EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R0119-20130326

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad- 9 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/119/2013-03-26

2009R0119 — MT — 26.03.2013 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 119/2009

tad-9 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 039, 10.2.2009, p.12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 191/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013

  L 62

22

6.3.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 119/2009

tad-9 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem ( 1 ), b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene fil-prodotti tal-ikel ( 2 ), b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-iġjene f’ikel ta’ oriġini mill-annimali ( 3 ), b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali dwar prodotti ta’ oriġini mill-annimali li huma għall-konsum mill-bniedem ( 4 ), b’mod partikolari l-Artikoli 11(1) u 14(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-benesseri tagħhom ( 5 ), b’mod partikolari l-Artikolu 48(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE ( 6 ) telenka l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam tal-fenek u ta’ ċertu laħam ta’ annimali tal-kaċċa selvaġġi u mrobbija fl-irziezet, filwaqt li tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal dawn l-importazzjonijiet.

(2)

Għal aktar konsistenza mal-liġi Komunitarja, ir-regoli Komunitarji għall-importazzjonijiet tal-laħam tal-leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u tal-fniek imrobbija fl-irziezet għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għal-leġiżlazzjoni li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom ( 7 ).

(4)

Bil-ħsieb li jkunu armonizzati l-kundizzjonijiet Komunitarji biex ikunu importati l-prodotti kkonċernati fil-Komunità, kif ukoll biex dawn isiru aktar trasparenti u tiġi ssimplifikata l-proċedura leġiżlattiva biex jiġu emendati dawn il-kundizzjonijiet, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti fiċ-ċertifikati veterinarji mudell stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(5)

Iċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni fil-Komunità u għat-tranżitu minnha, inkluż il-ħażna matul it-tranżitu, ta’ laħam tal-leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet għandhom ikunu konformi mal-mudelli standard xierqa stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE tas-16 ta’ April 2007 li tistabbilixxi ċertifikati vetrinarji ġodda għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin, semen, embrijuni, bajd u prodotti ta’ oriġini mill-annimali fil-Komunità skont id-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE, 95/328/KE, 96/333/KE, 96/539/KE, 96/540/KE, 2000/572/KE, 2000/585/KE, 2000/666/KE, 2002/613/KE, 2003/56/KE, 2003/779/KE, 2003/804/KE, 2003/858/KE, 2003/863/KE, 2003/881/KE, 2004/407/KE, 2004/438/KE, 2004/595/KE, 2004/639/KE u 2006/168/KE ( 8 ).

(6)

Iċ-ċertifikati veterinarji mudell, stabbiliti f’dan ir-Regolament, għall-importazzjonijiet fil-Komunità u għat-tranżitu minnha, inkluż il-ħażna waqt it-tranżitu, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u tal-fniek imrobbija fl-irziezet għandhom ikunu kompatibbli mas-sistema Traces, kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces ( 9 ).

(7)

Il-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet ta’ dawn, elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE ( 10 ) għandha tintuża għall-importazzjonijiet fil-Komunità jew għat-tranżitu minnha ta’ laħam tal-leporidae selvaġġi u tal-fniek imrobbija fl-irziezet. Għandha tkun stabbilita l-lista ta’ pajjiżi għall-importazzjonijiet fil-Komunità jew għat-tranżitu minnha fir-rigward ta’ laħam tal-mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u l-leporidae.

(8)

Għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu mill-Komunità ta’ kunsinni lejn u mir-Russja, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta’ Kaliningrad li tikkonċerna biss il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

(9)

Biex tiġi evitata kull interruzzjoni fil-kummerċ, l-użu taċ-ċertifikati veterinarji maħruġa skont id-Deċiżjoni 2000/585/KE għandu jkun awtorizzat għal perjodu tranżizzjonali.

(10)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, id-Deċiżjoni 2000/585/KE għandha titħassar u tinbidel b’dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a) lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom li minnhom il-prodotti li ġejjin jistgħu jkunu importati jew jgħaddu fi tranżitu mill-Komunità:

(i) laħam tal-leporidae selvaġġi mingħajr interjuri, għajr fil-każ ta’ leporidae mhux bil-ġilda mqaxxra bil-ġewwieni tiegħu mhux imneħħija;

(ii) laħam ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr annimali ungulati u l-leporidae, mhux bl-interjuri;

(iii) laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet.

