti) jekk jiġi kkontrollat mod wieħed jew iktar.

3. 

Sustanzi ossidanti li jistgħu jintużaw f'magni ta' rokits bi propellant likwidu kif ġej:

a. 

Triossidu tad-dinitroġenu (CAS 10544-73-7);

b. 

Diossidu tan-nitroġenu (CAS 10102-44-0) / tetrossidu tad-dinitroġenu (CAS 10544-72-6);

c. 

Pentossidu tad-dinitroġenu (CAS 10102-03-1);

d. 

Ossidi Mħallta tan-Nitroġenu (MON);

Nota Teknika:

Ossidi Mħallta tan-Nitroġenu (MON) huma soluzzjonijiet ta’ Ossidu Nitriku (NO) fit-Tetrossidu tad-Dinitroġenu/Diossidu tan-Nitroġenu (N2O4/NO2) li jistgħu jintużaw f’sistemi ta’ missili. Hemm firxa ta’ kompożizzjonijiet li jistgħu jiġu indikati bħala MONi jew MONij, fejn i u j huma numri sħaħ li jirrappreżentaw il-persentaġġ ta’ Ossidu Nitriku fit-taħlita (pereż., MON3 fih 3 % ta’ Ossidu Nitriku, MON25 fih 25 % ta’ Ossidu Nitriku. Limitu ogħla huwa MON40, piż ta' 40 %).

e. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI FIR-RIGWARD TA’ Aċidu Nitriku Fumanti Aħmar Inibit (IRFNA);

f. 

ARA KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1C238 GĦAL komposti magħmula minn fluworu u wieħed jew aktar minn aloġeni oħrajn, ossiġnu jew nitroġenu.

4. 

Derivattivi tal-idrażina, kif ġej:

N.B.:   ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a. 

Trimetilidrażina (CAS 1741-01-1);

b. 

Tetrametilidrażina (CAS 6415-12-9);

c. 

N,N-Diallilidrażina (CAS 5164-11-4);

d. 

Allilidrażina (CAS 7422-78-8);

e. 

Etilen diidrażina (CAS 6068-98-0);

f. 

Dinitrat tal-monometilidrażina;

g. 

Nitrat tad-dimetilidrażina asimetriku;

h. 

Azotur tal-idrażinju (CAS 14546-44-2);

i. 

Azotur ta’ 1,1-dimetilidrażinju (CAS 227955-52-4) / 1,2-Ażid tad-dimetilidrażinju (CAS 299177-50-7);

j. 

Dinitrat tal-idrażinju (CAS 13464-98-7);

k. 

Diidrażina tal-aċidu diimmido-ossaliku (CAS 3457-37-2);

l. 

Nitrat ta' 2-idrossietilidrażina (HEHN);

m. 

Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għall-Perklorat tal-Idrażinju;

n. 

Diperklorat tal-idrażinju (CAS 13812-39-0);

o. 

Nitrat tal-metilidrażina (MHN) (CAS 29674-96-2);

p. 

Nitrat ta’ 1,1-dietilidrażina (DEHN) / Nitrat ta’ 1,2-dietilidrażina (DEHN) (CAS 363453-17-2);

q. 

Nitrat ta' 3,6-diidrażino tetrażina (nitrat ta' 1,4-diidrażina) (DHTN);

5. 

Materjali b’densità ta’ enerġija għolja, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, utilizzabbli f’“missili” jew inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ speċifikati f’9A012 jew 9A112.a.;

a. 

Fjuwil imħallat li jinkludi fjuwils kemm solidi kif ukoll likwidi, pereżempju bħat-tajn tal-boron, b’densità ta’ enerġija bbażata fuq il-massa ta’ 40 × 106 J/kg jew iktar;

b. 

Fjuwils oħra b’densità ta’ enerġija għolja u addittivi ta’ fjuwils (pereż., kuban, soluzzjonijiet joniċi, JP-10) li għandhom densità ta’ enerġija bbażata fuq il-volum ta’ 37,5 × 109 J/m3 jew iktar, f’temperatura ta’ 20 °C u bi pressjoni atmosferika waħda (101,325 kPa);

Nota:   1C111.a.5.b. ma tkoprix il-kontrolli fuq fjuwils fossili raffinati u biofuels prodotti minn ħxejjex, inkluż fjuwils għal magni ċċertifikati biex jintużaw fl-avjazzjoni ċivili, sakemm mhux ifformulati apposta għal “missili” jew inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ speċifikati f’9A012 jew f’9A112.a.

Nota Teknika:

F’1C111.a.5. “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

6. 

Fjuwils li jissostitwixxu l-idrażin kif ġej:

a. 

2-Dimetilamminoetilażid (DMAZ) (CAS 86147-04-8);

b. 

Sustanzi polimeriċi:

1. 

Polibutadjen bit-terminali tal-karbossi (inkluż il-polibutadjen bit-terminali tal-karbossil) (CTPB);

2. 

Polibutadjen bit-terminali tal-idrossi (inkluż il-polibutadjen bit-terminali tal-idrossil) (HTPB) (CAS 69102-90-5), minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;

3. 

Polibutadjen-aċidu akriliku (PBAA);

4. 

Polibutadjen - aċidu akriliku -akrilonitril (PBAN) (CAS 25265-19-4 / CAS 68891-50-9);

5. 

Politetraidrofuran polietilen glikol (TPEG);

Nota Teknika:

Politetraidrofuran polietilenglikol (TPEG) huwa kopolimeru fi blokok ta’ poli 1,4-Butanidjol (CAS 110-63-4) u polietilenglikol (PEG) (CAS 25322-68-3).

6. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL nitrat tal-poligliċidil (PGN jew poli-GLYN) (CAS 27814-48-8).

c. 

Addittivi u aġenti oħrajn tal-propellant:

1. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għal karborani, dekarborani, pentaborani u d-derivattivi tagħhom;

2. 

Dinitrat tat-trietilen glikol (TEGDN) (CAS 111-22-8);

3. 

2-Nitrodifenilamin (CAS 119-75-5);

4. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għat-trinitrat tat-trimetiloetan (TMETN) (CAS 3032-55-1);

5. 

Dinitrat tad-dietilen glikol (DEGDN) (CAS 693-21-0);

6. 

Derivati tal-ferroċen kif ġej:

a. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-katoċen (CAS 37206-42-1);

b. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tal-etil (CAS 1273-89-8);

c. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen ta’ n-propil (CAS 1273-92-3) / għall-ferroċen tal-isopropil (CAS 12126-81-7);

d. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen ta’ n-butil (CAS 31904-29-7);

e. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tal-pentil (CAS 1274-00-6);

f. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-diċiklopentil (CAS 125861-17-8);

g. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-diċikloessil;

h. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-dietil (CAS 1273-97-8);

i. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-dipropil;

j. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-dibutil (CAS 1274-08-4);

k. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-diessil (CAS 93894-59-8);

l. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tal-aċetil (CAS 1271-55-2) / għall-ferroċen ta’ 1,1’-diaċetil (CAS 1273-94-5);

m. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-aċidu karbossiliku tal-ferroċen (CAS 1271-42-7) / għall-aċidu 1,1’-ferroċen karbossiliku (CAS 1293-87-4);

n. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-butaċen (CAS 125856-62-4);

o. 

Derivattivi oħrajn tal-ferroċen li jistgħu jintużaw bħala modifikaturi tar-rata ta’ ħruq tal-propellant tar-rokits, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota:   1C111.c.6.o. ma jkoprix il-kontrolli fuq derivattivi tal-ferroċen li fihom grupp funzjonali aromatiku ta’ sitt atomi ta’ karbonju marbut mal-molekula tal-ferroċen.

7. 

4,5-diażidometil-2-metil-1,2,3-triażol (iso-DAMTR), minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

d. 

“Propellanti tal-ġell”, għajr dawk speċifikati fil-Kontroll tal-Merkanzija Militari, speċifikament formulati għall-użu f’“missili”.

Noti Tekniċi:

1.   F’1C111.d. “propellant tal-ġell” hija formulazzjoni ta’ fjuwil jew ossidant bl-użu ta’ ġellant bħalma huma silikati, kawlina (tafal), karbonju jew kwalunkwe ġellant polimeriku.

2.   F'1C111.d. 'missila' tfisser sistemi ta' rokits kompluti u sistemi ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jkopru medda ta' aktar minn 300 km.

Nota:   Għall-propellanti u s-sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti mhux speċifikati f'1C111, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

1C116Azzar maraging, li jista’ jintuża f’“missili”, li għandu dan kollu li ġej:

N.B.   ARA WKOLL 1C216.

a. 

Saħħa tensili aħħarija mkejla f’293 K (20 °C), li tkun daqs jew ikbar minn:

1. 

0,9 GPa fl-istadju ta’ soluzzjoni ttemprata; jew

2. 

1,5 GPa fl-istadju ta’ twebbis bi preċipitazzjoni; kif ukoll

b. 

Kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

1. 

Folji, pjanċi jew tubi bi ħxuna tal-ġnub jew tal-pjanċa daqs jew inqas minn 5.0 mm;

2. 

Forom tubulari bi ħxuna tal-ġnub ta’ 50 mm jew inqas u b’dijametru intern ta’ 270 mm jew aktar.

Nota Teknika 1:

L-azzar maraging huwa liga tal-ħadid:

1. 

Ġeneralment ikkaratterizzati minn kontenut għoli ta’ nikil, kontenut baxx ħafna ta’ karbonju u l-użu ta’ elementi ta’ sostituzzjoni jew preċipitati sabiex jipproduċu t-tisħiħ u t-twebbis biż-żmien tal-liga; u

2. 

Suġġetti għal ċikli ta’ trattament sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ trasformazzjoni martensitiku (stadju ta’ soluzzjoni ttemprata) u sussegwentement imwebbes biż-żmien (stadju ta’ twebbis bi preċipitazzjoni).

Nota Teknika 2:

F’1C116 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jkopru medda ta’ aktar minn 300 km.

1C117Materjali għall-produzzjoni ta’ komponenti ta’ “missili” kif ġej:

a. 

Tungstenu u ligi f’forma partikolata b’kontenut ta’ tungstenu ta’ 97 % jew iktar skont il-piż, u bid-daqs tal-partikoli jkun ta’ 50 × 10-6 m (50 μm) jew inqas;

b. 

Molibdenu u ligi f’forma partikolata b’kontenut ta’ molibdenu ta’ 97 % jew iktar skont il-piż, u bid-daqs tal-partikoli jkun ta’ 50 × 10-6 m (50 μm) jew inqas;

c. 

Materjali tat-tungstenu f’forma solida li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Xi waħda mill-kompożizzjonijiet ta' materjal li ġejjin:

a. 

Tungstenu u ligi li fihom 97 % jew aktar skont il-piż ta’ tungstenu;

b. 

Tungstenu infiltrat bir-ram bi 80 % jew iktar skont il-piż ta’ tungstenu; jew

c. 

Tungstenu infiltrat bil-fidda bi 80 % jew iktar skont il-piż ta’ tungstenu; u

2. 

Jistgħu jinħadmu b'magna f'xi wieħed mill-prodotti li ġejjin:

a. 

Ċilindri b’dijametru ta’ 120 mm jew iktar u tul ta’ 50 mm jew iktar;

b. 

Tubi b’dijametru intern ta’ 65 mm jew iktar u ħxuna tal-ġnub ta’ 25 mm jew iktar u tul ta’ 50 mm jew aktar; jew

c. 

Blokok b’daqs ta’ 120 mm b’120 mm b’50 mm jew iktar.

Nota Teknika:

F’1C117 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jkopru medda ta’ aktar minn 300 km.

1C118Azzar inossidabbli dupleks stabilizzat bit-titanju (Ti-DSS) li għandu dan kollu li ġej:

a. 

Li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Li fih 17,0 % - 23,0 % ta' kromju skont il-piż 4,5 % - 7,0 % ta' nikil skont il-piż;

2. 

Li għandu kontenut ta’ titanju ta’ aktar minn 0,10 % skont il-piż; kif ukoll

3. 

Mikrostruttura ferritikaawstenitika (imsejħa wkoll bħala mikrostruttura ta’ żewġ fażijiet) li mill-inqas 10 % tagħha skont il-volum (skont l-ASTM E-1181-87 jew l-ekwivalenti nazzjonali) huwa awstenit; kif ukoll

b. 

Li għandu xi waħda mill-forom li ġejjin:

1. 

Ingotti jew żbarri li għandhom daqs ta' 100 mm jew aktar f'kull dimensjoni;

2. 

Folji li għandhom wisa’ ta’ 600 mm jew iktar u ħxuna ta’ 3 mm jew inqas; jew

3. 

Tubi li għandhom dijametru estern ta’ 600 mm jew aktar u ħxuna tal-ġnub ta’ 3 mm jew inqas.

1C202Ligi, minbarra dawk speċifikati f’1C002.b.3. jew.b.4., kif ġej:

a. 

Ligi tal-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

“Kapaċi jkollhom” saħħa tensili aħħarija ta’ 460 MPa jew aktar waqt 293 K (20 °C); u

2. 

Fil-forma ta’ tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f’forġa) b’dijametru estern ta’ aktar minn 75 mm.

b. 

Ligi tat-titanju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

“Kapaċi jkollhom” saħħa tensili aħħarija ta’ 900 MPa jew aktar waqt 293 K (20 °C); u

2. 

Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f'forġa) b'dijametru estern ta' aktar minn 75 mm.

Nota Teknika:

Il-frażi ligi “kapaċi għal” tinkorpora ligi qabel jew wara li jiġu ttrattati bis-sħana.

1C210“Materjali fibrużi jew filamentari” jew materjali impregnati, minbarra dawk speċifikati f’1C010.a., .b. jew .e., kif ġej:

a. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju jew tal-aramid li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

“Modulu speċifiku” ta’ 12,7 × 106 m jew akbar; jew

2. 

“Saħħa tensili speċifika”’ ta’ 23,5 × 104 m jew akbar;

Nota:   1C210.a. ma tikkontrollax “materjali fibrużi jew filamentari” tal-aramid li 0,25 % jew aktar tagħhom huma magħmula minn modifikatur tal-wċuħ tal-fibra bbażat fuq l-ester;

b. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

“Modulu speċifiku” ta’ 3,18 × 106 m jew akbar; u

2. 

“Saħħa tensili speċifika”’ ta’ 7,62 × 104 m jew akbar;

c. 

“Ħajt għall-insiġ”, “faxex tal-fibra”, “kejbils ta’ filamenti” jew “tejps” kontinwament impregnati bir-reżina fformata bis-sħana b’wisa’ ta’ 15 mm jew inqas (preimpregnati), magħmula mill-“materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju jew tal-ħġieġ speċifikati f’1C210.a. jew .b.

Nota Teknika:

Ir-reżina tifforma l-matriċi tal-kompożitu.

Nota:   F’1C210, “materjali fibrużi jew filamentari” hija ristretta għal “monofilamenti”, “ħjut”, “ftietel”, “wajers” jew “tejps” kontinwi.

1C216Azzar maraging, minbarra dak speċifikat f’1C116, “kapaċi jkollu” saħħa tensili aħħarija ta’ 1 950  MPa jew aktar, waqt 293 K (20 °C).

Nota:   1C216 ma jkoprix il-kontrolli fuq forom li d-dimensjonijiet lineari kollha tagħhom ikun fihom daqs 75 mm jew inqas.

Nota Teknika:

Il-frażi azzar maraging “kapaċi għal” tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-tisħin.

1C225Boron arrikkit fl-isotopu boron-10 (10B) għal aktar mill-abbundanza isotopika naturali tiegħu, kif ġej: boron elementari, komposti, taħlitiet li fihom il-boron, prodotti maħdumin minnhom, skart jew ruttam ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:   F’1C225 taħlitiet li fihom il-boron jinkludu materjali mgħobbija bil-boron.

Nota Teknika:

L-abbundanza isotopika naturali tal-boron-10 hija bejn wieħed u ieħor 18,5 fil-mija skont il-piż (20 fil-mija tal-atomi).

1C226Tungstenu, karbur tat-tungstenu, u ligi li fihom aktar minn 90 % ta’ tungstenu skont il-piż, minbarra dak speċifikat f’1C117, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

F’forom b’simetrija ċilindrika vojta (inklużi s-segmenti ta’ ċilindri) b’dijametru intern bejn 100 mm u 300 mm; kif ukoll

b. 

Massa ta’ aktar minn 20 kg.

Nota:   1C226 ma jkoprix il-kontrolli fuq il-manifatturi mfasslin apposta bħala piżijiet jew kollimaturi tar-raġġi gamma.

1C227Kalċju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Li fih inqas minn 1 000  ppm skont il-piż ta’ impuritajiet metalliċi minbarra l-manjeżju; kif ukoll

b. 

Li fih inqas minn 10 ppm skont il-piż ta’ boron.

1C228Manjeżju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Li fih inqas minn 200 ppm skont il-piż ta’ impuritajiet metalliċi minbarra l-kalċju; u

b. 

Li fih inqas minn 10 ppm skont il-piż ta’ boron.

1C229Bismut li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Purezza ta’ 99,99 % jew akbar skont il-piż; u

b. 

Li fih inqas minn 10 ppm skont il-piż ta’ fidda.

1C230Il-metall berillju, ligi li fihom aktar minn 50 % skont il-piż ta’ berillju, komposti tal-berillju, prodotti manifatturati minnhom, u skart jew ruttam ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin, minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

N.B.   ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

Nota:   1C230. ma jkoprix il-kontrolli fuq dan li ġej:

a. 

Twieqi tal-metall għal magni tar-raġġi-X, jew għal apparat għar-reġistrazzjoni tad-dettalji tal-ispieri;

b. 

Għamliet ta’ ossidu f’forom fabbrikati jew semifabbrikati mfasslin apposta għal partijiet ta’ komponenti elettroniċi jew bħala sottostrati għal ċirkwiti elettroniċi;

c. 

Berill (silikat ta’ berillju u aluminju) fil-forma ta’ żmeraldi jew akkwamarini.

1C231Metall tal-afnju, ligi li fihom aktar minn 60 % ta’ afnju skont il-piż, komposti tal-afnju li fihom aktar minn 60 % ta’ afnju skont il-piż, manifatturi tagħhom, u skart jew ruttam ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.

1C232Elju-3 (3He), taħlitiet li fihom l-elju-3, u prodotti jew apparati li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:   1C232 ma jkoprix il-kontrolli fuq prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1 g ta’ elju-3.

1C233Litju arrikkit fl-isotopu litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza isotopika naturali tiegħu, u prodotti jew apparati li fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementari, ligi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, prodotti maħdumin minnhom, skart jew ruttam ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:   1C233 ma jikkontrollax dożimetri termoluminixxenti.

Nota Teknika:

L-abbundanza isotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 fil-mija skont il-piż (7,5 fil-mija tal-atomi).

1C234Żirkonju b’kontenut ta’ afnju ta’ inqas minn parti waħda ta’ afnju għal 500 parti ta’ żirkonju skont il-piż, kif ġej: metall, ligi li fihom aktar minn 50 % ta’ żirkonju skont il-piż, komposti, prodotti maħdumin minnhom, skart jew ruttam ta’ xi wieħed minn dawk imsemmijin f’0A001.f.

Nota:   1C234 ma jkoprix il-kontrolli fuq iż-żirkonju fil-forma ta’ folja li għandu ħxuna ta’ 0,10 mm jew inqas.

1C235Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon tal-atomi tat-tritju ma’ dawk tal-idroġenu hu ogħla minn parti waħda (1) f’kull 1 000 , u prodotti jew apparati li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:   1C235 ma jkoprix il-kontrolli fuq prodott jew apparat li fih inqas minn 1,48 × 103 GBq (40 Ci) ta’ tritju.

1C236“Radjunuklidi” tajbin biex jagħmlu sorsi tan-newtroni abbażi ta’ reazzjoni ta’ alfa-n, għajr dawk speċifikati f’0C001 u 1C012.a. fil-forom li ġejjin:

a. 

Elementari;

b. 

Komposti li għandhom attività totali ta’ 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;

c. 

Taħlitiet li għandhom attività totali ta’ 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;

d. 

Prodotti jew apparati li fihom xi wieħed minn dawk imsemmijin.

Nota:   1C236 ma jkoprix il-kontrolli fuq prodott jew apparat li fihom inqas minn 3,7 GBq (100 millicuries) ta’ attività.

Nota Teknika:

F’1C236 “radjunuklidi” huma xi wieħed minn dan li ġej:

— 
Attinju-225 (225Ac)
— 
Attinju-227 (227Ac)
— 
Kalifornju-253 (253Cf)
— 
Kurju-240 (240Cm)
— 
Kurju-241 (241Cm)
— 
Kurju-242 (242Cm)
— 
Kurju-243 (243Cm)
— 
Kurju-244 (244Cm)
— 
Einsteinju-253 (253Es)
— 
Einsteinju-254 (254Es)
— 
Gadolinju-148 (148Gd)
— 
Plutonju-236 (236Pu)
— 
Plutonju-238 (238Pu)
— 
Polonju-208 ( 208Po)
— 
Polonju-209 (209Po)
— 
Polonju-210 (210Po)
— 
Radju-223 (223Ra)
— 
Torju-227 (227Th)
— 
Torju-228 (228Th)
— 
Uranju-230 (230U)
— 
Uranju-232 (232U)

1C237Radju-226 (226Ra), ligi tar-radju-226, komposti tar-radju-226, taħlitiet li fihom radju-226, manifatturi tagħhom, u prodotti u apparati li fihom dawn imsemmijin.

Nota:   1C237. ma jkoprix il-kontrolli fuq dan li ġej:

a. 

Applikaturi mediċi;

b. 

Prodott jew apparat li fih inqas minn 0,37 GBq (10 millicuries) ta’ radju-226.

1C238Trifluworur tal-kloru (ClF3).

1C239Splussivi qawwijin, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, jew sustanzi jew taħlitiet li fihom aktar minn 2 % skont il-piż tagħhom, b’densità tal-kristalli akbar minn 1,8 g/cm3 u li għandhom veloċità ta’ detonazzjoni akbar minn 8 000  m/s.

1C240Trab tan-nikil u metall poruż tan-nikil, minbarra dawk speċifikati f’0C005, kif ġej:

a. 

Trab tan-nikil li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Kontenut ta’ purezza tan-nikil ta’ 99,0 % jew aktar skont il-piż; kif ukoll

2. 

Daqs medju tal-partiċelli ta' inqas minn 10 μm mkejla bl-istandard B330 tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u l-Materjali (ASTM);

b. 

Metall poruż tan-nikil prodott mill-materjali speċifikati f’1C240.a.

Nota:   1C240. ma jkoprix il-kontrolli fuq dan li ġej:

a. 

Trab filamentari tan-nikil;

b. 

Folji singli tan-nikil porużi b’erja ta’ 1 000  cm2 jew inqas għal kull folja.

Nota Teknika:

1C240.b. jirreferi għall-metall poruż iffurmat bil-kumpattazzjoni u s-sinterizzazzjoni tal-materjali f’1C240.a. sabiex jiġi ffurmat materjal tal-metall b’pori fini interkonnessi fl-istruttura kollha.

1C241Renju, u ligi li fihom 90 % jew aktar ta’ renju skont il-piż; u ligi tar-renju u t-tungstenu li fihom 90 % jew aktar skont il-piż ta’ xi taħlita ta’ renju u tungstenu, minbarra dawk speċifikati f’1C226, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

F’forom b’simetrija ċilindrika vojta (inklużi s-segmenti ta’ ċilindri) b’dijametru intern bejn 100 mm u 300 mm; kif ukoll

b. 

Massa ta’ aktar minn 20 kg.

1C350Sustanzi kimiċi, li jistgħu jintużaw bħala prekursuri għal aġenti kimiċi tossiċi, kif ġej, u “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom wieħed jew aktar minnhom:

N.B.   ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1C450.

1. 

Tiodiglikol (CAS 111-48-8);

2. 

Ossiklorur tal-fosfru (CAS 10025-87-3);

3. 

Metilfosfonat tad-dimetil (CAS 756-79-6)

4. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għal difluworur tal-metil fosfonil (CAS 676-99-3);

5. 

Diklorur tal-metil fosfonil (CAS 676-97-1);

6. 

Fosfit tad-dimetil (DMP) (CAS 868-85-9);

7. 

Triklorur tal-fosforu (CAS 7719-12-2);

8. 

Fosfit tat-trimetil (TMP) (CAS 121-45-9);

9. 

Tijonil tal-klorur (CAS 7719-09-7);

10. 

3-Idrossi-1-metilpiperidina (CAS 3554-74-3);

11. 

N,N-Diisopropil-(beta)-klorur tal-amminuetil (CAS 96-79-7);

12. 

N,N-Diisopropil-(beta)-amminoetantijol (CAS 5842-07-9);

13. 

3-Kinuklidinol (CAS 1619-34-7);

14. 

Fluworur tal-potassju (CAS 7789-23-3);

15. 

2-Kloroetanol (CAS 107-07-3);

16. 

Dimetilamina (CAS 124-40-3)

17. 

Etilfosfonat tad-dietil (CAS 78-38-6);

18. 

N,N-dimetilfosforamidat tad-dietil (CAS 2404-03-7);

19. 

Fosfit tad-dimetil (CAS 762-04-9);

20. 

Idroklorur tad-dimetilammina (CAS 506-59-2);

21. 

Diklorur tal-etilfosfinil (CAS 1498-40-4);

22. 

Diklorur tal-etilfosfonil (CAS 1066-50-8);

23. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għal difluworur tal-etil fosfonil (CAS 753-98-0);

24. 

Fluworur tal-idroġenu (CAS 7664-39-3);

25. 

Benżilat tal-metil (CAS 76-89-1);

26. 

Diklorur tal-metilfosfonil (CAS 676-83-5);

27. 

N,N-Diisopropil-(beta)-amminoetanol (CAS 96-80-0);

28. 

Alkoħol pinakoliliku (CAS 464-07-3);

29. 

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għal O-Etil O-2-diisopropilamminoetil-metilfosfonit (QL) (CAS 57856-11-8);

30. 

Fosfit trietiliku (CAS 122-52-1)

31. 

Triklorur tal-arseniku (CAS 7784-34-1);

32. 

Aċidu benżiliku (CAS 76-93-7)

33. 

Metilfosfonat tad-dietil (CAS 15715-41-0);

34. 

Etilfosfonat tad-dimetil (CAS 6163-75-3);

35. 

Difluworur tal-etilfosfonil (CAS 430-78-4);

36. 

Difluworur tal-metilfosfonil (CAS 753-59-3);

37. 

3-Kinuklidon (CAS 3731-38-2);

38. 

Pentaklorur tal-fosforu (CAS 10026-13-8);

39. 

Pinakolun (CAS 75-97-8);

40. 

Ċjanur tal-potassju (CAS 151-50-8);

41. 

Bifluworur tal-potassju (CAS 7789-29-9);

42. 

Idroġenu fluworur tal-ammonju jew bifluworur tal-ammonju (CAS 1341-49-7);

43. 

Fluworur tas-sodju (CAS 7681-49-4);

44. 

Bifluworur tas-sodju (CAS 1333-83-1);

45. 

Ċjanur tas-sodju, (CAS 143-33-9);

46. 

Trietanolamina (CAS 102-71-6)

47. 

Pentasulfit fosforuż (CAS 1314-80-3);

48. 

Diisopropilammina (CAS 108-18-9);

49. 

Dietilamminoetanol (CAS 100-37-8)

50. 

Sulfur tas-sodju (CAS 1313-82-2);

51. 

Monoklorur tal-sulfur (CAS 10025-67-9);

52. 

Diklorur tas-sulfur (CAS 10545-99-0)

53. 

Idroklorur tat-trietanolammina (CAS 637-39-8);

54. 

N,N-Diisopropil-(beta)-amminuetil klorur idroklorur (CAS 4261-68-1);

55. 

Aċidu metilfosfoniku (CAS 993-13-5)

56. 

Metilfosfonat tad-dietil (CAS 683-08-9);

57. 

Diklorur tan-N,N-dimetilamminofosforil (CAS 677-43-0);

58. 

Fosfit tat-triisopropil (CAS 116-17-6);

59. 

Etildietanolammina (CAS 139-87-7);

60. 

Fosforotiat tal-O,O-dietil (CAS 2465-65-8);

61. 

Fosforoditiat tal-O,O-dietil (CAS 298-06-6);

62. 

Eżafluworosilikat tas-sodju (CAS 16893-85-9);

63. 

Diklorur metilfosfonotiojku (CAS 676-98-2);

64. 

Dietilammina (CAS 109-89-7);

65. 

Kloridrat ta’ N,N-Diisopropilamminoetantijol (CAS 41480-75-5);

66. 

Diklorofosfat tal-metil (CAS 677-24-7);

67. 

Diklorofosfat tal-etil (CAS 1498-51-7);

68. 

Difluworofosfat tal-metil (CAS 22382-13-4);

69. 

Difluworofosfat tal-etil (CAS 460-52-6);

70. 

Klorofosfit tad-dietil (CAS 589-57-1);

71. 

Klorofluworofosfat tal-metil (CAS 754-01-8);

72. 

Klorofluworofosfat tal-etil (CAS 762-77-6);

73. 

N,N-Dimetilformamidin (CAS 44205-42-7);

74. 

N,N-Dietilformamidin (CAS 90324-67-7);

75. 

N,N-Dipropilformamidin (CAS 48044-20-8);

76. 

N,N-Diisopropilformamidin (CAS 857522-08-8);

77. 

N,N-Dimetilaċetamidin (CAS 2909-14-0);

78. 

N,N-Dietilaċetamidin (CAS 14277-06-6);

79. 

N,N-Dipropilaċetamidin (CAS 1339586-99-0);

80. 

N,N-Dimetilpropanamidin (CAS 56776-14-8);

81. 

N,N-Dietilpropanamidin (CAS 84764-73-8);

82. 

N,N-Dipropilpropanamidin (CAS 1341496-89-6);

83. 

N,N-Dimetilbutanamidin (CAS 1340437-35-5);

84. 

N,N-Dietilbutanamidin (CAS 53510-30-8);

85. 

N,N-Dipropilbutanamidin (CAS 1342422-35-8);

86. 

N,N-Diisopropilbutanamidin (CAS 1315467-17-4);

87. 

N,N-Dimetilisobutanamidin (CAS 321881-25-8);

88. 

N,N-Dietilisobutanamidin (CAS 1342789-47-2);

89. 

N,N-Dipropilisobutanamidin (CAS 1342700-45-1).

Nota 1:   Għall-esportazzjonijiet lejn “Stati mhux Parti fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, 1C350 ma jkoprix il-kontrolli fuq “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.1, .3, .5, .11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36, .54, .55, .56, .57, 63 u .65 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % skont il-piż tat-taħlita.

Nota 2:   Għall-esportazzjoni lejn “Stati li huma Parti fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, 1C350 ma jkoprix il-kontrolli fuq “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.1, .3, .5, .11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36, .54, .55, .56, .57, .63 u .65 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % skont il-piż tat-taħlita.

Nota 3:   1C350 ma jkoprix il-kontrolli fuq “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.2, .6, .7, .8, .9, .10, .14, .15, .16, .19, .20, .24, .25, .30, .37, .38, .39, .40, .41, .42, .43, .44, .45, .46, .47, .48, .49, .50, .51, .52, .53, .58, .59, .60, .61, .62, .64, .66, .67, .68, .69, .70, .71, .72, .73, .74, .75, .76, .77, .78, .79, .80, .81, .82, .83, .84, .85, .86, .87, .88 u 89 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % skont il-piż tat-taħlita.

Nota 4:   1C350 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti tal-konsum ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

1C351Patoġeni tal-bniedem u tal-annimali, u “tossini”, kif ġej:

a. 

Viruses, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kultivazzjonijiet ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kultivazzjonijiet bħal dawn, kif ġej:

1. 

Il-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel;

2. 

Il-virus tad-deni tal-ħnieżer Afrikan;

3. 

Il-virus tal-Andes;

4. 

Il-viruses tal-influwenza avjarja, li:

a. 

Mhumiex karatterizzati; jew

b. 

Huma ddefiniti fl-Anness I(2) tad-Direttiva 2005/94/KE (ĠU L 10 14.1.2006 p. 16) li għandhom patoġeniċità għolja, kif ġej:

1. 

Virus tat-Tip A b’IVPI (l-indiċi ta’ patoġeniċità intravenuża) ta’ aktar minn 1,2 f’tiġieġ ta’ sitt ġimgħat; jew

2. 

Virus tat-Tip A tas-sottotipi H5 jew H7 b'sekwenzi tal-ġenoma kkodifikati għal aċidi amminiċi bażiċi multipli fil-post fejn tinqasam il-molekula tal-emaglutinina simili għal dak osservat fir-rigward ta’ viruses oħrajn tal-HPAI, li jindika li l-molekula tal-emaglutinina tista' tinqasam bi proteażi ubikwitarja fl-ospitant;

5. 

Il-virus tal-ilsien blu;

6. 

Il-virus Chapare;

7. 

Il-virus Chikungunya;

8. 

Il-virus Choclo;

9. 

Il-virus tad-deni emoraġiku Kongo-Krimejan;

10. 

Mhux użat;

11. 

Il-virus ta' Dobrava-Belgrad;

12. 

Il-virus tal-enċefalomjelite ekwina tal-Lvant;

13. 

Il-virus tal-Ebola: il-membri kollha tal-ġeneru tal-virus tal-Ebola;

14. 

Il-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer;

15. 

Il-virus tal-ġidri tal-mogħoż;

16. 

Il-virus Guanarito;

17. 

Il-virus Hantaan;

18. 

Il-virus Hendra (il-Morbillivirus ekwin);

19. 

Il-virus tal-erpete tas-suid 1 (Psewdoidrofobija; marda ta’ Aujeszky);

20. 

Il-virus tad-deni klassiku tal-ħnieżer (il-virus tal-kolera tal-ħnieżer);

21. 

Il-virus tal-enċefalomjelite Ġappuniża;

22. 

Il-virus Junin;

23. 

Il-virus tal-marda tal-Foresta ta' Kyasanur;

24. 

Il-virus tal-Laguna Negra;

25. 

Il-virus ta' Lassa;

26. 

Il-virus Louping ill;

27. 

Il-virus Lujo;

28. 

Il-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

29. 

Il-virus tal-korjomeningite limfoċitika;

30. 

Il-virus Machupo;

31. 

Il-virus Marburg: il-membri kollha tal-ġeneru tal-virus Marburg;

32. 

Il-virus tal-monkeypox;

33. 

Il-virus tal-enċefalomjelite Murray Valley;

34. 

Il-virus tal-marda ta’ Newcastle;

35. 

Il-virus Nipah;

36. 

Il-virus tad-deni emoraġiku ta' Omsk;

37. 

Il-virus ta’ Oropouche;

38. 

Il-virus tal-pesta tal-annimali ruminanti żgħar;

39. 

Il-virus tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer;

40. 

Il-virus ta’ Powassan;

41. 

Il-virus tar-rabja u l-membri l-oħra kollha tal-ġeneru Lyssavirus;

42. 

Il-virus tad-deni ta' Rift Valley;

43. 

Il-virus Rinderpest;

44. 

Il-virus Rocio;

45. 

Il-virus Sabia;

46. 

Il-virus ta’ Seoul;

47. 

Il-virus tal-ġidri tan-nagħaġ;

48. 

Il-virus Sin Nombre;

49. 

Il-virus tal-enċefalomjelite ta' St Louis;

50. 

Il-virus Porcine Tescho;

51. 

Il-virus tal-enċefalomjelite li jinġarr mill-qurdien (sottotip tal-Lvant Imbiegħed);

52. 

Il-virus tal-Varjola;

53. 

Il-virus tal-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela;

54. 

Il-virus tal-istomatite vexxikolari;

55. 

Il-virus tal-enċefalomjelite ekwina tal-Punent;

56. 

Il-virus tad-deni isfar;

57. 

Il-virus korona tas-sindrome respiratorja akuta gravi (SARS-virus korona relatat);

58. 

Il-virus tal-influwenza tal-1918 rikostitwit;

59. 

Il-coronavirus relatat mas-sindrome respiratorja tal-Lvant Nofsani (coronavirus relatat mal-MERS);

b. 

Mhux użat;

c. 

Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kultivazzjonijiet ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kultivazzjonijiet bħal dawn, kif ġej:

1. 

Baċillus anthracis;

2. 

Bruċella abortus;

3. 

Bruċella melitensis;

4. 

Bruċella suis;

5. 

Clostridium botulinum;

6. 

Francisella tularensis;

7. 

Chlamydia psittaci (Chlamydophila psittaci);

8. 

Clostridium argentinense (qabel kienet magħrufa ukoll bħala Clostridium botulinum tat-Tip G), razza ta’ mikrobi li jipproduċu n-newrotossina botulinika;

9. 

Clostridium baratii, razza ta' mikrobi li jipproduċu n-newrotossina botulinika;

10. 

Clostridium botulinum;

11. 

Clostridium butyricum, razza ta' mikrobi li jipproduċu n-newrotossina botulinika;

12. 

Clostridium perfringens, tipi ta’ mikrobi li jipproduċu t-tossina epsilon;

13. 

Virus Nipah;

14. 

Tularemja (Francisella tularensis);

15. 

Mycoplasma capricolum, is-sottospeċi capripneumoniae (ir-razza tal-mikrobu F38);

16. 

Mycoplasma mycoides, is-sottospeċi mycoides SC (kolonja żgħira);

17. 

Rickettsia prowazekii;

18. 

Salmonella enterica is-sottospeċi enterica serovar Typhi (Salmonella typhi);

19. 

Escherichia coli li tipproduċi t-tossina Shiga (STEC) tas-serogruppi O26, O45, O103, O104, O111, O121, O145, O157, u serogruppi oħra li jipproduċu t-tossina Shiga;

Nota:   Escherichia coli li tipproduċi t-tossina Shiga (STEC) hija magħrufa wkoll bħala E. coli enteroemorraġika (EHEC), E. coli li tipproduċi l-verotossina (VTEC) jew E. coli li tipproduċi l-veroċitotossina (VTEC).

20. 

Burkholderia pseudomallei (Pseudomonas pseudomallei);

21. 

Salmonella typhi;

22. 

Shigella dysenteriae;

d. 

“Tossini”, kif ġej, u s-“subunità tat-tossini” tagħhom:

1. 

Tossini Botulinum;

2. 

Clostridium perfringens alpha, beta 1, beta 2, epsilon u tossini iota;

3. 

Konotossini;

4. 

Riċinu;

5. 

Sassitossina;

6. 

Tossini Shiga (tossini bħal shiga, verotossini u veriċotossini)

7. 

Enterotossini ta’ Staphylococcus aureus, it-tossina hemolysin alpha, u tossini tas-sindromu tax-xokk tossiku (li qabel kienet magħrufa ukoll bħala l-Enterotossina ta’ Staphylococcus);

8. 

Tetrodotossina;

9. 

Mhux użat;

10. 

Mikroċistini (Cyanginosins);

11. 

Aflatossini;

12. 

Abrina;

13. 

Tossina tal-kolera;

14. 

Diaċetossixirpenol;

15. 

Tossina T-2;

16. 

Tossina HT-2;

17. 

Modeksina;

18. 

Volkensina;

19. 

Viskumina (Lektina 1 Viskum Album);

Nota:   1C351.d. ma jkoprix il-kontrolli fuq it-tossini botulinum jew il-konotossini f’forma ta’ prodotti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

1. 

Huma formulazzjonijiet farmaċewtiċi maħsuba biex jingħataw lill-bnedmin fit-trattament ta’ kundizzjonijiet mediċi;

2. 

Huma ppakkjati bil-lesti għat-tqassim bħala prodotti mediċi;

3. 

Huma awtorizzati minn awtorità tal-Istat sabiex jiġu kkummerċjalizzati bħala prodotti mediċi.

e. 

Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kultivazzjonijiet ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kultivazzjonijiet bħal dawn, kif ġej:

1. 

Coccidioides immitis;

2. 

Coccidioides posadasii.

Nota:   1C351 ma jkoprix il-kontrolli fuq il-“vaċċini” jew l-“immunotossini”.

1C353“Elementi ġenetiċi” u “organiżmi ġenetikament immodifikati”, kif ġej:

a. 

Kull “organiżmu ġenetikament immodifikat” li jinkludi, jew “element ġenetiku” li jikkodifika għal, xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

Kwalunkwe ġene jew ġeni speċifiċi għal xi virus speċifikat f’1C351.a. jew 1C354.a.

2. 

Kwalunkwe ġene jew ġeni speċifiċi għal xi batterju speċifikat f’1C351.c. jew 1C354.b. jew fungu speċifikat f’1C351.e. jew 1C354.c., u li huwa xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Fiha nnifisha jew permezz tal-prodotti traskritti jew tradotti tagħha tirrappreżenta periklu sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti; jew

b. 

Tista’ “tikkonferixxi jew issaħħaħ il-patoġeniċità”; jew

3. 

It-“tossini” kollha speċifikati f’1C351.d jew kull “sottounità ta’ tossini” ta’ dawn it-tossini.

b. 

Mhux użat.

Noti Tekniċi:

1.   “Organiżmi mmodifikati ġenetikament” jinkludu organiżmi li fihom is-sekwenzi tal-aċidu nuklejku inħolqu jew inbidlu premezz ta’ manipulazzjoni molekulari intenzjonata.

2.   “Elementi ġenetiċi” jinkludu fost l-oħrajn kromożomi, ġenomi, plasmidi, transposoni, vetturi u organiżmi mhux attivati li fihom frammenti ta’ aċidu nuklejku rekuperabbli, kemm jekk ġenetikament immodifikati jew le, jew sintetizzati kimikament kompletament jew parzjalment. Għall-finijiet tal-kontroll tal-elementi ġenetiċi, l-aċidi nuklejċi minn organiżmu, virus jew kampjun mhux attivati huma kkunsidrati rekuperabbli jew l-intattivazzjoni u t-tħejjija tal-materjal tkun intenzjonata jew magħrufa li tiffaċilità l-iżolament, il-purifikazzjoni, l-amplifikazzjoni, id-detezzjoni, jew l-identifikazzjoni ta’ aċidi nuklejċi.

3.   “Tikkonferixxi jew issaħħaħ il-patoġeniċità” tfisser meta l-inseriment jew l-integrazzjoni tas-sekwenza jew sekwenzi ta' aċidu nuklejku x’aktarx iwasslu biex jabilitaw jew iżidu l-kapaċità ta’ organiżmu biex b'mod deliberat jikkaġuna marda jew mewt. Dan jista’ jinkludi alterazzjonijiet, fost l-oħrajn: għall-virulenza, it-trażmissibbiltà, l-istabbiltà, il-metodu tal-infezzjoni, il-firxa ta’ organiżmi ospitanti, ir-reproduċibbiltà, il-kapaċità li tiġi evitata jew imrażżna l-immunità tal-ospitant, ir-reżistenza għal kontromiżuri mediċi, jew il-kapaċità ta’ detezzjoni.

Nota 1:   1C353 ma jkoprix il-kontrolli fuq sekwenzi ta’ aċidu nuklejku ta’ Escherichia coli li tipproduċi t-tossina shiga tas-serogruppi O26, O45, O103, O104, O111, O121, O145, O157, u serogruppi oħrajn li jipproduċu t-tossina shiga, għajr dawk l-elementi ġenetiċi li jikkodifikaw għat-tossina shiga, jew għas-subunitajiet tagħha.

Nota 2:   1C353 ma jikkontrollax “vaċċini”.

1C354Patoġeni tal-pjanti, kif ġej:

a. 

Viruses, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kultivazzjonijiet ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kultivazzjonijiet bħal dawn, kif ġej:

1. 

Virus Andin latenti tal-patata (Potato Andean latent tymovirus);

2. 

Virojde tad-deformazzjoni fusiformi tat-tuberi tal-patata;

b. 

Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kultivazzjonijiet ħajjin iżolati” jew bħala materjal li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kultivazzjonijiet bħal dawn, kif ġej:

1. 

Colletotrichum kahawae (Colletotrichum coffeanum var. virulans);

2. 

Xanthomonas axonopodis pv. citri (Xanthomonas campestris pv. A) [Xanthomonas axonopodis pv. citri];

3. 

Xanthomonas oryzae pv. oryzae (Pseudomonas campestris pv. oryzae);

4. 

Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus (Corynebacterium michiganensis subsp. sepedonicum jew Corynebacterium sepedonicum);

5. 

Ralstonia solanacearum razza 3 biovar 2;

c. 

Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kulturi ħajjin iżolati” jew bħala materjal li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kulturi bħal dawn, kif ġej:

1. 

Colletotrichum kahawae (Colletotrichum coffeanum var. virulans);

2. 

Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

3. 

Microcyclus ulei (syn. Dothidella ulei);

4. 

Puccinia graminis ssp. graminis var. graminis / Puccinia graminis ssp. graminis var. stakmanii (Puccinia graminis [syn. Puccinia graminis f. sp. tritici]);

5. 

Puccinia striiformis (syn. Puccinia glumarum);

6. 

Magnaporthe oryzae (Pyricularia oryzae);

7. 

Peronosclerospora philippinensis (Peronosclerospora sacchari);

8. 

Sclerophthora rayssiae var. zeae;

9. 

Synchytrium endobioticium;

10. 

Tilletia indica;

11. 

Thecaphora solani.

1C450Sustanzi kimiċi tossiċi u prekursuri ta’ sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej, u “taħlitiet kimiċi” li fihom waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi:

N.B.   ARA WKOLL L-ENTRATA 1C350, 1C351.d. U L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a. 

Sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej:

1. 

U L-KONTROLLI TA' MERKANZIJA MILITARI. O,O-Dietil S- [2-(dietilamino)etil] fosforotijolat (CAS 78-53-5) u mluħa alkilati jew protonati korrispondenti,

2. 

PFIB: 1,1,3,3,3-Pentafluworo-2-(trifluworometil)-1-propin (CAS 382-21-8);

3. 

PFIB: 3-Kwinuklidinil benzilat (CAS 6581-06-2);

4. 

Fosġenu: Diklorur tal-karbonil (CAS 75-44-5);

5. 

Klorur ċjanoġenu (CAS 506-77-4);

6. 

Ċjanur tas-sodju, (CAS 74-90-8);

7. 

Kloropikrin: Trikloronitrometan (CAS 76-06-2);

Nota 1:   Għall-esportazzjoni lejn “Stati mhux Parti fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, 1C450 ma tikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.a.1. u.a.2. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 1 % tal-piż tat-taħlita.

Nota 2:   Għal esportazzjonijiet lejn “Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, 1C450 ma jikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrata 1C450.a.1. u .a.2. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

Nota 3:   1C450 ma jkoprix il-kontrolli fuq “taħlitiet kimiċi” li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.a.4., .a.5., .a.6. u .a.7. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % skont il-piż tat-taħlita.

Nota 4:   1C450 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti tal-konsum ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

b. 

Prekursuri ta’ sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej:

1. 

Sustanzi kimiċi, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli ta’ Merkanzija Militari jew f’1C350, li fihom atomu tal-fosfru li hemm marbut miegħu grupp wieħed ta’ metil, etil jew propil (normali jew iso) iżda l-ebda atomu ieħor tal-karbonju.

Nota:   1C450.b.1 ma jikkontrollax fuq il-Fonofos: Etilfosfonotijolotijonat ta’ O-Etil u S-fenil (CAS 944-22-9);

2. 

Dialidi fosforamidiċi ta’ N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)], minbarra d-diklorur ta’ N,N-Dimetilaminofosforil;

N.B.:   Ara 1C350.57. għad-diklorur ta’ N,N-Dimetilamminofosforil.

3. 

N,N-dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)]-fosforamidati ta’ dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)], minbarra N,N-dimetilfosforamidat ta’ dietil li huwa speċifikat f’1C350;

4. 

N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetil-2-kloruri u mluħa protonati korrispondenti, minbarra il-klorur ta’ N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetil jew l-idroklorur ta’ N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetil klorur li huma speċifikati f’1C350;

5. 

N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetan-2-oli u mluħa protonati korrispondenti; għajr N,N-Diisopropil- (beta)-aminoetanol (CAS 96-80-0) u N,N-Dietilaminoetanol (CAS 100-37-8) li huma speċifikati f’1C350;

Nota:   1C450.b.5. ma jkoprix il-kontrolli fuq dan li ġej:

a. 

N,N-Dimetilaminoetanol (CAS 108-01-0) u mluħa protonati korrispondenti;

b. 

Imluħa protonati ta’ N,N-Dietilaminoetanol (CAS 100-37-8);

6. 

N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] amminoetan-2-tijoli u mluħa protonata korrispondenti, minbarra N,N-Diisopropil-(beta)-tijol amminoetan (CAS 5842-07-9) u l-Kloridrat ta’ N,N-Diisopropilamminoetantijol (CAS 41480-75-5) li huma speċifikati f’1C350;

7. 

Ara 1C350 għal etildietanolamina (CAS 139-87-7);

8. 

Metildietanolamina (CAS 105-59-9);

Nota 1:   Għall-esportazzjoni lejn “Stati mhux Parti fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, 1C450 ma tikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.b.1.,.b.2.,.b.3.,.b.4.,.b.5. u.b.6. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % tal-piż tat-taħlita.

Nota 2:   Għall-esportazzjoni lejn “Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi”, 1C450 ma jikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.b.1., .b.2., .b.3., .b.4., .b.5. u .b.6. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

Nota 3:   1C450 ma jikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrata 1C450.b.8 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

Nota 4:   1C450 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti tal-konsum ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

1DSoftware

1D001“Software” ddisinjat jew modifikat apposta għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir speċifikat f’1B001 sa 1B003.

1D002“Software” għall-“iżvilupp” ta’ prodotti laminati jew “kompożiti” b’“matriċi” organika, “matriċi” metallika jew “matriċi” tal-karbonju.

1D003“Software” mfassal jew modifikat apposta biex jippermetti li t-tagħmir iwettaq il-funzjonijiet ta’ tagħmir speċifikat f’1A004.c. jew 1A004.d.

1D101“Software” mfassal jew immodifikat apposta għat-tħaddim jew il-manutenzjoni tal-oġġetti speċifikati f’1B101, 1B102, 1B115, 1B117, 1B118 jew 1B119.

1D103“Software” ddisinjat apposta għall-analiżi ta’ karatteristiċi osservabbli mnaqqsa bħar-riflettività tar-radar, senjaturi ultravjola / bl-infraaħmar u senjaturi akustiċi.

1D201“Software” mfassal apposta għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati f’1B201.

1ETechnology

1E001“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir jew materjali speċifikati f’1A002 sa 1A005, 1A006.b., 1A007, 1B jew 1C.

1E002“Teknoloġija” oħra kif ġej:

a. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ polibenżotijażoli jew polibenżossijażoli;

b. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ komposti tal-fluworoelastomeru li fihom mill-inqas monomeru wieħed tal-viniletere;

c. 

“Teknoloġija” għad-disinn jew għall-“produzzjoni” ta’ trabijiet taċ-ċeramika jew ta’ materjali taċ-ċeramika mhux “kompożiti” li ġejjin:

1. 

Trab taċ-ċeramika li għandu dan kollu li ġej:

a. 

Xi waħda mill-kompożizzjonijiet li ġejjin:

1. 

Ossidi sempliċi jew kumplessi taż-żirkonju u ossidi kumplessi tas-siliċju jew tal-aluminju;

2. 

Nitruri tal-boron sempliċi (forom kristallini kubiċi);

3. 

Karburi sempliċi jew kumplessi tas-siliċju jew tal-boron; jew

4. 

Nitruri tas-siliċju sempliċi jew kumplessi;

b. 

Xi waħda mill-impuritajiet tal-metall totali li ġejjin (minbarra ż-żidiet intenzjonali):

1. 

Anqas minn 1 000  ppm għal ossidi jew għall-karburi sempliċi; jew

2. 

Anqas minn 5 000  ppm għall-komposti kumplessi jew għan-nitruri sempliċi; u

c. 

Li huma xi wieħed / waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Żirkonju (CAS 1314-23-4) b’daqs medju tal-partikola ta’ 1 μm jew inqas u mhux aktar minn 10 % tal-partikoli li huma akbar minn 5 μm; jew

2. 

Trab taċ-ċeramika ieħor b'daqs medju tal-partiċella li jkun daqs jew inqas minn 5 μm u mhux aktar minn 10 % tal-partiċelli jkunu akbar minn 10 μm;

2. 

Materjali taċ-ċeramika mhux “kompożiti” magħmulin mill-materjali speċifikati f’1E002.c.1;

Nota:   1E002.c.2 ma jkoprix il-kontrolli fuq “teknoloġija” għal abrażivi.

d. 

Mhux użat;

e. 

“Teknoloġija” għall-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-materjali speċifikati f’1C001;

f. 

“Teknoloġija” għat-tiswija ta’ strutturi, laminati jew materjali “kompożiti” speċifikati f’1A002 jew 1C007.c.;

Nota:   1E002.f. ma jirregolax “teknoloġija” għat-tiswija ta' strutturi ta' “ajruplani” permezz ta' “materjal fibruż jew bil-filamenti” tal-karbonju u reżini epossidiċi, f'manwali ta' fabbrikanti ta' inġenji tal-ajru.

g. 

“Libreriji” mfasslin jew immodifikati apposta sabiex jippermettu li t-tagħmir iwettaq il-funzjonijiet tat-tagħmir speċifikat f’1A004.c. jew 1A004.d.

1E101“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati f’1A102, 1B001, 1B101, 1B102, minn 1B115 sa 1B119, 1C001, 1C101, 1C107, minn 1C111 sa 1C118, 1D101 jew 1D103.

1E102“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta’ “software” speċifikat f’1D001, 1D101 jew 1D103.

1E103“Teknoloġija” għar-regolamentazzjoni ta’ temperatura, pressjoni jew atmosfera f’awtoklavi jew idroklavi, meta jkunu użati għall-“produzzjoni” ta’ “kompożiti” jew “kompożiti” pproċessati parzjalment.

1E104“Teknoloġija” għall-“produzzjoni” ta’ materjali derivati pirolitikament imsawra fuq forma, mandrin jew sottostrat ieħor minn gassijiet prekursuri li jiddekomponu fil-firxa ta’ temperatura minn 1 573  K (1 300  °C) sa 3 173  K (2 900  °C) fi pressjonijiet minn 130 Pa sa 20 kPa.

Nota:   1E104 jinkludi “teknoloġija” għall-kompożizzjoni ta' gassijiet prekursuri, rati ta' fluss u, skedi u parametri għall-kontroll tal-proċess.

1E201“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati f’1A002, 1A007, 1A202, minn 1A225 sa 1A227, 1B201, minn 1B225 sa 1B234, 1C002.b.3. jew .b.4., 1C010.b., 1C202, 1C210, 1C216, minn 1C225 sa 1C241 jew 1D201.

1E202“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” tal-oġġetti speċifikati f’1A007, 1A202 jew 1A225 sa 1A227.

1E203“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta’ “software” speċifikat f’1D201.

KATEGORIJA 2 - L-IPPROĊESSAR TA’ MATERJALI

2ASistemi, Tagħmir u Komponenti

N.B.   Għal bearings li jaħdmu b’mod silenzjuż, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

2A001Ara l-bearings antifrizzjoni, is-sistemi tal-bearings u l-komponenti, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 2A101.

a. 

Ball bearings u bearings bir-rombli solidi, li għandhom it-tolleranzi kollha speċifikati mill-manifattur skont l-ISO 492 Klassi ta’ Tolleranza 4 jew 2 (jew l-ekwivalenti nazzjonali), jew aħjar, u li għandhom kemm “ċrieki” kif ukoll “elementi li jirrumblaw”, magħmulin mill-monel jew mill-berillju;

Nota:   2A001.a. ma jkoprix il-kontrolli fuq berings bir-rombli koniċi.

Noti Tekniċi:

1.   “Ċurkett” - parti annulari ta’ kuxxinett bir-rombli radjali li jinkorporaw kanal wieħed jew iktar (ISO 5593:1997).

2.   “Element li jirrombla” - ballun jew romblu li jirrombla bejn kanali (ISO 5593:1997).

b. 

Mhux użat;

c. 

Sistemi attivi tal-bearings manjetiċi li jużaw xi wieħed / waħda minn dawn li ġejjin, u komponenti mfassla apposta għalihom:

1. 

Materjali b’densitajiet ta’ fluss ta’ 2,0 T jew aktar u b’reżistenza għall-forza ta’ aktar minn 414 MPa;

2. 

Id-disinji polarizzati omopolari 3D kompletament elettromanjetiċi għall-attwaturi; jew

3. 

Sensuri tal-pożizzjoni ta’ temperatura għolja (450 K (177 °C) u ogħla).

2A101Bearings bir-rombli radjali, minbarra dawk speċifikati f’2A001, li għandhom it-tolleranzi kollha speċifikati skont l-ISO 492 Klassi ta’ Tolleranza 2 (jew ANSI/ABMA Standard 20 Klassi ta’ Tolleranza ABEC-9 jew ekwivalenti oħra nazzjonali), jew aħjar, u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Dijametru tat-toqba taċ-ċirku intern bejn 12 mm u 50 mm;

b. 

Dijametru tat-toqba taċ-ċirku estern bejn 25 mm u 100 mm; u

c. 

Wisgħa ta’ bejn 10 mm u 20 mm.

7A003ikompli

a. 

Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Volum ta’ bejn 150 cm3 u 8 000  cm3; u

2. 

Magħmula minn jew miksija b’xi wieħed mill-materjali li ġejjin, jew kombinament tal-materjali li ġejjin, li jkollhom livell totali ta’ impurità ta’ 2 % jew inqas skont il-piż:

a. 

Fluworur tal-kalċju (CaF2);

b. 

Żirkonat tal-kalċju (metażirkonat) (CaZrO3);

c. 

Sulfur taċ-ċerju (Ce2S3);

d. 

Ossidu tal-erbju (erbja) (Er2O3);

e. 

Ossidu tal-afnju (afnja) (HfO2);

f. 

Ossidu tal-manjeżju (MgO);

g. 

Liga b’nitrur ta’ nijobju-titanju-tungstenu (bejn wieħed u ieħor 50 % Nb, 30 % Ti, 20 % W);

h. 

Ossidu tal-ittriju (ittrija) (Y2O3); jew

i. 

Ossidu taż-żirkonju (żirkonja) (ZrO2);

b. 

Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Volum ta’ bejn 50 cm3 u 2 000  cm3; u

2. 

Magħmulin mit-tantalju jew miksijin bih, li għandhom purezza ta’ 99,9 % jew aktar skont il-piż;

c. 

Griġjoli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Volum ta’ bejn 50 cm3 u 2 000  cm3;

2. 

Magħmula minn jew miksija bit-tantalju, li għandhom purezza ta’ 98 % jew aktar skont il-piż; kif ukoll

3. 

Miksija bil-karbur tat-tantalju, in-nitrur u l-borur tat-tantalu jew kwalunkwe taħlita ta’ dawn.

2A226Valvi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

“Daqs nominali” ta’ 5 mm jew akbar;

b. 

Li għandhom siġill minfaħ; u

c. 

Magħmula fl-intier tagħhom minn aluminju jew miksija bih, liga tal-aluminju, nikil jew liga tan-nikil li fihom aktar minn 60 % nikil skont il-piż.

Nota Teknika:

Għall-valvi bi ftuħ għad-dħul u ħruġ ta’ dijametri differenti, id-“daqs nominali” fi 2A226 jirreferi għall-iżgħar dijametru.

2BTagħmir tal-Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni

Noti Tekniċi:

1.   L-assi tal-kontorn paralleli sekondarji (pereż., l-assi-w f’magni għat-tħaffir orizzontali jew assi rotatorju sekondarju li l-linja ċentrali tiegħu hi parallela mal-assi rotatorju primarju) ma jingħaddux man-numru totali tal-assi li jikkontornaw. Ma hemmx bżonn li l-assi rotatorji jkunu jduru b’aktar minn 360 °. Assi rotatorju jista’ jitħaddem permezz ta’ apparat lineari (pereż., vit jew ingranaġġ u pinion).

2.   Għall-finijiet ta’ 2B, in-numru ta’ assi li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn” huwa n-numru ta’ assi li tulhom jew madwarhom, matul l-ipproċessar tal-oġġett tal-ħidma, isiru movimenti simultanji u interrelatati bejn l-oġġett tal-ħidma u biċċa għodda. Dan ma jinkludix xi assi addizzjonali li tulu jew madwaru jsir moviment ieħor relattiv fil-magna bħal:

a. 

Sistemi ta’ tlestija tal-mola f’magni tat-tħin;

b. 

Assi rotatorji paralleli mfasslin għall-immuntar ta’ oġġetti tal-ħidma separati;

c. 

Assi rotatorji kolineari mfasslin sabiex jimmanipulaw l-istess oġġett tal-ħidma billi jżommuh f’mandrin tat-torn minn truf differenti.

3.   In-nomenklatura tal-assi tkun skont l-Istandard Internazzjonali ISO 841:2001, is-Sistemi ta’ awtomatizzazzjoni industrijali u ta’ integrazzjoni - il-Kontroll numeriku tal-magni - Sistema ta’ koordinati u nomenklatura ta’ movimenti.

4.   Minn 2B001 sa 2B009 “fus inklinabbli” hu kkonsidrat bħala assi rotatorju.

5.   “Ir-‘ripetibilità ta’ pożizzjonament unidirezzjonali’ iddikjarata” tista’ tintuża għal kull mudell ta’ għodda bil-magna bħala alternattiva għat-testijiet ta’ magni individwali u hija ddeterminata kif ġej:

a. 

Agħżel ħames magni ta’ mudell li għandu jiġi evalwat;

b. 

Kejjel ir-ripetibbiltà tal-assi lineari (R↑,R↓) skont l-ISO 230-2:2014 u evalwa r-“ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” għal kull assi ta’ kull waħda mill-ħames magni;

c. 

Stabbilixxi l-valur tal-medja aritmetika tal-valuri tar-“ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” għal kull assi tal-ħames magni kollha f’daqqa. Dawn il-valuri tal-medja aritmetika tar-“ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali”(
image ) jsiru l-valur iddikjarat ta’ kull assi għall-mudell (
image ,
image , …);

d. 

Peress li l-lista fil-Kategorija 2 tirreferi għal kull assi lineari, se jkun hemm valuri ta’ “ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” ddikjarati daqs kemm hemm assi lineari;

e. 

Jekk xi assi ta’ mudell ta’ magna li mhux speċifikat minn 2B001.a. sa 2B001.c. għandu r-“ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” ddikjarata daqs jew inqas mir-“ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” speċifikata għal kull mudell ta’ makkinarju għodda b’0,7 μm aktar, il-fabbrikant jenħtieġ li jkun mitlub jafferma mill-ġdid il-livell ta’ preċiżjoni darba kull 18-il xahar.

6.   Għall-finijiet ta’ 2B001.a. sa 2B001.c., l-inċertezza tal-kejl għar-“ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” tal-makkinarju għodda, kif definita fl-Istandard Internazzjonali ISO 230-2:2014 jew l-ekwivalenti nazzjonali, ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

7.   Għall-finijiet ta’ 2.B001.a. sa 2B001.c., il-kejl tal-assi jsir skont il-proċeduri tat-test f’5.3.2. tal-ISO 230-2:2014. It-testijiet għall-assi itwal minn 2 metri għandhom jsiru għal kull segment ta’ 2 m. Assi ta’ aktar minn 4 m jeħtieġu diversi testijiet (pereż., żewġ testijiet għall-assi itwal minn 4 m u ta’ mhux aktar minn 8 m, tliet testijiet għall-assi itwal minn 8 m u mhux aktar minn 12-il m), magħmula għal kull segment ta’ 2 m u mqassmin f’intervalli ndaqs fuq it-tul tal-assi. Is-segmenti tat-test huma mbiegħda għat-tul tal-assi kollu, b’kull tul żejjed jiġi diviż fil-bidu, fin-nofs u fit-tmiem is-segmenti tat-test. L-iżgħar valur ta’ “ripetibilità ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” - tas-segmenti tat-test kollha għandu jiġi rrappurtat.

2B001Makkinarju għodda u kwalunkwe kombinament tagħha, għat-tneħħija (jew il-qtugħ) ta’ metall, ċeramika jew “kompożiti”, li skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-manifattur, jistgħu jiġu mgħammra b’apparat elettroniku għall-“kontroll numeriku”, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 2B201.

Nota 1:   2B001 ma jkoprix il-kontrolli fuq għodda bil-magna bi skop speċjali limitata għall-manifattura ta’ ingranaġġi. Għal magni bħal dawn ara 2B003.

Nota 2:   2B001 ma jkoprix il-kontrolli fuq għodda bil-magna bi skop speċjali limitata għall-manifattura ta’ xi waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Crankshafts jew camshafts;

b. 

Għodod jew għodod tal-qtugħ;

c. 

Worms għall-estrazzjoni;

d. 

Partijiet ta’ ġojjellerija minquxa jew b’aktar minn wiċċ wieħed; jew

e. 

Prosteżi dentali.

Nota 3:   Għodda bil-magna li għandha tal-inqas tnejn mit-tliet kapaċitajiet ta’ tornitura, ta’ milling jew ta’ tħin (pereż., magna tat-tornitura b’kapaċità ta’ milling), trid tiġi evalwata skont kull entrata applikabbli fi 2B001.a., b. jew c.

Nota 4:   Għodda bil-magna li għandha kapaċità ta’ manifattura addittiva apparti kapaċità ta’ tornitura, ta’ milling jew ta’ tħin trid tiġi evalwata skont kull entrata applikabbli 2B001.a., .b. jew .c.

N.B.   Għall-magni tal-irfinar ottiku ara 2B002.

a. 

Għodda bil-magna għat-tidwir b’żewġ assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”, li għandha xi karatteristika li ġejja:

1. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,9 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b’tul ta’ tmexxija ta’ inqas minn 1,0 m; jew

2. 

“Ripetibilità ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b’tul ta’ tmexxija daqs jew aktar minn 1,0 m;

Nota 1:   2B001.a. ma jkoprix il-kontrolli fuq magni tat-tornitura mfasslin apposta biex jipproduċu lentijiet tal-kuntatt, li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Kontrollur tal-magna limitat għall-użu ta’ software oftalmiku biex tiddaħħal id-data għall-programmar tal-partijiet; kif ukoll

b. 

L-ebda dispożittiv ta’ ġbid b’vakwu.

Nota 2:   2B001.a. ma jkoprix il-kontrolli fuq magni għall-vireg (Swissturn), limitati biss għall-immaxxinjar ta’ virga li tiddaħħal, jekk l-akbar dijamteru tal-virga jkun l-istess jew anqas minn 42 mm, u ma tkun teżisti l-ebda kapaċità ta’ ċokkijiet ta’ mmuntar. Il-magni jista’ jkollhom kapaċitajiet ta’ titqib jew ta’ milling għall-immaxxinjar ta’ partijiet b’dijamteri ta’ anqas minn 42 mm.

b. 

Għodda bil-magna għall-milling, li għandha xi waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1. 

Tliet assi lineari u assi rotatorju wieħed li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn” u li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

a. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,9 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b’tul ta’ tmexxija ta’ inqas minn 1,0 m; jew

b. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b’tul ta’ tmexxija daqs jew aktar minn 1,0 m;

2. 

Ħames assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”, li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet;

a. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,9 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b’tul ta’ tmexxija ta’ inqas minn 1,0 m;

b. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,4 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b’tul ta’ tmexxija ta’ 1 m jew aktar u inqas minn 4 m; jew

c. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 6,0 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b’tul ta’ tmexxija daqs jew aktar minn 4 m;

3. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” għal magni ta’ tħaffir b’ġigg, daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar; jew

4. 

Magni tat-tip fly cutting li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

“Run-out” u “camming” tal-fus ta’ inqas (aħjar) minn 0,0004 mm TIR; u

b. 

Devjazzjoni angolari fil-moviment taż-żerżieq (imbardata, żift u rrolljar) ta’ inqas (aħjar) minn 2 sekondi ta’ ark, TIR għal aktar minn 300 mm ta’ perkors;

c. 

Għodda bil-magna għat-tħin li għandha xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

Għandha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar; u

b. 

Tliet assi jew erba’ li jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”; jew

2. 

Ħames assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”, li għandhom karatteristika minn dawn li ġejjin:

a. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b’tul ta’ tmexxija ta’ inqas minn 1 m;

b. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,4 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b’tul ta’ tmexxija ta’ 1 m jew aktar u inqas minn 4 m; jew

c. 

“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 6,0 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b’tul ta’ tmexxija daqs jew aktar minn 4 m.

Nota:   2B001.c ma jkoprix il-kontrolli fuq magni tat-tħin, kif ġej:

a. 

Magni għat-tħin estern, intern, u esternintern ta’ ċilindri li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Limitati għat-tħin ċilindriku; u

2. 

Limitati għall-kapaċità massima tal-oġġett tal-ħidma b’dijametru estern jew b’tul ta’ 150 mm.

b. 

Magni mfassla speċifikament bħala mtieħen bil-ġigg li ma għandhomx assi-z jew assi-w, b’“Ripetibbiltà ta’ pożizzjonament unidirezzjonali” ta’ inqas (aħjar) minn 1,1 μm

c. 

Imtieħen tal-wiċċ.

d. 

Magni għall-elettroerożjoni (EDM) tat-tip bla wajer li fihom żewġ assi rotatorji jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”;

e. 

Għodda bil-magna għat-tneħħija ta’ metalli, ċeramika jew “kompożiti”, li għandha dan kollu li ġej:

1. 

It-tneħħija ta’ materjal permezz ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Ġettijiet tal-ilma jew ta’ likwidi oħrajn, inklużi dawk li fihom addittivi għall-brix;

b. 

Raġġ ta’ elettroni; jew

c. 

Raġġ ta’ “laser”; u

2. 

Mill-inqas żewġ assi rotatorji li fihom dan kollu li ġej:

a. 

Jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għal “kontroll tal-kontorn”; u

b. 

“Preċiżjoni” tal-pożizzjonament ta’ inqas (aħjar) minn 0,003 °;

f. 

Magni għat-tħaffir fil-fond u magni tat-tornitura mmodifikati għat-tħaffir fil-fond, li għandhom kapaċità massima tat-tħaffir ta’ fond ta’ aktar minn 5 m.

2B002Għodda bil-magna għall-irfinar ottiku kkontrollata numerikament u mgħammra għat-tneħħija selettiva ta’ materjal sabiex tipproduċi wċuħ ottiċi li mhumiex sferiċi li għandha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Irfinar tal-forma sa inqas (aħjar) minn 1,0 μm;

b. 

Irfinar sa livell ta’ tħattib ta’ inqas (aħjar) minn 100 nm rms.

c. 

Erba’ assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”; u

d. 

L-użu ta’ xi wieħed mill-proċessi li ġejjin:

1. 

Irfinar manjetoreoloġiku (“MRF”);

2. 

Irfinar elettroreoloġiku (“ERF”);

3. 

“Irfinar b’raġġ ta’ partiċelli enerġetiċi”;

4. 

“Irfinar b’għodda b’membrana li tintnefaħ”; jew

5. 

“Irfinar permezz ta’ ġettijiet fluwidi”.

Noti Tekniċi:

Għall-iskopijiet ta’ 2B002:

1.   “MRF” huwa proċess għat-tneħħija ta’ materjal li juża fluwidu manjetiku għall-brix li l-viskożità tiegħu hija kkontrollata minn kamp manjetiku.

2.   “ERF” huwa proċess ta’ tneħħija bl-użu ta’ fluwidu għall-brix li l-viskożità tiegħu hija kkontrollata minn kamp tal-elettriku.

3.   “Irfinar b’raġġ ta’ partiċelli enerġetiċi” juża Plażmi Atomiċi Reattivi (RAP) jew raġġi tal-joni sabiex ineħħi l-materjal b’mod selettiv.

4.   “Irfinar b’għodda b’membrana li tintnefaħ” huwa proċess li juża membrana taħt pressjoni li tiddeforma biex tagħmel kuntatt mal-biċċa li għandha tinħadem fuq erja żgħira.

5.   “Irfinar permezz ta’ ġettijiet fluwidi” jagħmel użu minn fluss ta’ fluwidu għat-tneħħija ta’ materjal.

2B003Għodod bil-magna “ikkontrollati numerikament”, imfasslin apposta għat-tqaxxir, l-irfinar, it-tħin jew il-honing ta’ gerijiet imwebbsa (Rc = 40 jew aktar) maqtugħin dritti, elikali u doppjaelikali li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Dijametru effettiv ta’ aktar minn 1 250  mm;

b. 

Wisa’ tal-wiċċ ta’ 15 % ta’ dijametru effettiv jew ikbar; u

c. 

Kwalità ta’ finitura ta’ AGMA 14 jew aħjar (ekwivalenti għal ISO 1328 klassi 3).

2B004“Preses iżostatiċi” li jaħarqu li għandhom il-komponenti kollha li ġejjin, u l-komponenti u l-aċċessorji mfasslin apposta għalihom:

N.B.   ARA WKOLL 2B104 u 2B204.

a. 

Ambjent termiku kkontrollat fil-kavità magħluqa, u kavità tal-kamra b’dijametru intern ta’ 406 mm jew aktar; kif ukoll

b. 

Li għandu xi waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1. 

Pressjoni massima ta’ tħaddim ta’ aktar minn 207 MPa;

2. 

Ambjent termiku kkontrollat ta’ aktar minn 1 773  K (1 500  °C); jew

3. 

Faċilità għat-tixpip bl-idrokarburi u l-eliminazzjoni ta’ prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni ta’ gassijiet.

Nota Teknika:

Id-daqs intern tal-kamra huwa dak tal-kamra fejn jintlaħqu kemm it-temperatura ta’ tħaddim kif ukoll il-pressjoni ta’ tħaddim, u ma jinkludix il-muntaġġ. Din id-dimensjoni għandha tkun l-iżgħar minn jew id-dijametru intern tal-kamra tal-pressjoni jew id-dijametru intern tal-kamra forn iżolata, skont liema miż-żewġ kmamar tkun ġewwa l-ieħor.

N.B.:   Għal forom imnaqqxin, forom u għodod mfasslin apposta ara 1B003, 9B009 u l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

2B005Tagħmir imfassal apposta għad-depożizzjoni, l-ipproċessar u l-kontroll ta’ waqt il-proċess ta’ kisi mill-ġdid inorganiku, kisi u modifiki tal-uċuħ, kif ġej, għal sottostrati speċifikati f’kolonna 2, permezz ta’ proċessi indikati f’kolonna 1 fit-Tabella li tiġi wara 2E003.f., u l-komponenti mfasslin apposta għalihom għall-immaniġġar, il-pożizzjonar, il-manipulazzjoni u l-kontroll awtomatiċi:

a. 

Tagħmir ta’ produzzjoni għad-depożitar kimiku f’fażi ta’ fwar (DFK) li għandu dan kollu li ġej:

N.B.:   ARA WKOLL 2B105.

1. 

Proċess immodifikat għal wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

DFK pulżanti;

b. 

Depożitar termiku f’nukleazzjoni kkontrollat (CNTD); jew

c. 

DFK intensifikat jew assistit permezz ta’ plażma; u

2. 

Li għandu kwalunkwe proprjetà minn dawn li ġejjin:

a. 

Jinkorpora siġilli rotanti f’vakwu għoli (daqs jew inqas minn 0,01 Pa); jew

b. 

Jinkorpora l-kontroll tal-ħxuna ta’ kisja fil-post;

b. 

Tagħmir ta’ produzzjoni għall-impjantazzjoni ta’ joni li għandu l-kurrenti tar-raġġi ta’ 5 mA jew aktar;

c. 

Tagħmir ta’ produzzjoni għad-depożizzjoni fiżika fil-fażi tal-fwar permezz ta’ raġġ ta’ elettroni (EB-PVD) li jinkorpora sistemi ta’ potenza previsti għal aktar minn 80 kW u b’xi wieħed /waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Sistema ta’ kontroll permezz ta’ “laser” tal-livell ta’ banju likwidu li tirregola b’mod preċiż ir-rata tad-dħul tal-ingotti; jew

2. 

Monitor tar-rata kkontrollat minn kompjuter li jopera fuq il-prinċipju ta’ fotoluminixxenza tal-atomi jonizzati fi fluss evaporanti għall-kontroll tar-rata ta’ depożizzjoni ta’ kisja li fiha żewġ elementi jew aktar;

d. 

Tagħmir tal-produzzjoni bl-isprejjar permezz tal-plażma li għandu xi waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1. 

Jaħdem f’atmosfera kkontrollata bi pressjoni mnaqqsa (daqs jew inqas minn 10 kPa mkejla ’l fuq u mhux aktar ’il bogħod minn 300 mm mill-ħruġ taż-żennuna tal-gann) f’kamra b’vakwu li kapaċi tevakwa sa 0,01 Pa qabel il-proċess tal-isprejjar; jew

2. 

Jinkorpora l-kontroll tal-ħxuna ta’ kisja fil-post;

e. 

Tagħmir tal-produzzjoni għad-depożizzjoni permezz ta’ pulverizzazzjoni katodika kapaċi għal densitajiet tal-kurrent ta’ 0,1 mA/mm2 jew ogħla b’rata ta’ depożizzjoni ta’ 15 μm/h jew aktar;

f. 

Tagħmir ta’ produzzjoni għad-depożizzjoni b’ark katodiku li jinkorpora grilja ta’ elettromanjeti għall-kontroll tad-direzzjoni tal-erja tal-impatt tal-ark mal-katodu;

g. 

Tagħmir ta’ produzzjoni għall-kisi joniku li jippermetti l-kejl fil-post ta’ xi wieħed / waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Ħxuna tal-kisja fuq is-sottostrat u l-kontroll tar-rata; jew

2. 

Karatteristiċi ottiċi.

Nota:   2B005 ma jkoprix il-kontrolli fuq it-tagħmir għad-depożizzjoni kimiku f’fażi ta’ fwar, id-depożizzjoni b’ark katodiku, id-depożizzjoni permezz ta’ polverizzazzjoni katodika, il-produzzjoni ta’ kisi joniku jew it-tagħmir għall-impjantazzjoni ta’ joni, mfasslin apposta għall-għodod ta’ qtugħ jew ta’ mmaxxinjar.

2B006Sistemi, tagħmir, unitajiet ta’ feedback tal-pożizzjoni u “assemblaġġi elettroniċi” għall-ispezzjoni dimensjonali jew għal kejl, kif ġej:

a. 

Magni li jkejlu l-Koordinati (CMM) ikkontrollati minn kompjuter jew “ikkontrollati numerikament”, li għandhom żball massimu tridimensjonali (volumetriku) permissibbli tal-kejl tat-tul (E0,MPE) f’xi punt fil-medda operattiva tal-magna (jiġifieri, fit-tul ta’ assi) daqs jew inqas (aħjar) minn (1,7 + L/1 000) μm (L huwa t-tul imkejjel f’mm), konformi ma’ ISO 10360-2:2009;

Nota Teknika:

L-E0,MPE tal-aktar konfigurazzjoni preċiża tas-CMM speċifikata mill-manifattur (pereż., l-aħjar minn fost dawn: is-sonda, it-tul tal-istili, il-parametri tal-moviment, l-ambjent) u bil-“kumpensi kollha disponibbli” għandhom jitqabblu mal-livell limitu ta’ 1,7+L/1 000 μm.

N.B.   ARA WKOLL 2B206.

b. 

Strumenti jew sistemi għall-kejl tal-ispostament lineari, unitajiet ta’ feedback ta’ pożizzjoni lineari u “assemblaġġi elettroniċi” kif ġej:

Nota:   Sistemi ta’ kejl interferometriċi u b’kodifikatur ottiku li fihom “laser” huma speċifikati biss f’2B006.b.3 u 2B206.c.

1. 

“Sistemi ta’ kejl tat-tip bla kuntatt” b’“riżoluzzjoni” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,2 μm fil-“medda tal-kejl” bejn 0 sa 0,2 mm;

Noti Tekniċi:

Għall-finijet ta’ 2B006.b.1.:

1.   “sistemi ta’ kejl tat-tip bla kuntatt” huma mfassla biex ikejlu d-distanza bejn is-sonda u l-oġġett imkejjel tul vettur wieħed, fejn is-sonda jew l-oġġett imkejjel ikunu f’moviment.

2.   “medda ta’ kejl” tfisser id-distanza bejn id-distanza ta’ ħidma minima u dik massima.

2. 

Unitajiet ta’ feedback ta’ pożizzjoni lineari mfasslin apposta għal għodda bil-magna u li jkollhom “preċiżjoni” kumplessiva ta’ inqas (aħjar) minn (800 + (600 × L/1 000)) nm (L tirrappreżenta t-tul effettiv f’mm);

3. 

Sistemi ta’ kejl li fihom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Li fihom “laser”;

b. 

“Riżoluzzjoni” fuq l-iskala kollha tagħhom ta’ 0,200 μm jew inqas (aħjar); u

c. 

Li huma kapaċi jiksbu “inċertezza tal-kejl”, daqs jew inqas (aħjar) minn (1,6 + L/2 000) μm (L huwa t-tul imkejjel f’mm) fi kwalunkwe punt f’medda li titkejjel, wara kumpens għall-indiċi rifrattiv tal-arja u mkejla fuq perjodu ta’ 30 sekonda b’temperatura ta’ 20±0,01 °C; jew

4. 

“Assemblaġġi elettroniċi” mfasslin apposta sabiex jipprovdu l-kapaċità ta’ feedback fis-sistemi speċifikati fi 2B006.b.3.;

c. 

Unitajiet ta’ feedback ta’ pożizzjoni rotatorja mfasslin apposta għal għodda bil-magna jew għal strumenti tal-kejl ta’ spostament angolari, li għandhom “preċiżjoni” tal-pożizzjoni angolari daqs jew inqas (aħjar) minn 0,9 sekondi ta’ ark;

Nota:   2B006.c ma jkoprix il-kontrolli fuq strumenti ottiċi, bħal awtokollimaturi, li jużaw dawl ikkolimat (pereż. id-dawl tal-laser) sabiex jaqbdu l-ispostament angolari ta’ mera.

d. 

Tagħmir għall-kejl tal-ħruxija tas-superfiċje (inklużi difetti fil-wiċċ), billi jkejjel il-medda ottika, b’sensittività ta’ 0,5 nm jew inqas (aħjar).

Nota:   2B006 jinkludi għodda makkinarja, minbarra dik speċifikata f’2B001, li tista’ tintuża bħala magni tal-kejl jekk jilħqu jew jeċċedu l-kriterji speċifikati għall-funzjonijiet tal-magni tal-kejl.

2B007“Robots” li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u kontrolluri u “tagħmir tat-tarf” imfasslin apposta għalihom:

N.B.   ARA WKOLL 2B207.

a. 

Mhux użat;

b. 

Imfasslin apposta sabiex ikunu konformi mal-istandards nazzjonali tas-sikurezza applikabbli għall-ambjenti fejn jinsab munizzjon potenzjalment splussiv;

Nota:   2B007.b. ma jkoprix il-kontrolli fuq “robots” imfasslin apposta għal kabini għall-isprejjar taż-żebgħa.

c. 

Imfasslin jew ikklassifikati apposta bħala reżistenti għar-radjazzjoni sabiex jifilħu doża totali ta’ radjazzjoni akbar minn 5 × 103 Gy (siliċju) mingħajr degradazzjoni operazzjonali; jew

Nota Teknika:

It-terminu Gy (siliċju) jirriferi għall-enerġija f’Joules għal kull kilogramma li hija assorbita minn kampjun mhux miksi tas-siliċju meta jkun espost għar-radjazzjoni jonizzanti.

d. 

Imfasslin apposta sabiex jaħdmu f’altitudnijiet ta’ aktar minn 30 000  m.

2B008“Imwejjed rotatorji komposti” u “fusijiet inklinabbli”, iddisinjati apposta għall-għodda bil-magna kif ġej:

a. 

Mhux użat;

b. 

Mhux użat;

c. 

“Imwejjed rotatorji komposti” li fihom dan kollu li ġej:

1. 

Iddisinjati għal għodda bil-magna għat-tornitura, għall-milling jew għat-tħin; u

2. 

Żewġ assi rotatorji ddisinjati biex jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”;

Nota Teknika:

“Tabella rotatorja kompożita” hija mejda li tippermetti lill-oġġetti tal-ħidma sabiex iduru u jinklinaw madwar żewġ assi mhux paralleli

d. 

“Fusijiet inklinabbli” li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Iddisinjati għal għodda bil-magna għat-tornitura, għall-milling jew għat-tħin; u

2. 

Iddisinjati biex jiġu kkoordinati simultanjament għal “kontroll tal-kontorn”.

2B009Magni tat-tornitura bit-tidwir u magni tat-tornitura bi fluss, li, skont l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b’unitajiet ta’ “kontroll numeriku” jew kontroll minn kompjuter u li għandhom dan kollu li ġej:

N.B.   ARA WKOLL 2B109 U 2B209.

a. 

Tliet assi jew aktar li jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”; u

b. 

Forza tar-romblu ta’ aktar minn 60 kN.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 2B009, magni li jgħaqqdu l-funzjoni ta’ tornitura bit-tidwir u ta’ tornitura bi fluss huma meqjusa bħala magni tat-tornitura bi fluss.