(b) ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-prodotti elenkati fil-punti (i), (ii), u (iii) (“il-prodotti”).

2.  Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjoni prevista fl-Artikolu 5(2), għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tranżitu jkopri l-ħażna matul it-tranżitu, (inkluż it-tpoġġija fl-imħażen, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) u fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE ( 11 )).

3.  Dan ir-Regolament japplika bla ħsara

(i) ir-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni previsti fil-ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi;

(ii) ir-regoli rilevanti dwar iċ-ċertifikazzjoni stipulati fil-leġiżlazzjoni li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “leporidae selvaġġi” tfisser fniek selvaġġi u tal-liebru.

Artikolu 3

Listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet minn dawn li minnhom il-prodotti jistgħu jiġu importati fil-Komunità jew jgħaddu fi tranżitu minnha

Il-prodotti għandhom ikunu importati fil-Komunità jew jgħaddu fi tranżitu minnha minn pajjiż terz biss jew minn partijiet tiegħu elenkat jew li hemm referenza għalih fil-Parti 1 tal-Anness I.

Artikolu 4

Ċertifikazzjoni veterinarja

1.  Il-prodotti importati fil-Komunità għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat veterinarju magħmul skont iċ-ċertifikat mudell stipulat fl-Anness II, għall-komodità kkonċernata, li jimtela skont in-noti stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness I.

2.  Il-prodotti li jkunu fi tranżitu mill-Komunità għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat magħmul skont iċ-ċertifikat mudell stabbilit fl-Anness III.

3.  Il-konformità mal-garanziji addizzjonali, kif meħtieġ għal ċertu Stat Membru jew parti minnu fil-kolonni 4, 6 u 8 tat-Tabella fil-Parti 1 tal-Anness I u kif deskritt fil-Parti 3 tal-Anness I, għandha tkun iċċertifikata billi timtela t-taqsima xierqa fiċ-ċertifikat veterinarju għall-oġġett ikkonċernat.

4.  Iċ-ċertifikazzjoni tista’ ssir b’mezzi elettroniċi jew permezz ta’ sistemi armonizzati oħra li dwarhom ikun hemm ftehim f’livell Komunitarju.

Artikolu 5

Deroga għal tranżitu mil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja

1.  B’deroga mill-Artikolu 4(2), it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija għandu jkun awtorizzat bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE ( 12 ), għall-kunsinni ta’ prodotti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn ir-Russja, direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kunsinna tiġi ssiġillata b’siġill b’numru tas-serje mill-veterinarju uffiċjali fuq il-post tad-dħul ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera;

(b) id-dokumenti li jkun hemm mal-kunsinna, kif stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, jiġu ttimbrati bil-kliem “Għat-tranżitu biss lejn ir-Russja mill-KE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fuq il-post ta’ spezzjoni tad-dħul fuq il-fruntieri;

(c) ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-proċedura stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d) il-kunsinna tiġi ċċertifikata bħala tajba għall-ġarr fid-dokument veterinarju komuni tad-dħul maħruġ mill-veterinarju uffiċjali fuq il-post tad-dħul ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

2.  Il-kunsinni, kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, ma għandhomx jinħattu jew jinħażnu, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità.

3.  Għandu jsir awditjar regolari mill-awtorità kompetenti biex ikun assigurat li n-numru ta’ kunsinni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u n-numru ta’ kwantitajiet korrispondenti ta’ prodotti li jitilqu mill-Komunità jikkorrispondu man-numru u l-kwantitajiet li jidħlu fil-Komunità.

Artikolu 6

Revoka

Id-Deċiżjoni 2000/585/KE hija revokata.

Referenzi għad-Deċiżjonijiet revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella korrelattiva fl-Anness IV.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Il-prodotti li għalihom inħarġu ċ-ċertifikati veterinarji rilevanti skont id-Deċiżjoni 2000/585/KE jistgħu jiġu impurtati jew jinġarru mill-Komunità sat-30 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-12-il jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

LAĦAM TA’ LEPORIDAE SELVAĠĠI, TA’ ĊERTI MAMMALI TAL-ART SELVAĠĠI U TA’ FNIEK IMROBBIJA FL-IRZIEZET

PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet minnhom u garanziji addizzjonali



Pajjiż

Kodiċi tat-territorju

Leporidae

Mammali tal-art selvaġġi għajr l-ungulati u l-leporidae

Selvaġġi

Fniek imrobbija fl-irziezet

ĊM

GA

ĊM

GA

ĊM

GA

1

2

3

4

5

6

7

8

L-Awstralja

AU

WL

 

RM

 

WM

 

Il-Kanada

CA

WL

 

RM

 

WM

 

Greenland

GL

WL

 

RM

 

WM

 

In-New Zealand

NZ

WL

 

RM

 

WM

 

Ir-Russja

RU

WL

 

RM

 

WM

 

Kull pajjiż terz ieħor jew parti minnu elenkat fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE

WL

 

RM

 
 
 

ĊM: Ċertifikat veterinarju mudell.

AG: Garanziji addizzjonali.

PARTI 2

Ċertifikati veterinarji mudell

Mudell(i):

“WL”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tal-leoporidae selvaġġi (fniek u fniek tal-liebru)

“WM”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u l-leporidae

“RM”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet

PARTI 3

Garanziji addizzjonali

PARTI 4

Noti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja

(a) Ċertifikati veterinarji bbażati fuq il-mudelli fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness u skont il-format tal-mudell li jikkorrispondi mal-prodott konċernat għandhom jinħarġu mill-pajjiż terz esportatur jew minn parti minnu. Huma għandu jkun fihom, skont l-ordni li tidher fil-mudell, iċ-ċertifikati li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, fejn japplika, dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa addizzjonali meħtieġa għall-pajjiż, esportatur jew ta’ parti minnu.

Fejn ikun hemm bżonn ta’ aktar garanziji mill-Istat Membru ta' destinazzjoni għall-prodott ikkonċernat, dawn għandhom jitniżżlu fuq l-oriġinal taċ-ċertifikat veterinarju.

(b) Irid jiġi ppreżentat ċertifikat separat, wieħed għal kull kunsinna tal-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-istess destinazzjoni minn xi territorju li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 tat-tabella 14 ta’ dan l-Anness u li ġie trasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, ajruplan jew vapur.

(ċ) L-oriġinal taċ-ċertifikati għandu jkun magħmul minn paġna waħda stampata miż-żewġ naħat jew, fejn tkun meħtieġa aktar kitba, b’tali mod li l-paġni kollha jiffurmaw unità sħiħa u ma jistgħux jiġu sseparati.

(d) Iċ-ċertifikat għandu jissawwar b’talanqas lingwa waħda uffiċjali tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u b’lingwa waħda uffiċjali tal-Istat Membru ta' destinazzjoni. Minkejja dan, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwa oħra Komunitarja minflok tagħhom, flimkien ma’, jekk hemm bżonn, traduzzjoni uffiċjali.

(e) Fejn ikun hemm paġni addizzjonali mehmuża maċ-ċertifikat għall-finijiet li jiġu identifikati l-oġġetti li hemm fil-kunsinna, dawk il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat, dejjem jekk il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika jkunu jidhru fuq kull paġna.

(f) Meta ċ-ċertifikat, inkluż kull paġna addizzjonali kif stipulat f’(e), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata “–x(numru tal-paġna) ta’ y(numru totali ta’ paġni)–” fil-qiegħ u għandu jkollha n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti fin-naħa ta’ fuq.

(g) L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jimtela u jiġi ffirmat minn xi veterinarju uffiċjali mhux qabel 24 siegħa mindu tiġi mgħobbija l-kunsinna għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandha tassigura li l-prinċipji ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE ( 13 ) jiġu segwiti.

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. L-istess regola għandha tapplika għat-timbri barra dawk li huma imbuzzati ’l barra.

(h) L-oriġinal taċ-ċertifikat irid ikun mal-kunsinna safejn jikkonċerna l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità Ewropea.




ANNESS II

ĊERTIFIKATI VETERINARJI MUDELL GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ LAĦAM TA’ LEPORIDAE SELVAĠĠI, TA’ ĊERTI MAMMALI TAL-ART SELVAĠĠI U TA’ FNIEK IMROBBIJA FL-IRZIEZET FIL-KOMUNITÀ EWROPEA