2B104“Preses iżostatiċi”, minbarra dawk speċifikati fi 2B004, li għandhom dan kollu li ġej:

N.B.   ARA WKOLL 2B204.

a. 

Pressjoni massima ta’ tħaddim ta’ 69 MPa jew aktar;

b. 

Imfasslin sabiex jiksbu u jżommu ambjent termiku kkontrollat ta’ 873 K (600 °C) jew aktar; kif ukoll

c. 

Li għandhom kavità tal-kamra b’dijametru intern ta’ 254 mm jew aktar.

2B105Fran għad-depożizzjoni kimika f’fażi ta’ fwar (CVD), minbarra dawk speċifikati fi 2B005.a., imfasslin jew immodifikati għad-densifikazzjoni ta’ kompożiti ta’ karbonju-karbonju.

2B109Magni tat-tornitura bi fluss, minbarra dawk speċifikati f’2B009, li jistgħu jintużaw fil-“produzzjoni” ta’ komponenti u tagħmir ta’ propulsjoni (pereż. l-oqfsa tal-muturi u stadji intermedji) għal “missili”, u komponenti ddisinjati apposta kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 2B209.

a. 

Magni ta’ tornitura bi fluss, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Li huma mgħammra, jew li skont l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur jistgħu jkunu mgħammra, b’unitajiet ta’ “kontroll numeriku” jew b’kontroll minn kompjuter; u

2. 

B’aktar minn żewġ assi li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”.

b. 

Komponenti mfasslin apposta għall-magni tat-tornitura bi fluss, speċifikati f’2B009 jew 2B109.a.

Nota Teknika:

Magni li jgħaqqdu l-funzjoni tat-tornitura bit-tidwir u t-tornitura bi fluss huma meqjusin bħala magni tat-tornitura bi fluss għall-iskop ta’ 2B109.

2B116Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni, tagħmir u komponenti għalihom, kif ġej:

a. 

Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni li jużaw metodi ta’ feedback jew ta’ ċirkwit magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, li kapaċi jivvibraw sistema b’aċċellerazzjoni daqs jew akbar minn 10 g rms bejn 20 Hz u 2 kHz filwaqt li jagħtu forza daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b’“mejda vojta”;

b. 

Kontrolluri diġitali, flimkien ma’ software għat-test tal-vibrazzjoni mfassal apposta, b’“faxxa tal-frekwenza ta’ kontroll f’ħin reali” ta’ aktar minn 5 kHz imfasslin għall-użu mas-sistemi għat-test tal-vibrazzjoni speċifikati fi 2B116.a.;

Nota Teknika:

F’2B116.b., "wisa’ tal-banda ta’ kontroll f’ħin reali" tfisser ir-rata massima li fiha kontrollur jista’ jesegwixxi ċikli kompluti ta’ teħid ta’ kampjuni, ipproċessar ta’ data u trasmissjoni ta’ sinjali ta’ kontroll.

c. 

Imbottaturi għall-vibrazzjoni (unitajiet ta’ vibrazzjoni), b’amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu forza ta’ 50 kN jew aktar, imkejla b’“mejda vojta”, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi għat-test tal-vibrazzjoni speċifikati fi 2B116.a.;

d. 

Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u l-unitajiet elettroniċi mfasslin sabiex jikkombinaw unitajiet ta’ vibrazzjoni multipli f’sistema li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kkombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b’“mejda vojta”, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta’ vibrazzjoni speċifikati fi 2B116.a.

Nota Teknika:

Fi 2B116, “mejda vojta” tfisser mejda ċatta, jew wiċċ ċatt, mingħajr muntaġġi jew fittings.

2B117Kontrolli ta’ tagħmir u ta’ proċessi, minbarra dawk speċifikati fi 2B004, 2B005.a., 2B104 jew 2B105, imfasslin jew immodifikati għad-densifikazzjoni u l-piroliżi tal-kompożiti strutturali taż-żennuni tar-rokits u tal-ponot ta’ quddiem ta’ vetturi għad-dħul mill-ġdid.

2B119Magni tal-ibbilanċjar u t-tagħmir relatat, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 2B219.

a. 

Magni tal-ibbilanċjar li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

M’humiex kapaċi jibbilanċjaw rotors/assemblaġġi li għandhom massa akbar minn 3 kg;

2. 

Kapaċi jibbilanċjaw rotors/assemblaġġi f’veloċità akbar minn 12 500  rpm;

3. 

Kapaċi jikkoreġu żbilanċ f’żewġ pjani jew aktar; u

4. 

Kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ speċifiku residwu ta’ 0,2 g mm għal kull kg ta’ massa tar-rotor;

Nota:   2B119.a. ma jkoprix il-kontrolli fuq magni tal-ibbilanċjar mfasslin jew immodifikati għal tagħmir dentali jew tagħmir mediku ieħor.

b. 

Irjus indikatriċi mfasslin jew immodifikati għall-użu mal-magni speċifikati fi 2B119.a.

Nota Teknika:

L-indikaturi huma kultant magħrufa bħala strumentazzjoni tal-ibbilanċjar.

2B120Is-simulaturi tal-moviment jew l-imwejjed ta’ veloċità li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Żewġ assi jew aktar;

b. 

Imfasslin jew immodifikati biex jinkorporaw ċrieki ta’ frizzjoni jew tagħmir integrat mhux tal-kuntatt li kapaċi jittrasferixxu potenza elettrika, informazzjoni tas-sinjali, jew it-tnejn; u

c. 

B’xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Għal kull assi uniku li għandu dan kollu li ġej:

a. 

Kapaċi jilħaq rati ta’ 400 grad/s jew aktar, jew 30 grad/s jew inqas; u

b. 

Riżoluzzjoni ta’ rata ta’ 6 gradi/s jew anqas u preċiżjoni ta’ 0,6 gradi/s jew anqas;

2. 

Li għandu stabbilità ta’ veloċità fl-agħar sitwazzjoni daqs jew aħjar (inqas) minn ± 0,05 %, ikkalkolata bħala medja fuq 10 gradi jew aktar; jew

3. 

“Preċiżjoni” tal-pożizzjonament daqs jew anqas (aħjar) minn 5 sekondi ta’ ark.

Nota 1:   2B120 ma jkoprix il-kontrolli fuq imwejjed rotatorji mfasslin jew immodifikati għall-għodda bil-magna jew għal tagħmir mediku. Għal kontrolli fuq imwejjed rotatorji għall-għodda bil-magna ara 2B008.

Nota 2:   Simulaturi tal-moviment jew imwejjed rotatorji speċifikati f’2B120 jibqgħu kkontrollati sew jekk fil-ħin tal-esportazzjoni dawn ikunu mgħammra bi ċrieki ta’ frizzjoni jew tagħmir integrat mhux tal-kuntatt, u sew jekk le.

2B121Imwejjed għall-ippożizzjonar (tagħmir li kapaċi jagħti pożizzjoni rotatorja preċiża fi kwalunkwe assi), minbarra dawk speċifikati fi 2B120, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Żewġ assi jew aktar; u

b. 

“Preċiżjoni” tal-pożizzjonament daqs jew anqas (aħjar) minn 5 sekondi ta’ ark.

Nota:   2B121 ma jkoprix il-kontrolli fuq imwejjed rotatorji mfasslin jew immodifikati għall-għodda bil-magna jew għal tagħmir mediku. Għal kontrolli fuq imwejjed rotatorji għall-għodda bil-magna ara 2B008.

2B122Ċentrifugi kapaċi li jagħtu aċċellerazzjoni aktar minn 100 g u mfasslin jew immodifikati biex jinkorporaw ċrieki ta’ frizzjoni jew apparati integrati mhux tal-kuntatt li kapaċi jittrasferixxu potenza elettrika, informazzjoni tas-sinjali, jew it-tnejn li huma.

Nota:   Ċentrifugi speċifikati fi 2B122 jibqgħu kkontrollati sew jekk fil-ħin tal-esportazzjoni dawn ikunu mgħammra bi ċrieki tal-kuntatt jew tagħmir integrat mhux tal-kuntatt, u sew jekk le.

2B201Għodda bil-magna jew kwalunkwe kombinament tagħha, minbarra dik speċifikata fi 2B001, kif ġej, għat-tneħħija jew il-qtugħ ta’ metalli, ċeramika jew “kompożiti”, li, skont l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b’apparat elettroniku għal “kontroll tal-kontorn” simultanju f’żewġ assi jew aktar:

Nota Teknika :

Il-livelli ddikjarati ta’ preċiżjoni tal-pożizzjonament li ġejjin skont il-proċeduri miksuba minn qisien skont l-ISO 230-2:1988 ( 11 )jew l-ekwivalenti nazzjonali jistgħu jkunu applikati għal kull mudell ta’ għodda bil-magna jekk jiġu fornuti u aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali, minflok it-testijiet ta’ magni individwali. Id-determinazzjoni tal-preċiżjoni tal-pożizzjonament iddikjarata:

a. 

Agħżel ħames magni ta’ mudell li għandu jiġi evalwat;

b. 

Kejjel il-preċiżjoni tal-assi lineari skont l-ISO 230-2:1988 (11) ;

c. 

Iddetermina l-valuri tal-preċiżjoni (A) għal kull assi ta’ kull magna. Il-metodu għall-ikkalkular tal-valur ta’ preċiżjoni huwa deskritt fl-istandard ISO 230-2:1988 (11) ;

d. 

Iddetermina l-medja tal-valur tal-preċiżjoni ta’ kull assi. Dan il-valur medju jsir il-preċiżjoni tal-pożizzjonament iddikjarata ta’ kull assi għall-mudell (Âx Ây...);

e. 

Peress li l-partita 2B201 tirreferi għal kull assi lineari, ser ikun hemm valuri tal-preċiżjoni tal-pożizzjoni ddikjarati daqskemm hemm assi lineari;

f. 

Jekk xi assi tal-għodda bil-magna li mhux speċifikata f’2B201.a., 2B201.b. jew 2B201.c. ikollu preċiżjoni tal-pożizzjonament iddikjarata ta’ 6 μm jew aħjar (anqas) għall-magni tat-tħin u 8 μm jew aħjar (anqas) għall-magni tal-milling u tat-tornitura, it-tnejn li huma skont l-ISO 230-2:1988 (11) , il-fabbrikant jenħtieġ li jkun mitlub jafferma mill-ġdid il-livell ta’ preċiżjoni darba kull 18-il xahar.

a. 

Għodda bil-magna għall-milling, li għandha xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Il-preċiżjoni tal-pożizzjonament bil-“kumpens kollu disponibbli” li hu daqs jew inqas (aħjar) minn 6 μm skont l-ISO 230-2:1988 (11)  jew l-ekwivalenti nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari;

2. 

Żewġ assi rotatorji jew aktar tal-kontorn; jew

3. 

Ħames assi jew aktar li jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”;

Nota:   2B201.a. ma jkoprix il-kontrolli fuq magni tal-milling li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

a. 

il-korsa tal-assi-x tkun akbar minn 2 m; u

b. 

Il-preċiżjoni tal-pożizzjonament globali fuq l-assi-x tkun aktar (agħar) minn 30 μm.

b. 

Għodod bil-magna għat-tħin, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Il-preċiżjoni tal-pożizzjonament bil-“kumpens kollu disponibbli” li hu daqs jew inqas (aħjar) minn 4 μm skont l-ISO 230-2:1988 (11)  jew l-ekwivalenti nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari;

2. 

Żewġ assi rotatorji jew aktar tal-kontorn; jew

3. 

Ħames assi jew aktar li jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”;

Nota:   2B201.b.ma jkoprix il-kontrolli fuq magni tat-tħin, kif ġej:

a. 

Magni għat-tħin estern, intern u esternintern ta’ ċilindri li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Limitati għal kapaċità massima tal-oġġetti tal-ħidma b’dijametru estern jew tul ta’ 150 mm; u

2. 

Assi limitati għal x, z u c;

b. 

Jig grinders li ma għandhomx assi-z jew assi-w, bi preċiżjoni tal-pożizzjonament globali anqas (aħjar) minn 4 μm skont l-ISO 230-2:1988 (11)  jew l-ekwivalenti nazzjonali.

c. 

Għodda bil-magna għat-tornitura, li għandha preċiżjoni tal-pożizzjonament bil-“kumpens kollu disponibbli” ta’ aktar (anqas) minn 6 μm skont l-ISO 230-2:1988 (11)  tul xi wieħed mill-assi lineari (il-pożizzjonament globali) għal magni li kapaċi jqattgħu dijametri li huma akbar minn 35 mm;

Nota:   2B201.c. ma jkoprix il-kontrolli fuq magni għall-vireg (Swissturn), limitati biss għall-immaxxinjar ta’ virga li tiddaħħal, jekk l-akbar dijamteru tal-virga jkun l-istess jew anqas minn 42 mm, u ma tkun teżisti l-ebda kapaċità ta’ ċokkijiet ta’ mmuntar. Il-magni jista’ jkollhom kapaċitajiet ta’ titqib u/jew ta’ milling għall-immaxxinjar ta’ partijiet b’dijamteri ta’ anqas minn 42 mm.

Nota 1:   2B201 ma jkoprix il-kontrolli fuq għodda bil-magna bi skop speċjali limitata għall-manifattura ta’ xi waħda mill-partijiet li ġejjin:

a. 

Gerijiet;

b. 

Crankshafts jew camshafts;

c. 

Għodod jew għodod tal-qtugħ;

d. 

Worms għall-estrazzjoni.

Nota 2:   Għodda bil-magna li għandha tal-inqas tnejn mit-tliet kapaċitajiet ta’ tornitura, ta’ milling jew tħin (pereż., magna tat-tornitura b’kapaċità ta’ milling), trid tiġi evalwata skont kull entrata applikabbli fi 2B201.a., .b. jew .c.

Nota 3:   2B201.a.3. u 2B201.b.3 jinkludu magni msejsa fuq disinn kinematiku lineari parallel (pereż. eżapodi) li għandhom 5 assi jew aktar li l-ebda wieħed minnhom ma huwa assi rotatorju.

2B204“Preses iżostatiċi”, minbarra dawk speċifikati fi 2B004 jew 2B104, u t-tagħmir relatat, kif ġej:

a. 

“Preses iżostatiċi” li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Kapaċi jilħqu pressjoni massima ta’ tħaddim ta’ 69 MPa jew aktar; kif ukoll

2. 

Il-kavità tal-kamra b’dijametru intern ta’ aktar minn 152 mm;

b. 

Matriċi, forom u kontrolli, imfasslin apposta għall-“preses iżostatiċi” speċifikati fi 2B204.a.

Nota Teknika:

Fi 2B204 d-dimensjoni interna tal-kamra hi dik tal-kamra fejn jintlaħqu kemm it-temperatura ta’ tħaddim kif ukoll il-pressjoni ta’ tħaddim u ma tinkludix il-muntaġġi. Din id-dimensjoni għandha tkun l-iżgħar minn jew id-dijametru intern tal-kamra tal-pressjoni jew id-dijametru intern tal-kamra forn iżolata, skont liema miż-żewġ kmamar jinsab ġewwa l-ieħor.

2B206Magni, strumenti jew sistemi ta’ spezzjoni dimensjonali, minbarra dawk speċifikati fi 2B006, kif ġej:

a. 

Magni għal kejl tal-koordinati (CMM) ikkontrollati minn kompjuter jew ikkontrollati numerikament li għandhom xi waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

B’żewġ assi biss u bi żball permissibbli massimu tal-kejl tat-tul fuq xi assi (dimensjoni waħda), identifikat bħala kull kombinament ta’ E0x,MPE, E0y,MPE, jew E0z,MPE, daqs jew inqas (aħjar) minn (1,25 + L/1 000) μm (fejn L huwa t-tul imkejjel f’mm) fi kwalunkwe punt tal-medda operattiva tal-magna (jiġifieri sat-tul tal-assi) skont l-ISO 10360-2:2009; jew

2. 

Tliet assi jew aktar li għandhom żball permissibbli massimu tridimensjonali (volumetriku) ta’ kejl tat-tul ta’ (E0,MPE) daqs jew anqas (aħjar) minn (1,7 + L/800) μm (fejn L huwa t-tul imkejjel f’mm) fi kwalunkwe punt tal-medda operattiva tal-magna (jiġifieri sat-tul tal-assi), skont l-ISO 10360-2:2009;

Nota Teknika:

L-E0,MPE tal-aktar konfigurazzjoni preċiża tas-CMM speċifikata mill-manifattur skont l-ISO 10360-2:2009 (pereż., l-aħjar minn fost dawn: is-sonda, it-tul tal-labra, il-parametri tal-moviment, l-ambjent) u bil-kumpensi kollha disponibbli għandha titqabbel mal-limitu ta’ (1,7 + L/800) μm.

b. 

Sistemi għall-ispezzjoni simultanja lineariangolari ta’ hemishells, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

“Inċertezza tal-kejl” matul kull assi lineari daqs jew inqas (aħjar) minn 3,5 μm għal kull 5 mm; u

2. 

“Devjazzjoni ta’ pożizzjoni angolari” daqs jew inqas minn 0,02 °;

c. 

Sistemi ta’ kejl ta’ “spostament lineari” li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha:

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ 2B206.c. “spostament lineari” tfisser il-varjazzjoni fid-distanza bejn is-sonda ta’ kejl u l-oġġett imkejjel.

1. 

Li fihom “laser”; kif ukoll

2. 

Li kapaċi jżommu, mill-inqas għal 12-il siegħa, f’temperatura ta’ ± 1 K (± 1 °C); madwar temperatura standard u pressjoni standard, dan kollu li ġej:

a. 

“Riżoluzzjoni” fuq l-iskala kollha tagħhom ta’ 0,1 μm jew aħjar; u

b. 

B’“inċertezza tal-kejl” daqs jew aħjar (inqas) minn (0,2 + L/2 000) μm (L huwa t-tul imkejjel f’millimetri).

Nota:   2B206.c. ma jikkontrollax is-sistemi ta’ kejl b’interferometri, mingħajr retroazzjoni permezz ta’ ċirkwit magħluq jew miftuħ, li jkun fihom laser li jkejjel żbalji ta’ moviment ta’ slides fil-makkinarju għodda, magni għall-ispezzjoni dimensjonali jew tagħmir simili.

d. 

Sistemi ta’ trasformatur differenzjali b’varjabbli lineari (LVDT) li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ 2B206.d. “spostament lineari” tfisser il-varjazzjoni fid-distanza bejn is-sonda ta’ kejl u l-oġġett imkejjel.

1. 

Li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

“Linearità” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % mkejla minn 0 sal-medda operattiva sħiħa, għal LVDTs b’medda operattiva li tasal sa 5 mm; jew

b. 

“Linearità” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % mkejla minn 0 sa 5 mm għal LVDTs b’medda operattiva akbar minn 5 mm; u

2. 

Moviment kontinwu daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1% kuljum f'temperatura ambjentali standard ta' ± 1 K (± 1°C) fil-kamra tal-ittestjar.

Nota 1:   L-għodda bil-magna li tista’ tintuża bħala magni tal-kejl tiġi koperta mill-kontrolli jekk tilħaq jew teċċedi l-kriterji speċifikati għall-funzjoni tal-għodda bil-magna jew għall-funzjoni ta’ magni tal-kejl.

Nota 2:   Magna speċifikata fi 2B206 tiġi koperta mill-kontrolli jekk teċċedi l-limitu ta’ kontroll fi kwalunkwe post fil-medda operattiva tagħha.

Noti Tekniċi:

Il-parametri kollha tal-valuri tal-kejl fi 2B206 jirrapreżentaw devjazzjonijiet pożittivi/negattivi, jiġifieri mhux il-banda totali.

2B207“Robots”, “tagħmir tat-tarf” u unitajiet ta’ kontroll, minbarra dawk speċifikati fi 2B007, kif ġej:

a. 

“Robots” jew “tagħmir tat-tarf” imfasslin apposta sabiex ikunu konformi mal-istandards ta’ sigurtà nazzjonali applikabbli għall-immaniġġar ta’ splussivi qawwijin (pereżempju, li jissodisfaw il-klassifikazzjoni tal-kodiċi elettriku għal splussivi qawwijin);

b. 

Unitajiet ta’ kontroll imfasslin apposta għal xi wieħed mir-“robots” jew mit-“tagħmir tat-tarf” speċifikati fi 2B207.a.

2B209Magni tat-tornitura bi fluss, magni tat-tornitura bit-tidwir li huma kapaċi għal funzjonijiet tat-tornitura bi fluss, minbarra dawk speċifikati fi 2B009 jew 2B109, u l-mandrini tat-torn, kif ġej:

a. 

Magni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Tliet rombli jew aktar (attivi jew li jiggwidaw); u

2. 

Li, skont l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b’unitajiet ta’ “kontroll numeriku” jew kontroll minn kompjuter;

b. 

Mandrini tat-torn li jifformaw rotors imfasslin sabiex jifformaw rotors ċilindriċi b’dijametru intern ta’ bejn 75 mm u 400 mm.

Nota:   2B209.a. jinkludi magni li għandhom romblu wieħed biss mfassal sabiex jiddeforma l-metall u żewġ rombli awżiljarji li jsostnu l-mandarin tat-torn, iżda li ma jitħaddmux direttament f’dan il-proċess ta’ deformazzjoni.

2B219Magni tal-ibbilanċjar ċentrifugali fuq aktar minn pjan wieħed, fissi jew portabbli, orizzontali jew vertikali, kif ġej:

a. 

Magni tal-ibbilanċjar ċentrifugali mfasslin għall-ibbilanċjar ta’ rotors flessibbli li għandhom tul ta’ 600 mm jew aktar u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Dijametru tal-pern jew tal-assi ta’ aktar minn 75 mm;

2. 

Kapaċità ta’ massa minn 0,9 sa 23 kg; u

3. 

Kapaċità ta’ bbilanċjar b’veloċità ta’ rotazzjoni ta’ aktar minn 5 000  r.p.m.;

b. 

Magni tal-ibbilanċjar ċentrifugali mfasslin għall-ibbilanċjar ta’ komponenti ta’ rotors ċilindriċi vojta u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Dijametru tal-pern ta’ akbar minn 75 mm;

2. 

Kapaċità ta’ massa minn 0,9 sa 23 kg;

3. 

Żbilanċ speċifiku residwu minimu li jista’ jintlaħaq daqs jew inqas minn 10 g mm/kg għal kull pjan; u

4. 

Tat-tip li jaħdmu biċ-ċinga.

2B225Manipulaturi minn distanza li jistgħu jintużaw sabiex jipprovdu azzjonijiet minn distanza f’operazzjonijiet ta’ separazzjoni radjukimika jew f’ċelluli jaħarqu, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Kapaċi jippenetraw 0,6 m jew aktar mill-ħajt ta’ ċellula taħraq (operazzjoni tat-tip minn ġol-ħajt (through-the-wall)); jew

b. 

Kapaċi jgħaddu minn naħa għall-oħra minn fuq ħajt ta’ ċellula taħraq bi ħxuna ta’ 0,6 m jew aktar (operazzjoni tat-tip minn fuq il-ħajt (over-the-wall)).

Nota Teknika:

Manipulaturi minn distanza jbiddlu l-azzjonijiet ta’ operatur uman għal driegħ li jaħdem minn distanza u muntaġġ terminali. Dawn jistgħu jkunu tat-tip “prinċipali / sekondarju” (“master / slave”) jew imħaddma b’joystick jew tastiera.

2B226Fran tal-induzzjoni f’atmosfera kkontrollata (vakwu jew gass inert), apparti dawk speċifikati f’9B001 jew 3B001 u l-provvista tal-potenza għalihom, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 3B001 u 9B001.

a. 

Fran li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Kapaċi jaħdmu f’temperaturi ogħla minn 1 123  K (850 °C);

2. 

Kojls tal-induzzjoni b’dijametru ta’ 600 mm jew inqas; u

3. 

Imfasslin għal inputs ta’ potenza ta’ 5 kW jew aktar;

Nota:   2B226.a. ma jikkontrollax fran mfasslin għall-ipproċessar ta’ pjastrini semikondutturi.

b. 

Provvisti tal-potenza, b’output speċifikat ta’ potenza ta’ 5 kW jew aktar, imfasslin apposta għall-ifran speċifikati fi 2B226.a.

2B227Fran għat-tidwib u l-ikkastjar tal-metall f’vakwu jew f’atmosfera oħra kkontrollata u tagħmir relatat kif ġej:

a. 

Fran b’ark għat-tidwib mill-ġdid, fran b’ark għat-tidwib u fran b’ark għat-tidwib u għall-ikkastjar li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Kapaċitajiet ta’ elettrodu konsumabbli ta’ bejn 1 000  cm3 u 20 000  cm3; u

2. 

Kapaċi jaħdmu b’temperaturi ta’ tidwib ogħla minn 1 973  K (1 700  °C);

b. 

Fran għat-tidwib b’raġġ ta’ elettroni u fran ta’ atomizzazzjoni bil-plażma u fran għat-tidwib bil-plażma, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Potenza ta’ 50 kW jew aktar; u

2. 

Kapaċi jaħdmu b’temperaturi ta’ tidwib ogħla minn 1 473  K (1 200  °C);

c. 

Sistemi ta’ kontroll u monitoraġġ minn kompjuter ikkonfigurati apposta għal xi wieħed mill-fran speċifikati fi 2B227.a. jew 2B227.b.;

d. 

Torċijiet tal-plażma ddiżinjati speċjalment għal fran speċifikati f’2B227.b li jkollhom dawn iż-żewġ karatteristiċi:

1. 

Jaħdmu b’potenza ikbar minn 50 kW; u

2. 

Kapaċi jaħdmu b’temperaturi ogħla minn 1 473  K (1 200 °C);

e. 

Kanuni tal-elettroni ddiżinjati speċjalment għall-fran speċifikati fi 2B227.b. li jaħdmu b’potenza ta’ iktar minn 50 kW.

2B228Tagħmir għall-fabbrikazzjoni jew l-immuntar ta’ rotors, tagħmir li jiddritta r-rotors, mandarini tat-torn u matriċi li jifformaw l-imniefaħ, kif ġej:

a. 

Tagħmir għall-assemblaġġ ta’ rotors sabiex jiġu assemblati sezzjonijiet ta’ tubi, baffles u kapep tat-tarf ta’ rotors ta’ ċentrifugi bil-gass;

Nota:   2B228.a. jinkludi l-mandarini tat-torn ta’ preċiżjoni, klemps u magni ta’ mmuntar bil-kontrazzjoni.

b. 

Tagħmir li jiddritta r-rotors għall-allinjament ta’ sezzjonijiet ta’ tubi ta’ rotors ta’ ċentrifugi bil-gass fuq assi komuni;

Nota Teknika:

Fi 2B228.b. tali tagħmir ġeneralment jikkonsisti f’sondi tal-kejl ta’ preċiżjoni konnessi ma’ kompjuter li sussegwentement jikkontrolla l-azzjoni ta’, pereżempju, pistuni pnewmatiċi li jintużaw għall-allinjament tas-sezzjonijiet tat-tubi tar-rotors.

c. 

Mandarini tat-torn u matriċi li jifformaw imniefaħ għall-produzzjoni ta’ mniefaħ b’konvoluzzjoni unika.

Nota Teknika:

Fi 2B228.c. l-imniefaħ għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Dijametru intern bejn 75 mm u 400 mm;

2. 

Tul daqs jew akbar minn 12,7 mm;

3. 

Fond tal-konvoluzzjoni unika ta’ aktar minn 2 mm; u

4. 

Magħmul minn ligi tal-aluminju ta’ saħħa kbira, azzar maraging jew “materjali fibrużi jew filamentari” ta’ saħħa kbira.

2B230It-tipi kollha ta’ “trasdutturi tal-pressjoni” li kapaċi jkejlu pressjonijiet assoluti u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Sensuri tal-pressjoni magħmula minn jew protetti b’aluminju, ligi tal-aluminju, ossidu tal-aluminju (alumina jew żafir), nikil, ligi tan-nikil b’aktar minn 60 % nikil skont il-piż jew polimeri tal-idrokarbur kompletament fluworurat;

b. 

Siġilli, jekk hemm, li huma essenzjali għall-issiġillar tas-sensur tal-pressjoni, u f’kuntatt dirett mal-mezz tal-proċess, magħmul jew protett bl-aluminju, ligi tal-aluminju, ossidu tal-aluminju (alumina jew żafir), nikil, ligi tan-nikil b’aktar minn 60 % nikil skont il-piż, jew polimeri tal-idrokarbur kompletament fluworurat; kif ukoll

c. 

Li fihom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Skala sħiħa b’inqas minn 13-il kPa u “preċiżjoni” ta’ aħjar minn + 1 % ta’ skala sħiħa; jew

2. 

Skala sħiħa ta’ 13-il kPa jew aktar u “preċiżjoni” aħjar minn 130 Pa meta mkejla waqt 13-il kPa.

Noti Tekniċi:

1.   Fi 2B230 “trasduttur tal-pressjoni” tfisser apparat li jikonverti kejl tal-pressjoni f’sinjal.

2.   Għall-iskopijiet ta’ 2B230, “preċiżjoni” tinkludi n-non-linearità, l-isteresi u r-ripetibbiltà f’temperatura ambjentali.

2B231Pompi li joħolqu vakwu li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Id-daqs tal-iżgħar parti tad-dħul daqs jew akbar minn 380 mm;

b. 

Il-veloċità tal-ippumpjar daqs jew akbar minn 15-il m3/s; u

c. 

Kapaċi jipproduċu vakwu finali aħjar minn 13-il mPa.

Noti Tekniċi:

1.   Il-veloċità tal-ippumpjar hija ddeterminata fil-punt tal-kejl b’gass tan-nitroġenu jew tal-arja.

2.   Il-vakwu finali hu ddeterminat fid-dħul tal-pompa bid-dħul tal-pompa mblukkat.

2B232Sistemi ta’ kanuni b’veloċità għolja (tipi ta’ propellant, ta’ gass, ta’ kojl, elettromanjetiċi, u elettrotermiċi, u sistemi avvanzati oħrajn) li kapaċi jaċċelleraw projettili għal 1,5 km/s jew aktar.

N.B.   ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

2B233Kumpressuri tat-tip skroll issiġillati bl-imniefaħ u pompi li joħolqu vakwu tat-tip skroll issiġillati bl-imniefaħ li għandhom dan kollu li ġej:

N.B.   ARA WKOLL 2B350.i.

a. 

Kapaċi jkollhom rata ta’ fluss volumetriku fil-bokka ta’ 50 m3/h jew aktar;

b. 

Kapaċi jkollhom proporzjon ta’ pressjoni ta’ 2:1 jew aktar; u

c. 

Ikollhom l-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt mal-gass tal-proċess li jsir minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1. 

Aluminju jew liga tal-aluminju;

2. 

Ossidu tal-aluminju;

3. 

Azzar inossidabbli;

4. 

Nikil jew ligi tan-nikil;

5. 

Bronż tal-fosforu; jew

6. 

Fluworopolimeri.

2B350Faċilitajiet, tagħmir u komponenti għall-manifattura ta’ sustanzi kimiċi, kif ġej:

a. 

Reċipjenti għar-reazzjoni jew reatturi, b’aġitaturi jew mingħajrhom, b’volum intern totali (ġeometriku) ta’ aktar minn 0,1 m3 (100 litru) u inqas minn 20 m3 (20 000  litru), fejn l-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt dirett mas-sustanza jew sustanzi kimiċi li jkunu qed jiġu pproċessati jew li jkunu jinsabu fihom jkunu magħmulin minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

N.B.   Għal assemblaġġi ta’ tiswija prefabbrikati, ara 2B350.k.

1. 

“Ligi” b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż;

2. 

Fluworopolimeri (materjali polimetriċi jew elastometriċi b’aktar minn 35 % fluworu skont il-piż);

3. 

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

4. 

Nikil jew “ligi” b’aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

5. 

Tantalju jew “ligi” tat-tantalju;

6. 

Titanju jew “ligi” tat-titanju;

7. 

Żirkonju jew “ligi” taż-żirkonju; jew

8. 

Nijobju (kolumbju) jew “ligi” tan-nijobju;

b. 

Aġitaturi ddisinjati għall-użu f’reċipjenti ta’ reazzjoni jew reatturi speċifikati fi 2B350.a.; u impellers, xfafar jew xaftijiet iddisinjati għal tali aġitaturi, fejn l-uċuħ kollha tal-aġitatur li jiġu f’kuntatt dirett mas-sustanzi kimiċi li jkunu qed jiġu pproċessati jew li jkunu jinsabu fihom huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1. 

“Ligi” b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż;

2. 

Fluworopolimeri (materjali polimetriċi jew elastometriċi b’aktar minn 35 % fluworu skont il-piż);

3. 

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisjiet tal-ħġieġ);

4. 

Nikil jew “ligi” b’aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

5. 

Tantalju jew “ligi” tat-tantalju;

6. 

Titanju jew “ligi” tat-titanju;

7. 

Żirkonju jew “ligi” taż-żirkonju; jew

8. 

Nijobju (kolumbju) jew “ligi” tan-nijobju;

c. 

Tankijiet tal-ħżin, kontenituri jew reċipjenti b’volum intern totali (ġeometriku) ta’ aktar minn 0,1 m3 (100 litru) fejn l-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt dirett mas-sustanza jew is-sustanzi kimiċi li jkunu qed jiġu pproċessati jew jkunu jinsabu fihom ikunu magħmulin minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

N.B.   Għal assemblaġġi ta’ tiswija prefabbrikati, ara 2B350.k.

1. 

“Ligi” b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż;

2. 

Fluworopolimeri (materjali polimetriċi jew elastometriċi b’aktar minn 35 % fluworu skont il-piż);

3. 

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisjiet tal-ħġieġ);

4. 

Nikil jew “ligi” b’aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

5. 

Tantalju jew “ligi” tat-tantalju;

6. 

Titanju jew “ligi” tat-titanju;

7. 

Żirkonju jew “ligi” taż-żirkonju; jew

8. 

Nijobju (kolumbju) jew “ligi” tan-nijobju;

d. 

Skambjaturi tas-sħana jew kondensaturi b’wiċċ għat-trasferiment tas-sħana akbar minn 0,15 m2, u inqas minn 20 m2; u tubi, pjanċi, kojls jew blokok (qlub) imfasslin għal tali skambjaturi tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt dirett mas-sustanza jew is-sustanzi kimiċi li jkunu qed jiġu pproċessati jkunu magħmulin minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1. 

“Ligi” b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż;

2. 

Fluworopolimeri (materjali polimetriċi jew elastometriċi b’aktar minn 35 % fluworu skont il-piż);

3. 

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisjiet tal-ħġieġ);

4. 

Grafit jew “grafit tal-karbonju”;

5. 

Nikil jew “ligi” b’aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

6. 

Tantalju jew “ligi” tat-tantalju;

7. 

Titanju jew “ligi” tat-titanju;

8. 

Żirkonju jew “ligi” taż-żirkonju;

9. 

Karbur tas-siliċju;

10. 

Karbur tat-titanju; jew

11. 

Nijobju (kolumbju) jew “ligi” tan-nijobju;

e. 

Kolonni tad-distillazzjoni jew tal-assorbiment b’dijametru intern ta’ aktar minn 0,1 m; u distributuri ta’ likwidi, distributuri ta’ fwar jew kolletturi ta’ likwidi mfasslin għal tali kolonni tad-distillazzjoni jew tal-assorbiment, fejn l-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt dirett mas-sustanza jew is-sustanzi kimiċi li jkunu qed jiġu pproċessati jkunu magħmulin minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1. 

“Ligi” b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż;

2. 

Fluworopolimeri (materjali polimetriċi jew elastometriċi b’aktar minn 35 % fluworu skont il-piż);

3. 

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisjiet tal-ħġieġ);

4. 

Grafit jew “grafit tal-karbonju”;

5. 

Nikil jew “ligi” b’aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

6. 

Tantalju jew “ligi” tat-tantalju;

7. 

Titanju jew “ligi” tat-titanju;

8. 

Żirkonju jew “ligi” taż-żirkonju; jew

9. 

Nijobju (kolumbju) jew “ligi” tan-nijobju;

f. 

Tagħmir tal-mili li jaħdem remotament fejn l-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt dirett mas-sustanzi kimiċi li jkunu qed jiġu pproċessati huma magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1. 

“Ligi” b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż; jew

2. 

Nikil jew “ligi” b’aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

g. 

Valvi u komponenti kif ġej:

1. 

Valvijiet, li għandhom dawn it-tnejn li ġejjin:

a. 

“Daqs nominali” ikbar minn DN 10 jew NPS 3/8; u

b. 

L-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt dirett mal-kimika / kimiki li jkunu qed jiġu prodotti, proċessati, jew maħżuna jsiru minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni”;

2. 

Valvi, għajr dawk speċifikati fi 2B350.g.1, li għandhom dan kollu li ġej;

a. 

“Daqs nominali” ugwali jew akbar minn DN 25 jew NPS 1 u ugwali jew anqas minn DN 100 jew NPS 4;

b. 

Kejsings (korpi tal-valvi) jew il-kisi preformat ta’ kejsings;

c. 

Element ta’ għeluq imfassal sabiex ikun interskambjabbli; u

d. 

L-uċuħ kollha tal-kejsing (il-korp tal-valv) jew il-kisi preformat ta’ kejsings li jiġu f’kuntatt dirett mas-sustanza jew sustanzi kimiċi li qed jiġu prodotti, ipproċessati jew li jkunu jinsabu fihom ikunu magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni”;

3. 

Komponenti, imfasslin għal valvi speċifikati fi 2B350.g.1. jew 2B350.g.2., li fihom l-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt dirett mas-sustanza jew sustanzi kimiċi li qed jiġu prodotti, ipproċessati jew li jkunu jinsabu fihom ikunu magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni”, kif ġej:

a. 

Kejsings (il-korpi tal-valvi);

b. 

Kisi preformat ta’ kejsings;

Noti Tekniċi:

1.   Għall-finijiet ta’ 2B350.g., “materjali reżistenti għall-korrużjoni” tfisser xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

a. 

Nikil jew “ligi” b’aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

b. 

“Ligi” b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż;

c. 

Fluworopolimeri (materjali polimeriċi jew elastomeriċi b’aktar minn 35 % fluworu skont il-piż);

d. 

Ħġieġ jew b’kisja tal-ħġieġ (inkluż kisi vitrifikat jew tal-enamel);

e. 

Tantalju jew ligi tat-tantalju;

f. 

Titanju jew ligi tat-titanju;

g. 

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

h. 

Nijobju (kolumbju) jew ligi tan-nijobju; jew

i. 

Materjali taċ-ċeramika kif ġej:

1. 

Karbur tas-siliċju b’purezza ta’ 80 % jew aktar skont il-piż;

2. 

Ossidu tal-aluminju (alumina) b’purezza ta’ 99,9 % jew aktar skont il-piż;

3. 

Ossidu taż-żirkonju (zirconia).

2.   Id-“daqs nominali” hu definit bħala l-iżgħar mid-dijametri tad-dħul u tal-ħruġ.

3.   Id-dijametri nominali (DN) tal-valvi huma f’konformità ma’ ISO 6708:1995. Id-dijametri nominali (nominal pipe sizes, NPS) huma f’konformità ma’ ASME B36.10 jew B36.19 jew mal-ekwivalenti nazzjonali.

h. 

Kanen b’ħitan multipli b’fetħa għal estrazzjoni ta’ sinjal ta’ fissuri, fejn kull wiċċ li jkollu kuntatt dirett mas-sustanzi kimiċi li qed jiġu pproċessati jew ikunu fihom ikunu magħmula minn xi wieħed minn dawn il-materjali:

1. 

“Ligi” b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż;

2. 

Fluworopolimeri (materjali polimetriċi jew elastometriċi b’aktar minn 35 % fluworu skont il-piż);

3. 

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisjiet tal-ħġieġ);

4. 

Grafit jew “grafit tal-karbonju”;

5. 

Nikil jew “ligi” b’aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

6. 

Tantalju jew “ligi” tat-tantalju;

7. 

Titanju jew “ligi” tat-titanju;

8. 

Żirkonju jew “ligi” taż-żirkonju; jew

9. 

Nijobju (kolumbju) jew “ligi” tan-nijobju;

i. 

Pompi b’siġilli multipli jew mingħajr siġill, b’rata ta’ fluss massima speċifikata mill-manifattur ta’ aktar minn 0,6 m3 fis-siegħa, jew pompi li joħolqu vakwu b’rata ta’ fluss massima speċifikata mill-manifattur ta’ aktar minn 5 m3 fis-siegħa (f’kundizzjonijiet ta’ temperatura standard (273 K (0 °C)) u pressjoni standard ta’ (101,3 kPa), għajr dawk speċifikati fi 2B233; u kejsings (il-korpi tal-pompa), il-kisi preformat ta’ kejsings, impellers, rotors jew żennuni tal-pompi tal-ġett imfasslin għal dawn il-pompi, fejn l-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt dirett mas-sustanza jew sustanzi kimiċi li jkunu qed jiġu pproċessati jkunu magħmulin minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1. 

“Ligi” b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż;

2. 

Ċeramiki;

3. 

Ferrosiliċju (ligi tal-ħadid b’livell għoli ta’ siliċju);

4. 

Fluworopolimeri (materjali polimetriċi jew elastometriċi b’aktar minn 35 % fluworu skont il-piż);

5. 

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisjiet tal-ħġieġ);

6. 

Grafit jew “grafit tal-karbonju”;

7. 

Nikil jew “ligi” b’aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

8. 

Tantalju jew “ligi” tat-tantalju;

9. 

Titanju jew “ligi” tat-titanju;

10. 

Żirkonju jew “ligi” taż-żirkonju; jew

11. 

Nijobju (kolumbju) jew “ligi” tan-nijobju;

Nota Teknika:

Fi 2B350.i., it-terminu siġill jirreferi biss għal dawk is-siġilli li jiġu f’kuntatt dirett mas-sustanza jew sustanzi kimiċi li qed (jew li huma mfasslin sabiex) jiġu pproċessati, u jipprovdu funzjoni ta’ ssiġillar fejn xaft trażmittorju reċiprokanti jew rotarju jgħaddi minn korp ta’ pompa.

j. 

Inċineraturi mfasslin sabiex jeqirdu s-sustanzi kimiċi speċifikati f’1C350, b’sistemi ta’ forniment tal-iskart imfasslin apposta, faċilitajiet tal-immaniġġar speċjali u temperatura medja fil-kamra tal-kombustjoni ta’ aktar minn 1 273  K (1 000  °C), li fihom l-uċuħ kollha fis-sistema tal-forniment tal-iskart li jiġu f’kuntatt dirett mal-prodotti tal-iskart huma magħmulin minn jew miksija b’xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1. 

“Ligi” b’aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju skont il-piż;

2. 

Ċeramiki; jew

3. 

Nikil jew “ligi” b’aktar minn 40 % nikil skont il-piż;

k. 

Assemblaġġi ta’ tiswija prefabbrikati li jkollhom uċuħ metalliċi li jiġu f’kuntatt dirett mal-kimika jew kimiki li jkunu qed jiġu pproċessati li jkunu magħmulin mit-tantalu jew mil-ligi tat-tantalu kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1. 

Iddisinjati għall-konnessjoni mekkanika ma’ kontenituri għar-reazzjoni jew reatturi miksija bil-ħġieġ speċifikati fi 2B350.a.; jew

2. 

Iddisinjati għall-konnessjoni mekkanika ma’ tankijiet għall-ħżin, kontenituri jew riċevituri miksija bil-ħġieġ speċifikati f’ 2B350.c.

Nota:   Għall-finijiet ta’ 2B350 il-materjali utilizzati bħala gaskets, imballaġġi, siġilli, viti, woxers jew materjali oħra li għandhom il-funzjoni li jissiġillaw, ma jiddeterminawx l-istatus tal-kontrolli, dejjem jekk dawn il-komponenti huma mfasslin sabiex ikunu interkambjabbli.

Noti Tekniċi:

1.   ’“Grafit tal-karbonju” hu kompożizzjoni ta’ karbonju u grafit amorfu, li fiha l-kontenut ta’ grafit hu ta’ tmienja fil-mija jew aktar skont il-piż.

2.   Għall-materjali elenkati fl-entrati ta’ hawn fuq, it-terminu “liga” meta ma jkunx akkumpanjat minn konċentrazzjoni speċifika ta’ element, huwa mifhum li jidentifika dawk il-ligi fejn il-metall identifikat ikun preżenti f’perċentwal ogħla skont il-piż, minn kull element ieħor.

2B351Moniters u sistemi ta’ monitoraġġ ta’ gassijiet tossiċi u l-komponenti ta’ rilevament iddedikati għalihom, minbarra dawk speċifikati f’1A004, kif ġej; u detetturi; apparati tas-sensuri; u skrataċċ tas-sensuri tagħhom li jistgħu jinbidlu:

a. 

Imfasslin għal tħaddim kontinwu u li jistgħu jintużaw għad-detezzjoni tal-aġenti għall-gwerra kimika jew is-sustanzi kimiċi speċifikati f’1C350, f’konċentrazzjonijiet ta’ anqas minn 0,3 mg/m3; jew

b. 

Maħsuba għall-iskoperta ta’ attività li timpedixxi l-kolinesterasi.

2B352Tagħmir li jista’ jintuża fil-manifattura u fl-immaniġġar ta’ materjal bijoloġiku, kif ġej:

a. 

Faċilitajiet ta’ konteniment u t-tagħmir relatat, kif ġej:

1. 

Faċilitajiet ta’ konteniment komplet li jilħqu l-kriterji għal konteniment P3 jew P4 (BL3, BL4, L3, L4) kif speċifikat fil-Manwal tad-WHO dwar il-Bijosikurezza fil-Laboratorju (it-tielet (3) edizzjoni, Ġinevra 2004);

2. 

Tagħmir iddisinjat għal stallazzjoni fissa f’faċilitajiet ta’ konteniment speċifikat f’2B352.a., kif ġej:

a. 

Awtoklava ta’ dekontaminazzjoni pass-through b’bibien doppji;

b. 

Doċċi ta’ dekontaminazzjoni b’libsa li tgħaddi l-arja minnha;

c. 

Bibien b’siġill mekkaniku jew pnewmatiku li tgħaddi minnhom;

b. 

Fermentaturi u komponenti kif ġej:

1. 

Fermentaturi li kapaċi jikkoltivaw “mikroorganiżmi” jew ċelloli ħajjin għall-produzzjoni ta’ viruses jew tossini mingħajr il-propagazzjoni ta’ aerosols, u li għandhom volum intern totali ta’ 20 litru jew aktar;

2. 

Komponenti mfasslin għal fermentaturi speċifikati fi 2B352.b.1. kif ġej:

a. 

Kmamar ta’ koltivazzjoni mfasslin apposta sabiex jiġu sterilizzati jew diżinfettati fil-post;

b. 

Apparati ta’ sostenn fil-kmamar tal-koltivazzjoni;

c. 

Unitajiet ta’ kontroll tal-proċess li kapaċi jimmonitorjaw u jikkontrollaw simultanjament żewġ parametri ta’ sistema ta’ fermentazzjoni jew aktar (pereżempju t-temperatura, il-pH, in-nutrijenti, l-aġitazzjoni, l-ossiġnu dissolt, il-fluss tal-arja, il-kontroll tar-ragħwa);

Noti Tekniċi:

1.   Għall-finijiet ta’ 2B352.b., il-fermentaturi jinkludu bijoreatturi, bijoreatturi li jintużaw darba (mhux riutilizzabbli), kemostati u sistemi ta’ fluss kontinwu.

2.   L-apparati ta’ sostenn fil-kmamar tal-koltivazzjoni jinkludu kmamar tal-koltivazzjoni b’ħitan riġidi.

c. 

Separaturi ċentrifugali, b’kapaċità ta’ separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta’ aerosol, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Rata ta’ fluss ta’ aktar minn 100 litru fis-siegħa;

2. 

Komponenti tal-azzar inossidabbli illustrat jew tat-titanju;

3. 

Ġonta waħda jew aktar ta’ siġillar fiż-żona tal-konteniment tal-istim; u

4. 

Kapaċità ta’ sterilizzazzjoni bl-istim fil-post fi stat magħluq;

Nota Teknika:

Is-separaturi ċentrifugali jinkludu dikanters.

d. 

Tagħmir u komponenti ta’ filtrazzjoni bi fluss trasversali (tanġenzjali) kif ġej:

1. 

Tagħmir ta’ filtrazzjoni bi fluss imsallab (tanġenzjali) li kapaċi jissepara l-“mikroorganiżmi”, il-vajrusis, it-tossini jew il-kulturi ta’ celluli, li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Erja totali ta’ filtrazzjoni ta’ 1 m2 jew aktar; u

b. 

B’xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Li jista’ jiġi sterilizzat jew diżinfettat fil-post; jew

2. 

Li juża komponenti ta’ filtrazzjoni li jistgħu jintremew jew li jintużaw darba biss;

Nota Teknika:

Fi 2B352.d.1.b. sterilizzat tfisser l-eliminazzjoni tal-mikrobi vijabbli kollha mit-tagħmir permezz tal-użu ta’ aġenti fiżiċi (pereż. fwar) jew kimiċi. Diżinfettat tfisser il-qerda tal-infettività potenzjali minn mikrobi fit-tagħmir permezz tal-użu ta’ aġenti kimiċi b’effett ġermiċidali. Diżinfezzjoni u sterilizzazzjoni huma distinti minn sanitizzazzjoni, b’din tal-aħħar tirreferi għal proċeduri ta’ tindif mfassslin sabiex inaqqsu l-kontenut ta’ mikrobi fit-tagħmir mingħajr ma neċessarjament jeliminaw għal kollox l-infettività jew il-vijabilità tal-mikrobi.

Nota:   2B352.d. ma jikkontrollax tagħmir tal-ożmożi inversa u dijalisi tad-demm, kif speċifikat mill-manifattur.

2. 

Komponenti ta’ filtrazzjoni bi fluss trasversali (tanġenzjali) (pereż. moduli, elementi, kassetti, skrataċċ, unitajiet jew pjastri) b’erja ta’ filtrazzjoni għal kull komponent ta’ 0,2 m2 jew akbar u mfasslin għall-użu fit-tagħmir ta’ filtrazzjoni bi fluss trasversali (tanġenzjali) speċifikat fi 2B352.d.;

e. 

Tagħmir li jnixxef bl-iffriżar li hu sterilizzabbli bl-istim, bil-gass jew bil-fwar, bil-kapaċità tal-kondensatur ta’ 10 kg ta’ silġ jew aktar f’24 siegħa u anqas minn 1 000  kg ta’ silġ f’24 siegħa;

f. 

Tagħmir ta’ protezzjoni u ta’ konteniment, kif ġej:

1. 

Ilbies protettiv intier jew parzjali, jew barnużi dipendenti fuq provvista b’pajp ta’ arja esterna u li taħdem taħt pressjoni posittiva;

Nota:   2B352.f.1. ma jikkontrollax ilbies li hu maħsub biex jintlibes ma’ apparat respiratorju awtonomu.

2. 

Kmamar ta’ bijokonteniment, iżolaturi, kabini tas-sigurezza bioloġika li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, għall-operazzjoni normali:

a. 

Spazju tax-xogħol kompletament magħluq fejn l-operatur huwa sseparat mill-funzjoni permezz ta’ barrikata fiżika;

b. 

Adattati għall-operat fi pressjoni negattiva;

c. 

Mezzi għall-manipulazzjoni tal-oġġetti b’mod sikur fl-ispazju tax-xogħol;

d. 

L-arja fornuta u l-arja tal-egżost minn u lejn l-ispazju tax-xogħol hija ffiltrata permezz ta’ filtru tal-arja partikulata effiċjenti ħafna;

Nota 1:   2B352.f.2. tinkludi kabini ta’ bijosigurezza tal-Klassi III, kif deskritt fl-aħħar edizzjoni tal-manwal tal-WHO dwar il-Bijosikurezza fil-Laboratorju jew mibnija skont standards, regolamenti jew gwida nazzjonali.

Nota 2:   2B352.f.2 ma tinkludix iżolaturi mfassla b’mod speċjali għal barrier nursing jew it-trasport ta’ pazjenti infettati.

g. 

Tagħmir għall-inalazzjoni tal-aerosol iddiżinjat għall-ittestjar tal-konfront ta’ aerosol b’“mikroorganiżmi”, viruses jew “tossini” kif ġej:

1. 

Esponiment tal-ġisem kollu kemm hu f’kompartimenti individwali li għandhom kapaċità ta’ 1 m3 jew aktar;

2. 

Apparat ta’ esponiment għax-xamm biss li juża fluss ta’ ajrusol dirett u li għandu kapaċità ta’ esponiment ta’ kwalunwkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

12-il roditur jew aktar; jew

b. 

żewġ annimali jew aktar għajr rodituri;

3. 

Tubi magħluqin għall-annimali mfassla għall-użu ma’ apparat ta’ esponiment għax-xamm biss li juża fluss ta’ ajrusol dirett;

h. 

Tagħmir għat-tnixxif bi sprej li kapaċi jnixxef it-tossini jew il-“mikroorganiżmi” patoġeniċi li għandu dan kollu li ġej:

1. 

Il-kapaċità ta’ evaporazzjoni tal-ilma ta’ ≥ 0,4 kg/h u ≤ 400 kg/h;

2. 

Kapaċi jiġġenera daqs tipiku medju tal-partikoli ta’ ≤10 μm b’attrezzaturi eżistenti jew b’modifiki minimi tal-ispray-dryer b’żennuni atomizzanti li jippermettu l-ħolqien tad-daqs rikjest tal-partikola; u

3. 

Kapaċi jiġi sterilizzat jew iddiżinfettat fil-post;

i. 

Assemblaturi u sintetizzaturi tal-aċidu nuklejku, li huma parzjalment jew kompletament awtomatizzati u mfasslin biex jiġġeneraw aċidi nuklejċi kontinwi akbar minn 1,5 kilobażi fit-tul b’rati ta’ żball ta’ inqas minn 5 % f’sessjoni waħda.

2CMaterjali

Xejn.

2DSoftware

2D001“Software”, minbarra dak speċifikat fi 2D002, kif ġej:

a. 

“Software” ddisinjat jew modifikat apposta għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir speċifikat fi 2A001 jew 2B001

b. 

“Software” mfassal jew immodifikat apposta għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat fi 2A001.c, 2B001 jew minn 2B003 sa 2B009.

Nota:   2D001 ma jkoprix il-kontrolli fuq “software” tal-ipprogrammar ta’ partijiet li jiġġenera kodiċijiet ta’ “kontroll numeriku” għall-immaxxinjar ta’ diversi partijiet.

2D002“Software” għal apparat elettroniku, ukoll meta jkun jinsab f’apparat jew sistema elettronika, li jippermetti lil dan l-apparat jew dawn is-sistemi li jiffunzjonaw bħala unità ta’ “kontroll numeriku”, li kapaċi jikkoordina simultanjament aktar minn erba’ assi għall-“kontroll tal-kontorn”.

Nota 1:   2D002 ma jkoprix il-kontrolli fuq “software” mfassal apposta jew immodifikat għat-tħaddim tal-oġġetti mhux speċifikati fil-Kategorija 2.

Nota 2:   2D002 ma jkoprix il-kontrolli fuq “software” għall-oġġetti speċifikati fi 2B002. Ara 2D001 u 2D003 għal“software” għall-oġġetti speċifikati fi 2B002.

Nota 3:   2D002 ma jkoprix il-kontrolli fuq “software” li huwa esportat ma’ oġġetti mhux speċifikati fil-Kategorija 2, u l-minimu neċessarju għat-tħaddim tagħhom.

2D003“Software”, imfassal jew immodifikat għat-tħaddim tat-tagħmir speċifikat fi 2B002, li jikkonverti d-disinn ottiku, il-kejl tal-oġġett tal-ħidma u l-funzjonijiet tat-tneħħija tal-materjal fi kmand ta’ “kontroll numeriku” sabiex tinkiseb il-forma mixtieqa tal-oġġett tal-ħidma.

2D101“Software” mfassal jew immodifikat apposta għall-“użu” tat-tagħmir speċifikat fi 2B104, 2B105, 2B109, 2B116, 2B117 jew minn 2B119 sa 2B122.

N.B.   ARA WKOLL 9D004.

2D201“Software” mfassal apposta għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat fi 2B204, 2B206, 2B207, 2B209, 2B219 jew 2B227.

2D202“Software” mfassal jew modifikat apposta għall-“iżvilupp”, “produzzjoni” jew “użu” ta’ tagħmir imsemmi f’2B201.

Nota:   2D202 ma jkoprix il-kontrolli fuq “software” tal-ipprogrammar ta’ partijiet li jiġġeneraw kodiċijiet ta’ kmand ta’ “kontroll numeriku” iżda ma jippermettix l-użu dirett ta’ tagħmir għall-immaxxinjar ta’ diversi partijiet.

2D351“Software” minbarra dak speċifikat fi 1D003, imfassal apposta għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat fi 2B351.

2ETeknoloġija

2E001“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta’ tagħmir jew “software” speċifikati f’2A, 2B jew 2D.

Nota:   2E001 jinkludi “teknoloġija” għall-integrazzjoni ta’ sistemi ta’ sondi f’magni ta’ kejl ta’ koordinati speċifikati fi 2B006.a.

2E002“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“produzzjoni” ta’ tagħmir speċifikat fi 2A jew 2B.

2E003“Teknoloġija” oħra kif ġej:

a. 

Mhux użat;

b. 

“Teknoloġija” għall-proċessi ta’ manifatturar fix-xogħol ta’ fuq il-metall, kif ġej:

1. 

“Teknoloġija” għad-disinn ta’ għodod, matriċi jew muntaġġi mfasslin apposta għal xi wieħed mill-proċessi li ġejjin:

a. 

“Formatura superplastika”;

b. 

“Saldatura ta’ diffużjoni”; jew

c. 

“Ippressar idrawliku b’azzjoni diretta”;

2. 

Data teknika li tikkonsisti f’metodi ta’ proċess jew f’parametri kif elenkati hawn taħt li tintuża għall-kontroll ta’:

a. 

“Formatura superplastika” ta’ ligi tal-aluminju, ligi tat-titanju jew “superligi”:

1. 

Preparazzjoni tal-uċuħ;

2. 

Rata tal-applikazzjoni ta’ forza;

3. 

Temperatura;

4. 

Pressjoni;

b. 

“Saldatura ta’ diffużjoni” ta’ “superligi” jew ligi tat-titanju:

1. 

Preparazzjoni tal-uċuħ;

2. 

Temperatura;

3. 

Pressjoni;

c. 

“Ippressar idrawliku b’azzjoni diretta” ta’ ligi tal-aluminju jew ligi tat-titanju:

1. 

Pressjoni;

2. 

Tul ta’ ħin taċ-ċiklu;

d. 

“Densifikazzjoni iżostatika taħraq” ta’ ligi tat-titanju, ligi tal-aluminju jew “superligi”:

1. 

Temperatura;

2. 

Pressjoni;

3. 

Tul ta’ ħin taċ-ċiklu;

Noti Tekniċi:

1. 

“Ippressar idrawliku ta’ azzjoni diretta” huwa l-proċess ta’ deformazzjoni li juża borża flessibbli mimlija bi fluwidu f’kuntatt dirett mal-biċċa tax-xogħol.

2. 

“Densifikazzjoni iżostatika taħraq” hija l-proċess ta’ applikazzjoni ta’ pressjoni ta’ kkastjar f’temperaturi li jaqbżu 375 K (102 °C) f’kavità magħluqa permezz ta’ diversi mezzi (gass, likwidu, partikoli solidi, eċċ.) sabiex tinħoloq forza ugwali fid-direzzjonijiet kollha għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ spazji vojta interni fl-ikkastjar.

c. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew għall-“produzzjoni” ta’ makkinarju idrawliku li jifforma l-oġġetti bl-istirar u l-matriċi għalihom, għall-manifattura ta’ strutturi ta’ oqfsa tal-inġenju tal-ajru;

d. 

Mhux użat;

e. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” ta’ “software” ta’ integrazzjoni għall-inkorporazzjoni f’unitajiet ta’ “kontroll numeriku” ta’ sistemi esperti għall-appoġġ ta’ deċiżjonijiet avvanzati dwar operazzjonijiet fil-fabbriki;

f. 

“Teknoloġija” għall-applikazzjoni ta’ kisi mill-ġdid inorganiku jew kisi inorganiku li jimmodifika l-uċuħ (speċifikati fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja) fuq sottostrati nonelettroniċi (speċifikati fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja), bi proċessi speċifikati fil-kolonna 1 tat-tabella li ġejja u ddefiniti fin-Nota Teknika.

Nota:   It-tabella u n-Nota Teknika jidhru wara l-entrata 2E301.

N.B.   Din it-tabella jenħtieġ li tinqara b’tali mod li tiġi speċifikata t-“teknoloġija” għal Proċess ta’ Kisi partikolari biss meta l-Kisi Riżultanti fil-kolonna 3 jinsab f’paragrafu direttament in-naħa l-oħra tas-Sottostrat rilevanti taħt il-kolonna 2. Pereżempju, data teknika dwar il-proċess ta’ kisi mid-Depożizzjoni Kimika f’Fażi tal-Fwar (CVD) hija inkluża għall-applikazzjoni ta’ siliċuri għas-sottostrati tal-“kompożiti” ta’ “matriċi” tal-karbonjukarbonju, taċ-ċeramika, u tal-metall, iżda mhix inkluża għall-applikazzjoni ta’ siliċuri għas-sottostrati tal-karbur tat-tungstenu simentat (16), tal-“karbur tas-siliċju” (18). Fit-tieni każ. il-kiżi riżultanti mhuwiex elenkat fil-paragrafu taħt il-kolonna 3 direttament in-naħa l-oħra tal-paragrafu taħt il-kolonna 2 li telenka l-“karbur tat-tungstenu ssimentat” (16), il-“karbur tas-siliċju” (18).

2E101“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta’ tagħmir jew “software” speċifikat fi 2B004, 2B009, 2B104, 2B109, 2B116, 2B119 sa 2B122 jew 2D101.

2E201“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta’ tagħmir jew “software” speċifikat fi 2A225, 2A226, 2B001, 2B006, 2B007.b., 2B007.c., 2B008, 2B009, 2B201, 2B204, 2B206, 2B207, 2B209, minn 2B225 sa 2B233, 2D201 jew 2D202.

2E301“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati fi 2B350 sa 2B352.



Tabella

Tekniki ta’ depożizzjoni

1.  Proċess ta’ Kisi (1) (1)

2.  Substrat

3.  Kisi li Jirriżulta

A.  Depożizzjoni ta’ Sustanza Kimika f’Fażi ta’ Fwar (CVD)

“Superligi”

Aluminuri għal passaġġi interni

 

Ċeramika (19) u Ħġieġ b’espansjoni baxxa (14)

Siliċuri

Karburi

Saffi dielettriċi (15)

Djamant

Karbonju bħad-djamant (17)

 

Karbonju-karbonju, “kompożiti” ta’ “matriċi” taċ-ċeramika u tal-metall

Siliċuri

Karburi

Metalli refrattarji

Taħlitiet tagħhom (4)

Saffi dielettriċi (15)

Aluminuri

Aluminuri lligati (2)

Nitrur tal-boron

 

Karbur tat-tungstenu ssimentat (16), Karbur tas-siliċju (18)

Karburi

Tungstenu

Taħlitiet tagħhom (4)

Saffi dielettriċi (15)

 

Molibdenu u Ligi tal-molibdenu

Saffi dielettriċi (15)

 

Berillju u Ligi tal-berillju

Saffi dielettriċi (15)

Djamant

Karbonju bħad-djamant (17)

 

Materjali għat-twieqi tas-sensuri (9)

Saffi dielettriċi (15)

Djamant

Karbonju bħad-djamant (17)

B.  Depożizzjoni fiżika mill-fwar permezz ta’ evaporazzjoni termika (TE-PVD)

 

 

B.1.  Depożizzjoni Fiżika f’Fażi ta’ Fwar (PVD): Raġġ ta’ Elettroni (EB-PVD)

“Superligi”

Siliċuri lligati

Aluminuri lligati (2)

MCrAlX (5)

Żirkonju mmodifikat (12)

Siliċuri

Aluminuri

Taħlitiet tagħhom (4)

 

Ċeramika (19) u Ħġieġ b’espansjoni baxxa (14)

Saffi dielettriċi (15)

 

Azzar reżistenti għall-korrużjoni (7)

MCrAlX (5)

Żirkonju mmodifikat (12)

Taħlitiet tagħhom (4)

 

Karbonju-karbonju, “kompożiti” ta’ “matriċi” taċ-ċeramika u tal-metall

Siliċuri

Karburi

Metalli refrattarji

Taħlitiet tagħhom (4)

Saffi dielettriċi (15)

Nitrur tal-boron

 

Karbur tat-tungstenu ssimentat (16), Karbur tas-siliċju (18)

Karburi

Tungstenu

Taħlitiet tagħhom (4)

Saffi dielettriċi (15)

 

Molibdenu u Ligi tal-molibdenu

Saffi dielettriċi (15)

 

Berillju u Ligi tal-berillju

Saffi dielettriċi (15)

Boruri

Berillju

 

Materjali għat-twieqi tas-sensuri (9)

Saffi dielettriċi (15)

 

Ligi tat-titanju (13)

Boruri

Nitruri

B.2.  Depożizzjoni Fiżika fil-Fażi tal-Fwar (PVD) għal tisħin b’reżistenza assistit minn joni (pjastrament joniku)

Ċeramika (19) u Ħġieġ b’espansjoni baxxa

Saffi dielettriċi (15)

Karbonju bħad-djamant (17)

 

Karbonju-karbonju, “kompożiti” ta’ “matriċi” taċ-ċeramika u tal-metall

Saffi dielettriċi (15)

 

Karbur tat-tungstenu ssimentat (16), Karbur tas-siliċju

Saffi dielettriċi (15)

 

Molibdenu u Ligi tal-molibdenu

Saffi dielettriċi (15)

 

Berillju u Ligi tal-berillju

Saffi dielettriċi (15)

 

Materjali għat-twieqi tas-sensuri (9)

Saffi dielettriċi (15)

Karbonju bħad-djamant (17)

B.3.  Depożizzjoni Fiżika f’Fażi ta’ Fwar (PVD): Vaporizzazzjoni bil-“laser”

Ċeramika (19) u Ħġieġ b’espansjoni baxxa (14)

Siliċuri

Saffi dielettriċi (15)

Karbonju bħad-djamant (17)

 

Karbonju-karbonju, “kompożiti” ta’ “matriċi” taċ-ċeramika u tal-metall

Saffi dielettriċi (15)

 

Karbur tat-tungstenu ssimentat (16), Karbur tas-siliċju

Saffi dielettriċi (15)

 

Molibdenu u Ligi tal-molibdenu

Saffi dielettriċi (15)

 

Berillju u Ligi tal-berillju

Saffi dielettriċi (15)

 

Materjali għat-twieqi tas-sensuri (9)

Saffi dielettriċi (15)

Karbonju bħad-djamant (17)

B.4.  Depożizzjoni Fiżika f’Fażi ta’ Fwar (PVD): Skarika minn Ark Katodiku

“Superligi”

Siliċuri lligati

Aluminuri lligati (2)

MCrAlX (5)

 

Polimeri (11) u “kompożiti” ta’ “matriċi” organika

Boruri

Karburi

Nitruri

Karbonju bħad-djamant (17)

C.  Is-simentazzjoni bil-pakkett (ara A hawn fuq għas-simentazzjoni mingħajr il-kuntatt mal-pakkett) (10)

Karbonju-karbonju, “kompożiti” ta’ “matriċi” taċ-ċeramika u tal-metall

Siliċuri

Karburi

Taħlitiet tagħhom (4)

 

Ligi tat-titanju (13)

Siliċuri

Aluminuri

Aluminuri lligati (2)

 

Metalli u ligi refrattarji (8)

Siliċuri

Ossidi

D.  Sprejjar bil-plażma

“Superligi”

MCrAlX (5)

Żirkonju mmodifikat (12)

Taħlitiet tagħhom (4)

Nikil-Grafit li jista’ jinbarax

Materjali li jistgħu jinbarxu li fihom Ni-Cr-Al

Al-Si-Poliester li jista’ jinbarax

Aluminuri lligati (2)

 

Ligi tal-aluminju (6)

MCrAlX (5)

Żirkonju mmodifikat (12)

Siliċuri

Taħlitiet tagħhom (4)

 

Metalli u ligi refrattarji (8)

Aluminuri

Siliċuri

Karburi

 

Azzar reżistenti għall-korrużjoni (7)

MCrAlX (5)

Żirkonju mmodifikat (12)

Taħlitiet tagħhom (4)

 

Ligi tat-titanju (13)

Karburi

Aluminuri

Siliċuri

Aluminuri lligati (2)

Nikil-Grafit li jista’ jinbarax

Materjali li jistgħu jinbarxu li fihom Ni-Cr-Al

Al-Si-Poliester li jista’ jinbarax

E.  Depożizzjoni ta’ Sospensjonijiet magħqudin

Metalli u ligi refrattarji (8)

Siliċuri fużi

Aluminuri fużi ħlief għal elementi ta’ tisħin bir-reżistenza

 

Karbonju-karbonju, “kompożiti” ta’ “matriċi” taċ-ċeramika u tal-metall

Siliċuri

Karburi

Taħlitiet tagħhom (4)

F.  Depożizzjoni permezz ta’ Pulverizzazzjoni Katodika

“Superligi”

Siliċuri lligati

Aluminuri lligati (2)

Aluminuri modifikati b’metall nobbli (3)

MCrAlX (5)

Żirkonju mmodifikat (12)

Platinu

Taħlitiet tagħhom (4)

 

Ċeramika u Ħġieġ b’espansjoni baxxa (14)

Siliċuri

Platinu

Taħlitiet tagħhom (4)

Saffi dielettriċi (15)

Karbonju bħad-djamant (17)

 

Ligi tat-titanju (13)

Boruri

Nitruri

Ossidi

Siliċuri

Aluminuri

Aluminuri lligati (2)

Karburi

 

Karbonju-karbonju, “kompożiti” ta’ “matriċi” taċ-ċeramika u tal-metall

Siliċuri

Karburi

Metalli refrattarji

Taħlitiet tagħhom (4)

Saffi dielettriċi (15)

Nitrur tal-boron

 

Karbur tat-tungstenu ssimentat (16), Karbur tas-siliċju (18)

Karburi

Tungstenu

Taħlitiet tagħhom (4)

Saffi dielettriċi (15)

Nitrur tal-boron

 

Molibdenu u Ligi tal-molibdenu

Saffi dielettriċi (15)

 

Berillju u Ligi tal-berillju

Boruri

Saffi dielettriċi (15)

Berillju

 

Materjali għat-twieqi tas-sensuri (9)

Saffi dielettriċi (15)

Karbonju bħad-djamant (17)

 

Metalli u ligi refrattarji (8)

Aluminuri

Siliċuri

Ossidi

Karburi

G.  Impjantazzjoni Jonika

Azzar għall-berings ta’ temperatura għolja

Addizzjonijiet ta’ Tantalju tal-Kromju jew tan-Nijobju (Kolumbju)

 

Ligi tat-titanju (13)

Boruri

Nitruri

 

Berillju u Ligi tal-berillju

Boruri

 

Karbur tat-tungstenu ssimentat (16)

Karburi

Nitruri

(1)   

In-numri fil-parentesi jirreferu għan-Noti li jsegwu din it-Tabella.

TABELLA - TEKNIKI TA’ DEPOŻIZZJONI – NOTI

1. 

It-terminu “proċess ta’ kisi” jinkludi tiswija ta’ kisi u restawr, kif ukoll kisi oriġinali.

2. 

It-terminu “kisi ta’ aluminuri lligati” jinkludi kisjiet fi stadju wieħed jew stadji multipli fejn element jew elementi huma ddepożitati qabel jew matul l-applikazzjoni tal-kisi bl-aluminur, anki jekk dawn l-elementi jkunu ddepożitati bi proċess ta’ kisi ieħor. Madankollu dan ma jinkludix l-użu multiplu ta’ proċessi ta’ simentazzjoni bil-pakkett fi stadju wieħed sabiex jinkisbu l-aluminuri lligati.

3. 

It-terminu kisi ta’ “aluminur immodifikat b’metall nobbli” jinkludi kisjiet ta’ stadji multipli fejn il-metall nobbli jew il-metalli nobbli jitqiegħdu b’xi proċess ta’ kisi ieħor qabel l-applikazzjoni tal-kisja tal-aluminur.

4. 

It-terminu “it-taħlitiet tagħhom” jinkludi l-materjal infiltrat, il-kompożizzjonijiet gradati, il-kodepożiti u d-depożiti f’ħafna saffi, u li jinkisbu bi proċess wieħed jew aktar tal-kisi speċifikati fit-Tabella.

5. 

“MCrAlX” tirreferi għal liga ta’ kisi fejn M ikun kobalt, ħadid, nikil jew kombinamenti tagħhom u X tirrappreżenta l-afnju, l-ittriju, is-siliċju, it-tantalju fi kwalunkwe ammont jew addizzjonijiet intenzjonali oħrajn ta’ aktar minn 0,01 % skont il-piż, f’diversi proporzjonijiet u kombinamenti, minbarra:

a. 

Kisjiet ta’ CoCrAlY li fihom anqas minn 22 % skont il-piż ta’ kromju, anqas minn 7 % skont il-piż ta’ aluminju u anqas minn 2 % skont il-piż tal-ittriju;

b. 

Kisjiet ta’ CoCrAlY li fihom minn 22 sa 24 % ta’ kromju skont il-piż, minn 10 sa 12 % ta’ aluminju skont il-piż u 0,5 sa 0,7 % ta’ ittriju skont il-piż; jew

c. 

Kisjiet ta’ NiCrAlY li fihom minn 21 % sa 23 % skont il-piż tal-kromju, minn 10 % sa 12 % skont il-piż tal-aluminju u minn 0,9 % sa 1,1 % skont il-piż tal-ittriju.

6. 

It-terminu “ligi tal-aluminju” jirreferi għal ligi li għandhom saħħa tensili aħħarija ta’ 190 MPa jew aktar meta mkejla f’temperatura ta’ 293 K (20°C).

7. 

It-terminu “azzar reżistenti għall-korrużjoni” jirreferi għall-azzar tas-serje 300 tal-AISI (Istitut Amerikan tal-Ħadid u l-Azzar) jew għall-azzar ta’ standards nazzjonali ekwivalenti.

8. 

’Metalli u ligi refrattarji’ jinkludu l-metalli li ġejjin u l-ligi tagħhom: nijobju (kolumbju), molibdenu, tungstenu u tantalju.

9. 

Il-“materjali għat-twieqi ta’ sensuri” huma dawn li ġejjin: alumina, siliċju, ġermanju, sulfid taż-żingu, selenju taż-żingu, arsenjur tal-gallju, djamant, fosforu tal-gallju, żafir u l-alidi ta’ metalli li ġejjin: materjali għat-twieqi ta’ sensuri b’aktar minn 40 mm ta’ dijametru għall-fluworur taż-żirkonju u l-fluworur tal-afnju.

10. 

Il-Kategorija 2 ma tinkludix “teknoloġija” għas-simentazzjoni bil-pakkett ta’ profili arjudinamiċi fi stadju wieħed.

11. 

’Polimeri’, kif ġej: polimidi, poliester, polisulfuri, polikarbonati u polyiuretani.

12. 

“Ossidu taż-żirkonju mmodifikat” jirreferi għall-addizzjonijiet ta’ ossidi metalliċi oħrajn (pereż., ossidi tal-kalċju, tal-manjesju, tal-ittriju, tal-afnju, u ta’ metalli terreni rari) maż-żirkonju sabiex jiġu stabbilizzati ċerti fażijiet kristallografiċi u kompożizzjonijiet ta’ fażi. Kisjiet li jservu ta’ lqugħ termiku magħmul minn ossidi taż-żirkonju, immodifikati b’ossidi tal-kalċju jew tal-manjesju bit-taħlit jew bil-fużjoni, mhumiex ikkontrollati.

13. 

“Ligi tat-titanju” tirreferi biss għal ligi tal-ajruspazju li għandhom limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ta’ 900 MPa jew aktar imkejla f’temperatura ta’ 293 K (20°C).

14. 

“Ħġieġ b’espansjoni baxxa” tirreferi għal ħġieġ li għandu koeffiċjent ta’ espansjoni termika ta’ 1 × 10–7 K–1 jew anqas imkejla f’temperatura ta’ 293 K (20°C).

15. 

“Saffi dielettriċi” huma kisjiet mibnija minn għadd ta’ saffi ta’ materjali iżolaturi fejn il-proprjetajiet ta’ interferenza ta’ disinn magħmul minn materjali ta’ diversi indiċi rifrattivi jintużaw sabiex jirriflettu, jittrasmettu jew jassorbu diversi bnadijiet ta’ tul ta’ mewġ. Saffi dielettriċi tirreferi għal aktar minn erba’ saffi dielettriċi jew saffi “kompożiti” dielettriċi / tal-metall.

16. 

“Karbur tat-tungstenu ssimentat” ma jinkludix materjali tal-għodod tal-qtugħ u tal-iffurmar li jikkonsistu minn karbur tat-tungstenu / (kobalt, nikil), karbur tat-titanju / (kobalt, nikil), karbur tal-kromju/tan-nikil-kromju u karbur tal-kromju/tan-nikil.

17. 

“Teknoloġija” sabiex jiġi depożitat karbonju bħad-djamant fuq xi wieħed minn dan li ġej mhix koperta minn kontrolli:

diska ottika u rjus manjetiċi, tagħmir għall-manifattura ta’ oġġetti li jintremew wara l-użu, valvi għall-viti, dijaframmi akustiċi għall-ispikers, partijiet tal-magni għall-karozzi, għodod li jaqtgħu, forom tat-titqib-ippressar, tagħmir ta’ awtomazzjoni għall-uffiċċji, mikrofoni jew apparat mediku jew forom, għall-ikkastjar jew l-iffurmar tal-plastik, manifatturati minn ligi li fihom inqas minn 5 % ta’ berillju.

18. 

“Karbur tas-siliċju” ma jinkludix materjali għall-għodod tal-qtugħ u tal-iffurmar.

19. 

Sottostrati taċ-ċeramika, kif użati f’din l-entrata, ma jinkludux materjali taċ-ċeramika li fihom 5 % skont il-piż, jew aktar, kontenut tat-tafal jew tas-siment, kemm bħala kostitwenti separati jew ikkumbinati.

TABELLA – TEKNINI TA’ DEPOŻIZZJONI – NOTA TEKNIKA

Il-proċessi speċifikati fil-Kolonna 1 tat-Tabella huma definiti kif ġej:

a. 

Depożizzjoni Kimika f’Fażi ta’ Fwar (CVD) hija proċess ta’ kisi biex jiksi mill-ġdid jew proċess ta’ kisi li jimmodifika l-uċuħ fejn metall, liga, “kompożitu”, dielettriku jew ċeramika hija ddepożitata fuq sottostrat imsaħħan. Sustanzi reattivi gassużi huma dekomposti jew kombinati fil-viċin ta’ sottostrat li jirriżultaw fid-depożizzjoni tal-materjal mixtieq elementali, lligat jew kompost fuq is-sottostrat. L-enerġija għal dan il-proċess ta’ dekompożizzjoni jew ir-reazzjoni kimika tista’ tiġi pprovduta mis-sħana tas-sottostrat, minn plażma ta’ skarika luminixxenti, jew minn irradjazzjoni bil-“laser”.

N.B.1   Is-CVD tinkludi l-proċessi li ġejjin: id-depożizzjoni barra r-reċipjent bi fluss ta’ gass direzzjonat, is-CVD bl-impulsi, id-depożizzjoni termika b’nukleazzjoni kkontrollata (CNTD), il-proċessi tas-CVD imtejbin bil-plażma jew assistiti mill-plażma.

N.B.2   Pakkett jiddenota sottostrat mgħaddas f’taħlita ta’ trab.

N.B.3   Is-sustanzi reattivi gassużi użati fil-proċess ta’ barra mill-pakkett huma prodotti bl-użu tal-istess reazzjonijiet u parametri elementari bħall-proċess tas-simentazzjoni f’pakkett, ħlief li s-sottostrat li għandu jinkesa ma jkunx f’kuntatt mat-taħlita tat-trab.

b. 

Id-Depożizzjoni Fiżika f’Fażi ta’ Fwar permezz ta’ Evaporazzjoni Termali (TE-PVD) hija proċess ta’ kisi biex jiksi mill-ġdid, imwettaq f’vakwu bi pressjoni ta’ anqas minn 0,1 Pa, li fih is-sors tal-enerġija termali jintuża sabiex jivvaporizza l-materjal tal-kisi. Dan il-proċess jirriżulta fil-kondensazzjoni, jew id-depożizzjoni, tal-ispeċi evaporata fuq sottostrati ppożizzjonati b’mod adegwat.

Iż-żieda ta’ gassijiet fil-kamra tal-vakwu matul il-proċess ta’ kisi, sabiex jiġu sintetizzati l-kisjiet komposti, hija modifika ordinarja tal-proċess.

L-użu ta’ raġġi ta’ joni jew ta’ elettroni, jew plażma, sabiex tiġi attivata jew assistita d-depożizzjoni tal-kisja, hija wkoll modifika komuni f’din it-teknika. L-użu ta’ moniters sabiex jiġi pprovdut kejl waqt il-proċess tal-karatteristiċi ottiċi u tal-ħxuna tal-kisjiet, tista’ tkun karatteristika ta’ dawn il-proċessi.

Il-proċessi TE-PVD speċifiċi huma kif ġej:

1. 

Il-PVD permezz ta’ Raġġ ta’ Elettroni tuża raġġ ta’ elettroni sabiex issaħħan u tevapora l-materjal li jifforma l-kisja;

2. 

Il-PVD b’tisħin permezz ta’ reżistenza assistita mill-joni tuża sorsi ta’ tisħin b’reżistenza elettrika flimkien ma’ raġġ(i) ta’ joni sabiex jiġi prodott fluss ikkontrollat u uniformi ta’ materjali ta’ kisjiet evaporati;

3. 

Il-vaporizzazzjoni bil-“laser” tuża raġġi tal-“laser” b’mewġ kontinwu jew b’impulsi sabiex jiġi vaporizzat il-materjal li jifforma l-kisja;

4. 

Id-Depożizzjoni b’Ark Katodiku tuża katodu konsumabbli tal-materjal li jifforma l-kisja u għandha skarika ta’ ark stabbilita fuq il-wiċċ permezz ta’ kuntatt momentanju ma’ skattatur ertjat. Il-moviment ikkontrollat tal-formazzjoni tal-arki jiekol il-wiċċ tal-katodu u b’hekk joħloq plażma jonizzata sew. L-anodu jista’ jkun jew kon imqabbad mal-periferija tal-katodu, minn ġo iżolatur, jew il-kamra. Il-polarizzazzjoni tas-sottostrat tintuża għad-depożizzjoni barra mill-vista.

N.B.   Din id-definizzjoni ma tinkludix depożizzjoni każwali ta’ ark katodiku b’sottostrati nonpolarizzati.

5. 

Pjastrament Joniku huwa modifika speċjali fil-proċess ġenerali ta’ TE-PVD fejn tintuża plażma jew sors ta’ joni għall-jonizzazzjoni tal-materjal li jrid jiġi ddepożitat, u tiġi applikata polarizzazzjoni negattiva għas-sottostrat sabiex tiffaċilita l-estrazzjoni tal-materjal mill-plażma. L-introduzzjoni ta’ materjali reattivi, l-evaporazzjoni ta’ solidi fil-kamra tal-proċess, u l-użu ta’ moniters sabiex jiġi pprovdut kejl waqt il-proċess tal-karatteristiċi ottiċi u tal-ħxuna tal-kisjiet, huma modifiki ordinarji tal-proċess.

c. 

Is-Simentazzjoni bil-Pakkett hija proċess ta’ kisi li jimmodifika l-uċuħ jew proċess ta’ kisi mill-ġdid fejn is-sottostrat huwa mgħaddas f’taħlita ta’ trab (il-pakkett), li tikkonsisti minn:

1. 

It-trabijiet metalliċi li jridu jiġu ddepożitati (normalment aluminju, kromju, siliċju jew il-kombinament ta’ dawn);

2. 

Attivatur (normalment melħ ta’ aloġenur); u

3. 

Trab inert, l-aktar spiss alumina.

Is-sottostrat u t-taħlita tat-trab jinżammu fi storta li hija msaħħna għal bejn 1 030  K (757°C) u 1 375  K (1 102 °C) għal ħin twil biżżejjed sabiex tiġi ddepożitata l-kisja.

d. 

Sprejjar bil-Plażma huwa proċess ta’ kisi mill-ġdid fejn kanun li jisprejja l-plażma, li jipproduċi u jikkontrolla l-plażma jirċievi materjali tal-kisi fil-forma ta’ trab jew ta’ wajer, iddewwibhom u jisparahom lejn sottostrat, li fuqu tifforma kisja li teħel integralment. Sprejjar bil-plażma jikkostitwixxi kemm sprejjar bil-plażma bi pressjoni baxxa jew sprejjar bil-plażma b’veloċità għolja.