Parti I: Detalji tal-kunsinja mibgħutaĊertifikat veterinarju mudell għall-importazzjoni ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi (fniek u fniek tal-liebru) (1) (WL)PAJJIŻIċ-ċertifikat veterinarju għall-UEI.1. KunsinnaturIsemIndirizzTel.NruI.2. Numru ta' ċertifikat ta' riferenzaI.2.aI.3. Awtorità ċentrali kompetentiI.4. Awtorità lokali kompetentiI.5. DestinatarjuIsemIndirizzKodiċi PostaliTel.NruI.6.I.7. Pajjiż ta' oriġiniKodiċi ISOI.8. Reġjun ta' oriġiniKodiċiI.9. Pajjiż ta' destinazzjoniKodiċi ISOI.10. Reġjun ta' destinazzjoniKodiċiI.11. Pajjiż ta' oriġiniIsemNumru approvatIndirizzI.12. Post ta' destinazzjoniI.13. Post ta' tgħabijaI.14. Data ta' tluqI.15. Mezz ta' trasportAjruplanVaxxelVagunVejikolu tat-triqOħrajnIdentifikazzjoniReferenzi Dokumentarji:I.16. BIP tad-dħul fl-UEI.17. Nru(Nri) tas-CITESI.18. Deskrizzjoni tal-prodottI.19. Kodiċi tal-Komodità (Kodiċi CN)02.08.10I.20. KwantitàI.21. Temperatura ta' prodottiAmbjentMkessaħFriżatI.22. Numru ta' pakkettiI.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta' siġillI.24. Tip ta' ippakkettarI.25. Prodotti ċċertifikatiKonsum umanI.26.I.27. Għall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UEI.28. Identifikazzjoni tal-prodottiNumru tal-approvazzjoni tal-istabbilimentiSpeċi (Isem xjentifiku)Natura tal-oġġettiBiċċerijaNumru ta' pakkettiPiż nett

Parti II: ĊertifikazzjoniPAJJIŻWL (laħam ta’ leporidae selvaġġi (fniek u fniek tal-liebru))II. Informazzjoni dwar is-saħħaII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.II.1. Ċertifikat tas-saħħa tal-annimaliJiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niddikjara li ninsab konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, Nru 852/2004, Nru 853/2004 u 854/2004 u b’dan niċċertifika li l-laħam tal-leopridae selvaġġi (fniek u fniek tal-liebru) (1) deskritt f’dan iċ-ċertifikat inkiseb skont dawk ir-rekwiżiti u, b’mod partikolari:(a) dan ġej minn stabbiliment(i) li jimplimenta(w) programm ibbażat fuq il-prinċipji tal-HACCP skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004;(b) inkiseb b’mod konformi mat-Taqsima IV tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;(ċ) instab li hu tajjeb għall-konsum mill-bniedem wara spezzjonijiet post-mortem li saru skont it-Taqsima I, il-Kapitolu II u t-Taqsima IV, il-Kapitolu VIII tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004;(d) ġie immarkat b’marka ta’ identifikazzjoni skont it-Taqsima I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;(2) jew [(e) fil-każ ta’ laħam tal-leporidae selvaġġi bil-ġilda mqaxxra u bil-ġewwieni mneħħija, il-laħam inkiseb u kien spezzjonat skont ir-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004;](2) jew [(e) fil-każ ta’ leporidae selvaġġi bil-ġilda mhux imqaxxra u bil-ġewwieni mhux imneħħija:il-laħam kien imkessaħ għal + 4 °C jew inqas għal massimu ta’ 15-il ġurnata qabel iż-żmien maħsub tal-importazzjoni, iżda ma tkessaħx jew tkessaħx fit-tul;saret spezzjoni veterinarja tas-saħħa uffiċjali fuq kampjun rappreżentattiv tal-karkassi u l-laħam inkiseb u ġie spezzjonat skont ir-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004;il-laħam ġie identifikat billi twaħħlet marka uffiċjali tal-oriġini, li d-dettalji tagħha huma mniżżla fil-kaxxa 1.28;](f) il-garanziji jkopru annimali ħajjin u prodotti tagħhom provduti mill-pjanijiet tar-residwi sottomessi skont id-Direttiva 96/23/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha, huma milħuqa;(g) dan inħażen u nġarr skont ir-rekwiżiti rilevanti tat-Taqsima IV tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.II.2. Ċertifikat tas-saħħa tal-annimaliJiena, il-veterinarju uffiċjali hawn sottoskritt, b’dan qed niċċertifika li l-laħam tal-leopridae selvaġġi (fniek u fniek tal-liebru) (1) deskritt f’dan iċ-ċertifikat:II.2.1 (a) ġej minn leporidae selvaġġi li nqatlu fit-territorju deskritt fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009 bil-kodiċi … (3) u f’żona tal-kaċċa fejn matul dawn l-aħħar 40 ġurnata ma kien hemm l-ebda restrizzjoni fuq is-saħħa tal-annimali għall-mard emorraġiku virali, it-tularaemia u l-missomatożi;(b) inkiseb minn leporidae li, wara li nqatlu, inġarru fi żmien 12-il siegħa lejn ċentru tal-ġbir u/jew post ta' trattament approvat ta’ annimali tal-kaċċa għat-tkessiħ;II.2.2 ġej minn(4) jew [ċentru tal-ġbir;](4) jew [post approvat għat-trattament tal-kaċċa;](4) jew [ċentru tal-ġbir u post ta’ trattament approvat tal-kaċċa;]li waqt il-mili, ma kienx soġġett għal restrizzjonijiet minħabba mard elenkat mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), li għalih huma suxxettibbli dawn l-annimali;II.2.3 matul il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, kien ittrattat, inħażen u nġarr skont ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali tad-Direttiva 2002/99/KEE u kien separat b’mod strett minn laħam:li ma kienx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2002/99/KE,li ma kienx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 119/2009;II.2.4 inkiseb minn leporidae selvaġġi li nqatlu fi jew bejn …;