N.B.1   Pressjoni baxxa tfisser pressjoni anqas mill-pressjoni atmosferika tal-ambjent.

N.B.2   Veloċità għolja tirreferi għal veloċità tal-ħruġ tal-gass miż-żennuna li taqbeż is-750 m/s, ikkalkulata f’temperatura ta’ 293 K (20 °C) fi pressjoni ta’ 0,1 MPa.

e. 

Id-Depożizzjoni ta’ Sospensjoni Magħquda hija proċess ta’ kisi li jimmodifika l-uċuħ jew proċess ta’ kisi mill-ġdid fejn it-trab tal-metall jew taċ-ċeramika b’aġent organiku li jgħaqqad jiġi sospiż f’likwidu, u jiġi applikat lil sottostrat billi jiġi sprejjat, mgħaddas jew miżbugħ, sussegwentement jitnixxef bl-arja jew fil-forn, u jiġi ttrattat bis-sħana sabiex tinkiseb il-kisja mixtieqa.

f. 

Id-depożizzjoni permezz ta’ pulverizzazzjoni katodika hija proċess ta’ kisi mill-ġdid ibbażat fuq fenomenu tat-transferiment tal-momentum, fejn joni pożittivi jiġu aċċellerati permezz ta’ kamp elettriku lejn il-wiċċ ta’ bersall (il-materjal tal-kisi). L-enerġija kinetika miksuba mill-impatt tal-joni hija suffiċjenti sabiex tikkawża r-rilaxx ta’ atomi mill-wiċċ tal-bersall biex jiddepożitaw ruħhom fuq is-sottostrat ippożizzjonat b’mod adegwat.

N.B.1   It-Tabella tirreferi biss għad-depożizzjoni permezz ta’ pulverizzazzjoni katodika bi triodu jew b’manjetron jew reaġent li hija użata sabiex tiżdied l-adeżjoni tal-kisja u r-rata ta’ depożizzjoni, u għad-depożizzjoni permezz ta’ pulverizzazzjoni katodika miżjuda bil-frekwenza tar-radju, użata sabiex tippermetti l-vaporizzazzjoni ta’ materjali tal-kisi mhux metalliċi.

N.B.2   Raġġi tal-joni ta’ enerġija baxxa (anqas minn 5 keV) jistgħu jintużaw sabiex jattivaw id-depożizzjoni.

g. 

L-impjantazzjoni jonika hija proċess ta’ kisi li jimmodifika l-uċuħ fejn l-element li għandu jiġi llegat, jiġi jonizzat, aċċellerat minn gradjent ta’ potenzjal u impjantat fil-parti tal-wiċċ tas-sottostrat. Dan jinkludi proċessi fejn l-impjantazzjoni jonika ssir simultanjament mad-depożizzjoni fiżika fil-fażi tal-fwar permezz ta’ raġġ ta’ elettroni jew mad-depożizzjoni permezz tal-pulverizzazzjoni katodika.

KATEGORIJA 3 - ELETTRONIKA

3ASistemi, Tagħmir u Komponenti

Nota 1:   L-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir u tal-komponenti deskritti fi 3A001 jew 3A002, minbarra dawk deskritti fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.10., jew 3A001.a.12. sa 3A001.a.14., li huma ddisinjati apposta għal jew li għandhom l-istess karatteristiċi funzjonali bħal tagħmir ieħor huwa determinat mill-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir l-ieħor.

Nota 2:   L-istatus ta’ kontroll taċ-ċirkwiti integrati deskritti fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.9., jew 3A001.a.12. sa 3A001.a.14 li huma pprogrammati b’mod li ma jistax jinbidel jew iddisinjati għal funzjoni speċifika għal tagħmir ieħor huwa determinat mill-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir l-ieħor.

N.B.   Meta l-manifattur jew l-applikant ma jistax jiddetermina l-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir l-ieħor, l-istatus ta’ kontroll taċ-ċirkwiti integrati huwa determinat fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.9. u 3A001.a.12. sa 3A001.a.14.

Nota 3:   L-istatus ta' pjastrini (mitmuma jew mhux mitmuma), fejn il-funzjoni ġiet determinata, għandu jiġi evalwat skont il-parametri ta' 3A001.a., 3A001.b., 3A001.d., 3A001.e.4., 3A001.g., 3A001.h., jew 3A001.i.

3A001Oġġetti elettroniċi kif ġej:

a. 

Ċirkwiti integrati bi skop ġenerali, kif ġej:

Nota:   Ċirkwiti integrati jinkludu t-tipi li ġejjin:

— 
“Ċirkwiti integrati monolitiċi”;
— 
“Ċirkwiti integrati ibridi”;
— 
“Ċirkwiti integrati multichip”;
— 
“Ċirkwiti integrati tat-tip tal-pellikola”, inklużi ċirkwiti integrati tas-silikon fuq iż-żaffir;
— 
“Ċirkwiti integrati ottiċi”;
— 
“Ċirkwiti integrati tridimensjonali”;
— 
“Ċirkwiti Integrati bil-Microwave Monolitiċi” (MMICs).
1. 

Ċirkwiti integrati ddisinjati jew previsti bħala reżistenti għar-radjazzjoni sabiex jifilħu għal kwalunkwe milli ġej:

a. 

Doża totali ta’ 5 × 103 Gy (siliċju) jew ogħla;

b. 

Rata tad-doża ta’ 5 × 106 Gy (siliċju)/s jew ogħla; jew

c. 

Fluwenza (fluss integrat) ta’ newtroni (ekwivalenti għal 1 MeV) ta’ 5 × 1013 n/cm2 jew ogħla fuq is-siliċju, jew l-ekwivalenti tiegħu għal materjali oħrajn;

Nota:   3A001.a.1.c. ma jikkontrollax Semikondutturi Iżolaturi tal-Metall (MIS).

2. 

“Mikroċirkwiti mikroproċessuri”, “mikroċirkwiti mikrokompjuter”, mikroċirkwiti mikrokontrolluri, ċirkwiti integrati tal-ħżin manifatturati minn semikonduttur kompost, konvertituri minn analogu għal diġitali, ċirkwiti integrati li fihom konvertituri minn analogu għal diġitali u jaħżnu jew jipproċessaw id-data diġitizzata, konvertituri minn diġitali għal analogu, ċirkwiti elettroottiċi jew “ċirkwiti integrati ottiċi” ddisinjati għal “proċessar tas-sinjali”, apparat loġiku programmabbli mill-utent, ċirkwiti integrati mibnija skont l-ordni li għalihom il-funzjoni ma tkunx magħrufa jew l-istatus ta' kontroll tat-tagħmir fejn ikun se jintuża ċ-ċirkwit integrat ma jkunx magħruf, proċessuri Trasformat Fourier Rapidu (FFT), Memorji Statiċi ta' Aċċess Każwali (SRAMs), jew “memorji mhux volatili”, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Previsti għal tħaddim f’temperatura tal-ambjent ogħla minn 398 K (125 °C);

b. 

Previsti għal tħaddim f’temperatura tal-ambjent inqas minn 218 K (– 55 °C); jew

c. 

Previsti għal tħaddim fuq il-medda kollha ta’ temperatura tal-ambjent minn 218 K (– 55 °C) sa 398 K (125 °C);

Nota:   3A001.a.2. ma jikkontrollax ċirkwiti integrati għal applikazzjonijiet għal karozzi jew ferroviji ċivili.

Nota Teknika:

'Memorji mhux volatili' huma memorji li jżommu d-data għal perjodu ta’ ħin wara li jinqata’ d-dawl.

3. 

“Mikroċirkwiti mikroproċessuri”, “mikroċirkwiti mikrokompjuter” u mikroċirkwiti mikrokontrolluri, manifatturati minn semikonduttur kompost u li jaħdmu bi frekwenza tal-arloġġ ta’ aktar minn 40 MHz;

Nota:   3A001.a.3. jinkludi proċessuri tas-sinjali diġitali, proċessuri ta’ matriċi diġitali u koproċessuri diġitali.

4. 

Mhux użat;

5. 

Konvertituri b'ċirkwiti integrati minn analogu għal diġitali (ADC) u minn diġitali għal analogu (DAC), kif ġej:

a. 

ADCs li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

N.B.   ARA WKOLL 3A101

1. 

Riżoluzzjoni ta' 8 bit jew aktar, iżda inqas minn 10 bit, b'“rata ta' kampjun” akbar minn 1,3 Giga Kampjuni Kull Sekonda (GSPS);

2. 

Riżoluzzjoni ta' 10 bit jew aktar, iżda inqas minn 12-il bit, b'“rata ta' kampjun” akbar minn 600 Mega Kampjun Kull Sekonda (MSPS);

3. 

Riżoluzzjoni ta' 12-il bit jew aktar, iżda inqas minn 14-il bit, b'“rata ta’ kampjun” akbar minn 400 MSPS;

4. 

Riżoluzzjoni ta’ 14-il bit jew aktar, iżda inqas minn 16-il bit, b’“rata ta’ kampjun” akbar minn 250 MSPS; jew

5. 

Riżoluzzjoni ta' 16-il bit jew aktar b'“rata ta’ kampjun” akbar minn 65 MSPS;

N.B.   Għaċ-ċirkwiti integrati li fihom konvertituri minn analogu għal diġitali u li jaħżnu jew jipproċessaw data diġitizzata, ara 3A001.a.14.

Noti Tekniċi:

1.   Riżoluzzjoni ta' n bit tikkorrispondi għal kwantizzazzjoni ta' livelli 2n.

2.   Ir-riżoluzzjoni tal-ADC hija l-għadd ta’ bits ta’ output diġitali li tirrappreżenta l-input analogu mkejjel. L-Għadd Effettiv ta’ Bits (ENOB) ma jintużax biex tiġi stabbilita r-riżoluzzjoni tal-ADC.

3.   Għal “ADCs b'ħafna kanali”, ir-“rata ta’ kampjun” mhijiex aggregata u r-“rata ta’ kampjun” hija r-rata massima ta' kull kanal individwali.

4.   Għal “ADCs interlaċċjati”jew għal “ADCs b'ħafna kanali” li huma speċifikati li għandhom mod alternat kif jitħaddmu, ir-“rati ta’ kampjun” huma aggregati u r-“rata ta’ kampjun” hija r-rata massima totali kkombinata tal-kanali kollha interlaċċjati.

b. 

Konvertituri minn Diġitali għal Analogu (DAC) li għandhom xi waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Riżoluzzjoni ta’ 10 bits jew aktar, iżda inqas minn 12-il bit, b’“rata ta’ aġġornament aġġustata” akbar minn 3 500 MSPS; jew

2. 

Riżoluzzjoni ta’ 12-il bit jew aktar u li għandha xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

“Rata ta’ aġġornament aġġustata” akbar minn 1 250 MSPS iżda mhux aktar minn 3 500 MSPS, u li għandha xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Ħin ta’ stabbiliment inqas minn 9 ns biex tinkiseb skala sħiħa jew 0,024 % ’l bogħod minnha, minn tranżizzjoni ta’ skala sħiħa; jew

2. 

“Firxa Dinamika Ħielsa Falza” (Spurious Free Dynamic Range - SFDR) akbar minn 68 dBc (il-portatur) meta jiġu sintesizzati sinjal analogu ta’ skala sħiħa ta’ 100 MHz jew l-ogħla frekwenza ta’ sinjal analogu ta’ skala sħiħa speċifikata taħt il-100 MHz; jew

b. 

“Rata ta’ aġġornament aġġustata” ogħla minn 3 500 MSPS;

Noti Tekniċi:

1.   Il-“Firxa Dinamika Ħielsa Falza” (SFDR) hija ddefinita bħala l-proporzjon tal-valur tar-RMS tal-frekwenza portatriċi (il-komponent tas-sinjal massimu) fl-input tad-DAC għall-valur tar-RMS tal-akbar ħoss li jmiss jew tal-komponent ta' distorsjoni armoniku fl-output tiegħu.

2.   L-SFDR hija determinata direttament mit-tabella ta' speċifikazzjoni jew mill-immarkar ta' karatterizzazzjoni tal-SFDR kontra l-frekwenza.

3.   Sinjal ikun definit li huwa ta’ skala sħiħa meta l-amplitudni tiegħu tkun akbar minn -3 dBfs (fuq skala sħiħa).

4.   'Rata ta' aġġornament aġġustat' għad-DACs:

a. 

Għal DACs konvenzjonali (mhux interpolanti), ir-“rata ta’ aġġornament aġġustata” hija r-rata li fiha s-sinjal diġitali jiġi konvertit għal sinjal analogu u l-valuri analogi tal-output jinbidlu bid-DAC. Għad-DACs, meta l-mod ta' interpolazzjoni jkun jista' jiġi evitat (fattur ta' interpolazzjoni ta' wieħed), id-DAC għandu jitqies bħala DAC konvenzjonali (mhux interpolanti).

b. 

Għad-DACs interpolanti (teħid żejjed ta’ kampjuni tad-DACs), ir-“rata ta’ aġġornament aġġustata” hija definita bħala r-rata ta’ aġġornament tad-DAC diviża bl-iżgħar fattur interpolanti. Għad-DACs interpolanti, ir-'rata ta' aġġornament aġġustat' tista' tissejjaħ b'termini differenti inklużi:

— 
rata tad-data tal-input
— 
rata tal-kliem tal-input
— 
rata tal-kampjunar tal-input
— 
rata totali massima tal-bus tal-input
— 
rata tal-arloġġ massima għall-input tal-arloġġ tad-DAC.
6. 

Ċirkwiti elettro-ottiċi u “ċirkwiti integrati ottiċi”, imfassla għal “ipproċessar tas-sinjali” u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Dijodu tal-“laser” intern wieħed jew aktar;

b. 

Element ta’ rilevament tad-dawl intern wieħed jew aktar; u

c. 

Gwidi tal-mewġ ottiċi;

7. 

Apparat logiku programmabbli mill-utent li għandu kwalunkwe wieħed minn dan li ġej:

a. 

Numru massimu ta’ input / outputs diġitali b’tarf wieħed aktar minn 700; jew

b. 

“Rata aggregata tal-ogħla data serjali riċetrażmettitriċi lejn naħa waħda” ta’ 500 Gb/s jew aktar;

Nota:   3A001.a.7. jinkludi:

— 
Apparat Loġiku Programmabbli Kumpless (CPLDs)
— 
Arranġamenti ta’ Bibien Programmabbli mill-Utent (FPGAs)
— 
Arranġamenti Loġiċi Programmabbli mill-Utent (FPLAs)
— 
Interkonnessjonijiet Programmabbli mill-Utent (FPICs)

N.B.   Għal ċirkwiti integrati b’apparat loġiku programmabbli mill-utent li jkun ikkombinat ma’ konvertitur minn analogu għal diġitali, ara 3A001.a.14.

Noti Tekniċi:

1.   Numru massimu ta' input/outputs diġitali fi 3A001.a.7.a. huwa msejjaħ ukoll in-numru massimu ta' input/outputs tal-utent jew in-numru massimu disponibbli ta' input/outputs, kemm jekk iċ-ċirkwit integrat ikun inkapsulat kif ukoll jekk le.

2.   “Rata aggregata tal-ogħla data serjali riċetrażmettitriċi lejn naħa waħda” hija l-prodott tar-rata tal-ogħla data serjali riċetrażmettitriċi lejn naħa waħda mmultiplikata bl-għadd ta’ riċetrażmettituri fuq l-FPGA.

8. 

Mhux użat;

9. 

Ċirkwiti integrati għal netwerks newrali;

10. 

Ċirkwiti integrati mibnija skont l-ordni li l-funzjoni għalihom ma tkunx magħrufa, jew l-istatus ta' kontroll tat-tagħmir fejn ikunu ser jintużaw iċ-ċirkwiti integrati ma jkunx magħruf mill-manifattur, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Aktar minn 1 500  terminal;

b. 

“Dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku” tipiku ta’ anqas minn 0,02 ns; jew

c. 

Frekwenza operattiva ogħla minn 3 GHz;

11. 

Ċirkwiti integrati diġitali, minbarra dawk deskritti fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.10. u 3A001.a.12., ibbażati fuq semikonduttur kompost u li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Għadd ta’ bibien ekwivalenti ta’ aktar minn 3 000 (bibien b’2 inputs); jew

b. 

Frekwenza ta’ inverżjoni li teċċedi 1,2 GHz;

12. 

Proċessuri Trasformat Fourier Rapidu (FFT) li għandhom ħin ta' eżekuzzjoni nominali għal FFT ta' N punti kumplessi ta' inqas minn (N log2 N) /20 480 ms, fejn N huwa n-numru ta' punti;

Nota Teknika:

Meta N ikun ugwali għal 1 024 punt, il-formula fi 3A001.a.12. tagħti ħin ta' eżekuzzjoni ta' 500 μs.

13. 

Ċirkwiti integrati tas-Sintetizzatur Diġitali Dirett (DDS) li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Frekwenza tal-arloġġ ta’ Konvertitur minn Diġitali għal Analogu (DAC) ta’ 3,5 GHz jew aktar u riżoluzzjoni DAC ta’ 10 bits jew aktar, iżda inqas minn 12-il bit; jew

b. 

Frekwenza tal-arloġġ ta’ DAC ta’ 1,25 GHz jew aktar u riżoluzzjoni DAC ta’ 12-il bit jew aktar;

Nota Teknika:

Il-frekwenza tal-arloġġ ta’ DAC tista’ tiġi speċifikata bħala l-frekwenza ewlenija tal-arloġġ jew il-frekwenza tal-input tal-arloġġ.

14. 

Ċirkwiti integrati li jagħmlu jew huma programmabbli biex jagħmlu dan kollu li ġej:

a. 

Konverżjonijiet analogu-diġitali li jissodisfaw xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Riżoluzzjoni ta' 8 bit jew aktar, iżda inqas minn 10 bit, b'rata ta' output akbar minn 1,3 Giga Kampjuni Kull Sekonda (GSPS);

2. 

Riżoluzzjoni ta' 10 bit jew aktar, iżda inqas minn 12-il bit, b'“rata ta’ kampjun” ta’ aktar minn 1,0 GSPS;

3. 

Riżoluzzjoni ta' 12-il bit jew aktar, iżda inqas minn 14-il bit, b'“rata ta’ kampjun” ta’ aktar minn 1,0 GSPS;

4. 

Riżoluzzjoni ta’ 14-il bit jew aktar, iżda inqas minn 16-il bit, b’“rata ta’ kampjun” akbar minn 400 Mega Kampjun Kull Sekonda (MSPS); jew

5. 

Riżoluzzjoni ta’ 16-il bit jew aktar b’“rata ta’ kampjun” ta’ aktar minn 180 MSPS; u

b. 

Xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

Ħżin ta’ data diġitizzata; jew

2. 

Ipproċessar ta' data diġitizzata;

N.B.1.   Għal ċirkwiti integrati b'konvertitur minn analogu għal diġitali ara 3A001.a.5.a.

N.B.2.   Għal apparat loġiku programmabbli mill-utent ara 3A001.a.7.

Noti Tekniċi:

1.   Riżoluzzjoni ta' n bit tikkorrispondi għal kwantizzazzjoni ta' livelli 2 n.

2.   Ir-riżoluzzjoni tal-ADC hija l-għadd ta’ bits ta’ output diġitali tal-ADC li tirrappreżenta l-input analogu mkejjel. Għadd Effettiv ta’ Bits (ENOB) ma tintużax biex tiġi stabbilita r-riżoluzzjoni tal-ADC.

3.   Għaċ-ċirkwiti integrati “b'ħafna kanali ADCs” mhux interlaċċjati, ir-“rata ta’ kampjun” mhijiex aggregata u r-“rata ta’ kampjun” hija r-rata massima ta' kull kanal individwali.

4.   Għaċ-ċirkwiti integrati b’“ADCs interlaċċjati”jew għal “ADCs b'ħafna kanali” li huma speċifikati li għandhom mod alternat kif jitħaddmu, ir-“rati ta’ kampjun” huma aggregati u r-“rata ta’ kampjun” hija r-rata massima totali kkombinata tal-kanali kollha interlaċċjati.

b. 

Komponenti bil-microwave jew b’mewġa millimetrika, kif ġej:

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 3A001.b., il-parametru tal-ogħla output ta’ potenza saturata jista’ jissemma wkoll fuq skedi tad-data tal-prodott bħala potenza tal-output, potenza tal-output saturata, potenza tal-output massima, l-ogħla potenza tal-output, l-ogħla pakkett ta' potenza tal-output.

1. 

“Apparati elettroniċi bil-vakwu” u katodi, kif ġej:

Nota 1:   3A001.b.1. ma jikkontrollax “apparati elettroniċi bil-vakwu” ddisinjati jew previsti għal tħaddim f’kull banda ta’ frekwenzi u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Ma jaqbiżx il-31,8 GHz; u

b. 

Huwa “allokat mill-UIT” għas-servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju, iżda mhux għal-lokalizzazzjoni bir-radju.

Nota 2:   3A001.b.1. ma jikkontrollax “apparati elettroniċi bil-vakwu” li mhumiex “kwalifikati għall-użu spazjali” li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Potenza medja tal-output daqs jew inqas minn 50 W; u

b. 

Iddisinjati jew previsti għal tħaddim f’kull banda ta’ frekwenzi u li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Jaqbeż il-31,8 GHz iżda ma jaqbiżx it-43,5 GHz; u

2. 

Huwa “allokat mill-ITU” għas-servizzi ta' komunikazzjoni bir-radju, iżda mhux għal-lokalizzazzjoni bir-radju.

a. 

“Apparat elettroniku bil-vakwu” bil-mewġ progressiv, b’mewġ bl-impuls jew kontinwu, kif ġej:

1. 

Apparati li jaħdmu bi frekwenzi ta' aktar minn 31,8 GHz;

2. 

Apparati li għandhom apparat ta' tisħin tal-katodu b'ħin minn meta jixgħel sakemm jilħaq potenza RF nominali ta' anqas minn 3 sekondi;

3. 

Apparati b'kavità akkoppjati, jew derivattivi tagħhom, b'“wisa' tal-banda frazzjonali” ta' aktar minn 7 % jew bl-ogħla potenza ta' aktar minn 2,5 kW;

4. 

Apparati bbażati fuq l-ispirali, gwidi tal-mewġ mitwija, jew ċirkwiti tal-gwidi tal-mewġ serpentini, jew derivattivi tagħhom, li għandhom kwalunkwe wieħed milli ġej:

a. 

“Wisa’ tal-banda istantanja” ta’ aktar minn ottava waħda, u b’potenza medja (espressa f’kW) immultiplikata bil-frekwenza (espressa f’GHz) ta’ aktar minn 0,5;

b. 

“Wisa’ tal-banda istantanja” ta’ ottava waħda jew anqas, u potenza medja (espressa f’kW) immultiplikata bil-frekwenza (espressa f’GHz) ta’ aktar minn 1;

c. 

Li jkunu “kkwalifikati għall-użu spazjali”; jew

d. 

Li għandhom kanun tal-elettroni f’forma ta’ grilja;

5. 

Apparati b'“wisa' tal-banda frazzjonali” ikbar minn jew daqs 10%, bi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Faxx ta’ elettroni annulari;

b. 

Faxx ta’ elettroni nonassisimetriku; jew

c. 

Faxx ta’ elettroni multipli;

b. 

“Apparati elettroniċi bil-vakwu” amplifikaturi bil-kampijiet imsallba li jiksbu aktar minn 17-il dB;

c. 

Katodi termijoniċi ddisinjati għal “apparati elettroniċi bil-vakwu” li jipproduċu densità ta’ kurrent f’emissjoni fil-kundizzjonijiet ta’ tħaddim nominali ta’ aktar minn 5 A/cm2 jew densità ta’ kurrent bl-impulsi (nonkontinwu) fil-kundizzjonijiet ta’ tħaddim nominali ta’ aktar minn 10 A/cm2;

d. 

“Apparati elettroniċi bil-vakwu” bil-kapaċità li joperaw b’“moda doppja”.

Nota Teknika:

'Modalità doppja' tfisser li l-kurrent ta' raġġ tal-“apparat elettroniku bil-vakwu” jkun jista' jinbidel intenzjonalment bejn operazzjoni b'mewġa kontinwa u operazzjoni b'modalità b'impuls bl-użu ta' grilja u jipproduċi potenza tal-output b'impuls massimu ikbar mill-potenza tal-output b'mewġa kontinwa.

2. 

Amplifikaturi ta' “Ċirkwiti Integrati bil-Microwave Monolitiċi” (“MMIC”) li jkunu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

N.B.   Għall-amplifikaturi “MMIC” li jkollhom sfażatur integrat ara 3A001.b.12.

a. 

Previsti għall-operazzjoni fi frekwenzi li jaqbżu 2,7 GHz sa u inkluż 6,8 GHz b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 15%, u li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

L-ogħla output ta' enerġija saturata ta' aktar minn 75 W (48,75 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 2,7 GHz sa u inkluż 2,9 GHz;

2. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 55 W (47,4 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 2,9 GHz u tasal sa 3,2 GHz;

3. 

L-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 40 W (46 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 3,2 GHz u tasal sa 3,7 GHz; jew

4. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 20 W (43 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 3,7 GHz u tasal sa 6,8 GHz;

b. 

Previsti għall-operazzjoni fi frekwenzi li jaqbżu 6,8 GHz sa u inkluż 16-il GHz b’“banda tal-frekwenza frazzjonali” ta’ aktar minn 10 %, u li għandhom xi waħda minn dawn:

1. 

L-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 10 W (40 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 6,8 GHz u tasal sa 8,5 GHz; jew

2. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 5 W (37 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż it-8,5 GHz u tasal sa 16 GHz;

c. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 3 W (34,77 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 16-il GHz sa u inkluż 31,8 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 10 %;

d. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 0,1 nW (– 70 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 31,8 GHz sa u inkluż 37 GHz;

e. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 1 W (30 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 37 GHz u tasal sa 43,5 GHz, u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 10 %;

f. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 31,62 mW (15-il dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 43,5 GHz u tasal sa 75 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 10 %;

g. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 10 mW (10 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 75 GHz u tasal sa 90 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali”" ta’ aktar minn 5 %; jew

h. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 0,1 nW (– 70 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 90 GHz;

Nota 1:   Mhux użat.

Nota 2:   L-istatus ta’ kontroll tal-“MMIC” li l-frekwenza tat-tħaddim nominali tagħhom tinkludi l-frekwenzi elenkati f’aktar minn medda waħda ta’ frekwenzi, kif definit minn 3A001.b.2.a. sa 3A001.b.2.h., huwa ddeterminat mil-limitu tal-output ta’ potenza saturata l-inqas għolja.

Nota 3:   In-Noti 1 u 2 fi 3A jfissru li 3A001.b.2. ma jikkontrollax l-“MMICs” jekk dawn ikunu mfassla apposta għal applikazzjonijiet oħrajn, pereż., għat-telekomunikazzjoni, għar-radar, għall-karozzi.

3. 

Tranżisters tal-microwave diskreti li jkunu xi wieħed milli ġejjin:

a. 

Previsti għall-operazzjoni fi frekwenzi li jaqbżu 2,7 GHz u jaslu sa 6,8 GHz, u li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 400 W (56 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 2,7 GHz sa u inkluż 2,9 GHz;

2. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 205 W (53,12 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 2,9 GHz u tasal sa 3,2 GHz;

3. 

L-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 115 W (50,61 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 3,2 GHz u tasal sa 3,7 GHz; jew

4. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 60 W (47,78 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 3,7 GHz sa u inkluż 6,8 GHz;

b. 

Previsti għall-operazzjoni fi frekwenzi li jaqbżu 6,8 GHz u jaslu sa 31,8 GHz, u li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 50 W (47 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż is-6,8 GHz u tasal sa 8,5 GHz;

2. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 15 W (41,76 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż it-8,5 GHz u tasal sa 12 GHz;

3. 

L-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 40 W (46 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 12 GHz u tasal sa 16 GHz; jew

4. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 7 W (38,45 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż is-16-il GHz u tasal sa 31,8 GHz;

c. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 0,5 W (27 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż il-31,8 GHz u tasal sa 37 GHz;

d. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 1 W (30 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż is-37 GHz u tasal sa 43,5 GHz;

e. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 0,1 nW (– 70 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 43,5 Ghz; jew

f. 

Apparti dawk speċifikati f’3A001.b.3.a sa 3A001.b.3.e u previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 5 W (37,0 dBm) fil-frekwenzi kollha li jaqbżu 8,5 GHz sa u inkluż 31,8 GHz;

Nota 1:   L-istatus ta’ kontroll ta’ tranżister f’3A001.b.3.a. sa 3A001.b.3.e. li l-frekwenza tat-tħaddim nominali tiegħu tinkludi frekwenzi elenkati f’aktar minn medda waħda ta’ frekwenzi, kif definit minn 3A001.b.3.a. sa 3A001.b.3.e., huwa ddeterminat mil-limitu tal-output ta’ potenza saturata l-inqas għolja.

Nota 2:   3A001.b.3. tinkludi ċippa sempliċi, ċippa mmuntata fuq portaturi, jew ċippa mmuntata f’pakketti. Xi tranżisters diskreti jista' jkun hemm referenza għalihom bħala amplifikaturi tal-potenza, iżda l-istatus ta' dawn it-tranżisters diskreti huwa ddeterminat minn 3A001.b.3.

4. 

Amplifikaturi bil-microwave fi stat solidu u assemblaġġi / moduli bil-microwave li fihom amplifikaturi ta' stat solidu bil-microwave, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Previsti għall-operazzjoni fi frekwenzi li jaqbżu 2,7 GHz sa u inkluż 6,8 GHz b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 15%, u li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 500 W (57 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 2,7 GHz u tasal sa 2,9 GHz;

2. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 270 W (54,3 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 2,9 GHz u tasal sa 3,2 GHz;

3. 

L-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 200 W (53 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 3,2 GHz u tasal sa 3,7 GHz; jew

4. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 90 W (49,54 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 3,7 GHz u tasal sa 6,8 GHz;

b. 

Previsti għall-operazzjoni fi frekwenzi li jaqbżu 6,8 GHz sa u inkluż 31,8 GHz b’“banda tal-frekwenza frazzjonali” ta’ aktar minn 10 %, u li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 70 W (48,54 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 6,8 GHz u tasal sa 8,5 GHz;

2. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 50 W (47 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 8,5 GHz u tasal sa 12 GHz;

3. 

L-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 30 W (44,77 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 12 GHz u tasal sa 16 GHz; jew

4. 

L-ogħla output ta' potenza saturata ta' aktar minn 20 W (43 dBm) f'kull frekwenza li taqbeż 16-il GHz u tasal sa 31,8 GHz;

c. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 0,5 W (27 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 31,8 GHz u tasal sa 37 GHz;

d. 

Previsti għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 2 W (33 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 37 GHz sa u inkluż 43,5 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 10%;

e. 

Previsti għall-operazzjoni fi frekwenzi li jaqbżu 43,5 GHz u li għandhom xi waħda minn il-proprjetajiet:

1. 

L-ogħla qawwa ta’ ħruġ saturata ta’ aktar minn 0,2 W (23 dBm) fi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 43,5 GHz sa u inkluż 75 GHz u b’“faxxa tal-frekwenza frazzjonali” ta’ aktar minn 10 %;

2. 

L-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 20 mW (13-il dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 75 GHz sa u inkluż 90 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 5 %; jew

3. 

L-ogħla output ta’ potenza saturata ta’ aktar minn 0,1 nW (– 70 dBm) f’kull frekwenza li taqbeż 90 GHz; jew

f. 

Mhux użat

N.B.1.   Għal amplifikaturi “MMIC” ara 3A001.b.2.

N.B.2.   Għal 'moduli li jittrażmettu/jirċievu' u 'moduli li jittrażmettu' ara 3A001.b.12.

N.B.3.   Għal konvertituri u miksers armoniċi, iddisinjati sabiex jestendu l-medda ta’ frekwenzi li joperaw jew analizzaturi tas-sinjali”, ġeneraturi tas-sinjali, analizzaturi tan-netwerk jew riċevituri għall-ittestjar bil-microwave, ara 3A001.b.7.

Nota 1:   Mhux użat.

Nota 2:   L-istatus ta’ kontroll ta’ oġġett li l-frekwenza operattiva nominali tiegħu tinkludi frekwenzi elenkati f’aktar minn medda waħda ta’ frekwenzi, kif definit minn 3A001.b.4.a. sa 3A001.b.4.e., huwa ddeterminat mil-limitu tal-output ta’ potenza saturata l-inqas għolja.

5. 

Filtri band-pass jew band-stop li jistgħu jiġu intunati elettronikament jew manjetikament, li jkollhom aktar minn 5 reżonaturi intonabbli li kapaċi jintunaw fuq banda ta' frekwenzi ta' 1,5:1 (fmax/fmin) f'anqas minn 10 μs u li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Wisa’ tal-banda band-pass ta’ aktar minn 0,5 % ta’ frekwenza ċentrali; jew

b. 

Wisa’ tal-banda band-stop ta’ anqas minn 0,5 % ta’ frekwenza ċentrali;

6. 

Mhux użat;

7. 

Konvertituri u miksers armoniċi li huma xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Maħsuba sabiex jestendu l-firxa tal-frekwenza ta’ “analizzaturi tas-sinjali” lil hinn minn 90 GHz;

b. 

Maħsuba sabiex jestendu l-firxa operattiva ta’ ġeneraturi tas-sinjali kif ġej:

1. 

Lil hinn minn 90 GHz;

2. 

Potenza tal-output ta' aktar minn 100 mW (20 dBm) kullimkien fil-firxa ta’ frekwenza ta’ aktar minn 43,5 GHz iżda li ma taqbiżx id-90 GHz;

c. 

Maħsuba sabiex jestendu l-firxa operattiva ta’ analizzaturi tan-network kif ġej:

1. 

Lil hinn minn 110 GHz;

2. 

Potenza tal-output ta' aktar minn 31,62 mW (15 dBm) kullimkien fil-firxa ta’ frekwenza ta’ aktar minn 43,5 GHz iżda li ma taqbiżx id-90 GHz;

3. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 1 mW (0 dBm) kullimkien fil-firxa tal-frekwenza ta’ aktar minn 90 GHz iżda li ma taqbiżx 110 GHz; jew

d. 

Imfassla biex tiġi estiża l-firxa tal-frekwenza ta’ riċevituri għall-ittestjar bil-microwave lil hinn minn 110 GHz;

8. 

Amplifikaturi tal-potenza bil-microwave li fihom “apparati elettroniċi bil-vakwu” speċifikati fi 3A001.b.1. u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Frekwenzi operattivi ogħla minn 3 GHz;

b. 

Proporzjon tal-potenza medja tal-output meta mqabbla mal-massa ta’ aktar minn 80 W/kg; u

c. 

Volum ta’ anqas minn 400 cm3;

Nota:   3A001.b.8. ma jikkontrollax tagħmir iddisinjat jew previst għal tħaddim f'banda ta' frekwenza li hija “allokata mill-ITU” għas-servizzi ta' komunikazzjoni bir-radju, iżda mhux għal-lokalizzazzjoni bir-radju.

9. 

Moduli tal-potenza bil-microwave (MPM) li jikkonsistu minn, mill-inqas, “apparat elettroniku bil-vakwu” bil-mewġ progressiv, “ċirkwit integrat bil-microwave monolitiku” (“MMIC”) u kundizzjonatur tal-potenza elettroniku integrat, u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

“Ħin ta’ startjar” minn mitfijin għal kompletament operattivi ta’ inqas minn 10 sekondi;

b. 

Volum li jkun inqas mill-potenza massima nominali f’Watts immultiplikata b’10 cm3/W; u

c. 

“Wisa’ tal-banda istantanja” ta’ aktar minn ottava waħda (1) (fmax > 2fmin) u li jkollha xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Għal frekwenzi daqs jew inqas minn 18-il GHz, potenza tal-output tal-RF akbar minn 100 W; jew

2. 

Frekwenza ta' aktar minn 18-il GHz;

Noti Tekniċi:

1.   Għall-kalkolu tal-volum fi 3A001.b.9.b., jingħata l-eżempju li ġej: għall-potenza massima nominali ta’ 20 W, il-volum ikun: 20 W x 10 cm3/W = 200 cm3.

2.   Il-'ħin sabiex jixgħel' fi 3A001.b.9.a. jirreferi għall-ħin minn kompletament mitfi għal kompletament operattiv, jiġifieri, dan jinkludi l-ħin sabiex l-MPM jisħon.

10. 

Oxxillaturi jew assemblaġġi ta’ oxxillaturi, speċifikati sabiex joperaw b’ħoss tal-fażi b'banda laterali unika (SSB), f’dBc/Hz, f'anqas (aħjar) minn -(126 + 20log10F - 20log10f) kullimkien fil-firxa ta’ 10 Hz ≤ F ≤ 10 kHz;

Nota Teknika:

Fi 3A001.b.10., F hija l-ispostament mill-frekwenza operattiva f'Hz u f hija l-frekwenza operattiva f'MHz.

11. 

“Assemblaġġi elettroniċi” b''sintetizzatur tal-frekwenza' li għandhom “ħin għall-bdil tal-frekwenza” kif speċifikat b'xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Inqas minn 143 ps;

b. 

Anqas minn 100 μs għal kull bidla fil-frekwenza ta’ aktar minn 2,2 GHz fil-medda ta’ frekwenzi sintetizzata ta’ aktar minn 4,8 Hz iżda mhux aktar minn 31,8 GHz;

c. 

Mhux użat;

d. 

Inqas minn 500 μs għal kull bidla fil-frekwenza ta’ aktar minn 550 MHz fil-medda ta’ frekwenzi sintetizzata ta’ aktar minn 31,8 GHz iżda mhux aktar minn 37 GHz;

e. 

Anqas minn 100 μs għal kull bidla fil-frekwenza ta’ aktar minn 2,2 GHz fil-medda ta’ frekwenzi sintetizzata ta’ aktar minn 37 GHz iżda mhux aktar minn 90 GHz; jew

f. 

Mhux użat;

g. 

Inqas minn 1 ms fil-medda tal-frekwenzi sintetizzata ta’ iktar minn 90 GHz;

Nota Teknika:

'Sintetizzatur tal-frekwenza' huwa kull tip ta' sors ta' frekwenza, tkun xi tkun it-teknika attwali użata, li jipprovdi multipliċità ta' frekwenzi ta' output simultanji jew alternattivi, minn output wieħed jew iktar, ikkontrollati minn, li jiġu minn jew imliġġma minn numru inqas ta' frekwenzi standard (jew ewlenin).

N.B.   Għall-“analizzaturi tas-sinjali”, ġeneraturi tas-sinjal, analizzaturi tan-network u riċevituri għall-ittestjar bil-microwave għal skopijiet ġenerali, ara 3A002.c., 3A002.d., 3A002.e. u 3A002.f., rispettivament.

12. 

'Moduli li jittrażmettu/jirċievu', 'MMICs li jittrażmettu/jirċievu', 'moduli li jittrażmettu', u 'MMICs li jittrażmettu', b'operazzjoni nominali fi frekwenzi ta' iktar minn 2,7 GHz u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

L-ogħla output ta’ potenza saturata (f’watts), Psat, ta’ aktar minn 505,62 diviż bil-frekwenza massima ta’ tħaddim (f’GHz) kwadrata [Psat>505,62 W*GHz2/fGHz 2] għal kull kanal;

b. 

“Wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ 5 % jew akbar għal kull kanal;

c. 

Kwalunkwe naħa planari b’tul d (f’cm) daqs jew inqas minn 15 diviża bl-iktar frekwenza operattiva baxxa f’GHz [d ≤ 15cm*GHz*N/fGHz] fejn N huwa n-numru ta’ kanali li jittrażmettu jew li jittrażmettu / jirċievu; u

d. 

Sfażatur varjabbli elettronikament għal kull kanal.

Noti Tekniċi:

1.   “Modulu li jittrażmetti / jirċievi”: huwa “assemblaġġ elettroniku” multifunzjonali li jipprovdi amplitudni bidirezzjonali u kontroll tal-fażi għat-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ sinjali.

2.   “Modulu li jittrażmetti”: huwa “assemblaġġ elettroniku” li jipprovdi amplitudni u kontroll tal-fażi għat-trażmissjoni ta’ sinjali.

3.   “MMIC li jittrażmetti / jirċievi”: huwa “MMIC” multifunzjonali li jipprovdi amplitudni bidirezzjonali u kontroll tal-fażi għat-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ sinjali.

4.   ’MMIC li jittrażmetti’: huwa “MMIC” li jipprovdi amplitudni u kontroll tal-fażi għat-trażmissjoni ta’ sinjali.

5.   Il-frekwenza 2,7 GHz għandha tintuża bħala l-inqas frekwenza operattiva (fGHz) fil-formula fi 3A001.b.12.c., għal moduli li jittrażmettu/jirċievu jew jittrażmettu li għandhom medda operattiva nominali li testendi 'l isfel sa 2,7 GHz u inqas minn [d≤15cm*GHz*N/2,7 GHz].

6.   3A001.b.12. japplika għal 'moduli li jittrażmettu/jirċievu' jew 'moduli li jittrażmettu' b'dissipatur tas-sħana jew mingħajru. Il-valur ta' d fi 3A001.b.12.c. ma jinkludi l-ebda parti tal-modulu li jittrażmetti/jirċievi' jew il-'modulu li jittrażmetti' li jaħdem bħala dissipatur tas-sħana.

7.   'Moduli li jittrażmettu/jirċievu', jew 'moduli li jittrażmettu', jew 'MMICs li jittrażmettu/jirċievu' jew 'MMICs li jittrażmettu' jista' jkollhom N elementi ta' antenni b'radjazzjoni integrata fejn N huwa n-numru ta' kanali li jittrażmettu jew li jittrażmettu/jirċievu.

c. 

Apparat tal-mewġ akustiku kif ġej u komponenti ddisinjati apposta għalih:

1. 

Apparat li juża mewġ akustiku tal-wiċċ u mewġ akustiku li jmiss il-wiċċ (mhux profond), li għandu xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Frekwenza portatriċi ta’ aktar minn 6 GHz;

b. 

Frekwenza portatriċi li teċċedi 1 GHz, iżda li ma teċċedix 6 GHz, u li għandha xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

'L-iskartar tal-frekwenza tal-lobi laterali' ta' aktar minn 65 dB;

2. 

Ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ħin massimu ta' dewmien bil-wisa' tal-banda (ħin f'μs u wisa' tal-banda f'MHz) ta' aktar minn 100;

3. 

Wisa’ tal-banda akbar minn 250 MHz; jew

4. 

Dewmien dispersiv ta’ aktar minn 10 μs; jew

c. 

Frekwenza portatriċi ta’ 1 GHz jew anqas u li għandha xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ħin massimu ta' dewmien bil-wisa' tal-banda (ħin f'μs u wisa' tal-banda f'MHz) ta' aktar minn 100;

2. 

Dewmien dispersiv ta’ aktar minn 10 μs; jew

3. 

'L-iskartar tal-frekwenza tal-lobi laterali' ta' aktar minn 65 dB u b'wisa' tal-banda ta' aktar minn 100 MHz;

Nota Teknika:

“Twarrib tal-lobi laterali bi frekwenza” hija l-valur ta’ twarrib massimu speċifikat fil-karta tad-data.

2. 

Apparat li juża l-mewġ akustiku (tal-volum) li jippermetti l-ipproċessar dirett ta' sinjali bi frekwenzi ta' aktar minn 6 GHz;

3. 

Apparat akustiku-ottiku għall-“ipproċessar tas-sinjali” li juża l-interazzjoni bejn mewġ akustiku (il-mewġ tal-volum jew il-mewġ tal-wiċċ) u mewġ tad-dawl li jippermetti l-ipproċessar dirett ta' sinjali jew immaġini, inklużi l-analiżi spettrali, il-korrelazzjoni jew il-konvoluzzjoni;

Nota:   3A001.c. ma jikkontrollax apparat li juża mewġ akustiku li huwa limitat għal funzjoni ta’ filtrazzjoni jew resonanza li tippermetti li tgħaddi faxxa waħda ta’ frekwenza, faxxa ta’ frekwenza baxxa, faxxa ta’ frekwenza għolja jew l-parti l-kbira tal-faxex (notch filter).

d. 

Apparat elettroniku u ċirkwiti li fihom komponenti, manifatturati minn materjali “superkonduttivi”, iddisinjati apposta għall-operazzjoni f’temperaturi taħt it-“temperatura kritika” ta’ mill-anqas wieħed mill-kostitwenti “superkonduttivi”, u li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Swiċċjar tal-kurrent għal ċirkwiti diġitali li jużaw bibien “superkonduttivi” bir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ħin ta’ dewmien għal kull bieb (f’sekondi) bil-ħela ta’ potenza għal kull bieb (f’watts) ta’ anqas minn 10-14 J; jew

2. 

L-għażla tal-frekwenza fil-frekwenzi kollha bl-użu ta' ċirkwiti reżonanti b'valuri Q ta' aktar minn 10 000 ;

e. 

Apparat b’enerġija għolja kif ġej:

1. 

'Ċelluli' kif ġej:

a. 

“Ċelluli primarji” b’xi waħda minn dawn il-proprjetajiet f’20 °C;

1. 

“Densità ta’ enerġija” li teċċedi 550 Wh/kg u “densità kontinwa tal-potenza” ta’ aktar minn 50 W/kg; jew

2. 

“Densità ta’ enerġija” li teċċedi 50 Wh/kg u “densità kontinwa tal-potenza” ta’ aktar minn 350 W/kg; jew

b. 

“Ċelluli sekondarji” li għandhom “densità tal-enerġija” ta’ aktar minn 350 Wh/kg f’temperatura ta’ 20 C;

Noti Tekniċi:

1.   Għall-iskop ta' 3A001.e.1., 'densità tal-enerġija' (Wh/kg) hija kkalkulata mill-vultaġġ nominali mmultiplikat bil-kapaċità nominali f'ampere-sigħat(Ah) diviż bil-massa f'kilogrammi. Jekk il-kapaċità nominali ma tkunx definita, id-densità tal-enerġija hija kkalkulata mill-vultaġġ nominali kwadrat u mbagħad immultiplikat bit-tul ta' ħin tal-iskarika f'sigħat diviż bit-tagħbija tal-iskarika f'ohms u l-massa f'kilogrammi.

2.   Għall-iskop ta' 3A001.e.1., ċellula' hija definita bħala apparat elettrokimiku, li għandu elettrodi pożittivi u negattivi, elettrolit, u hija sors ta' enerġija elettrika. Din hija l-element bażiku ta' batterija.

3.   Għall-iskop ta’ 3A001.e.1.a., “ċellula primarja” hija “ċellula” li mhix iddisinjata sabiex tiġi kkargata minn xi sors ieħor.

4.   Għall-iskop ta' 3A001.e.1.b., 'ċellula sekondarja' hija 'ċellula' li hija mfassla sabiex tiġi ċċarġjata minn sors tal-elettriku estern.

5.   Għall-iskop ta' 3A001.e.1.a., 'densità kontinwa tal-enerġija' (W/kg) hija kkalkulata mill-vultaġġ nominali mmultiplikat bl-iskarika ta’ kurrent kontinwa massima speċifikata f'ampere (A) diviż bil-massa f'kilogrammi. 'Densità kontinwa tal-potenza elettrika' hija msejħa wkoll bħala potenza elettrika speċifika.

Nota:   3A001.e.1. ma jikkontrollax il-batteriji, inklużi l-batteriji b’ċellula waħda.

2. 

Kapasiters li jaħżnu kwantità kbira ta' enerġija kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 3A201.a. u l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

a. 

Kapaċitaturi b’rata ta’ ripetizzjoni ta’ anqas minn 10 Hz (single shot capacitors) u li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Vultaġġ nominali daqs jew aktar minn 5 kV;

2. 

Densità tal-enerġija daqs jew aktar minn 250 J/kg; u

3. 

Enerġija totali daqs jew aktar minn 25 kJ;

b. 

Kapaċitaturi b’rata ta’ ripetizzjoni ta’ 10 Hz jew aktar (repetition rated capacitors) u li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Vultaġġ nominali daqs jew aktar minn 5 kV;

2. 

Densità tal-enerġija daqs jew aktar minn 50 J/kg;

3. 

Enerġija totali daqs jew aktar minn 100 J; u

4. 

Ċiklu ta' ħajja ta' karika/skarika daqs jew aktar minn 10 000 ;

3. 

Elettrokalamiti “superkonduttivi” u solenojdi, iddisinnjati apposta sabiex jiġu ċċarġjati jew iddisċarġjati kompletament f'anqas minn sekonda, u li għandhom dan kollu li ġej:

N.B.   ARA WKOLL 3A201.b.

Nota:   3A001.e.3. ma jikkontrollax elettrokalamiti “superkonduttivi” jew solenojdi ddisinjati apposta għal tagħmir mediku ta' Immaġini b'Reżonanza Manjetika (MRI).

a. 

Enerġija mwassla waqt l-iskariku ta’ aktar minn 10 kJ fl-ewwel sekonda;

b. 

Dijametru intern tal-koljaturi li jġorru l-kurrent ta’ aktar minn 250 mm; u

c. 

Previsti għal induzzjoni manjetika ta’ aktar minn 8 T jew “densità totali tal-kurrent” fil-koljatura ta’ aktar minn 300 A/mm2;

4. 

Ċelluli solari, assemblaġġi bil-koperturi tal-ħġieġ biċ-ċelluli interkonnessi (cell-interconnect-coverglass, CIC), pannelli solari, u matriċi solari li “jikkwalifikaw għall-użu spazjali”, li għandhom effiċjenza medja minima ta' aktar minn 20% f'temperatura operattiva ta' 301 K (28°C) taħt l-illuminazzjoni simulata “AM0” b'irradjanza ta' 1 367 watt kull metru kwadru (W/m2);

Nota Teknika:

“AM0”, jew “Massa ta' Arja Żero”, tirreferi għall-irradjanza spettrali tad-dawl tax-xemx fl-atmosfera esterna tad-dinja meta d-distanza bejn id-dinja u x-xemx hija unità astronomika (AU) waħda.

f. 

Kodifikaturi ta’ pożizzjonament assolut tat-tip ta’ input rotanti li għandhom “preċiżjoni” daqs jew anqas (aħjar) minn 1,0 sekonda ta’ ark u ċrieki, diski jew skali kodifikaturi ddisinjati apposta;

g. 

Tiristuri u “moduli tat-tiristuri” għall-iswiċċjar bil-pulsazzjoni, li jużaw metodi ta’ swiċċjar ikkontrollati elettrikament, ottikament jew b’radjazzjoni tal-elettroni, u li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Rata massima ta’ żieda fil-kurrent meta jinxtegħel (di/dt) ta’ aktar minn 30 000  A/μs u vultaġġ fl-istat mitfi ta’ aktar minn 1 100  V; jew

2. 

Rata massima ta' żieda fil-kurrent meta jinxtegħel (di/dt) ta' aktar minn 2 000  A/μs u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

L-ogħla vultaġġ fl-istat mitfi daqs jew akbar minn 3 000  V; u

b. 

L-ogħla kurrent (tlugħ f’daqqa) daqs jew akbar minn 3 000  A.

Nota 1:   3A001.g. jinkludi:

— 
Rettifikaturi Kkontrollati bis-Siliċju (SCRs)
— 
Tiristori Jixegħlu bl-Elettriku (ETTs)
— 
Tiristori Jixegħlu bid-Dawl (LTTs)
— 
Tiristori Swiċċjati b'Ċirkwit Integrat (IGCTs)
— 
Tiristori Blukkabbli (GTOs)
— 
Tiristori Kkontrollati minn MOS (MCTs)
— 
Solidtroni

Nota 2:   3A001.g. ma jikkontrollax apparat ta’ tiristori u “moduli ta’ tiristori” inkorporati f’tagħmir iddisinjat għal applikazzjonijiet għal ferroviji ċivili jew “inġenji tal-ajru ċivili”.

Nota Teknika:

Għall-iskopijiet ta' 3A001.g., 'modulu ta' tiristori' fih apparat wieħed ta' tiristori jew aktar.

h. 

Swiċċijiet, dijodi, jew “moduli” semikondutturi tal-potenza li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Previsti li jaħdmu f'temperatura massima fil-ġonta ogħla minn 488 K (215 °C);

2. 

Vultaġġ fl-istat mitfi massimu ripetittiv (vultaġġ li jimblokka) akbar minn 300 V; u

3. 

Kurrent kontinwu akbar minn 1A.

Nota 1:   Vultaġġ fl-istat mitfi massimu ripetittiv fi 3A001.h. jinkludi l-vultaġġ drain-source, il-vultaġġ kollettur-emittent, il-vultaġġ massimu invers ripetittiv, u l-vultaġġ fl-istat mitfi massimu ripetittiv li jimblokka.

Nota 2:   3A001.h. jinkludi:

— 
Tranżisters b'Effett ta' Kamp b'Ġonta (JFETs)
— 
Tranżisters b'Effett ta' Kamp b'Ġonta Vertikali (VJFETs)
— 
Tranżisters b'Effett ta' Kamp b'Semikonduttur Ossidumetalliku (MOSFETs)
— 
Tranżister b'Effett ta' Kamp b'Semikonduttur Ossidumetalliku ta' Diffużjoni Doppja (DMOSFET)
— 
Tranżister Bipolari bi Dħul Iżolat (IGBT)
— 
Tranżisters b'Mobbiltà tal-Elettroni Għolja(HEMTs)
— 
Tranżisters Bipolari b'Ġonta (BJTs)
— 
Tiristori u Rettifikaturi Kkontrollati bis-Siliċju (SCRs)
— 
Tiristori Blukkabbli (GTOs)
— 
Tiristori Blukkabbli mill-Emittent (ETOs)
— 
Dijodi PiN
— 
Dijodi Schottky

Nota 3:   3A001.h. ma jikkontrollax swiċċijiet, dijodi, jew 'moduli' inkorporati f'tagħmir iddisinjat għal applikazzjonijiet għal karozzi ċivili, ferroviji ċivili jew “inġenji tal-ajru ċivili”.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta' 3A001.h., 'moduli' jkun fihom swiċċ jew dijodu semikonduttur fl-istat solidu wieħed jew aktar.

i. 

L-intensità, l-amplitudni, jew il-modulaturi elettroottiċi ta’ fażi, imfassla għal sinjali analogi u li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Frekwenza operattiva massima ta’ aktar minn 10 GHz iżda anqas minn 20 GHz, inserzjoni ottika ta’ telf ugwali għal jew inqas minn 3 dB u b’xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

“Vultaġġ ta’ nofs mewġa” (“Vπ”) inqas minn 2,7 V meta mkejjel bi frekwenza ta’ 1 GHz jew anqas; jew

b. 

“Vπ” ta’ inqas minn 4 V meta mkejjel bi frekwenza ta’ 1 GHz jew anqas; jew

2. 

Frekwenza operattiva massima ugwali jew aktar minn 20 GHz, inserzjoni ottika ta’ telf ugwali għal jew inqas minn 3 dB u b’xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

“Vπ” inqas minn 3,3 V meta mkejjel bi frekwenza ta’ 1 GHz jew anqas; jew

b. 

“Vπ” ta’ inqas minn 5 V meta mkejjel bi frekwenza ta’ 1 GHz jew anqas.

Nota:   3A001.i jinkludi modulaturi elettro ottiċi li għandhom input u output ottiċi (pereżempju konnetturi spirali tal-fibri ottiċi).

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 3A001.i., “vultaġġ ta’ nofs mewġa” (“Vπ”) huwa l-vultaġġ applikat meħtieġ biex issir bidla ta’ fażi ta’ 180 grad f’tul ta’ mewġa tad-dawl propogat minn modulatur ottiku.

3A002“Assemblaġġ elettroniku” għal skop ġenerali, moduli u tagħmir, kif ġej:

a. 

Tagħmir tar-reġistrazzjoni u oxxilloskopji kif ġej:

1. 

Mhux użat;

2. 

Mhux użat;

3. 

Mhux użat;

4. 

Mhux użat;

5. 

Mhux użat;

6. 

Reġistraturi tad-data diġitali li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

“Throughput kontinwu” sostnut ta’ aktar minn 6,4 Gbit/s għal fuq il-memorja tad-disk jew tal-SSD; u

b. 

“Ipproċessar tas-sinjali” tad-data tas-sinjal ta’ frekwenza tar-radju waqt li tkun qed tiġi rreġistrata;

Noti Tekniċi:

1.   Għal dawk l-istrumenti b'arkitettura ta' bus parallel, ir-rata tal-'fluss kontinwu' hija l-ogħla rata ta' kliem immultiplikata bin-numru ta' bits f'kelma.

2.   'Fluss kontinwu' huwa r-rata tad-data l-aktar rapida li l-apparat jista' jirreġistra fil-memorja tad-disk jew ta' drive bi stat solidu mingħajr ma tintilef l-ebda informazzjoni filwaqt li tiġi sostnuta r-rata tad-data diġitali tal-input jew ir-rata tal-konverżjoni diġitizzata.

7. 

Oxxilloskopji f'ħin reali li jkollhom vultaġġ ta' ħoss (noise voltage) ta’ għerq kwadrat tal-medja (rms) vertikali inqas minn 2 % tal-iskala sħiħa ssettjata għall-iskala vertikali li jipprovdi l-anqas valur ta' ħoss għal kull input ta' wisa' tal-banda ta' 3dB ta' 60 GHz jew aktar għal kull stazzjon;

Nota:   3A002.a.7. ma jkkontrollax l-oxxilloskopji tal-kampjunar f'ħinijiet ekwivalenti.

b. 

Mhux użat;

c. 

“Analizzaturi tas-sinjali” kif ġej:

1. 

“Analizzaturi tas-sinjali” li għandhom riżoluzzjoni tal-wisa' tal-banda (RBW) ta' 3 dB ta' aktar minn 40 MHz fi kwalunkwe post fil-medda ta' frekwenza ta' aktar minn 31,8 GHz iżda mhux aktar minn 37 GHz;

2. 

“Analizzaturi tas-sinjali” li għandhom Livell ta' Ħoss Medju Muri (DANL) ta' inqas (aħjar) minn –150 dBm/Hz kullimkien fil-medda ta' frekwenza ta' aktar minn 43,5 GHz iżda mhux aktar minn 90 GHz;

3. 

“Analizatturi tas-sinjali” li għandhom frekwenza ta’ aktar minn 90 GHz;

4. 

“Analizatturi tas-sinjali” li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

“Wisa” tal-banda f’ħin reali’ li taqbeż 170 Mhz; u

b. 

Li għandu xi waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1. 

Il-probabbiltà ta’ 100 % ta’ skoperta b’inqas minn tnaqqis ta’ 3 dB mill-amplitudni sħiħa minħabba lakuni jew l-effetti ta’ windowing tas-sinjali li għandhom durata ta’ 15-il μs jew inqas; jew

2. 

Funzjoni ta' 'skattatur tal-maskra ta' frekwenza' bi probabbiltà ta' skattar (qbid) ta' 100 % għal sinjali b'durata ta' 15μs jew inqas;

Noti Tekniċi:

1.   “Wisa” tal-banda f’ħin reali’ hija l-firxa tal-frekwenza l-aktar wiesgħa li għaliha l-analizzatur jista’ kontinwament jittrasforma d-data mid-dominju tal-ħin kompletament f’riżultati mid-dominju tal-frekwenza, bl-użu ta’ Fourier jew trasformazzjoni oħra tal-ħin diskreta li tipproċessa kull punt temporali ta’ dħul, mingħajr tnaqqis tal-amplitudni mkejla ta’ aktar minn 3 dB taħt l-amplitudni tas-sinjal reali kkawżat minn lakuni jew effetti ta’ windowing, filwaqt li jipproduċi jew jivviżwalizza d-data ttrasformata.

2.   Il-probabbiltà ta' skoperta fi 3A002.c.4.b.1. hija magħrufa wkoll bħala l-probabbiltà ta' interċettazzjoni jew il-probabbilta ta' qbid.

3.   Għall-finijiet ta' 3A002.c.4.b.1., id-durata għal probabbiltà ta' 100 % ta' skoperta hija ekwivalenti għad-durata ta' sinjal minima meħtieġa għall-inċertezza tal-kejl tal-livell speċifikat.

4.   'Skattatur tal-maskri ta' frekwenza' huwa mekkaniżmu fejn il-funzjoni ta’ skattatur tista’ tagħżel firxa ta’ frekwenzi li għandhom jiskattaw bħala subsett tal-akkwist ta' wisa' tal-banda filwaqt li jiġu injorati sinjali oħra li jistgħu wkoll ikunu preżenti fi ħdan l-istess akkwist ta’ wisa' tal-banda. 'Skattatur tal-maskri ta' frekwenza' jista’ jkun fih aktar minn sett ta’ limiti indipendenti wieħed.

Nota:   3A002.c.4. ma jikkontrollax dawk l-“analizatturi tas-sinjali” li jużaw biss filtri tal-wisa' tal-banda b'persentaġġ kostanti (magħrufa wkoll bħala filtri ottavi jew filtri ottavi frazzjonali).

5. 

Mhux użat;

d. 

Ġeneraturi tas-sinjali li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Speċifikati, sabiex jiġġeneraw sinjali modulati minn impuls b’dan kollu li ġej, kullimkien fil-medda ta’ frekwenza ta’ aktar minn 31,8 GHz iżda mhux aktar minn 37 GHz:

a. 

“Durata tal-impuls” ta’ anqas minn 25 ns; u

b. 

Proporzjon mixgħul / mitfi daqs jew aktar minn 65 dB;

2. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 100 mW (20 dBm) fi kwalunkwe post fil-medda ta’ frekwenza sintetizzata ta’ aktar minn 43,5 GHz iżda mhux aktar minn 90 GHz;

3. 

“Ħin għall-bdil tal-frekwenza” kif speċifikat b’xi wieħed milli ġejjin;

a. 

Mhux użat;

b. 

Anqas minn 100 μs għal kull bidla fil-frekwenza ta’ aktar minn 2,2 GHz fil-medda ta’ frekwenzi sintetizzata ta’ aktar minn 4,8 GHz iżda mhux aktar minn 31,8 GHz;

c. 

Mhux użat;

d. 

Anqas minn 500 μs għal kull bidla fil-frekwenza ta’ aktar minn 550 MHz fil-medda ta’ frekwenzi sintetizzata ta’ aktar minn 31,8 GHz iżda mhux aktar minn 37 GHz; jew

e. 

Anqas minn 100 μs għal kull bidla fil-frekwenza ta’ aktar minn 2,2 GHz fil-medda ta’ frekwenzi sintetizzata ta’ aktar minn 37 GHz iżda mhux aktar minn 90 GHz;

f. 

Mhux użat;

4. 

Ħoss tal-fażi b’banda laterali unika (SSB), f’dBc/Hz, speċifikat bħala wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Anqas (aħjar) minn -(126 + 20log10F - 20log10f) x’imkien fil-medda ta’ 10 Hz ≤ F ≤ 10 kHz, x’imkien fil-medda ta’ frekwenza li taqbeż it-3,2 GHz iżda ma taqbiżx id-90 Ghz; jew

b. 

Anqas (aħjar) minn -(206- 20log10f) x’imkien fil-medda ta’ 10 kHz< F≤ 100 kHz, x’imkien fil-medda ta’ frekwenza li taqbeż it-3,2 GHz iżda ma taqbiżx id-90 GHz;

Nota Teknika:

Fi 3A002.d4., F hija l-ispostament mill-frekwenza operattiva f'Hz u f hija l-frekwenza operattiva f'MHz;

5. 

“Banda ta’ modulazzjoni RF” ta’ sinjali ta’ banda ta’ frekwenza diġitali kif speċifikat minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Aktar minn 2,2 GHz fil-medda ta’ frekwenzi sintetizzata ta’ aktar minn 4,8 GHz iżda mhux aktar minn 31,8 GHz;

b. 

Aktar minn 550 MHz fil-medda ta’ frekwenzi sintetizzata ta’ aktar minn 31,8 GHz iżda mhux aktar minn 37 GHz; jew

c. 

Aktar minn 2,2 GHz fil-medda ta’ frekwenzi sintetizzata ta’ aktar minn 37 GHz iżda mhux aktar minn 90 GHz; jew

Nota Teknika:

“Banda ta’ modulazzjoni RF” hija l-banda tal-Frekwenza tar-Radju (RF) okkupata minn sinjal baseband kodifikat b’mod diġitali modulat fuq sinjal RF. Hija magħrufa wkoll bħala banda ta’ frekwenzi ta’ informazzjoni jew banda ta’ frekwenzi ta’ modulazzjoni ta’ vettur. Il-modulazzjoni diġitali I/Q hija l-metodu tekniku għall-produzzjoni ta’ sinjal ta’ output RF ta’ vettur modulat, u li s-sinjal ta’ output huwa tipikament speċifikat bħala li għandu “faxxa tal-frekwenza ta’ modulazzjoni RF”.

6. 

Frekwenza massima ta' aktar minn 90 GHz;

Nota 1:   Għall-iskop ta’ 3A002.d., il-ġeneraturi tas-sinjali jinkludu ġeneraturi tal-forma arbitrarja tal-mewġ u ġeneraturi tal-funzjoni.

Nota 2:   3A002.d. ma jikkontrollax tagħmir fejn il-frekwenza tal-output hija prodotta biż-żieda jew bit-tnaqqis ta’ żewġ frekwenzi jew aktar ta’ oxxillattur tal-kristall, jew inkella biż-żieda jew bit-tnaqqis segwiti mill-multiplikazzjoni tar-riżultat.

Noti Tekniċi:

1.   Il-frekwenza massima tal-ġeneraturi tal-forma arbitrarja tal-mewġ jew ta' ġeneraturi tal-funzjoni hija kkalkulata bid-diviżjoni tar-rata tal-kampjun, f'kampjuni/sekonda, b'fattur ta' 2,5.

2.   Għall-iskopijiet ta’ 3A002.d.1.a, “durata tal-impuls” hija definita bħala l-intervall ta’ ħin mill-punt tax-xifer ta’ quddiem nett li huwa 50 % tal-estensjoni tal-impuls sal-punt tax-xifer dixxendenti li huwa 50 % tal-estensjoni tal-impuls.

e. 

Analizzaturi tan-network li għandhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 31,62 mW (15-il dBm) fil-medda ta’ frekwenza operattiva ta’ aktar minn 43,5 GHz iżda mhux aktar minn 90 GHz;

2. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 1 mW (0 dBm) fil-medda ta’ frekwenza operattiva ta’ aktar minn 90 GHz iżda mhux aktar minn 110 GHz;

3. 

‘Il-funzjonalità mhux lineari tal-kejl tal-vettur’ bi frekwenzi li jaqbżu l-50 GHz iżda li ma jaqbżux il-110 GHz; jew

Nota Teknika:

'Il-funzjonalità tal-kejl vettorjali mhux lineari' hija l-kapaċità ta' strument li janalizza r-riżultati ta' testijiet ta' apparat fid-dominju tas-sinjali l-kbar jew fil-firxa ta' distorsjoni mhux lineari.

4. 

Frekwenza massima operattiva li taqbeż 110 GHz;

f. 

Ir-riċevituri għall-ittestjar bil-microwave li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Frekwenza operattiva massima ta’ aktar minn 110 GHz; u

2. 

Li jkunu kapaċi jkejlu l-amplitudni u l-fażi simultanjament;

g. 

Standards tal-frekwenza atomiċi b’waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1. 

“Li jikkwalifikaw għall-użu spazjali”;

2. 

Li mhumiex tar-rubidju u li għandhom stabbiltà fuq terminu twil ta’ anqas (aħjar) minn 1 × 10–11/xahar; jew

3. 

“Li ma jikkwalifikawx għall-użu spazjali” u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Li jkunu ta’ standard ta’ rubidju;

b. 

Li għandhom stabbiltà fuq terminu twil ta’ anqas (aħjar) minn 1 × 10-11/xahar; u

c. 

Konsum totali tal-potenza ta’ inqas minn 1 W;

h. 

“Assemblaġġ elettroniku”, moduli, jew tagħmir, speċifikat biex iwettaq dan kollu li ġej:

1. 

Konverżjonijiet minn analogi għal diġitali li jilħqu kull wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Riżoluzzjoni ta’ 8 bits jew aktar, iżda inqas minn 10 bits, b’“rata ta’ kampjun” akbar minn 1,3 Giga Kampjuni Kull Sekonda (GSPS);

b. 

Riżoluzzjoni ta’ 10 bits jew aktar, iżda inqas minn 12-il bit, b’“rata ta’ kampjun” ta’ aktar minn 1,0 GSPS;

c. 

Riżoluzzjoni ta’ 12-il bit jew aktar, iżda inqas minn 14-il bit, b’“rata ta’ kampjun” ta’ aktar minn 1,0 GSPS;

d. 

Riżoluzzjoni ta’ 14-il bit jew aktar, iżda inqas minn 16-il bit, b’“rata ta’ kampjun” akbar minn 400 Mega Kampjun Kull Sekonda (MSPS); jew

e. 

Riżoluzzjoni ta’ 16-il bit jew aktar b’“rata ta’ kampjun” ta’ aktar minn 180 MSPS; u

2. 

Karatteristika minn dawn li ġejjin:

a. 

Output ta’ data diġitizzata;

b. 

Ħżin ta’ data diġitizzata; jew

c. 

Ipproċessar ta’ data diġitizzata;

N.B.   Reġistraturi tad-data diġitali, oxxilloskopji, “analizzaturi tas-sinjali”, ġeneraturi tas-sinjali, analizzaturi tan-network u riċevituri għall-ittestjar bil-microwave, huma speċifikati fi 3A002.a.6., 3A002.a.7., 3A002.c., 3A002.d., 3A002.e. u 3A002.f., rispettivament.

Noti Tekniċi:

1.   Riżoluzzjoni ta' n bit tikkorrispondi għal kwantizzazzjoni ta' livelli 2n.

2.   Ir-riżoluzzjoni tal-ADC hija l-għadd ta’ bits ta’ output diġitali tal-ADC li tirrappreżenta l-input analogu mkejjel. Għadd Effettiv ta’ Bits (ENOB) ma tintużax biex tiġi stabbilita r-riżoluzzjoni tal-ADC.

3.   Għal “assemblaġġi elettroniċi” mhux interlaċċjati ta’ ħafna kanali, moduli, jew tagħmir, ir-“rata ta’ kampjun” mhijiex aggregata u r-“rata ta’ kampjun” hija r-rata massima ta' kull kanal individwali.

4.   Għal kanali fuljati fuq “assemblaġġi elettroniċi” ta’ ħafna kanali, moduli, jew tagħmir, “ir-rati ta’ kampjun” huma aggregati u “rata ta’ kampjun” hija r-rata totali massima kkombinata tal-kanali fuljati kollha.

Nota:   3A002.h jinkludi kards ADC, diġitizzaturi f'forma ta' mewġ, kards tal-ksib ta' data, bords tal-akkwiżiżżjoni ta' sinjali, u reġistraturi ta' tranżituri.

3A003Sistemi ta’ ġestjoni termali bi tkessiħ permezz ta’ sprejjar li jużaw tagħmir ta’ maniġġar u rikondizzjonar b’ċirkwit magħluq tal-fluwidu fi spazju ssiġillat fejn fluwidu dielettriku jiġi sprejjat fuq komponenti elettroniċi billi jintużaw żennuni tal-isprejjar imfassla apposta sabiex iżommu l-komponenti elettroniċi fil-firxa tat-temperatura operattiva tagħhom, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

3A101Tagħmir, apparat u komponenti elettroniċi, minbarra dawk speċifikati fi 3A001, kif ġej:

a. 

Konvertituri minn analogu għal diġitali, li jistgħu jintużaw f’“missili”, iddisinjati sabiex jissodisfaw speċifikazzjonijiet militari għal tagħmir rinforzat;

b. 

Aċċelleraturi li kapaċi jwasslu radjazzjoni elettromanjetika prodotta permezz ta’ bremsstrahlung minn elettroni aċċellerati ta’ 2 MeV jew akbar, u sistemi li fihom dawn l-aċċelleraturi.

Nota:   3A101.b. hawn fuq ma jispeċifikax tagħmir iddisinjat apposta għal skopijiet mediċi.

3A102“Batteriji termiċi” ddisinjati jew immodifikati għall-“missili”.

Noti Tekniċi:

1.   Fi 3A102 “batteriji termiċi” huma batteriji li jintużaw darba li fihom melħ inorganiku solidu nonkonduttiv bħala l-elettrolit. Dawn il-batteriji jinkorporaw materjal pirolitiku li, meta jitqabbad, idewweb l-elettrolit u jattiva l-batterija.

2.   F'3A102. “missila” tfisser sistemi ta' rokits kompluti u sistemi ta' vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta' aktar minn 300 km.

3A201Komponenti elettroniċi, minbarra dawk speċifikati fi 3A001, kif ġej;

a. 

Kapaċitaturi li għandhom xi wieħed minn dawn il-gruppi ta’ karatteristiċi li ġejjin:

1. 
a. 

Voltaġġ nominali akbar minn 1,4 kV;

b. 

Ħżin ta’ enerġija akbar minn 10 J;

c. 

Kapaċitanza akbar minn 0,5 μF; u

d. 

Induttanza tas-serje anqas minn 50 nH; jew

2. 
a. 

Voltaġġ nominali akbar minn 750 V;

b. 

Kapaċitanza akbar minn 0,25 μF; u

c. 

Induttanza tas-serje anqas minn 10 nH;

b. 

Elettrokalamiti tas-solenojdi superkonduttivi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Kapaċi joħolqu kampijiet manjetiċi akbar minn 2 T;

2. 

Proporzjon ta' tul għad-dijametru intern akbar minn 2;

3. 

Dijametru intern akbar minn 300 mm; u

4. 

Uniformità tal-kamp manjetiku aħjar minn 1 % fuq il-50 % tal-parti ċentrali tal-volum intern;

Nota:   3A201.b. ma jikkontrollax kalamiti ddisinjati apposta għal u esportati 'bħala parti minn' sistemi mediċi għall-ħolqien ta' immaġini b'reżonanza manjetika nukleari (NMR). Il-frażi “bħala parti minn” ma tfissirx neċessarjament il-parti fiżika fl-istess kunsinna; kunsinni separati minn sorsi differenti huma permessi, sakemm id-dokumenti tal-esportazzjoni relatati jispeċifikaw b’mod ċar li l-kunsinni qed jintbagħtu “bħala parti minn” sistemi għall-ħolqien ta’ immaġini.

c. 

Ġeneraturi ta’ raġġi-X bi flash jew aċċelleraturi tal-elettroni b’impulsi li għandhom wieħed mill-gruppi ta’ karatteristiċi li ġejjin:

1. 
a. 

L-ogħla enerġija tal-elettroni tal-aċċelleratur ta’ 500 keV jew akbar iżda inqas minn 25 MeV; u

b. 

B’“ċifra ta’ mertu” (K) ta’ 0,25 jew akbar; jew

2. 
a. 

L-ogħla enerġija tal-elettroni tal-aċċelleratur ta’ 25 MeV jew akbar; u

b. 

‘L-ogħla potenza’ ta’ aktar minn 50 MW.

Nota:   3A201.c. ma jikkontrollax aċċelleraturi li huma partijiet ta' komponenti ta’ apparat iddisinjat għal skopijiet oħra minbarra r-radjazzjoni b’raġġ tal-elettroni jew bir-raġġi-X (mikroskopija tal-elettroni, pereżempju) u lanqas dawk iddisinjati għal skopijiet mediċi.

Noti Tekniċi:

1.   Iċ-“ċifra ta’ mertu” (K) hija ddefinita bħala:

K = 1,7 × 103V2,65Q

V hija l-ogħla enerġija tal-elettroni f’miljuni ta’ elettronvolts.

Jekk id-durata tal-impuls tar-raġġ tal-aċċelleratur hija anqas minn jew daqs 1 μs, mela Q hija ċ-ċarġ aċċellerata totali f'Coulombs. Jekk id-durata tal-impuls tar-raġġ tal-aċċelleratur huwa akbar minn 1 μs, mela Q hija ċ-ċarġ massima aċċelerata f’1 μs.

Q hija ugwali għall-integrali ta’ i fir-rigward ta’ t, fuq l-inqas minn 1 μs jew id-durata tal-impuls tar-raġġ (Q = ∫ idt), fejn i hija l-kurrent tar-raġġ f’amperes u t hija l-ħin f’sekondi.

2.   'L-ogħla potenza' = (l-ogħla potenzjal f'volts) × (l-ogħla kurrent tar-raġġ f'amperes).

3.   F'magni bbażati fuq kavitajiet ta' aċċellerazzjoni bil-microwave, id-durata fil-ħin tal-impuls tar-raġġ hija l-inqas minn 1 μs jew id-durata tal-pakkett ta' raġġi f'mazz li tirriżulta minn impuls wieħed tal-modulatur bil-microwave.

4.   F'magni bbażati fuq kavitajiet ta' aċċellerazzjoni bil-microwave, l-ogħla kurrent tar-raġġ huwa l-medja tal-kurrent fid-durata tal-ħin ta' pakkett ta' raġġi f'mazz.

3A225Varjaturi tal-frekwenza jew ġeneraturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.b.13., li jistgħu jintużaw bħala mutur ta’ frekwenza varjabbli jew fissa, li għandu dawn il-karatteristiċi kollha:

N.B. 1.   Is-“softwer” imfassal apposta biex itejjeb jew jirrilaxxa l-prestazzjoni ta' varjatur tal-frekwenza jew ta' ġeneratur sabiex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi ta' 3A225 huwa speċifikat fi 3D225.

N.B. 2.   It-“Teknoloġija” fil-forma ta' kodiċijiet jew kowds li jsaħħu jew jirrilaxxaw il-prestazzjoni ta' varjatur tal-frekwenza jew ġeneratur li jissodisfa l-karatteristiċi ta' 3A225 hija speċifikata fi 3E225.

a. 

Output multifażi li kapaċi jipprovdi potenza ta’ 40 VA jew aktar;

b. 

Jaħdem fi frekwenza ta’ 600 Hz jew aktar; u

c. 

Għandu kontroll tal-frekwenza aħjar (anqas) minn 0,2 %.

Nota:   3A225 ma jikkontrollax il-varjaturi tal-frekwenza jew il-ġeneraturi jekk ikollhom ħardwer, “softwer” jew “teknoloġija” li jillimtaw il-prestazzjoni għal anqas minn dak li hu speċifikat hawn fuq, sakemm jissodisfaw xi waħda minn dan li ġej:

1. 

Jeħtieġ li jiġu rritornati lill-manifattur oriġinali sabiex itejjibhom jew ineħħi l-limiti;

2. 

Jeħtieġu “software” kif speċifikat fi 3D225 sabiex tittejjeb jew tiġi rilaxxata l-prestazzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi ta’ 3A225; jew

3. 

Jeħtieġu “teknoloġija” fil-forma ta' kodiċijiet jew kowds kif speċifikat fi 3E225 sabiex tittejjeb jew tiġi rilaxxata l-prestazzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi ta' 3A225;

Noti Tekniċi:

1.   Varjaturi tal-frekwenza fi 3A225 huma magħrufa wkoll bħala konvertituri jew invertituri.

2.   Il-varjaturi tal-frekwenza fi 3A225 jistgħu jiġu kkumerċjalizzati bħala Ġeneraturi, Tagħmir għal Ittestjar Elettroniku, Provvisti tal-Elettriku AC, Trażmissjonijiet b'Veloċitajiet Varjabbli (VSDs), Trażmissjonijiet bi Frekwenzi Varjabbli (VFDs), Trażmissjonijiet bi Frekwenzi Aġġustabbli (AFDs) jew Trażmissjonijiet b'Veloċitajiet Aġġustabbli (ASDs).

3A226Provvisti tal-potenza ta’ kurrent dirett ta’ potenza għolja, minbarra dawk speċifikati f’0B001.j.6., li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Kapaċi li jipproduċu kontinwament, fuq perjodu ta’ ħin ta’ tmien sigħat, 100 V jew aktar b’output ta’ kurrent ta’ 500 A jew aktar; kif ukoll

b. 

Stabbiltà tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perjodu ta’ ħin ta’ tmien sigħat.

3A227Provvisti tal-potenza ta’ kurrent dirett b’voltaġġ għoli, minbarra dawk speċifikati f’0B001.j.5., li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Kapaċi li jipproduċu kontinwament, fuq perjodu ta’ ħin ta’ tmien sigħat, 20 kV jew aktar b’output ta’ kurrent ta’ 1 A jew aktar; kif ukoll

b. 

Stabbiltà tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perjodu ta’ ħin ta’ tmien sigħat.

3A228Apparat tal-iswiċċjar, kif ġej:

a. 

Tubi b’katodu kiesaħ, kemm jekk mimlija bil-gass jew le, li jaħdmu b’mod simili għal spark gap, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Li fihom tliet elettrodi jew aktar;

2. 

L-ogħla vultaġġ nominali fl-anodu ta' 2,5 kV jew aktar;

3. 

L-ogħla kurrent nominali fl-anodu ta’ 100 A jew aktar; kif ukoll

4. 

Ħin ta' dewmien fl-anodu ta' 10 μs jew inqas;

Nota:   3A228 jinkludi tubi tal-gass tat-tip krytron u tubi tal-vakwu tat-tip sprytron.

b. 

Triggered spark gaps li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Ħin ta’ dewmien fl-anodu ta’ 15 μs jew inqas; u

2. 

Klassifikata għal kurrent massimu ta' 500 A jew aktar;

c. 

Moduli jew assemblaġġi b’funzjoni ta’ swiċċjar mgħaġġel, minbarra dawk speċifikati fi 3A001.g. jew 3A001.h., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Vultaġġ nominali fl-anodu akbar minn 2 kV;

2. 

L-ogħla kurrent nominali fl-anodu ta’ 500 A jew aktar; kif ukoll

3. 

Ħin sabiex jixgħel ta' 1 μs jew inqas.

3A229Ġeneraturi ta’ impuls b’kurrent għoli, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a. 

Settijiet tat-tqabbid ta’ detonaturi (sistemi ta’ inizjar, settijiet tat-tqabbid), inklużi settijiet tat-tqabbid iċċarġjati elettronikament, imħaddma bl-isplussiv u ottikament, għajr dawk speċifikati f’1A007.a., iddisinjati sabiex iħaddmu detonaturi multipli kkontrollati speċifikati f’1A007.b.;

b. 

Ġeneraturi modulari b’impuls elettriku (pulsers) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Iddisinjati għall-użu portabbli, mobbli jew ta' rinforz;

2. 

Kapaċi li jwasslu l-enerġija tagħhom f'anqas minn 15-il μs f'tagħbija ta' anqas minn 40 ohms;

3. 

Li għandhom output akbar minn 100 A;

4. 

L-ebda dimensjoni akbar minn 30 cm;

5. 

Piż anqas minn 30 kg; u

6. 

Speċifikati għall-użu f'medda estiża ta' temperaturi estiża minn 223 K (– 50°C) to 373 K (100°C) jew speċifikati bħala adattati għal applikazzjonijiet aerospazjali.

Nota:   3A229.b. jinkludi l-iskattaturi ta’ lampi tal-flash tal-ksenon.

c. 

Unitajiet tal-mikrotqabbid li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha:

1. 

L-ebda dimensjoni akbar minn 35 mm;

2. 

Klassifikazzjoni tal-vultaġġ ta’ 1 kV jew aktar; u

3. 

Kapaċitanza ta’ 100 nF jew aktar.

3A230Ġeneraturi ta’ impuls b’veloċità għolja, u “rjus tal-impuls” għalihom, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Vultaġġ ta’ output akbar minn 6 V f’tagħbija ta’ reżistenza ta’ anqas minn 55 ohms, u

b. 

“Ħin ta’ tranżizzjoni tal-impuls” anqas minn 500 ps.

Noti Tekniċi:

1.   Fi 3A230, “ħin ta' tranżizzjoni tal-impuls” huwa definit bħala l-intervall tal-ħin bejn 10 % u 90 % tal-amplitudni tal-vultaġġ.

2.   L-'irjus tal-impuls' huma netwerks li jiffurmaw impuls imfasslin sabiex jaċċettaw il-funzjoni ta' stadji ta' vultaġġ u jiffurmawhom f'varjetà ta' forom ta' impuls li jistgħu jinkludu t-tip rettangolari, trijangulari, fi stadji, tal-impuls, esponenzjali, jew monoċikliċi. L-'irjus tal-impuls' jistgħu jkunu parti integrali mill-ġeneratur tal-impuls, jistgħu jkunu modulu plug-in jew jistgħu jkunu tagħmir konness esternament.

3A231Sistemi ta’ ġeneraturi tan-newtroni, inklużi t-tubi, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Iddisinjati sabiex jaħdmu mingħajr sistema ta’ vakwu esterna; kif ukoll

b. 

Jużaw xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

Aċċellerazzjoni elettrostatika sabiex jikkaġunaw reazzjoni nukleari tat-tritju-dewterju; jew

2. 

Aċċellerazzjoni elettrostatika sabiex tiġi kkaġunata reazzjoni nukleari tad-dewterju-dewterju u b’kapaċità ta’ output ta' 3 × 109 newtron/i jew aktar.

3A232Sistemi ta’ inizjazzjoni b’ħafna punti, minbarra dawk speċifikati f’1A007, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

N.B.   Ara 1A007.b. għad-detonaturi.

a. 

Mhux użat;

b. 

Arranġamenti li jużaw detonatur wieħed jew detonaturi multipli ddisinjati sabiex jinizjaw kważi simultanjament wiċċ li jisplodi fuq aktar minn 5 000  mm2 minn sinjal wieħed li jqabbad b’ħin ta’ inizjazzjoni mifrux fuq il-wiċċ ta’ anqas minn 2,5 μs.

Nota:   3A232 ma jikkontrollax detonaturi li jużaw splussivi primarji biss, bħall-ażid taċ-ċomb.

3A233Spettrometri tal-massa, minbarra dawk speċifikati f’0B002.g., b’kapaċità li jkejlu joni ta’ daqs ta’ 230 jew akbar minn hekk, u li għandhom riżoluzzjoni ta’ aħjar minn 2 partijiet f’230, kif ġej, u s-sorsi ta’ joni għalihom:

a. 

Spettrometri tal-massa bil-plażma b’akkoppjament induttiv (ICP/MS);

b. 

Spettrometri tal-massa bi skarika inkandexxenti (GDMS);

c. 

Spettrometri tal-massa b’jonizzazzjoni termika (TIMS);

d. 

Spettrometri tal-massa b’bumbardament ta’ elettroni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Sistema ta’ dħul ta’ raġġi molekulari li tinjetta raġġ ikkollimat ta’ molekuli ta’ analita f’reġjun ta’ sors ta’ joni fejn il-molekuli jiġu jonizzati b’raġġ ta’ elettroni; u

2. 

’Trappola tal-kesħa’ waħda jew iktar li jistgħu jitkessħu għal temperatura ta’ 193 K (– 80 °C);

e. 

Mhux użat;

f. 

Spettrometri tal-massa mgħammra b’sors joniku ta’ mikrofluworizzazzjoni mfassla għal attinidi jew fluworidi tal-attinid.

Noti Tekniċi:

1.   Spettometri tal-massa b'bumbardament ta' elettroni fi 3A233.d. huma magħrufa wkoll bħala spettometri tal-massa b'impatt ta' elettroni jew spettometri tal-massa b'jonizzazzjoni tal-elettroni.

2.   Fi 3A233.d.2., 'trappola tal-kesħa' hija għodda li taqbad il-molekuli tal-gass billi tikkondensahom jew tiffriżahom fuq superfiċji kesħin. Għall-finijiet ta' 3A233.d.2., pompa krijoġenika ta' elju gassuż ta' ċirku magħluq mhijiex 'trappola tal-kesħa'.

3A234Striplines li jipprovdu mogħdija ta’ induttanza baxxa (inductance path) għal detonaturi b’dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Vultaġġ nominali akbar minn 2 kV; kif ukoll

b. 

Induttanza ta’ anqas minn 20 nH.

3BTagħmir tal-Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni

3B001Tagħmir għall-manifattura ta’ apparat jew materjali semikondutturi kif ġej u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

N.B.   ARA WKOLL 2B226.

a. 

Tagħmir iddisinjat għal tkabbir epitassjali kif ġej:

1. 

Tagħmir iddisinjat jew immodifikat li jipproduċi saff ta' kwalunkwe materjal minbarra siliċju bi ħxuna uniformi ta' anqas minn ± 2,5 % fuq distanza ta' 75 mm jew aktar;

Nota:   3B001.a.1. jinkludi tagħmir Epitassjali b'Saff Atomiku (Atomic Layer Epitaxy, ALE).

2. 

Reatturi ta’ MOCVD (Metal Organic Chemical Vapour Deposition) iddisinjati għat-tkabbir epitassjali ta’ semikondutturi komposti minn materjal bi tnejn mill-elementi li ġejjin jew aktar: aluminju, gallju, indju, arseniku, fosforu, antimonju, jew nitroġenu;

3. 

Tagħmir ta' tkabbar epitassjali b'raġġ molekulari li juża sorsi ta' gass jew solidi;

b. 

Tagħmir iddisinjat għall-impjantazzjoni tal-joni u li għandu xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Mhux użat;

2. 

Li jkun iddisinjat u ottimizzat sabiex jaħdem b'enerġija tar-raġġ ta' 20 keV jew aktar u kurrent tar-raġġ ta' 10 mA jew aktar għall-impjantazzjoni tal-idroġenu, tad-dewterju jew tal-elju;

3. 

Kapaċità ta' kitba diretta;

4. 

Enerġija tar-raġġ ta’ 65 keV jew aktar u kurrent tar-raġġ ta’ 45 mA jew aktar għall-impjantazzjoni ta’ ossiġnu b’enerġija għolja f’“sottostrat” ta’ materjal semikonduttur imsaħħan; jew

5. 

Li jkun iddisinjat u ottimizzat sabiex jaħdem b’enerġija tar-raġġ ta’ 20 keV jew aktar u kurrent tar-raġġ ta’ 10 mA jew aktar għall-impjantazzjoni tas-siliċju f’“sottostrat” ta’ materjal semikonduttur imsaħħan għal 600 °C jew aktar;

c. 

Mhux użat;

d. 

Mhux użat;

e. 

Sistemi ċentrali għall-ġestjoni tal-wejfers għat-tagħbija awtomatika ta’ ċejmbers multipli, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Interfaċċi għall-input u l-output tal-pjastrini, li magħhom huma mfassla li jiġu kkonnettjati aktar minn żewġ biċċiet funzjonalment differenti ta’ “tagħmir ta’ pproċessar ta’ semikondutturi” speċifikati fi 3B001.a.1., 3B001.a.2., 3B001.a.3 jew 3B001.b.; u

2. 

Iddisinjati sabiex jiffurmaw sistema integrata f'ambjent ta' vakwu għall-'ipproċessar multiplu sekwenzjali tal-pjastrini';

Nota:   3B001.e. ma jikkontrollax sistemi robotiċi awtomatiċi ta’ manipulazzjoni tal-pjastrini ddisinjati apposta għall-ipproċessar parallel tal-pjastrini.

Noti Tekniċi:

1.   Għall-iskop ta' 3B001.e.,'tagħmir ta' pproċessar ta' semikondutturi' tirreferi għal tagħmir modulari li jipprovdi proċessi fiżiċi għall-produzzjoni ta' semikondutturi li huma funzjonalment differenti, bħad-depożitu, l-inċiżjoni, l-impjantazzjoni jew l-ipproċessar termiku.

2.   Għall-iskop ta' 3B001.e., ‘l-ipproċessar multiplu sekwenzjali tal-pjastrini’ tfisser il-kapaċità li kull pjastrina tiġi pproċessata minn 'tagħmir ta' pproċessar ta' semikonduttur' differenti, pereżempju bit-trasferiment ta' kull pjastrina mill-ewwel għat-tieni għat-tielet tagħmir bis-sistemi ċentrali li jimmanipulaw pjastrini b'għadd ta' kmamar li jikkargaw awtomatikament.

f. 

Tagħmir tal-litografija, kif ġej:

1. 

Tagħmir ta' allinjament u ta' esponiment b'ripetizzjoni f'sekwenza (sekwenza kontinwa fuq il-pjastrina) jew ta' skannjar f'sekwenza għall-ipproċessar tal-pjastrini li juża metodi fotoottici jew bir-raġġi X u li għandu xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

It-tul tal-mewġa tas-sors tad-dawl iqsar minn 193 nm; jew

b. 

Kapaċi jipproduċi disinn b’“Daqs ta’ Element Riżolvibbli Minimu” (MRF) ta’ 45 nm jew anqas;

Nota Teknika:

Id-'Daqs Minimu ta' Element Riżolvibbli' (MRF) hu kkalkulat bil-formula li ġejja:

image

fejn il-fattur K = 0,35

2. 

Tagħmir litografiku tal-istampar li kapaċi jipproduċi elementi ta' 45 nm jew inqas;

Nota:   3B001.f.2. jinkludi:

— 
Għodod tal-istampar bil-mikrokuntatt
— 
Għodod tal-intaljar bis-sħana
— 
Għodod litografiċi għan-nanostampar
— 
Għodod litografiċi tal-istampar step and Flash (S-FIL)
3. 

Tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta' maskri li għandu dan kollu li ġej:

a. 

Raġġ ta’ elettroni ffukat iddevjat, raġġ ta’ joni jew raġġ tal-“lejżer”; u

b. 

Li għandu xi waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1. 

Daqs ta’ spot b’wisa’ ta’ nofs id-daqs (full-width half-maximum (FWHM)) iżgħar minn 65 nm b’kollokament ta’ immaġni (image placement) ta’ inqas minn 17-il nm (medja + 3 sigma); jew

2. 

Mhux użat;

3. 

Żball ta' kopertura għat-tieni saffa ta' inqas minn 23 nm (medja + 3 sigma) fuq il-maskra;

4. 

Tagħmir iddisinjat għall-ipproċessar ta' apparat li juża metodi ta' kitba diretti, li għandu dan kollu li ġej:

a. 

Raġġ ta’ elettroni ffukat iddevjat; u

b. 

Li għandu xi waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1. 

Daqs minimu ta’ raġġ ugwali għal jew iżgħar minn 15-il nm; jew

2. 

Żball ta' kopertura ta' inqas minn 27 nm (medja + 3 sigma);

g. 

Maskri u retikoli, iddisinjati għaċ-ċirkwiti integrati speċifikati fi 3A001;

h. 

Maskri b’għadd ta’ saffi b’saff ta’ spostament tal-fażi mhux speċifikati fi 3B001.g. u ddisinjati biex jintużaw bħala tagħmir tal-litografija li għandu tul ta’ mewġ tas-sors tad-dawl inqas minn 245 nm;

Nota:   3B001.h. ma jikkontrollax maskri b’numru ta’ saffi b’saff ta’ spostament tal-fażi ddisinjat għall-manifattura ta’ apparat ta’ memorja li mhux spminn eċifikat fi 3A001.

N.B.   Għal maskri u retikoli, iddisinjati apposta għas-sensuri ottiċi, ara 6B002.

i. 

Mudelli għal litografija tal-istampar iddisinjati għaċ-ċirkwiti integrati speċifikati fi 3A001.

j. 

Iksi s-“sottostrati grezzi” bi struttura ta’ rifletturi b’bosta saffi li jikkonsistu minn molibdenu u silikon, u li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Iddisinjat spefċifikament għal litografija ’Ultravjola Estrema’ (’EUV’); u

2. 

Ilment b’SEMI Standard P37.

Nota Teknika:

'Ultravjola Estrema' ('EUV') tirreferi għal tul ta’ mewġ tal-ispettru elettromanjetiku ta’ aktar minn 5 nm u anqas minn 124 nm.

3B002Tagħmir għall-ittestjar iddisinjat apposta għall-ittestjar ta’ apparat semikonduttur lest jew mhux lest kif ġej u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih:

a. 

Għal ittestjar ta’ parametri-S ta’ oġġetti speċifikati f’3A001.b.3.;

b. 

Mhux użat;

c. 

Għal ittestjar ta’ oġġetti speċifikati f’3A001.b.2.

3CMaterjali

3C001Materjali eteroepitassjali li jikkonsistu minn “sottostrat” b’numru ta’ saffi epitassjali fuq xulxin prodotti minn xi wieħed minn dawn il-materjali:

a. 

Siliċju (Si);

b. 

Ġermanju (Ge);

c. 

Karbur tas-siliċju (SiC); jew

d. 

“Komposti III/V” ta’ gallju jew indju.

Nota:   3C001.d. ma jikkontrollax “sottostrat” b'saff wieħed epitasjali tat-tip P jew aktar ta' GaN, InGaN, AlGaN, InAlN, InAlGaN, GaP, GaAs, AlGaAs, InP, InGaP, AlInP jew InGaAlP, independentement mis-sekwenza tal-elementi, ħlief jekk is-saff epitassjali tat-tip P ikun bejn is-saffi tat-tip N.

3C002Materjali fotosensibbli (resist materials) kif ġej u “sottostrati” miksija bil-materjali fotosensibbli li ġejjin:

a. 

Materjali fotosensibbli għal-litografija ta’ semikondutturi kif ġej:

1. 

Materjali fotosensibbli pożittivi aġġustati (ottimizzati) għall-użu f'tul ta' mewġ ta' anqas minn 193 nm iżda daqs jew akbar minn 15 nm;

2. 

Materjali fotosensibbli aġġustati (ottimizzati) għall-użu f'tul ta' mewġ ta' anqas minn 15-il nm iżda daqs jew akbar minn 1 nm;

b. 

Il-materjali fotosensibbli kollha għall-użu ma’ raġġi ta’ elettroni jew raġġi ta’ joni, b’sensittività ta’ 0,01 μcoulomb/mm2 jew aħjar;

c. 

Mhux użat;

d. 

Il-materjali fotosensibbli kollha ottimizzati għal teknoloġiji għall-ħolqien tal-immaġini tal-wiċċ;

e. 

Il-materjali fotosensibbli kollha ddisinjati jew ottimizzati għall-użu b’tagħmir tal-litografija tal-istampar speċifikat fi 3B001.f.2. li jużaw proċess termali jew dak fotokurabbli.

3C003Komposti organoinorganiċi kif ġej:

a. 

Komposti organometalliċi tal-aluminju, gallju jew indju li għandhom purità (bażi tal-metall) aħjar minn 99,999 %;

b. 

Komposti ta’ organoarseniku, organoantimonju u organofosfru li għandhom purità (bażi tal-element inorganiku) aħjar minn 99,999 %.

Nota:   3C003 jikkontrolla biss komposti li l-element metalliku, parzjalment metalliku jew nonmetalliku tagħhom huwa marbut direttament mal-karbonju fil-parti organika tal-molekula.

3C004Idruri tal-fosfru, l-arseniku jew l-antimonju, li għandhom purezza aħjar minn 99,999 %, ukoll jekk dilwiti f’gassijiet inerti jew l-idroġenu.

Nota:   3C004 ma jikkontrollax idruri li fihom 20 % molari jew aktar ta’ gassijiet inerti jew idroġenu.

3C005Materjal ta’ reżistività għolja kif ġej:

a. 

“Sottostrati” ta’ semikondutturi tal-karbur tas-siliċju (SiC), nitrur tal-gallju (GaN), nitrur tal-aluminju (AlN) jew nitrur tal-gallju tal-aluminju (AlGaN) jew ingotti, boules, jew preformati oħrajn ta’ dawn il-materjali, li għandhom reżistivitajiet ta’ aktar minn 10 000  ohm-cm f’temperatura ta’ 20 °C.

b. 

“Sottostrati” polikristallini jew “sottostrati” polikristallini taċ-ċeramika, li għandhom reżistivitajiet ta’ aktar minn 10 000 ohm-cm f’temperatura ta’ 20 °C u li għandhom tal-anqas saff wieħed ta’ kristall singolu mhux epitassjali ta’ siliċju (Si), karbur tas-siliċju (SiC), nitrur tal-gallju (GaN), nitrur tal-aluminju (AlN), jew nitrur tal-gallju tal-aluminju (AlGaN) fuq il-wiċċ ta’ “sottostrat”.

3C006Materjal, mhux speċifikat fi 3C001, li jikkonsisti f’“sottostrat” speċifikat fi 3C005 b’mill-anqas saff epitassjali wieħed tal-karbur tas-siliċju, nitrur tal-gallju, nitrur tal-aluminju jew nitrur tal-gallju tal-aluminju.

3DSoftware

3D001“Software” ddisinjat apposta għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir speċifikat fi 3A001.b. sa 3A002.h. jew 3B.

3D002“Software” ddisinjat apposta għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat fi 3B001.a. sa f., 3B002 jew 3A225.

3D003“Software” ta’ “litografija komputazzjonali” ddisinjat apposta għall-“iżvilupp” ta’ disinji fuq maskri jew retikoli ta’ litografija EUV.

Nota Teknika:

“Litografija komputazzjonali” hija l-użu tal-immudellar bil-kompjuter biex tiġi mbassra, korretta, ottimizzata u vverifikata l-prestazzjoni tal-immaġni tal-proċess tal-litografija fuq firxa ta’ disinji, proċessi, u kundizzjonijiet tas-sistema.

3D004“Software” ddisinjat apposta għall-“iżvilupp” ta’ tagħmir speċifikat fi 3A003.

3D005“Software” ddisinjat apposta sabiex jirrestawra l-operazzjoni normali ta’ mikrokompjuter, “mikroċirkwit ta’ mikroproċessur” jew “mikroċirkwit b’mikrokompjuter” fi ħdan 1 ms wara li jkun hemm interruzzjoni ta’ Polz Elettromanjetiku (EMP) jew Skariku Elettrostatiku (ESD), mingħajr ma titwaqqaf l-operazzjoni.

3D101“Software” ddisinjat jew modifikat apposta għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat fi 3A101.b.

3D225“Software” mfassal apposta biex itejjeb jew jirrilaxxa l-prestazzjoni ta’ varjaturi tal-frekwenza jew ġeneraturi sabiex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi ta’ 3A225.

3ETeknoloġija

3E001“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew “produzzjoni” ta’ tagħmir jew materjali indikati fi 3A, 3B jew 3C;

Nota 1:   3E001 ma jikkontrollax “it-teknoloġija” għat-tagħmir jew il-komponenti kkontrollati minn 3A003.

Nota 2:   3E001 ma jikkontrollax “teknoloġija” għaċ-ċirkwiti integrati speċifikati fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.12., li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Li jużaw “teknoloġija” ta’ 0,130 μm jew ogħla; u

b. 

Li jinkorporaw strutturi b’għadd ta’ saffi li jkollhom tliet saffi ta’ metall jew inqas.

Nota 3:   3E001 ma tikkontrollax 'il-Kits tal-Proċess tad-Disinn' ('PDKs') sakemm dawn ma jinkludux libreriji jimplimentaw funzjonijiet jew teknoloġiji għall-oġġetti speċifikati fi 3A001.

Nota Teknika:

'Kit tal-Proċess tad-Disinn' ('PDK') huwa għodda tas-softwer ipprovduta minn minn fabbrikant tas-semikondutturi biex jassigura li r-regoli u l-prattiki tad-disinn meħtieġ huma kkunsidrati biex wieħed jipproduċi b’suċċess disinn taċ-ċirkwiti integrati speċifiċi fi proċess speċifiku ta’ semikonduttur, skont il-limiti tal-manifattura u dawk teknoloġiċi (kull proċess tal-manifattura tas-semikondutturi partikolari għandu l-'PDK' partikolari tiegħu).

3E002“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija, minbarra dik speċifikata fi 3E001, għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ “mikroċirkwit mikroproċessur”, “mikroċirkwit mikrokompjuter” jew il-parti ċentrali ta’ mikroċirkwit mikrokontrollur, li għandhom unità loġika aritmetika b’wisa’ ta’ aċċess ta’ 32 bit jew aktar u xi waħda mill-kwalitajiet jew il-karatteristiċi li ġejjin:

a. 

“Unità ta’ pproċessar vettorjali” ddisinjata sabiex twettaq aktar minn żewġ kalkoli simultanjament fuq vetturi b’punt varjabbli (arranġamenti f’dimensjoni waħda ta’ 32 bit jew akbar);

Nota Teknika:

“Unità ta’ proċessar vettorjali” hija element ta’ proċessur bi struzzjonijiet inkorporati li jwettqu kalkoli multipli simultanjament fuq vetturi b’punt varjabbli (arranġamenti f’dimensjoni waħda ta’ 32 bit jew akbar), li għandha mill-anqas unità loġika aritmetika vettorjali waħda u reġistri vettorjali ta’ mill-inqas 32 element kull waħda.

b. 

Iddisinjata sabiex tipprovdi aktar minn erba’ riżultati ta’ operazzjoni b’punt varjabbli ta’ 64 bit jew akbar f’kull ċiklu; jew

c. 

Iddisinjati sabiex jipprovdu aktar minn tmien riżultati ta’ multiplikazzjoni-addizzjoni (multiply-accumulate) ta’ “punt fiss” b’16-il bit f’kull ċiklu (pereżempju manipulazzjoni diġitali ta’ informazzjoni analoga li kienet ġiet ikkonvertita f’forma diġitali, magħrufa wkoll bħala “proċessar tas-sinjali” diġitali).

Noti Tekniċi:

1.   Għall-finijiet ta’ 3E002.a. u 3E002.b. “punt varjabbli” huwa ddefinit minn IEEE-754.

2.   Għall-finijiet ta’ 3E002.c., “punt fiss” tirreferi għal numru reali b’wisa’ fissa kemm b’komponent ta’ numru sħiħ kif ukoll komponent frazzjonali, u li ma jinkludix formats li għandhom numri sħaħ biss.

Nota 1:   3E002. ma jikkontrollax it-“teknoloġija” għall-estensjonijiet multimedjali.

Nota 2:   3E002 ma jikkontrollax “teknoloġija” għall-partijiet ċentrali ta' mikroproċessuri, li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Li jużaw “teknoloġija” ta’ jew ’il fuq minn 0,130 μm; u

b. 

Li jinkorporaw strutturi b’għadd ta’ saffi b’ħames saffi tal-metall jew inqas.

Nota 3:   3E002 jinkludi “teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew “il-produzzjoni” ta' proċessuri tas-sinjali diġitali u proċessuri matriċjali diġitali.

3E003“Teknoloġija” oħra għall-“iżvilupp” jew għall-“produzzjoni” ta’ dan li ġej:

a. 

Apparat mikroelettroniku bil-vakwu;

b. 

Apparat elettroniku semikonduttur b’eterostruttura bħal tranżisters b’mobbiltà għolja tal-elettroni (HEMT), tranżisters eterobipolari (HBT), quantum well devices u super lattice devices;

Nota:   3E003.b. ma jikkontrollax “teknoloġija” għal transisters b’mobbiltà għolja tal-elettroni (HEMT) li jaħdmu fi frekwenzi aktar baxxi minn 31,8 GHz u transisters bipolari eteroġonta (HBT) li jaħdmu fi frekwenzi aktar baxxi minn 31,8 GHz.

c. 

Apparat elettroniku “superkonduttiv”;

d. 

Sottostrati ta’ riti tad-djamant għal komponenti elettroniċi.

e. 

Sottostrati ta’ siliċju fuq iżolatur (SOI) għal ċirkwiti integrati fejn l-iżolatur huwa d-diossidu tas-siliċju;

f. 

Sottostrati tal-karbur tas-siliċju għal komponenti elettroniċi;

g. 

“Apparati elettroniċi bil-vakwu” li jaħdmu fi frekwenzi ta’ 31,8 GHz jew ogħla.

3E004“Teknoloġija”“meħtieġa” għat-tfettit, it-tħin u l-illostrar ta’ wejfers tas-siliċju b’dijametru ta’ 300 mm biex tinkiseb “SFQR” (Site Front least sQuares Range) inqas minn / daqs 20 nm f’kull post b’wiċċ ta’ 26 mm x 8 mm fuq quddiem tal-wejfer u esklużjoni tat-tarf inqas minn / daqs 2 mm.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 3E004 “SFQR” hija l-firxa ta’ devjazzjoni massima u devjazzjoni minima mill-pjan ta’ referenza ta’ quddiem, ikkalkolata bil-metodu tal-iżgħar kwadrat bid-data tal-wiċċ ta’ quddiem kollha, u inkluż il-konfini fuq ġewwa ta’ sit.

3E101“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta’ tagħmir jew “software” speċifikat fi 3A001.a.1. jew 2., 3A101, 3A102 jew 3D101.

3E102“Teknoloġija”, skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija, għall-“iżvilupp” ta’ “software” speċifikat fi 3D101.

3E201“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat fi 3A001.e.2., 3A001.e.3., 3A001.g., 3A201, 3A225 sa 3A234.

3E225“Teknoloġija” fil-forma ta’ kodiċijiet jew ta’ ċwievet li jsaħħu jew jirrilaxxaw il-prestazzjoni ta’ varjaturi tal-frekwenza jew ġeneraturi li jissodisfaw il-karatteristiċi ta’ 3A225.

KATEGORIJA 4 - KOMPJUTERS

Nota 1:   Kompjuters, tagħmir relatat u “software” li jwettqu funzjonijiet ta’ telekomunikazzjoni jew ta’ “netwerks ta’ żona lokali” jridu wkoll jiġu evalwati skont il-karatteristiċi ta’ prestazzjoni tal-Kategorija 5, Parti 1 (Telekomunikazzjonijiet).

Nota 2:   Unitajiet ta’ kontroll li jagħmlu interkonnessjoni diretta tal-buses jew tal-kanali ta’ unitajiet ċentrali ta’ proċessar, ta’ “memorja prinċipali” jew ta’ kontrolluri tad-diski mhumiex ikkunsidrati bħala tagħmir ta’ telekomunikazzjoni deskritt fil-Kategorija 5, Parti 1 (Telekomunikazzjonijiet).

N.B.   Għall-istatus ta’ kontroll ta’ “software” ddisinjat apposta għall-iswiċċjar ta’ pakkett, ara 5D001.

Nota Teknika:

Il-“memorja ċentrali” hija l-memorja prinċipali għad-data jew għall-istruzzjonijiet li għandha tkun tista’ aċċessata mingħajr dewmien minn unità ċentrali ta’ pproċessar. Hija magħmula mill-memorja interna ta’ “kompjuter diġitali” u minn kull estensjoni ġerarkika ta’ din il-memorja, bħall-memorja cache jew il-memorja estiża b’aċċess mhux sekwenzjali.

4ASistemi, Tagħmir u Komponenti

4A001Kompjuters elettroniċi u tagħmir relatat, li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin, u “assemblaġġi elettroniċi” u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

N.B.   ARA WKOLL 4A101.

a. 

Iddisinjati apposta sabiex ikollhom xi waħda minn dawn il-proprjetajiet:

1. 

Previsti għall-operazzjoni f’temperatura ambjentali taħt 228 K (– 45 °C) jew iktar minn 358 K (85 °C); jew

Nota:   4A001.a.1. ma jikkontrollax kompjuters iddisinjati apposta għal applikazzjonijiet għal karozzi, ferroviji ċivili jew “inġenji tal-ajru ċivili”.

2. 

Reżistenti għal radjazzjoni ogħla minn xi wieħed minn dawn il-valuri limitu:



a.

Doża totali

5 × 103 Gy (siliċju);

b.

Rata tad-doża

5 × 106 Gy (siliċju)/s; jew

c.

Varjazzjoni tal-avveniment uniku

1 × 10–8 żball/bit/jum;

Nota:   4A001.a.2. ma jikkontrollax kompjuters iddisinjati apposta għal applikazzjonijiet għal “inġenji tal-ajru ċivili”.

b. 

Mhux użat.

4A003“Kompjuters diġitali”, “assemblaġġi elettroniċi”, u tagħmir relatat għalihom, kif ġej u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

Nota 1:   4A003 jinkludi dawn li ġejjin:

— 
“Proċessuri vettorjali”;
— 
Proċessuri matriċjali;
— 
Proċessuri diġitali tas-sinjali;
— 
Proċessuri loġiċi;
— 
Tagħmir iddisinjat għat-“titjib fil-kwalità tal-immaġini”.

Nota 2:   L-istatus ta’ kontroll tal-“kompjuters diġitali” u t-tagħmir relatat deskritt f’4A003 huwa determinat mill-istatus ta’ kontroll ta’ tagħmir jew sistemi oħrajn sakemm:

a. 

Il-“kompjuters diġitali” jew tagħmir relatat huma essenzjali għall-operazzjoni tat-tagħmir jew is-sistemi l-oħrajn;

b. 

Il-“kompjuters diġitali” jew tagħmir relatat mhumiex “element prinċipali” tat-tagħmir jew tas-sistemi l-oħrajn; kif ukoll

N.B. 1:   L-istatus tal-kontroll ta' “proċessuri ta' sinjali” jew tagħmir għat-“titjib tal-kwalità ta' l-immaġini” li jkun iddisinjat speċifikament għal tagħmir ieħor b'funzjonijiet limitati għal dawk meħtieġa għat-tagħmir l-ieħor huwa determinat mill-istatus tal-kontroll tat-tagħmir l-ieħor anke jekk dan jaqbeż il-kriterju tal-“element prinċipali”.

N.B. 2:   Għall-istatus ta’ kontroll ta’ “kompjuters diġitali” jew tagħmir relatat għal tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet, ara l-Kategorija 5, Parti 1 (Telekomunikazzjonijiet).

c. 

It-“teknoloġija” għall-“kompjuters diġitali” u t-tagħmir relatat hija determinata minn 4E.

a. 

Mhux użat;

b. 

“Kompjuters diġitali” li għandhom “l-Ogħla Prestazzjoni Aġġustata” (“APP”) ta’ aktar minn 29 TeraFLOPS Ponderati (WT);

c. 

“Assemblaġġi elettroniċi” ddisinjati jew modifikati apposta sabiex itejbu l-prestazzjoni permezz tal-aggregazzjoni ta’ proċessuri sabiex l-“APP” tal-aggregazzjoni jaqbeż il-limitu speċifikat f’4A003.b.;

Nota 1:   4A003.c. jikkontrolla biss “assemblaġġi elettroniċi” u interkonnessjonijiet programmabbli li ma jaqbżux il-limitu speċifikat f'4A003.b. meta jiġu trasportati bħala “assemblaġġi elettroniċi” mhux integrati.

Nota 2:   4A003.c. ma jikkontrollax “assemblaġġi elettroniċi” ddisinjati apposta għal prodott jew familja ta' prodotti li jkollhom konfigurazzjoni massima li ma taqbiżx il-limitu speċifikat f'4A003.b.

d. 

Mhux użat;

e. 

Mhux użat;

f. 

Mhux użat;

g. 

Tagħmir iddisinjat apposta għall-aggregazzjoni tal-prestazzjoni ta’ “kompjuters diġitali” billi jipprovdi interkonnessjonijiet esterni li jippermetti komunikazzjonijiet b’rati ta’ data unidirezzjonali li jaqbżu 2,0 Gbyte/s għal kull link.

Nota:   4A003.g. ma jikkontrollax tagħmir għal interkonnessjoni interna (pereżempju, pannelli ta' wara, buses), tagħmir għal interkonnessjoni passiva, “kontrolluri tal-aċċess għan-netwerk” jew “kontrolluri ta' kanali ta' komunikazzjonijiet”.

4A004Kompjuters kif ġej u tagħmir relatat iddisinjat apposta, “assemblaġġi elettroniċi” u komponenti għalihom:

a. 

“Kompjuters b’arranġamenti sistoliċi”;

b. 

“Kompjuters newrali”;

c. 

“Kompjuters ottiċi”.

Noti Tekniċi:

1.   “Kompjuters b'arranġamenti sistoliċi” huma kompjuters li fihom il-fluss u l-modifika tad-data huma dinamikament kontrollabbli fil-livell tal-bieb loġiku mill-utent.

2.   “Kompjuters newrali” huma tagħmir tal-komputazzjoni mfassal jew immodifikat sabiex jimita l-imġiba ta' newron jew ġabra ta' newroni, jiġifieri tagħmir tal-komputazzjoni li jingħaraf bil-kapaċità tal-hardware tiegħu li jimmodula l-piżijiet u n-numri tal-interkonnessjonijiet ta' multipliċità ta' komponenti tal-komputazzjoni abbażi ta' data preċedenti.

3.   “Kompjuters ottiċi” huma kompjuters imfassla jew modifikati biex jużaw id-dawl sabiex jirrappreżentaw id-data u li l-elementi loġiċi tal-komputazzjoni tagħhom huma bbażati fuq tagħmir ottiku direttament akkoppjat.

4A005Sistemi, tagħmir, u komponenti għalihom, iddisinjati jew modifikati apposta għall-ġenerazzjoni, il-kmand u l-kontroll, jew il-konsenja tas-“software ta’ intrużjoni”.

4A101Kompjuters analogi, “kompjuters diġitali” jew analizzaturi differenzjali diġitali, minbarra dawk speċifikati f’4A001.a.1., li huma rinfurzati u ddisinjati jew modifikati għall-użu f’lanċjaturi speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104.

4A102Kompjuters ibridi ddisinjati apposta għall-immudellar, is-simulazzjoni jew l-integrazzjoni tad-disinn tal-lanċjaturi speċifikati f’9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f’9A104.

Nota:   Dan il-kontroll japplika biss meta t-tagħmir ikollu s-“software” speċifikat f’7D103 jew 9D103.

4BTagħmir tal-Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni

Xejn.

4CMaterjali

Xejn.

4DSoftware

Nota:   L-istatus ta' kontroll ta' “software” għal tagħmir deskritt f'Kategoriji oħrajn huwa ttrattat fil-Kategorija adatta.

4D001“Software” kif ġej:

a. 

“Software” ddisinjat jew modifikat apposta għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir jew “software” speċifikat f’4A001 sa 4A004, jew 4D.

b. 

“Software”, minbarra dak speċifikat f’4D001.a., iddisinjat jew modifikat apposta għall-“iżvilupp”, jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir kif ġej:

1. 

“Kompjuters diġitali” li għandhom “l-Ogħla Prestazzjoni Aġġustata” (“APP”) ta’ aktar minn 15 TeraFLOPS Ponderati (WT);

2. 

“Assemblaġġi elettroniċi” ddisinjati jew modifikati apposta sabiex itejbu l-prestazzjoni permezz tal-aggregazzjoni ta’ proċessuri sabiex l-“APP” tal-aggregazzjoni jaqbeż il-limitu speċifikat f’4D001.b.1.

4D002Mhux użat.

4D003Mhux użat.

4D004“Software”, iddisinjat jew modifikat apposta għall-ġenerazzjoni, il-kmand u l-kontroll, jew il-konsenja tas-“software ta’ intrużjoni”.

Nota:   4D004 ma jikkontrollax “software” imfassal speċifikament u limitat biex jipprovdi aġġornamenti jew titjib tas-“software” li jissodisfaw dan kollu li jsegwi:

a. 

L-aġġornament jew it-titjib jopera biss bl-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju jew l-amministratur tas-sistema li tirċevih; kif ukoll

b. 

Wara l-aġġornament jew it-titjib, is-“software” li jkun ġie aġġornat jew imtejjeb ma jkunx xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

“Software” speċifikat f’4D004; jew

2. 

“Software ta’ intrużjoni”.

4ETeknoloġija

4E001

a. 

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija, għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir jew “software” speċifikat f’4A jew 4D.

b. 

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija, ħlief dik speċifikata f’4E001.a., għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir kif ġej:

1. 

“Kompjuters diġitali” li għandhom “l-Ogħla Prestazzjoni Aġġustata” (“APP”) ta’ aktar minn 15 TeraFLOPS Ponderati (WT);

2. 

“Assemblaġġi elettroniċi” ddisinjati apposta jew modifikati sabiex itejbu l-prestazzjoni permezz tal-aggregazzjoni ta' proċessuri sabiex l-“APP” tal-aggregazzjoni taqbeż il-limitu speċifikat f'4D001.b.1.

c. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” tas-“software ta’ intrużjoni”.

Nota 1:   4E001.a. u 4E001.c. ma jikkontrollawx “l-iżvelar tal-vulnerabbiltà” jew “ir-rispons għall-inċidenti ċibernetiċi”.

Nota 2:   In-Nota 1 ma tnaqqasx id-drittijiet tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-UE li fih l-esportatur ikun stabbilit biex jaċċerta l-konformità ma’ 4E001.a. u 4E001.c.

NOTA TEKNIKA DWAR “L-OGĦLA PRESTAZZJONI AĠĠUSTATA” (“APP”)

“APP” huwa l-ogħla rata aġġustata li fiha l-“kompjuters diġitali” jwettqu addizzjonijiet u multiplikazzjonijiet b'punt li jvarja ta' 64-bit jew akbar.

“APP” huwa espress f’TeraFLOPS Ponderati (WT), f’unitajiet ta’ 1012 operazzjonijiet b’punt varjabbli aġġustat fis-sekonda.

Abbrevjazzjonijiet użati f’din in-Nota Teknika

n

in-numru ta’ proċessuri fil-“kompjuter diġitali”

i

in-numru tal-proċessur (i,...n)

ti

il-ħin taċ-ċiklu tal-proċessur (ti = 1/Fi)

Fi

il-frekwenza tal-proċessur

Ri

l-ogħla rata ta’ kalkolu b’punt varjabbli

Wi

fattur ta’ aġġustament tal-arkitettura

Deskrizzjoni qasira tal-metodu ta' kalkolu “APP”

1. Għal kull proċessur i, iddetermina l-ogħla numru ta’ operazzjonijiet b’punt li jvarja ta’ 64-bit jew akbar, FPOi, imwettqa f’kull ċiklu għal kull proċessur fil-“kompjuter diġitali”.

Nota:   Għad-determinazzjoni tal-FPO, inkludi biss addizzjonijiet u/jew multiplikazzjonijiet b’punt li jvarja ta’ 64-bit jew akbar. L-operazzjonijiet b’punt li jvarja għandhom ikunu espressi f’operazzjoni għal kull ċiklu tal-proċessur; operazzjonijiet li jeħtieġu ċikli multipli jistgħu jiġu espressi f’riżultati frazzjonali għal kull ċiklu. Għal proċessuri li mhumiex kapaċi jwettqu kalkoli fuq operazzjonijiet b’punt li jvarja ta’ 64-bit jew aktar, ir-rata effettiva ta’ kalkolu R hija żero.

2. Ikkalkula r-rata b’punt varjabbli R għal kull proċessur Ri = FPOi/ti.

3. Ikkalkula “APP” bħala “APP” = W1 x R1 + W2 x R2 + … + Wn x Rn.

4. Għal “proċessuri vettorjali”, Wi = 0,9. Għal “proċessuri nonvettorjali”, Wi = 0,3.

Nota 1:   Għal proċessuri li jwettqu operazzjonijiet komposti f’ċiklu, bħal addizzjoni u multiplikazzjoni, tingħadd kull operazzjoni.

Nota 2:   Għal proċessur pipeline ir-rata effettiva ta’ kalkolu R hija l-aktar veloċi bejn ir-rata pipeline, ladarba l-pipeline jimtela, u r-rata mhux pipeline.

Nota 3:   Ir-rata ta' kalkolu R għal kull proċessur kontribwenti għandha tiġi kkalkulata bil-valur massimu tiegħu teoretikament possibbli qabel ma tiġi derivata l-“APP” tal-kombinazzjoni. Operazzjonijiet simultanji huma assunti li jeżistu meta l-manifattur tal-kompjuter jafferma tħaddim jew eżekuzzjoni konkorrenti, paralleli jew simultanji f’manwal jew fuljett għall-kompjuter.

Nota 4:   Ma tinkludix proċessuri li huma limitati għal funzjonijiet ta’ input / output u dawk periferali (pereżempju disk drive, komunikazzjoni u displej tal-video) fil-kalkolu tal-“APP”.

Nota 5:   Valuri “APP” ma għandhomx jiġu kkalkulati għal kombinazzjonijiet ta’ proċessuri (inter)konnessi b’“Networks ta’ Żona Lokali”, Networks fuq Żona Wiesgħa, konnessjonijiet / apparat kondiviżi ta’ input / output, kontrolluri ta’ input / output u kull interkonnessjoni ta’ komunikazzjoni implimentata permezz ta’ “software”.

Nota 6:   Il-valuri ta’ “APP” iridu jiġu kkalkulati għal kombinazzjonijiet ta’ proċessuri li fihom proċessuri ddisinjati apposta sabiex itejbu l-prestazzjoni permezz tal-aggregazzjoni, it-tħaddim simultanju u l-kondiviżjoni tal-memorja;

Noti Tekniċi:

1.   Aggrega l-proċessuri u l-aċċeleraturi kollha li joperaw b’mod simultanju u li jinsabu fuq l-istess ċipp.

2.   Kombinazzjonijiet ta’ proċessuri jikkondividu l-memorja meta kwalunkwe proċessur ikun jista’ jaċċessa kwalunkwe post fil-memorja fis-sistema permezz tat-trażmissjoni mill-hardware ta’ linji tal-cache jew kliem ta’ memorja, mingħajr l-involviment ta’ kwalunkwe mekkaniżmu ta’ software, li jista’ jinkiseb bl-użu ta’ “assemblaġġi elettroniċi” speċifikati f’4A003.c.

Nota 7:   “Proċessur vettorjali” huwa definit bħala proċessur bi struzzjonijiet inkorporati li jwettaq kalkoli multipli simultanjament fuq vetturi b'punt li jvarja (arranġamenti f'dimensjoni waħda ta' numri ta' 64-bit jew akbar), li għandu mill-anqas 2 unitajiet funzjonali vettorjali u mill-inqas 8 reġistri vettorjali ta' mill-inqas 64 element kull wieħed.

KATEGORIJA 5 - TELEKOMUNIKAZZJONI U “SIGURTA TAL-INFORMAZZJONI”

Parti 1 - TELEKOMUNIKAZZJONI

Nota 1:   L-istatus ta’ kontroll ta’ komponenti, tagħmir għall-ittestjar u l-“produzzjoni” u “software” għalihom li huma ddisinjati apposta għal tagħmir jew sistemi tat-telekomunikazzjoni huwa determinat fil-Kategorija 5, Parti 1.

N.B.   Għal “lasers” iddisinjati apposta għal tagħmir jew sistemi tat-telekomunikazzjonijiet, ara 6A005.

Nota 2:   “Kompjuters diġitali”, tagħmir relatat jew “software”, meta essenzjali għat-tħaddim u s-sostenn tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni deskritt f’din il-Kategorija, huma kkunsidrati bħala komponenti ddisinjati apposta, sakemm dawn ikunu l-mudelli standard li normalment jiġu pprovduti mill-manifattur. Dan jinkludi sistemi ta’ kompjuters għall-operazzjoni, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni, l-inġinerija jew il-fatturazzjoni.

5A1Sistemi, Tagħmir u Komponenti

5A001Sistemi, tagħmir, komponenti u aċċessorji tat-telekomunikazzjoni, kif ġej:

a. 

Kull tip ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjoni li għandu xi karatteristika, funzjoni jew element milli ġejjin:

1. 

Iddisinjat apposta sabiex jirreżisti effetti elettroniċi tranżitorji jew effetti ta’ impulsi elettromanjetiċi, it-tnejn ikkawżati minn splużjoni nukleari;

2. 

Imwebbes apposta sabiex jirreżisti r-radjazzjoni gamma, newtronika jew jonika;

3. 

Iddisinjat apposta sabiex jopera f’temperatura ta’ inqas minn 218 K (– 55 °C); jew

4. 

Iddisinjat apposta sabiex jopera f’temperatura ta’ aktar minn 397 K (124°C);

Nota 1:   5A001.a.3. u 5A001.a.4. jikkontrollaw biss it-tagħmir elettroniku.

Nota 2:   5A001.a.2., 5A001.a.3. u 5A001.a.4 ma jikkontrollawx tagħmir iddisinjat jew modifikat għall-użu abbord satelliti.

b. 

Sistemi u tagħmir tat-telekomunikazzjoni, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom, li għandhom xi karatteristika, funzjoni jew element milli ġejjin:

1. 

Li jkunu sistemi ta’ komunikazzjoni mhux marbutin (untethered) ta’ taħt wiċċ l-ilma li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Frekwenza portanti akustika barra l-iskala minn 20 kHz sa 60 kHz;

b. 

Li jużaw frekwenza portanti elettromanjetika ta’ inqas minn 30 kHz;

c. 

Li jużaw tekniki elettroniċi sabiex jiddirieġu r-raġġi; jew

d. 

Li jużaw “lasers” jew dijodi li jemettu d-dawl (LED) b’tul ta’ mewġ ta’ ħruġ akbar minn 400 nm u anqas minn 700 nm, f’“netwerk ta’ żona lokali”;

2. 

Li jkunu tagħmir tar-radju li jopera fl-iskala ta’ frekwenzi minn 1,5 MHz sa 87,5 MHz u li jkollu dan kollu li ġej:

a. 

Previżjoni u selezzjoni awtomatika tal-frekwenzi u “rati ta’ trasferiment diġitali totali” għal kull kanal sabiex tiġi ottimizzata t-trażmissjoni; u

b. 

Jinkorporaw konfigurazzjoni ta’ amplifikatur ta’ enerġija lineari li jkollha kapaċità li ssostni sinjali multipli simultanjament bi produzzjoni ta’ enerġija ta’ 1 kW jew iżjed f’marġni ta’ frekwenza ta’ 1,5 MHz jew iżjed iżda inqas minn 30 MHz, jew 250 W jew iżjed fil-marġni ta’ frekwenza ta’ 30 MHz jew iżjed iżda ma taqbiżx 87,5 MHz, fuq “bandwidth istatanju” ta’ ottava wieħed jew iżjed u b’kontenut ta’ produzzjoni ta’ armonija u distorzjoni li jkun aħjar minn –80 dB;

3. 

Li jkunu tagħmir tar-radju li juża tekniki ta’ “spettru mifrux”, inklużi metodi ta’ “qbiż fil-frekwenzi”, minbarra dawk speċifikati f’5A001.b.4. u li għandhom xi wieħed/waħda milli ġejjin:

a. 

Kodiċi ta’ tifrix programmabbli mill-utent; jew

b. 

Wisa’ tal-banda trażmessa totali li tkun 100 darba jew iżjed daqs l-iskala ta’ frekwenzi ta’ xi wieħed mill-kanali ta’ informazzjoni u aktar minn 50 kHz;

Nota:   5A001.b.3.b. ma jikkontrollax tagħmir tar-radju ddisinjat apposta għall-użu ma’ xi wieħed/waħda milli ġejjin:

a. 

Sistemi ċellulari ċivili ta’ komunikazzjoni bir-radju; jew

b. 

Stazzjonijiet terrestri fissi jew mobbli permezz tas-satellita għal telekomunikazzjoni ċivili kummerċjali.

Nota:   5A001.b.3 ma jikkontrollax tagħmir iddisinjat sabiex jaħdem b’qawwa ta’ ħruġ ta’ 1 W jew inqas.

4. 

Li jkun tagħmir tar-radju li juża tekniki ta’ modulazzjoni ta’ banda ultrawiesgħa, li għandu kodiċi ta’ kanalizzazzjoni programmabbli mill-utent, kodiċi ta’ skrembiljar jew kodiċi ta’ identifikazzjoni tan-netwerk u b’xi wieħed/waħda milli ġejjin:

a. 

Wisa’ tal-banda ta’ aktar minn 500 MHz; jew

b. 

“Wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ 20 % jew aktar;

5. 

Li jkunu riċevituri tar-radju kkontrollati b’mod diġitali li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Aktar minn 1 000 stazzjon;

b. 

“Ħin għall-bdil tal-istazzjonijiet” ta’ inqas minn 1 ms;

c. 

Tiftix jew skennjar awtomatiku ta’ parti mill-ispettru elettromanjetiku; kif ukoll

d. 

Identifikazzjoni tas-sinjali riċevuti jew tat-tip tat-trażmettitur; jew

Nota:   5A001.b.5. ma jikkontrollax tagħmir tar-radju ddisinjat apposta għall-użu ma’ sistemi ċellulari ċivili ta’ komunikazzjoni bir-radju.

Nota Teknika:

“Ħin għall-bdil tal-istazzjonijiet” tfisser il-ħin (jiġifieri d-dewmien) li wieħed jieħu sabiex jibdel minn frekwenza riċeventi għal oħra, sabiex jasal fi jew madwar ±0,05 % tal-frekwenza riċeventi. Oġġetti bi skala ta’ frekwenza speċifikata ta’ anqas minn ±0,05 % madwar il-frekwenza ċentrali tagħhom huma ddefiniti bħala li mhumiex kapaċi jibdlu l-frekwenza tal-istazzjon.

6. 

Li jużaw funzjonijiet ta’ “proċessar tas-sinjali” diġitali sabiex jipprovdu ħruġ ta’ “kodifikazzjoni tal-vuċi” b’rati ta’ inqas minn 700 bit/s.

Noti Tekniċi:

1.   Għal “kodifikazzjoni tal-vuċi” b’rati varjabbli, 5A001.b.6. japplika għall-ħruġ tal-“kodifikazzjoni tal-vuċi” ta’ diskors kontinwu.

2.   Għall-fini ta’ 5A001.b.6., “kodifikazzjoni tal-vuċi” hija definita bħala t-teknika tat-teħid ta’ kampjuni tal-vuċi umana u l-konverżjoni sussegwenti ta’ dawn il-kampjuni f’sinjal diġitali, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tad-diskors uman.

c. 

Fibri ottiċi ta’ aktar minn 500 m tul, u speċifikati mill-manifattur bħala li huma kapaċi jirreżistu għal “test ta’ prova” ta’ tensjoni ta’ 2 × 109 N/m2 jew iżjed;

N.B.   Għal kejbils umbiliċi taħt wiċċ l-ilma, ara 8A002.a.3.

Nota Teknika:

“Test ta’ Prova”: ittestjar tal-produzzjoni on-line jew off-line li japplika dinamikament tensjoni preskritta fuq tul ta’ fibra ta’ 0,5 sa 3 m b’rata ta’ mixi ta’ 2 sa 5 m/s filwaqt li tgħaddi bejn argni ta’ dijametru ta’ madwar 150 mm. It-temperatura tal-ambjent hija 293 K (20 °C) nominali u l-umdità relattiva 40 %. Standards nazzjonali ekwivalenti jistgħu jintużaw għall-eżekuzzjoni tat-test ta’ prova.

d. 

“Antenni b’arranġament f’fażijiet orjentabbli elettronikament” kif ġej:

1. 

Ikklassifikati għall-operazzjoni ta’ aktar minn 31,8 GHz, iżda mhux iżjed minn 57 GHz, u li jkollhom Qawwa Effettiva Irradjata (Effective Radiated Power (ERP)) daqs jew iżjed minn +20 dBm (22,15 dBm Qawwa Iżotropika Radjata Effettiva (EIRP));

2. 

Ikklassifikati għall-operazzjoni ta’ aktar minn 57 GHz, iżda mhux aktar minn 66 GHz u li jkollhom ERP daqs jew iżjed minn +24 dBm (26,15 dBm EIRP);

3. 

Ikklassifikati għall-operazzjoni ta’ aktar minn 66 GHz, iżda mhux aktar minn 90 GHz u li jkollhom ERP daqs jew iżjed minn +20 dBm (22,15 dBm EIRP);

4. 

Ikklassifikati għall-operazzjoni ta’ aktar minn 90 GHz;

Nota 1:   5A001.d. ma jikkontrollax “antenni b’arranġament f’fażijiet orjentabbli elettronikament” għal sistemi ta’ nżul bi strumenti li jissodisfaw l-istandards ICAO li jkopru Sistemi ta’ Nżul Microwave (MLS).

Nota 2:   5A001.d. ma jikkontrollax antenni ddisinjati apposta għal xi wieħed/waħda milli ġejjin:

a. 

Sistemi ċellulari ċivili ta’ komunikazzjoni bir-radju jew WLAN;

b. 

IEEE 802.15 jew HDMI bla fili; jew

c. 

Stazzjonijiet terrestri fissi jew mobbli permezz tas-satellita għal telekomunikazzjoni ċivili kummerċjali.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 5A001.d “antenna b’arranġament f’fażijiet orjentabbli elettronikament” hija antenna li tifforma raġġ permezz ta’ fażi li takkoppja, (jiġifieri, id-direzzjoni tar-raġġ hija kkontrollata mill-koeffiċjenti ta’ aġitazzjoni kumplessi tal-elementi li jirradjaw) u d-direzzjoni ta’ dan ir-raġġ tista’ tiġi varjata fl-ażimut jew fl-elevazzjoni, jew fi tnejn, bl-applikazzjoni ta’ sinjal elettroniku (kemm fit-trażmissjoni kif ukoll fir-riċeviment).

e. 

Tagħmir tar-radju li jsib id-direzzjoni li jopera fuq frekwenzi ta’ aktar minn 30 MHz u li jkollu dan kollu li ġej, u l-komponenti ddisinjati apposta għalih:

1. 

“Wisa’ tal-banda istantanja” ta’ 10 MHz jew aktar; kif ukoll

2. 

Kapaċi jsib Linja tad-Direzzjoni (LOB) lejn trażmettituri tar-radju li mhumiex jikkoperaw b’durata ta’ sinjal ta’ inqas minn 1 ms;

f. 

Tagħmir ta’ inerċettazzjoni jew imblukkar ta’ telekomunikazzjoni mobbli, u t-tagħmir ta’ monitoraġġ għalih, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

1. 

Tagħmir ta’ interċettazzjoni ddisinjat għall-estrazzjoni tal-vuċi jew tad-data, trażmessa fuq l-interfaċċa tal-arja;

2. 

Tagħmir ta’ interċettazzjoni mhux speċifikat fi 5A001.f.1., iddisinjat għall-estrazzjoni tal-apparat tal-klijent jew l-identifikaturi tal-abbonat (pereżempju IMSI, TIMSI jew IMEI), sinjalar, jew metadata oħra trażmessa fuq l-interfaċċa tal-arja;

3. 

Tagħmir ta’ imblukkar elettroniku ddisinjat jew modifikat apposta sabiex b’mod intenzjonali u selettiv jinterferixxi, iċaħħad, irażżan, jiddegrada jew jiddevja servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli u jwettaq xi wieħed/waħda milli ġejjin:

a. 

Jissimula l-funzjonijiet ta’ tagħmir ta’ Netwerk ta’ Aċċess bir-Radju (RAN);

b. 

Jidentifika u jisfrutta l-karatteristiċi speċifiċi tal-protokoll tat-telekomunikazzjoni mobbli użat (pereżempju l-GSM); jew

c. 

Jisfrutta karatteristiċi speċifiċi tal-protokoll tat-telekomunikazzjoni mobbli użat (pereżempju l-GSM);

4. 

Tagħmir tal-monitoraġġ tal-frekwenza tar-radju (RF) ddisinjat jew modifikat sabiex jidentifika l-operazzjoni tal-oġġetti speċifikati fi 5A001.f.1., 5A001.f.2. jew 5A001.f.3.;

Nota:   5A001.f.1. u 5A001.f.2. ma jikkontrollaw l-ebda wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Tagħmir iddisinjat apposta għall-interċettazzjoni tar-Radju Mobbli Privat (Private Mobile Radio, PMR) analogu, IEEE 802.11 WLAN;

b. 

Tagħmir iddisinjat għall-operaturi tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni mobbli; jew

c. 

Tagħmir iddisinjat għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir jew sistemi tat-telekomunikazzjoni mobbli.

N.B.1.   ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

N.B.2.   Għal riċevituri tar-radju ara 5A001.b.5.

g. 

Sistemi jew tagħmir ta’ Lokalizzazzjoni Koerenti Passiva (PCL), iddisinjati apposta sabiex jidentifikaw u jsegwu oġġetti li jkunu mexjin billi jkejlu r-riflessjonijiet tal-emissjonijiet fl-ambjent tal-frekwenzi tar-radju, ipprovduti minn trażmettituri mhux radar;

Nota Teknika:

Trażmettituri mhux radar jistgħu jinkludu stazzjonijiet bażi tar-radju kummerċjali, tat-televiżjoni jew tat-telekomunikazzjoni ċellulari.

Nota:   5A001.g. ma jikkontrolla l-ebda wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Tagħmir radjuastronomiku; jew

b. 

Sistemi jew tagħmir, li jeħtieġu xi trażmissjoni bir-radju mill-mira.

h. 

Tagħmir għall-Ġlieda kontra l-Apparat Esplożiv Improvviżat (IED) u tagħmir relatat, kif ġej:

1. 

Tagħmir għat-trażmissjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RF), mhux speċifikat f’5A001.f., iddisinjat jew immodifikat biex jattiva qabel il-ħin jew jimpedixxi l-inizjazzjoni ta’ Apparat Splussiv Improvviżat (IEDs);

2. 

Tagħmir li juża tekniki ddisinjati biex jippermettu komunikazzjoni tar-radju fl-istess kanali ta’ frekwenza li fuqhom tagħmir kolokalizzat speċifikat fi 5A001.h.1. ikun qed jittrażmetti;

N.B.   ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

i. 

Mhux użat;

j. 

Sistemi jew tagħmir ta’ sorveljanza tal-komunikazzjoni tan-netwerk tal-Protokoll tal-Internet (IP), u komponenti ddisinjati apposta għalihom, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Jeżegwixxu dan kollu li ġej fuq netwerk tal-Protokoll tal-Internet (IP) carrier class (pereżempju s-sinsla (backbone) tal-grad nazzjonali tal-IP):

a. 

Analiżi tas-saff ta’ applikazzjoni (pereżempju s-Saff 7 tal-mudell ta’ Interkonnessjoni (OSI) ta’ Sistema Miftuħa (ISO/IEC 7498-1));

b. 

Estrazzjoni tal-metadata magħżula u l-kontenut tal-applikazzjoni (pereżempju vuċi, vidjo, messaġġi, annessi); kif ukoll

c. 

L-indiċjar tad-data estratta; u

2. 

Ikunu ddisinjati apposta sabiex jeżegwixxu dan kollu li ġej:

a. 

L-eżekuzzjoni tat-tiftix abbażi ta’ “kriterji restrittivi”; u

b. 

L-immappjar tan-netwerk relazzjonali ta’ individwu jew grupp ta’ nies.

Nota:   5A001.j. ma jikkontrollax sistemi jew tagħmir, iddisinjat apposta għal xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Fini tat-tqegħid fis-suq;

b. 

Kwalita tas-Servizz (QoS) tan-Netwerk; jew

c. 

Kwalità tal-Esperjenza (QoE).

5A101Tagħmir ta’ telemetrija u telekontroll, inkluż tagħmir fuq l-art, iddisinjat jew immodifikat għal “missili”.

Nota Teknika:

Fi 5A101 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu skala ta’ aktar minn 300 km.

Nota:   5A101 ma jikkontrollax:

a. 

Tagħmir iddisinjat jew modifikat għal inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ jew satelliti;

b. 

Tagħmir ibbażat għall-art iddisinjat jew modifikat għal applikazzjonijiet terrestri jew marittimi;

c. 

Tagħmir iddisinjat għal servizzi tal-GNSS kummerċjali, ċivili jew għas-“Sikurezza tal-Ħajja” (pereż. l-integrità tad-data , is-sikurezza tat-titjira);

5B1Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

5B001Tagħmir, komponenti u aċċessorji għall-ittestjar, l-ispezzjoni jew il-produzzjoni tat-telekomunikazzjoni, kif ġej:

a. 

Tagħmir u komponenti jew aċċessorji ddisinjati apposta għalih, iddisinjati apposta għall-“iżvilupp”, jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir, funzjonijiet jew elementi, speċifikati f’5A001;

Nota:   5B001.a. ma jikkontrollax tagħmir ta’ karatterizzazzjoni ta’ fibra ottika.

b. 

Tagħmir u komponenti jew aċċessorji ddisinjati apposta għalih, iddisinjati apposta għall-“iżvilupp” ta’ xi tagħmir tat-trażmissjoni jew tal-iswiċċjar tat-telekomunikazzjoni minn dawn li ġejjin:

1. 

Mhux użat;

2. 

Tagħmir li juża “laser” u li jkollu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Tul ta’ mewġ tat-trażmissjoni ta’ aktar minn 1 750  nm; jew

b. 

Mhux użat;

c. 

Mhux użat;

d. 

Juża tekniki analoġiċi u għandu wisa’ tal-banda ta’ aktar minn 2,5 GHz; jew

Nota:   5B001.b.2.d. ma jikkontrollax tagħmir iddisinjat apposta għall-“iżvilupp” ta’ sistemi ta’ televiżjoni kummerċjali.

3. 

Mhux użat;

4. 

Tagħmir tar-radju li juża tekniki tal-Modulazzjoni tal-Ampjezza tal-Ikkwadrar (QAM) ’il fuq mil-livell 1 024 ;

5. 

Mhux użat.

5C1Materjali

Xejn

5D1Software

5D001“Software” kif ġej:

a. 

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir, funzjonijiet jew elementi, speċifikati f’5A001;

b. 

Mhux użat;

c. 

“Software” speċifiku ddisinjat apposta jew modifikat sabiex jipprovdi karatteristiċi, funzjonijiet jew elementi ta’ tagħmir, speċifikat f’5A001 jew 5B001;

d. 

“Software” ddisinjat apposta jew immodifikat għall-“iżvilupp” ta’ xi tagħmir tat-trażmissjoni jew tal-iswiċċjar tat-telekomunikazzjoni minn dawn li ġejjin:

1. 

Mhux użat;

2. 

Tagħmir li juża “laser” u li jkollu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Tul ta’ mewġ tat-trażmissjoni ta’ aktar minn 1 750  nm; jew

b. 

Juża tekniki analoġiċi u għandu wisa’ tal-banda ta’ aktar minn 2,5 GHz; jew

Nota:   5D001.d.2.b. ma jikkontrollax “software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“iżvilupp” ta’ sistemi ta’ televiżjoni kummerċjali.

3. 

Mhux użat;

4. 

Tagħmir tar-radju li juża tekniki tal-Modulazzjoni tal-Ampjezza tal-Ikkwadrar (QAM) ’il fuq mil-livell 1 024 .

e. 

“Software”, minbarra dak speċifikat f’5D001.a. jew f’5D001.c., iddisinjat apposta jew immodifikat għall-monitoraġġ jew għall-analiżi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, li jipprovdi dan kollu li ġej:

1. 

L-eżekuzzjoni tat-tiftix abbażi ta’ “kriterji restrittivi” kemm għall-kontenut ta’ komunikazzjoni u kemm għall-metadata miksuba minn fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni bl-użu ta’ “interfaċċi għal handover”; u

2. 

L-immappjar tan-network relazzjonali jew l-ittraċċar tal-moviment ta’ individwi fil-mira abbażi tar-riżultati ta’ tfittxijiet fuq il-kontenut ta’ komunikazzjoni jew ta’ metadata jew ta’ tfittxijiet kif deskritt f’5D001.e.1.

Noti Tekniċi:

1. 

Għall-finijiet ta’ 5D001.e., “interfaċċa għal handover” hija interfaċċja fiżika u loġika, iddisinjata għall-użu minn awtorità tal-infurzar tal-liġi awtorizzata, li fiha jintalbu miżuri ta’ interċettazzjoni mmirati mingħand fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni, u r-riżultati tal-interċettazzjoni jingħataw minn fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni lill-awtorità rikjedenti. L-“interfaċċa għal handover” hija implimentata f’tagħmir jew sistemi (pereżempju apparat ta’ medjazzjoni) li jirċievu u jivvalidaw it-talba ta’ interċettazzjoni, u li jagħtu lill-awtorità rikjedenti r-riżultati ta’ interċettazzjoni li jissodisfaw it-talba vvalidata biss.

2. 

“L-interfaċċi għal Handover” jistgħu jiġu speċifikati minn standards internazzjonali (inklużi iżda mhux biss ETSI TS 101 331 , ETSI TS 101 671 , 3GPP TS 33.108) jew skont ekwivalenti nazzjonali.

Nota:   5D001.e. ma jikkontrollax “software” ddisinjat apposta jew immodifikat għal xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Għall-finijiet ta’ ħlas;

b. 

Għall-kwalità tas-Servizz (QoS) tan-Netwerk;

c. 

Għall-kwalità tal-Esperjenza (QoE);

d. 

Għal-apparati ta’ medjazzjoni; jew

e. 

Għall-pagamenti b’mezz mobbli jew għall-użu bankarju.

5D101“Software” iddisinjat apposta jew immodifikat għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat f’5A101.

5E1Teknoloġija

5E001“Teknoloġija” kif ġej:

a. 

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” (eskluża l-operazzjoni) ta’ tagħmir, funzjonijiet jew elementi speċifikati f’5A001 jew “software” speċifikat f’5D001.a. jew 5D001.e.;

b. 

“Teknoloġija” speċifika, kif ġej:

1. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjoni ddisinjat apposta sabiex jintuża abbord is-satelliti;

2. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew l-“użu” ta’ tekniki ta’ komunikazzjoni bil-“laser” bil-kapaċità li awtomatikament jakkwistaw u jittraċċaw is-sinjali u jżommu l-komunikazzjoni b’mezzi barra mill-atmosfera jew taħt wiċċ l-ilma;

3. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” ta’ tagħmir riċevitur diġitali għal stazzjon bażi tar-radju ċellulari li l-kapaċitajiet tiegħu ta’ riċezzjoni li jippermettu operazzjoni multibanda, multikanali, multimodali, b’algoritmu multikodiċi jew multiprotokoll jistgħu jiġu modifikati permezz ta’ bidliet fis-“software”;

4. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” ta’ metodi “spettru mifrux”, inklużi tekniki ta’ “qbiż minn frekwenza għal oħra”;

Nota:   5E001.b.4. ma jikkontrollax it-“teknoloġija” għall-“iżvilupp” ta’ xi wieħed/waħda minn dan li ġej:

a. 

Sistemi ċellulari ċivili ta’ komunikazzjoni bir-radju; jew

b. 

Stazzjonijiet terrestri fissi jew mobbli permezz tas-satellita għal telekomunikazzjoni ċivili kummerċjali.

c. 

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Mhux użat;

2. 

Tagħmir li juża “laser” u li jkollu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Tul ta’ mewġ tat-trażmissjoni ta’ aktar minn 1 750  nm; jew

b. 

Mhux użat;

c. 

Mhux użat;

d. 

Juża tekniki ta’ multiplexing b’diviżjoni tat-tul ta’ mewġa ta’ trasportaturi ottiċi spazjati inqas minn 100 GHz; jew

e. 

Juża tekniki analoġiċi u għandu wisa’ tal-banda ta’ aktar minn 2,5 GHz;

Nota:   5E001.c.2.e. ma jikkontrollax “teknoloġija” għal sistemi ta’ televiżjoni kummerċjali.

N.B.   Għal “teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir bil-laser li mhux tat-telekomunikazzjoni, ara 6E.

3. 

Tagħmir li juża “swiċċjar ottiku” u li għandu ħin ta’ swiċċjar ta’ inqas minn 1 ms;

4. 

Tagħmir tar-radju b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Tekniki tal-Modulazzjoni tal-Ampjezza tal-Ikkwadrar (QAM) ’il fuq mil-livell 1 024 ;

b. 

Li jopera fi frekwenzi input / output ta’ aktar minn 31,8 GHz; jew

Nota:   5E001.c.4.b. ma jikkontrollax “teknoloġija” għal tagħmir iddisinjat jew modifikat għal operazzjoni f’xi wisa’ tal-banda li tkun “allokata mill-ITU” għal servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju, iżda mhux għal-lokalizzazzjoni bir-radju.

c. 

Jopera fil-banda minn 1,5 MHz sa 87,5 MHz u jinkorpora tekniki adattivi li jipprovdu trażżin ta’ aktar minn 15 dB ta’ sinjal ta’ interferenza; jew

5. 

Mhux użat;

6. 

Tagħmir mobbli li għandu dan kollu li ġej:

a. 

Jopera f’tul ta’ mewġ ottiku ikbar minn jew daqs 200 nm u inqas minn jew daqs 400 nm; kif ukoll

b. 

Jopera bħala “netwerk ta’ erja lokali”;

d. 

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ amplifikaturi b’Ċirkwit Integrat Monolitiku b’Microwaves (“MMIC”) iddisinjati apposta għat-telekomunikazzjoni u li huma xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 5E001.d., il-parametru tal-ogħla output ta’ enerġija saturata jista’ jissemma’ wkoll fuq karti tad-data dwar il-prodott bħala output ta’ enerġija, output ta’ enerġija saturata, output ta’ enerġija massima, l-ogħla output ta’ enerġija, jew l-ogħla output ta’ enerġija output.

1. 

Previsti għall-operazzjoni fi frekwenzi li jaqbżu 2,7 GHz sa u inkluż 6,8 GHz b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 15 %, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 75 W (48,75 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 2,7 GHz sa u inkluż 2,9 GHz;

b. 

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 55 W (47,4 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 2,9 GHz sa u inkluż 3,2 GHz;

c. 

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 40 W (46 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 3,2 GHz sa u inkluż 3,7 GHz; jew

d. 

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 20 W (43 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 3,7 GHz sa u inkluż 6,8 GHz;

2. 

Previsti għal tħaddim fi frekwenzi li jaqbżu 6,8 GHz sa u inkluż 16 GHz b’“faxxa tal-frekwenza frazzjonali” ta’ aktar minn 10 %, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 10W (40 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 6,8 GHz sa u inkluż 8,5 GHz; jew

b. 

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 5W (37 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 8,5 GHz sa u inkluż 16 GHz;

3. 

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 3 W (34,77 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 16 GHz sa u inkluż 31,8 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 10%;

4. 

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 0,1 nW (– 70 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 31,8 GHz sa u inkluż 37 GHz;

5. 

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 1 W (30 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 37 GHz sa u inkluż 43,5 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 10%;

6. 

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 31,62 mW (15 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 43,5 GHz sa u inkluż 75 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 10%;

7. 

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 10 mW (10 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 75 GHz sa u inkluż 90 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 5 %; jew

8. 

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 0,1 nW (– 70 dBm) bi kwalunkwe frekwenza ta’ aktar minn 90 GHz;

e. 

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ apparat elettroniku u ċirkwiti, iddisinjati apposta għat-telekomunikazzjoni u li fihom komponenti mmanifatturati minn materjali “superkonduttivi”, iddisinjati apposta għal tħaddim f’temperaturi taħt “it-temperatura kritika” ta’ mill-anqas wieħed mill-kostitwenti “superkonduttivi”, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Swiċċjar tal-kurrent għal ċirkwiti diġitali li jużaw bibien “superkonduttivi” bir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ħin ta’ dewmien għal kull bieb (f’sekondi) bil-ħela ta’ qawwa għal kull bieb (f’watts) ta’ anqas minn 10-14 J; jew

2. 

Għażla tal-frekwenza fil-frekwenzi kollha bl-użu ta’ ċirkwiti reżonanti b’valuri Q ta’ aktar minn 10 000 .

5E101“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir speċifikat f’5A101.

Parti 2 - “SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI”

Nota 1:   Mhux użat.

Nota 2:   Il-Kategorija 5 – Parti 2 ma tikkontrollax il-prodotti meta jakkumpanjaw lill-utent tagħhom għall-użu personali tal-utent.

Nota 3:   Nota Kriptografika

5A002, 5D002.a.1., 5D002.b. u 5D002.c.1. ma jikkontrollawx l-oġġetti li ġejjin:

a. 

Oġġetti li jissodisfaw dan kollu li ġej:

1. 

Ikunu ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħu, mingħajr restrizzjoni, mill-ħażna f’postijiet tal-bejgħ lill-konsumaturi permezz ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Tranżazzjonijiet fil-ħwienet;

b. 

Tranżazzjonijiet permezz ta’ ordnijiet bil-posta;

c. 

Tranżazzjonijiet elettroniċi; jew

d. 

Tranżazzjonijiet bit-telefon;

2. 

Il-funzjonalità kriptografika ma tistax tinbidel faċilment mill-utent;

3. 

Ikun iddisinjat għall-installazzjoni mill-utent mingħajr sostenn sostanzjali ulterjuri mill-fornitur; kif ukoll

4. 

Fejn ikun meħtieġ, id-dettalji tal-oġġetti jkunu aċċessibbli u jingħataw, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-UE fejn ikun stabbilit l-esportatur sabiex tkun żgurata l-osservanza tal-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi minn 1 sa 3 hawn fuq;

b. 

Komponenti tal-hardware jew “software eżegwibbli” ta’ oġġetti eżistenti deskritti fil-paragrafu a. ta’ din in-Nota, li ġew iddisinjati għal dawn l-oġġetti eżistenti, li jissodisfaw dan kollu li ġej:

1. 

Is-“sigurtà tal-informazzjoni” ma tkunx il-funzjoni primarja jew sett ta’ funzjonijiet tal-komponent jew “software eżegwibbli”;

2. 

Il-komponent jew is-“software eżegwibbli” ma jibdel l-ebda funzjonalità kriptografika tal-oġġetti eżistenti, jew iżid funzjonalità kriptografika ġdida mal-oġġetti eżistenti;

3. 

Is-sett ta’ elementi tal-komponent jew “software eżegwibbli” ikun fiss u ma jkunx iddisinjat jew modifikat għall-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent; kif ukoll

4. 

Meta jkun meħtieġ, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-UE li fih l-esportatur ikun stabbilit, id-dettalji tal-komponent jew tas-“software eżegwibbli” u d-dettalji tal-oġġetti finali relevanti jkunu aċċessibbli u jingħataw lill-awtorità kompetenti meta dawn jintalbu, sabiex tkun żgurata l-osservanza tal-kundizzjonijiet deskritti hawn fuq.

Nota Teknika:

Għall-finijiet tan-Nota Kriptografika, is-“software eżegwibbli” tfisser “software” f’forma eżegwibbli, minn komponent eżistenti tal-hardware eskluż minn 5A002 permezz tan-Nota Kriptografika.

Nota:   “Software eżegwibbli” ma jinkludix immaġnijiet kompluti tas-sistemi binarji tas-“software” li jaħdem fuq oġġett finali.

Nota għan-Nota Kriptografika:

1.   Sabiex jiġi ssodisfat il-paragrafu a. tan-Nota 3, irid japplika dan kollu li ġej:

a. 

L-oġġett ikun ta’ interess potenzjali għal firxa wiesgħa ta’ individwi u negozji; kif ukoll

b. 

Il-prezz u l-informazzjoni dwat il-funzjonalità prinċipali tal-oġġett ikunu disponibbli qabel ix-xiri mingħajr il-ħtieġa li jiġu kkonsultati x-xerrej jew il-fornitur. Mistoqsija sempliċi dwar il-prezz ma titqiesx bħala konsultazzjoni.

2.   Sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà tal-paragrafu a. tan-Nota 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu kont tal-fatturi relevanti bħall-kwantità, il-prezz, il-ħila teknika meħtieġa, il-kanali eżistenti tal-bejgħ, il-klijenti tipiċi, l-użu tipiku jew kull prattika ta’ esklużjoni tal-fornitur.

5A2Sistemi, Tagħmir u Komponenti

5A002Sistemi tas-“sigurtà tal-informazzjoni” u t-tagħmir u l-komponenti għalihom, kif ġej:

N.B.   Għall-kontroll ta’ Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) li jirċievu tagħmir li jkun fih jew juża deċifrar, ara 7A005 u għal “software” u “teknoloġija” relatati mad-deċifrar ara 7D005 u 7E001.

a. 

Iddisinjat jew immodifikat biex juża “kriptografija għall-kunfidenzjalità tad-data” li jkollu “algoritmu tas-sigurtà deskritt”, fejn din il-kapaċità kriptografika tkun utilizzabbli, tkun ġiet attivata, jew tista’ tiġi attivata b’kull mezz ieħor għajr l-“attivazzjoni kriptografika” sigura, kif ġej:

1. 

Oġġetti bis-“sigurtà tal-informazzjoni” bħala l-funzjoni primarja;

2. 

Sistemi, tagħmir jew komponenti ta’ netwerking jew komunikazzjoni diġitali, mhux speċifikati f’5A002.a.1.;

3. 

Kompjuters, oġġetti oħra li jaħżnu jew jipproċessaw l-informazzjoni bħala funzjoni primarja, u komponenti tagħhom, mhux speċifikati f’5A002.a.1. jew 5A002.a.2.;

N.B.   Għal sistemi operattivi, ara wkoll 5D002.a.1. u 5D002.c.1.

4. 

Oġġetti, mhux speċifikati f’5A002.a.1. sa 5A002.a.3., fejn il-“kriptografija għall-kunfidenzjalità tad-data” li jkollha “algoritmu tas-sigurtà deskritt” tissodisfa dan kollu li ġej:

a. 

Tappoġġa funzjoni mhux primarja tal-oġġett; u

b. 

Issir minn tagħmir inkorporat jew “software” illi kieku kien oġġett waħdu, kien ikun speċifikat fil-Kategorija 5 – Parti 2.

Noti Tekniċi:

1.   Għall-finijiet ta’ 5A002.a., “kriptografija għall-kunfidenzjalità tad-data” tfisser “kriptografija” li tħaddem tekniki diġitali u li taqdi kwalunkwe funzjoni kriptografika imma li ma tkunx wieħed/waħda minn dawn ġejjin:

a. 

“Awtentiċità”;

b. 

Firma Diġitali;

c. 

Integrità tad-data;

d. 

Nonripudju;

e. 

Ġestjoni tad-drittijiet diġitali, inkluż l-eżekuzzjoni ta’ “software” protett mill-ikkuppjar;

f. 

Kriptaġġ jew dekriptaġġ b’appoġġ għal xandiriet kummerċjali tal-massa, divertiment jew il-ġestjoni ta’ rekords mediċi; jew

g. 

Ġestjoni tal-kodiċi b’appoġġ għal kwalunkwe funzjoni deskritta fil-paragrafi a. sa f. iktar ’il fuq.

2.   Għall-finijiet ta’ 5A002.a., “algoritmu tas-sigurtà deskritt” tfisser xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Algoritmu simetriku” li juża tul tal-kodiċi li jaqbeż is-56 bit, li ma jinkludux bits ta’ parità;

b. 

“Algoritmu asimetriku” fejn is-sigurtà tal-algoriżmu tkun ibbażata fuq xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Fatturazzjoni ta’ numri sħaħ ta’ aktar minn 512-il bit (eż., RSA);

2. 

Kalkolu ta’ logaritmi diskreti fi grupp multiplikattiv ta’ kamp finit ta’ daqs ikbar minn 512-il bit (eż., Diffie-Hellman fuq Z/pZ); jew

3. 

Logaritmi diskreti fi grupp minbarra dak imsemmi fil-paragrafu b.2. ta’ aktar minn 112-il bit (eż., Diffie-Hellman fuq kurva ellittika). jew

c. 

“Algoritmu asimetriku” fejn is-sigurtà tal-algoriżmu tkun ibbażata fuq xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

L-iqsar vettur jew l-eqreb problemi vettorjali assoċjati mat-tilqit (pereż. Newma, Frodo, NTRUEncrypt, Kyber, Titanju);

2. 

Sejbien tal-istess oriġini bejn il-kurvi ta’ ellittika Supersingulari (eż., Enkapsulazzjoni ta’ Kodiċi tal-Istess Oriġini Supersingulari); jew

3. 

Deċifrar aleatorju ta’ kodiċi (eż., McEliece, Niederreiter).

Nota Teknika:

Algoritmu deskritt fin-Nota Teknika 2.c. jista’ jingħad li huwa post-kwantum, sigur għall-kwantum jew reżistenti għall-kwantum.

Nota 1:   Meta jkun neċessarju kif iddeterminat mill-awtorità xierqa f’pajjiż l-esportatur, id-dettalji tal-oġġetti jridu jkunu aċċessibbli u pprovduti lill-awtorità wara talba, biex jiġi stabbilit kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Jekk l-oġġett jissodisfax il-kriterji ta’ minn 5A002.a.1. sa 5A002.a.4.; jew

b. 

Jekk il-kapaċità kriptografika għall-kunfidenzjalità tad-data speċifikata minn 5A002.a tkun utilizzabbli mingħajr “attivazzjoni kriptografika”.

Nota 2:   5A002.a. ma jikkontrolla l-ebda mill-oġġetti li ġejjin, jew komponenti ta’ “sigurtà tal-informazzjoni” ddisinjati apposta tagħhom:

a. 

Smart cards u “tagħmir għall-qari u l-kitba” tal-ismart cards kif ġej:

1. 

Smart card jew dokument personali li jinqara elettronikament (pereżempju token coin, passaport elettroniku) li jissodisfa xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Il-kapaċità kriptografika tissodisfa dan kollu li ġej:

1. 

Hija ristretta għall-użu ta’ kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Tagħmir jew sistemi mhux deskritti f’minn 5A002.a.1. sa 5A002.a.4.;

b. 

Tagħmir jew sistemi li ma jużawx “kriptografija għall-kunfidenzjalità tad-data” li jkollha “algoritmu tas-sigurtà deskritt”; jew

c. 

Tagħmir jew sistemi, ħlief minn 5A002.a., mill-paragrafi b. sa f. ta’ din in-Nota; u

2. 

Ma tista’ tiġi pprogrammata mill-ġdid għall-ebda użu ieħor; jew:

b. 

Għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Iddisinjat apposta u limitat biex jippermetti l-protezzjoni tad-“data personali” maħżuna fih;

2. 

Kien, jew jista’ biss ikun, personalizzat għal tranżazzjonijiet pubbliċi jew kummerċjali jew għall-identifikazzjoni individwali; u

3. 

Meta l-kapaċità kriptografika mhix aċċessibbli għall-utent;

Nota Teknika:

“Data Personali” tinkludi kull data speċifika għal persuna jew entità partikolari, pereżempju l-ammont ta’ flus maħżuna u d-data meħtieġa għall-“awtentikazzjoni”.

2. 

“Tagħmir għall-qari u l-kitba” ddisinjat apposta jew immodifikat, u limitat, għal oġġetti speċifikati fil-paragrafu a.1. ta’ din in-Nota.

Nota Teknika:

“Tagħmir għall-qari u l-kitba” jinkludi tagħmir li jikkomunika ma’ smart cards jew dokumenti li jinqraw elettronikament permezz ta’ netwerk.

b. 

Tagħmir kriptografiku ddisinjat u limitat apposta għall-użu bankarju jew għal “tranżazzjonijiet ta’ flus”;

Nota Teknika:

“Tranżazzjonijiet ta’ flus” f’5A002.a. Nota 2.b. tinkludi l-ġbir u l-ħlas ta’ tariffi jew funzjonijiet ta’ kreditu.

c. 

Radjutelefoni portabbli jew mobbli għal użu ċivili (eż., għal użu ma’ sistemi ta’ komunikazzjoni bir-radju ċellulari ċivili kummerċjali) li ma jkunux kapaċi jittrażmettu data kkodifikata direttament lil radjutelefoni jew tagħmir oħrajn (minbarra t-tagħmir tan-Netwerk ta’ Aċċess bir-Radju (RAN)), jew li jgħaddu data kkodifikata permezz ta’ tagħmir tar-RAN (eż., il-Kontrollur tan-Netwerk tar-Radju (RNC) jew il-Kontrollur tal-Istazzjon Bażi (BSC));

d. 

Tagħmir tat-telefon bla fili li ma jkunx kapaċi jikkodifika min-naħa għall-oħra fejn l-iskala effettiva massima ta’ operazzjoni bla fili mhux imsaħħa (jiġifieri, qabża waħda mhux ritrażmessa bejn it-terminal u l-istazzjon bażi) tkun inqas minn 400 metru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur;

e. 

Radjutelefoni portabbli jew mobbli u apparat wireless tal-klijenti simili, għal użu ċivili, li jimplimentaw biss standards kriptografiċi ppubblikati jew kummerċjali (minbarra l- funzjonijiet kontra l-piraterija, li jistgħu ma jkunux ippubblikati) u, kif ukoll, li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi a.2. sa a.4. tan-Nota Kriptografika (Nota 3 fil-Kategorija 5, Parti 2) li jkunu ġew adattati għal applikazzjoni speċifika tal-industrija ċivili b’elementi li ma jaffettwawx il-funzjonalità kriptografika ta’ dan l-apparat mhux adattat oriġinali;

f. 

Oġġetti, li għalihom il-funzjonalità tas-“sigurtà tal-informazzjoni” tkun limitata għall-funzjonalità ta’ “netwerk ta’ żona personali” bla fili, u li jimplimentaw standards kriptografiċi ppubblikati jew kumerċjali biss;

g. 

Tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli tan-Netwerk ta’ Aċċess bir-Radju (RAN) iddisinjat għall-użu ċivili, li jissodisfa ukoll id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi minn a.2. sa a.4. tan-Nota Kriptografika (in-Nota 3 fil-Kategorija 5, il-Parti 2), b’potenza tal-output RF limitata għal 0,1W (20 dBm) jew inqas, u li jappoġġa 16-il utent fl-istess waqt jew anqas.

h. 

Routers, swiċċijiet, gateways u relays, fejn il-funzjonalità tas-“sigurtà tal-informazzjoni” hija limitata għal kompiti ta’ “Operazzjonijiet, Amministrazzjoni jew Manutenzjoni” (“OAM”) li jimplimentaw biss standards kriptografiċi ppubblikati jew kummerċjali; jew

i. 

Apparat tal-kompjuter jew servers bi skopijiet ġenerali fejn il-funzjonalità tas-“sigurtà tal-informazzjoni” tissodisfa dan kollu li ġej:

1. 

Tuża biss standards kriptografiċi ppubblikati jew kummerċjali; kif ukoll

2. 

Tkun xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Parti integrali ta’ CPU li jissodisfa d-dispożizzjonijiet tan-Nota 3 fil-Kategorija 5 – il-Parti 2;

b. 

Integrali għal sistema operattiva, li mhijiex speċifikata f’5D002; jew

c. 

Limitata għall-kompiti ta’ “OAM” tat-tagħmir.

j. 

Partiti ddiżinjati apposta għal “applikazzjoni tal-industrija ċivili”, li jissodisfaw dan kollu li ġej:

1. 