PAJJIŻWL (laħam ta’ leporidae selvaġġi (fniek u fniek tal-liebru))II. INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦAII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.III. GARANZIJI ADDIZZJONALI:(2) [Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li:(Garanziji addizzjonali meta meħtieġa fil-Parti 3 tal-Anness I u kif deskritt fil-Parti 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009).]NotiParti IKaxxa ta’ referenza I.7: isem il-pajjiż tal-oriġini, li jrid ikun l-istess bħal tal-pajjiż esportatur.Kaxxa ta’ referenza I.8: agħti l-kodiċi għat-territorju tal-oriġini, jekk ikun meħtieġ, kif jidher fil-kolonna 2 tat-Tabella tal-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009.Kaxxa ta’ referenza I.11: Isem, indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment tad-dispaċċ.Kaxxa ta’ referenza I.12: meta l-laħam ikun għadda minn spezzjoni post-mortem wara t-tneħħija tal-ġilda, iridu jitniżżlu l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment ta’ trattament tal-annimali tal-kaċċa tad-destinazzjoni fl-Istat Membru.Kaxxa ta’ referenza I.15: Indika n-numru(i) tar-reġistrazzjoni tal-vaguni tal-ferrovija u tat-trakkijiet, l-ismijiet tal-vapuri u, jekk ikunu magħrufa, in-numri tat-titjiriet tal-ajruplani. Fil-każ ta’ ġarr f’kontenituri, in-numru totali tagħhom u r-reġistrazzjoni tagħhom u fejn hemm numru tas-serje tas-siġill irid jiġi indikat fil-kaxxa I.23.Kaxxa ta’ referenza I.28: (Natura tal-prodott): agħżel waħda minn dawn li ġejjin: “leporidae bil-ġilda mqaxxra u bil-ġewwieni mneħħija”, “qatgħat”, “leporidae bil-ġilda mhux imqaxxra u mhux bil-ġewwieni mneħħija”.(Biċċerija) tinkludi stabbilimenti li jittrattaw it-tjur.Parti II(1) Laħam ta’ leporidae selvaġġi (fniek u fniek tal-liebru) minbarra l-ġewwieni ħlief għal leporidae bil-ġilda mhux imqaxxra u mhux bil-ġewwieni mneħħija.(2) Żomm jekk jixraq.(3) Il-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-kolonna 2 tat-Tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.(4) Żomm kif jixraq.Il-firma u t-timbru għandhom ikollhom kulur differenti minn dak tal-istampar.Nota għall-importatur: dan iċ-ċertifikat iservi għal skopijiet veterinarji biss u għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.Veterinarju uffiċjaliIsem (f’ittri kbar):Kwalifika u titlu:Data:Firma:Timbru:

Parti I: Detalji tal-kunsinja mibgħutaĊertifikat veterinarju mudell għall-importazzjoni ta’ laħam (1) ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr annimali ungulati u leporidae (WM)PAJJIŻIċ-ċertifikat veterinarju għall-UEI.1. KunsinnaturIsemIndirizzTel.NruI.2. Numru ta' ċertifikat ta' riferenzaI.2.aI.3. Awtorità ċentrali kompetentiI.4. Awtorità lokali kompetentiI.5. DestinatarjuIsemIndirizzKodiċi PostaliTel.NruI.6.I.7. Pajjiż ta' oriġiniKodiċi ISOI.8. Reġjun ta' oriġiniKodiċiI.9. Pajjiż ta' destinazzjoniKodiċi ISOI.10. Reġjun ta' destinazzjoniKodiċiI.11. Pajjiż ta' oriġiniIsemNumru approvatIndirizzI.12. Post ta' destinazzjoniI.13. Post ta' tgħabijaI.14. Data ta' tluqI.15. Mezz ta' trasportAjruplanVaxxelVagunVejikolu tat-triqOħrajnIdentifikazzjoniReferenzi Dokumentarji:I.16. BIP tad-dħul fl-UEI.17. Nru(Nri) tas-CITESI.18. Deskrizzjoni tal-prodottI.19. Kodiċi tal-Komodità (Kodiċi CN)02.08.10I.20. KwantitàI.21. Temperatura ta' prodottiAmbjentMkessaħFriżatI.22. Numru ta' pakkettiI.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta' siġillI.24. Tip ta' ippakkettarI.25. Prodotti ċċertifikatiKonsum umanI.26.I.27. Għall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UEI.28. Identifikazzjoni tal-prodottiNumru tal-approvazzjoni tal-istabbilimentiSpeċi (Isem xjentifiku)Natura tal-oġġettiBiċċerijaNumru ta' pakkettiPiż nett

Parti II: ĊertifikazzjoniPAJJIŻ(WM) (laħam ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u leporidae)II. INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦAII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.II.1. Ċertifikat tas-saħħa pubblikaJiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niddikjara li ninsab konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, Nru 852/2004, Nru 853/2004 u 854/2004 u b’dan niċċertifika li l-laħam tal-mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u l-leporidae (1) deskritt f’dan iċ-ċertifikat inkiseb skont dawk ir-rekwiżiti u, b’mod partikolari:(a) dan ġej minn stabbiliment(i) li jimplimenta(w) programm ibbażat fuq il-prinċipji tal-HACCP skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004;(b) inkiseb b’mod konformi mat-Taqsima IV tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;(2) (ċ) jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi r-regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam, u li b’mod partikolari kien soġġett għal eżami b’metodu ta’ diġestjoni b’riżultati negattivi];(d) instab li hu tajjeb għall-konsum mill-bniedem wara awtopsji li saru skont it-Taqsima I, il-Kapitolu II u t-Taqsima IV, il-Kapitoli VIII u IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004;(e) il-karkassa jew il-partijiet tal-karkassa ta’ mammali selvaġġi kbar ġew immarkati b’marka tas-saħħa skont it-Taqsima I, il-Kapitolu III tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004;(4) jew [(f) il-karkassa jew il-partijiet tal-karkassa ta’ mammali selvaġġi żgħar ġew immarkati b’marka tas-saħħa skont it-Taqsima I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 854/2004;](4) jew [(f) il-pakketti tal-laħam ta’ mammali selvaġġi żgħar u kbar ġew immarkati b’marka tas-saħħa skont it-Taqsima I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;](g) il-garanziji li jkopru annimali ħajjin u prodotti tagħhom provduti mill-pjanijiet tar-residwi sottomessi skont id-Direttiva 96/23/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha, huma milħuqa;(h) dan inħażen u nġarr skont ir-rekwiżiti rilevanti tat-Taqsima IV tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;II.2. Ċertifikat tas-saħħa tal-annimaliJiena, il-veterinarju uffiċjali hawn sottoskritt, b’dan qed niċċertifika li l-laħam ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u l-leporidae selvaġġi (1) deskritt f’dan iċ-ċertifikat:II.2.1 (a) ġej minn mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u l-leporidae selvaġġi li nqatlu fit-territorju deskritt fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009 bil-kodiċi … (3) u f’żona tal-kaċċa fejn matul dawn l-aħħar 30 ġurnata ma kienx hemm restrizzjonijiet fuq is-saħħa tal-annimali minħabba tfaqqigħ ta’ mard li għalih huma suxxettibbli dawn l-annimali;(b) inkiseb minn mammali tal-art selvaġġi għajr annimali ungulati u leporidae selvaġġi li, wara li nqatlu, inġarru fi żmien 12-il siegħa lejn ċentru tal-ġbir u/jew post ta' trattament approvat ta’ annimali tal-kaċċa għat-tkessiħ;II.2.2 ġej minn(4) jew [ċentru tal-ġbir;](4) jew [post approvat għal trattament tal-kaċċa;](4) jew [ċentru tal-ġbir u post ta' trattament approvat tal-kaċċa;]li waqt il-mili, ma kienx soġġett għal xi restrizzjonijiet minħabba mard elenkat mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), li għalih huma suxxettibbli dawn l-annimali;II.2.3 matul il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, kien ittrattat, inħażen u nġarr skont ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali tad-Direttiva 2002/99/KEE u kien separat b’mod strett minn laħam:li ma kienx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2002/99/KE,li ma kienx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 119/2009;II.2.4 inkiseb minn mammali tal-art selvaġġi għajr annimali ungulati u leporidae li nqatlu fi jew bejn …;