Li huma xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

apparat ta’ punt terminali li jista’ jaqbad ma’ netwerk li jissodisfa kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Il-funzjonalità tas-“sigurtà tal-informazzjoni” hija limitata għal “data mhux arbitrarja” jew għal kompiti ta’ “Operazzjonijiet, Amministrazzjoni jew Manutenzjoni” (“OAM”); jew

2. 

L-apparat huwa limitat għal “applikazzjoni tal-industrija ċivili konnessa” speċifika; jew

b. 

Apparat li jaqbad ma’ netwerk li jissodisfa dan kollu li ġej:

1. 

Ikun ddisinjat apposta biex jikkomunika mal-apparat speċifikat fil-paragrafu j.1.a. hawn fuq; u

2. 

Il-funzjonalità tas-“sigurtà tal-informazzjoni” hija limitata biex tappoġġa l-“applikazzjoni tal-industrija ċivili konnessa” ta’ apparati speċifikati fil-paragrafu j.1.a. hawn fuq, jew il-kompiti ta’ “OAM” ta’ dan it-tagħmir ta’ netwerking jew ta’ partiti oħrajn speċifikati fil-paragrafu j. ta’ din in-Nota; u

2. 

Fejn il-funzjonalità tas-“sigurtà tal-informazzjoni” timplimenta biss standards kriptografiċi ppubblikati jew kummerċjali, u l-funzjonalità kriptografika ma tistax tinbidel faċilment mill-utent;

Noti Tekniċi:

1.   “Applikazzjoni ta’ industrija ċivili konnessa” tfisser applikazzjoni ta’ industrija tal-konsumatur jew ċivili konnessa ma’ netwerk appart minn “sigurtà tal-informazzjoni”, komunikazzjoni diġitali, netwerking ta’ għanijiet ġenerali jew informatika.

2.   “Data mhux arbitrarja” tfisser data tas-sensor jew metraġġ direttament relatata mal-istabbiltà, il-prestazzjoni jew il-kejl fiżiku ta’ sistema (eż. it-temperatura, il-pressjoni, ir-rata tal-fluss, il-massa, il-volum, il-vultaġġ, il-post fiżiku eċċ.), li ma tistax tinbidel mill-utent tal-apparat.

b. 

Li jkun “token ta’ attivazzjoni kriptografika”;

Nota Teknika:

“Token ta’ attivazzjoni kriptografika” huwa oġġett iddisinjat jew modifikat għal kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Jikkonverti, permezz ta’ “attivazzjoni kriptoloġika”, oġġett mhux speċifikat fil-Kategorija 5 – Parti 2 f’oġġett speċifikat f’5A002.a. jew f’5D002.c.1., u li ma ġiex eżentat permezz tan-Nota Kriptografika (Nota 3 fil-Kategorija 5 – Parti 2) jew

2. 

Jippermetti, permezz ta’ “attivazzjoni kriptografika”, il-kisba ta’ funzjonalità addizzjonali speċifikata f’5A002.a. fir-rigward ta’ oġġett diġà speċifikat fil-Kategorija 5 – Parti 2;

c. 

Iddisinjat jew immodifikat sabiex juża jew jeżegwixxi “kriptografija kwantika”;

Nota Teknika:

“Kriptografija kwantika” hija magħrufa wkoll bħala Distribuzzjoni Kwantika taċ-Ċavetta (QKD).

d. 

Iddisinjat jew immodifikat sabiex juża tekniki kriptografiċi sabiex ikunu ġġenerati kodiċi ta’ kanalizzazzjoni, kodiċi ta’ skrembiljar jew kodiċi ta’ identifikazzjoni tan-netwerk, għal sistemi li jużaw tekniki ta’ modulazzjoni ta’ banda ultrawiesgħa u b’xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

Wisa’ tal-banda ta’ aktar minn 500 MHz; jew

2. 

“Wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ 20 % jew aktar;

e. 

Iddisinjati jew immodifikati sabiex jużaw tekniki kriptografiċi sabiex ikun iġġenerat il-kodiċi tat-tifrix għal sistemi ta’ “spettru mifrux”, minbarra dawk speċifikati f’5A002.d., inkluż il-kodiċi tal-qbiż għal sistemi ta’ “qbiż minn frekwenza għal oħra”.

5A003Sistemi, tagħmir u komponenti għas-“sigurtà tal-informazzjoni” mhux kriptografika, kif ġej:

a. 

Sistemi ta’ kejbil għall-komunikazzjoni ddisinjati jew immodifikati li jużaw mezzi mekkaniċi, elettriċi jew elettroniċi sabiex jidentifikaw intrużjonijiet bil-moħbi;

Nota:   5A003.a. biss jikkontrolla s-sigurtà tas-saff fiżiku. Għall-fini ta’ 5A003.a., is-saff fiżiku jinkludi s-Saff 1 tal-Mudell Referenzjali ta’ Interkonnessjoni ta’ Sistema Miftuħa (OSI )(ISO/IEC 7498-1).

b. 

Iddisinjati apposta jew modifikati sabiex inaqqsu l-ħruġ kompromettenti ta’ sinjali li jkun fihom informazzjoni lil hinn minn dak li hu meħtieġ għall-istandards ta’ saħħa, sikurezza jew interferenza elettromanjetika;

5A004Sistemi, tagħmir u komponenti għas-“sigurtà tal-informazzjoni”, kif ġej:

a. 

Iddisinjati jew immodifikati sabiex jeżegwixxu “funzjonijiet kriptanalitiċi”.

Nota:   5A004.a. jinkludi sistemi jew tagħmir, iddisinjat jew immodifikat sabiex jeżegwixxi l-“funzjonijiet kriptoanalitiċi” permezz ta’ retro inġinerija.

Nota Teknika:

“Funzjonijiet kriptanalitiċi” huma funzjonijiet maħsuba biex jegħlbu mekkaniżmi kriptografiċi biex toħroġ varjabbli konfidenzjali jew data sensittiva, inkluż test ċar, passwords jew ċwievet kriptografiċi.

b. 

Oġġetti, mhux speċifikati f’4A005 jew 5A004.a., iddisinjati biex iwettqu dan kollu li ġej:

1. 

Data mhux ipproċessata estratta” minn apparat tal-computing jew tal-komunikazzjoni; u

2. 

Jiġu evitati l-kontrolli ta’ “awtentikazzjoni” jew ta’ awtorizzazzjoni tal-apparat, sabiex titwettaq il-funzjoni deskritta f’5A004.b.1.

Nota Teknika:

“Data mhux ipproċessata estratta” minn apparat tal-computing jew tal-komunikazzjoni tfisser li tiġi rkuprata data binarja minn mezz tal-ħżin (pereż. minn RAM, memorja flash jew hard disk) tal-apparat mingħajr ma tiġi interpretata mis-sistema operattiva jew mis-sistema tal-fajls tal-apparat.

Nota 1:   5A004.b. ma jikkontrollax sistemi jew tagħmir iddisinjati apposta għall-“iżvilupp” jew għall-“produzzjoni” ta’ apparat tal-computing jew tal-komunikazzjoni.

Nota:   5A004.b. ma jinkludix:

a. 

Programmi għat-tneħħija ta’ bugs, iperviżuri;

b. 

Elementi limitati għall-estrazzjoni tad-data loġika;

c. 

Oġġetti għall-estrazzjoni tad-data billi titneħħa ċ-ċippa mill-apparat (chip-off) jew bil-JTAG; jew

d. 

Oġġetti ddisinjati apposta u limitati għall-jail-breaking jew għar-rooting.

5B2Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

5B002Tagħmir għall-ittestjar, l-ispezzjoni u l-“produzzjoni”, kif ġej:

a. 

Tagħmir iddisinjat apposta għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir speċifikat f’5A002 5A003, 5A004 jew 5B002.b.;

b. 

Tagħmir għall-kejl iddisinjat apposta sabiex ikunu evalwati u vvalidati l-funzjonijiet tas-“sigurtà tal-informazzjoni” ta’ tagħmir speċifikat f’5A002, 5A003 jew 5A004, jew ta’ “software” speċifikat f’5D002.a. jew 5D002.c.

5C2Materjali

Xejn.

5D2Software

5D002“Software” kif ġej:

a. 

“Software” ddisinjat apposta jew modifikat għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ kwalunkwe wieħed milli ġejjin:

1. 

Tagħmir speċifikat f’5A002 jew “software” speċifikat f’5D002.c.1.;

2. 

Tagħmir speċifikat f’5A003 jew “software” speċifikat f’5D002.c.2.; jew

3. 

Tagħmir jew “software”, kif ġej:

a. 

Tagħmir speċifikat f’5A004.a. jew “software” speċifikat f’5D002.c.3.a.;

b. 

Tagħmir speċifikat f’5A004.b. jew “software” speċifikat f’5D002.c.3.b.

b. 

“Software” li għandu l-karatteristiċi ta’ “token ta’ attivazzjoni kriptografika” speċifikat f’ 5A002.b.

c. 

“Software” li jkollu l-karatteristiċi, jew li jeżegwixxi jew jissimula l-funzjonijiet ta’ kwalunkwe wieħed milli ġejjin:

1. 

Tagħmir speċifikat f’5A002.a, 5A002.c., 5A002.d. jew 5A002.e.;

Nota:   5D002.c.1. ma jikkontrollax “software” limitat għal kompiti ta’ “OAM” li jimplimenta biss standards kriptografiċi ppubblikati jew kummerċjali.

2. 

Tagħmir speċifikat f’5A003; jew

3. 

Tagħmir, kif ġej:

a. 

It-tagħmir speċifikat f’5A004.a.

b. 

It-tagħmir speċifikat f’5A004.b.

Nota:   5D002.c.3.b. ma jikkontrollax “is-software ta’ intrużjoni”.

d. 

Mhux użat.

5E2Teknoloġija

5E002“Teknoloġija” kif ġej:

a. 

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir speċifikat f’5A002, 5A003, 5A004 jew 5B002, jew ta “software” speċifikat f’5D002.a. jew 5D002.c.

Nota:   5E002.a. ma jikkontrollax “it-teknoloġija” għall-oġġetti speċifikati f’5A004.b., 5D002.a.3.b. jew 5D002.c.3.b.

b. 

“Teknoloġija” li għandha l-karatteristiċi ta’ “token ta’ attivazzjoni kriptografika” speċifikat f’ 5A002.b.

Nota:   5E002 jinkludi data teknika tas-“sigurtà tal-informazzjoni” li tirriżulta minn proċeduri mwettqin sabiex jevalwaw jew jiddeterminaw l-implementazzjoni ta’ funzjonijiet, karatteristiċi jew tekniki speċifikati fil-Kategorija 5-Parti 2.

KATEGORIJA 6 - SENSURI U LASERS

6ASistemi, Tagħmir u Komponenti

6A001Sistemi, tagħmir u komponenti akustiċi, kif ġej:

a. 

Sistemi u tagħmir akustiċi marittimi u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

1. 

Sistemi attivi (li jittrażmettu jew jittrażmettu u jirċievu), tagħmir u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

Nota:   6A001.a.1. ma jikkontrollax it-tagħmir kif ġej:

a. 

Sondi tal-fond li jaħdmu vertikalment taħt l-apparat, li ma fihomx il-funzjoni ta’ skennjar ta’ aktar minn ± 20°, u limitati sabiex ikejlu l-fond tal-ilma, id-distanza ta’ oġġetti taħt wiċċ l-ilma jew midfunin jew għat-tfittxija tal-ħut;

b. 

Sinjalaturi akustiċi, kif ġej:

1. 

Sinjalaturi akustiċi ta’ emerġenza;

2. 

Trażmettituri ta’ impulsi ddisinjati apposta għar-rilokazzjoni jew għar-ritorn f’pożizzjoni taħt wiċċ l-ilma.

a. 

Tagħmir akustiku ta’ idrografija ta’ qiegħ il-baħar kif ġej:

1. 

Tagħmir tal-wiċċ ta’ idrografija tal-bastimenti ddisinjat sabiex isiru mapep topografiċi ta’ qiegħ il-baħar u li jkollu dan kollu li ġej:

a. 

Iddisinjat sabiex jieħu kejl f’angolu ta’ aktar minn 20° mill-vertikali;

b. 

Iddisinjat sabiex ikejjel it-topografija ta’ qiegħ il-baħar f’fond li jeċċedi 600 m;

c. 

B’“Riżoluzzjoni ta’ skandaljar” ta’ inqas minn 2; u

d. 

B’“Titjib” tal-“preċiżjoni” tal-fond permezz ta’ kumpens għal dawn kollha li ġejjin:

1. 

Moviment tas-sensur akustiku;

2. 

Propagazzjoni fl-ilma mis-sensur għal qiegħ il-baħar u lura; u

3. 

Veloċità tal-ħoss lejn is-sensur;

Noti Tekniċi:

1.   “Riżoluzzjoni ta’ skandaljar” hija l-wisa’ tar-radda (fi gradi) diviża bl-għadd massimu ta’ skandaljar għal kull radda.

2.   It-“titjib” jinkludi l-abbiltà li jkun hemm kumpens b’mezzi esterni.

2. 

Tagħmir ta’ idrografija taħt wiċċ il-ilma ddisinjat sabiex isiru mapep topografiċi ta’ qiegħ il-baħar u li jkollu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

Nota Teknika:

Il-klassifikazzjoni tal-pressa tas-sensur akusitiku tiddermina l-klassifikazzjoni tal-fond tat-tagħmir speċifikat f’6A001.a.1.a.2.

a. 

Għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Iddisinjat jew modifikat biex jopera f’fond ta’ aktar minn 300 m; u

2. 

B’“Rata ta’ skandaljar” akbar minn 3 800  m/s; jew

Nota Teknika:

Ir-“Rata ta’ skandaljar” hija l-prodott tal-veloċità massima (m/s) li fiha jista’ jopera s-sensur u l-għadd massimu ta’ skandaljar għal kull radda jekk wieħed jassumi kopertura ta’ 100 %. Għal sistemi li jipproduċu skandaljar f’żewġ direzzjonijiet (3D sonars), il-massimu ta’ “Rata ta’ skandaljar” f’kull direzzjoni għandha tintuża

b. 

Tagħmir għall-istħarriġ, mhux speċifikat f’6A001.a.1.a.2.a., li għandu dan kollu li ġej:

1. 

Iddisinjat jew modifikat biex jopera f’fond ta’ aktar minn 100 m;

2. 

Iddisinjati sabiex jieħdu kejl f’angolu ta’ aktar minn 20° mill-vertikali;

3. 

Li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Frekwenza operattiva taħt it-350 kHz; jew

b. 

Iddisinjat sabiex ikejjel it-topografija ta’ qiegħ il-baħar ta’ aktar minn 200 m mis-sensur akustiku; u

4. 

“Titjib” tal-“preċiżjoni” tal-fond permezz ta’ kumpens għal dan kollu li ġej:

a. 

Moviment tas-sensur akustiku;

b. 

Propagazzjoni fl-ilma mis-sensur għal qiegħ il-baħar u lura; u

c. 

Veloċità tal-ħoss lejn is-sensur;

3. 

Sonar ta’ Skennjar Laterali (SSL) jew Sonar b’Apertura Sintetika (SAS) iddisinjat għall-immaġni ta’ qiegħ il-baħar u li jkollu dan kollu li ġej, u ddisinjat speċifikament biex jittrażmetti u jirċievi matriċijiet akustiċi appost għalih:

a. 

Iddisinjat jew modifikat biex jopera f’fond ta’ aktar minn 500 m;

b. 

“Rata ta’ opertura tal-erja” ta’ aktar minn 570 m2/s waqt li jopera fl-iskala massima li jista’ jopera biha b’riżoluzzjoni tul ir-rotta’ ta’ inqas minn 15 cm; u

c. 

“Riżoluzzjoni minn naħa għall-oħra tar-rotta” ta’ inqas minn 15 cm;

Noti Tekniċi:

1.   Ir-“rata ta’ kopertura tal-erja” (m2/s) hija darbtejn aktar mill-prodott tal-iskala massima tas-sonar (m) u l-veloċità massima (m/s) li biha jopera s-sensur f’dik il-medda.

2.   Ir-“riżoluzzjoni tul ir-rotta” (cm), għal SSL biss, hija l-prodott tal-wisa’ tar-raġġi (gradi) ażimuti (orizzontali) u l-iskala tas-sonar (m) u 0,873.

3.   “Ir-riżoluzzjoni minn naħa għal oħra tar-rotta” (cm) hija 75 diviżi mill-wisa’ tal-banda tas-sinjal (kHz).

b. 

Is-sistemi jew il-matriċijiet li jittrażmettu u jirċievu, iddisinjati għad-detezzjoni jew għal-lokalizzazzjoni ta’ oġġetti, li jkollhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Frekwenza ta’ trażmissjoni taħt l-10 kHz;

2. 

Livell ta’ pressjoni tal-ħoss li jaqbeż il-224 dB (referenza 1 μPa f’1 m) għal tagħmir bi frekwenza operattiva fil-medda minn 10 kHz sa 24 kHz inklużi;

3. 

Livell ta’ pressjoni tal-ħoss li jaqbeż il-235 dB (referenza 1 μPa f’1 m) għal tagħmir bi frekwenza operattiva fil-medda bejn 24 kHz u 30 kHz;

4. 

Li jsawru raġġi ta’ inqas minn 1° fuq kull assi u bi frekwenza operattiva ta’ inqas minn 100 kHz;

5. 

Iddisinjat biex jopera bi skala mhux ambigwa viżwalizzata li teċċedi l-5 120  m; jew

6. 

Iddisinjati sabiex jifilħu għall-pressjoni waqt ħidma normali f’fond ta’ aktar minn 1 000  m u bi trasdutturi li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Kumpens dinamiku għall-pressjoni; jew

b. 

Jinkorporaw element tat-trasduzzjoni li mhux it-titanat żirkonat taċ-ċomb;

c. 

Projetturi akustiċi, inklużi trasdutturi, jinkorporaw elementi pjeżoelettriċi, manjetostrittivi, elettrostrittivi, elettrodinamiċi jew idrawliċi li jaħdmu individwalment jew f’kombinazzjoni ddisinjata u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

Nota 1:   L-istatus ta’ kontroll tal-projetturi akustiċi, inkluż trasdutturi, iddisinjati apposta għal tagħmir ieħor mhux speċifikat f’6A001 huwa determinat mill-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir l-ieħor.

Nota 2:   Is-6A001.a.1.c. ma jikkontrollax is-sorsi elettroniċi li jiddirieġu l-ħoss vertikalment biss, jew is-sorsi mekkaniċi (pereż, kanuni pnewmatiċi jew kanuni tal-fwar) jew egħjun kimiċi (pereż., splussiv).

Nota 3:   Elementi pjeżoelettriċi speċifikati f’6A001.a.1.c jinkludu dawk magħmula minn kristalli singoli tan-nijobat taċ-ċomb u manjeżju/titanat taċ-ċomb (Pb(Mg1/3Nb2/3)O3-PbTiO3, or PMN-PT) imkabbra minn soluzzjoni solida jew kristalli singoli tan-nijobat taċ-ċomb u tal-indju/nijobat taċ-ċomb u tal-manjeżju/titanat taċ-ċomb (Pb(In1/2Nb1/2)O3–Pb(Mg1/3Nb2/3)O3–PbTiO3, or PIN-PMN-PT) imkabbra minn soluzzjoni solida.

1. 

Jaħdmu fi frekwenzi taħt l-10 kHz u għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Mhux iddisinjati għal operat kontinwu b’ċiklu tat-tħaddim ta’ 100 % u b’“Livell ta’ Sors f’kamp liberu (SLRMS)” rradjat li jeċċedi (10log (f) + 169,77) dB (referenza 1 μPa f’1 m) fejn f hija l-frekwenza f’Hertz tal-ogħla Rispons ta’ Vultaġġ Trażmissiv (TVR) taħt l-10 kHz; jew

b. 

Iddisinjati għal operat kontinwu b’ċiklu tat-tħaddim ta’ 100 % u b’“Livell ta’ Sors f’kamp liberu (SLRMS)” rradjat kontinwu b’ċiklu tat-tħaddim ta’ 100 %, li jeċċedi (10log(f) + 159,77) dB (referenza 1 μPa f’1 m), fejn f hija l-frekwenza f’Hertz tal-ogħla Rispons ta’ Vultaġġ Trażmissiv (TVR) taħt l-10 kHz; jew

Nota Teknika:

Il-“Livell ta’ Sors f’kamp liberu (SLRMS)” huwa definit skont l-assi ta’ rispons massimu u fil-kamp imbiegħed tal-projettur akustiku. Jista’ jinkiseb mir-Rispons ta’ Vultaġġ Trażmissiv billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja: SLRMS = (TVR + 20log VRMS) dB (ref 1μPa at 1 m), fejn l-SLRMS huwa l-livell tas-sors, TVR huwa r-Rispons ta’ Vultaġġ Trażmissiv u VRMS huwa l-Vultaġġ Mexxej tal-Projettur.

2. 

Mhux użat;

3. 

Trażżin tal-lobi laterali ta’ aktar minn 22 dB;

d. 

Sistemi u tagħmir akustiċi ddisinjati biex jiddeterminaw il-pożizzjoni ta’ bastimenti tal-wiċċ jew vetturi ta’ taħt wiċċ l-ilma li għandhom dan kollu li ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1. 

Distanza ta’ detezzjoni ta’ aktar minn 1 000  m; u

2. 

Żball tal-pożizzjoni determinat ta’ inqas minn 10 m rms (għerq tal-medja tal-kwadrati) f’kejl minn distanza ta’ 1 000  m;

Nota:   6A001.a.1.d. jinkludi:

a. 

Tagħmir li juża “proċessar tas-sinjali” koerenti bejn żewġ illuminaturi jew aktar u l-unità idrofonika li tinġarr mill-bastiment tal-wiċċ jew mill-vettura ta’ taħt wiċċ l-ilma;

b. 

Tagħmir li jista’ jikkoreġi awtomatikament l-iżbalji ta’ propagazzjoni tal-veloċità tal-ħoss fil-kalkolu ta’ punt.

e. 

Sonars attivi individwali, iddisinjati apposta jew modifikati għal detezzjoni, lokazzjoni u klassifikazzjoni awtomatika ta’ għawwiema jew għaddasa, li għandhom dan kollu li ġej, u matriċijiet akustiċi li jittrażmettu u jirċievu ddisinjati apposta għalihom:

1. 

Distanza ta’ detezzjoni ta’ aktar minn 530 m;

2. 

Żball tal-pożizzjoni determinat ta’ inqas minn 15 m rms (għerq tal-medja tal-kwadrati) f’kejl minn distanza ta’ 530 m; u

3. 

Medda tal-frekwenzi ta’ impuls trażmess ta’ aktar minn 3 kHz;

N.B.   Għas-sistemi ta’ detezzjoni tal-għaddasa ddisinjati apposta jew modifikati għall-użu militari, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota:   Għal 6A001.a.1.e., fejn hemm speċifikati diversi distanzi ta’ detezzjoni għal diversi ambjenti, tintuża l-itwal distanza ta’ detezzjoni.

2. 

Sistemi passivi, tagħmir passiv u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

Nota:   6A001.a.2 jikkontrolla wkoll tagħmir li jirċievi, sew jekk konness fl-applikazzjoni normali ma’ tagħmir attiv separat kif ukoll jekk le, u komponenti ddisinjati apposta għalhekk.

a. 

Idrofoni b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

Nota:   L-istatus ta’ kontroll tal-idrofoni ddisinjati apposta għal tagħmir iehor hu ddeterminat mill-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir l-ieħor.

Noti Tekniċi:

1.   L-idrofoni jikkonsistu minn element sensittiv wieħed jew aktar li jipproduċu kanal uniku ta’ output akustiku. Dawk li għandhom elementi multipli jistgħu jissejħu grupp idrofonu.

2.   Għall-finijet ta’ 6A001.a.2.a., transdjusers akustiċi ta’ taħt l-ilma ddisinjati biex jaħdmu bħala riċevituri passivi huma idrofoni

1. 

Jinkorporaw elementi sensittivi flessibbli kontinwi;

2. 

Jinkorporaw assemblaġġi flessibli ta’ elementi sensittivi diskreti b’dijametru jew tul inqas minn 20 mm u b’separazzjoni bejn l-elementi ta’ inqas minn 20 mm;

3. 

Għandhom xi wieħed mill-elementi sensittivi li ġejjin:

a. 

Fibri ottiċi;

b. 

“Pellikoli ta’ polimeru pjeżoelettriku” minbarra fluworur tal-polivinilidene (PVDF) u l-kopolimeri tiegħu {P(VDF-TrFE) u P(VDF-TFE);

c. 

“Kompożiti pjeżoelettriċi flessibbli”;

d. 

Kristalli singoli pjeżoelettriċi tan-nijobat taċ-ċomb u tal-manjeżju/titanat taċ-ċomb (jiġifieri, Pb(Mg1/3Nb2/3)O3-PbTiO3, jew PMN-PT) imkabbra min soluzzjoni solida; jew

e. 

Kristalli singoli pjeżoelettriċi tan-nijobat taċ-ċomb u tal-indju/titanat taċ-ċomb (jiġifieri, Pb(In1/2Nb1/2)O3–Pb(Mg1/3Nb2/3)O3–PbTiO3, jew PIN-PMN-PT) imkabbra min soluzzjoni solida

4. 

“Sensittività idrofonika” aħjar minn –180 dB f’kull fond mingħajr kumpens għall-aċċellerazzjoni;

5. 

Iddisinjati sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 35 m b’kumpens għall-aċċellerazzjoni; jew

6. 

Iddisinjati sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 1 000  m u li għandhom “sensittività idrofonika” aħjar minn –230 dB taħt l-4 kHz;

Noti Tekniċi:

1.   Elementi sensittivi ta’ “pellikola ta’ polimeru pjeżoelettriku” jikkonsistu minn pellikola ta’ polimeru polarizzat imġebbda u mwaħħla fuq qafas ta’ support jew bobina (mandrin).

2.   Elementi sensittivi ta’ “kompożiti pjeżoelettriċi flessibbli” jikkonsistu minn partiċelli jew fibri ta’ ċeramika pjeżoelettrika mħalltin ma’ kompost ta’ gomma, polimeru jew epossidiku elettrikament iżolanti u akustikament trasparenti, fejn il-kompost huwa parti integrali mill-elementi sensittivi.

3.   “Sensittività idrofonika” hija definita bħala għoxrin darba l-logaritmu sal-bażi ta’ 10 tal-proporzjon tal-vultaġġ tal-output rms ma’ referenza ta’ 1 V rms, meta s-sensur idrofoniku, mingħajr preamplifikatur, jitqiegħed f’kamp akustiku b’mewġ fi pjan bi pressjoni rms ta’ 1 μPa. Pereżempju, idrofonu ta’ –160 dB (riferenza 1 V kull μPa) jipproduċi produzzjoni ta’ vultaġġ ta’ 10–8 V f’dan il-qasam, waqt li wieħed b’sensittività ta’ –180 dB jipproduċi biss 10–9 V. Għalhekk, sensittività ta’ –160 dB hija aħjar minn dik ta’ –180 dB.

b. 

Arranġamenti idrofoniċi akustiċi rmunkati li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

Nota Teknika:

L-arranġamenti idrofoniċi jikkonsistu f’għadd ta’ idrofoni li jipprovdu kanali akustiċi ta’ output multipli.

1. 

Spazji bejn il-gruppi ta’ idrofoni ta’ inqas minn 12,5 m jew “li jistgħu jiġu modifikati” sabiex ikollhom spazji bejn il-gruppi ta’ idrofoni ta’ inqas minn 12,5 m;

2. 

Iddisinjati jew “jistgħu jiġu modifikati” sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 35 m;

Nota teknika:

“Jistgħu jiġu modifikati” f’6A001.a.2.b.1. u 2. tfisser li hemm il-mezzi sabiex jinbidlu s-sistema tal-fili jew l-interkonnessjonijiet sabiex jinbidel l-ispazjar bejn il-gruppi ta’ idrofoni jew il-limiti tal-fond operattiv. Dawn il-provvedimenti huma: fili żejda ta’ aktar minn 10 % tal-għadd ta’ fili, blokok ta’ aġġustament tal-ispazji bejn il-gruppi ta’ idrofoni jew apparati interni li jillimitaw il-fond li jistgħu jiġu aġġustati jew li jikkontrollaw aktar minn grupp ta’ idrofoni wieħed.

3. 

Sensuri tad-direzzjoni speċifikati f’6A001.a.2.d.;

4. 

Pajpijiet tal-arranġament rinfurzati b’mod lonġitudinali;

5. 

Arranġament assemblat ta’ inqas minn 40 mm f’dijametru;

6. 

Mhux użat;

7. 

Karatteristiċi idrofoniċi speċifikati f’6A001.a.2.a.; jew

8. 

Sensuri idroakustiċi bbażati fuq l-aċċelerometru speċifikati f’6A001.a.2.g.;

c. 

Tagħmir għall-ipproċessar, iddisinjat apposta għal arranġamenti idrofoniċi akustiċi rmunkati, li għandhom “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” u pproċessar u korrelazzjoni fil-ħin jew fil-frekwenza, inkluż analiżi spettrali, filtrazzjoni diġitali u tiswir ta’ raġġi bl-użu tal-Fast Fourier jew ta’ ekwazzjonijiet tan-numru integrali jew proċessi oħrajn;

d. 

Sensuri tad-direzzjoni li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

“Preċiżjoni” li hija aħjar minn 0,5°; u

2. 

Iddisinjati sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 35 m jew għandhom apparat b’sensuri tal-fond, aġġustabbli jew li jista’ jitneħħa, sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 35 m;

N.B   Għal sistemi ta’ direzzjoni b’inerzja, ara 7A003.c.

e. 

Arranġamenti idrofoniċi b’kejbil tal-qiegħ jew tal-bajja, li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Jinkorporaw idrofoni speċifikati f’6A001.a.2.a.;

2. 

Jinkorporaw moduli tas-sinjali ta’ gruppi ta’ idrofoni multiplessati li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Iddisinjati sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 35 m jew għandhom apparat ta’ detezzjoni għall-fond aġġustabbli jew li jista’ jitneħħa sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 35 m; u

b. 

Interkambjabbli operattivament ma’ moduli ta’ arranġamenti idrofoniċi akustiċi rmunkati; jew

3. 

Jinkorporaw sensuri idroakustiċi bbażati fuq l-aċċelerometru speċifikati f’6A001.a.2.g.;

f. 

Tagħmir ta’ pproċessar, iddisinjat apposta għal sistemi ta’ kejbils tal-qiegħ jew tal-bajja, li għandhom “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” u pproċessar u korrelazzjoni fil-ħin jew fil-frekwenza, inkluż analiżi spettrali, filtrazzjoni diġitali u tiswir ta’ raġġi bl-użu tal-Fast Fourier jew ta’ ekwazzjonijiet tan-numru integrali jew proċessi oħrajn;

g. 

Sensuri idroakustiċi bbażati fuq l-aċċelerometru li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Komposti minn tliet aċċelerometri rranġati matul tliet assi distinti;

2. 

Ikollhom “sensittività ta’ aċċelerazzjoni” ġenerali aħjar minn 48 dB (referenza 1 000 mV rms għal kull 1g);

3. 

Iddisinjati sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 35 metru; u

4. 

Frekwenza operattiva taħt l-20 kHz

Nota:   6A001.a.2.g. ma jikkontrollax is-sensuri tal-veloċità ta’ partiċella jew il-ġeofoni.

Noti tekniċi:

1.   Is-sensuri idroakustiċi bbażati fuq l-aċċelerometru huma magħrufa wkoll bħala sensuri vettorjali.

2.   “Sensittività tal-aċċellerazzjoni” hija definita bħala għoxrin darba l-logaritmu sa bażi ta’ 10 tal-proporzjon tal-vultaġġ tal-output rms ma’ referenza ta’ 1 V rms, meta s-sensur idroakustiku, mingħajr preamplifikatur, jitqiegħed f’kamp akustiku b’mewġ fi pjan b’aċċelerazzjoni rms ta’ 1 g (jiġifieri 9,81 m/s2).

b. 

Tagħmir tar-reġistrazzjoni tas-sonar b’korrelazzjoni tal-veloċità u l-veloċità Doppler, iddisinjat sabiex ikejjel il-veloċità orizzontali tat-trasportatur tat-tagħmir relattiv ma’ qiegħ il-baħar, kif ġej:

1. 

Tagħmir tar-reġistrazzjoni sonar bil-veloċità tal-korrelazzjoni li għandu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Iddisinjat biex jaħdem fuq distanzi bejn it-trasportatur u qiegħ il-baħar ta’ aktar minn 500 m; jew

b. 

Ikollu “preċiżjoni” ta’ veloċità aħjar minn 1 % tal-veloċità;

2. 

Tagħmir tar-reġistrazzjoni sonar bil-veloċità Doppler li jkollu “preċiżjoni” tal-veloċità aħjar minn 1 % tal-veloċità.

Nota 1:   6A001.b. ma jikkontrollax sondi tal-fond li huma limitati għal xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Ikejjel il-fond tal-ilma;

b. 

Ikejjel id-distanza ta’ oġġetti taħt wiċċ l-ilma jew midfunin; jew

c. 

Għat-tfittxija tal-ħut.

Nota 2:   6A001.b. ma jikkontrollax tagħmir iddisinjat apposta għall-installazzjoni fuq bastimenti tal-wiċċ.

c. 

Mhux użat.

6A002Sensuri jew tagħmir ottiku u l-komponenti għalihom, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 6A102.

a. 

Detetturi ottiċi kif ġej:

1. 

Detetturi fi stat solidu “kkwalifikati għall-użu spazjali” kif ġej:

Nota:   Għall-fini ta’ 6A002.a.1., detetturi fi stat solidu jinkludu “matriċijiet fuq il-pjan fokali”.

a. 

Detetturi fi stat solidu “kkwalifikati għall-użu spazjali” li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ iżjed minn 10 nm, iżda mhux iżjed minn 300 nm; u

2. 

Rispons ta’ inqas minn 0,1 % imqabbel mar-reazzjoni massima f’tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 400 nm;

b. 

Detetturi fi stat solidu “kkwalifikati għall-użu spazjali” li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 900 nm iżda mhux iktar minn 1 200  nm; u

2. 

“Kostanti tal-ħin” tar-rispons ta’ 95 ns jew inqas;

c. 

Detetturi fi stat solidu “kkwalifikati għall-użu spazjali” li għandhom l-ogħla rispons fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 1 200  nm iżda mhux iktar minn 30 000  nm;

d. 

“Matriċijiet fuq pjan fokali”“kwalifikati għall-użu spazjali” b’aktar minn 2 048 element għal kull matriċi u rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ iżjed minn 300 nm iżda mhux iżjed minn 900 nm;

2. 

Tubi għall-intensifikazzjoni tal-immaġni u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

Nota:   6A002.a.2. ma jikkontrollax tubi fotomultiplikaturi li ma jeħdux immaġni, li għandhom apparat ta’ detezzjoni tal-elettroni fil-vakwu u limitat biss għal xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Anodu tal-metall uniku; jew

b. 

Anodi tal-metall bi spazji minn ċentru sa ċentru akbar minn 500 μm.

Nota Teknika:

“Multiplikazzjoni ta’ ċarġ” hija forma ta’ amplifikazzjoni tal-immaġni elettronika u hija definita bħala l-ġenerazzjoni ta’ trasportaturi ta’ ċarġis bħala riżultat ta’ proċess ta’ gwadann ta’ jonizzazzjoni bl-impatt. Sensuri ta’ “multiplikazzjoni ta’ ċarġ” jistgħu jieħdu l-forma ta’ tubu ta’ intensifikazzjoni tal-immaġni, detettur fi stat solidu jew “matriċi fuq il-pjan fokali”.

a. 

Tubi għall-intensifikazzjoni tal-immaġni li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 400 nm iżda mhux iktar minn 1 050  nm;

2. 

Amplifikazzjoni tal-immaġni elettronika li tuża xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Plakka ta’ mikrokanali bl-ispazjar tat-toqob (minn ċentru sa ċentru) ta’ 12 μm jew inqas; jew

b. 

Apparat sensur tal-elettroni b’distanza bejn il-pixels non-binned ta’ 500 μm jew anqas, iddisinjat apposta jew modifikat biex jikseb “multiplikazzjoni ta’ ċarġ” mhux permezz ta’ plakka ta’ mikrokanali; u

3. 

xi wieħed mill-fotokatodi li ġejjin:

a. 

Fotokatodi multialkalini (pereżempu S-20 u S-25) b’sensittività għad-dawl ta’ aktar minn 350 μA/lm;

b. 

Fotokatodi GaAs jew GaInAs; jew

c. 

Fotokatodi semikondutturi oħrajn ta’ “kompost III/-V” b’“sensittività radjanti” massima ta’ aktar minn 10 mA/W;

b. 

Tubi għall-intensifikazzjoni tal-immaġni li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 1 050  nm iżda mhux iktar minn 1 800  nm;

2. 

Amplifikazzjoni tal-immaġni elettronika li tuża xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Plakka mikrokanali bl-ispazjar tat-toqob (minn ċentru sa ċentru) ta’ 12 μm jew inqas; jew

b. 

Apparat sensur tal-elettroni b’distanza bejn il-pixels non-binned ta’ 500 μm jew anqas, iddisinjat apposta jew modifikat biex jikseb “multiplikazzjoni ta’ ċarġ” mhux permezz ta’ plakka ta’ mikrokanali; u

3. 

Fotokatodi semikondutturi (pereżempju, GaAs jew GaInAs) ta’ “kompost III/-V” u fotokatodi elettroniċi trasferiti b’“sensittività radjanti” massima ta’ aktar minn 15 mA/W;

c. 

Komponenti ddisinjati apposta kif ġej:

1. 

Plakek ta’ mikrokanali bl-ispazjar tat-toqob (minn ċentru sa ċentru) ta’ 12 μm jew inqas;

2. 

Apparat ta’ detezzjoni tal-elettroni b’distanza bejn il-pixels non-binned ta’ 500 μm jew anqas, iddisinjat apposta jew modifikat biex jikseb “multiplikazzjoni ta’ ċarġ” mhux permezz ta’ plakka ta’ mikrokanali;

3. 

Fotokatodi semikondutturi (eż., GaAs jew GaInAs) ta’ “komposti tal-klassi III/V” u fotokatodi elettroniċi trasferiti;

Nota:   6A002.a.2.c.3. ma jikkontrollax fotokatodi semikondutturi komposti ddisinjati biex jiksbu “sensittività radjanti” massima ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Rispons massimu ta’ 10 mA/W jew inqas fil-medda tat-tul ta’ mewġ li taqbeż l-400 nm iżda mhux iktar minn 1 050  nm; jew

b. 

L-ogħla rispons ta’ 15 mA/W jew inqas fil-medda tat-tul ta’ mewġ li taqbeż l-1 050  nm iżda mhux iktar minn 1 800  nm;

3. 

“Matriċijiet fuq il-pjan fokali” mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” kif ġej:

N.B.   Il-“matriċijiet fuq pjan fokali” mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” magħmulin minn “mikrobolometri” li huma speċifikati biss f’6A002.a.3.f

Nota Teknika:

Matriċijiet ta’ detetturi b’diversi elementi lineari jew f’żewġ dimensjonijiet jissejħu “matriċijiet fuq pjan fokali”;

Nota 1:   6A002.a.3. jinkludi matriċijiet fotokonduttivi jew matriċijiet fotovoltajċi.

Nota 2:   6A002.a.3. ma jikkontrollax:

a. 

Iċ-ċelluli fotokonduttivi inkapsulati b’elementi multipli (mhux iktar minn 16-il element) li jużaw sulfid taċ-ċomb jew selenid taċ-ċomb;

b. 

Detetturi piroelettriċi li jużaw xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Sulfat tat-trigliċina u varjanti tiegħu;

2. 

Titanat taż-żirkonju-lantanu-ċomb u varjanti tiegħu;

3. 

Tantalat tal-litju;

4. 

Fluworur tal-polivinilidin u varjanti tiegħu; jew

5. 

Nijobat tal-istronzju barju u varjanti tiegħu;

c. 

“Matriċijiet fuq pjan fokali” ddisinjati apposta jew modifikati biex jiksbu “multiplikazzjoni ta’ ċarġ” u limitati mid-disinn biex jkollhom “sensittività radjanti” massima ta’ 10 mA/W jew inqas għal tulijiet ta’ mewġ ta’ aktar minn 760 nm, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Li jinkorporaw mekkaniżmu li jillimita r-rispons iddisinjat b’tali mod li ma jistax jitneħħa jew jiġi mmodifikat; u

2. 

Xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Il-mekkaniżmu li jillimita r-rispons hu integrali għall-element detettur jew magħqud miegħu; jew

b. 

Il-“matriċi fuq il-pjan fokali” hija operabbli biss meta l-mekkaniżmu li jillimita r-rispons jkun f’postu.

Nota Teknika:

Mekkaniżmu li jillimita r-rispons li hu integrali għall-element detettur huwa ddisinjat b’tali mod li ma jistax jitneħħa jew jiġi mmodifikat mingħajr ma jrendi d-detettur mhux funzjonabbli.

d. 

Matriċijiet termopila li għandhom anqas minn 5 130 element.

Nota Teknika:

“Multiplikazzjoni ta’ ċarġ” hija forma ta’ amplifikazzjoni tal-immaġni elettronika u hija definita bħala l-ġenerazzjoni ta’ trasportaturi ta’ ċarġis bħala riżultat ta’ proċess ta’ gwadann ta’ jonizzazzjoni bl-impatt. Sensuri ta’ “multiplikazzjoni ta’ ċarġ” jistgħu jieħdu l-forma ta’ tubu ta’ intensifikazzjoni tal-immaġni, detettur fi stat solidu jew “matriċi fuq il-pjan fokali”.

a. 

“Matriċijiet fuq pjan fokali” mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Elementi individwali bir-rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 900 nm iżda mhux aktar minn 1 050  nm; u

2. 

Xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Kostanti tal-ħin” tar-rispons ta’ inqas minn 0,5 ns; jew

b. 

Iddisinjati apposta jew modifikati biex jiksbu “multiplikazzjoni ta’ ċarġ” u li għandhom “sensittività radjanti” massima ta’ aktar minn10 mA/W;

b. 

“Matriċijiet fuq pjan fokali” mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Elementi individwali bl-ogħla rispons fil-medda tat-tul ta’ mewġ li hu iktar minn 1 050  nm iżda mhux iżjed minn 1 200  nm; u

2. 

Xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Kostanti tal-ħin” tar-rispons ta’ 95 ns jew inqas; jew

b. 

Iddisinjati apposta jew modifikati biex jiksbu “multiplikazzjoni ta’ ċarġ” u li għandhom “sensittività radjanti” massima ta’ aktar minn 10 mA/W;

c. 

“Matriċijiet fuq pjan fokali” nonlineari (ta’ 2 dimensjonijiet) mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” b’elementi individwali li għandhom l-ogħla rispons fil-medda tat-tul ta’ mewġ li hu iktar minn 1 200  nm iżda mhux iżjed minn 30 000  nm;

N.B.   Il-“matriċijiet fuq pjan fokali” mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” magħmulin minn “mikrobolometri” abbażi tas-siliċju u ta’ materjal ieħor huma speċifikati biss f’6A.002.a.3.f.

d. 

“Matriċijiet fuq pjan fokali” lineari (ta’ dimensjoni waħda (1)) mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Elementi individwali b’rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ li hu iktar minn 1 200  nm iżda mhux iżjed minn 3 000  nm; u

2. 

Xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Proporzjon tad-dimensjoni fid-“direzzjoni tal-iskennjar” tal-element detettur mad-dimensjoni fid-“direzzjoni tal-iskennjar trasversali” tal-element detettur ta’ inqas minn 3,8; jew

b. 

Proċessar tas-sinjal fl-elementi tad-detettur;

Nota:   6A002.a.3.d. ma jikkontrollax “matriċijiet fuq pjan fokali” (li ma jaqbżux it-32 element) li għandhom elementi detetturi limitati biss għal materjal tal-ġermanju.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 6A002.a.3.d.,id-“direzzjoni tal-iskennjar trażversali” hija definita bħala l-assi parallel mal-arranġament lineari tal-elementi detetturi u d-“direzzjoni tal-iskennjar” hija definita bħala l-assi perpendikulari mal-arranġament lineari tal-elementi detetturi.

e. 

“Matriċi fuq pjan fokali” lineari (ta’ dimensjoni waħda) mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” b’elementi individwali li għandhom rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ li hu iktar minn 3 000  nm iżda mhux iżjed minn 30 000  nm;

f. 

“Matriċijiet fuq pjan fokali” nonlineari (ta’ 2 dimensjonijiet) bl-infraħmar u mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” bbażati fuq materjal “mikrobolometri” b’elementi individwali b’rispons mhux iffiltrat fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ 8 000  nm jew iżjed iżda mhux iżjed minn 14 000  nm;

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 6A002.a.3.f., “mikrobolometru” hu ddefinit bħala detettur ta’ immaġni termika li, b’riżultat ta’ bidla tat-temperatura fid-detettur ikkawżata mill-assorbiment ta’ radjazzjoni infraħamra, jintuża sabiex jiġġenera sinjal utilizzabbli.

g. 

“Matriċijiet fuq pjan fokali” mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Elementi detettur individwali bl-ogħla rispons fil-medda tat-tul ta’ mewġ li hu iktar minn 400 nm iżda mhux iżjed minn 900 nm;

2. 

Iddisinjati jew modifikati apposta biex jiksbu “multiplikazzjoni ta’ ċarġ” u li għandhom “sensittività radjanti” massima li teċċedi l-10 mA/W għal tulijiet ta’ mewġ ta’ aktar minn 760 nm; u

3. 

Akbar minn 32 element;

b. 

“Sensuri monospettrali li juru l-immaġni” u “sensuri multispettrali li juru l-immaġni”, iddisinjati għal applikazzjonjiet ta’ telerilevament u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Kamp ta’ viżjoni istantanju (IFOV) ta’ inqas minn 200 μrad (mikroradjanti); jew

2. 

Speċifikati sabiex jaħdmu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ iżjed minn 400 nm iżda mhux iżjed minn 30 000  nm u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Jipprovdu output ta’ data tal-immaġni f’format diġitali; u

b. 

Li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

“Kwalifikati għall-użu spazjali”; jew

2. 

Iddisinjati għall-ħidma fl-ajru, bl-użu ta’ detetturi li mhumiex tas-siliċju, u li għandhom IFOV ta’ inqas minn 2,5 mrad (milliradjani);

Nota:   6A002.b.1. ma jikkontrollax “sensuri monospettrali li juru l-immaġni” b’rispons massimu fil-medda tat-tulijiet ta’ mewġ ogħla minn 300 nm iżda mhux iktar minn 900 nm u li jinkorporaw biss xi wieħed minn dawn id-detetturi mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” jew “matriċijiet fuq pjan fokali” mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” li ġejjin:

1. 

Apparati għat-Trasferiment ta’ Ċarġ (CCD) mhux iddisinjati jew modifikati biex iwettqu l-“multiplikazzjoni ta’ ċarġ”; jew

2. 

Apparat Semikonduttur tal-Ossidu tal-Metall Komplimentari (CMOS) mhux iddisinjat jew modifikat biex jikseb “multiplikazzjoni taċ-ċarġ”.

c. 

Tagħmir għall-immaġni ta’ “viżjoni diretta” li jinkorpora xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Tubi li jintensifikaw l-immaġni speċifikati f’6A002.a.2.a. jew 6A002.a.2.b.;

2. 

“Matriċi fuq pjan fokali” speċifikati f’6A002.a.3.; jew

3. 

Detetturi fi stat solidu speċifikati f’6A002.a.1.;

Nota Teknika:

“Viżjoni diretta” tirreferi għal tagħmir għall-immaġni li juri immaġni viżiva lill-osservatur uman mingħajr ma jbiddel l-immaġni f’sinjal elettroniku għall-viżjoni televiżiva, u li ma jistax jirreġistra jew jaħżen l-immaġni b’mezzi fotografiċi, elettroniċi jew b’xi mezz ieħor.

Nota:   6A002.c. ma jikkontrollax it-tagħmir kif ġej, meta jinkorpora fotokatodi li mhumiex GaAs jew GaInAs:

a. 

Sistemi ta’ allarm kontra l-intrużjoni industrijali jew ċivili, ta’ kontroll jew kunteġġ tat-traffiku jew tal-moviment fl-industrija;

b. 

Tagħmir mediku;

c. 

Tagħmir industrijali użat għall-ispezzjoni, l-issortjar jew l-analiżi tal-karatteristiċi tal-materjali;

d. 

Detetturi tal-fjammi għall-fran industrijali;

e. 

Tagħmir iddisinjat apposta għall-użu fil-laboratorju.

d. 

Komponenti ta’ sapport speċjali għas-sensuri ottiċi, kif ġej:

1. 

Sistemi ta’ tkessiħ krijoġeniċi “kwalifikati għall-użu spazjali”;

2. 

Sistemi ta’ tkessiħ krijoġeniċi mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” b’temperatura tas-sors li jkessaħ taħt il-218 K (– 55 °C), kif ġej:

a. 

Tip biċ-ċiklu magħluq b’Ħin Medju Qabel il-Ħsara (MTTF) jew Ħin Medju Bejn il-Ħsarat (MTBF) speċifikat, ta’ aktar minn 2 500  siegħa;

b. 

Sistemi żgħar awtoregolatorji ta’ tkessiħ Joule-Thomson (JT) b’dijametri esterni tal-kanna ta’ inqas minn 8 mm;

3. 

Fibri sensuri ottiċi fabbrikati apposta kompożizzjonalment jew strutturalment, jew modifikati b’kisja, sabiex ikunu sensittivi għall-effetti akustiċi, termiċi, inerzjali, elettromanjetiċi jew għar-radjazzjoni nukleari;

Nota:   6A002.d.3. ma jikkontrollax fibri sensuri ottiċi miġburin iddisinjati apposta għal applikazzjonijiet ta’ sensuri ta’ spieri.

e. 

Mhux użat.

f. 

“Ċirkwiti integrati tal-qari” (“Read-out integrated circuits, ‘ROIC’) ddisinjati apposta għal “matriċijiet fuq il-pjan fokali” speċifikati f’6A002.a.3.

Nota:   6A002.f. ma jikkontrollax “ċirkwiti integrati tal-qari” ddisinjati b’mod speċjali għall-applikazzjonijiet awtopropulsivi ċivili.

Nota Teknika:

“Ċirkwit integrat tal-qari” (“ROIC”) huwa ċirkwit integrat iddisnjat biex ikun sottostanti għal “matriċi fuq il-pjan lokali” (focal plane array, “FPA”) jew marbut miegħu, u jintuża biex jaqra (jiġifieri jislet u jirreġistra) sinjali prodotti mill-elementi tad-detettur. Mill-inqas, ir-“ROIC” jaqra ċ-ċarġ mill-elementi tad-detettur billi jislet iċ-ċarġ u japplika funzjoni ta’ multiplexing b’mod li jżomm il-pożizzjoni spazjali relattiva u l-informazzjoni tal-orjentazzjoni tal-elementi tad-detettur għall-ipproċesar fir-“ROIC” u barra minnu.

6A003Kameras, sistemi jew tagħmir, u l-komponenti għalihom, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 6A203.

a. 

Kameras għall-istrumentazzjoni u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

Nota:   Kameras għall-istrumentazzjoni, speċifikati f’6A003.a.3. sa 6A003.a.5., bi strutturi modulari għandhom jiġu evalwati abbażi tal-kapaċità massima tagħhom, bl-użu ta’ moduli ta’ estensjoni disponibbli skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-kamera.

1. 

Mhux użat;

2. 

Mhux użat;

3. 

Kameras elettroniċi li jkejlu l-varjazzjoni fid-dawl b’riżoluzzjoni temporali ta’ aħjar minn 50 ns;

4. 

Kameras elettroniċi li jirreġistraw immaġni integrali b’veloċità ta’ aktar minn 1 000 000 immaġni kull sekonda;

5. 

Kameras elettroniċi li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Veloċita tal-otturatur elettroniku (kapaċità ta’ interruzzjoni tas-sinjal) ta’ inqas minn 1 μs kull immaġni; u

b. 

Ħin ta’ qari li jippermetti rata ta’ teħid ta’ immaġni ta’ iżjed minn 125 immaġni sħiħa kull sekonda;

6. 

Moduli ta’ estensjoni li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Iddisinjati apposta għall-kameras għall-istrumentazzjoni li għandhom strutturi modulari u li huma speċifikati f’6A003.a.; u

b. 

Jippermettu li dawn il-kameras jissodisfaw il-karatteristiċi speċifikati f’6A003.a.3., 6A003.a.4., jew 6A003.a.5., skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur;

b. 

Kameras tal-immaġni kif ġej:

Nota:   6A003.b. ma jikkontrollax kameras televiżivi jew tal-video, iddisinjati apposta għax-xandir televiżiv.

1. 

Kameras tal-video li jinkorporaw sensuri fi stat solidu, bir-rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 10 nm, iżda mhux iktar minn 30 000  nm u li għandhom kull wieħed milli ġej:

a. 

Li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Iżjed minn 4 × 106“pixels attivi” għal kull matriċi fi stat solidu għall-kameras monokromatiċi (iswed u abjad);

2. 

Iżjed minn 4 × 106“pixels attivi” għal kull matriċi fi stat solidu għall-kameras tal-kulur li jinkorporaw tliet matriċi fi stat solidu; jew

3. 

Iżjed minn 12 × 106“pixels attivi” għall-kameras tal-kulur b’matriċi fi stat solidu li jinkorporaw matriċi waħda fi stat solidu; u

b. 

Li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Mirja ottiċi speċifikati f’6A004.a.;

2. 

Tagħmir ta’ kontroll ottiku speċifikati f’6A004.d.; jew

3. 

Kapaċità ta’ annotazzjoni ta’ “data ta’ trekkjar tal-kamera” ġġenerata internament.

Noti Tekniċi:

1.   Għall-fini ta’ din l-entrata, kameras tal-video diġitali għandhom jiġu evalwati skont l-għadd massimu ta’ “pixels attivi” użati sabiex jinqabdu immaġini li jiċċaqalqu.

2.   Għall-fini ta’ din l-entrata, “data ta’ trekkjar tal-kamera” hija l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiddefinixxi l-orjentament tal-linja tal-viżjoni tal-kamera relattivament mad-dinja. Dan jinkludi: 1) l-angolu orizzontali bejn il-linja tal-viżjoni tal-kamera u d-direzzjoni tal-kamp manjetiku tad-dinja u; 2) l-angolu vertikali bejn il-linja tal-viżjoni tal-kamera u l-orizzont tad-dinja.

2. 

Kameras tal-iskennjar u sistemi ta’ kameras tal-iskennjar, li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 10 nm iżda mhux iktar minn 30 000  nm;

b. 

Matriċi ta’ detetturi lineari b’aktar minn 8 192 element għal kull matriċi; u

c. 

Skennjar mekkaniku f’direzzjoni waħda;

Nota:   6A003.b.2. ma jikkontrollax kameras tal-iskennjar u sistemi ta’ kameras tal-iskennjar, iddisinjati apposta għal xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Fotokopjaturi industrijali u ċivili;

b. 

Tagħmir għall-iskennjar tal-immaġni ddisinjati apposta għal applikazzjonijiet ċivili ta’ skennjar mill-viċin u stazzjonarji (pereżempu riproduzzjoni ta’ immaġini jew kitba f’dokumenti, xogħlijiet ta’ arti jew ritratti); jew

c. 

Tagħmir mediku.

3. 

Kameras tal-immaġni li jinkorporaw tubi għall-intensifikazzjoni tal-immaġni speċifikati f’6A002.a.2.a. jew 6A002.a.2.b.;

4. 

Kameras tal-immaġni li jinkorporaw “matriċi fuq pjan fokali” b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Jinkorporaw “matriċijiet fuq pjan fokali” speċifikati minn 6A002.a.3.a. sa 6A002.a.3.e.;

b. 

Jinkorporaw “matriċijiet fuq il-pjan fokali” speċifikati f’6A002.a.3.f.; jew

c. 

Jinkorporaw “matriċijiet fuq pjan fokali” speċifikati f’6A002.a.3.g.;

Nota 1:   Kameras tal-immaġni speċifikati f’6A003.b.4. jinkludu “matriċijiet fuq il-pjan fokali” flimkien ma’ biżżejjed elettronika tal-“ipproċessar tas-sinjal”, lil hinn miċ-ċirkwit integrat tal-qari, li jippermettu bħala minimu l-output ta’ sinjal analoġiku jew diġitali ladarba jinxtegħlu.

Nota 2:   6A003.b.4.a. ma jikkontrollax kameras tal-immaġini li jinkorporaw “matriċijiet fuq il-pjan fokali” lineari bi 12-il element jew inqas, li ma jużawx l-integrazzjoni tas-sinjali bid-dewmien fl-element u ddisinjati għal xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Sistemi ta’ allarm kontra l-intrużjoni industrijali jew ċivili, ta’ kontroll jew kunteġġ tat-traffiku jew tal-moviment fl-industrija;

b. 

Tagħmir industrijali użat għall-ispezzjoni jew monitoraġġ ta’ flussi ta’ sħana f’bini, tagħmir jew proċessi industrijali;

c. 

Tagħmir industrijali użat għall-ispezzjoni, l-issortjar jew l-analiżi tal-karatteristiċi tal-materjali;

d. 

Tagħmir iddisinjat apposta għall-użu fil-laboratorju; jew

e. 

Tagħmir mediku.

Nota 3:   6A003.b.4.b. ma jikkontrollax kameras tal-immaġni li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Rata massima ta’ immaġnijiet ta’ 9 Hz jew inqas;

b. 

Għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Għandhom “Kamp ta’ Viżjoni Istantanju (IFOV)” orizzontali jew vertikali minimu ta’ mill-inqas 2 mrad (milliradjani);

2. 

Jinkorporaw lenti b’distanza fokali fissa li mhix iddisinjata sabiex titneħħa;

3. 

Ma jinkorporawx mezz sabiex juru “viżjoni diretta”, u

4. 

Li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

L-ebda faċilità sabiex tinkiseb immaġini viżwalizzabbli tal-kamp ta’ viżjoni detett, jew

b. 

Il-kamera hi ddisinjata għal tip uniku ta’ applikazzjoni u sabiex ma tiġix modifikata mill-utent; jew

c. 

Il-kamera hi ddisinjata apposta għall-istallazzjoni f’vettura tal-passiġġieri ċivili fuq l-art u għandha dan kollu li ġej:

1 

It-tqegħid u l-konfigurazzjoni tal-kamera ġewwa l-vettura huma biss biex jgħinu lis-sewwieq fit-tħaddim sikur tal-vettura;

2. 

Taħdem biss meta tiġi installata f’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Il-vettura tal-art ċivili għall-passiġġieri li għaliha kienet maħsuba u l-vettura jiżnu inqas minn 4 500  kg (piż gross tal-vettura); jew

b. 

Faċilità tat-testijiet ta’ manutenzjoni awtorizzata, iddisinjata apposta; u

3. 

Jinkorporaw mekkaniżmu attiv li jġiegħel lill-kamera ma taħdimx meta titneħħa mill-vettura li għaliha kienet maħsuba.

Noti Tekniċi:

1.   “Kamp ta’ Viżjoni Istantanju (IFOV)” speċifikat f’6A003.b.4. In-Nota 3.b. hi l-inqas ċifra bejn l-“IFOV Orizzontali” jew l-“IFOV Vertikali”.

“IFOV Orizzontali” = “Kamp ta’ Viżjoni (FOV)” orizzontali / għadd ta’ elementi detetturi orizzontali

“IFOV Vertikali” = “Kamp ta’ Viżjoni (FOV)” vertikali / għadd ta’ elementi detetturi vertikali.

2.   “Viżjoni diretta” f’6A003.b.4. In-Nota 3.b. tirreferi għal kamera tal-immaġni li taħdem fl-ispettru tal-infraħmar li tippreżenta immaġni viżiva lill-osservatur uman li juża mikroviżwalizzatur qrib l-għajn li jinkorpora mekkaniżmu ta’ protezzjoni tad-dawl.

Nota 4:   6A003.b.4.c. ma jikkontrollax kameras tal-immaġini li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Fejn il-kamera hija ddisinjata apposta għall-installazzjoni bħala komponent integrat f’sistemi jew tagħmir ta’ ġewwa u min mill-plagg tal-ħajt, limitata mid-disinn għal tip wieħed ta’ applikazzjoni, kif ġej;

a. 

Monitoraġġ ta’ proċessi industrijali, kontroll tal-kwalità jew analiżi tal-karatteristiċi tal-materjali;

b. 

Tagħmir tal-laboratorju ddisinjat apposta għal riċerka xjentifika;

c. 

Tagħmir mediku;

d. 

Tagħmir finanzjarju għad-detezzjoni tal-frodi; u

2. 

Taħdem biss meta tiġi installata f’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Is-sistema/i jew tagħmir li għalihom kienet intiża; jew

b. 

Faċilità ta’ manutenzjoni awtorizzata ddisinjata apposta; u

3. 

Tinkorpora mekkaniżmu attiv li jġiegħel lill-kamera ma taħdimx meta din titneħħa mis-sistema/i jew tagħmir li għaliha kienet intiża;

b. 

Il-kamera hi ddisinjata apposta għall-istallazzjoni f’vettura tal-passiġġieri ċivili fuq l-art u għandha dan kollu li ġej:

1. 

It-tqegħid u l-konfigurazzjoni tal-kamera ġewwa l-vettura jew it-traġitt huma biss biex jgħinu lis-sewwieq fit-tħaddim sikur tal-vettura jew it-traġitt;

2. 

Taħdem biss meta tiġi installata f’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Il-vettura tal-art ċivili għall-passiġġieri li għaliha kienet maħsuba u l-vettura jiżnu inqas minn 4 500  kg (piż gross tal-vettura);

b. 

It-traġitt tal-passiġġieri u tal-vetturi li għaliha kienet intiża u għandha tul totali (LOA) ta’ 65 m jew aktar; jew

c. 

Faċilità tat-testijiet ta’ manutenzjoni awtorizzata, iddisinjata apposta; u

3. 

Tinkorpora mekkaniżmu attiv li jġiegħel lill-kamera ma taħdimx meta titneħħa mill-vettura li għaliha kienet maħsuba;

c. 

Limitata apposta biex ikollha “sensittività radjanti” massima ta’ 10 mA/W jew inqas għal tulijiet ta’ mewġ li jaqbżu s-760 nm, li għandha dan kollu li ġej:

1. 

Tinkorpora mekkaniżmu li jillimita r-rispons iddisinjat b’tali mod li ma jistax jitneħħa jew jiġi mmodifikat;

2. 

Tinkorpora mekkaniżmu attiv li jġiegħel lill-kamera biex ma taħdimx meta l-mekkaniżmu li jillimita r-rispons jitneħħa; u

3. 

Mhux iddisinjata apposta jew modifikata għall-użu taħt wiċċ l-ilma: jew

d. 

Għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Ma tinkorporax “viżjoni diretta” jew viżjoni tal-immaġni elettronika;

2. 

Ma għandhiex il-faċilità li toħroġ immaġini viżwalizzabbli tal-kamp ta’ viżjoni detett;

3. 

Il-“matriċi fuq pjan fokali” taħdem biss meta tiġi installata fil-kamera li għaliha kienet intiża; u

4. 

Il-“matriċi fuq pjan fokali” tinkorpora mekkaniżmu attiv li jġegħelha ma taħdimx permanentement jekk titneħħa mill-kamera li għaliha kienet intiża.

5. 

Kameras tal-immaġni li fihom detetturi fi stat solidu speċifikati f’6A002.a.1.

6A004Tagħmir u komponenti ottiċi, kif ġej:

a. 

Mirja ottiċi (rifletturi) kif ġej:

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ 6A 004.a., il-Limitu ta’ Danni Kkawżati minn laser (LIDT) jitkejjel skont l-ISO 21254-1:2011.

N.B.   Għal mirja ottiċi ddisinjati apposta għal tagħmir litografiku, ara 3B001.

1. 

“Mirja deformabbli” li għandhom apertura ottika attiva akbar minn 10 mm u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom,

a. 

Għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Frekwenza mekkanikalment resonanti ta’ 750 Hz jew aktar; u

2. 

Aktar minn 200 attwatur; jew

b. 

Limitu ta’ Danni Kkawżati minn Laser (LIDT) li huma xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Aktar minn 1 kW/cm2 bl-użu ta’ “laser CW”; jew

2. 

Aktar minn 2 J/cm2 bl-użu ta’ 20 ns “laser” ta’ pulsazzjonijiet b’rata ta’ ripetizzjoni ta’ 20 Hz;

Nota Teknika:

“Mirja deformabbli” huma mirja li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Wiċċ wieħed ta’ riflessjoni ottika kontinwa li huwa dinamikament deformat bl-applikazzjoni ta’ torques jew forzi individwali li jikkompensaw għad-distorsjonijiet tal-mewġa ottika li taħbat fuq il-mera; jew

b. 

Elementi ottiċi multipli li jirriflettu li jistgħu jiġu ppużizzjonati mill-ġdid individwalment u dinamikament bl-applikazzjoni ta’ torques jew forzi biex jikkompensaw għad-distorsjonijiet tal-mewġa ottika li taħbat fuq il-mera.

“Mirja deformabbli” huma magħrufa wkoll bħala mirja ottiċi adattivi.

2. 

Mirja monolitiċi ħfief li għandhom “densità ekwivalenti” medja ta’ inqas minn 30 kg/m2 u piż totali li jaqbeż l-10 kg;

Nota:   6A004.a.2. ma jikkontrollax mirja ddisinjati apposta biex jidderieġu r-raġġi tax-xemx għal installazzjonijiet ta’ eljostatu terrestri.

3. 

Strutturi ħfief ta’ mirja “kompożiti” jew ċellulari li għandhom “densità ekwivalenti” medja ta’ inqas minn 30 kg/m2 u piż totali li jaqbeż iż-2 kg;

Nota:   6A004.a.3. ma jikkontrollax mirja ddisinjati apposta biex jidderieġu r-raġġi tax-xemx għal installazzjonijiet ta’ eljostatu terrestri.

4. 

Mirja ddisinjati apposta biex jieħdu rfid ta’ mirja għall-orjentament tar-raġġi speċifikati f’ 6A 004.d. 2.a. b’ċatt ta’ λ/10 jew aħjar (λ hija ugwali għal 633 nm) u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Dijametru jew tul tal-assi prinċipali ikbar minn jew daqs 100 mm; jew

b. 

Għandhom dan kollu li ġej:

1. 

A. Dijametru jew tul tal-assi prinċipali ikbar minn 50 mm iżda inqas minn 100 mm; u

2. 

Limitu ta’ Danni Kkawżati minn Laser (LIDT) li huma xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Aktar minn 10 kW/cm2 bl-użu ta’ “laser CW”; jew

b. 

Aktar minn 20 J/cm2 bl-użu ta’ 20 ns pulsazzjonijiet “laser” b’rata ta’ ripetizzjoni ta’ 20 Hz;

b. 

Komponenti ottiċi magħmulin minn selenid taż-żingu (ZnSe) jew sulfid taż-żingu (ZnS) bi trażmissjoni fil-medda tat-tul ta’ mewġ li teċċedi t-3 000  nm iżda ma teċċedix il-25 000  nm u b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Jeċċedu l-100 cm3 fil-volum; jew

2. 

Dijametru jew tul tal-assi prinċipali li jeċċedi t-80 mm u ħxuna (fond) li teċċedi l-20 mm;

c. 

Komponenti “kwalifikati għall-użu spazjali” għas-sistemi ottiċi, kif ġej:

1. 

Komponenti mħaffin għal inqas minn 20 % tad-“densità ekwivalenti” mqabblin ma’ forma solida tal-istess apertura u ħxuna;

2. 

Sottostrati grezzi, sottostrati pproċessati b’kisja tal-wiċċ (b’saff wieħed jew b’ħafna, metalliċi jew dielettriċi, kondutturi, semikondutturi jew iżolanti) jew b’pellikola protettiva;

3. 

Segmenti jew assemblaġġi ta’ mirja ddisinjati sabiex jintramaw fl-ispazju f’sistema ottika b’apertura kollettriċi ekwivalenti għal jew ikbar minn ottika waħda ta’ dijametru ta’ 1 m;

4. 

Komponenti ffabbrikati minn materjali “kompożiti” li għandhom koeffiċjent ta’ espansjoni termika lineari, f’kull direzzjoni ta’ koordinati, ugwali għal 5 × 10-6/K jew inqas;

d. 

Tagħmir ta’ kontroll ottiku kif ġej:

1. 

Tagħmir iddisinjat apposta sabiex iżomm il-forma tal-wiċċ jew l-orjentazzjoni tal-komponenti “kwalifikati għall-użu spazjali” speċfikati f’6A004.c.1. jew 6A004.c.3.;

2. 

Tagħmir ta’ orjentament, ta’ trekkjar, ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ allinjament tar-reżonatur kif ġej

a. 

Stadji ta’ mirja li jidderieġu r-raġġi ddisinjati biex iġorru mirja b’dijametru jew tul tal-assi prinċipali ikbar minn 50 mm u li għandhom dan kollu li ġej, u tagħmir ta’ kontroll elettronici ddisinjati apposta għalihom:

1. 

Vjaġġar angolari massimu ta’ ± 26 mrad jew aktar;

2. 

Frekwenza mekkanikalment resonanti ta’ 500 Hz jew aktar; u

3. 

“Preċiżjoni” angulari ta’ 10 μrad (mikroradjani) jew inqas (aħjar);

b. 

Tagħmir ta’ allinjament tar-reżonatur b’meded ta’ frekwenzi ta’ 100 Hz jew aktar u “preċiżjoni” ta’ 10 μrad jew inqas (aħjar);

3. 

Kardani li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Oxxillazzjoni massima ta’ aktar minn 5°;

b. 

Medda tal-frekwenza ta’ 100 Hz jew iżjed;

c. 

Żbalji ta’ ppuntar angulari ta’ 200 μrad (mikroradjani) jew inqas; u

d. 

Li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Dijametru jew tul tal-assi prinċipali li jeċċedi 0,15 m, iżda li ma jeċċedix 1 m u kapaċi jagħmlu aċċellerazzjoni angulari li teċċedi 2 rad (radjani)/s2; jew

2. 

Dijametru jew tul tal-assi prinċipali li jeċċedi 1 m, u kapaċi jagħmlu aċċellerazzjoni angulari li teċċedi 0,5 rad (radjani)/s2;

4. 

Mhux użat

e. 

“Elementi ottiċi asferiċi” li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

L-ikbar dimensjoni tal-apertura ottika akbar minn 400 mm;

2. 

Ħruxija tal-wiċċ inqas minn 1 nm (rms) għal tul ta’ kampjuni ugwali jew ikbar minn 1 mm; u

3. 

Koeffiċjent tal-espansjoni termika lineari ta’ ammont assolut inqas minn 3 × 10–6/K f’temperatura ta’ 25 °C.

Noti Tekniċi:

1.   “Element ottiku asferiku” huwa kwalunkwe element użat f’sistema ottika li l-wiċċ jew l-uċuħ tagħha għall-immaġni jkunu ddisinjati sabiex jitbiegħdu mill-forma ta’ sfera ideali.

2.   Il-manifatturi ma jeħtiġux ikejlu -ħruxija tal-wiċċ elenkat f’6A004.e.2. sakemm l-element ottiku ma kienx iddisinjat jew fabbrikat bil-ħsieb li jissodisfa, jew jissupera, il-parametru ta’ kontroll.

Nota   6A004.e. ma jikkontrollax l-“elementi ottiċi asferiċi” li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Dimensjoni massima tal-apertura ottika inqas minn 1 m u proporzjon bejn id-distanza fokali u l-apertura ta’ 4,5:1 jew iżjed;

b. 

Dimensjoni massima tal-apertura ottika ta’ 1 m jew iżjed u proporżjon bejn id-distanza fokali u l-apertura ta’ 7:1 jew iżjed;

c. 

Iddisinjati bħala elementi ottiċi Fresnel, flyeye, strixxi, priżmi jew diffrattivi;

d. 

Fabbrikati minn ħġieġ borosilikat b’koeffiċjent tal-espansjoni termika lineari ikbar minn 2,5 × 10–6/K f’temperatura ta’ 25 °C; jew

e. 

Element ottiku bir-raġġi X b’kapaċitajiet interni ta’ mera (pereż. mirja f’forma ta’ tubi).

N.B.   Għall-“elementi ottiċi asferiċi” ddisinjati apposta għal tagħmir litografiku, ara 3B001.

f. 

Tagħmir dinamiku għall-kejl tal-wavefront li għandu dan kollu li ġej:

1. 

“Rati ta’ immaġnijiet” ta’ 1 kHz jew inqas; u

2. 

Preċiżjoni tal-wavefront ta’ λ/20 jew inqas (aħjar) fit-tul tal-mewġa iddisinjat.

Nota Teknika:

Għal-iskopijiet ta’ 6A004.f., “rata ta’ immaġnijiet” hija frekwenza li fiha l-“pixels attivi” kollha fil-“matriċi fuq il-pjan fokali” jkunu integrati biex jirreġistraw immaġnijiet ipprojettati mill-ottika tas-sensuri tal-wavefront.

6A005“Lasers”, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5. jew 0B001.h.6., komponenti u tagħmir ottiku, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 6A205.

Nota 1:   “Lasers” b’impuls jinkludu dawk li jaħdmu f’modalità ta’ mewġ kontinwu (CW) b’impuls superimpost.

Nota 2:   “Lasers” eċċimeri, semikondutturi, kimiċi, CO, CO2, u “lasers”“b’impulsi nonripetittivi” tal-ħġieġ tan-neodimju huma speċifikati biss f’6A005.d.

Nota Teknika:

B’“impuls nonrepetittiv” tirreferi għal “lasers” li jipproduċu impuls ta’ output uniku jew li għandhom intervall ta’ ħin bejn l-impulsi li jaqbżu l-minuta.

Nota 3:   6A005 jinkludi “lasers” tal-fibra.

Nota 4:   L-istatus ta’ kontroll tal-“lasers” li jinkorporaw konverżjoni tal-frekwenza (jiġifieri, tat-tul ta’ mewġ) b’mezzi għajr dak ta’ “laser” wieħed jippompja “laser” ieħor hu ddeterminat bl-applikazzjoni tal-parametri ta’ kontroll kemm għall-output mil-“laser” sors kif ukoll għall-output ottiku bil-frekwenza konvertita.

Nota 5:   6A005 ma jikkontrollax “lasers” kif ġej:

a. 

Rubin b’output enerġetiku ta’ inqas minn 20 J;

b. 

Nitroġenu;

c. 

Kripton.

Nota 6:   Għall-finijet ta’ 6A005.a. u 6A005.b., “modalità trasversali unika” tirreferi għal “lasers” bi profil tar-raġġ li għandu l-fattur M2 ta’ inqas minn 1,3, filwaqt li “modalità trasversali multipla” tirreferi għal “lasers” bi profil tar-raġġ li għandu l-fattur M2 ta’ 1,3 jew ogħla.

Nota Teknika:

F’6A005 l-“Effiċjenza tal-plagg tal-ħajt” hi ddefinita bħala l-proporzjon tal-potenza tal-output tal-“laser” (jew il-“potenza medja tal-output”) mal-qawwa elettrika totali tal-input meħtieġa sabiex tħaddem il-“laser”, inkluż il-provvista ta’ enerġija/kundizzjonar u l-kundizzjonar termiku/skambjatur tas-sħana.

a. 

“Lasers (CW)” b’mewġ kontinwu non-“intonabbli” b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Tul ta’ mewġa tal-output inqas minn 150 nm u potenza tal-output ta’ aktar minn 1 W;

2. 

Tul ta’ mewġa tal-output ta’ 150 nm jew iżjed iżda li ma jaqbiżx il-510 nm u potenza tal-output ta’ aktar minn 30 W;

Nota:   6A005.a.2. ma jikkontrollax “lasers” tal-Argon b’potenza tal-output ta’ 50 W jew inqas.

3. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 510 nm iżda mhux aktar minn 540 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output b’“modalità trasversali unika” u potenza tal-output ta’ aktar minn 50 W; jew

b. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u potenza tal-output ta’ aktar minn 150 W;

4. 

Tul ta’ mewġa tal-output ta’ aktar minn 540 nm iżda li ma jeċċedix it-800 nm u potenza tal-output ta’ aktar minn 30 W;

5. 

Tul tal-mewġa tal-output li jeċċedi t-800 nm iżda ma jeċċedix id-975 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output b’“modalità trasversali unika” u potenza tal-output li teċċedi l-50 W; jew

b. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u potenza tal-output ta’ aktar minn 80 W;

6. 

Tul tal-mewġa tal-output li jeċċedi d-975 nm iżda li ma jeċċedix l-1 150  nm jew xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output b’“modalità trasversali unika” u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 1 000  W; jew

2. 

Għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 500 W; u

b. 

Wisà tal-banda spettrali ta’ inqas minn 40 GHz; jew

b. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

“Effiċjenza tal-plagg tal-ħajt” li taqbeż it-18 % u potenza tal-output ta’ aktar minn 1 000  W; jew

2. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 2 kW;

Nota 1:   6A005.a.6.b. ma jikkontrollax il-“lasers” industrijali ta’ “modalità trasversali multipla” b’potenza tal-output ogħla minn 2 kW u li ma taqbiżx is-6 kW, b’piż totali itqal minn 1 200  kg. Għall-iskop ta’ din in-nota, il-piż totali jinkludi l-komponenti kollha meħtieġa sabiex iħaddmu l-“laser”, pereż., “laser”, provvista ta’ enerġija, skambjatur tas-sħana, iżda jeskludi l-ottika esterna għall-kondizzjonament tar-raġġ jew sabiex dan jitwassal.

Nota 2:   6A005.a.6.b. ma jikkontrollax il-“modalità trasversali multipla” u “lasers” industrijali li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Mhux użat;

b. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 1 kW li iżda mhix aktar minn 1,6 kW u li għandha BPP ta’ aktar minn 1,25 mm•mrad

c. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 1,6 kW li iżda mhix aktar minn 2,5 kW u li għandha BPP ta’ aktar minn 1,7 mm•mrad;

d. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 2,5 kW li iżda mhix aktar minn 3,3 kW u li għandha BPP ta’ aktar minn 2,5 mm•mrad;

e. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 3,3 kW li iżda mhix aktar minn 6 kW u li għandha BPP ta’ aktar minn 3,5 mm•mrad;

f. 

Mhux użat;

g. 

Mhux użat;

h. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 6 kW li iżda mhix aktar minn 8 kW u li għandha BPP ta’ aktar minn 12-il mm•mrad; jew

i. 

Potenza tal-output ta’ aktar minn 8 kW li iżda mhix aktar minn 10 kW u li għandha BPP ta’ aktar minn 24 mm•mrad;

7. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 1 150  nm li iżda mhuwiex aktar minn 1 555  nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Modalità trasversali unika” u potenza tal-output ta’ aktar minn 50 W; jew

b. 

“Modalità trasversali multipla” u potenza tal-output ta’ aktar minn 80 W;

8. 

Tul ta’ mewġa tal-output ta’ aktar minn 1 555  nm iżda li ma jeċċedix l-1 850  nm u potenza tal-output ta’ aktar minn 1 W;

9. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 1 850  nm iżda mhux aktar minn 2 100  nm, u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Modalità trasversali unika” u potenza tal-output ta’ aktar minn 1 W; jew

b. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u potenza tal-output ta’ aktar minn120 W; jew

10. 

Tul tal-mewġa tal-output inqas minn 2 100  nm u potenza tal-output ta’ aktar minn 1 W;

b. 

“Lasers bl-impulsi” non-“intonabbli” b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Tul tal-mewġa tal-output inqas minn 150 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output enerġetiku ogħla minn 50 mJ għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 1 W; jew

b. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 1 W;

2. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ 150 nm jew iżjed iżda mhux iktar minn 510 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output enerġetiku ogħla minn 1,5 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 30 W; jew

b. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 30 W;

Nota:   6A005.b.2.b. ma jikkontrollax “lasers” tal-Argon b’“potenza medja tal-output” ta’ 50 W jew inqas.

3. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 510 nm li iżda mhuwiex aktar minn 540 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output b’“modalità trasversali unika” u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 1,5 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 50 W; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 50 W; jew

b. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ogħla minn 1,5 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 150 W; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 150 W;

4. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 540 nm li iżda mhuwiex aktar minn 800 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Durata tal-impuls” inqas minn 1 ps u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ogħla minn 0,005 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 5 GW; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ogħla minn 20 W; jew

b. 

“Durata tal-impuls” ta’ 1 ps jew aktar u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ogħla minn 1,5 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 30 W; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 30 W;

5. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 800 nm li iżda mhuwiex aktar minn 975 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Durata tal-impuls” inqas minn 1 ps u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 0,005 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 5 GW; jew

2. 

Output b’“modalità trasversali unika” u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 20 W;

b. 

“Durata tal-impuls” ta’ 1 ps jew aktar u mhux iżjed minn 1 μs u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ogħla minn 0,5 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 50 W;

2. 

Output b’“modalità trasversali unika” u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 20 W; jew

3. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 50 W; jew

c. 

“Durata tal-impuls” ta’ aktar minn 1 μs u kull wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 2 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 50 W;

2. 

Output b’“modalità trasversali unika” u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 50 W; jew

3. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 80 W;

6. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 975 nm li iżda mhuwiex aktar minn 1 150  nm jew xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

“Durata tal-impuls” ta’ inqas minn 1 ps, u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

“L-ogħla potenza” tal-output ta’ aktar minn 2 GW għal kull impuls;

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 30 W; jew

3. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 0,002 J għal kull impuls;

b. 

“Durata tal-impuls” daqs jew iżjed minn 1 ps iżda inqas minn 1 ns, u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

“L-ogħla potenza” tal-output ta’ aktar minn 5 GW għal kull impuls;

2. 

“Potenza medja tal-output” ogħla minn 50 W; jew

3. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 0,1 J għal kull impuls;

c. 

“Durata tal-impuls” daqs jew iżjed minn 1 ns iżda mhux iżjed minn 1 μs, u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output b’“modalità trasversali unika” u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“L-ogħla potenza” ta’ aktar minn 100 MW;

b. 

“Potenza medja tal-output” ogħla minn 20 W limitata bid-disinn għal frekwenza massima ta’ repetizzjoni tal-impuls ta’ 1 kHz jew inqas;

c. 

“Effiċjenza tal-plagg tal-ħajt” ogħla minn 12 %, “potenza medja tal-output” ogħla minn 100 W u kapaċi jaħdem bi frekwenza ta’ repetizzjoni tal-impuls ogħla minn 1 kHz;

d. 

“Potenza medja tal-output” ogħla minn 150 W u kapaċi taħdem bi frekwenza ta’ repetizzjoni tal-impuls ogħla minn 1 kHz; jew

e. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 2 J għal kull impuls; jew

2. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“L-ogħla potenza” ta’ aktar minn 400 MW;

b. 

“Effiċjenza tal-plagg tal-ħajt” ta’ aktar minn 18 % u l-“potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 500 W;

c. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 2 kW; jew

d. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 4 J għal kull impuls; jew

d. 

“Durata tal-impuls” ta’ aktar minn 1 μs u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output b’“modalità trasversali unika” u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“L-ogħla potenza” ta’ aktar minn 500 kW;

b. 

“Effiċjenza tal-plagg tal-ħajt” ta’ aktar minn 12 % u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 100 W; jew

c. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 150 W; jew

2. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“L-ogħla potenza” ta’ aktar minn 1 MW;

b. 

“Effiċjenza tal-plagg tal-ħajt” ta’ aktar minn 18 % u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 500 W; jew

c. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 2 kW;

7. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 1 150  nm iżda mhux iżjed minn 1 555  nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Durata tal-impuls” mhux iżjed minn 1 μs u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ogħla minn 0,5 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 50 W;

2. 

Output b’“modalità trasversali unika” u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 20 W; jew

3. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 50 W; jew

b. 

“Durata tal-impuls” iżjed minn 1 μs u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ogħla minn 2 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 50 W;

2. 

Output b’“modalità trasversali unika” u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 50 W; jew

3. 

Output b’“modalità trasversali multipla” u “potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 80 W;

8. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 1 555  nm iżda mhux iżjed minn 1 850  nm, u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output enerġetiku ogħla minn 100 mJ għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 1 W; jew

b. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 1 W;

9. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 1 850  nm iżda mhux iżjed minn 2 100  nm, u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin

a. 

“Modalità trasversali unika” u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ogħla minn 100 mJ għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 1 W; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 1 W; jew

b. 

“Modalità trasversali multipla” u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ogħla minn 100 mJ għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 10 kW; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 120 W; jew

10. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 2 100  nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output enerġetiku ogħla minn 100 mJ għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 1 W; jew

b. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 1 W;

c. 

“Lasers”“intonabbli”, li għandhom waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Tul tal-mewġa tal-output inqas minn 600 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 50 mJ għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 1 W; jew

b. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 1 W;

Nota:   6A005.c.1. ma jinkludix “lasers” b’kolorant jew “lasers” bil-likwidu oħrajn, li għandhom modalità multipla u tul ta’ mewġ ta’ 150 nm jew aktar iżda mhux aktar minn 600 nm u dan kollu li ġej:

1. 