PAJJIŻ(WM) (laħam ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati leporidae)II. INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦAII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.III. GARANZIJI ADDIZZJONALI(5) [Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li:(Garanziji addizzjonali meta meħtieġa fil-Parti 3 tal-Anness I u kif deskritt fil-Parti 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009).]NotiParti IKaxxa ta’ referenza I.7: isem il-pajjiż tal-oriġini, li jrid ikun l-istess bħal tal-pajjiż esportatur.Kaxxa ta’ referenza I.8: agħti l-kodiċi għat-territorju tal-oriġini, jekk ikun meħtieġ, kif jidher fil-kolonna 2 tat-Tabella tal-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009.Kaxxa ta’ referenza I.11: Isem, indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment tad-dispaċċ.Kaxxa ta’ referenza I.15: Indika n-numru(i) tar-reġistrazzjoni tal-vaguni tal-ferrovija u tat-trakkijiet, l-ismijiet tal-vapuri u, jekk ikunu magħrufa, in-numri tat-titjiriet tal-ajruplani. Fil-każ ta’ ġarr f’kontenituri jew f’kaxxi, in-numru totali tagħhom u r-reġistrazzjoni tagħhom u fejn hemm numru tas-serje tas-siġill irid jiġi indikat fil-kaxxa I.23.Kaxxa ta’ referenza I.28: (Biċċerija) tinkludi stabbilimenti li jittrattaw it-tjur.Parti II(1) Barra l-ġewwieni.(2) Għall-ispeċi biss li huma suxxettibbli għat-trikinellożi.(3) Il-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-kolonna 2 tat-Tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.(4) Żomm kif jixraq.(5) Żomm jekk jixraq.Il-firma u t-timbru għandhom ikollhom kulur differenti minn dak tal-istampar.Nota għall-importatur: dan iċ-ċertifikat iservi għal skopijiet veterinarji biss u għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.Veterinarju uffiċjaliIsem (f’ittri kbar):Kwalifika u titlu:Data:Firma:Timbru:

Parti I: Detalji tal-kunsinja mibgħutaĊertifikat veterinarju mudell għall-importazzjoni ta’ laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet (1) (RM)PAJJIŻIċ-ċertifikat veterinarju għall-UEI.1. KunsinnaturIsemIndirizzTel.NruI.2. Numru ta' ċertifikat ta' riferenzaI.2.aI.3. Awtorità ċentrali kompetentiI.4. Awtorità lokali kompetentiI.5. DestinatarjuIsemIndirizzKodiċi PostaliTel.NruI.6.I.7. Pajjiż ta' oriġiniKodiċi ISOI.8. Reġjun ta' oriġiniKodiċiI.9. Pajjiż ta' destinazzjoniKodiċi ISOI.10. Reġjun ta' destinazzjoniKodiċiI.11. Pajjiż ta' oriġiniIsemNumru approvatIndirizzI.12. Post ta' destinazzjoniI.13. Post ta' tgħabijaI.14. Data ta' tluqI.15. Mezz ta' trasportAjruplanVaxxelVagunVejikolu tat-triqOħrajnIdentifikazzjoniReferenzi Dokumentarji:I.16. BIP tad-dħul fl-UEI.17. Nru(Nri) tas-CITESI.18. Deskrizzjoni tal-prodottI.19. Kodiċi tal-Komodità (Kodiċi CN)02.08.10I.20. KwantitàI.21. Temperatura ta' prodottiAmbjentMkessaħFriżatI.22. Numru ta' pakkettiI.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta' siġillI.24. Tip ta' ippakkettarI.25. Prodotti ċċertifikatiKonsum umanI.26.I.27. Għall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UEI.28. Identifikazzjoni tal-prodottiNumru tal-approvazzjoni tal-istabbilimentiSpeċi (Isem xjentifiku)Natura tal-oġġettiBiċċerijaImpjant tal-manifatturaMaħżen imkessaħNumru ta' pakkettiPiż nett