Output enerġetiku ta’ inqas minn 1.5 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ inqas minn 20 W; u

2. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ inqas minn 20 W.

2. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ 600 nm jew iżjed li iżda mhuwiex aktar minn 1 400  nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 1 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 20 W; jew

b. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 20 W; jew

3. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 1 400  nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 50 mJ għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 1 W; jew

b. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 1 W;

d. 

“Lasers” oħrajn mhux speċifikati f’6A005.a., 6A005.b. jew 6A005.c. kif ġej:

1. 

“Lasers” semikondutturi kif ġej:

Nota 1:   6A005.d.1 jinkludi “lasers” semikondutturi li għandhom konnetturi ottiċi tal-output (pereżempju konnetturi spirali tal-fibri ottiċi).

Nota 2:   L-istatus ta’ kontroll tal-“lasers” semikondutturi ddisinjati apposta għal tagħmir ieħor hu determinat mill-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir l-ieħor.

a. 

“Lasers” semikondutturi individwali b’modalità trasversali unika b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Tul ta’ mewġa ta’ 1 510  nm jew inqas u potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 1,5 W; jew

2. 

Tul ta’ mewġa ta’ aktar minn 1 510  nm u potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 500 mW;

b. 

“Lasers” semikondutturi individwali b’modalità trasversali multipli b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Tul ta’ mewġa inqas minn 1 400  nm u potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 15 W;

2. 

Tul ta’ mewġa ta’ 1 400  nm jew iżjed u inqas minn 1 900  nm u potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 2,5 W; jew

3. 

Tul ta’ mewġa ta’ 1 900  nm jew iżjed u potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 1 W;

c. 

“Żbarri” individwali ta’ “lasers” semikondutturi, li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Tul ta’ mewġa ta’ inqas minn 1 400  nm u potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 100 W;

2. 

Tul ta’ mewġa ta’ 1 400  nm jew iżjed u inqas minn 1 900  nm u potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 25 W; jew

3. 

Tul ta’ mewġa ta’ 1 900  nm jew iżjed u potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 10 W;

d. 

“Arranġamenti fuq xulxin” (arranġamenti bidimensjonali) ta’ “lasers” semikondutturi li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Tul tal-mewġa inqas minn 1 400  nm u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali ta’ inqas minn 3 kW u b’“densità tal-potenza” tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 500 W/cm2;

b. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali ta’ 3 kW jew iktar, iżda daqs u mhux iktar minn 5 kW, u b’“densità tal-potenza” tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 350 W/cm2;

c. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali ta’ aktar minn 5 kW;

d. 

“Densità tal-potenza” bl-impuls bl-ogħla punt iktar minn 2 500 W/cm2; jew

Nota:   6a005.d.1.d.1.d. ma jikkontrollax tagħmir monolitiku ffabrikat b’mod epitassjali.

e. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali spazjalment koerenti, ta’ aktar minn 150 W;

2. 

Tul tal-mewġa ta’ 1 400  nm jew iktar iżda inqas minn 1 900  nm u li għandu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali ta’ inqas minn 250 W u “densità tal-potenza” tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 150 W/cm2;

b. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali ta’ 250 W jew iktar, iżda daqs u mhux iktar minn 500 W, u b’“densità tal-potenza” tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 50 W/cm2;

c. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali ta’ aktar minn 500 W;

d. 

“Densità tal-potenza” bl-impuls bl-ogħla punt iktar minn 500 W/cm2; jew

Nota:   6A005.d.1.d.2.d. ma jikkontrollax tagħmir monolitiku ffabrikat b’mod epitassjali.

e. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali spazjalment koerenti, ta’ aktar minn 15 W;

3. 

Tul tal-mewġa ta’ 1 900  nm jew iktar u li għandu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Densità tal-potenza” medja jew CW tal-output iktar minn 50 W/cm2;

b. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ inqas minn 10 W; jew

c. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali spazjalment koerenti ta’ aktar minn 1,5 W; jew

4. 

Mill-inqas “żbarra” ta’ “laser” waħda speċifikata f’6A005.d.1.c.;

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 6A005.d.1.d., “densità tal-potenza” tfisser il-potenza tal-output totali tal-“laser” diviża bl-erja tal-wiċċ emittenti tal-“arranġament fuq xulxin”.

e. 

“Arranġamenti fuq xulxin” ta’ “laser” semikonduttur, minbarra dawk speċifikati f’6A005.d.1.d., li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Iddisinjati apposta jew modifikati biex jingħaqdu ma’ “arranġamenti fuq xulxin” oħrajn biex jiffurmaw “arranġament fuq xulxin” ikbar; u

2. 

Konnessjonijiet integrati, komuni kemm għall-elettronika kif ukoll għat-tkessiħ;

Nota 1:   “Arranġamenti fuq xulxin”, iffurmati billi jingħaqdu “arranġamenti fuq xulxin” ta’ “laser” semikondutturi speċifikati f’6A005.d.1.e., li mhumiex iddisinjati biex jingħaqdu jew jiġu modifikati aktar, huma speċifikati f’6A005.d.1.d.

Nota 2:   “Arranġamenti fuq xulxin”, iffurmati billi jingħaqdu “arranġamenti fuq xulxin” ta’ “laser” semikondutturi speċifikati f’6A005.d.1.e., li huma ddisinjati biex jingħaqdu jew jiġu modifikati aktar, huma speċifikati f’6A005.d.1.e.

Nota 3:   6A005.d.1.e. ma jikkontrollax assemblaġġi modulari ta’ “żbarri” waħdanin iddisinjati biex jiġu ffabbrikati f’arranġamenti fuq xulxin lineari minn tarf sa tarf.

Noti Tekniċi:

1.   “Lasers” semikondutturi normalment jissejħu dijodi tal-“laser”.

2.   ’Żbarra’ (imsejħa wkoll “żbarra” ta’ “laser” semikonduttur, “żbarra” dijodu tal-“laser” jew “żbarra” tad-dijodu) tikkonsisti minn “lasers” semikondutturi multipli f’arranġament unidimensjonali.

3.   “Arranġamenti fuq xulxin” jikkonsisti minn “żbarri” multipli li jiffurmaw arranġament bidimensjonali ta’ “lasers” semikondutturi.

2. 

“Lasers” tal-monossidu tal-karbonju (CO) li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 2 J għal kull impuls u “l-ogħla potenza” ta’ aktar minn 5 kW; jew

b. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 5 kW;

3. 

“Lasers” tal-monossidu tal-karbonju (CO2) li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa ta’ aktar minn 15 kW;

b. 

Ħruġ ta’ impulsi b’“durata tal-impuls” li jaqbeż l-10 μs u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 10 kW; jew

2. 

“L-ogħla potenza” ta’ aktar minn 100 kW; jew

c. 

Ħruġ ta’ impulsi b’“durata tal-impuls” ta’ 10 μs jew inqas u li għandu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Enerġija tal-impuls ogħla minn 5 J kull impuls; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 2,5 kW;

4. 

“Lasers” tal-eċċimeri li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Tul tal-mewġa tal-output li ma jaqbiżx il-150 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 50 mJ għal kull impuls; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 1 W;

b. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 150 nm li iżda mhuwiex aktar minn 190 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 1,5 J għal kull impuls; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 120 W;

c. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 190 nm li iżda mhuwiex aktar minn 360 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 10 J għal kull impuls; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 500 W; jew

d. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ aktar minn 360 nm u xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Output enerġetiku ta’ aktar minn 1,5 J għal kull impuls; jew

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 30 W;

N.B.   Għal “lasers” eċċimeri ddisinjati apposta għal tagħmir litografiku, ara 3B001.

5. 

“Lasers kimiċi” kif ġej:

a. 

“Lasers” tal-Fluworur tal-Idroġenu (HF);

b. 

“Lasers” tal-Fluworur tad-Dewterju (DF);

c. 

“Lasers ta’ trasferiment” kif ġej:

1. 

“Lasers” tad-diossidu tal-jodju (O2-I);

2. 

“Lasers” tal-Fluworur tad-Dewterju-Diossidu tal-Karbonju (DF-CO2);

Nota Teknika:

“Lasers ta’ trasferiment” huma “lasers” li jiġu aġitati permezz tat-trasferiment ta’ enerġija miksuba mill-kolliżjoni ta’ atomu jew molekula li ma jipproduċux effett laser ma’ atomu jew molekula li jipproduċu effett laser.

6. 

“Lasers”“b’impulsi nonripetittivi” tal-ħġieġ tan-neodimju li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Durata tal-impuls” ta’ mhux iżjed minn 1 μs u output enerġetiku ta’ aktar minn 50 J għal kull impuls; jew

b. 

“Durata tal-impuls” ta’ aktar minn 1 μs u output enerġetiku ta’ aktar minn 100 J għal kull impuls;

Nota:   “B’impuls nonrepetittiv” tirreferi għal “lasers” li jipproduċu impuls ta’ output uniku jew li għandhom intervall ta’ ħin bejn l-impulsi li jaqbżu l-minuta.

e. 

Komponenti kif ġej:

1. 

Mirja mkessħin bi “tkessiħ attiv” jew bi tkessiħ b’pajpijiet tat-tisħin;

Nota Teknika:

“Tkessiħ attiv” huwa teknika ta’ tkessiħ għal komponenti ottiċi bl-użu ta’ fluwidi li jiċċirkolaw taħt il-wiċċ (nominalment inqas minn 1 mm taħt il-wiċċ ottiku) tal-komponent ottiku sabiex ineħħu s-sħana mill-ottika.

2. 

Mirja ottiċi jew komponenti trażmissivi jew bi trażmissjoni ottika parzjali jew elettroottiċi, għajr għal kombinaturi tal-fibra fużi koniċi u aperturi ta’ Saffi Dielettriċi (MLDs), iddisinjati apposta għall-użu b’ “lasers” speċifikati;

Nota:   Kombinaturi tal-fibra u MLDs huma speċifikati f’6A 005.e. 3.

3. 

Komponenti tal-“laser” tal-fibra kif ġej:

a. 

Kombinaturi tal-fibra fużi koniċi ta’ modalità multipla għal modalità multipla li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Telf bl-inseriment aħjar (inqas) minn jew ugwali għal 0,3 dB miżmum f’potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali nominali (minbarra l-potenza tal-output trażmessa permezz ta’ nukleu b’modalità unika jekk preżenti) ta’ aktar minn 1 000  W; u

2. 

Għadd ta’ fibri tal-input ugwali għal jew ikbar minn 3;

b. 

Kombinaturi tal-fibra fużi koniċi ta’ modalità unika għal modalità multipla li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Telf tal-inseriment aħjar (inqas) minn 0,5 dB miżmum f’potenza tal-output medja jew f’mewġa kontinwa totali nominali ta’ aktar minn 4 600  W;

2. 

Għadd ta’ fibri tal-input ugwali għal jew ikbar minn 3; u

3. 

Li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Tul ta’ Prodott ta’ Parametru ta’ Raġġ (BPP) imkejjel fi produzzjoni mhux aktar minn 1,5 mm mrad għal għadd ta’ fibri ta’ input ta’ inqas minn jew ugwali għal 5; jew

b. 

Tul ta’ Prodott ta’ Parametru ta’ Raġġ (BPP) imkejjel fi produzzjoni mhux aktar minn 2,5 mm mrad għal għadd ta’ fibri ta’ input ta’ inqas minn jew ugwali għal 5;

c. 

MLDs li jkollhom dawn l-elementi kollha li ġejjin:

1. 

Iddisinjati għal kombinazzjoni spettrali jew koerenti ta’ raġġi ta’ 5 jew aktar “lasers” tal-fibra; u

2. 

Limitu ta’ Danni Kkawżati bil-“Laser” CW (LIDT) akbar minn jew ugwali għal 10 kW/cm2.

f. 

Tagħmir ottiku kif ġej:

N.B.   Għall-elementi ottiċi b’apertura komuni, li jistgħu jaħdmu f’applikazzjonijiet ta’ “Laser ta’ Qawwa Kbira Ħafna” (“SHPL”), ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

1. 

Mhux użat;

2. 

Tagħmir ta’ dijanjostika bil-“laser” iddisinjat apposta biex ikejjel b’mod dinamiku l-iżbalji ta’ direzzjoni angulari tar-raġġi ta’ sistema “SHPL” ta’ 10 μrad (mikroradjanti) jew inqas (aħjar);

3. 

Tagħmir u komponenti ottiċi, iddisinjati apposta għal kombinazzjoni f’sistema “SHPL” b’arranġament f’fażijet u li għandu xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

“Preċiżjoni” ta’ 0,1 μm jew inqas, għal tul ta’ mewġ akbar minn 1 μm; jew

b. 

“Preċiżjoni” ta’ λ/10 jew inqas (aħjar) fit-tul ta’ mewġ iddisinjat, għal tul ta’ mewġ ta’ 1 μm jew inqas;

4. 

Teleskopji ta’ projezzjoni ddisinjati apposta għall-użu mas-sistemi “SHPL”;

g. 

“Tagħmir akustiku ta’ detezzjoni bil-laser” li għandu dan kollu li ġej:

1. 

Potenza tal-output tal-“laser” f’mewġa kontinwa ugwali għal jew aktar minn 20 mW;

2. 

Stabbiltà tal-frekwenza tal-“laser” ugwali għal jew aħjar (inqas) minn 10 MHz;

3. 

Tul tal-mewġa tal-“laser” ugwali għal jew aktar minn 1 000  nm iżda mhux aktar minn 2 000  nm;

4. 

Riżoluzzjoni tas-sistema ottika aħjar (inqas) minn 1 nm; u

5. 

Proporzjoni bejn is-sinjal ottiku u l-ħoss ugwali għal jew aktar minn 103.

Nota Teknika:

It-“tagħmir akustiku ta’ detezzjoni bil-laser” kultant jissejjaħ Mikrofonu bil-“Laser” jew Mikrofonu ta’ Detezzjoni tal-Fluss tal-Partiċelli.

6A006“Manjetometri”, “gradjometri manjetiċi”, “gradjometri manjetiċi instrinsiċi”, sensuri ta’ kamp elettriku taħt wiċċ l-ilma, “sistemi ta’ kumpens”, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 7A103.d.

Nota:   6A006 ma jikkontrollax strumenti ddisinjati apposta għal applikazzjoniet fis-sajd jew kejl biomanjetiku għad-dianjostika medika.

a. 

“Manjetometri” u sottosistemi kif ġej:

1. 

“Manjetometri” li jużaw “teknoloġija”“superkonduttiva” (SQUID) u b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Sistemi SQUID iddisinjati għat-tħaddim stazzjonarju, mingħajr sottosistemi ddisinjati apposta sabiex inaqqsu l-ħsejjes ta’ moviment, u b’“sensittività” daqs jew inqas (aħjar) minn 50 fT (rms) għal kull għerq kwadrat ta’ Hz fi frekwenza ta’ 1 Hz; jew

b. 

Sistemi SQUID li għandhom “sensittività” tal-manjetometru waqt moviment ta’ inqas (aħjar) minn 20 pT (rms) għal kull għerq kwadrat ta’ Hz fi frekwenza ta’ 1 Hz u ddisinjati apposta sabiex inaqqsu l-ħsejjes ta’ moviment;

2. 

“Manjetometri” li jużaw “teknoloġija” ta’ ppumpjar ottiku jew ta’ preċessjoni nukleari (protoni/Overhauser) b’“sensittività” inqas (aħjar) minn 20 pT (rms) għal kull għerq kwadrat ta’ Hz fi frekwenza ta’ 1 Hz;

3. 

“Manjetometri” li jużaw “teknoloġija” fluxgate b’“sensittività” daqs jew inqas (aħjar) minn 10 pT (rms) għal kull għerq kwadrat ta’ Hz fi frekwenza ta’ 1 Hz;

4. 

“Manjetometri” ta’ kojls ta’ induzzjoni b’“sensittività” inqas (aħjar) minn xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

0,05 nT (rms) kull għerq kwadrat ta’ Hz fi frekwenzi ta’ inqas minn 1 Hz;

b. 

1 × 10–3nT (rms) kull għerq kwadrat ta’ Hz fi frekwenzi ta’ 1 Hz jew iżjed iżda li ma jaqbżux l-10 Hz; jew

c. 

1 × 10–4 nT (rms) kull għerq kwadrat ta’ Hz li jaqbżu l-10 Hz;

5. 

“Manjetometri” tal-fibra ottika b’“sensittività” inqas (aħjar) minn 1 nT (rms) għal kull għerq kwadrat ta’ Hz;

b. 

Sensuri ta’ kamp elettriku taħt wiċċ l-ilma b’“sensittività” inqas (aħjar) minn 8 nanovolt għal kull metru u kull għerq kwadrat ta’ Hz meta mkejjel f’1 Hz;

c. 

“Gradjometri manjetiċi” kif ġej:

1. 

“Gradjometri manjetiċi” li jużaw “manjetometri” multipli speċifikati f’6A006.a.;

2. 

“Gradjometri manjetiċi instrinsiċi” tal-fibra ottika b’“sensittività” tal-gradjent tal-kamp manjetiku inqas (aħjar) minn 0,3 nT/m rms għal kull għerq kwadrat ta’ Hz;

3. 

“Gradjometri manjetiċi instrinsiċi” li jużaw “teknoloġija” li mhix “teknoloġija” tal-fibra ottika, b’“sensittività” tal-gradjent tal-kamp manjetiku inqas (aħjar) minn 0,015 nT/m rms kull għerq kwadrat ta’ Hz;

d. 

“Sistemi ta’ kumpens” għal sensuri ta’ kamp elettriku manjetiċi jew ta’ taħt wiċċ l-ilma li jirriżultaw fi prestazzjoni ugwali għal jew aħjar mill-parametri speċifikati ta’ 6A006.a., 6A006.b. jew 6A006.c.;

e. 

Riċevituri elettromanjetiċi taħt wiċċ l-ilma li jinkorporaw sensuri tal-kamp manjetiku speċifikati f’6A006.a. jew sensuri elettriċi taħt wiċċ l-ilma speċifikati f’6A006.b.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 6A006, “sensittività” (livell ta’ ħoss) hija l-għerq tal-medja tal-kwadrati tal-livell minimu ta’ ħoss limitat bl-apparat li huwa l-aktar sinjal baxx li jista’ jitkejjel.

6A007Gravimetri u gradjometri tal-gravità, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 6A107.

a. 

Gravimetri ddisinjati jew modifikati għall-użu fuq l-art u li għandhom preċiżjoni statika ta’ inqas (aħjar) minn 10 μGal;

Nota:   6A007.a. ma jikkontrollax gravimetri għall-użu fl-art tat-tip bl-element tal-kwartz (Worden).

b. 

Gravimetri ddisinjati għal pjattaformi mobbli u li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

“Preċiżjoni” statika ta’ inqas (aħjar) minn 0.7 mGal; u

2. 

“Preċiżjoni” fil-ħidma (operattiva) ta’ inqas (aħjar) minn 0,7 mGal, b’“ħin ta’ reġistrazzjoni ta’ valur stabbli” ta’ inqas minn 2 minuti taħt kwalunkwe kombinazzjoni ta’ kumpensi u influwenzi dinamiċi preżenti;

c. 

Gradjometri tal-gravità.

6A008Sistemi, tagħmir u assemblaġġi tar-radar, li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

N.B.   ARA WKOLL 6A108.

Nota:   6A008 ma jikkontrollax:

— 
Radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR);
— 
Radar Awtomobilistiku Ċivili;
— 
Mezzi viżivi jew monitors użati għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC);
— 
Radar meteoroloġiku (tat-temp);
— 
Tagħmir ta’ radar għall-approċċ bi preċiżjoni (PAR) konformi mal-istandards tal-ICAO u li juża arranġamenti lineari (unidimensjonali) diriġibbli elettronikament jew antenni passivi ppożizzjonati mekkanikament.
a. 

Jaħdmu fi frekwenzi minn 40 GHz sa 230 GHz u għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Potenza medja tal-output ta’ aktar minn 100 mW; jew

2. 

“Preċiżjoni” ta’ lokalizzazzjoni ta’ 1 m jew inqas (aħjar) fil-medda u 0,2 gradi jew inqas (aħjar) ażimuti;

b. 

Medda tal-frekwenza intonabbli ta’ aktar minn ± 6,25 % tal-“frekwenza operattiva ċentrali”;

Nota Teknika:

Il-“frekwenza operattiva ċentrali” hija nofs is-somma tal-ogħla u l-inqas frekwenzi operattivi speċifikati.

c. 

Kapaċi jaħdmu fl-istess ħin fuq aktar minn żewġ frewkenzi portanti;

d. 

Kapaċi jaħdmu b’apertura sintetika (SAR), b’mod ta’ radar b’apertura sintetika invertita (ISAR), jew b’mod ta’ radar laterali fl-ajru (SLAR);

e. 

Fihom antenni b’arranġament orjentabbli elettronikament;

Nota Teknika:

L-antenni b’arranġamenti f’fażijiet skannjati elettronikament huma magħrufin ukoll bħala antenni b’arranġamenti f’fażijiet orjentabbli elettronikament.

f. 

Jistgħu jiddetermninaw l-għoli ta’ bersalli nonkoperattivi;

g. 

Iddisinjati apposta għat-tħaddim fl-ajru (immuntati fuq ballun tal-ajru jew qafas ta’ arjuplan) u li għandhom “proċessar tas-sinjal” Doppler għad-detezzjoni ta’ bersalli li jiċċaqalqu;

h. 

Għandhom proċessar tas-sinjali tar-radar u li juża xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Tekniki ta’ “spettru mifrux tar-radar”; jew

2. 

Tekniki ta’ “aġilità tal-frekwenza tar-radar”;

i. 

Jipprovdu l-operat fuq l-art u li għandhom “medda strumentali” massima ta’ aktar minn 185 km;

Nota:   6A008.i. ma jikkontrollax:

a. 

Radar fuq l-art għas-sorveljanza tal-unitajiet tas-sajd;

b. 

Tagħmir tar-radar fuq l-art iddisinjat apposta għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru waqt ir-rotta, u li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

“Medda strumentali” massima ta’ 500 km jew inqas;

2. 

Ikkonfigurat sabiex id-data tal-bersalli tar-radar tista’ tintbagħat biss f’direzzjoni waħda mill-post tar-radar għal ċentru ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru ċivili wieħed jew aktar;

3. 

Ma jikkontjeni ebda provista għall-kontroll remot tar-rata ta’ skennjar tar-radar miċ-ċentru ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru waqt ir-rotta; u

4. 

Installat b’mod permanenti;

c. 

Radar għat-trekkjar tal-blalen tal-ajru meteoroloġiċi.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 6A008.i. “medda strumentali” tfisser il-medda speċifika mhux ambigwa murija minn radar.

j. 

Huwa radar bil-“laser” jew tagħmir għad-Detezzjoni u l-Kejl tad-Distanza bid-Dawl (LIDAR), u b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

“Kwalifikati għall-użu spazjali”;

2. 

Jużaw teknika ta’ detezzjoni koerenti eterodina jew omodina u għandhom riżoluzzjoni angulari ta’ inqas (aħjar) minn 20 μrad (mikroradjan); jew

3. 

Iddisinjati għat-twettiq ta’ stħarriġiet littorali batimetriċi fl-ajru skont l-Istandard ta’ Ordni 1a (il-Ħames (5) Edizzjoni, Frar 2008), jew aħjar, tal-Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali (IHO) għal Stħarriġiet Idrografiċi, u li jużaw “lasers” b’tul ta’ mewġ akbar minn 400 nm izda mhux aktar minn 600 nm;

Nota 1:   Tagħmir LIDAR iddisinjat apposta għall-istħarriġ huwa speċifikat f’6A008.j.3. biss.

Nota 2:   6A008.j. ma jikkontrollax tagħmir LIDAR iddisinjat apposta għall-osservazzjoni meteoroloġika.

Nota 3:   Il-parametri skont l-Istandard ta’ Ordni 1a tal-Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali, (il-ħames (5) Edizzjoni, Frar 2008), huma mniżżlin fil-qosor kif ġej:

— 
Preċiżjoni Orizzontali (Livell ta’ Kunfidenza ta’ 95 %) = 5 m + 5 % tal-fond.
— 
Preċiżjoni tal-Fond għal Fondijiet Imnaqqsa (livell ta’ fiduċja ta’ 95 %) = ±√(a2+(b*d)2), fejn:
a = 0.5 m = żball tal-fond kostanti,
jiġifieri t-total tal-iżbalji kostanti tal-fond kollha
b = 0.013 = fattur tal-iżball li jiddependi fuq il-fond
b*d = żball li jiddependi fuq il-fond
jiġifieri t-total tal-iżbalji kollha li jiddependu fuq il-fond
d = fond
— 
Rilevament tal-Karatteristika = Karatteristiċi kubi > 2 m f’fond sa 40 m; 10 % tal-fond lil hinn minn 40 m.
k. 

Għandhom sottosistemi ta’ “pproċessar tas-sinjal” li jużaw “kompressjoni tal-impuls”, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Proporzjon ta’ “kompressjoni tal-impuls” mhux ogħla minn 150; jew

2. 

Wisa’ tal-impuls ikkompressat inqas minn 200 ns; jew

Nota:   6A008.k.2. ma jikkontrollax “radar marittimu” jew radar tas-“servizz tat-traffiku marittimu” ta’ żewġ dimensjonijiet, li għandu dan kollu li ġej;

a. 

Proporzjon ta’ “kompressjoni tal-impuls” mhux ogħla minn 150;

b. 

Wisa’ tal-impuls ikkompressat ogħla minn 30 ns;

c. 

Antenna unika u rotanti mekkanikalment skennjata;

d. 

L-ogħla potenza tal-output ta’ mhux aktar minn 250 W; u

e. 

Mhux kapaċi “jaqbeż minn frekwenza għal oħra”.

l. 

Għandhom sottosistemi għall-ipproċessar tad-data u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

“Trekkjar awtomatiku tal-bersall” li jagħti, għal kwalunkwe rotazzjoni tal-antenna, il-pożizzjonament prevista tal-bersall lil hinn mill-ħin tal-passaġġ li jmiss tar-raġġ tal-antenna; jew

Nota:   6A008.l.1. ma jikkontrollax il-kapaċità ta’ allert ta’ konflitt fis-sistemi għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, jew “ir-radar marittimu”.

Nota Teknika:

“Trekkjar awtomatiku tal-bersall” huwa teknika ta’ proċessar li tidetermina elettronikament u bħala output tagħti valur estrapolat tal-aktar pożizzjoni probabbli tal-bersall f’ħin reali.

2. 

Mhux użat;

3. 

Mhux użat;

4. 

Konfigurat biex jipprovdi sovrapożizzjoni u korrelazzjoni, jew fużjoni, ta’ data ta’ bersalli f’sitt sekondi minn żewġ sensuri tar-radar jew iktar “ġeografikament mifruxin” sabiex ir-rendiment aggregat ikun superjuri għal dak ta’ sensur wieħed speċifikat f’6A008.f. jew 6A008.i.

Nota Teknika:

Is-sensuri huma meqjusa “ġeografikament imxerrda” meta kull post ikun ’il bogħod minn ieħor għal aktar minn 1 500  m fi kwalunkwe direzzjoni.. Is-sensuri mobbli dejjem jitqiesu “ġeografikament imxerrda”.

N.B.   Ara wkoll il-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota:   6A008.l.4. ma jikkontrollax sistemi, tagħmir jew assemblaġġi użati għas-“servizz tat-traffiku marittimu”.

Noti Tekniċi:

1.   Għall-finijiet ta’ 6A008, “radar marittimu” huwa radar li huwa użat sabiex jinnaviga b’mod sigur fil-baħar, fil-passaġġi fl-ilma interni jew l-ambjenti qrib ix-xatt.

2.   Għall-finijiet ta’ 6A008, “servizz tat-traffiku marittimu” huwa servizz ta’ monitoraġġ u kontroll tat-traffiku marittimu simili għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-“inġenji tal-ajru”.

6A102“Detetturi” reżistenti għar-radjazzjoni, għajr dawk speċifikati f’6A002, iddisinjati jew modifikati apposta għall-protezzjoni mill-effetti nukleari (pereż. impulsi elettromanjetiċi (EMP), raġġi-X, effetti kombinati ta’ splużjoni u sħana) u li jistgħu jintużaw għal “missili”, iddisinjati jew previsti li jirreżistu livelli ta’ radjazzjoni ugwali għal jew ogħla minn doża ta’ radjazzjoni totali ta’ 5 × 105 rads (siliċju).

Nota Teknika:

F’6A102, “detettur” huwa definit bħala apparat mekkaniku, elettriku, ottiku jew kimiku li awtomatikament jidentifika u jirrekordja, jew jirreġistra stimulu bħal bidla ambjentali fil-pressjoni jew fit-temperatura, sinjal elettriku jew elettromanjetiku jew radjazzjoni minn materjal radjuattiv. Dan jinkludi apparat li jidentifika b’operazzjoni ta’ darba jew bi ħsara.

6A107Gravimetri u komponenti għall-gravimetri u gradjometri tal-gravità, kif ġej:

a. 

Gravimetri, għajr dawk speċifikati f’6A007.b., iddisinjati jew modifikati għall-użu fl-ajru jew fil-baħar, u li għandhom preċiżjoni statika jew operattiva ta’ 0,7 milligal (mgal) jew inqas (aħjar), u b’ħin ta’ reġistrazzjoni ta’ valur stabbli ta’ żewġ minuti jew inqas;

b. 

Komponenti ta’ gravimetri speċifikament ddisinjati li huma speċifikati f’6A007.b. jew f’6A107.a. u gradjumetri tal-gravità speċifikati f’6A007.c.

6A108Sistemi ta’ radar u sistemi ta’ trekkjar, għajr dawk speċifikati f’6A008, kif ġej:

a. 

Sistemi ta’ radar u sistemi ta’ radar bil-laser iddisinjati jew modifikati għall-użu f’vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104;

Nota:   6A108.a. jinkludi dawn li ġejjin:

a. 

Tagħmir li jimmappja l-kontorni tal-art;

b. 

Tagħmir għall-kartografija u l-korrelazzjoni (diġitali kif ukoll analoġika) tax-xeni;

c. 

Tagħmir tar-radar għan-navigazzjoni Doppler;

d. 

Tagħmir passiv tal-interferometrija;

e. 

Tagħmir b’sensur tal-immaġini (attiv kif ukoll passiv).

b. 

Sistemi ta’ trekkjar ta’ preċiżjoni, li jistgħu jintużaw għal “missili”, kif ġej:

1. 

Sistemi ta’ trekkjar li jużaw traduttur tal-kodiċi flimkien ma’ referenzi fuq il-wiċċ jew fl-ajru jew sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita sabiex jipprovdu kejl fil-ħin reali tal-pożizzjonament u l-veloċità waqt titjira;

2. 

Radars tat-telemetrija għall-kejl tad-distanza inkluż it-traċċaturi ottiċi/infraħmar assoċjati bil-kapaċitajiet kollha li ġejjin:

a. 

Riżoluzzjoni angulari ta’ aħjar minn 1,5 milliradjani;

b. 

Medda ta’ 30 km jew iktar b’riżoluzzjoni fid-distanza aħjar minn 10 m rms; u

c. 

Riżoluzzjoni tal-veloċità aħjar minn 3 m/s;

Nota Teknika:

F’6A108.b. “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu distanza ta’ aktar minn 300 km.

c. 

Radomes iddisinjati biex jifilħu għal xokk termali kkombinat akbar minn 4,184 × 106 J/m2 akkumpanjati minn quċċata fuq pressjoni ta’ aktar minn 50 kPa, u utilizzabbli f’“missili” għall-protezzjoni mill-effetti nukleari (eżempju impulsi elettromanjetiku (EMP), raġġi X, effetti kombinati ta’ splużjoni u sħana)

6A202Tubi fotomultiplikaturi li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Żona ta’ fotokatodu ikbar minn 20 cm2; u

b. 

Ħin ta’ tlugħ tal-impuls anodiku ta’ inqas minn 1 ns.

6A203Kameras u komponenti, għajr dawk speċifikati f’6A003, kif ġej:

N.B.1.   “Software” iddisinjat apposta biex itejjeb jew jirrilaxxa l-prestazzjoni ta’ kamera jew apparat tal-immaġni sabiex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi ta’ 6A203.a., 6A203.b. jew 6A203.c. huwa speċifikat fi 6D203.

N.B.2.   “Teknoloġija” fil-forma ta’ kodiċijiet jew kjavi biex tittejjeb jew tiġi rilaxxata l-prestazzjoni ta’ kamera jew apparat tal-immaġni sabiex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi ta’ 6A203.a., 6A203.b. jew 6A203.c. hija speċifikata f’6E203.

Nota:   Minn 6A203.a. sa 6A203.c. ma jikkontrollawx kameras jew apparati tal-immaġni jekk ikollhom limiti ta’ ħardwer, “software” jew ta’ “teknoloġija” li jillimtaw il-prestazzjoni għal anqas minn dak li hu speċifikat hawn taħt, sakemm jissodisfaw xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Jeħtieġ li jiġu rritornati lill-manifattur oriġinali sabiex jittejjbu jew jiġu rilaxxati l-limiti;

2. 

Jeħtieġu “software” kif speċifikat fi 6D203 sabiex tittejjeb jew tiġi rilaxxata l-prestazzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi ta’ 6A203; jew

3. 

Jeħtieġu “teknoloġija” fil-forma ta’ kodiċijiet jew kowds kif speċifikat fi 6E203 sabiex tittejjeb jew tiġi rilaxxata l-prestazzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi ta’ 6A203.

a. 

Kameras elettroniċi li jkejlu l-varjazzjoni fid-dawl, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

1. 

Kameras li jkejlu l-varjazzjoni fid-dawl b’veloċità ta’ reġistrazzjoni akbar minn 0,5 mm/μs;

2. 

Kameras li jiskennjaw elettroniċi b’kapaċità ta’ riżoluzzjoni tal-ħin ta’ 50 ns jew inqas;

3. 

Streak tubes għall-kameras speċifikati f’6A203.a.2.;

4. 

Moduli ta’ estensjoni ddisinjati apposta għal użu ma’ kameras li jiskennjaw li għandhom strutturi modulari u li jippermettu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ prestazzjoni f’6A203.a.1. jew f’6A203.a.2.;

5. 

Partijiet elettroniċi li jissinkronizzaw, assemblaġġi ta’ rotors li jikkonsistu f’turbini, mirja u kuxxinetti ddisinjati apposta għal kameras speċifikati f’6A203.a.1.;

b. 

Kameras ta’ immaġni u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

1. 

Kameras ta’ immaġni b’rati ta’ reġistrazzjoni ta’ aktar minn 225 000 immaġni kull sekonda;

2. 

Kameras ta’ immaġni kapaċi ta’ ħin ta’ esponiment ta’ frejms ta’ 50 ns jew inqas;

3. 

Tubi ta’ immaġni u apparat tal-immaġni fi stat solidu li jkollhom ħin ta’ veloċità tax-xater ta’ 50 ns jew anqas jew iddisnjati apposta għal kameras speċifikati f’6A203.b.1 jew 6A203.b.2.;

4. 

Moduli ta’ estensjoni ddisinjati apposta għal użu ma’ kameras ta’ immaġni li għandhom strutturi modulari u li jippermettu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ prestazzjoni f’6A203.b.1. jew 6A203.b.2.;

5. 

Partijiet elettroniċi ta’ sinkronizzazzjoni, assemblaġġi ta’ rotors li jikkonsistu f’turbini, mirja u kuxxinetti ddisinjati apposta għal kameras speċifikati f’6A203.b.1, jew f’6A203.b.2.;

Nota Teknika:

F’6A203.b., il-kameras ta’ veloċità għolja ta’ immaġnijiet uniċi jistgħu jintużaw waħidhom sabiex jipprovdu immaġni unika ta’ event dinamiku, jew diversi kameras bħal dawn jistgħu jiġu kkombinati f’sistema ta’ skattar sekwenzjali sabiex jipprovdu immaġnijiet multipli ta’ avveniment.

c. 

Kameras fi stat solidu jew ta’ tubi ta’ elettroni, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

1. 

Kameras ta’ stat solidu jew ta’ tubi ta’ elettroni b’ħin ta’ veloċità tax-xater ta’ 50 ns jew inqas;

2. 

Kameras ta’ stat solidu jew ta’ tubi ta’ elettroni b’ħin ta’ veloċità tax-xater ta’ 50 ns jew inqas iddisinjati għal kameras speċifiċi 6A203.c.1;

3. 

Apparat elettrottiku b’xater (ċelloli Kerr jew Pockels) b’ħin ta’ veloċità tax-xater ta’ 50 μs jew inqas;

4. 

Moduli ta’ estensjoni ddisinjati apposta għal użu ma’ kameras li għandhom strutturi modulari u li jippermettu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ prestazzjoni f’6A203.c.1.

d. 

Kameras tat-TV reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għal doża ta’ radjazzjoni totali ogħla minn 50 × 103 Gy(siliċju) (5 × 106 rad (siliċju)) mingħajr degradazzjoni operattiva.

Nota Teknika:

It-terminu Gy(siliċju) jirreferi għall-enerġija f’Joules għal kull kilogramm li hija assorbita minn kampjun mhux protett tas-siliċju meta espost għar-radjazzjoni jonizzanti.

6A205“Lasers”, amplifikaturi u oxxillaturi tal-“laser”, għajr dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. u 6A005; kif ġej:

N.B   Għal lasers tal-fwar tar-ram ara 6A005.b.

a. 

“Lasers” tal-argon jonizzat li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. 

Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 400 nm u 515 nm; u

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 40 W;

b. 

Oxxillaturi laser bl-impulsi b’modalità unika b’koloranti intonabbli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 300 nm u 800 nm;

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 1 W;

3. 

Rata ta’ repetizzjoni ogħla minn 1 kHz; u

4. 

Wisa’ tal-impuls inqas minn 100 ns;

c. 

Amplifikaturi u oxxillaturi laser bl-impulsi b’koloranti li jistgħu jiġu kkurdati, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 300 nm u 800 nm;

2. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 30 W;

3. 

Rata ta’ repetizzjoni ogħla minn 1 kHz; u

4. 

Wisa’ tal-impuls inqas minn 100 ns;

Nota:   6A205.ċ. ma jikkontrollax oxxillaturi b’modalità waħda.

d. 

“Lasers” bl-impulsi tad-diossidu tal-karbonju (CO2)li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 9 000  nm u 11 000  nm;

2. 

Rata ta’ repetizzjoni ogħla minn 250 Hz;

3. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 500 W; u

4. 

Wisa’ tal-impuls inqas minn 200 ns;

e. 

Sfażaturi Raman bil-paraidroġenu ddisinjati sabiex jaħdmu fuq tul ta’ mewġ tal-output ta’ 16 μm u b’rata ta’ repetizzjoni ogħla minn 250 Hz;

f. 

“Lasers” miżjuda bin-neodimju (għajr ħġieġ) b’tul ta’ mewġ tal-output bejn 1 000  u 1 100  nm li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Q-switched u xprunai bl-impulsi b’durata tal-impuls ta’ 1 ns jew iżjed, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Output b’modalità trasversali unika b’“potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 40W; jew

b. 

Output b’modalità trasversali multipla b’potenza medja tal-output ta’ aktar minn 50W; jew

2. 

Jinkorporaw ir-raddoppjar tal-frekwenza li jagħti t-tul ta’ mewġa tal-output bejn il-500 nm u l-550 nm, b’“potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 40 W;

g. 

“Lasers” bl-impulsi tal-monossidu tal-karbonju (CO), għajr dawk speċifikati f’6A005.d.2., li jkollhom dan kollu li ġej:

1. 

Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 5 000  nm u 6 000  nm;

2. 

Rata ta’ repetizzjoni ogħla minn 250 Hz;

3. 

“Potenza medja tal-output” ta’ aktar minn 200 W; u

4. 

Wisa’ tal-impuls inqas minn 200 ns;

6A225Interferometri tal-veloċità għall-kejl ta’ veloċitajiet ogħla minn 1 km/s f’intervalli ta’ ħin ta’ inqas minn 10 mikrosekondi.

Nota:   6A225 jinkludi interferometri tal-veloċità bħall-VISAR (Velocity Interferometer Systems for Any Reflector), id-DLI (Doppler Laser Interferometers) u l-PDV (Photonic Doppler Velocimeters) magħrufa wkoll bħala Het-V (Heterodyne Velocimeters).

6A226Sensuri tal-pressjoni, kif ġej:

a. 

Gejġijiet tal-pressjoni tax-xokkijiet li kapaċi jkejlu pressjonijiet ta’ aktar minn 10 GPa, inklużi gejġijiet magħmulin minn manganin, itterbju, u fluworur tal-poliviniliden (PVDF) / difluworur polivinil (PVF2);

b. 

Trasdutturi tal-pressjoni tal-kwarz għal pressjonijiet ogħla minn 10 GPa.

6BTagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

6B002Maskri u rettikoli, iddisinjati speċjali għas-sensuri ottiċi speċifikati fi 6A002.a.1.b. jew 6A002.a.1.d.

6B004Tagħmir ottiku kif ġej:

a. 

Tagħmir għall-kejl tal-fattur ta’ riflessjoni assolut bi “preċiżjoni” ta’ 0,1 % jew aħjar tal-valur ta’ riflessjoni;

b. 

Tagħmir għajr dak għall-kejl tad-dispersjoni tal-uċuħ ottiċi, li għandu apertura netta ta’ aktar minn 10 cm, iddisinjat apposta għall-kejl ottiku mingħajr kuntatt ta’ forma (profil) ta’ wiċċ ottiku mhux ċatt bi “preċiżjoni” ta’ 2 nm jew inqas (aħjar) fir-rispett tal-profil meħtieġ.

Nota:   6B004 ma jikkontrollax il-mikroskopji.

6B007Tagħmir li jipproduċi, jallinja u jikkalibra gravimetri bbażati fuq l-art bi “preċiżjoni” statika ta’ aħjar minn 0,1 mGal.

6B008Sistemi ta’ kejl ta’ sezzjoni trażversali bir-radar bl-impulsi li jittrażmettu impulsi b’wisa’ ta’ 100 ns jew inqas, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

N.B   ARA WKOLL 6B108.

6B108Sistemi, għajr dawk speċifikati f’6B008, iddisinjati apposta għall-kejl tal-wiċċ ekwivalenti li jistgħu jintużaw għall-“missili” u s-sottosistemi tagħhom.

Nota Teknika:

F’6B108 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu distanza ta’ aktar minn 300 km.

6CMaterjali

6C002Materjali għal sensuri ottiċi kif ġej:

a. 

Tellurju elementari (Te) b’livelli ta’ purezza ta’ 99,9995 % jew iżjed;

b. 

Kristalli uniċi (inkluż wejfers epitassjali) ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Tellurur tal-kadmju-żingu (CdZnTe), b’kontenut ta’ żingu ta’ inqas minn 6 % bi “frazzjoni molari”;

2. 

Tellurur tal-kadmju (CdTe) fi kwalunkwe livell ta’ purità; jew

3. 

Tellurur tal-merkurju-kadmju (HgCdTe) fi kwalunkwe livell ta’ purità.

Nota Teknika:

“Frazzjoni molari” hija definita bħala l-proporzjon tal-moli ta’ ZnTe u t-total tal-moli ta’ CdTe u ZnTe preżenti fil-kristall.

6C004Materjal ottiku kif ġej:

a. 

“Substrati grezzi” ta’ selenid taż-żingu (ZnSe) u sulfid taż-żingu (ZnS), magħmulin mill-proċess kimiku ta’ depożitu mill-fwar u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Volum ikbar minn 100cm3; jew

2. 

Dijametru ikbar minn 80 mm u ħxuna ta’ 20 mm jew iżjed;

b. 

Materjal elettrottiku u materjal ottiku mhux lineari, kif ġej:

1. 

Arsenat tal-potassju titanil (KTA) (CAS 59400-80-5);

2. 

Selenju tal-gallju-fidda (AgGaSe2), magħruf ukoll bħala AGSE) CAS 12002-67-4);

3. 

Selenju tat-tallju arseniku Tl3AsSe3 , magħruf ukoll bħala TAS) (CAS 16142-89-5);

4. 

Fosfat taż-żingu ġermanju (ZnGeP2, magħruf ukoll bħala ZGP, bifosfat taż-żingu ġermanju jew difosfat taż-żingu ġermanju); jew

5. 

Selenju tal-gallju (GaSe) (CAS 12024-11-2);

c. 

Materjali ottiċi nonlineari, għajr dawk speċifikati fi 6C004.b., li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Suxxettibbiltà dinamika (magħrufa wkoll bħala nonstazzjonarja) mhux lineari tat-tielet ordni (χ(3), chi 3) ta’ 10–6 m2/V2 jew iktar; u

b. 

Ħin ta’ rispons ta’ inqas minn 1 ms; jew

2. 

Suxxettibbiltà mhux lineari tat-tieni ordni (χ(2), chi 2) of 3,3×10–11 m/V jew aktar;

d. 

“Substrati grezzi” ta’ karbur tas-siliċju jew ta’ materjali depożitati ta’ berillju/berillju (Be/Be) ta’ dijametru jew tul tal-assi prinċipali ikbar minn 300 mm;

e. 

Ħġieġ, inkluż silika mdewba, ħġieġ fosfat, ħġieġ fluworofosfat, fluworur taż-żirkonju (ZrF4 ) (CAS 7783-64-4) u fluworur tal-afnju (HfF4 ) (CAS 13709-52-9) u li għandu dan kollu li ġej:

1. 

Konċentrazzjoni tal-jonju idrossili (OH-) ta’ inqas minn 5 ppm;

2. 

Livelli ta’ purezza metallika integrata ta’ inqas minn 1 ppm; u

3. 

Omoġeneità għolja (varjazzjoni tal-indiċi ta’ rifrazzjoni) ta’ inqas minn 5 × 10-6;

f. 

Materjal tad-djamant magħmul sintetikament b’assorbiment ta’ inqas minn 10-5 cm-1 għal tul ta’ mewġa ta’ aktar minn 200 nm iżda mhux iżjed minn 14 000  nm.

6C005Materjal “laser” kif ġej:

a. 

Materjal kristallin sintetiku li jospita l-“laser” fil-forma mhux raffinata kif ġej:

1. 

Żefir miżjud bit-titanju;

2. 

Mhux użat.

b. 

Fibri miksijin doppjament miżjuda b’metall terrestri rari li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Tul tal-mewġa tal-output ta’ 975 nm jew iżjed imma li ma jaqbiżx l-1 150  nm u li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Dijametru medju tan-nukleu daqs jew akbar minn 25 μm; u

b. 

“Apertura Numerika” (“NA”) tan-nukleu inqas minn 0,065; jew

Nota:   6C 005.b. 1. ma jikkontrollax fibri miksijin doppjament bi ħġieġ ta’ dijametru ta’ ġewwa akbar minn 150 μm u mhux aktar minn 300 μm.

2. 

Tul tal-mewġa nominali ta’ aktar minn 1 530  nm u li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. 

Dijametru medju tan-nukleu daqs jew akbar minn 20 μm; u

b. 

“Apertura Numerika” (“NA”) tan-nukleu inqas minn 0,1;

Noti Tekniċi:

1.   Għall-finijiet ta’ 6C005.b., “Apertura Numerika” (“AN”) tan-nukleu titkejjel fit-tul tal-mewġa tal-emmissjoni tal-fibra.

2.   6C 005.b. jinkludi fibri mmuntati b’għotjien tat-tarf.

6DSoftware

6D001“Software” iddisinjat apposta għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir speċifikat f’6A004, 6A005, 6A008 jew 6B008.

6D002“Software” iddisinjat apposta għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat f’6A002.b., 6A008 jew 6B008.

6D003“Software” ieħor kif ġej:

a. 

“Software” kif ġej:

1. 

“Software” iddisinjat apposta għat-tiswir ta’ raġġi akustiċi għall-“ipproċessar fil-ħin reali” tad-data akustika għar-riċezzjoni passiva bl-użu ta’ arranġamenti idrofoniċi rmunkati;

2. 

“Kodiċi tas-sors” għall-“ipproċessar f’ħin reali” tad-data akustika għar-riċezzjoni passiva bl-użu ta’ arranġamenti idrofoniċi rmunkati;

3. 

“Software” iddisinjat apposta għat-tiswir ta’ raġġi akustiċi għall-“ipproċessar fil-ħin reali” tad-data akustika għar-riċezzjoni passiva bl-użu ta’ sistemi ta’ kejbil tal-qiegħ jew tal-bajja;

4. 

“Kodiċi tas-sors” għall-“ipproċessar fil-ħin reali” tad-data akustika għar-riċezzjoni passiva bl-użu ta’ sistemi ta’ kejbil tal-qiegħ jew tal-bajja;

5. 

“Software” jew “kodiċi tas-sors”, iddisinjati apposta għal dan kollu li ġej:

a. 

“Ipproċessar f’ħin reali” ta’ data akustika minn sistemi tas-sonar speċifikati f’6A001.a.1.e.; u

b. 

Awtomatikament jirrileva, jikklassifika u jiddetermina l-pożizzjoni ta’ bugħaddasa jew għawwiema;

N.B.   Għal “software” jew “kodiċi tas-sors” għad-detezzjoni ta’ bugħaddasa ddisinjati apposta jew modifikati għall-użu militari, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

b. 

Mhux użat;

c. 

“Software” iddisinjat jew modifikat għal kameras li jinkorporaw “matriċijiet fuq il-pjan fokali” speċifikat f’6A002.a.3.f. u ddisinjat jew modifikat biex ineħħi restrizzjoni tar-rata ta’ immaġni u jippermetti lill-kamera taqbeż ir-rata ta’ immaġni speċifikata f’6A003.b.4. Nota 3.a.

d. 

“Software” iddisinjat apposta sabiex iżomm l-allinjament u l-fażatura ta’ sistemi ta’ mirja ssegmentati li jikkonsistu f’segmenti tal-mirja b’dijametru jew tul tal-assi prinċipali daqs jew akbar minn 1 m;

e. 

Mhux użat;

f. 

“Software” kif ġej:

1. 

“Software” iddisinjat apposta għal “sistemi ta’ kumpens” tal-kamp manjetiku u elettriku għal sensuri manjetiċi ddisinjati sabiex jaħdmu fuq pjattaformi mobbli;

2. 

“Software” iddisinjat apposta għad-detezzjoni ta’ anomaliji fil-kamp manjetiku u elettriku fuq pjattaformi mobbli;

3. 

“Software” iddisinjat apposta għal “proċessar f’ħin reali” ta’ data elettromanjetika li tuża riċevituri elettromanjetiċi taħt wiċċ l-ilma speċifikati f’6A006.e.;

4. 

“Kodiċi tas-sors” għal “proċessar f’ħin reali” ta’ data elettromanjetika li juża riċevituri elettromanjetiċi taħt wiċċ l-ilma speċifikati f’6A006.e.;

g. 

“Software” iddisinjat apposta sabiex jikkoreġi l-influwenzi tal-moviment ta’ gravimetri jew gradjometri tal-gravità;

h. 

“Software” kif ġej:

1. 

“Programmi” ta’ “software” għall-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC) iddisinjati biex jiġu installati f’kompjuters ta’ użu ġenerali li jinsabu f’ċentri ta’ Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru u kapaċi jaċċettaw id-data relattiva għall-bersalli ta’ radar minn iktar minn erba’ radars primarji;

2. 

“Software” għad-disinn jew il-“produzzjoni” ta’ koppli għar-radar (radome) u li għandu dan kollu li ġej:

a. 

Iddisinjati apposta sabiex jipproteġu l-antenni b’arranġamenti f’fażijiet skannjati elettronikament speċifikati f’6A008.e.; u

b. 

Jirriżultaw f’disinn tal-antenna b’“livell medju tal-lobi laterali” ta’ aktar minn 40 dB taħt l-ogħla livell tar-raġġ ewlieni.

Nota Teknika:

Il-“livell medju tal-lobi laterali” f’6D003.h.2.b. jitkejjel tul l-arranġament kollu eskluż l-estensjoni angulari tar-raġġ ewlieni u l-ewwel żewġ lobi laterali fuq kull naħa tar-raġġ ewlieni.

6D102“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” tal-oġġetti indikati f’6A108.

6D103“Software” li jipproċessa data rreġistrata wara t-titjir, li jippermetti li jsir magħruf il-pożizzjonament tal-vettura tul it-trajettorja tagħha, iddisinjat apposta jew modifikat għal “missili”.

Nota Teknika:

F’6D103 “missili” tfisser sistemi tar-rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

6D203“Software” iddisinjat apposta sabiex itejjeb jew jirrilaxxa l-prestazzjoni tal-kameras jew tal-apparat tal-immaġni sabiex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi msemmija minn 6A203.a. sa 6A203.c.

6ETeknoloġija

6E001“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta’ tagħmir, materjali jew “software” speċifikati f’6 A, 6B, 6C jew 6D.

6E002“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“produzzjoni” ta’ tagħmir jew materjali speċifikati f’6 A, 6B jew 6C.

6E003“Teknoloġija” oħra kif ġej:

a. 

“Teknoloġija” kif ġej:

1. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-kisi u t-trattament ta’ uċuħ ottiċi sabiex tinkiseb uniformità ta’ “ħxuna ottika” ta’ 99,5 % jew aħjar għall-kisi ottiku ta’ dijametru jew tul tal-assi ewlieni ta’ 500 mm jew iżjed u b’telf totali (assorbiment u dispersjoni) ta’ inqas minn 5 × 10-3;

N.B.   Ara wkoll 2E003.f.

Nota Teknika:

“Ħxuna ottika” hija l-prodott matematiku tal-indiċi tar-rifrazzjoni u l-ħxuna fiżika tal-kisi.

2. 

“Teknoloġija” għall-fabbrikazzjoni ta’ ottiċi li tuża teknika ta’ tornitura b’ponta ta’ djamant unika sabiex tipproduċi preċiżjoni tal-finitura tal-wiċċ aħjar minn 10 nm rms fuq uċuħ mhux ċatti ikbar minn 0,5 m2;

b. 

“Tekonoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, “fabbrikazzjoni” jew “użu” ta’ strumenti ta’ djagnostika jew ta’ bersalli ddisinjati speċifikament għall-impjanti għat-testijiet għall-eżamijiet ta’ “SHPL” jew għall-eżamijiet tal-evalwazzjoni ta’ materjali irradjati mir-raġġi ta’ “SHPL”;

6E101“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta’ tagħmir jew “software” speċifikat f’6A002, 6A007.b. u .c., 6A008, 6A102, 6A107, 6A108, 6B108, 6D102 jew 6D103.

Nota:   6E101 jikkontrolla biss “it-teknoloġija” għal oġġetti speċifikati fi 6A002, 6A007 u 6A008 jekk l-oġġetti jkunu ddisinjati għall-applikazzjonijiet fl-ajru u jistgħu jintużaw għall-“missili”.

6E201“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat f’6A003, 6A005.a.2., 6A005.b.2., 6A005.b.3., 6A005.b.4., 6A005.b.6., 6A005.c.2., 6A005.d.3.c., 6A005.d.4.c., 6A202, 6A203, 6A205, 6A225 jew 6A226.

Nota 1:   6E201 jikkontrolla biss “it-teknoloġija” għall-kameras specifikati f’ 6A003 jekk il-kameras ikunu speċifikati wkoll minn xi parametri ta’ kontroll ta’ 6A203.

Nota 2:   6E201 jikkontrolla biss “it-teknoloġija” għal-lasers specifikati f’ 6A005.b.6. li jkunu miżjuda bin-neodimju u speċifikati wkoll minn kwalunkwe parametri ta’ kontroll ta’ 6A205.f.

6E203“Teknoloġija” fil-forma ta’ kodiċijiet jew kjavi li jsaħħu jew jirrilaxxaw il-prestazzjoni ta’ kameras jew ta’ apparat tal-immaġni biex jiġu ssodisfati l-karatteristiċi msemmija minn 6A203.a. sa 6A203.c.

KATEGORIJA 7 - NAVIGAZZJONI U AVJONIKA

7ASistemi, Tagħmir u Komponenti

N.B.   Għal piloti awtomatiċi għall-vetturi ta’ taħt wiċċ l-ilma, ara l-Kategorija 8.

Għar-radar, ara l-Kategorija 6.

7A001Aċċelerometri kif ġej u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

N.B.   ARA WKOLL 7A101.

N.B.   Għal aċċelerometri angolari jew rotazzjonali, ara 7A001.b.

a. 

Aċċelerometri lineari li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Speċifikati sabiex jaħdmu f’livelli ta’ aċċellerazzjoni lineari ta’ 15-il g jew inqas u b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Stabbiltà” tal-“polarizzazzjoni” ta’ inqas (aħjar) minn 130 mikro g fir-rigward ta’ valur fiss ta’ kalibrazzjoni fuq perjodu ta’ sena; jew

b. 

“Stabbiltà” tal-“fattur ta’ skala” ta’ inqas (aħjar) minn 130 ppm fir-rigward ta’ valur fiss ta’ kalibrazzjoni fuq perjodu ta’ sena;

2. 

Speċifikati sabiex jaħdmu f’livelli ta’ aċċellerazzjoni lineari ogħla minn 15-il g iżda inqas minn jew ugwali għal 100 g u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

“Ripetibbiltà” tal-“polarizzazzjoni” ta’ 1 250  mikro g jew inqas (aħjar) fuq perjodu ta’ sena; kif ukoll

b. 

“Ripetibbiltà” tal-“fattur ta’ skala” ta’ 1 250  ppm jew inqas (aħjar) fuq perjodu ta’ sena; jew

3. 

Iddisinjati għall-użu f’sistemi inerzjali ta’ navigazzjoni jew gwida u speċifikati sabiex jaħdmu f’livelli ta’ aċċellerazzjoni lineari ogħla minn 100 g;

Nota:   7A001.a.1. u 7A001.a.2. ma jikkontrollawx l-aċċelerometri limitati għall-kejl ta’ vibrazzjonijiet jew xokkijiet biss.

b. 

Aċċelerometri angulari jew rotazzjonali, speċifikati sabiex jaħdmu f’livelli ta’ aċċellerazzjoni lineari ogħla minn 100 g.

7A002Ġiroskopji jew sensuri ta’ rata angulari, li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

N.B.   ARA WKOLL 7A102.

N.B.   Għal aċċelerometri angolari jew rotazzjonali, ara 7A001.b.

a. 

Speċifikati sabiex jaħdmu f’livelli ta’ aċċellerazzjoni lineari ta’ 100 g jew inqas u b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Medda ta’ rati ta’ inqas minn 500 grad kull sekonda u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Stabbiltà” ta’ “polarizzazzjoni” ta’ inqas (aħjar) minn 0,5 gradi fis-siegħa, meta mkejla f’ambjent ta’ 1 g fuq perjodu ta’ xahar, u mqabbla ma’ valur fiss ta’ kalibrazzjoni; jew

b. 

“Spostament angulari każwali” ta’ inqas (aħjar) minn jew ugwali għal 0,0035 gradi kull għerq kwadrat ta’ siegħa; jew

Nota:   7A002.a.1.b. ma jikkontrollax “ġiroskopji b’massa rotanti”.

2. 

Medda angolari tar-rata ta’ 500 grad kull sekonda jew iżjed u għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Stabbiltà” ta’ “polarizzazzjoni” ta’ inqas (aħjar) minn 4 gradi fis-siegħa, meta mkejla f’ambjent ta’ 1 g fuq perjodu ta’ tliet minuti, u mqabbla ma’ valur fiss ta’ kalibrazzjoni; jew

b. 

“Spostament angulari każwali” ta’ inqas (aħjar) minn jew ugwali għal 0,1 gradi kull għerq kwadrat ta’ siegħa; jew

Nota:   7A002.a.2.b. ma jikkontrollax “ġiroskopji b’massa rotanti”.

b. 

Speċifikati sabiex jaħdmu f’livelli ta’ aċċellerazzjoni lineari ogħla minn 100 g.

7A003“Tagħmir jew sistemi ta’ kejl inerzjali” li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

N.B.   ARA WKOLL 7A103.

Nota 1:   “Tagħmir jew sistemi ta’ kejl inerzjali” jinkorporaw aċċelerometri jew ġiroskopji sabiex ikejlu t-tibdil fil- veloċità u orjentazzjoni sabiex tiġi determinata jew tinżamm id-direzzjoni jew il-pożizzjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ referenza esterna ladarba tiġi allinjata. It-“tagħmir jew sistemi ta’ kejl inerzjali jinkludu”:

— 
Sistemi ta’ Referenza tal-Attitudni u d-Direzzjoni (AHRSs);
— 
Kumpass ġiroskopiku;
— 
Unitajiet ta’ Kejl Inerzjali (IMUs);
— 
Sistemi ta’ Navigazzjoni Inerzjali (INSs);
— 
Sistemi ta’ Referenza Inerzjali (IRSs);
— 
Unitajiet ta’ Referenza Inerzjali (IRUs);

Nota 2:   7A003 ma jikkontrollax “tagħmir jew sistemi ta’ kejl inerzjali” li huma ċċertifikati għal użu fuq “inġenji tal-ajru ċivili” minn awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ xi Stat Membru tal-UE jew Stati Parteċipanti fil-Ftehim ta’ Wassenaar, jew iktar.

Nota Teknika:

“Referenzi ta’ għajnuna pożizzjonali” jipprovdu pożizzjoni b’mod indipendenti, u jinkludu:

a. 

“Sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita”;

b. 

“Navigazzjoni b’Riferiment għal Bażijiet ta’ Data” (“DBRN”).

a. 

Iddisinjat għal “inġenji tal-ajru”, vetturi tal-art jew bastimenti, li jipprovdu pożizzjoni mingħajr l-użu ta’ “referenzi ta’ għajnuna pożizzjonali”, u li għandhom xi waħda minn dawn il-“preċiżjonijiet” wara l-allinjament normali:

1. 

Rata ta’ “Żball Ċirkolari Probabbli” (CEP) ta’ 0,8 mili nawtiċi fis-siegħa (nm/hr) jew inqas (aħjar);

2. 

0,5 % ta’ distanza vjaġġata “CEP” jew inqas (aħjar); jew

3. 

Moviment totali ta’ mil nawtiku “CEP” jew inqas (aħjar) f’perjodu ta’ 24 siegħa;

Nota Teknika:

Il-parametri tal-prestazzjoni f’7A003.a.1., 7A003.a.2. u 7A003.a.3. tipikament japplikaw għal “tagħmir jew sistemi ta’ kejl inerzjali” ddisinjat għal “inġenji tal-ajru”, vetturi u bastimenti, rispettivament. Dawn il-parametri jirriżultaw mill-użu ta’ referenzi speċjalizzati mhux ta’ għajnuna pożizzjonali (pereżempju reġistrazzjoni ta’ altimetri, odometri, veloċità). B’konsegwenża ta’ dan, il-valuri speċifikati ta’ prestazzjoni ma jistgħux jiġu konvertiti bejn dawn il-parametri. It-tagħmir iddisinjat għal pjattaformi mutipli huwa evalwat kontra kull entrata applikabbli 7A003.a.1., 7A003.a.2., jew 7A003.a.3.

b. 

Iddisinjat għall-“inġenji tal-ajru”, l-vetturi tal-art jew bastimenti, bir-“referenza ta’ għajnuna pożizzjonali” inkorporata u jipprovdi pożizzjoni wara li jintilfu r-“referenzi ta’ għajnuna pożizzjonali” kollha għal perjodu ta’ 4 minuti l-aktar, bi “preċiżjoni” ta’ inqas (aħjar) minn 10 metri ta’ “CEP”;

Nota Teknika:

7A003.b. jirreferi għal sistemi li fihom “tagħmir jew sistemi ta’ kejl inerzjali” u referenzi ta’ “għajnuna pożizzjonali indipendenti” jinbnew f’unità unika (jiġifieri integrati) sabiex tinkiseb prestazzjoni mtejba.

c. 

Iddisinjat għal “inġenji tal-ajru”, vetturi tal-art jew bastimenti, li jipprovdu direzzjoni jew id-determinar tat-Tramuntana ġeografika u li għandu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Rata angolari ta’ operazzjoni massima inqas (aktar baxxa) minn 500 deg/s u “preċiżjoni” tad-direzzjoni mingħajr l-użu ta’ referenzi ta’ għajnuna pożizzjonali ta’ 0,07 deg sec(Lat) jew inqas (aħjar) (ekwivalenti għal 6 minuti ta’ ark rms f’latitudni ta’ 45 grad); jew

2. 

Rata angolari ta’ operazzjoni massima ta’ 500 deg/s jew aktar (aħjar) u “preċiżjoni” tad-direzzjoni mingħajr l-użu ta’ “referenzi ta’ għajnuna pożizzjonali” ta’ 0,2 deg sec(Lat) jew inqas (aħjar) (ekwivalenti għal 17-il minuta ta’ ark rms f’latitudni ta’ 45 grad); jew

d. 

Jipprovdi kejl ta’ aċċellerazzjoni jew kejl ta’ rata angolari, f’aktar minn dimensjoni waħda, u li għandu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Prestazzjoni speċifikata f’7A001 jew f’7A002 tul kwalunkwe assi, mingħajr l-użu ta’ ebda referenza ta’ għajnuna; jew

2. 

Ikun “kwalifikat għall-ispazju” u jipprovdi kejl ta’ rata angolari bi “spostament angolari każwali” tul kwalunkwe assi ta’ 0,1 gradi kull għerq kwadrat ta’ siegħa jew inqas (aħjar).

Nota:   7A003.d.2. ma jikkontrollax “tagħmir jew sistemi ta’ kejl inerzjali” li għandhom “ġiroskopji b’massi rotanti” bħala l-uniku tip ta’ ġiroskopju.

7A004“Sensuri astrali” u komponenti għalihom, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 7A104.

a. 

“Sensuri astrali” bi “preċiżjoni” tal-ażimut speċifikata ta’ 20 sekonda ta’ ark jew inqas (aħjar) matul il-ħajja tat-tagħmir;

b. 

Komponenti ddisinjati apposta għal tagħmir speċifikat f’7A004.a. kif ġej:

1. 

Irjus ottiċi jew baffles;

2. 

Unitajiet tal-ipproċessar tad-data.

Nota Teknika:

“Sensuri astrali” huma msemmija wkoll sensuri ta’ attitudni stellari jew boxxli ġiroastrali.

7A005Tagħmir li jaqbad ma’ “sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita” li għandu xi wieħed minn dawn il-komponenti li ġejjin ddisinjati apposta għalih:

N.B.   ARA WKOLL 7A105.

N.B.   Għal tagħmir iddisinjat apposta għall-użu militari, ara l-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a. 

Juża algoritmu tad-deċifrar iddisinjat apposta jew modifikat għall-użu mill-gvern biex ikollu aċċess għall-kodiċi tal-kejl tad-distanza għall-pożizzjoni u l-ħin; jew

b. 

Juża “sistemi ta’ antenni adattivi”.

Nota:   7A005.b. ma jikkontrollax tagħmir li jaqbad ma’ “sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita” li juża biss komponenti ddisinjati biex jiffiltraw, jisswiċċjaw jew jgħaqqdu sinjali minn antenni omnidirezzjonali multipli li ma jimplimentawx teknika ta’ antenna adattiva.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 7A005.b. is-“sistemi ta’ antenni adattivi” jiġġeneraw dinamikament sinjal spazjali null wieħed jew aktar f’arranġament ta’ antenni permezz tal-ipproċessar ta’ sinjal fid-dominju tal-ħin jew tal-frekwenza.

7A006Altimetri fl-ajru li jaħdmu fi frekwenzi minbarra 4,2 sa 4,4 GHz inklużi u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

N.B.   ARA WKOLL 7A106.

a. 

“Ġestjoni tal-potenza”; jew

b. 

Jużaw modulazzjoni ta’ spostament tal-fażi.

Nota Teknika:

Il-“ġestjoni tal-potenza” qed tibdel il-potenza trażmessa tas-sinjal tal-altimetru sabiex il-potenza riċevuta fl-altitudni tal-“inġenju tal-ajru” tkun dejjem fil-minimu neċessarju sabiex tiġi ddeterminata l-altitudni.

7A008Sistemi ta’ navigazzjoni sonarji ta’ taħt wiċċ l-ilma li jużaw reġistrazzjoni tal-veloċità doppler jew tal-veloċità tal-korrelazzjoni integrati ma’ sors tad-direzzjoni u li għandhom “preċiżjoni” ta’ lokalizzazzjoni ta’ 3 % jew inqas (aħjar) tad-distanza vvjaġġata “Żball Ċirkolari Probabbli” (“CEP”) u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

Noti:   7A008 ma jikkontrollax sistemi ddisinjati apposta għall-istallazzjoni fuq bastimenti tal-wiċċ jew sistemi li jeħtieġu illuminaturi jew bagi akustiċi sabiex jipprovdu d-data ta’ lokalizzazzjoni.

N.B.   Ara 6A001.a. għas-sistemi akustiċi, u 6A001.b. għal tagħmir ta’ reġistrazzjoni sonarja tal-korrelazzjoni tal-veloċità u l-veloċità Doppler.

Ara 8A002 għal sistemi marittimi oħrajn.

7A101Aċċellerometri lineari, minbarra dawk speċifikati f’7A001, iddisinjati għall-użu f’sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali jew f’sistemi ta’ gwida ta’ kull xorta, li jistgħu jintużaw f’“missili”, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a. 

“Ripetibbiltà” tal-“polarizzazzjoni” ta’ inqas (aħjar) minn 1 250  mikro g; kif ukoll

b. 

“Ripetibbiltà” tal-“fattur ta’ skala” ta’ inqas (aħjar) minn 1 250  ppm;

Nota:   7A101 ma jikkontrollax aċċellerometri ddisinjati u żviluppati apposta bħala Sensuri MWD (Kejl Waqt it-Tħaffir) għall-użu f’operazzjonijiet ta’ tħaffir ta’ bjar.

Noti Tekniċi:

1.   F’7A101 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km;

2.   F’7A101 il-kejl tal-“polarizzazzjoni” u l-“fattur ta’ skala” jirreferi għal devjazzjoni standard ta’ sigma waħda b’referenza għal kalibrazzjoni fissa fuq perjodu ta’ sena;

7A102Kull xorta ta’ ġiroskopju, minbarra dawk speċifikati f’7A002, li jistgħu jintużaw f’“missili”, bi “stabbiltà” tar-“rata tal-moviment” ta’ inqas minn 0,5 (1 sigma jew rms) fis-siegħa f’ambjent ta’ 1 g u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

Noti Tekniċi:

1.   F’7A102 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

2.   F’7A102 “stabbiltà” hi ddefinita bħala kejl tal-kapaċità ta’ mekkaniżmu jew koeffiċjent ta’ prestazzjoni speċifiku li ma jvarjax meta jkun espost kontinwament għal kundizzjoni operattiva fissa (IEEE STD 528-2001 paragrafu 2.247).

7A103Strumentazzjoni, tagħmir u sistemi ta’ navigazzjoni, minbarra dawk speċifikati f’7A003, kif ġej; u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a. 

“Tagħmir jew sistemi ta’ kejl inerzjali”, li jużaw aċċelerometri jew ġiroskopji kif ġej:

1. 

Aċċellerometri speċifikati f’7A001.a.3., 7A001.b. jew 7A101 jew ġiroskopji speċifikati f’7A002 jew 7A102; jew

Nota:   7A103.a.1. ma jikkontrollax tagħmir li jkun fih aċċellerometri speċifikati f’7A001a.3. li huma disinjati biex ikejlu vibrazzjoni jew xokk.

2. 

Aċċellerometri speċifikati f’7A001.a.1. jew 7A001.a.2., iddisinjati għal użu f’sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali jew f’sistemi ta’ gwida tat-tipi kollha, u utilizzabbli f’“missili”;

Noti:   7A103.a.2. ma jikkontrollax tagħmir li jkun fih aċċellerometri speċifikati f’7A001a.1. jew f’7A001.a.2. fejn dawn l-aċċellerometri huma ddisinjati u żviluppati speċifikament bħala sensuri MWD (Kejl Waqt it-Tħaffir) għall-użu f’operazzjonijiet ta’ tħaffir ta’ bjar.

Nota Teknika:

“Tagħmir jew sistemi ta’ kejl inerzjali” speċifikati f’7A103.a. jinkorporaw aċċelerometri jew ġiroskopji sabiex ikejlu t-tibdil fil- veloċità u orjentazzjoni sabiex tiġi determinata jew tinżamm id-direzzjoni jew il-pożizzjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ referenza esterna ladarba tiġi allinjata.

Nota:   “Tagħmir jew sistemi ta’ kejl inerzjali” f’7A103.a. jinkludu:

— 
Sistemi ta’ Referenza tal-Attitudni u d-Direzzjoni (AHRSs);
— 
Kumpassi ġiroskopiċi;
— 
Unitajiet ta’ Kejl Inerzjali (IMUs);
— 
Sistemi ta’ Navigazzjoni Inerzjali (INSs);
— 
Sistemi ta’ Referenza Inerzjali (IRSs);
— 
Unitajiet ta’ Referenza Inerzjali (IRUs);
b. 

Sistemi ta’ strumenti għat-titjir integrati li jinkludu ġirostabbilizzaturi jew piloti awtomatiċi, iddisinjati jew modifikati għall-użu f’“missili”;

c. 

“Sistemi ta’ navigazzjoni integrati”, iddisinjati jew modifikati għall-“missili” u li kapaċi jipprovdu preċiżjoni navigattiva ta’ 200 m jew inqas fi żball ċirkolari probabbli;

Noti Tekniċi:

1.   “Sistema ta’ navigazzjoni integrata” tipikament tinkorpora l-komponenti li ġejjin:

a. 

Apparat ta’ kejl inerzjali (pereżempju sistema ta’ referenza tal-attitudni u tad-direzzjoni, unità ta’ referenza inerzjali, jew sistema ta’ navigazzjoni inerzjali);

b. 

Sensur estern wieħed jew aktar użati sabiex jaġġornaw il-pożizzjonament u/jew il-veloċità, perjodikament jew kontinwament matul it-titjira (pereżempju riċevitur tan-navigazzjoni bis-satellita, altimetru tar-radar, u/jew radar Doppler); kif ukoll

c. 

Ħardwer u software ta’ integrazzjoni;

2. 

F’7A103.c. Is-“CEP” (żball ċirkolari probabbli) huwa kejl ta’ preċiżjoni, definit bħala r-raġġ taċ-ċirku li fih hemm il-probabbiltà ta’ 50 % li jiġi lokalizzat iċ-ċirku.

d. 

Sensuri tad-direzzjoni manjetiċi ta’ tliet assi, iddisinjati jew modifikati sabiex ikunu integrati ma’ sistemi ta’ navigazzjoni u kontroll tat-titjiriet, għajr dawk speċifikati f’6A006, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1. 

Kumpens intern għall-inklinazzjoni fl-assi tax-xengil (± 90 grad) u tal-irrolljar (± 180 grad); kif ukoll

2. 

Preċiżjoni tal-ażimut aħjar (inqas) minn 0,5 gradi rms f’latitudni ta’ ± 80 grad, referenza għall-kamp manjetiku lokali.

Nota:   Sistemi ta’ navigazzjoni u kontroll tat-titjir f’7A103.d. jinkludu ġirostabbilizzaturi, piloti awtomatiċi u sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali.

Nota Teknika:

F’7A103 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

7A104Boxxli ġiroastrali u apparat ieħor, minbarra dawk speċifikati f’7A004, li jikkalkulaw il-pożizzjonament jew l-orjentazzjoni billi jsegwu awtomatikament korpi ċelesti jew satelliti u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

7A105Tagħmir riċevitur għal “sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita”, għajr dak speċifikat f’7A005, li għandu xi waħda mis-segwenti karatteristiċi, jew komponenti ddisinjati apposta għalhekk:

a. 

Iddisinjat jew modifikat għall-użu f’vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004, rokits sonda specifikati f’ 9A104 jew vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f’ 9A012 jew f’ 9A112.a; jew

b. 

Iddisinjat jew modifikat għal applikazzjonijiet fl-ajru u li għandu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Kapaċi jipprovdi informazzjoni navigattiva f’veloċitajiet ogħla minn 600 m/s;

2. 

Juża d-deċifrar, iddisinjat jew modifikat għal servizzi militari jew governattivi, sabiex jikseb aċċess għal sinjali/data protetta tas-“sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita”; jew

3. 

Iddisinjat apposta sabiex juża funzjonijiet kontra l-imblukkar elettroniku (pereżempju antenna awtoadattiva jew antenna orjentabbli elettronikament) sabiex jiffunzjona f’ambjent ta’ kontromiżuri attivi jew passivi.

Nota:   7A105.b.2. u 7A105.b.3. ma jikkontrollawx tagħmir iddisinjat għal servizzi tas-sistema ta’ “navigazzjoni bis-satellita” kummerċjali, servizzi ċivili jew dwar “Sigurta għall-Ħajja”, (pereż. sigurtà fit-titjira, integrità tad-data).

Nota Teknika:

F’7A105, “sistema ta’ navigazzjoni bi-satellita” tinkludi Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS; pereżempju l-GPS, il-GLONASS, Galileo jew BeiDou) u s-Sistemi Reġjonali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (RNSS; pereżempju n-NavIC, il-QZSS).

7A106Altimetri, minbarra dawk speċifikati f’7A006, tax-xorta tar-radar jew radar tal-laser, iddisinjati jew modifikati għall-użu f’vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104.

7A115Sensuri passivi sabiex jiddeterminaw l-orjentazzjoni ma’ sors elettromanjetiku speċifiku (tagħmir sabiex tinstab id-direzzjoni) jew mal-karatteristiċi tat-terren, iddisinjati jew modifikati għall-użu f’vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104.

Nota:   It-tagħmir speċifikat f’7A105, f’7A106 u f’7A115 jinkludi dan li ġej:

a. 

Tagħmir li jimmappja l-kontorni tal-art;

b. 

Tagħmir għall-kartografija u l-korrelazzjoni (diġitali kif ukoll analoġika) tax-xeni;

c. 

Tagħmir tar-radar għan-navigazzjoni Doppler;

d. 

Tagħmir passiv tal-interferometrija;

e. 

Tagħmir b’sensur tal-immaġini (attiv kif ukoll passiv).

7A116Sistemi ta’ kontroll tat-titjir u servovalvi, kif ġej; iddisinjati jew modifikati għall-użu f’vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104 jew “missili”.

a. 

Sistemi ta’ kontroll tat-titjir pnewmatiċi, idrawliċi, mekkaniċi, elettro-ottiċi, jew elettro-mekkaniċi (inkluż sistemi ta’ pilotaġġ elettriku u ta’ titjir b’fibri ottiċi);

b. 

Tagħmir għall-kontroll tal-attitudni;

c. 

Servovalvi għall-kontroll tat-titjir iddisinjati jew modifikati għas-sistemi speċifikati f’7A116.a. jew 7A116.b., u ddisinjati jew modifikati sabiex jaħdmu f’ambjent ta’ vibrazzjoni ta’ aktar minn 10 g rms bejn 20 Hz u 2 kHz.

Noti:   Għall-konverżjoni ta’ inġenji tal-ajru bi bdot abbord biex joperaw bħala “missili”, 7A116 jinkludi s-sistemi, it-tagħmir u l-valvi ddisinjati jew modifikati biex jippermettu l-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru bi bdot abbord bħala inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord.

7A117“Settijiet ta’ gwida”, li jistgħu jintużaw f’“missili” li kapaċi jilħqu preċiżjoni tas-sistema ta’ 3,33 % jew inqas tal-medda (pereżempju s-“CEP” ta’ 10 km jew inqas fuq medda ta’ 300 km).

Nota Teknika:

F’7A117 “CEP” (żball ċirkolari probabbli) huwa kejl ta’ preċiżjoni, definit bħala ir-raġġ taċ-ċirku ċċentrat fuq il-bersall, f’distanza speċifika, fejn jagħmlu impatt 50 % tat-tagħbijiet missilistiċi.

7BTagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

7B001Tagħmir għall-ittestjar, il-kalibrazzjoni jew l-allinjament, iddisinjat apposta għat-tagħmir speċifikat f’7A.

Noti:   7B001 ma jikkontrollax tagħmir tal-ittestjar, il-kalibrazzjoni jew l-allinjament għal-’Livell ta’ Manutenzjoni I’ jew il-’Livell ta’ Manutenzjoni II’.

Noti Tekniċi:

1.   Livell ta’ Manutenzjoni I

Ħsara f’unità ta’ navigazzjoni inerzjali tiġi rilevata fuq l-“inġenju tal-ajru” minn indikazzjonijiet mill-unità ta’ kontroll u viżwalizzazzjoni (CDU) jew mill-messaġġ dwar l-istatus mis-sottosistema korrispondenti. Billi jiġi segwit il-manwal tal-manifattur, il-kawża tal-ħsara tista’ tiġi lokalizzata fil-livell tal-Unità Rimpjazzabbli fil-Post (LRU) difettuża. L-operatur imbagħad ineħħi l-LRU u jqiegħed sostitut minflokha.

2.   Livell ta’ Manutenzjoni II

L-LRU difettuża tintbagħat fil-laboratorju tal-manutenzjoni (tal-manifattur jew dak tal-operatur responsabbli għall-manutenzjoni tal-livell II). Fil-laboratorju tal-manutenzjoni, l-LRU difettuża tiġi ttestjata b’diversi mezzi adatti sabiex jiġi vverifikat u lokalizzat il-modulu difettuż tal-Assemblaġġ Rimpjazzabbli fil-Laboratorju (SRA) responsabbli għall-ħsara. Dan l-SRA jitneħħa u minfloku jitqiegħed sostitut operattiv. L-SRA difettuż (jew possibilment l-LRU sħiħa) imbagħad jintbagħat lill-manifattur. Il-“Livell ta’ Manutenzjoni II” ma jinkludix iż-żarmar jew it-tiswija ta’ aċċellerometri jew ġiroskopji kkontrollati.

7B002Tagħmir iddisinjat apposta sabiex jikkaratterizza l-mirja għal ġiroskopji “laser” biċ-ċrieki, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 7B102.

a. 

Diffużometri li għandhom “preċiżjoni” fil-kejl ta’ 10 ppm jew anqas (aħjar);

b. 

Profilometri li għandhom “preċiżjoni” fil-kejl ta’ 0,5 nm (5 angstrom) jew anqas (aħjar).

7B003Tagħmir iddisinjat apposta għall-“iżvilupp” ta’ tagħmir speċifikat f’7A.

Nota:   7B003 jinkludi:

— 
Stazzjonijet tal-ittestjar għall-aġġustament tal-ġiroskopji;
— 
Stazzjonijiet għall-ibbilanċjar dinamiku tal-ġiroskopji;
— 
Stazzjonijiet tal-ittestjar għar-running-in tal-muturi tal-ġiroskopji;
— 
Stazzjonijiet għall-iżvujtar u l-mili tal-ġiroskopji;
— 
Muntaġġi ta’ ċentrifugazzjoni għal kuxxinetti tal-ġiroskopji;
— 
Stazzjonijiet għall-allinjament tal-assi tal-aċċellerometri;
— 
Magni għat-tkebbib ta’ kojl tal-ġiroskopji tal-fibra ottika.

7B102Riflettometri ddisinjati apposta sabiex jikkaraterizzaw il-mirja, għal ġiroskopji “laser”, li għandhom preċiżjoni fil-kejl ta’ 50 ppm jew inqas (aħjar).

7B103“Faċilitajiet tal-produzzjoni” u “tagħmir tal-produzzjoni” kif ġej:

a. 

“Faċilitajiet tal-produzzjoni” ddisinjati apposta għat-tagħmir speċifikat f’7A117;

b. 

“Tagħmir tal-produzzjoni”, u tagħmir ieħor għall-ittestjar, il-kalibrazzjoni u l-allinjament, minbarra dak speċifikat f’7B001 sa 7B003, iddisinjat jew modifikat sabiex jintuża mat-tagħmir speċifikat f’7A.

7CMaterjali

Xejn.

7DSoftware

7D001“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir speċifikat f’7A. jew 7B.

7D002“Kodiċi tas-sors” għat-tħaddim jew il-manutenzjoni ta’ kwalunkwe tagħmir navigattiv inerzjali, inkluż tagħmir inerzjali mhux speċifikat f’7A003 jew 7A004, jew Sistemi ta’ Referenza tal-Attitudni u d-Direzzjoni (“AHRS”).

Noti:   7D002 ma jikkontrollax il-“kodiċi tas-sors” għall-“użu” ta’ “AHRS” f’qafas sospiż.

Nota Teknika:

Id-differenza bejn l-“AHRS” u s-Sistemi Navigattivi Inerzjali (INS) ġeneralment hi li l-“AHRS” jipprovdu informazzjoni dwar l-attitudni u d-direzzjoni u normalment ma tipprovdix l-informazzjoni dwar l-aċċellerazzjoni, il-veloċità u l-pożizzjonament assoċjata ma’ INS.

7D003“Software” ieħor kif ġej:

a. 

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat sabiex itejjeb il-prestazzjoni operattiva jew inaqqas l-iżball navigattiv tas-sistemi sal-livelli speċifikati f’7A003, 7A004 jew 7A008;

b. 

“Kodiċi tas-sors” għal sistemi integrati ibridi li jtejjeb il-prestazzjoni operattiva jew inaqqas l-iżball navigattiv tas-sistemi sal-livell speċifikat f’7A003 jew 7A008 billi kontinwament jikkombina d-data tad-direzzjoni ma’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Data tal-veloċità sonarja jew tar-radar doppler;

2. 

Data ta’ referenza ta’ “sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita”; jew

3. 

Data minn sistemi ta’ “Navigazzjoni b’Riferiment għal Bażijiet ta’ Data” (“DBRN”);

c. 

Mhux użat;

d. 

Mhux użat;

e. 

“Software” ta’ Disinn bl-Għajnuna tal-Kompjuter (CAD) iddisinjat apposta għall-“iżvilupp” ta’ “sistemi ta’ kontroll attiv tat-titjir”, kontrolluri tat-titjir bl-elettriku jew bil-fibra ottika multiassjali għall-ħelikopters jew “sistemi antitorque bil-kontroll taċ-ċirkulazzjoni jew kontroll tad-direzzjoni bil-kontroll taċ-ċirkulazzjoni” għall-ħelikopters, li t-“teknoloġija” tagħhom hi speċifikata f’7E004.b.1., 7E004.b.3. sa 7E004.b.5., 7E004.b.7., 7E004.b.8., 7E004.c.1. jew 7E004.c.2.

7D004“Kodiċi tas-sors” li jinkorpora t-“teknoloġija” tal-“iżvilupp” speċifikata f’7E004.a.2., 7E004.a.3., 7E004.a.5., 7E004.a.6. jew 7E004.b., għal xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Sistemi diġitali ta’ mmaniġġjar tat-titjir għall-“kontroll totali tat-titjir”;

b. 

Propulsjoni integrata u sistemi ta’ kontroll tat-titjir;

c. 

“Sistemi elettriċi” jew “sistemi bil-fibra ottika”;

d. 

“Sistemi ta’ kontroll attiv tat-titjir” li jittoleraw il-ħsarat jew li huma awtorikonfiguranti;

e. 

Mhux użat;

f. 

Sistemi ta’ data tal-ajru bbażati fuq data statika tal-wiċċ; jew

g. 

Viżwalizzaturi tridimensjonali.

Noti:   7D004. ma jikkontrollax il-“kodiċi tas-sors” assoċjat mal-elementi u l-utilitajiet komuni tal-kompjuters (pereżempju l-akkwiżizzjoni tas-sinjal ta’ , it-trażmissjoni tas-sinjal ta’ output,input l-illowdjar tal-programm tal-kompjuter u tad-data, it-test integrat, il-mekkaniżmi tal-iskedar tal-impenji) li ma jipprovdux funzjoni speċifika tas-sistema tal-kontroll tat-titjir.

7D005“Software” iddisinjat apposta sabiex jiddeċifra l-kodiċi tal-kejl tas-“sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita” ddisinjati għall-użu mill-gvern.

7D101“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat f’minn 7A001 sa 7A006, minn 7A101 sa 7A106, 7A115, 7A116.a., 7A116.b., 7B001, 7B002, 7B003, 7B102 jew 7B103.

7D102“Software” ta’ integrazzjoni kif ġej:

a. 

“Software” ta’ integrazzjoni għat-tagħmir speċifikat f’7A103.b.;

b. 

“Software” ta’ integrazzjoni ddisinjat apposta għat-tagħmir speċifikat f’7A003 jew 7A103.a.;

c. 

“Software” ta’ integrazzjoni ddisinjat jew modifikat għat-tagħmir speċifikat f’7A103.c.

Nota:   Forma komuni ta’ “software” ta’ integrazzjoni tuża l-filtraġġ Kalman.

7D103“Software” iddisinjat apposta għall-immodellar jew is-simulazzjoni tas-“settijiet ta’ gwida” speċifikati f’7A117 jew għall-integrazzjoni tad-disinn tagħhom mal-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f’9A004 jew mar-rokits sonda speċifikati f’9A104.

Nota:   “Software” speċifikat f’7D103 jibqa’ kkontrollat meta jkun ma’ ħardwer iddisinjat apposta speċifikat f’4A102.

7D104“Software” iddisinjat jew modifikat apposta għall-operazzjoni jew il-manutenzjoni tas-“settijiet ta’ gwida” speċifikat f’7A117.

Nota:   7D104 jinkludi “software”, iddisinjat jew modifikat apposta biex itejjeb il-prestazzjoni tas-“settijiet ta’ gwida” sabiex tinkiseb jew tinqabeż il-preċiżjoni speċifikata f’7A117.

7ETeknoloġija

7E001“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta’ tagħmir jew “software”, speċifikati f’7A, 7B, 7D001, 7D002, 7D003, 7D005 u minn 7D101 sa 7D103.

Noti:   7E001 ma jinkludix “teknoloġija” ewlenija tal-ġestjoni esklussiva għat-tagħmir speċifikat f’7A005.a.

7E002“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“produzzjoni” ta’ tagħmir speċifikat fi 7A jew 7B.

7E003“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għat-tiswija, ir-restawr jew ir-rinnovament totali ta’ tagħmir speċifikat f’7A001 sa 7A004.

Nota:   7E003 ma jikkontrollax it-“teknoloġija” għal manutenzjoni assoċjata direttament mal-kalibrazzjoni, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta’ LRUs u SRAs li għandhom il-ħsara jew ma jissewwewx ta’ “inġenju tal-ajru ċivili” kif hemm deskritt fil- “Livell ta’ Manutenzjoni I” jew il-“Livell ta’ Manutenzjoni II”.

N.B.   Ara n-Noti Tekniċi għal 7B001.

7E004“Teknoloġija” oħra kif ġej:

a. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Mhux użat;

2. 

Sistemi ta’ data tal-ajru bbażati fuq data statika fuq il-wiċċ biss, jiġifieri, li ma jużawx sensuri tal-ajru konvenzjonali;

3. 

Viżwalizzaturi tridimensjonali għall-“inġenji tal-ajru”;

4. 

Mhux użat;

5. 

Attwaturi elettriċi (jiġifieri, pakkett ta’ attwaturi elettromekkaniċi, elettroidrostatiċi u integrati) iddisinjati apposta għall-“kontroll tat-titjir primarju”;

Nota Teknika:

Il-“kontroll tat-titjir primarju” huwa l-istabbiltà tal-“inġenju tal-ajru” jew il-kontroll tal-immanuvrar li juża ġeneraturi ta’ forza/mument, jiġifieri uċuħ tal-kontroll aerodinamiċi jew gwida tal-ispinta propulsiva.

6. 

“Arranġament tas-sensuri ottiku għall-kontroll tat-titjir” iddisinjat apposta għall-implimentazzjoni ta’ “sistemi ta’ kontroll attiv tat-titjir”; jew

Nota Teknika:

“Arranġament tas-sensur ottiku għall-kontroll tat-titjir” huwa netwerk ta’ sensuri ottiċi distribwiti, li jużaw raġġi tal-“laser”, sabiex jipprovdi data dwar il-kontroll tat-titjir fi żmien reali għall-ipproċessar abbord.

7. 

Sistemi “DBRN” iddisinjati għan-navigazzjoni taħt wiċċ l-ilma, bl-użu ta’ bażijiet ta’ data sonar jew bil-gravità, li jipprovdu “preċiżjoni” ta’ lokalizzazzjoni ta’ 0,4 mili nawtiċi jew inqas (aħjar);

b. 

“Teknoloġija” tal-“iżvilupp”, kif ġej, għal “sistemi ta’ kontroll attiv tat-titjir” (inkluż sistemi bl-elettriku jew sistemi bil-fibra ottika):

1. 

“Teknoloġija” fotonika għad-detezzjoni tal-istat tal-“inġenju tal-ajru” jew il-komponent ta’ kontroll tat-titjira, it-trasferiment tad-data dwar il-kontroll tat-titjira, jew il-moviment tal-attwatur mexxej, “meħtieġ” għas-“sistemi ta’ kontroll attiv tat-titjir” għat-“titjir bil-fibra ottika”;

2. 

Mhux użat;

3. 

Algoritmi f’ħin reali li janalizzaw l-informazzjoni tas-sensuri tal-komponenti sabiex jipprevedu u jimmitigaw b’mod antiċipat id-degradazzjoni u l-ħsarat ta’ komponenti fis-“sistema ta’ kontroll attiv tat-titjir”;

Nota:   7E004.b.3. ma jikkontrollax l-algoritmi għall-finijiet ta’ manutenzjoni offlajn.

4. 

Algoritmi f’ħin reali li jidentifikaw ħsarat fil-komponent u jirrikonfiguraw kontrolli tal-forza u tal-mument sabiex jimmitigaw degradazzjonijiet u ħsarat fis-“sistema ta’ kontroll attiv tat-titjir”;

Noti:   7E004.b.4. ma jikkontrollax algoritmi għall-eliminazzjoni ta’ effetti ta’ ħsarat permezz ta’ paragun ta’ sorsi tad-data żejda, jew riposti off-line ippjanat minn qabel għal ħsarat antiċipati.

5. 

Integrazzjoni tad-data ta’ kontroll diġitali tat-titjir, in-navigazzjoni u l-propulsjoni, f’sistema diġitali ta’ ġestjoni tat-titjir għal “kontroll totali tat-titjira”;

Nota:   7E004.b.5. ma jikkontrollax:

a. 

“Teknoloġija” għall-integrazzjoni tad-data tal-kontroll tat-titjir, tan-navigazzjoni u tal-propulsjoni, f’sistema diġitali ta’ ġestjoni tat-titjir għall-“ottimizzazzjoni tat-trajettorja tat-titjir”;

b. 

“Teknoloġija” għal sistemi ta’ strumenti tat-titjir ta’ “inġenji tal-ajru” integrati biss għal navigazzjoni jew avviċinamenti VOR, DME, ILS jew MLS.

Nota Teknika:

“L-ottimizzazzjoni tat-trajettorja tat-titjir” hija proċedura li timminimizza d-devjazzjonijiet minn trajettorja mixtieqa f’erba’ dimensjonijiet (spazju u ħin) abbażi tal-immassimizzar tal-prestazzjoni jew l-effettività għall-kompiti tal-missjoni.

6. 

Mhux użat;

7. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” biex jitnisslu r-rekwiżiti funzjonali għal “sistemi elettriċi” li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Kontrolli ta’ “ċiklu intern” tal-istabbiltà tal-qafas, li jeħtieġu frekwenzi ta’ għeluq taċ-ċiklu ta’ 40 Hz jew aktar; kif ukoll

Nota Teknika:

“Ċiklu intern” jirreferi għall-funzjonijiet ta’ “sistemi ta’ kontroll attivi tat-titjir” li jawtomatizzaw il-kontroll tal-istabbiltà tal-qafas tal-inġenju tal-ajru.

b. 

Li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Jikkoreġi instabblilta ajrudinamika tal-qafas tal-inġenju tal-ajru, imkejjel fi kwalunkwe punt fl-envelopp tat-titjir tad-disinn, li jitlef il-kontroll li jiġi rkuprat jekk ma tiġix ikkoreġuta fi żmien 0,5 sekonda;

2. 

Jakkoppja l-kontrolli f’żewġ assi jew aktar filwaqt li jikkumpensa għal “bidliet mhux normali fil-kundizzjoni tal-inġenju tal-ajru”;

Nota Teknika:

“Bidliet mhux normali fil-kundizzjoni tal-inġenju tal-ajru” jinkludu ħsara strutturali matul it-titjira, telf ta’ tal-forza propulsiva tal-magna, wiċċ tal-kontroll b’diżabbiltà, jew bidliet destabilizzanti għat-tagħbija tal-merkanzija.

3. 

Iwettaq il-funzjonijiet speċifikati f’7E004.b.5.; jew

Nota:   7E004.b.7 b.3. ma jikkontrollax l-awtopiloti.

4. 

Jippermetti lil “inġenji tal-ajru” li jkollhom titjira stabbli u kkontrollata, ħlief matul it-tlugħ jew l-inżul, f’angolu tal-attakk ta’ aktar minn 18-il grad, żelqa tal-ġenb ta’ 15-il grad, 15-il grad/sekonda għar-rata tax-xengila jew tal-imbardata, jew 90 grad/sekonda għar-rata tal-irrolljar;

8. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” biex jitnisslu r-rekwiżiti funzjonali għal “sistemi elettriċi” li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Ebda telf ta’ kontroll tal-“inġenju tal-ajru” f’każ ta’ sekwenza konsekuttivi ta’ kwalunkwe żewġ ħsarat individwali fis-“sistema bl-elettriku”; kif ukoll

b. 

Il-probabbiltà ta’ telf ta’ kontroll tal-inġenju tal-ajru li jkun inqas (aħjar) minn 1 × 10-9 fallimenti għal kull siegħa ta’ titjir;

Noti:   7E004.b. ma jikkontrollax “teknoloġija” assoċjata mal-elementi u l-utilitajiet komuni tal-kompjuters (pereżempju l-akkwiżizzjoni tas-sinjal ta’ input, it-trażmissjoni tas-sinjal ta’ output, l-illowdjar tal-programm tal-kompjuter u tad-data, it-test integrat, il-mekkaniżmi tal-iskedar tal-impenji) li ma jipprovdux funzjoni speċifika tas-sistema tal-kontroll tat-titjir.

c. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” ta’ sistemi tal-ħelikopter, kif ġej:

1. 

Kontrolluri multiassjali bl-elettriku jew bil-fibra ottika, li jgħaqqdu l-funzjonijiet ta’ mill-inqas tnejn milli ġejjin f’element kontrollur wieħed:

a. 

Kontrolli kollettivi;

b. 

Kontrolli ċikliċi;

c. 

Kontrolli tal-imbardata;

2. 

“Sistemi antitorque kkontrollati miċ-ċirkulazzjoni jew ta’ kontroll tad-direzzjoni kkontrollati miċ-ċirkulazzjoni”;

3. 

Pali ta’ skrun li jinkorporaw “ajrufolji b’ġeometrija varjabbli”, għall-użu f’sistemi li jużaw kontroll individwali tal-pali.

Nota Teknika:

“Ajrufolji b’ġeometrija varjabbli” tfisser l-użu ta’ flaps jew tabs fit-tarf ta’ wara ta’ ġewnaħ, jew paletti ċatti jew immejlin rashom ’l isfel fuq il-pern, li l-pożizzjoni tagħhom tista’ tiġi kkontrollata fit-titjir.

7E101“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat f’minn 7A001 sa 7A006, minn 7A101 sa 7A106, minn 7A115 sa 7A117, 7B001, 7B002, 7B003, 7B102, 7B103, minn 7D101 sa 7D103.

7E102“Teknoloġija” għall-protezzjoni ta’ sottosistemi avjoniċi u elettriċi kontra l-periklu minn impulsi elettromanjetiċi (EMP) u interferenza elettromanjetika (EMI), minn sorsi esterni, kif ġej:

a. 

“Teknoloġija” għad-disinn ta’ sistemi ta’ lqugħ;

b. 

“Teknoloġija” għad-disinn tal-konfigurazzjoni ta’ ċirkwiti u sottosistemi elettriċi reżistenti għar-radjazzjoni;

c. 

“Teknoloġija” tad-disinn għad-determinazzjoni tal-kriterji għall-ħolqien ta’ reżistenza għar-radjazzjoni ta’ 7E102.a. u 7E102.b.

7E104“Teknoloġija” għall-integrazzjoni tad-data tal-kontroll tat-titjir, tal-gwida u tal-propulsjoni f'sistema ta' ġestjoni tat-titjir għall-ottimizzazzjoni tat-trajettorja ta' sistema tar-rokits.

KATEGORIJA 8 - MATERJAL NAVALI

8ASistemi, Tagħmir u Komponenti

8A001Vetturi sommerġibbli u tal-wiċċ, kif ġej:

N.B.   Għall-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir għall-vetturi sommerġibbli, ara:

— 
Kategorija 6 għas-sensuri;
— 
Kategoriji 7 u 8 għat-tagħmir ta’ navigazzjoni;
— 
Kategorija 8A għat-tagħmir ta’ taħt wiċċ l-ilma.
a. 

Vetturi sommerġibbli bl-ekwipaġġ u rmiġġati (tethered) mfasslin sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 1 000  m;

b. 

Vetturi sommerġibbli bl-ekwipaġġ u mhux irmiġġati (untethered) li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1. 

Imfasslin sabiex “jaħdmu awtonomament” u li għandhom kapaċità li jerfgħu dan kollu li ġej:

a. 

10 % jew aktar tal-piż tagħhom fl-arja; u

b. 

15 kN jew aktar;

2. 

Imfasslin sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 1 000  m; jew

3. 

Għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Imfasslin sabiex “jaħdmu awtonomament” mingħajr waqfien għal 10 sigħat jew aktar; u

b. 

“Medda ta’ ħidma” ta’ 25 mil nawtiku jew aktar;

Noti Tekniċi:

1.   Għall-finijiet ta’ 8A001.b., “jaħdem awtonomament” tfisser kompletament mgħaddas, mingħajr pajp tal-arja (snorkel), bis-sistemi kollha jiffunzjonaw u jbaħħar bil-veloċità minima li fiha s-sommerġibbli jista’ jikkontrolla mingħajr periklu l-fond tiegħu dinamikament billi juża biss l-aletti tal-fond, mingħajr ħtieġa ta’ bastiment ta’ sostenn jew bażi ta’ sostenn fil-wiċċ, f’qiegħ il-baħar jew fuq ix-xatt, u li jkollu sistema ta’ propulsjoni għall-użu taħt il-wiċċ jew fil-wiċc.

2.   Għall-finijiet ta’ 8A001.b., “medda ta’ ħidma” tfisser nofs id-distanza massima li vettura sommerġibbli tista’ “taħdem awtonomament”.

c. 

Vetturi sommerġibbli bla ekwipaġġ, kif ġej:

1. 

Vetturi sommerġibbli bla ekwipaġġ li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Imfasslin sabiex tiġi deċiża rotta marbuta ma’ xi referenza ġeografika mingħajr assistenza umana fil-ħin reali;

b. 

Kollegament akustiku għad-data jew għall-kmand; jew

c. 

Kollegament ottiku għall-iskambju tad-data jew għall-kmand itwal minn 1 000  m;

2. 

Vetturi sommerġibbli mingħajr ekwipaġġ, mhux speċifikati f’8A001.c.1, li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Iddisinjati sabiex jaħdmu b’irbit;

b. 

Iddisinjati sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 1 000  m;

c. 

Li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

Iddisinjati għall-immanuvrar awtonomu bl-użu ta’ muturi ta’ propulsjoni jew b’sistemi li jimbuttaw speċifikati fi 8A002.a.2.; jew

2. 

Kollegament tal-fibra ottika għall-iskambju tad-data;

d. 

Mhux użat;

e. 

Sistemi ta’ rkupru fl-oċean li kapaċi jerfgħu iżjed minn 5 MN għall-irkupru ta’ oġġetti minn fond ta’ aktar minn 250 m u b’xi wieħed minn dan li ġej:

1. 

Sistemi ta’ pożizzjonar dinamiċi li kapaċi jżommu pożizzjonament sa 20 m minn punt speċifiku mogħti mis-sistema ta’ navigazzjoni; jew

2. 

Sistemi ta’ navigazzjoni f’qiegħ il-baħar u ta’ integrazzjoni navigattiva, għal fond ta’ aktar minn 1 000  m u bi “preċiżjoni” ta’ pożizzjonar sa 10 m minn punt predeterminat;

f. 

Mhux użat;

g. 

Mhux użat;

h. 

Mhux użat;

i. 

Mhux użat;

8A002Sistemi, tagħmir u komponenti marittimi, kif ġej:

Nota:   Għal sistemi ta’ komunikazzjoni taħt wiċċ l-ilma, ara l-Kategorija 5, Parti 1 - Telekomunikazzjoni.

a. 

Sistemi, tagħmir u komponenti marittimi, imfasslin apposta jew immodifikati għal vetturi sommerġibbli u mfasslin sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 1 000  m, kif ġej:

1. 

Ħawsings jew bwieq taħt pressjoni bid-dijametru intern massimu tal-kamra ikbar minn 1,5 m;

2. 

Muturi tal-propulsjoni jew ta’ sistemi li jimbuttaw li jaħdmu b’kurrent dirett;

3. 

Kejbils ombelikali, u konnetturi għalihom, li jużaw il-fibra ottika u li għandhom elementi ta’ rinforz sintetiċi;

4. 

Komponenti mmanifatturati mill-materjal speċifikat fi 8C001;

Nota Teknika:

L-objettiv ta’ 8A002.a.4. ma għandux jintilef bl-esportazzjoni tal-“fowm sintattiku” speċifikat fi 8C001 meta jkun twettaq stadju intermedju ta’ manifattura, u ma jkunx għadu ssawwar f’komponent finali.

b. 

Sistemi mfasslin apposta jew immodifikati għall-kontroll awtomatizzat tal-moviment tal-vetturi sommerġibbli speċifikati fi 8A001, li jużaw data tan-navigazzjoni, li għandhom servokontrolli b’ċirkwit magħluq u li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1. 

Li jippermettu li vettura timxi sa 10 m ’l bogħod minn punt predeterminat fil-kolonna tal-ilma;

2. 

Li jżommu l-pożizzjonament tal-vettura sa 10 m ’l bogħod minn punt predeterminat fil-kolonna tal-ilma; jew

3. 

Li jżommu l-pożizzjonament tal-vettura sa 10 m ’l bogħod meta jiġi segwit kejbil fuq jew taħt qiegħ il-baħar;

c. 

Penetraturi tal-fibra ottika tal-buq ta’ pressjoni (pressure hull);

d. 

Sistemi ta’ viżjoni taħt l-ilma li fihom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

Iddisinjati apposta jew immodifikati biex jitħaddmu remotament b’vettura taħt wiċċ l-ilma; u

2. 

Iħaddmu kwalunkwe waħda mit-tekniki li ġejjin biex jimminimizzaw l-effetti tar-retrodiffużjoni:

a. 

Illuminaturi b’impulsi tad-dawl; jew

b. 

Sistemi ta’ laser b’impulsi tad-dawl;

e. 

Mhux użat;

f. 

Mhux użat;

g. 

Sistemi ta’ dwal imfasslin apposta jew immodifikati għall-użu taħt wiċċ l-ilma, kif ġej:

1. 

Sistemi ta’ dwal stroboskopiċi li kapaċi jitfgħu enerġija tad-dawl ta’ aktar minn 300 J għal kull leħħa, u rata ta’ 5 leħħiet jew aktar kull sekonda;

2. 

Sistemi ta’ dwal bl-ark ta’ argon imfasslin apposta għal użu aktar ’l isfel minn 1 000  m;

h. 

“Robots” imfasslin apposta għall-użu taħt wiċċ l-ilma, ikkontrollati bl-użu ta’ kompjuter apposta u li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1. 

Sistemi li jikkontrollaw ir-“robot” billi jużaw l-informazzjoni minn sensuri li jkejlu l-forza jew it-torque applikat fuq oġġett estern, id-distanza għal oġġett estern, jew il-perċezzjoni li r-“robot” imiss oġġett estern; jew

2. 

Il-kapaċità li jeżerċitaw forza ta’ 250 N jew aktar jew torque ta’ 250 Nm jew aktar u jużaw ligi bbażati fuq it-titanju jew “materjali fibrużi jew bil-filamenti”“kompożiti” fil-membri strutturali tagħhom;

i. 

Manipulaturi artikulati kkontrollati minn distanza mfasslin apposta jew immodifikati għall-użu ma’ vetturi sommerġibbli u li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1. 

Sistemi li jikkontrollaw il-manipulatur billi jużaw informazzjoni minn sensuri li jkejlu xi waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

It-torque jew il-forza applikata fuq oġġett estern; jew

b. 

Il-perċezzjoni tattili ta’ oġġett estern għall-manipulatur; jew

2. 

Ikkontrollati minn teknika proporzjonali prinċipali-sekondarja (master-slave) u li jkollhom 5 gradi ta’ “libertà ta’ moviment” jew aktar;

Nota Teknika:

Il-funzjonijiet li għandhom kontroll ta’ moviment relatat proporzjonalment bl-użu ta’ feedback pożizzjonali biss iridu jingħaddu meta jiġi ddeterminat in-numru ta’ gradi ta’ “libertà ta’ moviment”.

j. 

Sistemi tal-enerġija indipendenti mill-arja mfasslin apposta għall-użu taħt wiċċ l-ilma, kif ġej:

1. 

Sistemi tal-enerġija indipendenti mill-arja b’magna taċ-ċiklu Brayton jew Rankine li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Sistemi ta’ tindif jew assorbiment kimiku, imfasslin apposta sabiex ineħħu d-diossidu tal-karbonju, il-monossidu tal-karbonju u l-partikoli mill-egżost riċiklat tal-magna;

b. 

Sistemi mfasslin apposta sabiex jużaw gass monoatomiku;

c. 

Apparati jew spazji magħluqin, imfasslin apposta għat-tnaqqis tal-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma fi frekwenzi ta’ inqas minn 10 kHz, jew apparati tal-immuntar speċjali sabiex jittaffew l-impatti; jew

d. 

Sistemi li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Imfasslin apposta biex jitfgħu taħt pressjoni l-prodotti tar-reazzjoni jew għar-riformazzjoni tal-fjuwil;

2. 

Imfasslin apposta biex jaħżnu l-prodotti tar-reazzjoni; u

3. 

Imfasslin apposta biex jiskarikaw il-prodotti tar-reazzjoni kontra pressjoni ta’ 100 kPa jew aktar;

2. 

Sistemi indipendenti mill-arja b’magna ta’ ċiklu diżil li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Sistemi ta’ tindif jew assorbiment kimiku, imfasslin apposta sabiex ineħħu d-diossidu tal-karbonju, il-monossidu tal-karbonju u l-partikoli mill-egżost riċiklat tal-magna;

b. 

Sistemi mfasslin apposta sabiex jużaw gass monoatomiku;

c. 

Apparati jew spazji magħluqin, imfasslin apposta għat-tnaqqis tal-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma fi frekwenzi ta’ inqas minn 10 kHz, jew apparati tal-immuntar speċjali sabiex jittaffew l-impatti; u

d. 

Sistemi ta’ egżost imfasslin apposta li ma jirrilaxxawx kontinwament il-prodotti tal-kombustjoni;

3. 

Sistemi tal-enerġija indipendenti mill-arja b'“ċellula tal-fjuwil” li jipproduċu aktar minn 2 kW u li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Apparati jew spazji magħluqin, imfasslin apposta għat-tnaqqis tal-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma bi frekwenzi ta’ inqas minn 10 kHz, jew apparati tal-immuntar speċjali sabiex jittaffew l-impatti; jew

b. 

Sistemi li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Imfasslin apposta biex jitfgħu taħt pressjoni l-prodotti tar-reazzjoni jew għar-riformazzjoni tal-fjuwil;

2. 

Imfasslin apposta biex jaħżnu l-prodotti tar-reazzjoni; u

3. 

Imfasslin apposta biex jiskarikaw il-prodotti tar-reazzjoni kontra pressjoni ta’ 100 kPa jew aktar;

4. 

Sistemi tal-enerġija indipendenti mill-arja b’magna taċ-ċiklu Stirling, li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Apparati jew spazji magħluqin, imfasslin apposta għat-tnaqqis tal-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma bi frekwenzi ta’ inqas minn 10 kHz, jew apparati tal-immuntar speċjali sabiex jittaffew l-impatti; u

b. 

Sistemi tal-egżost imfasslin apposta li jiskarikaw il-prodotti tal-kombustjoni kontra pressjoni ta’ 100 kPa jew aktar;

k. 

Mhux użat;

l. 

Mhux użat;

m. 

Mhux użat;

n. 

Mhux użat;

o. 

Skrejjen, sistemi ta’ trażmissjoni tal-enerġija, sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, u sistemi ta’ tnaqqis ta’ ħsejjes, kif ġej:

1. 

Mhux użat

2. 

Skrejjen tal-ilma, sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija jew sistemi ta’ trażmissjoni, iddisinjati għall-użu fuq bastimenti, kif ġej:

a. 

Skrejjen b’pass kontrollabbli u assemblaġġi tal-btaten, previsti għal aktar minn 30 MW;

b. 

Magni propulsivi elettriċi mberrdin internament b’likwidu li jipproduċu potenza tal-output ogħla minn 2,5 MW;

c. 

Magni propulsivi “superkonduttivi” jew magni propulsivi elettriċi b’kalamita permanenti, li jipproduċu potenza tal-output ogħla minn 0,1 MW;

d. 

Sistemi bix-xaft ta’ trażmissjoni tal-enerġija li jinkorporaw komponenti ta’ materjali “kompożiti” u li kapaċi li jittrażmettu aktar minn 2 MW;

e. 

Sistemi ta’ skrejjen ventilati jew bil-bażi ventilata, previsti għal aktar minn 2,5 MW;

3. 

Sistemi għat-tnaqqis tal-ħoss imfasslin għall-użu fuq bastimenti ta’ spostament ta’ 1 000 tunnellata jew aktar, kif ġej:

a. 

Sistemi li jnaqqsu l-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma fi frekwenzi ta’ inqas minn 500 Hz u li jikkonsistu f’muntaġġi akustiċi komposti għall-iżolament akustiku ta’ magni diesel, settijiet ta’ ġeneraturi diesel, turbini tal-kombustjoni, settijiet ta’ ġeneraturi tat-turbini tal-kombustjoni, muturi ta’ propulsjoni jew ingranaġġi għat-tnaqqis tal-propulsjoni, imfasslin apposta għall-iżolament tal-ħoss u l-vibrazzjoni u li għandhom massa intermedja ogħla minn 30 % tat-tagħmir li jrid jiġi mmuntat;

b. 

“Sistemi attivi ta’ tnaqqis jew tneħħija tal-ħsejjes” jew berings manjetiċi, imfasslin apposta għal sistemi ta’ trażmissjoni tal-enerġija;

Nota Teknika:

Is-“Sistemi attivi ta’ tnaqqis jew tneħħija tal-ħsejjes” jinkorporaw sistemi ta’ kontrolli elettroniċi li kapaċi jnaqqsu l-vibrazzjoni tat-tagħmir bil-ġenerazzjoni ta’ sinjali kontra l-ħsejjes jew kontra l-vibrazzjoni direttament mis-sors.

p. 

Sistemi ta’ propulsjoni b’ġett li jipproduċu dan kollu li ġej:

1. 

Potenza tal-output ogħla minn 2,5 MW; u

2. 

Li jużaw tekniki ta’ żennuni diverġenti u ta’ paletti li jirregolaw il-fluss sabiex itejbu l-effiċjenza propulsiva jew inaqqsu l-ħsejjes iġġenerati taħt wiċċ l-ilma mill-propulsjoni;

q. 

Tagħmir għall-għawm u l-għadis taħt wiċċ l-ilma kif ġej:

1. 

Awtorespiraturi b’ċirkwit magħluq;

2. 

Awtorespiraturi b’ċirkwit nofsu magħluq;

Nota:   8A002.q. ma jkoprix il-kontrolli fuq awtorespiraturi individwali għall-użu personali li jakkumpanja lill-utent tagħhom.

N.B.   Għal tagħmir u apparat iddisinjat apposta għall-użu militari, ara l-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

r. 

Sistemi akustiċi ta’ deterrent għall-bugħaddasa mfasslin jew immodifikati apposta biex ifixklu lill-bugħaddasa, u li jkollhom livell ta’ pressjoni tal-ħoss daqs jew aktar minn 190 dB (referenza 1 μPa għal 1 m) fi frekwenzi ta’ 200 Hz u inqas.

Nota 1:   8A002.r. ma jkoprix il-kontrolli fuq sistemi ta’ deterrent għall-bugħaddasa bbażati fuq apparat ta’ taħt l-ilma splussiv, gannijiet tal-arja jew sorsi kombustibbli.

Nota 2:   8A002.r. jinkludi sistemi akustiċi ta’ deterrent għall-bugħaddasa li jużaw sorsi b’fetħa għal spark, magħrufin ukoll bħala sorsi akustiċi bbażati fuq il-plażma.

8BTagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

8B001Mini tal-ilma ddisinjati biex ikollhom ħsejjes tal-isfond ta’ inqas minn 100 dB (referenza 1 μPa, 1 Hz), fil-firxa ta’ frekwenzi li teċċedi 0 Hz iżda mhux iktar minn 500 Hz u mfasslin sabiex ikejlu l-kampijiet akustiċi ġġenerati minn fluss idrawliku madwar mudelli ta’ sistemi ta’ propulsjoni.

8CMaterjali

8C001“Ragħwa sintattika” mfassla għall-użu taħt wiċċ l-ilma u li għandha dan kollu li ġej:

N.B.   Ara wkoll 8A002.a.4.

a. 

Imfasslin sabiex jaħdmu f’fond ta’ aktar minn 1 000  m; u

b. 

B’densità ta’ anqas minn 561 kg/m3.

Nota Teknika:

Ir-“Ragħwa sintattika” tikkonsisti minn sferi vojta tal-plastik jew tal-ħġieġ imdaħħlin f’“matriċi” tar-reżina.

8DSoftware

8D001“Software” mfassal apposta jew immodifikat għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir jew materjali, speċifikati fi 8A, 8B jew 8C.

8D002“Software” mfassal apposta jew immodifikat għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, it-tiswija, għar-rinnovament totali jew ir-restawr (immaxinjar mill-ġdid) ta’ skrejjen iddisinjati apposta għat-tnaqqis tal-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma.

8ETeknoloġija

8E001“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir jew materjali, speċifikati fi 8A, 8B jew 8C.

8E002“Teknoloġija” oħra kif ġej:

a. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, it-tiswija, ir-rinnovament totali jew ir-restawr (immaxinjar mill-ġdid) ta’ skrejjen iddisinjati apposta għat-tnaqqis ta’ ħsejjes taħt wiċċ l-ilma;

b. 

“Teknoloġija” għar-rinnovament totali jew ir-restawr ta’ tagħmir speċifikat fi 8A001, 8A002.b., 8A002.j., 8A002.o. jew 8A002.p.

c. 

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ xi wieħed minn dan li ġej:

1. 

Vetturi li jkollhom effett fil-wiċċ (b’għata mad-dawra kollha) li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Veloċità massima skont id-disinn, b’tagħbija sħiħa, ta’ aktar minn 30 mil nawtiku, f’għoli sinifikattiv tal-mewġ ta’ 1,25 m jew aktar;

b. 

Pressjoni tal-kuxxinett aktar minn 3 830  Pa; u

c. 

Proporzjon ta’ spostament ta’ inqas minn 0,70 bejn vojt u b’tagħbija sħiħa;

2. 

Vetturi li jkollhom effett fil-wiċċ (bi ġnub riġidi) b’veloċità massima skont id-disinn, b’tagħbija sħiħa, ta’ aktar minn 40 mil nawtiku f’għoli sinifikattiv tal-mewġ ta’ 3,25 m jew aktar;

3. 

Aliskafi b’sistemi attivi għall-kontroll awtomatiku tas-sistemi ta’ aletti, b’veloċità massima s ont id-disinn, b’tagħbija sħiħa, ta’ 40 mil nawtiku jew aktar f’għoli sinifikattiv tal-mewġ ta’ 3,25 m jew aktar; jew

4. 

“Bastimenti tas-superfiċje b’erja ta’ galleġġament żgħira” li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a. 

Spostament b’tagħbija sħiħa ogħla minn 500 tunnellata b’veloċità massima skont id-disinn, b’tagħbija sħiħa, ogħla minn 35 mil nawtiku f’għoli sinifikattiv tal-mewġ ta’ 3,25 m jew aktar; jew

b. 

Spostament b’tagħbija sħiħa ta’ aktar minn 1 500 tunnellata b’veloċità massima skont id-disinn, b’tagħbija sħiħa, ogħla minn 25 mil nawtiku f’għoli sinifikattiv tal-mewġ ta’ 4 m jew aktar.

Nota Teknika:

“Bastiment tas-superfiċje b’erja ta’ galleġġament żgħira” hu ddefinit bil-formola li ġejja: l-erja ta’ galleġġament fis-superfiċje skont il-pixka operattiva mfassla li tkun inferjuri għal 2 × (il-volum spustjat skont il-pixka operattiva mfassla) 2/3.

KATEGORIJA 9 - AJRUSPAZJU U PROPULSJONI

9ASistemi, Tagħmir u Komponenti

N.B.   Għal sistemi ta’ propulsjoni ddisinjati jew previsti sabiex jirreżistu r-radjazzjoni bin-newtroni jew ir-radjazzjoni jonizzanti tranżitorja, ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

9A001Magni b’turbini tal-gass ajrunawtiċi li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

N.B.   ARA WKOLL 9A101.

a. 

Jinkorporaw xi waħda mit-“teknoloġiji” speċifikati f’9E003.a., 9E003.h. jew 9E003.i.; jew

Nota 1:   9A001.a. ma jikkontrollax magni b’turbini tal-gass ajrunawtiċi li jissodisfaw dan kollu li ġej:

a. 

Ċertifikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti fil-Ftehim Wassenaar; u

b. 

Intiżi sabiex iħaddmu “inġenji tal-ajru” mhux militari b’ekwipaġġ li għalihom inħareġ xi wieħed minn dan li ġej mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ xi wieħed jew iktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti fil-Ftehim ta’ Wassenaar għall-“inġenji tal-ajru” b’dan it-tip ta’ magna speċifika:

1. 

Ċertifikat tat-tip ċivili; jew

2. 

Dokument ekwivalenti rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).

Nota 2:   9A001.a. ma jikkontrollax magni ajrunawtiċi b’turbini tal-gass iddisinjati għal Unitajiet ta’ Potenza Awżiljarja (Auxiliary Power Units, APUs) approvati mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili fi Stat Membru tal-UE jew Stat Parteċipanti fil-Ftehim ta’ Wassenaar.

b. 

Iddisinjati sabiex iħaddmu “inġenju tal-ajru” sabiex itir b’veloċità ta’ Mach 1 jew ogħla, għal iktar minn tletin minuta.

9A002“Magni b’turbini tal-kombustjoni marittimi” iddisinjati biex jużaw fjuwil likwidu u li għandhom dan kollu li ġej, u assemblaġġi u komponenti li huma ddisinjati apposta għalihom:

a. 

Potenza massima kontinwa meta joperaw f’“modalità ta’ statiċità” b’kundizzjonijiet ta’ referenza standard speċifikati b’ISO 3977-2:1997 (jew ekwivalenti nazzjonali) ta’ 24 245  kW jew aktar; u

b. 

“Konsum tal-fjuwil speċifiku korrett” ta’ mhux aktar minn 0,219 kg/kWh b’35% tal-potenza massima kontinwa meta jintuża l-fjuwil likwidu.

Nota:   It-terminu “magni b’turbini tal-gass marittimi” jinkludi il-magni industrijali jew dawk ajrunawtiċi, b’turbini tal-gass, adattati għall-ġenerazzjoni tal-potenza elettrika jew għall-propulsjoni ta’ bastiment.

Nota Teknika:

Għall-iskopijiet ta’ 9A002, “konsum tal-fjuwil speċifiku kkoreġut” huwa l-konsum tal-fjuwil tal-magna kkoreġut għal fjuwil likwidu distillat marittimu li għandu enerġija speċifika netta (jiġifieri valur ta’ tisħin nett) ta’ 42MJ/kg (ISO 3977-2:1997).

9A003Assemblaġġi jew komponenti ddisinjati apposta, li jinkorporaw xi waħda mit-“teknoloġiji” speċifikati f’9E003.a., 9E003.h. jew 9E003.i., għal xi waħda mill-magni ajrunawtiċi b’turbini tal-gass li ġejjin:

a. 

Speċifikati f’9A001; jew

b. 

Li d-disinn tagħhom jew l-oriġini tal-produzzjoni mhumiex minn Stati Membri tal-UE jew minn Stati Parteċipanti fil-Ftehim ta’ Wassenaar jew inkella l-manifattur ma jafx bihom.

9A004Lanċjaturi, “inġenji spazjali”, “assemblaġġi ta’ inġenji spazjali”, “tagħbijiet utli tal-inġenji spazjali”, sistemi jew tagħmir abbord “inġenji spazjali”, tagħmir terrestri, u pjattaformi għall-illanċjar, kif ġej

N.B.   ARA WKOLL 9A104.

a. 

Lanċjaturi;

b. 

“Inġenji spazjali”;

c. 

“Assemblaġġi ta’ inġenji spazjali”;

d. 

“Tagħbijiet utli tal-inġenji spazjali” li jinkorporaw oġġetti speċifikati fi 3A001.b.1.a.4., 3A002.g., 5A001.a.1., 5A001.b.3., 5A002.c., 5A002.e., 6A002.a.1., 6A002.a.2., 6A002.b., 6A002.d., 6A003.b., 6A004.c., 6A004.e., 6A008.d., 6A008.e., 6A008.k., 6A008.l. jew 9A010.c.;

e. 

Sistemi jew tagħmir abbord iddisinjati apposta għal “inġenji spazjali” u li għandhom xi waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:

1. 

“Il-kmand u l-ipproċessar tad-data tat-telemetrija”;

Nota:   Għall-iskop ta’ 9A004.e. 1., “kmand u t-trattament tad-data telemetrika” tinkludi l-ġestjoni, il-ħżin, u l-ipproċessar ta’ data ta’ assemblaġġi.

2. 

“Trattament tad-data tat-tagħbija utli”; jew

Nota:   Għall-iskop ta’ 9A004.e.2., “trattament tad-data ta’ tagħbija utli” tinkludi l-ġestjoni, il-ħżin, u l-ipproċessar ta’ data ta’ tat-tagħbija utli.

3. 

“Il-kontroll tal-attitudni u l-orbita”;

Nota:   Għall-iskop ta’ 9A004.e.3., “il-kontroll tal-attitudni u l-orbita” jinkludi d-detezzjoni u l-attwazzjoni biex tiġi ddeterminata u kkontrollata l-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta’ “inġenji spazjali”.

N.B.   Għal tagħmir iddisinjat apposta għall-użu militari, ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

f. 

Tagħmir terrestri, iddisinjat apposta għal “vetturi spazjali”, kif ġej:

1. 

Tagħmir ta’ telemetrija u telekmand iddisinjat apposta għal xi waħda mill-funzjonijiet tal-ipproċessar ta’ data li ġejjin:

a. 

Proċessar ta’ data ta’ telemetrija ta’ sinkronizzazzjoni tal-immaġnijiet u korrezzjonijiet ta’ żbalji, għall-monitoraġġ ta’ status operazzjonali (magħruf ukoll bħala status ta’ saħħa u ta’ sikurezza) tal-“pjattaforma spazjali”; jew

b. 

Proċessar ta’ data tal-kmand għall-ifformattjar tad-data tal-kmand li tintbagħat lill-“inġenju spazjali” biex jikkontrolla l-“pjattaforma spazjali”;

2. 

Simulaturi ddisinjati apposta għal “verifika ta’ proċeduri operazzjonali” ta’ “inġenji spazjali”.

Nota Teknika:

Għall-iskopijiet ta’ 9A004.f.2., “verifika ta’ proċeduri operazzjonali” hija xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.   Konferma tas-sekwenza tal-kmand;

2.   Taħriġ operazzjonali;

3.   Provi operazzjonali; jew

4.   Analiżi operazzjonali.

g. 

“Inġenji tal-ajru” ddisinjati apposta jew modifikati sabiex ikunu pjattaformi għall-illanċjar fl-ispazju ta’ lanċjaturi.

h. 

“Inġenji suborbitali”.

9A005Sistemi ta’ propulsjoni ta’ rokits bi propellant likwidu li fihom xi waħda mis-sistemi jew komponenti, speċifikati f’9A006.

N.B.   ARA WKOLL 9A105 U 9A119.

9A006Sistemi u komponenti, iddisinjati apposta għal sistemi ta’ propulsjoni ta’ rokits bi propellant likwidu, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 9A106, 9A108 U 9A120.

a. 

Refriġeraturi krijoġeniċi, kontenituri ħfief, pajpijiet tat-tisħin krijoġeniċi jew sistemi krijoġeniċi, iddisinjati apposta għal użu f’vetturi spazjali u li kapaċi jirrestrinġu t-telf ta’ fluwidu krijoġeniku għal inqas minn 30 % fis-sena;

b. 

Kontenituri krijoġeniċi jew sistemi ta’ refriġerazzjoni b’ċiklu magħluq, li kapaċi jipprovdu temperaturi ta’ 100 K (-173°C) jew anqas għall-“inġenji tal-ajru” li kapaċi jtiru b’veloċità sostnuta ogħla minn Mach 3, għal-lanċjaturi jew għall-“inġenji spazjali”;

c. 

Sistemi ta’ ħażna jew ta’ trasferiment ta’ idroġenu semilikwidu;

d. 

Turbopompi ta’ pressjoni għolja (ogħla minn 17,5 MPa), komponenti tal-pompi jew is-sistemi assoċjati magħhom ta’ mototrażmissjoni b’turbina bil-ġenerazzjoni tal-gass jew b’ċiklu ta’ espansjoni;

e. 

Kompartimenti ta’ spinta bi pressjoni għolja (ogħla minn 10,6 MPa) u ż-żennuni għalihom;

f. 

Sistemi ta’ ħażna ta’ propellant li jużaw il-prinċipju ta’ konteniment kapillari jew ta’ espulsjoni pożittiva (jiġifieri, bi bżieżaq flessibbli);

g. 

Injettaturi ta’ propellant likwidu b’toqob individwali b’dijametru ta’ 0,381 mm jew inqas (erja ta’ 1,14 × 10-3 cm2 jew inqas għal toqob mhux f’għamla ta’ ċirku) u ddisinjati apposta għal muturi rokits bi propellant likwidu;

h. 

Kompartimenti ta’ spinta karbonju-karbonju f’biċċa waħda jew koni tal-ħruġ karbonju-karbonju f’biċċa waħda, b’densitajiet ogħla minn 1,4 g/cm3 u reżistenza għat-tensjoni ogħla minn 48 MPa.

9A007Sistemi ta’ propulsjoni ta’ rokits bi propellant solidu li għandu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

N.B.   ARA WKOLL 9A107 U 9A119.

a. 

Kapaċità ta’ impuls totali ogħla minn 1,1 MNs;

b. 

Impuls speċifiku ta’ 2,4 kNs/kg jew aktar, meta l-fluss miż-żennuna jespandi għall-kundizzjonijiet ambjentali tal-livell tal-baħar għal pressjoni tal-kompartiment aġġustata ta’ 7 MPa;

c. 

Frazzjonijiet tal-massa tal-istadji ogħla minn 88 % u tagħbijiet ta’ propellant solidu ogħla minn 86 %;

d. 

Il-komponenti speċifikati f’9A008; jew

e. 

Sistemi ta’ rbit tal-iżolazzjoni u tal-propellant, li jużaw disinni ta’ mutur bi rbit dirett sabiex jipprovdu “rbit mekkaniku qawwi” jew ostaklu għal migrazzjoni kimika bejn il-propellant solidu u l-materjal ta’ iżolazzjoni tal-kontenitur.

Nota Teknika:

“Irbit mekkaniku qawwi” tfisser qawwa ta’ rbit daqs jew aktar mill-qawwa tal-propellant.

9A008Komponenti ddisinjati apposta għal sistemi ta’ propulsjoni ta’ rokits bi propellant solidu, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 9A108.

a. 

Sistemi ta’ rbit tal-iżolazzjoni u tal-propellant, li jużaw kisjiet sabiex jipprovdu “rbit mekkaniku qawwi” jew ostaklu għall-migrazzjoni kimika bejn il-propellant solidu u l-materjal ta’ iżolazzjoni tal-kontenitur;

Nota Teknika:

“Irbit mekkaniku qawwi” tfisser qawwa ta’ rbit daqs jew aktar mill-qawwa tal-propellant.

b. 

L-oqfsa tal-muturi “kompożiti” mdawrin b’filament ta’ dijametru ikbar minn 0,61 m jew ta’ “proporzjonijiet ta’ effiċjenza strutturali (PV/W)” ta’ iktar minn 25 km;

Nota Teknika:

“Proporzjon ta’ effiċjenza strutturali (PV/W)” huwa l-pressjoni tat-tifqigħ (P) immultiplikata bil-volum tal-kontenitur (V) diviż bil-piż totali (W) tal-kontenitur tal-pressjoni.

c. 

Żennuni b’livelli ta’ spinta ogħla minn 45 kN jew rati ta’ erożjoni tal-għenuq taż-żennuni ta’ inqas minn 0,075 mm/s;

d. 

Żennuni li jistgħu jiċċaqalqu jew sistemi ta’ kontroll tal-vettur tal-ispinta b’injezzjoni sekondarja ta’ fluwidu, li kapaċi jwettqu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Moviment ta’ iżjed ± 5° fuq l-assi kollha;

2. 

Rotazzjonijiet angulari tal-vettur ta’ 20°/s jew aktar; jew

3. 

Aċċelerazzjonijiet angulari tal-vettur ta’ 40°/s2 jew aktar.

9A009Sistemi ta’ propulsjoni ta’ rokits ibridi li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

N.B.   ARA WKOLL 9A109 U 9A119.

a. 

Kapaċità ta’ impuls totali ogħla minn 1,1 MNs; jew

b. 

Livelli ta’ spinta ogħla minn 220 kN f’kundizzjonijiet ta’ ħruġ fil-vakwu.

9A010Komponenti, sistemi u strutturi ddisinjati apposta, għal-lanċjaturi, għal sistemi ta’ propulsjoni għal-lanċjaturi jew għall-“inġenji spazjali”, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 1A002 U 9A110.

a. 

Komponenti u strutturi, kull wieħed minnhom ta’ iktar minn 10 kg u ddisinjati apposta għal-lanċjaturi mmanifatturati bl-użu ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Materjali “kompożiti” magħmula minn “materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’1C010.e. u reżina speċifikata f’1C008 jew 1C009.b.;

2. 

“Kompożiti” tal-metall “matriċi” imsaħħa minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Materjali speċifikati f’1C007;.

b. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’1C010; jew

c. 

Aluminidi speċifikati f’1C002.a.; jew

3. 

Materjali “kompożiti” taċ-ċeramika “matriċi” speċifikati f’ 1C007;

Nota:   Il-limitu tal-piż mhux rilevanti għall-koni ta’ quddiem.

b. 

Komponenti u strutturi, iddisinjati apposta għas-sistemi ta’ propulsjoni għal-lanċjaturi speċifikati f’9A005 sa 9A009 immanifatturati bl-użu ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’1C010.e. u reżini speċifikati f’1C008 jew 1C009.b.;

2. 

“Kompożiti” tal-metall “matriċi”imsaħħa minn xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Materjali speċifikati f’1C007;

b. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’1C010; jew

c. 

Aluminidi speċifikati f’1C002.a.; jew

3. 

Materjali “kompożiti” taċ-ċeramika “matriċi” speċifikati f’ 1C007;

c. 

Komponenti strutturali u sistemi ta’ iżolazzjoni, iddisinjati apposta sabiex jikkontrollaw attivament ir-rispons dinamiku jew id-distorsjoni ta’ strutturi ta’ “inġenji spazjali”;

d. 

Muturi rokits bi propellant likwidu bl-impulsi bil-proporzjonijiet tal-ispinta apparagun tal-piż ta’ 1 kN/kg jew aktar u b’“ħin ta’ rispons” ta’ inqas minn 30 ms.

Nota Teknika:

Għall-iskopijiet ta’ 9A010.d., il-“ħin tar-rispons” huwa l-ħin meħtieġ sabiex jinkiseb 90 % tal-ispinta prevista totali mill-bidu.

9A011Magni awtoreatturi, magni awtoreatturi supersoniċi jew dawk b’ċiklu kkombinat, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

N.B.   ARA WKOLL 9A111 U 9A118.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 9A011, “magni b’ċiklu kombinat” jikkombinaw żewġ tipi jew aktar minn dawn it-tipi ta’ magni:

— 
Magna b’turbini tal-gass (turbojet, turboprop u turbofan);
— 
Magni awtoreatturi jew magni awtoreatturi supersoniċi;
— 
Mutur jew magna rokit (bi propellant likwidu/ġell/solidu u ibridu).

9A012“Vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ” (Unmanned aerial vehicles, “UAVs”), “airships” mingħajr ekwipaġġ, sistemi, tagħmir u komponenti relatati magħhom, kif ġej:

N.B. 1   ARA WKOLL 9A112.

N.B. 2   Għall-“UAVs” li huma “inġenji suborbitali”, ara 9A004.h.

a. 

“UAVs” jew “airships” mingħajr ekwipaġġ, iddisinjati sabiex ikollhom titjira kkontrollata mingħajr ma l-“operatur” jkollu “vista naturali” diretta, u li jkollhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Għandhom dan kollu li ġej:

a. 

“Durabbiltà” massima ikbar minn jew ugwali għal 30 minuta iżda inqas minn siegħa; u

b. 

Iddisinjat biex jinqata’ mill-art u jkollu titjira kontrollata stabbli f’buffuri ta’ riħ ugwali għal jew iktar minn 46,3km/h (25 mil nawtiku s-siegħa); jew

2. 

“Durabbiltà” massima ta’ siegħa jew iktar;

Noti Tekniċi:

1.   Għall-iskopijiet ta’ 9A012.a., “operatur” huwa persuna li tibda jew tikkmanda t-titjira tal-“UAV” jew l-“airship” mingħajr ekwipaġġ.

2.   Għall-iskopijiet ta’ 9A012.a., “durabbiltà” għandha tiġi kkalkulata għall-kundizzjonijiet ISA (ISO 2533:1975) fil-livell tal-baħar f’riħ żero.

3.   Għall-iskopijiet ta’ 9A012.a., “viżjoni naturali” tfisser il-vista ta’ bniedem mingħajr għajnuna, b’lentijiet korrettivi jew mingħajrhom.

b. 

Sistemi, tagħmir u komponenti relatati, kif ġej:

1. 

Mhux użat;

2. 

Mhux użat;

3. 

Tagħmir jew komponenti, iddisinjati apposta sabiex jikkonvertu “inġenju tal-ajru” bl-ekwipaġġ jew “airship” bl-ekwipaġġ, għal “UAV” jew għal “airship” mingħajr ekwipaġġ, speċifikat f’9A012.a;

4. 

Magni aerobiċi reċiprokanti jew tat-tip ta’ kombustjoni interna rotatorji, iddisinjati apposta jew modifikati biex iħaddmu “UAVs” jew “airships” mingħajr ekwipaġġ, f’altitudnijiet ta’ iktar minn 15 240  metru (50 000  pied).

9A101Magni b’turboreatturi u b’turbopropulsuri, minbarra dawk speċifikati f’9A001, kif ġej:

a. 

Magni li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. 

“Valur massimu ta’ spinta” ogħla minn 400 N u esklużi magni ċċertifikati bħala ċivili b’“valur massimu ta’ spinta” ta’ aktar minn minn 8 890  N;

2. 

Konsum ta’ fjuwil speċifiku ta’ 0,15 kg N-1 h-1 jew inqas;

3. 

“Piż niexef” inqas minn 750 kg; u

4. 

“Dijametru tar-rotor fl-ewwel stadju” inqas minn 1 m;

Noti Tekniċi:

1.   Għall-fini ta’ 9A101.a.1. “valur tal-ispinta massima” huwa l-ispinta massima murija tal-manifattur għat-tip ta’ magna mhux installata fil-livell tal-baħar f’kundizzjonijiet statiċi, bl-atmosfera standard tal-ICAO. Il-valur ta’ spinta ċċertifikat tat-tip ċivili jkun daqs l-ispinta massima murija mill-manifattur għat-tip ta’ magna mhux installata jew inkella inqas minnha.

2.   Il-konsum tal-fjuwil speċifiku huwa ddeterminat mill-ispinta massima kontinwa għat-tip ta’ magna mhux installata fil-livell tal-baħar f’kundizzjonijiet statiċi, bl-atmosfera standard tal-ICAO.

3.   “Piż niexef” huwa l-piż tal-magna mingħajr fluwidi (fjuwil, fluwidu idrawliku, żejt, eċċ.) u ma jinkludix il-gondola (kisi).

4.   Id-“dijametru tar-rotor fl-ewwel stadju” huwa d-dijamentru tal-ewwel stadju ta’ rotazzjoni tal-magna, kemm jekk ikun fann kif ukoll jekk ikun kompressur, imkejjel mix-xifer ta’ quddiem tal-ponot tal-pala.

b. 

Magni ddisinjati jew modifikati għall-użu f’“missili” jew vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f’9A012 jew 9A112.a.

9A102“Sistemi ta’ magni turboprop” iddisinjati apposta għal vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f’9A012 jew f’9A112.a, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, li għandhom “potenza massima” ta’ aktar minn 10 kW.

Nota:   9A102 ma jikkontrollax magni ċċertifikati miċ-ċivil.

Noti Tekniċi:

1.   Għall-iskopijiet ta’ 9A102, “sistema ta’ magna turboprop” fiha dan kollu li ġej:

a. 

Magna b’turboxaft; u

b. 

Sistema ta’ trasferiment tal-potenza biex tiġi ttrasferrita l-potenza għal skrun.

2.   Għall-iskopijiet ta’ 9A102 il-“potenza massima” tinkiseb meta ma tkunx installata f’kundizzjonijiet statiċi standard fil-livell tal-baħar bl-użu tal-atmosfera standard tal-ICAO.

9A104Rokits ta’ skandaljar, li kapaċi jilħqu distanza ta’ mill-inqas 300 km.

N.B.   ARA WKOLL 9A004.

9A105Muturi rokits bi propellant likwidu jew propellant f’forma ta’ ġell, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 9A119.

a. 

Muturi rokits bi propellant likwidu jew propellant f’forma ta’ ġell, li jistgħu jintużaw f’“missili”, minbarra dawk speċifikati f’9A005, integrati, jew iddisinjati jew modifikati sabiex ikunu integrati, f’sistema ta’ propulsjoni bi propellant likwidu jew forma ta’ ġell, li għandhom kapaċità ta’ impuls totali ta’ 1,1 MNs jew ogħla;

b. 

Muturi rokits bi propellant likwidu jew propellant forma ta’ ġell, li jistgħu jintużaw f’sistemi ta’ rokits kompluti jew f’vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jilħqu distanza ta’ 300 km, minbarra dawk speċifikati f’9A005 jew 9A105.a., integrati, jew iddisinjati jew modifikati sabiex ikunu integrati, f’sistema ta’ propulsjoni bi propellant likwidu jew forma ta’ ġell, li għandhom kapaċità ta’ impuls totali ta’ 0,841 MNs jew ogħla.

9A106Sistemi jew komponenti, minbarra dawk speċifikati f’9A006 kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi ta’ propulsjoni ta’ rokits bi propellant likwidu jew bi propellant forma ta’ ġell:

a. 

Mhux użat;

b. 

Mhux użat;

c. 

Sottosistemi għall-kontroll tal-vettur tal-ispinta, li jistgħu jintużaw f’“missili”.

Nota Teknika:

Eżempji ta’ metodi sabiex jinkiseb il-kontroll tal-vettur tal-ispinta speċifikat f’9A106.c. huma:

1. 

Żennuna flessibbli;

2. 

Injezzjoni ta’ fluwidu jew ta’ gass sekondarju;

3. 

Magna jew żennuna li tista’ tiċċaqlaq;

4. 

Devjazzjoni tal-ħruġ tal-gass tal-exhaust (sondi jew paletti tal-ġett); jew

5. 

Aletti korrettivi tal-ispinta.

d. 

Sistemi ta’ kontroll għal propellant likwidu, f’suspensjoni u f’forma ta’ ġell (inklużi ossidanti), u komponenti ddisinjati apposta għalihom, li jistgħu jintużaw f’“missili”, iddisinjati jew modifikati sabiex jaħdmu f’ambjenti ta’ vibrazzjoni ta’ aktar minn 10 g rms bejn 20 Hz u 2 kHz;

Nota:   L-uniċi servovalvi u pompi speċifikati f’9A106.d., huma dawn li ġejjin:

a. 

Servovalvi ddisinjati għal rati ta’ fluss ta’ 24 litru kull minuta jew ogħla, fi pressjoni assoluta ta’ 7 MPa jew ogħla, li għandhom ħin ta’ rispons tal-attwatur ta’ inqas minn 100 ms;

b. 

Pompi, għal propellanti likwidi, b’veloċità tax-xaft ta’ 8 000  r.p.m. jew ogħla f’modalità operattiva massima jew bi pressjoni tal-ħruġ ta’ 7 MPa jew ogħla.

c. 

Turbini tal-gass, għal pompi tat-turbo ta’ propellant likwidu, b’veloċitajiet tax-xaft daqs jew ogħla minn 8 000  r.p.m. f’modalità operattiva massima.

e. 

Kompartimenti tal-kombustjoni u żennuni għal magni rokit bi propellant likwidu jew muturi rokits bi propellant forma ta’ ġell speċifikati f’9A005 jew 9A105.

9A107Muturi rokits bi propellant solidu, li jistgħu jintużaw f’sistemi ta’ rokits kompluti jew f’vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jilħqu distanza ta’ 300 km, minbarra dawk speċifikati f’9A007, u li għandhom kapaċità ta’ impuls totali ta’ 0,841 MNs jew ogħla.

N.B.   ARA WKOLL 9A119.

9A108Komponenti, minbarra dawk speċifikati f’9A008, kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi ta’ propulsjoni ta’ rokits bi propellant solidi u ibridi:

a. 

L-oqfsa tal-mutur rokit u komponenti ta’ “iżolazzjoni” għalihom, li jistgħu jintużaw fis-sottosistemi speċifikati f’9A007, 9A009, 9A107 jew 9A109.a.;

b. 

Żennuni tar-rokits, li jistgħu jintużaw fis-sottosistemi speċifikati f’9A007, 9A009, 9A107 jew 9A109.a;

c. 

Sottosistemi għall-kontroll tal-vettur tal-ispinta, li jistgħu jintużaw f’“missili”.

Nota Teknika:

Eżempji ta’ metodi sabiex jinkiseb il-kontroll tal-vettur tal-ispinta speċifikat f’9A108.c. huma:

1. 

Żennuna flessibbli;

2. 

Injezzjoni ta’ fluwidu jew ta’ gass sekondarju;

3. 

Magna jew żennuna li tista’ tiċċaqlaq;

4. 

Devjazzjoni tal-ħruġ tal-gass tal-exhaust (sondi jew paletti tal-ġett); jew

5. 

Aletti korrettivi tal-ispinta.

9A109Muturi rokits ibridi u komponenti ddisinjati apposta kif ġej:

a. 

Muturi rokits ibridi li jistgħu jintużaw f’sistemi ta’ rokits kompluti jew ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li jtellgħu 300 km, ħlief dawk speċifikati f’9A009, li għandhom kapaċità ta’ impuls totali ugwali għal jew akbar minn 0,841 MNs, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

b. 

Komponenti ddisinjati apposta għal muturi rokits ibridi speċifikati f’9A009 li jintużaw f’“missili”.

N.B.   ARA WKOLL 9A009 U 9A119.

9A110Strutturi kompożiti, laminati, u manifatturi għalihom, ħlief dawk speċifikati f’9A010, iddisinjati apposta għall-użu f’“missili” jew is-sottosistemi speċifikati f’9A005, 9A007, 9A105, 9A106.c., 9A107, 9A108.c., 9A116 jew 9A119.

N.B.   ARA WKOLL 1A002.

Nota Teknika:

F’9A110 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

9A111Magni b’pulsoreatturi jew b’detonazzjoni, li jistgħu jintużaw f’“missili” jew vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f’9A012 jew 9A112.a., u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

N.B.   ARA WKOLL 9A011 U 9A118.

Nota Teknika:

F’9A111 magni b’detonazzjoni jużaw detonazzjoni sabiex jipproduċu żieda fil-pressjoni effettiva fil-kompartiment tal-kombustjoni. Eżempji ta’ magni b’detonazzjoni jinkludu magni b’detonazzjoni bl-impulsi, magni b’detonazzjoni bir-rotazzjoni jew magni b’detonazzjoni kontinwa bil-mewġ.

9A112“Vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ” (Unmanned aerial vehicles, “UAVs”), minbarra dawk speċifikati f’ 9A012, kif ġej:

a. 

“Vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ” (Unmanned aerial vehicles, “UAVs”) li kapaċi jilħqu medda ta’ 300 km;

b. 

“Vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ” (Unmanned aerial vehicles, “UAVs”) li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Kapacità awtonoma tal-kontroll tat-titjir u tan-navigazzjoni; jew

b. 

Kapaċità ta’ titjir ikkontrollat barra firxa tal-vista diretta li tinvolvi operatur uman; u

2. 

Li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Jinkorporaw sistema / mekkaniżmu li jippropagaw l-aerosol b’kapaċità akbar minn 20 litru; jew

b. 

Iddisinjati jew modifikati biex jinkorporaw sistema / mekkaniżmu li jippropagaw l-aerosol b’kapaċità akbar minn 20 litru;

Noti Tekniċi:

1.   Aerosol jikkonsisti f’materjal partikolat jew f’likwidi ħlief għal komponenti tal-fjuwil, minn prodotti jew additivi, bħala parti mit-tagħbija utli li tiġi rilaxxata fl-atmosfera. Eżempji ta’ aerosol jinkludu pestiċidi għall-bexx fuq l-uċuħ tar-raba’ u kimiki nexfin għall-kondensazzjoni artifiċjali tas-sħab.

2.   Sistema / mekkaniżmu li jippropaga l-aerosol jinkludu dawk l-apparati (mekkaniċi, elettriċi, idrawliċi, eċċ.), li huma meħtieġa għall-ħażna u r-rilaxx tal-aerosol fl-atmosfera. Dan jinkludi l-possibbiltà ta’ injezzjoni ta’ aerosol fil-fwar tal-exhaust tal-kombustjoni u fil-fluss ta’ kuntatt ta’ iskrun.

9A115Tagħmir ta’ sostenn għall-illanċjar kif ġej:

a. 

Tagħmir u apparat għall-immaniġġar, il-kontroll, l-attivazzjoni jew l-illanċjar, iddisinjat jew modifikat għal lanċjaturi speċifikati f’9A004, ir-rokits sonda speċifikati f’9A104 jew il-“missili”;

Nota Teknika:

F’9A115.a. “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

b. 

Vetturi għat-trasport, għall-immaniġġar, il-kontroll, l-attivazzjoni jew l-illanċjar, iddisinjati jew modifikati għal lanċjaturi speċifikati f’9A004, rokits sonda speċifikati f’9A104 jew “missili”.

9A116Vetturi tad-dħul lura, li jistgħu jintużaw f’“missili”, u tagħmir iddisinjat jew modifikat għalihom, kif ġej:

a. 

Vetturi tad-dħul lura;

b. 

Tarki għas-sħana u komponenti għalihom, magħmulin miċ-ċeramika jew minn materjali ablattivi;

c. 

Dissipaturi tas-sħana u komponenti għalihom, magħmulin minn materjali ħfief ta’ kapaċità termika għolja;

d. 

Tagħmir elettroniku ddisinjat apposta għall-vetturi tad-dħul lura.

9A117Mekkaniżmi ta’ separazzjoni fi stadji, mekkaniżmi ta’ separazzjoni, u ta’ bejn l-istadji, li jistgħu jintużaw f’“missili”.

N.B.   ARA WKOLL 9A121.

9A118Apparat sabiex jirregola l-kombustjoni li jista’ jintuża fil-magni, li jistgħu jintużaw fil-“missili” jew il-vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f’9A012, jew 9A112.a., speċifikati f’9A011 jew 9A111.

9A119Stadji individwali ta’ rokits, li jistgħu jintużaw f’sistemi ta’ rokits kompluti jew ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ, li kapaċi jilħqu medda ta’ 300 km, minbarra dawk speċifikati f’9A005, 9A007, 9A009, 9A105, 9A107 u 9A109.

9A120Tankijiet ta’ propellant likwidu jew forma ta’ ġell, minbarra dawk speċifikati f’9A006, iddisinjati apposta għall-propellanti speċifikati f’1C111 jew “propellanti likwidi jew forma ta’ ġell oħrajn” użati f’sistemi rokit li kapaċi jġorru tagħbija utli ta’ mill-inqas 500 kg għal medda ta’ mill-inqas 300 km.

Nota:   F’9A120 “propellanti likwidi jew forma ta’ ġell oħrajn” tinkludi, iżda mhix limitata għal, propellanti speċifikati fil-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

9A121Konnetturi elettriċi umbilikali ta’ bejn l-istadji ddisinjati apposta għal “missili”, għal-lanċjaturi speċifikati f’9A004 jew għar-rokits sonda speċifikati f’9A104.

Nota Teknika:

Il-konnetturi ta’ bejn l-istadji msemmija f’9A121 jinkludu wkoll konnetturi elettriċi installati bejn il-“missila”, il-lanċjatur jew ir-rokit sonda u t-tagħbija tagħhom.

9A350Sistemi ta’ bexx jew ħolqien ta’ ċpar, iddisinjati apposta jew modifikati għall-immuntar fuq inġenji tal-ajru, “vetturi eħfef mill-arja” jew vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

a. 

Sistemi kompluti ta’ bexx jew ħolqien ta’ ċpar li kapaċi jagħtu, minn suspensjoni likwida, qtar inizjali ta’ “VMD” inqas minn 50 μm b’rata ta’ fluss ogħla minn żewġ litri fil-minuta;

b. 

Dirgħajn ta’ bexxiexi jew arranġamenti ta’ unitajiet li jiġġeneraw l-aerosol li kapaċi jagħtu, minn suspensjoni likwida, qtar inizjali ta’ “VMD” inqas minn 50 μm b’rata ta’ fluss ogħla minn żewġ litri fil-minuta;

c. 

Unitajiet li jiġġeneraw l-aerosol iddisinjati apposta għall-immuntar fis-sistemi speċifikati f’9A350.a. u b.

Nota:   Unitajiet li jiġġeneraw l-aerosol huma apparat iddisinjat apposta jew modifikat għall-immuntar f’inġenji tal-ajru bħal żennuni, atomizzaturi b’tambur li jdur u apparat simili.

Nota:   9A350 ma jikkontrollax sistemi u komponenti ta’ bexx jew ta’ ħolqien ta’ ċpar li jintwerew li mhumiex kapaċi jxerrdu aġenti bijoloġiċi fis-sura ta’ aerosol infettiv.

Noti Tekniċi:

1.   Id-daqs ta’ qtar għat-tagħmir tal-bexx jew iż-żennuni ddisinjat apposta għall-użu fuq inġenji ta’ ajru, “vetturi eħfef mill-arja” jew vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ għandu jitkejjel bl-użu ta’ wieħed minn dan li ġej:

a. 

Metodu laser Doppler;

b. 

Metodu ta’ diffrazzjoni b’laser frontali.

2.   F’9A350 “VMD” tfisser Dijametru Medjan Volumetriku (Volume Median Diameter) u għas-sistemi bbażati fuq l-ilma dan hu ugwali għad-Dijametru Medjan tal-Massa (Mass Median Diameter, MMD).

9BTagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

9B001Tagħmir, għodod jew muntaġġi tal-manifattura, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 2B226

a. 

Tagħmir ta’ solidifikazzjoni direzzjonali jew tal-ikkastjar monokristallin iddisinjati għal “superligi”;

b. 

Għodod għall-ikkastjar, iddisinjati apposta għal għall-fabbrikazzjoni ta’ pali, paletti jew “karenaturi tat-tarf” tal-magni tat-turbini tal-gass, kif ġej:

1. 

Partijiet ċentrali;

2. 

Qxur (forom);

3. 

Unitajiet ikkombinati ta’ partijiet ċentrali u ta’ qxur (forom);

c. 

Solidifikazzjoni direzzjonali jew tagħmir tal-manifattura b’addittiv monokristallin, iddisinjat apposta għall-manifattura ta’ pali, paletti jew “karenaturi tat-tarf”.

9B002Sistemi ta’ kontroll onlajn (fil-ħin reali), strumentazzjoni (inklużi sensuri) jew tagħmir awtomatizzat għall-akkwist u l-ipproċessar tad-data, li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Iddisinjati apposta għall-“iżvilupp” ta’ magni, assemblaġġi jew komponenti ta’ turbini tal-gass; u

b. 

Jinkorporaw xi waħda mit-“teknoloġiji” speċifikati f’9E003.h. jew 9E003.i.

9B003Tagħmir iddisinjat apposta għall-“produzzjoni” jew l-ittestjar ta’ siġilli ta’ pinzell ta’ turbini tal-gass iddisinjat apposta sabiex jaħdem f’veloċitajiet tat-truf ogħla minn 335 m/s u f’temperaturi ogħla minn 773 K (500°C), u komponenti jew aċċessorji ddisinjati apposta għalih.

9B004Għodod, mastri jew muntaġġi għall-assemblaġġ fl-istat solidu ta’ kombinazzjonijiet mill-paletta sad-diska ta’ “superliga”, tat-titanju jew intermetalliċi deskritti f’9E003.a.3. jew 9E003.a.6. għal turbini tal-gass.

9B005Sistemi ta’ kontroll onlajn (fil-ħin reali), strumentazzjoni (inklużi sensuri) jew tagħmir awtomatizzat għall-akkwist u l-ipproċessar tad-data, iddisinjati apposta għall-użu ma’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

N.B.   ARA WKOLL 9B105.

a. 

Mini tar-riħ iddisinjati għal veloċità ta’ Mach 1,2 jew aktar;

Nota:   9B005.a. ma tikkontrollax mini tar-riħ iddisinjati apposta għal skopijiet edukattivi u li għandhom “daqs tas-sezzjoni tal-ittestjar” (imkejjel lateralment) ta’ inqas minn 250 mm.

Nota Teknika:

“Daqs tas-sezzjoni tal-ittestjar” tfisser id-dijametru taċ-ċirku, jew il-ġenb tal-kwadru, jew l-itwal ġenb tar-rettangolu, fil-post bl-ikbar dimensjoni fis-sezzjoni tal-ittestjar.

b. 

Apparati għas-simulazzjoni ta’ ambjenti ta’ fluss f’veloċitajiet ogħla minn Mach 5, inklużi mini b’impuls termiku, mini b’arka tal-plażma, tubi tax-xokk, mini tax-xokk, mini tal-gass u pistoli ta’ gass ħafif; jew

c. 

Mini tar-riħ jew apparat, minbarra sezzjonijiet ta’ żewġ dimensjonijiet, li kapaċi jissimulaw flussi bin-numru ta’ Reynolds ogħla minn 25 × 106.

9B006Tagħmir tal-ittestjar tal-vibrazzjoni akustika li kapaċi jipproduċi livelli ta’ pressjoni ta’ ħoss ta’ 160 dB jew aktar (referenzat għal 20 μPa) b’output nominali ta’ 4 kW jew aktar f’temperatura taċ-ċellola tal-ittestjar ogħla minn 1 273  K (1 000 °C), u heaters kwarz iddisinjati apposta għalih.

N.B.   ARA WKOLL 9B106.

9B007Tagħmir iddisinjat apposta għall-ispezzjonar tal-integrità ta’ muturi rokits u li juża teknika tal-ittestjar mhux distruttiva (Non-Destructive Test, NDT) minbarra l-analiżi planari bir-raġġi X jew analiżi bażika fiżika jew kimika.

9B008Transdutturi li jkejlu direttament il-frizzjoni mal-qoxra tal-ħajt iddisinjati apposta biex joperaw fi fluss ta’ test b’temperatura (ta’ staġnar) totali ogħla minn 833 K (560°C).

9B009Għodod iddisinjati apposta għall-produzzjoni ta’ komponenti tar-rotors bil-metallurġija tat-trab għall-magni b’turbini tal-gass li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Iddisinjati biex jaħdmu f’livelli ta’ tensjoni ta’ 60% ta’ Limitu ta’ Reżistenza għat-Tensjoni (UTS) jew aktar imkejla f’temperaturi ta’ 873 K (600°C); u

b. 

Iddisinjati biex jaħdmu f’temperatura ta’ 873 K (600°C) jew aktar.

Nota:   9B009 ma jikkontrollax l-għodod għall-produzzjoni ta’ trabijiet.

9B010Tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta’ oġġetti speċifikati f’9A012.

9B105“Faċilitajiet ta’ ttestjar ajrudinamiku” għal veloċitajiet ta’ Mach 0,9 jew aktar, li jistgħu jintużaw għal “missili” u s-sottosistemi tagħhom.

N.B.   ARA WKOLL 9B005.

Nota:   9B105 ma jikkontrollax il-mini tar-riħ għal veloċitajiet ta’ Mach 3 b’dimensjoni tad-“daqs tas-sezzjoni trażversali għat-test” ta’ 250 mm jew inqas.

Noti Tekniċi:

1.   F’9B105 “faċilitajiet ta’ ttestjar ajrudinamiku” tinkludi mini tar-riħ u mini tax-xokk għall-istudju tal-fluss tal-arja fuq l-oġġetti.

2.   Fin-Nota għal 9B105, “id-daqs tas-sezzjoni trażversali għat-test” tfisser id-dijametru taċ-ċirku, jew il-ġenb tal-kaxxa, jew l-itwal ġenb tar-rettangolu, jew l-assi maġġur tal-ellissi fl-ikbar lokazzjoni tas-“sezzjoni trażversali għat-test”. Is-“sezzjoni trażversali għat-test” hija s-sezzjoni perpendikolari għad-direzzjoni tal-fluss.

3.   F’9B105 “missila” tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

9B106Kompartimenti ambjentali u kompartimenti anekoiċi, kif ġej:

a. 

Kompartimenti ambjentali li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Kapaċi jissimulaw xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tat-titjir li ġejjin:

a. 

Altitudni ta’ 15 km jew ogħla; jew

b. 

Medda ta’ temperatura ta’ inqas minn 223 K (– 50°C) sa ’l fuq minn 398 K (125°C). u

2. 

Jinkorporaw, jew “iddisinjati jew modifikati” biex jinkorporaw, unità ta’ vibrazzjoni jew tagħmir tal-ittestjar tal-vibrazzjoni ieħor biex jipproduċu ambjenti ta’ vibrazzjoni ta’ 10 g rms jew ogħla, imkejlin b’“mejda vojta”, bejn 20 Hz u 2 kHz filwaqt li jagħmlu forzi ta’ 5 kN jew ogħla;

Noti Tekniċi:

1.   9B106.a.2. jiddeskrivi sistemi li kapaċi jiġġeneraw ambjent ta’ vibrazzjoni b’mewġa unika (pereż., mewġa sinusojdali) u sistemi li kapaċi jiġġeneraw vibrazzjoni każwali ta’ medda wiesgħa (jiġifieri, spettru tal-potenza).

2.   F’9B106.a.2., “iddisinjati jew modifikati” tfisser li l-kompartimenti ambjentali jipprovdu interfaċċi adatti (pereżempju apparat li jissiġilla) biex jinkorporaw unità ta’ vibrazzjoni jew tagħmir tal-ittestjar tal-vibrazzjoni oħrajn kif speċifikat fi 2B116.

3.   F’9B106.a.2. “mejda vojta” tfisser mejda ċatta, jew wiċċ, mingħajr muntaġġi jew tagħmir imwaħħal.

b. 

Kompartimenti ambjentali li kapaċi jissimulaw il-kundizzjonijiet tat-titjir li ġejjin:

1. 

Ambjenti akustiċi b’livell ta’ ħoss totali ta’ 140 dB jew aktar (20 μPa bħala referenza) jew b’output tal-potenza akustika nominali totali ta’ 4 kW jew aktar; u

2. 

Altitudni ta’ 15 km jew ogħla; jew

3. 

Medda ta’ temperatura ta’ inqas minn 223 K (– 50°C) sa aktar minn 398 K (125°C).

9B107“Faċilitajiet ta’ ttestjar ajrudinamiku”, li jistgħu jintużaw għal “missili”, sistemi ta’ propulsjoni ta’ rokits “missili”, u vetturi tad-dħul lura u tagħmir speċifikat f’9A116 li jkollhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Provvista tal-enerġija elettrika daqs jew akbar minn 5 MW; jew

b. 

Pressjoni totali tal-provvista tal-gass daqs jew akbar minn 3 MPa.

Noti Tekniċi:

1.   “Faċilitajiet ta’ ttestjar ajrutermodinamiku” jinkludu faċilitajiet b’ġett b’arka tal-plażma u mini tar-riħ tal-plażma għall-istudju tal-effetti termali u mekkaniċi tal-fluss tal-arja fuq l-oġġetti.

2.   F’9B107 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

9B115“Tagħmir ta’ produzzjoni” ddisinjat apposta għas-sistemi, sottosistemi u komponenti speċifikati f’minn 9A005 sa 9A009, 9A011, 9A101, 9A102, minn 9A105 sa 9A109, 9A111, minn 9A116 sa 9A120.

9B116“Faċilitajiet ta’ produzzjoni” ddisinjati apposta għal-lanċjaturi speċifikati f’9A004, jew is-sistemi, is-sottosistemi, u l-komponenti speċifikati f’minn 9A005 sa 9A009, 9A011, 9A101, 9A102, minn 9A104 sa 9A109, 9A111, minn 9A116 sa 9A120 jew il-“missili”.

Nota Teknika:

F’9B116 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

9B117Bankijiet jew postazzjonijiet tal-ittestjar għal rokits jew muturi rokits bi propellant solidu jew likwidu, li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a. 

Jifilħu għal spinta ogħla minn 68 kN; jew

b. 

Kapaċi jkejlu fl-istess ħin it-tliet komponenti assjali ta’ spinta.

9CMaterials

9C108Materjal ta’ “iżolazzjoni” fi kwantità u “kisi intern”, minbarra dak speċifikat f’9A008, għall-oqfsa tal-muturi rokits li jistgħu jintużaw f’“missili” jew iddisinjati apposta għal muturi rokits bi propellant solidu speċifikati f’9A007 or 9A107.

9C110Preimpregnati bil-fibri impregnati bir-reżina u preformati bil-fibri miksijin bil-metall għalihom, għal strutturi kompożiti, laminati u prodotti maħdumin minnhom speċifikati f’9A110, magħmulin b’matriċi organika jew b’matriċi metallika li jużaw rinforzi fibrużi jew bil-filamenti li għandhom “reżistenza għat-tensjoni speċifika” ogħla minn 7,62 × 104 m u “modulu speċifiku” ogħla minn 3,18 × 106 m.

N.B.   ARA WKOLL 1C010 U 1C210.

Nota:   L-uniċi preimpregnati bil-fibri impregnati bir-reżina speċifikati f’9C110 huma dawk li jużaw reżini b’temperatura tat-tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg), wara t-trattament, ogħla minn 418 K (145°C) kif determinat mill-ASTM D4065 jew l-ekwivalenti.

9DSoftware

9D001“Software”, mhux speċifikat la f’9D003 u lanqas f’9D004, iddisinjat apposta jew modifikat għall-“iżvilupp” ta’ tagħmir jew “teknoloġija”, speċifikat f’minn 9A001 sa 9A119, 9B jew 9E003.

9D002“Software”, mhux speċifikat la f’9D003 u lanqas f’9D004, iddisinjat apposta jew modifikat għall-“produzzjoni” ta’ tagħmir speċifikat minn 9A001 sa 9A119 jew 9B.

9D003“Software” li jinkorpora “teknoloġija” speċifikata f’9E003.h. u użata f’“Sistemi FADEC” għal sistemi speċifikati f’9A jew tagħmir speċifikat f’9B.

9D004“Software” ieħor kif ġej:

a. 

“Software” 2D jew 3D viskuż, ivvalidat b’data tal-ittestjar f’mina tar-riħ jew ta’ test tat-titjra meħtieġa għall-ħolqien ta’ mudelli dettaljati ta’ fluss fil-magni;

b. 

“Software” għall-ittestjar ta’ magni ajrunawtiċi b’turbini tal-kombustjoni, assemblaġġi jew komponenti, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Iddisinjati apposta għall-ittestjar ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Magni ajrunawtiċi b’turbini tal-kombustjoni, assemblaġġi jew komponenti, li jinkorporaw “teknoloġija” speċifikata f’9E003.a., 9E003.h. jew 9E003i.; jew

b. 

Kumpressuri b’diversi stadji li jipprovdu fluss sekondarju jew inkella fluss primarju, iddisinjat apposta għal magni b’turbini tal-kombustjoni ajrunawtiċi li jinkorporaw it-teknoloġija speċifikata f’9E003.a. jew f’9E003.h.; u

2. 

Iddisinjati apposta għal dan kollu li ġej:

a. 

Akkwist u proċessar tad-data, f’ħin reali; u

b. 

Kontroll tal-feedback tal-oġġett ittestjat jew tal-kundizzjonijiet tal-ittestjar (preżempju temperatura, pressjoni, rata tal-fluss) waqt li jkun għaddej l-ittestjar;

Nota:   9D004.b. ma jikkontrollax software għall-operazzjoni tal-faċilità tal-ittestjar jew tas-sikurezza tal-operatur (pereżempju tifi minħabba veloċità eċċessiva, detezzjoni tan-nar u soppressjoni), jew l-ittestjar tal-produzzjoni, tat-tiswija jew tal-aċċettazzjoni tal-manutenzjoni limitati għad-determinazzjoni ta’ jekk l-oġġett ġiex assemblat jew imsewwi kif suppost.

c. 

“Software” iddisinjat apposta sabiex jikkontrolla s-solidifikazzjoni direzzjonali jew tkabbir monokristallin f’tagħmir speċifikat f’9B001.a. jew 9B001.c;

d. 

Mhux użat;

e. 

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“operazzjoni” tal-oġġetti speċifikat f’9A012;

f. 

“Software” iddisinjat apposta għall-iddisinjar ta’ passaġġi interni għat-tkessiħ ta’ pali, paletti u “karenaturi tat-tarf” ta’ turbini tal-gass ajrunawtiċi;

g. 

“Software” li għandu dan kollu li ġej:

1. 

Iddisinjat apposta sabiex jipprevedi l-kundizzjonijiet ajrutermiċi, ajrumekkaniċi u tal-kombustjoni f’magni ajrunawtiċi b’turbini tal-gass; u

2. 

Mudelli teoretiċi ta’ previżjonijiet tal-kundizzjonijiet ajrutermiċi, ajrumekkaniċi u tal-kombustjoni, li ġew validati b’data tal-prestazzjoni ta’ magni ajrunawtiċi b’turbini tal-gass (sperimentali jew tal-produzzjoni).

9D005“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-operazzjoni ta’ oġġetti speċifikat f’9A004.e. jew 9A004.f.

N.B.   Għal “software”, għall-oġġetti elenkati f’9A004.d. li huma inkorporati f’“tagħbijiet utli tal-inġenji spazjali”, ara l-Kategoriji pertinenti.

9D101“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” ta’ oġġetti speċifikati f’9B105, 9B106, 9B116 jew 9B117.

9D103“Software” iddisinjat apposta għall-immudellar, is-simulazzjoni jew l-integrazzjoni tad-disinn tal-lanċjaturi speċifikati f’9A004, ta’ rokits sonda speċifikati f’9A104, jew “missili”, jew is-sottosistemi speċifikati f’9A005, 9A007, 9A105, 9A106.c., 9A107, 9A108.c., 9A116 jew 9A119.

Nota:   “Software” speċifikat f’9D103 jibqa’ kkontrollat meta jkun ma’ ħardwer iddisinjat apposta speċifikat f’4A102.

9D104“Software” kif ġej:

a. 

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati f’9A001, 9A005, 9A006.d., 9A006.g., 9A007.a., 9A009.a., 9A010.d., 9A011, 9A101, 9A102, 9A105, 9A106.d., 9A107, 9A109, 9A111, 9A115.a., 9A117 jew 9A118.

b. 

“Software” iddisinjat apposta jew modifikat għall-operazzjoni jew manutenzjoni ta’ subsistemi jew tagħmir speċifikati f’9A008.d., 9A106.c., 9A108.c. jew 9A116.d.

9D105“Software” speċjalment iddisinjat u modifikat biex jikkoordina l-funzjoni ta’ aktar minn subsistema waħda, barra dik imsemmija f’9D004.e., fil-lanċjaturi speċifikati f’9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f’9A104. jew “missili”

Nota:   9D105 jinkludi “software” iddisinjat apposta għal “inġenju tal-ajru” bl-ekwipaġġ ikkonvertit biex jaħdem bħala “vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ”, kif ġej:

a. 

“Software” iddisinjat jew modifikat apposta biex jintegra t-tagħmir ta’ konverżjoni mal-funzjonijiet tas-sistema tal-“inġenju tal-ajru”; u

b. 

“Software” iddisinjat jew modifikat apposta biex iħaddem l-inġenju tal-ajru bħala “vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ”.

Nota Teknika:

F’9B105 “missila” tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

9ETeknoloġija

Nota:   “Żvilupp” jew “teknoloġija” tal-“iżvilupp” speċifikat f’9E001 sa 9E003 għall-magni b’turbini tal-gass jibqa’ kkontrollat meta jintuża għat-tiswija jew rinnovament totali. Esklużi mill-kontroll huma: data teknika, disinji jew dokumentazzjoni għall-attivitajiet ta’ manutenzjoni li jkunu assoċjati direttament mal-kalibrazzjoni, mat-tneħħija jew mas-sostituzzjoni ta’ oġġetti bil-ħsara jew li ma jistgħux jissewwew, inkluża s-sostituzzjoni ta’ magni sħaħ jew ta’ moduli tal-magni.

9E001“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta’ tagħmir jew “software”, speċifikat f’9A001.b., minn 9A004 sa 9A012, 9A350, 9B jew 9D.

9E002“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“produzzjoni” ta’ tagħmir speċifikat f’9A001.b., minn 9A004 sa 9A011, 9A350 jew 9B.

N.B.   Għal “teknoloġija” għat-tiswija ta’ strutturi, laminati jew materjali kkontrollati, ara 1E002.f.

9E003“Teknoloġija” oħra kif ġej:

a. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ xi wieħed mill-komponenti jew is-sistemi għall-magni b’turbini tal-gass li ġejjin:

1. 

Pali, paletti jew “karenaturi tat-tarf”, magħmulin minn ligi solidifikati direzzjonalment (directionally solidified, DS) jew monokristallini (single crystal, SC) u li għandhom (fid-Direzzjoni tal-Indiċi Miller 001) ħajja sa ma jinqasmu taħt stress ta’ aktar minn 400 siegħa f’temperatura ta’ 1 273  K (1 000 °C) u pressjoni ta’ 200 MPa, ibbażati fuq il-valuri medji tal-karatteristiċi;

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 9E003.a.1., ittestjar tal-ħajja sa ma jinqasmu taħt tensjoni tipikament isir fuq kampjun għat-test.

2. 

Kompartimenti tal-kombustjoni b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

“Kisjiet diżakkoppjati termalment” iddisinjati biex jaħdmu f’“temperatura ta’ ħruġ tal-kompartimenti tal-kombustjoni” li jaqbżu 1 883  K (1 610 °C);

b. 

Kisjiet mhux metalliċi;

c. 

Qxur mhux metalliku; jew

d. 

Kisjiet iddisinjati biex jaħdmu f’“temperatura ta’ ħruġ tal-kompartimenti tal-kombustjoni” li taqbeż l-1 883  K (1 610 °C) u li għandhom toqob li jissodisfaw il-parametri speċifikati f’9E003.c.;

Nota:   It-“teknoloġija”“meħtieġa” għal toqob f’9E003.a.2. hija limitata għad-derivazzjoni tal-ġeometrija u l-lokalizzazzjoni tat-toqob.

Noti Tekniċi:

1.   “Kisjiet diżakkoppjati termalment” huma kisjiet li fihom tal-inqas struttura ta’ support iddisinjata biex iġġorr tagħbijiet mekkaniċi u struttura li tħares lejn il-kombustjoni ddisinjata biex tipproteġi l-istruttura ta’ support mis-sħana tal-kombustjoni. L-istruttura li tħares lejn il-kombustjoni u l-istruttura ta’ support għandhom spostament termali indipendenti (spostament mekkaniku minħabba t-tagħbija termali) fir-rigward ta’ waħda għall-oħra, jiġifieri huma termament diżakkoppjati.

2.   It-“temperatura ta’ ħruġ tal-kompartiment ta’ kombustjoni” hija t-temperatura f’massa medja totali (ta’ staġnar) tal-passaġġ tal-gass bejn il-pjan tal-ħruġ tal-kamra tal-kombustjoni u x-xifer ta’ quddiem nett ta’ paletti direzzjonali ta’ dħul tat-turbina (jiġifieri mkejla fl-istazzjoni tal-magni T40 kif definit f’SAE ARP 755A) meta l-magna tkun qed topera f’“modalità ta’ statiċità” ta’ ħidma f’temperatura ta’ tħaddim kontinwa massima ċertifikata.

N.B.   Ara 9E003.c. għal “teknoloġija”“meħtieġa” għall-manifatturar tat-toqob għat-tkessiħ.

3. 

Komponenti li jkunu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Materjali organiċi “kompożiti” ddisinjati sabiex jaħdmu f’temperaturi ogħla minn 588 K (315°C);

b. 

Immanifatturati minn xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

“Kompożiti”“matriċi” tal-metall imsaħħa minn xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a. 

Materjali speċifikati f’1C007;

b. 

“Materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’1C010; jew

c. 

Aluminidi speċifikati f’1C002.a.; jew

2. 

Materjali “kompożiti”“matriċi” taċ-ċeramika speċifikati f’1C007.; jew

c. 

Partijiet stazzjonarji, paletti, pali, siġilli ta’ truf (karenaturi), blings b’rotazzjoni, blisks b’rotazzjoni jew “katusi li jiftħu fi tnejn”, li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

Mhux speċifikati f’9E003.a.3.a.;

2. 

Iddisinjati għal kompressuri jew ventilaturi; u

3. 

Immanifatturati minn materjal speċifikat f’1C010.e. b’reżini speċifikati f’ 1C008;

Nota Teknika:

“Tubu li jiftaħ fi tnejn” iwettaq is-separazzjoni inizjali ta’ fluss tal-massa tal-arja bejn bypass u t-taqsimiet prinċipali tal-magna.

4. 

Pali tat-turbini mhux imkessħin, paletti, jew “karenaturi tat-tarf” iddisinjati biex joperaw f’“temperaturi tal-passaġġ tal-gass” ta’ 1 373  K (1 100 °C) jew aktar;

5. 

Pali tat-turbini mkessħin, paletti, “karenaturi tat-tarf”, minbarra dawk deskritti f’9E003.a.1., iddisinjati sabiex joperaw f’“temperatura tal-passaġġ tal-gass” ta’ 1 693  K (1 420 °C) jew aktar;

Nota Teknika:

It-“temperatura tal-passaġġ tal-gass” hija t-temperatura f’massa medja totali (ta’ staġnar) tal-passaġġ tal-gass mal-pjan tax-xifer ta’ quddiem nett tal-komponent tat-turbin meta l-magna tkun qed taħdem b’operazzjoni f’“modalità ta’ statiċità” f’temperatura ta’ tħaddim kontinwa massima ċertifikata jew speċifikata.

6. 

Kombinazzjonijiet ta’ pali mill-paletta sad-diska mgħaqqdin permezz ta’ rabta fi stat solidu;

7. 

Mhux użat;

8. 

Komponenti tar-rotors għall-magni b’turbini tal-gass “li jifilħu għall-ħsara” li jużaw materjali miksuba bil-metallurġija tat-trab speċifikati f’1C002.b.; jew

Nota Teknika:

Komponenti “tolleranti għall-ħsara” huma ddisinjati bl-użu ta’ metodoloġija u sostanzjar biex jipprevedu u jillimitaw iż-żieda ta’ tixqiq.

9. 

Mhux użat;

10. 

Mhux użat;

11. 

“Pali tal-fannijiet” li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Mal-20 % jew aktar tal-volum totali li jkun kavità waħda magħluqa jew aktar li jkun fihom vakwu jew gass biss; u

b. 

Kavità waħda magħluqa jew aktar li jkollhom volum ta’ 5 cm3 jew akbar;

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 9E003.a.11., “il-pala tal-fann” hija l-porzjon tal-ajrufojl tal-istadju jew l-istadji ta’ rotazzjoni, li jipprovdu l-fluss tal-kompressur u tal-bypass f’magna b’turbini tal-gass.

b. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Mudelli ta’ mini tar-riħ mgħammra b’sensuri mhux intrużivi li kapaċi jittrażmettu d-data mis-sensuri għas-sistema tal-akkwist tad-data; jew

2. 

Pali ta’ skrun jew turbopropulsuri “kompożiti”, li kapaċi jassorbu aktar minn 2 000  kW f’veloċitajiet tat-titjir ogħla minn Mach 0,55;

c. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-manifattura ta’ toqob ta’ tkessiħ, f’komponenti għal magni b’turbini tal-gass li tinkorpora xi waħda mit-“teknoloġiji” speċifikati f’9E003.a.1., f’9E003.a.2. jew f’9E003.a.5., u li għandha xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1. 

Għandhom dan kollu li ġej:

a. 

“Erja ta’ sezzjoni trażversali” minima inqas minn 0,45 mm2;

b. 

“Proporzjon tal-forma tat-toqba” iktar minn 4,52; u

c. 

“Angolu ta’ inċidenza” ta’ 25° jew inqas; jew

2. 

Għandhom dan kollu li ġej:

a. 

“Erja ta’ sezzjoni trażversali” minima inqas minn 0,12 mm2;

b. 

“Proporzjon tal-forma tat-toqba” iktar minn 5,65; u

c. 

“Angolu ta’ inċidenza” ta’ iktar minn 25°;

Nota:   9E003.c. ma jikkontrollax it-“teknoloġija” għall-manifattura tat-toqob ċilindriċi b’radjus kostanti li huma dritti u jidħlu u joħorġu mas-superfiċji esterni tal-komponent.

Noti Tekniċi:

1.   Għall-finijiet ta’ 9E003.c., l-“erja tas-sezzjoni trażversali” hija l-erja tat-toqba fil-pjan perpendikolari għall-assi tat-toqba.

2.   Għall-finijiet ta’ 9E003.c., il-“proporzjon tal-forma tat-toqba” huwa t-tul nominali tal-assi tat-toqba diviż bl-għerq kwadrat tal-“erja tas-sezzjoni trażversali” minima tagħha.

3.   Għall-finijiet ta’ 9E003.c., l-“angolu ta’ inċidenza” huwa l-angolu akut imkejjel bejn il-pjan tanġenzjali mal-wiċċ tal-ajrufojl u l-assi tat-toqba fil-punt fejn l-assi tat-toqba jidħol fil-wiċċ tal-ajrufojl.

4.   Il-metodi għall-manifatturar tat-toqob f’9E003.c. jinkludu metodi “laser”, immaxinjar bir-raġġi, immaxinjar bil-ġettijiet tal-ilma, Magni Elettrokimiċi (Electro-Chemical Machining, ECM) jew Magni għall-Iskarika Elettrika (Electrical Discharge Machining, EDM).

d. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ sistemi ta’ trasferiment tal-potenża ta’ ħelikopters jew sistemi ta’ trasferiment tal-potenża ta’ “inġenji tal-ajru” b’rotors li jinklinaw jew bi ġwienaħ li jinklinaw;

e. 

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ sistemi ta’ propulsjoni ta’ vetturi tal-art b’magni tal-pistun tad-diżil li għandhom dan kollu li ġej:

1. 

“Volum tal-kaxxa” ta’ 1,2 m3 jew inqas;

2. 

L-output tal-potenza totali ta’ aktar minn 750 kW ibbażat fuq 80/1269/KEE, ISO 2534 jew l-ekwivalenti nazzjonali; u

3. 

Densità tal-potenza ta’ aktar minn 700 kW/m3 tal-“volum tal-kaxxa”;

Nota Teknika:

Il-“volum tal-kaxxa” f’9E003.e. huwa l-prodott ta’ tliet dimensjonijiet perpendikolari mkejlin kif ġej:

Tul

:

It-tul tal-krankxaft mill-flanġ ta’ quddiem sal-wiċċ tal-volant;

Wisa’

:

L-usa’ minn fost dawn li ġejjin:

a. 

Id-dimensjoni ta’ barra minn kopertura ta’ valv sa oħra;

b. 

Id-dimensjonijiet tat-truf ta’ barra tas-cylinder heads; jew

c. 

Id-dijametru tal-ħawsing tal-flajwil;

Għoli

:

L-ikbar minn minn fost dawn li ġejjin:

a. 

Id-dimensjoni tal-linja fiċ-ċentru tal-krankxaft sal-pjan ta’ fuq tal-kopertura tal-valv (jew is-cylinder head) b’żieda tad-doppju tat-tefgħa tal-pistun; jew

b. 

Id-dijametru tal-ħawsing tal-flajwil;

f. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” ta’ komponenti ddisinjati apposta għal magni diżil bi prestazzjoni għolja, kif ġej:

1. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” ta’ sistemi ta’ magni li għandhom il-komponenti kollha li ġejjin u li jużaw il-materjali taċ-ċeramika speċifikati f’1C007:

a. 

Lajners taċ-ċilindri;

b. 

Pistuni;

c. 

Cylinder heads; u

d. 

Wieħed jew aktar mill-komponenti (inkluż il-ftuħ għall-exhaust, turbokompressuri, gwidi ta’ valvi, assemblaġġi ta’ valvi jew injettaturi ta’ fjuwil iżolati);

2. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” ta’ sistemi b’turbokompressuri, b’kompressuri ta’ stadju wieħed u li għandhom dan kollu li ġej:

a. 

Jaħdmu fi proporzjonijiet ta’ pressjoni ta’ 4:1 jew ogħla;

b. 

Fluss tal-massa fil-medda minn 30 sa 130 kg kull minuta; u

c. 

Kapaċità ta’ erja ta’ fluss varjabbli fil-kompressur jew fis-sezzjonijiet tat-turbina;

3. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” ta’ sistemi ta’ injezzjoni ta’ fjuwil b’kapaċità multifjuwils (pereżempju diżil jew fjuwils tal-ġett) iddisinjata apposta, li tkopri medda ta’ viskożità minn fjuwil tad-diżil (2,5 cSt fi 310,8 K (37,8°C)) sa petrol (0,5 cSt fi 310,8 K (37,8°C)) u li għandha dan kollu li ġej:

a. 

Ammont ta’ injezzjoni ta’ aktar minn 230 mm3 kull injezzjoni kull ċilindru; u

b. 

Mezzi ta’ kontroll elettroniċi ddisinjati apposta għal tibdil awtomatiku tal-karatteristiċi li jirregolaw skont il-proprjetà tal-fjuwil sabiex jipprovdu l-istess karatteristiċi ta’ torque bl-użu tas-sensuri adatti;

g. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ “magni diżil bi prestazzjoni għolja” għal-lubrikazzjoni tal-ħitan taċ-ċilindri b’rita solida, likwida jew f’fażi ta’ gass (jew kombinazzjonijiet tagħhom) u li tippermetti tħaddim sa temperaturi ogħla minn 723 K (450°C), imkejla fuq il-ħajt taċ-ċilindru fil-limitu ta’ fuq nett tal-moviment taċ-ċirku ta’ fuq nett tal-pistun;

Nota Teknika:

“Magni diżil bi prestazzjoni għolja” huma magni diżil bi pressjoni effettiva medja speċifikata ta’ bbrejkjar ta’ 1,8 MPa jew aktar f’veloċità ta’ 2 300  r.p.m., dment li l-veloċità nominali hi ta’ 2 300  r.p.m. jew aktar.

h. 

“Teknoloġija” għal “sistemi FADEC” b’magna ta’ turbina tal-gass kif ġej:

1. 

“Teknoloġija” ta’ “żvilupp” biex jinkisbu r-rekwiżiti funzjonali għall-komponenti meħtieġa għas-“sistema FADEC” biex tirregola l-ispinta tal-magna jew il-potenza fix-xaft (pereżempju kostanti u preċiżjonijiet tal-ħin tas-sensuri tal-feedback, ir-rata ta’ rotazzjoni tal-valv tal-fjuwil);

2. 

“Żvilupp” jew “teknoloġija” tal-“produzzjoni” għall-komponenti dijanjostiċi u ta’ kontroll uniċi għas-“sistema FADEC”, u użati biex jirregolaw l-ispinta tal-magna jew il-potenza fix-xaft;

3. 

“Teknoloġija” tal-“iżvilupp” għall-algoritmi tal-liġijiet ta’ kontroll, inkluż il-“kodiċi tas-sors”, uniku għas-“sistema FADEC” u użati biex jirregolaw l-ispinta tal-magna jew il-potenza fix-xaft;

Nota:   9E003.h. ma jikkontrollax data teknika relatata mal-integrazzjoni bejn magna u “inġenju tal-ajru” mitluba mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar biex tiġi ppubblikata għall-użu ġenerali mil-linji tal-ajru (pereżempju l-manwali tal-istallazzjoni, l-istruzzjonijiet operattivi, l-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa) jew funzjonijiet tal-interfaċċa (pereżempju l-ipproċessar tal-input u l-output, l-ispinta tal-qafas tal-inġenju tal-ajru jew id-domanda ta’ potenza fix-xaft).

i. 

“Teknoloġija” għal sistemi aġġustabbli tat-trajettorja tal-fluss iddisinjati biex iżommu l-istabbiltà għal turbini tal-gass għal ġeneraturi, turbini bil-fann jew tal-potenza, jew żennuni tal-propulsjoni, kif ġej:

1. 

“Teknoloġija” ta’ “żvilupp” biex jitnisslu r-rekwiżiti funzjonali għal komponenti li jżommu l-istabbiltà tal-magna;

2. 

“Żvilupp” jew “teknoloġija” tal-“produzzjoni” għal komponenti uniċi għas-sistema aġġustabbli tat-trajettorja tal-fluss u li jżommu l-istabbiltà tal-magna;

3. 

“Teknoloġija” tal-“iżvilupp” għall-algoritmi tal-liġi tal-kontroll, inkluż il-“kodiċi tas-sors”, uniċi għas-sistema aġġustabbli tat-trajettorja tal-fluss u li jżommu l-istabbiltà tal-magna.

Nota:   9E003.i. ma jikkontrollax it-“teknoloġija” għall-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

a. 

Paletti direzzjonali tad-dħul;

b. 

Fannijiet b’intensità varjabbli jew fannijiet elikojdali;

c. 

Paletti ta’ kompressuri varjabbli;

d. 

Valvi ta’ skariku tal-kompressuri; jew

e. 

Ġeometrija aġġustabbli tat-trajettorja tal-fluss għall-ispinta invertita.

j. 

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” ta’ sistemi ta’ tiwi tal-ġwienaħ maħsuba għal “inġenji tal-ajru” bi ġwienaħ fissi li jaħdmu b’magni b’turbini tal-gass.

N.B.   Għat-“teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” ta’ sistemi ta’ tiwi tal-ġwienaħ maħsuba għall-“inġenji tal-ajru” bi ġwienaħ fissi, ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

9E101

a. 

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” tal-oġġetti speċifikati f’9A101, 9A102, minn 9A104 sa 9A111, 9A112.a. jew minn 9A115 sa 9A121.

b. 

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“produzzjoni” tal-“UAVs” speċifikati f’9A012 jew l-oġġetti speċifikati f’9A101, 9A102, minn 9A104 sa 9A111, 9A112.a jew minn 9A115 sa 9A121.

Nota Teknika:

F’9E101.b. “UAV” tfisser sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu distanza ta’ 300 km.

9E102“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” tal-lanċjaturi speċifikati f’9A004, l-oġġetti speċifikati f’minn 9A005 sa 9A011, il-“UAVs” speċifikati f’9A012 jew l-oġġetti speċifikati f’9A101, 9A102, minn 9A104 sa 9A111, 9A112.a., minn 9A115 sa 9A121, 9B105, 9B106, 9B115, 9B116, 9B117, 9D101 jew 9D103.

Nota Teknika:

F’9E102 “UAV” tfisser sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu distanza ta’ iktar minn 300 km.




ANNESS IIa

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI Nru UE001

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

Esportazzjonijiet lejn l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein, u l-Istati Uniti tal-Amerka

Awtorità emittenti: Il-Kummissjoni Ewropea

Parti 1

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-prodotti kollha b’użu doppju speċifikati fi kwalunkwe annotazzjoni fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, minbarra dawk elenkati fl-Anness IIg.

Parti 2

Din l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għal esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

— 
il-Kanada,
— 
il-Commonwealth tal-Awstralja,
— 
il-Ġappun,
— 
ir-Renju tan-Norveġja,
— 
New Zealand,
— 
il-Konfederazzjoni Żvizzera, inkluż il-Prinċipat tal-Liechtenstein,
— 
l-Istati Uniti tal-Amerka.

Kundizzjonijiet u ħtiġijiet għall-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni

1. L-esportaturi li jagħmlu użu minn din l-awtorizzazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti meta jużaw din l-awtorizzazzjoni għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn 30 jum mid-data ta’ meta sseħħet l-ewwel esportazzjoni.

Fid-Dokument Amministrattiv Uniku, l-esportaturi għandhom jirrapportaw ukoll il-fatt li qed jużaw din l-awtorizzazzjoni EU 001 billi jniżżlu r-referenza X002 fil-kaxxa 44.

2. Din l-awtorizzazzjoni ma tistax tintuża jekk:

— 
l-esportatur ġie informat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu konness mal-iżvilupp, il-produzzjoni, l-immaniġġar, l-operat, iż-żamma fl-ordni, il-ħżin, l-iskoperta, l-identifikazzjoni jew id-disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew ta’ tagħmir splussiv nukleari ieħor jew l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-manutenzjoni jew il-ħżin ta’ missili li kapaċi jwasslu armi bħal dawn, jew jekk l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti inkwistjoni huma intiżi għal użu bħal dan;
— 
l-esportatur kien informat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati għal użu finali militari kif iddefinit fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament f’pajjiż soġġett għal embargo tal-armi impost b’deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-OSKE jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni li torbot tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew jekk l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti inkwistjoni huma intiżi għall-użu msemmija hawn fuq;
— 
l-oġġetti relevanti huma esportati lejn żona ħielsa mid-dazju jew maħżen ħieles li huwa lokat f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni.

3. L-Istati Membri jiddefinixxu r-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jirrikjedi f’dak li jirrigwarda l-oġġetti esportati skont din l-awtorizzazzjoni.

Stat Membru jista’ jeħtieġ l-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti lill-esportatur mingħajr dewmien u f’kull każ fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mir-riċevuta.

Fejn applikabbli l-ħtiġiet imniżżlin fl-ewwel żewġ paragrafi ta’ dan il-punt għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali ta’ esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprevedu awtorizzazzjonijiet bħal dawn.




ANNESS IIb

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI Nru UE002

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

Esportazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju lejn ċerti destinazzjonijiet

Awtorità emittenti: L-Unjoni Ewropea

Parti 1 – Oġġetti

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti b’użu doppju li ġejjin speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

— 
1A001,
— 
1A003,
— 
1A004,
— 
1C003.b.,
— 
1C003.c.,
— 
1C004,
— 
1C005,
— 
1C006,
— 
1C008,
— 
1C009,
— 
2B008,
— 
3A001.a.3.,
— 
3A001.a.6.,
— 
3A001.a.7.,
— 
3A001.a.9.,
— 
3A001.a.10.,
— 
3A001.a.11.,
— 
3A001.a.12,
— 
3A002.c.,
— 
3A002.d.,
— 
3A002.e.,
— 
3A002.f.,
— 
3C001,
— 
3C002,
— 
3C003,
— 
3C004,
— 
3C005,
— 
3C006.

Parti 2 –Destinazzjonijiet

Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

— 
ir-Repubblika Arġentina,
— 
l-Iżlanda,
— 
ir-Repubblika tal-Kroazja,
— 
ir-Repubblika tal-Korea,
— 
ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel,
— 
ir-Repubblika tat-Turkija.

Parti 3 –Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu

1. Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:

(1) 

l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment:

(a) 

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, detezzjoni, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jwasslu armi bħal dawn;

(b) 

għal użu finali militari kif definit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament f’pajjiż soġġett għal embargo tal-armi impost minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jew

(c) 

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew fi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru;

(2) 

l-esportatur, skont l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-sottoparagrafu (1);

(3) 

il-prodotti relevanti huma esportati f’żona mingħajr dazji jew f’maħżen ħieles li jinstabu f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni.

2. L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE002 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku tal-Amministrazzjoni.

3. Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jesiġi dwar oġġetti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat Membru jista’ jeħtieġ l-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tagħha, soġġetta għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn ikun applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni nazzjonali mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu għal dawn l-awtorizzazzjonijiet.




ANNESS IIc

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI Nru UE003

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

Esportazzjoni wara t-tiswija/tibdil

Awtorità emittenti: L-Unjoni Ewropea

Parti 1 –Oġġetti

1. Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-prodotti kollha b’użu doppju speċifikati f’xi entrata fl-Anness I għal dan ir-Regolament minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 2 meta:

(a) 

l-oġġetti huma importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għall-fini ta’ manutenzjoni, tiswija jew tibdil, u huma esportati jew esportati mill-ġdid lejn il-pajjiż tal-kunsinna mingħajr tibdil fil-karatteristiċi oriġinali tagħhom f’perjodu ta’ ħames (5) snin wara d-data li fiha tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni oriġinali għall-esportazzjoni; jew

(b) 

l-oġġetti huma esportati lejn il-pajjiż tal-kunsinna bi tpartit ma’ oġġetti tal-istess kwalità u tal-istess numru li kienu importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għall-manutenzjoni, tiswija jew tibdil f’perjodu ta’ ħames (5) snin wara d-data li fiha tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni oriġinali tal-esportazzjoni.

2. Oġġetti esklużi:

(a) 

l-oġġetti kollha elenkati fl-Anness IIg;

(b) 

l-oġġetti kollha fit-taqsimiet D u E stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(c) 

l-oġġetti li ġejjin speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

— 
1A002.a.,
— 
1C012.a.,
— 
1C227,
— 
1C228,
— 
1C229,
— 
1C230,
— 
1C231,
— 
1C236,
— 
1C237,
— 
1C240,
— 
1C350,
— 
1C450,
— 
5A001.b.5.,
— 
5A002.c.,
— 
5A002.d.,
— 
5A002.e.,
— 
5A003.a.,
— 
5A003.b.,
— 
6A001.a.2.a.1.,
— 
6A001.a.2.a.5.,
— 
6A002.a.1.c.,
— 
8A001.b.,
— 
8A001.c.1.,
— 
9A011.

Parti 2 —Destinazzjonijiet

Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

— 
ir-Repubblika Arġentina,
— 
il-Bożnija-Ħerzegovina,
— 
ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil,
— 
it-Territorji Franċiżi extra-Ewropej,
— 
l-Iżlanda,
— 
ir-Renju tal-Marokk,
— 
il-Montenegro,
— 
ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (inklużi r-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Hong Kong u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Macao),
— 
ir-Repubblika tal-Albanija,
— 
ir-Repubblika taċ-Ċilì,
— 
ir-Repubblika tal-Kroazja,
— 
ir-Repubblika tal-Indja,
— 
ir-Repubblika tal-Każakistan,
— 
ir-Repubblika tal-Korea,
— 
ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq,
— 
ir-Repubblika tas-Serbja,
— 
ir-Repubblika ta’ Singapore,
— 
ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel,
— 
ir-Repubblika tat-Tuneżija,
— 
ir-Repubblika tat-Turkija,
— 
il-Federazzjoni Russa,
— 
l-Ukrajna,
— 
l-Emirati Għarab Magħquda,
— 
l-Istati Uniti tal-Messiku.

Parti 3 —Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu

1. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tintuża biss meta l-esportazzjoni inizjali tkun saret permezz tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ġenerali inizjali tkun ingħatat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-esportatur oriġinali kien irreġistrat għall-esportazzjoni tal-oġġetti li kienu sussegwentement importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għall-fini ta’ manutenzjoni, tiswija jew tibdil. Din l-awtorizzazzjoni ġenerali hija valida biss għal esportazzjonijiet lill-utent aħħari oriġinali.

2. Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:

(1) 

l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment,

(a) 

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, detezzjoni, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jwasslu armi bħal dawn;

(b) 

għall-użu finali militari kif definit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament meta l-pajjiż li qed jixtri jew dak ta’ destinazzjoni huwa soġġett għal embargo tal-armi impost minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jew

(c) 

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew fi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru;

(2) 

l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-sottoparagrafu (1);

(3) 

il-prodotti relevanti huma esportati f’żona mingħajr dazji jew f’maħżen ħieles li jinstabu f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni;

(4) 

l-awtorizzazzjoni oriġinali ġiet annullata, sospiża, modifikata jew irrevokata;

(5) 

l-esportatur, taħt l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, huwa konxju li l-użu finali tal-oġġetti kkonċernati huwa differenti minn dak speċifikat fl-awtorizzazzjoni oriġinali għall-esportazzjoni.

3. Mal-esportazzjoni ta’ xi wieħed mill-oġġetti koperti minn din l-awtorizzazzjoni, l-esportaturi għandhom:

(1) 

isemmu n-numru ta’ referenza tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni oriġinali fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni lid-dwana flimkien mal-isem tal-Istat Membru li ħareġ dik l-awtorizzazzjoni, in-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu esportati taħt l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE003 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku Amministrattiv (Single Administrative Document);

(2) 

jipprovdu lill-uffiċjali tad-dwana, jekk mitluba, evidenza permezz ta’ dokumenti dwar id-data tal-importazzjoni tal-oġġetti fl-Unjoni, ta’ kull manutenzjoni, tiswija jew tibdil tal-oġġetti li saret fl-Unjoni u tal-fatt li l-oġġetti qed ikunu ritornati lill-utent aħħari u lill-pajjiż minn fejn dawn kienu importati fl-Unjoni.

4. Kwalunkwe esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jesiġi dwar oġġetti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat Membru jista’ jeħtieġ l-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta, soġġett għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn ikun applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni nazzjonali mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu għal dawn l-awtorizzazzjonijiet.

5. Din l-awtorizzazzjoni tkopri oġġetti għal “tiswija”“tibdil” u “manutenzjoni”. Dan jista’ jinvolvi t-titjib b’koinċidenza tal-oġġett oriġinali, pereżempju bl-użu ta’ komponenti ta’ skambju aktar riċenti jew bl-użu ta’ standard aktar riċenti għal raġunijiet ta’ kredibilità u sigurtà, sakemm dan ma jirriżultax f’titjib fil-kapaċità tal-funzjoni tal-oġġetti jew f’funzjonijiet ġodda jew addizzjonali għall-oġġett.




ANNESS IId

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI Nru UE004

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

L-Esportazzjoni temporanja għal wirja jew fiera

Awtorità emittenti: L-Unjoni Ewropea

Parti 1 –Oġġetti

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri kull oġġett b’użu doppju speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament minbarra:

(a) 

l-oġġetti kollha elenkati fl-Anness IIg;

(b) 

l-oġġetti kollha fit-Taqsima D stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament (din ma tinkludix is-software neċessarju għall-funzjonament tajjeb tal-apparat għall-iskop tad-demonstrazzjoni);

(c) 

l-oġġetti kollha fit-taqsima E stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(d) 

l-oġġetti li ġejjin speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

— 
1A002.a.,
— 
1C002.b.4.,
— 
1C010,
— 
1C012.a.,
— 
1C227,
— 
1C228,
— 
1C229,
— 
1C230,
— 
1C231,
— 
1C236,
— 
1C237,
— 
1C240,
— 
1C350,
— 
1C450,
— 
5A001.b.5.,
— 
5A002.c.,
— 
5A002.d.,
— 
5A002.e.,
— 
5A003.a.,
— 
5A003.b.,
— 
6A001,
— 
6A002.a.,
— 
8A001.b.,
— 
8A001.c.1.,
— 
9A011.

Parti 2 –Destinazzjonijiet

Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

— 
ir-Repubblika Arġentina,
— 
il-Bożnija-Ħerzegovina,
— 
ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil,
— 
it-Territorji Franċiżi extra-Ewropej,
— 
l-Iżlanda,
— 
ir-Renju tal-Marokk,
— 
il-Montenegro,
— 
ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (inklużi r-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Hong Kong u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Macao),
— 
ir-Repubblika tal-Albanija,
— 
ir-Repubblika taċ-Ċilì,
— 
ir-Repubblika tal-Kroazja,
— 
ir-Repubblika tal-Indja,
— 
ir-Repubblika tal-Każakistan,
— 
ir-Repubblika tal-Korea,
— 
ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq,
— 
ir-Repubblika tas-Serbja,
— 
ir-Repubblika ta’ Singapore,
— 
ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel,
— 
ir-Repubblika tat-Tuneżija,
— 
ir-Repubblika tat-Turkija,
— 
il-Federazzjoni Russa,
— 
l-Ukrajna,
— 
l-Emirati Għarab Magħquda,
— 
l-Istati Uniti tal-Messiku.

Parti 3 —Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu

1. Din l-awtorizzazzjoni tawtorizza l-esportazzjoni ta’ oġġetti elenkati fil-Parti 1 bil-kundizzjoni li l-esportazzjoni tikkonċerna esportazzjoni temporanja għall-esibizzjoni jew għal fiera kif definit fil-punt 6 u li l-oġġetti jkunu importati mill-ġdid fi żmien perjodu ta’ 120 ġurnata wara l-esportazzjoni inizjali, sħaħ u mingħajr modifiki, fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.

2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat l-esportatur kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament tista’ wara talba tal-esportatur tirrinunzja l-ħtieġa li l-oġġetti jkunu importati mill-ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 1. Għar-rinunzja tar-rekwiżit, il-proċedura għall-awtorizzazzjonijiet individwali stabbilita fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika kif xieraq.

3. Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:

(1) 

l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat li l-oġġetti kkonċernati huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment:

(a) 

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, detezzjoni, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jwasslu armi bħal dawn;

(b) 

għall-użu finali militari kif definit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament meta l-pajjiż li qed jixtri jew dak ta’ destinazzjoni huwa soġġett għal embargo tal-armi impost minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jew

(c) 

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew fi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru;

(2) 

l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-sottoparagrafu (1);

(3) 

il-prodotti relevanti huma esportati f’żona mingħajr dazji jew f’maħżen ħieles li jinstabu f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni;

(4) 

l-esportatur kien infurmat minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit, jew huwa konxju (pereżempju minn informazzjoni mibgħuta mill-produttur) li l-oġġetti kkonċernati kienu klassifikati mill-awtorità kompetenti li għandhom marka protettiva ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà nazzjonali, ekwivalenti għal CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla;

(5) 

ir-ritorn tagħhom, fl-istat oriġinali tagħhom mingħajr it-tneħħija, l-ikkupjar jew id-disseminazzjoni ta’ kwalunkwe komponent jew software, ma jkunx jista’ jiġi ggarantit mill-esportatur, jew meta t-trasferiment tat-teknoloġija jkun marbut ma’ preżentazzjoni;

(6) 

l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu esportati għal preżentazzjoni privata jew dimostrazzjoni (pereżempju f’showrooms tal-impriża stess);

(7) 

l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu amalgamati fi kwalunkwe proċess ta’ produzzjoni;

(8) 

l-oġġetti relevanti jkunu se jintużaw għall-iskop intiż tagħhom, minbarra sal-punt minimu meħtieġ għal dimostrazzjoni effettiva, iżda mingħajr ma r-riżultati ta’ testijiet speċifiċi jsiru disponibbli għal terzi persuni;

(9) 

l-esportazzjoni tkun se ssir bħala riżlutat ta’ tranżazzjoni kummerċjali, b’mod partikolari rigward il-bejgħ, il-kiri jew il-lokazzjoni tal-oġġetti relevanti;

(10) 

l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu maħżuna f’wirja jew fiera għall-iskop uniku ta’ bejgħ, kiri jew lokazzjoni mingħajr ma jiġu ppreżentati jew dimostrati;

(11) 

l-esportatur jagħmel xi arranġamenti li jżommuh milli jkollu l-oġġetti relevanti taħt il-kontroll tiegħu tul il-perjodu kollu ta’ esportazzjoni temporanja.

4. L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE004 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku tal-Amministrazzjoni.

5. Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jesiġi dwar oġġetti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat Membru jista’ jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tagħha, soġġetta għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn ikun applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni nazzjonali mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu għal dawn l-awtorizzazzjonijiet.

6. Għall-fini ta’ din l-awtorizzazzjoni, “wirja jew fiera” tfisser avvenimenti kummerċjali ta’ tul ta’ żmien speċifiku li matulu diversi esibituri jagħmlu wirja tal-prodotti tagħhom għal viżitaturi kummerċjali jew għall-pubbliku ġenerali.




ANNESS IIe

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI Nru UE005

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

Telekomunikazzjoni

Awtorità emittenti: L-Unjoni Ewropea

Parti 1 –Oġġetti

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti b’użu doppju li ġejjin speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

(a) 

l-oġġetti li ġejjin minn Kategorija 5, Parti l:

(i) 

oġġetti, inklużi komponenti ddisinjati jew żviluppati speċifikament u aċċessorji apposta għalihom imsemmija f’5A001.b.2. u 5A001.c. u 5A001.d.;

(ii) 

oġġetti speċifikati fl-annotazzjonijiet 5B001 u 5D001, fejn apparat tal-ittestjar, spezzjoni, u produzzjoni huwa kkonċernat u software għal oġġetti msemmija taħt (i);

(b) 

teknoloġija kkontrollata minn 5E001.a., fejn meħtieġ għall-istallazzjoni, operat, manutenzjoni jew tiswija ta’ oġġetti speċifikati taħt (a) u intiżi għall-istess utent finali.

Parti 2 –Destinazzjonijiet

Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

— 
ir-Repubblika Arġentina,
— 
ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (inklużi r-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Hong Kong u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Macao),
— 
ir-Repubblika tal-Kroazja,
— 
ir-Repubblika tal-Indja,
— 
ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel,
— 
ir-Repubblika tal-Korea,
— 
ir-Repubblika tat-Turkija,
— 
il-Federazzjoni Russa,
— 
l-Ukrajna.

Parti 3 –Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu

1. Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:

(1) 

l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment:

(a) 

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, detezzjoni, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jwasslu armi bħal dawn;

(b) 

għall-użu finali militari kif definit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament meta l-pajjiż li qed jixtri jew dak ta’ destinazzjoni huwa soġġett għal embargo tal-armi impost minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

(c) 

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew fi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru; jew

(d) 

għal użu relatat ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, prinċipji demokratiċi jew il-libertà tal-espressjoni kif definiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ interċettazzjoni u tagħmir għat-trasferiment ta’ data diġitali għall-monitoraġġ ta’ telefowns mobbli u ta’ messaġġi miktuba, u s-sorveljanza speċifika tal-użu tal-Internet (pereżempju permezz ta’ Ċentri ta’ Monitoraġġ u ta’ Gateways għall-Interċettazzjoni Legali);

(2) 

l-esportatur, skont l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-sottoparagrafu 1;

(3) 

l-esportatur, taħt l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, ikun jaf li l-oġġetti inkwistjoni jkunu se jerġgħu jiġu esportati lejn kwalunkwe destinazzjoni għajr dawk elenkati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness jew fil-Parti 2 tal-Anness IIa jew lejn Stati Membri;

(4) 

il-prodotti relevanti huma esportati f’żona mingħajr dazji jew f’maħżen ħieles li jinstabu f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni.

2. L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE005 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku tal-Amministrazzjoni.

3. Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni jrid jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jesiġi dwar oġġetti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat Membru jista’ jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tagħha, soġġetta għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn ikun applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni nazzjonali mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu għal dawn l-awtorizzazzjonijiet.




ANNESS IIf

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI Nru UE006

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

Sustanzi kimiċi

Parti 1 –Oġġetti

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti b’użu doppju li ġejjin speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

1C350:
1. 

Tijodiglikol (CAS 111-48-8);

2. 

Ossiklorur tal-fosfru (CAS 10025-87-3);

3. 

Metilfosfonat tad-dimetil (CAS, 756-79-6);

5. 

Metilfosfonil tad-diklorur (CAS 676-97-1);

6. 

Fosfit tad-dimetil (DMP) (CAS 868-85-9);

7. 

Triklorur tal-fosforu (CAS 7719-12-2);

8. 

Fosfit tat-trimetil (TMP) (CAS 121-45-9);

9. 

Klorur tat-tijonil (CAS 7719-09-7);

10. 

3-Idrossi-1-metilpiperidina (CAS 3554-74-3);

11. 

N,N-Diisopropil-(beta)-klorur tal-amminoetil (CAS 96-79-7);

12. 

N,N-Diisopropil-(beta)-amminoetantiol (CAS 5842-07-9);

13. 

3-Kinuklidinol (CAS 1619-34-7);

14. 

Fluworur tal-potassju (CAS 7789-23-3);

15. 

2-Kloroetanol (CAS 107-07-3);

16. 

Dimetilamina (CAS 124-40-3);

17. 

Etilfosfonat tad-dietil (CAS 78-38-6);

18. 

Dietil-N,N-dimetilfosforammidat (CAS 2404-03-7);

19. 

Fosfit tad-dietil (CAS 762-04-9);

20. 

Idroklorur tad-dimetilammina (CAS 506-59-2);

21. 

Diklorur tal-etilfosfinil (CAS 1498-40-4);

22. 

Diklorur tal-etilfosfonil (CAS 1066-50-8);

24. 

Fluworur tal-idroġenu (CAS 7664-39-3);

25. 

Benżilat tal-metil (CAS 76-89-1);

26. 

Diklorur tal-metil fosfonil (CAS 676-83-5);

27. 

N,N-Diisopropil-(beta)-amminoetanol (CAS 96-80-0);

28. 

Alkoħol pinakoliliku (CAS 464-07-3);

30. 

Fosfit trietiliku (CAS 122-52-1);

31. 

Triklorur tal-arseniku (CAS 7784-34-1);

32. 

Aċidu benżiliku (CAS 76-93-7);

33. 

Metilfosfonit tad-Dietil (CAS 15715-41-0);

34. 

Metilfosfonat tad-dimetil (CAS 6163-75-3);

35. 

Difluworur tal-etilfosfonil (CAS 430-78-4);

36. 

Difluworur tal-metilfosfonil (CAS 753-59-3);

37. 

3-Kinuklidon (CAS 3731-38-2);

38. 

Pentaklorur tal-fosforu (CAS 10026-13-8);

39. 

Pinakolun (CAS 75-97-8);

40. 

Ċjanur tal-Potassju (CAS 151-50-8);

41. 

Bifluworur tal-potassju (CAS 7789-29-9);

42. 

Fluworur tal-idroġenu tal-ammonju jew bifluworur tal-ammonju (CAS 1341-49-7);

43. 

Fluworur tas-sodju (CAS 7681-49-4);

44. 

Bifluworur tas-sodju (CAS 1333-83-1);

45. 

Ċjanur tas-sodju (CAS 143-33-9);

46. 

Trietanolamina (CAS 102-71-6);

47. 

Pentasulfit fosforuż (CAS 1314-80-3);

48. 

Diisopropilammina (CAS 108-18-9);

49. 

Dietilamminoetanol (CAS 100-37-8);

50. 

Sulfur tas-sodju (CAS 1313-82-2);

51. 

Monoklorur tal-kubrit (CAS 10025-67-9);

52. 

Diklorur tal-etilene (CAS 10545-99-0);

53. 

Idroklorur tat-trietanolammina (CAS 637-39-8);

54. 

Idroklorur tal-N,N-Diisopropil-(beta)-amminoetil klorur (CAS 4261-68-1);

55. 

Aċidu metilfosfoniku (CAS 993-13-5);

56. 

Metilfosfonat tad-dimetil (CAS 683-08-9);

57. 

Diklorur ta’ N,N-dimetilamminofosforil (CAS 677-43-0);

58. 

Fosfit tat-triisopropil (CAS 116-17-6);

59. 

Etildietanolammina (CAS 139-87-7);

60. 

Fosforotioat ta’ O,O-dietil (CAS 2465-65-8);

61. 

Fosforoditioat ta’ O,O-dietil (CAS 298-06-6);

62. 

Eżafluworosilikat tas-sodju (CAS 16893-85-9);

63. 

Diklorur metilfosfonotiojku (CAS 676-98-2);

64. 

Dietilammina (CAS 109-89-7);

65. 

Idroklorur ta’ N,N-Diisopropilamminoetantiol (CAS 41480-75-5);

1C450.a.:
4. 

Fosġenu: Diklorur tal-karbonil (CAS 75-44-5);

5. 

Klorur ċjanoġenu (CAS 506-77-4);

6. 

Ċjanur tal-idroġenu (CAS 74-90-8);

7. 

Kloropikrin: Trikloronitrometan (CAS 76-06-2);

1C450.b.:
1. 

Sustanzi kimiċi, minbarra dawk speċifikati fil-KONTROLLI TA’ MERKANZIJA MILITARI jew f’1C350, li fihom atomu tal-fosfru li hemm marbut miegħu grupp wieħed ta’ metil, etil jew propil (normali jew iso) iżda l-ebda atomu ieħor tal-karbonju;

2. 

Dialidi fosforamidiċi tan-N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] għajr id-diklorur tan-N,N-Ddimetilamminofosforil li huwa speċifikat f’1C350.57;

3. 

Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] ta’ N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)]-fosforammidi, għajr d-Dijetil-N,N-dimetilaminofosforammid speċifikati f’1C350;

4. 

N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetil-2-kloruri u mluħa protonati korrispondenti, minbarra N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetan klorur jew Idroklurur ta’ N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetil klorur li huwa speċifikat f’1C350;

5. 

N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetan-2-oli u mluħa protonati korrispondenti; għajr N,N-Diisopropil- (beta)-aminoetanol (CAS 96-80-0) u N,N-Dietilaminoetanol (CAS 100-37-8) li huma speċifikati f’1C350;

6. 

N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] amminoetan-2-tijoli u mluħa protonata korrispondenti, minbarra N,N-Diisopropil-(beta)-amminoetantijol (CAS 5842-07-9) u l-idroklorur ta’ N,N-Diisopropilamminoetantiol (CAS 41480-75-5) li huma speċifikati f’1C350;

8. 

Metildietanolamina (CAS 105-59-9).

Parti 2 –Destinazzjonijiet

Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

— 
ir-Repubblika Arġentina,
— 
l-Iżlanda,
— 
ir-Repubblika tal-Kroazja,
— 
ir-Repubblika tal-Korea,
— 
ir-Repubblika tat-Turkija,
— 
l-Ukrajna.

Parti 3 –Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu

1. Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:

(1) 

l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment:

(a) 

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, detezzjoni, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jwasslu armi bħal dawn;

(b) 

għall-użu finali militari kif definit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament meta l-pajjiż li qed jixtri jew dak ta’ destinazzjoni huwa soġġett għal embargo tal-armi impost minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jew

(c) 

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew fi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru;

(2) 

l-esportatur, skont l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-sottoparagrafu 1;

(3) 

l-esportatur, taħt l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, ikun jaf li l-oġġetti inkwistjoni jkunu se jerġgħu jiġu esportati lejn kwalunkwe destinazzjoni għajr dawk elenkati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness jew fil-Parti 2 tal-Anness IIa jew lejn Stati Membri; jew

(4) 

il-prodotti relevanti huma esportati f’żona mingħajr dazji jew f’maħżen ħieles li jinstabu f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni.

2. L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE006 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku tal-Amministrazzjoni.

3. Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jesiġi dwar oġġetti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat Membru jista’ jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tagħha, soġġetta għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

Jekk ikun applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni nazzjonali mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu għal dawn l-awtorizzazzjonijiet.




ANNESS IIg

(Il-lista msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) ta’ dan ir-Regolament u l-Annessi IIa, IIc u IId ta’ dan ir-Regolament)

L-annotazzjonijiet ma jipprovdux dejjem deskrizzjoni kompluta tal-oġġetti u n-noti relatati fl-Anness I. L-Anness I biss jipprovdi deskrizzjoni kompluta tal-oġġetti. It-termini li qed jidhru fi kwotazzjonijiet doppji lixxi huma termini definiti fil-lista ta’ definizzjonijiet globali fl-Anness I.

L-aċċenn għal oġġett f’dan l-Anness ma jaffettwax l-applikazzjoni tan-Nota Ġenerali dwar Software (GSN) fl-Anness I.

— 
l-oġġetti kollha msemmija fl-Anness IV,
— 
0C001 “Uranju naturali” jew “uranju eżawrit” jew torju fil-forma ta’ metall, liga, kompost jew konċentrat kimiku u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn imsemmija hawn fuq,
— 
0C002 “Materjali fissili speċjali” minbarra dawk speċifikata fl-Anness IV,
— 
0D001 “Software” iddisinjat speċifikament jew modifikat għall-“iżvilupp”, “produzzjoni”, jew “…” ta’ oġġetti speċifikati fil-Kategorija 0, sakemm dan ikun relatat ma’ 0C001 jew mal-oġġetti msemmija f’0C002 li huma esklużi mill-Anness IV,
— 
0E001 “Teknoloġija” skont in-Nota dwar Teknoloġija Nukleari għall-“iżvilupp”, “produzzjoni”, jew “…” ta’ oġġetti speċifikati fil-Kategorija 0, sakemm dan ikun relatat ma’ 0C001 jew mal-oġġetti msemmija fl-annotazzjoni 0C002 li huma esklużi mill-Anness IV,
— 
1A102 Komponenti tal-karbonju-karbonju risaturati u pirolizzati ddisinjati għal-lanċjaturi speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104,
— 
1C351 Patoġeni u “tossini” tal-bniedem u tal-annimali,
— 
1C353 Elementi ġenetiċi u organiżmi mmodifikati ġenetikament,
— 
1C354 Patoġeni tal-pjanti,
— 
1C450.a.1. Amiton: O,O-Dietil S- [2-(dietilammino)etil] fosforotijolat (CAS 78-53-5) u l-imluħa alkilata jew protonata korrispondenti,
— 
1C450.a.2. PFIB: 1,1,3,3,3-Pentafluworu-2-(trifluworometil)-1-propen (CAS 382-21-8),
— 
7E104 “Teknoloġija” għall-integrazzjoni tal-kontroll tat-titjira, gwida, u propulsjoni tad-data lejn sistema tal-amministrazzjoni tat-titjira għall-ottimizzazzjoni tas-sistema tat-traġitt tar-rokit,
— 
9A009.a. Sistemi ibridi għall-propulzjoni tar-rokits b’kapaċità totali ta’ impuls ta’ aktar minn 1,1 MNs,
— 
9A117 Mekkaniżmi ta’ separazzjoni fi stadji, mekkaniżmi ta’ separazzjoni, u ta’ bejn l-istadji, li jistgħu jintużaw f’“missili” .

▼B




ANNESS IIIa

(mudell għal formoli ta' awtorizzazzjoni individwali jew globali ta' esportazzjoni)

(imsemmija fl-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament)

Meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni, l-Istati Membri ser jippruvaw jiżguraw il-viżibbiltà tan-natura tal-awtorizzazzjoni (individwali jew globali) fuq il-formola maħruġa.

Din hija awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni valida fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea sad-data ta' skadenza tagħha.

image

image

image




ANNESS IIIb

(mudell ta' formoli ta' awtorizzazzjoni għas-servizzi ta' senserija)

(imsemmija fl-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament)

image




ANNESS IIIc

ELEMENTI KOMUNI GĦALL-PUBBLIKAZZJONI TA' AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI NAZZJONALI TA' ESPORTAZZJONI FIL-ĠURNALI UFFIĊJALI NAZZJONALI

(imsemmija fl-Artikolu 9(4)(b) ta' dan ir-Regolament)

1. 

Titolu tal-awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni

2. 

Awtorità li toħroġ l-awtorizzazzjoni

3. 

Validità KE. Għandu jintuża t-test li ġej:

“Din hija awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni skont it-termini tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. Din l-awtorizzazzjoni, skont l-Artikolu 9(2) ta' dak ir-Regolament, hija valida fl-Istati Membri kollha tal-Komunità Ewropea.”

Validità: skont il-prattiki nazzjonali.

4. 

Oġġetti kkonċernati: għandu jintuża t-test introduttorju li ġej:

“Din l-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni tkopri l-oġġetti li ġejjin”

5. 

Destinazzjonijiet ikkonċernati: għandu jintuża t-test introduttorju li ġej:

“Din l-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni hija valida għal esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin”

6. 

Kondizzjonijiet u rekwiżiti

▼M10




ANNESS IV

(Lista imsemmija fl-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament)

L-annotazzjonijiet mhux dejjem ikopru d-deskrizzjoni kompluta tal-oġġett u tan-noti relatati fl-Anness I. ( 12 )L-Anness I biss jipprovdi d-deskrizzjoni kompluta tal-oġġetti.

L-aċċenn għal oġġett f’dan l-Anness ma jaffettwax l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-prodotti tas-suq tal-massa fl-Anness I.

It-termini li qed jidhru fil-virgoletti doppji huma t-termini definiti fil-lista ta’ definizzjonijiet globali fl-Anness I.

PARTI I

(il-possibbiltà ta’ Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju)

Oġġetti tat-teknoloġija stealth



1C001

Materjali mfasslin apposta biex jassorbu r-radjazzjoni elettromanjetika, jew polimeri intrinsikament konduttivi.

N.B.   ARA WKOLL 1C101

1C101

Materjali u apparat għat-tnaqqis ta’ karatteristiċi osservabbli bħar-riflettività ta’ radar, senjaturi bl-ultravjola/bl-infraaħmar u senjaturi akustiċi, minbarra dawk speċifikati f’1C001, li jistgħu jintużaw f’“missili”, subsistemi ta’ “missili” jew vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f’9A012.

Nota:   1C101 ma jikkontrollax materjali jekk tali oġġetti jkunu maħsubin unikament għal applikazzjonijiet ċivili.

Nota Teknika:

F’1C101 “missili” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jkopru distanza ta’ aktar minn 300 km.

1D103

“Software” imfassal apposta għall-analiżi ta’ karatteristiċi osservabbli mnaqqsa bħar-riflettività tar-radar, senjaturi bl-ultravjola/bl-infraaħmar u senjaturi akustiċi.

1E101

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta’ oġġetti speċifikati f’1C101 jew 1D103.

1E102

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta’ “software” speċifikat f’1D103.

6B008

Sistemi ta’ kejl ta’ sezzjoni trażversali bir-radar bl-impulsi li jittrażmettu impulsi b’wisa’ ta’ 100 ns jew inqas u komponenti mfassla apposta għalihom.

N.B.   ARA WKOLL 6B108

6B108

Sistemi mfassla apposta għall-kejl tas-sezzjoni trażversali tar-radar li jistgħu jintużaw għal “missili” u s-subsistemi tagħhom.

Nota Teknika:

F’6B108 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu distanza ta’ aktar minn 300 km.

Oġġetti tal-kontroll strateġiku Komunitarju



1A007

Tagħmir u apparat, imfassal apposta biex jinizjaw splużjonijiet u apparat li fihom “materjali enerġetiċi”, permezz ta’ mezzi elettriċi, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI 3A229 U 3A232.

a.  Settijiet ta’ detonazzjoni għad-detonaturi tal-isplussivi ddisinjati sabiex jazzjonaw id-detonaturi kkontrollati b’mod multiplu speċifikati f’1A007.b. hawn taħt ;

b.  Detonaturi tal-isplussivi azzjonati bl-elettriku, kif ġej:

1.  Pont li jisplodi (Exploding bridge (EB));

2.  Wajer pont li jisplodi (Exploding bridge wire (EBW));

3.  Trażmettitur ta’ impuls (Slapper);

4.  Inizjaturi ta’ fojl li jisplodi (EFI).

Nota:   1A007.b. ma jikkontrollax detonaturi li jużaw biss splussivi primarji, bħall-ażotur taċ-ċomb.

1C239

Splussivi qawwijin, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, jew sustanzi jew taħlitiet li fihom aktar minn 2 % skont il-piż tagħhom, b’densità tal-kristalli akbar minn 1,8 g/cm3 u li għandhom veloċità ta’ detonazzjoni akbar minn 8 000  m/s.

1E201

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta’ oġġetti speċifikati f’1C239.

3A229

Ġeneraturi ta’ impuls b’kurrent għoli kif ġej …

N.B.   ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI

3A232

Sistemi ta’ inizjazzjoni multipunti, minbarra dawk speċifikati f’1A007 hawn fuq , kif ġej…

N.B.   ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI

3E201

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu tat-tagħmir” speċifikat f’3A229 jew 3A232.

6A001

Akustika, limitata għal dan li ġej:

6A001.a.1.b.

Sistemi għad-detezzjoni jew għal-lokalizzazzjoni ta’ oġġetti, b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.  Frekwenza ta’ trażmissjoni taħt il-5 kHz ;

6.  Iddisinjati sabiex jirreżistu …;

6A001.a.2.a.2.

Idrofoni … Li jinkorporaw …

6A001.a.2.a.3.

Idrofoni … Li għandhom xi wieħed …

6A001.a.2.a.6.

Idrofoni … Imfassla għal …

6A001.a.2.b.

Arranġamenti ta’ idrofoni akustiċi rmunkati …

6A001.a.2.c.

Tagħmir ta’ pproċessar, iddisinjat apposta għal applikazzjoni fil-ħin reali ma’ arranġamenti ta’ idrofoni akustiċi rmunkati, li għandhom “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” u pproċessar u korrelazzjoni tad-dominji tal-ħin u l-frekwenza, inkluż l-analiżi spettrali, il-filtraġġ diġitali u t-tiswir ta’ raġġi bl-użu tal-Fast Fourier jew trasformati jew proċessi oħrajn;

6A001.a.2.e.

Matriċijiet idrofoniċi b’kejbil tal-qiegħ jew tal-bajja, b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.  Jinkorporaw idrofoni …, jew

2.  Jinkorporaw moduli ta’ sinjali ta’ gruppi ta’ idrofoni multiplessati …;

6A001.a.2.f.

Tagħmir ta’ pproċessar, iddisinjat apposta għal applikazzjoni fil-ħin reali ma’ sistemi ta’ kejbil tal-qiegħ jew tal-bajja, li għandhom “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” u pproċessar u korrelazzjoni tad-dominji tal-ħin u l-frekwenza, inkluż l-analiżi spettrali, il-filtraġġ diġitali u t-tiswir ta’ raġġi bl-użu tal-Fast Fourier jew trasformati jew proċessi oħrajn;

6D003.a.

“Software” għall-“ipproċessar fil-ħin reali” tad-data akustika;

8A002.o.3.

Sistemi għat-tnaqqis tal-ħoss imfasslin għall-użu fuq bastimenti ta’ spostament ta’ 1 000 tunnellata jew aktar, kif ġej:

b.  “Sistemi attivi ta’ tnaqqis jew ta’ tneħħija tal-ħsejjes”, jew bearings manjetiċi, iddisinjati apposta għal sistemi ta’ trasferiment tal-potenza, u li jinkorporaw sistemi ta’ kontroll elettroniku li kapaċi jnaqqsu b’mod attiv il-vibrazzjoni tat-tagħmir billi jiġġeneraw sinjali kontra l-ħsejjes jew kontra l-vibrazzjoni direttament fis-sors;

Nota Teknika:

Is-“Sistemi attivi ta’ tnaqqis jew ta’ tneħħija tal-ħsejjes” jinkorporaw sistemi ta’ kontrolli elettroniċi li kapaċi jnaqqsu b’mod attiv il-vibrazzjoni tat-tagħmir billi jiġġeneraw sinjali kontra l-ħsejjes jew kontra l-vibrazzjoni direttament fis-sors.

8E002.a.

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, it-tiswija, ir-rinnovament totali jew ir-restawr (immaxinjar mill-ġdid) ta’ skrejjen iddisinjati apposta għat-tnaqqis tal-ħsejjes taħt l-ilma.

Oġġetti tal-kontroll strateġiku Komunitarju — Kriptoanaliżi — Kategorija 5 Parti 2



5A004.a.

Tagħmir iddisinjat jew modifikat sabiex iwettaq “funzjonijiet kriptoanalitiċi”.

Nota:   5A004.a. jinkludi sistemi jew tagħmir, iddisinjat jew modifikat sabiex jeżegwixxi “l-funzjonijiet kriptoanalitiċi” permezz ta’ retro inġinerija.

Nota Teknika:

“Funzjonijiet kriptanalitiċi” huma funzjonijiet iddisinjati biex jegħlbu mekkaniżmi kriptografiċi sabiex jinkisbu varjabbli kunfidenzjali jew data sensittiva, inkluż test ċar, passwords jew ċwievet kriptografiċi.

5D002.a.

“Software” ddisinjat apposta jew modifikat għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

3.  It-tagħmir kif ġej:

a.  It-tagħmir speċifikat f’5A004.a.;

b.  It-tagħmir speċifikat f’5A004.b.;

5D002.c.

“Software” bil-karatteristiċi, jew li jagħmel jew jissimula l-funzjonijiet ta’ xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

3.  It-tagħmir kif ġej:

a.  It-tagħmir speċifikat f’5A004.a.;

b.  It-tagħmir speċifikat f’5A004.b.;

5E002.a.

It-“teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti speċifikati f’5A004.a, 5D002.a.3 jew 5D002.c.3. hawn fuq biss.

Oġġetti tat-teknoloġija MTCR



7A117

“Settijiet ta’ gwida”, li jistgħu jintużaw f’“missili” li kapaċi jagħtu lis-sistema l-preċiżjoni ta’ 3,33 % jew inqas fuq distanza (pereż. “CEP” ta’ 10 km jew inqas fuq distanza ta’ 300 km), ħlief għal “settijiet ta’ gwida” iddisinjati għal missili li ma jwasslux aktar minn 300 km jew għal inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ.

Nota Teknika:

F’7A117, “CEP” (Żball Ċirkolari Probabbli) huwa kejl ta’ preċiżjoni, definit bħala ir-raġġ taċ-ċirku ċċentrat fuq il-bersall, f’distanza speċifika, fejn jagħmlu impatt 50 % tat-tagħbijiet missilistiċi.

7B001

Tagħmir għall-ittestjar, il-kalibrazzjoni jew l-allinjament iddisinjat apposta għat-tagħmir speċifikat f’7A117 hawn fuq.

Nota:   7B001 ma jikkontrollax it-tagħmir għall-ittestjar, il-kalibrazzjoni jew l-allinjament għal-“Livell ta’ Manutenzjoni I” jew il-“Livell ta’ Manutenzjoni II”.

7B003

Tagħmir iddisinjat apposta għall-“produzzjoni” tat-tagħmir speċifikat f’7A117 hawn fuq.

7B103

“Tagħmir ta’ produzzjoni” ddisinjat apposta għat-tagħmir speċifikat f’7A117 hawn fuq .

7D101

“Software” iddisinjat apposta għall-“użu” tat-tagħmir speċifikat f’7B003 jew 7B103 hawn fuq .

7E001

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” tat-tagħmir jew “software” speċifikat f’7A117, 7B003, 7B103 jew 7D101 hawn fuq.

7E002

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“produzzjoni” tat-tagħmir speċifikat f’7A117, 7B003 u 7B103 hawn fuq.

7E101

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” tat-tagħmir speċifikat f’7A117, 7B003, 7B103 u 7D101 hawn fuq .

9A004

Lanċjaturi li kapaċi jwasslu tagħbija ta’ mill-inqas 500 kg għal distanza ta’ mill-inqas 300 km .

N.B.   ARA WKOLL 9A104.

Nota 1:   9A004 ma jikkontrollax it-tagħbijiet li jinġarru.

9A005

Sistemi għall-propulsjoni ta’ rokits bi propellant likwidu li fihom xi waħda mis-sistemi jew mill-komponenti speċifikati f’9A006 li jistgħu jintużaw għal-lanċjaturi speċifikati f’9A004 hawn fuq jew ir-rokits sonda speċifikati f’9A104 hawn taħt .

N.B.   ARA WKOLL 9A105 U 9A119.

9A007.a.

Sistemi għall-propulsjoni ta’ rokits bi propellant solidu, li jistgħu jintużaw għal-lanċjaturi speċifikati f’9A004 hawn fuq jew għar-rokits sonda speċifikati f’9A104 hawn taħt , b’xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

N.B.   ARA WKOLL 9A119.

a.  Kapaċità ta’ impuls totali ogħla minn 1,1 MNs;

9A008.d.

Komponenti, kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi għall-propulsjoni ta’ rokits bi propellant solidu:

N.B.   ARA WKOLL 9A108.c.

d.  Żennuni li jistgħu jiċċaqalqu jew sistemi ta’ kontroll tal-vettur tal-ispinta b’injezzjoni sekondarja ta’ fluwidu, li jistgħu jintużaw għal-lanċjaturi speċifikati f’9A004 hawn fuq jew għar-rokits sonda speċifikati f’9A104 hawn taħt , li kapaċi jwettqu xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.  Moviment ta’ iżjed minn ± 5° fuq kull assi;

2.  Rotazzjonijiet angulari tal-vettur ta’ 20°/s jew aktar; jew

3.  Rotazzjonijiet angulari tal-vettur ta’ 40°/s2 jew aktar.

9A104

Rokits sonda, li kapaċi jwasslu tagħbija ta’ mill-inqas 500 kg għal distanza ta’ mill-inqas 300 km.

N.B.   ARA WKOLL 9A004.

9A105.a.

Magni rokit bi propellant likwidu, kif ġej:

N.B.   ARA WKOLL 9A119.

a.  Magni ta’ rokits bi propellant likwidu li jistgħu jintużaw f’“missili”, minbarra dawk speċifikati f’9A005, integrati, jew iddisinjati jew modifikati sabiex ikunu integrati, f’sistema ta’ propulsjoni bi propellant likwidu li għandha kapaċità ta’ impuls totali ta’ 1,1 MNs jew aktar b’kapaċità ta’ impuls totali ta’ 1,1 MNs; minbarra magni tal-apoġew bi propellant likwidu ddisinjati jew modifikati għal applikazzjonijiet tas-satelliti u li għandhom dan kollu li ġej:

1.   dijametru tal-għonq taż-żennuna ta’ 20 mm jew inqas; kif ukoll

2.   2. pressjoni tal-kamra tal-kombustjoni ta’ 15-il bar jew inqas.

9A106.c.

Sistemi jew komponenti, minbarra dawk speċifikati f’9A006, li jistgħu jintużaw f’ “missili” , kif ġej, iddisinjati apposta għal sistemi għall-propulsjoni ta’ rokits bi propellant likwidu:

c.  Subsistemi ta’ kontroll tal-vettur tal-ispinta, minbarra dawk iddisinjati għal sistemi ta’ rokits li mhux kapaċi jwasslu tal-inqas tagħbija utli ta’ 500 kg għal distanza ta’ mill-inqas 300 km .

Nota Teknika:

Eżempji ta’ metodi sabiex jinkiseb il-kontroll tal-vettur tal-ispinta speċifikat f’9A106.c. huma:

1.  Żennuna flessibbli;

2.  Injezzjoni ta’ fluwidu jew ta’ gass sekondarju;

3.  Magna jew żennuna li tista’ tiċċaqlaq;

4.  Devjazzjoni tal-ħruġ tal-gass tal-egżost (sondi jew paletti tal-ġett); jew

5.  Aletti korrettivi tal-ispinta.

9A108.c.

Komponenti, minbarra dawk speċifikati f’9A008, li jistgħu jintużaw f’“missili” kif ġej , iddisinjati apposta għal sistemi għall-propulsjoni ta’ rokits bi propellant solidu:

c.  Subsistemi ta’ kontroll tal-vettur tal-ispinta, minbarra dawk iddisinjati għal sistemi ta’ rokits li mhux kapaċi jwasslu mill-inqas tagħbija utli ta’ 500 kg għal distanza ta’ mill-inqas 300 km .

Nota Teknika:

Eżempji ta’ metodi sabiex jinkiseb il-kontroll tal-vettur tal-ispinta speċifikat f’9A108.c. huma:

1.  Żennuna flessibbli;

2.  Injezzjoni ta’ fluwidu jew ta’ gass sekondarju;

3.  Magna jew żennuna li tista’ tiċċaqlaq;

4.  Devjazzjoni tal-ħruġ tal-gass tal-egżost (sondi jew paletti tal-ġett); jew

5.  Aletti korrettivi tal-ispinta.

9A116

Vetturi tad-dħul lura, li jistgħu jintużaw f’ “missili”, u tagħmir iddisinjat jew modifikat għalihom, kif ġej, għajr għal vetturi tad-dħul lura ddisinjati sabiex iġorri tagħbijiet li mhumiex armamenti:

a.  Vetturi tad-dħul lura;

b.  Tarki tas-sħana u komponenti għalihom magħmulin miċ-ċeramika jew minn materjali ablattivi;

c.  Korpi sabiex jixorbu s-sħana u komponenti għalihom magħmulin minn materjali ħfief ta’ kapaċità termika għolja;

d.  Tagħmir elettroniku ddisinjat apposta għall-vetturi tad-dħul lura.

9A119

Stadji individwali ta’ rokits, li jistgħu jintużaw f’sistemi kompluti ta’ rokits jew inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, li kapaċi jwasslu tagħbija utli ta’ mill-inqas 500 kg għal distanza ta’ 300 km, minbarra dawk speċifikati f’9A005 jew 9A007.a. hawn fuq

9B115

“Tagħmir ta’ produzzjoni” ddisinjat apposta għas-sistemi, is-sottosistemi u l-komponenti speċifikati f’9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9A105.a., 9A106.c., 9A108.c., 9A116 jew 9A119 hawn fuq .

9B116

“Faċilitajiet ta’ produzzjoni” ddisinjati apposta għal-lanċjaturi speċifikati f’9A004, jew għas-sistemi, is-sottosistemi u l-komponenti speċifikati f’9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9A104, 9A105.a., 9A106.c., 9A108.c., 9A116 jew 9A119 hawn fuq .

9D101

“Software” iddisinjat b’mod speċjali għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati f’9B116 hawn fuq .

9E001

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” tat-tagħmir jew is-“software” speċifikat f’9A004, 9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9B115, 9B116 jew 9D101 hawn fuq .

9E002

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“produzzjoni” tat-tagħmir speċifikat f’9A004, 9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9B115 jew 9B116 hawn fuq .

Nota:   Għal “teknoloġija” għat-tiswija ta’ strutturi, laminati jew materjali kkontrollati, ara 1E002.f.

9E101

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” tal-oġġetti speċifikati f’9A104, 9A105.a., 9A106.c., 9A108.c., 9A116 jew 9A119 hawn fuq .

9E102

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” tal-lanċjaturi speċifikati f’9A004, 9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9A104, 9A105.a., 9A106.c., 9A108.c., 9A116, 9A119, 9B115, 9B116 jew 9D101 hawn fuq .

Eżenzjonijiet:

L-Anness IV ma jikkontrollax l-oġġetti li ġejjin tat-teknoloġija MTCR:

1. 

li huma trasferiti abbażi ta’ ordnijiet skont relazzjoni kuntrattwali magħmulin mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) jew li huma trasferiti mill-ESA sabiex twettaq il-kompiti uffiċjali tagħha;

2. 

li huma trasferiti abbażi ta’ ordnijiet skont relazzjoni kuntrattwali magħmulin minn organizzazzjoni spazjali nazzjonali ta’ Stat Membru jew li huma trasferiti minnha sabiex twettaq il-kompiti uffiċjali tagħha;

3. 

li huma trasferiti abbażi ta’ ordnijiet skont relazzjoni kuntrattwali magħmula f’rabta ma’ programm Komunitarju ta’ żvilupp u produzzjoni għall-illanċjar fl-ispazju, ffirmat minn żewġ gvernijiet Ewropej jew aktar;

4. 

li huma trasferiti għal sit tal-illanċjar fl-ispazju kkontrollat mill-Istat fit-territorju ta’ Stat Membru, ħlief jekk dak l-Istat Membru jikkontrolla tali trasferimenti skont it-termini ta’ dan ir-Regolament.

PARTI II

(l-ebda Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju)

Oġġetti tas-CWC (Konvenzjoni tal-Armi Kimiċi)



1C351.d.4.

Riċin

1C351.d.5.

Sassitossina

Oġġetti tat-teknoloġija NSG

Il-Kategorija 0 kollha tal-Anness I hija inkluża fl-Anness IV, suġġett għal dan li ġej:

— 
0C001: dan l-oġġett mhux inkluż fl-Anness IV.
— 
0C002: dan l-oġġett mhux inkluż fl-Anness IV, ħlief għall-“materjali speċjali fissili” kif ġej:
(a) 

plutonju separat;

(b) 

“uranju arrikkit fl-isotopi 235 jew 233” għal aktar minn 20 %.

— 
0C003 jekk għall-użu f’“reattur nukleari” biss (skont 0A001.a);
— 
0D001 (“software”) huwa inkluż fl-Anness IV ħlief għal meta jirreferi għal 0C001 jew għal dawk l-oġġetti ta’ 0C002 li huma esklużi mill-Anness IV;
— 
0E001 (“teknoloġija”) hija inkluża fl-Anness IV ħlief meta tirreferi għall-oġġetti ta’ 0C001 jew għal dawk l-oġġetti ta’ 0C002 li huma esklużi mill-Anness IV.



1B226

Separaturi elettromanjetiċi tal-isotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta’ raġġ joniku ta’ 50 mA jew ogħla.

Nota:   1B226 tinkludi s-separaturi:

a.  Li kapaċi jarrikkixxu isotopi stabbli;

b.  Bis-sorsi joniċi u l-kolletturi t-tnejn fil-kamp manjetiku u dawk il-konfigurazzjonijiet fejn huma barra mill-kamp manjetiku.

1B231

Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a.  Faċilitajiet jew impjanti għall-produzzjoni, l-irkupru, l-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni, jew l-immaniġġar tat-tritju;

b.  Tagħmir għal faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:

1.  Unitajiet ta’ refriġerazzjoni bl-idroġenu jew bl-elju li kapaċi jkessħu sa 23 K (– 250 °C) jew inqas, b’kapaċità tat-tneħħija tas-sħana ogħla minn 150 W;

2.  Sistemi ta’ ħażna tal-isotopi tal-idroġenu jew ta’ purifikazzjoni tal-isotopi tal-idroġenu bl-użu ta’ idruri metalliċi bħala l-mezz tal-ħażna jew tal-purifikazzjoni.

1B233

Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a.  Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju;

b.  Tagħmir għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, kif ġej:

1.  Kolonni ta’ skambju likwidu-likwidu ppakkjati ddisinjati apposta għall-amalgami tal-litju;

2.  Pompi għal merkurju jew amalgama tal-litju;

3.  Ċelluli tal-elettroliżi għal amalgama tal-litju;

4.  Evaporaturi għas-soluzzjoni kkonċentrata tal-idrossidu tal-litju.

1C012

Materjali kif ġej:

Nota Teknika:

Dawn il-materjali tipikament jintużaw għal sorsi ta’ sħana nukleari.

b.  Nettunju-237 “preċedentement separat” taħt kwalunkwe forma.

Nota:   1C012.b. ma jikkontrollax vjeġġi b’kontenut ta’ nettunju-237 ta’ 1 g jew inqas.

1C233

Litju arrikkit fl-iżotopu litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, u prodotti jew apparat li fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementari, ligi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:   1C233 ma jkoprix il-kontrolli fuq id-dożimetri termoluminexxenti.

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 fil-mija skont il-piż (7,5 fil-mija tal-atomi).

1C235

Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon tal-atomi tat-tritju ma’ dawk tal-idroġenu hu ogħla minn parti waħda (1) f’kull 1 000 , u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:   1C235 ma jkoprix il-kontrolli fuq prodott jew apparat li fih inqas minn 1,48 × 103 GBq (40 Ci) tat-tritju.

1E001

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” tat-tagħmir jew il-materjali speċifikati f’1C012.b.

1E201

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu tal-oġġetti” speċifikati f’1B226, 1B231, 1B233, 1C233 jew 1C235.

3A228

Apparat tal-iswiċċjar, kif ġej:

a.  Tubi b’katodu kiesaħ, kemm jekk mimlija bil-gass jew le, li jaħdmu b’mod simili għal spinterometru (spark gap), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.  Li fihom tliet elettrodi jew aktar;

2.  L-ogħla vultaġġ nominali fl-anodu ta’ 2,5 kV jew aktar;

3.  L-ogħla kurrent nominali fl-anodu ta’ 100 A jew aktar; kif ukoll

4.  Ħin ta’ dewmien fl-anodu ta’ 10 μs jew inqas;

Nota:   3A228 jinkludi tubi tal-gass tat-tip krytron u tubi tal-vakwu tat-tip sprytron.

b.  Xintillaturi (triggered spark-gaps) li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.  Ħin ta’ dewmien fl-anodu ta’ 15 μs jew inqas; kif ukoll

2.  L-ogħla kurrent nominali fl-anodu ta’ 500 A jew aktar;

3A231

Sistemi ta’ ġeneraturi tan-newtroni, inklużi t-tubi, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.  Iddisinjati sabiex jaħdmu mingħajr sistema ta’ vakwu esterna; kif ukoll

b.  Jużaw aċċellerazzjoni elettrostatika sabiex jikkaġunaw reazzjoni nukleari tat-tritju-dewterju.

3E201

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu tat-tagħmir” speċifikat f’3A228 jew 3A231 hawn fuq .

6A203

Kameras u komponenti, għajr dawk speċifikati f’6A003, kif ġej:

a.  Streak cameras b’mera li ddur mekkanika , kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.  Streak cameras b’veloċità ta’ reġistrazzjoni ogħla minn 0,5 mm kull mikrosekonda;

b.  Framing cameras b’mera li ddur mekkanika , kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.  Framing cameras b’rati ta’ reġistrazzjoni ogħla minn 225 000 immaġni kull sekonda;

Nota:    F’6A203.a. komponenti ta’ tali kameras jinkludu l-unitajiet elettroniċi sinkronizzanti tagħhom u l-assemblaġġi rotorji li jikkonsistu f’turbini, mirja u bearings.

6A225

Interferometri tal-veloċità għall-kejl ta’ veloċitajiet ogħla minn 1 km/s f’intervalli ta’ ħin ta’ inqas minn 10 mikrosekondi.

Nota:    6A225 jinkludi interferometri tal-veloċità bħall-VISARs (Velocity interferometer systems for any reflector) u d-DLIs (Doppler laser interferometers).

6A226

Sensuri tal-pressjoni, kif ġej:

a.  Gauges tal-pressjoni tax-xokkijiet li kapaċi jkejlu pressjonijiet ta’ aktar minn 10 GPa, inklużi gauges magħmulin minn manganin, itterbju, u fluworur tal-poliviniliden (PVDF)/difluworur polivinil (PVF2);

b.  Trasdutturi tal-pressjoni tal-kwarz għal pressjonijiet ogħla minn 10 GPa.

▼B




ANNESS V

Regolament Imħassar flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu



Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000

(ĠU L 159, 30.6.2000, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2889/2000

(ĠU L 336, 30.12.2000, p. 14)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 458/2001

(ĠU L 65, 7.3.2001, p. 19)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2432/2001

(ĠU L 338, 20.12.2001, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 880/2002

(ĠU L 139, 29.5.2002, p. 7)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 149/2003

(ĠU L 30, 5.2.2003, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1504/2004

(ĠU L 281, 31.8.2004, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 394/2006

(ĠU L 74, 13.3.2006, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2007

(ĠU L 278, 22.10.2007, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1167/2008

(ĠU L 325, 3.12.2008, p. 1)




ANNESS VI

Tabella ta' Korrelazzjoni



Regolament(KE) Nru 1334/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, formulazzjoni introduttorja

Artikolu 2, formulazzjoni introduttorja

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(b), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 2(2), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 2(b)(i)

Artikolu 2(2)(i)

Artikolu 2(b)(ii)

Artikolu 2(2)(ii)

Artikolu 2(b)(iii)

Artikolu 2(2)(iii)

▼C1

▼B

Artikolu 2(c)(i)

Artikolu 2(3)(i)

Artikolu 2(c)(ii)

Artikolu 2(3)(ii)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(5) sa (13)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 7

Artikolu 3(4)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 8

Artikolu 6(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 9(4)(a)

Artikolu 9(4)(b)

Artikolu 6(4)

Artikolu 9(4)(c)

Artikolu 6(5)

Artikolu 9(5)

Artikolu 6(6)

Artikolu 9(6)

Artikolu 7

Artikolu 11

Artikolu 8

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 13(4)

Artikolu 9(3)

Artikolu 13(5)

Artikolu 13(6)

Artikolu 13(7)

Artikolu 10(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 14(2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 9(4)(b)

Artikolu 11

Artikolu 15(1) u (2)

Artikolu 12

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 17

Artikolu 14

Artikolu 18

Artikolu 15(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 19(3)

Artikolu 19(4) sa (6)

Artikolu 16(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 20(3)

Artikolu 17

Artikolu 21

Artikolu 18

Artikolu 23

Artikolu 19

Artikolu 24

Artikolu 20

Artikolu 25

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 22

Artikolu 26

Artikolu 23

Artikolu 27

Artikolu 24

Artikolu 28

Anness I

Anness I

Anness II Parti 1

Anness II Parti 1

Anness II Parti 2

Anness II Parti 2

Anness II Parti 3 (1), (2) u (3)

Anness II Parti 3(2)

Anness II Parti 3(4)

Anness II Parti 3(1) u (3)

Anness IIIa

Anness IIIa

Anness IIIb

Anness IIIb

Anness IIIc

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness VI



( 1 ) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.

( 2 ) ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1.

( 3 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

( 4 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

( 5 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

( 6 ) https://www.australiagroup.net/

( 7 ) http://mtcr.info/

( 8 ) http://www.nuclearsuppliersgroup.org/

( 9 ) http://www.wassenaar.org/

( 10 ) https://www.opcw.org/chemical-weapons-convention

( 11 ) Il-manifatturi li jikkalkulaw il-preċiżjoni tal-pożizzjonament skont ISO 230-2:1997 jew 2006 jenħtieġ li jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-UE li fih ikunu stabbiliti.

( 12 ) Id-differenzi fl-għażla ta’ kliem użat/intenzjonijiet bejn l-Anness I u l-Anness IV huma indikati b’test b’tipi grassi u bil-korsiv.

Top