Parti II: ĊertifikazzjoniPAJJIŻRM (laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet)II. INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦAII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.II.1. Ċertifikat tas-saħħa pubblikaJiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niddikjara li ninsab konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, Nru 852/2004, Nru 853/2004 u 854/2004 u b’dan niċċertifika li l-laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet (1) deskritt f’dan iċ-ċertifikat inkiseb skont dawk ir-rekwiżiti u, b’mod partikolari:(a) dan ġej minn stabbiliment(i) li jimplimenta(w) programm ibbażat fuq il-prinċipji tal-HACCP skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004;(b) inkiseb b’mod konformi mat-Taqsima II tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;(ċ) instab li hu tajjeb għall-konsum mill-bniedem wara spezzjonijiet ta’ qabel il-qatla u awtopsji li saru skont it-Taqsima I, il-Kapitolu II u t-Taqsima IV, il-Kapitoli VI u IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004;(d) ġie mmarkat b’marka ta’ identifikazzjoni skont it-Taqsima I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;(e) il-garanziji li jkopru annimali ħajjin u prodotti tagħhom provduti mill-pjanijiet tar-residwi sottomessi skont id-Direttiva 96/23/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha, huma milħuqa;(f) dan inħażen u nġarr skont ir-rekwiżiti rilevanti tat-Taqsima II tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;II.2. Ċertifikat tas-saħħa tal-annimaliJiena, il-veterinarju uffiċjali hawn sottoskritt, b’dan qed niċċertifika li l-laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet (1) deskritt f’dan iċ-ċertifikat:II.2.1 ġej minn fniek imrobbija fl-irziezet li nqatlu fit-territorju deskritt fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009 bil-kodiċi … (2) fejn dawn inżammu għal talanqas sitt ġimgħat qabel il-qatla jew mit-twelid fil-każ ta’ annimali ta’ inqas minn sitt ġimgħat;II.2.2 inkiseb minn fniek li:(a) ġejjin minn irziezet jew żoni fejn ma kien hemm fis-seħħ l-ebda restrizzjonijiet fuq is-saħħa tal-annimali għal talanqas l-40 ġurnata ta’ qabel minħabba tfaqqigħ ta’ mard emorraġiku virali, it-tularaemia jew l-missomatożi;(b) ma nqatlux taħt skema ta’ saħħa tal-annimali għall-kontroll jew għall-qerda ta’ mard tal-fniek;(ċ) matul il-ġarr lejn il-biċċerija, ma ġewx f’kuntatt ma’ fniek infettati bil-mard emorraġiku virali, it-tularaemia jew il-missomatożi;(d) ma ġewx f’kuntatt fi kwalunkwe ħin matul il-qatla, it-tqattigħ, il-ħażna jew il-ġarr ma’ fniek jew laħam bi status ta’ saħħa inferjuri;II.2.3 ġej minn(3) jew [biċċerija approvata;](3) jew [post approvat għat-trattament tal-kaċċa selvaġġa;](4) II.2.4 inkiseb minn fniek imrobbija fl-irziezet li nqatlu fi jew bejn …;III. IDENTIFIKAZZJONI:Gruppi żgħar ta’ fniek kienu identifikati b'tali mod li l-istabbilimenti tagħhom tal-oriġini setgħu jiġu traċċati.IV. GARANZIJI ADDIZZJONALI:(5) [Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li:(Garanziji addizzjonali meta meħtieġa fil-Parti 3 tal-Anness I u kif deskritt fil-Parti 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009).]V. ĊERTIFIKAT TAL-BENESSERI TAL-ANNIMALIJiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan niċċertifika li qrajt u fhimt id-Direttiva 93/119/KE u li l-laħam deskritt f’dan iċ-ċertifikat ġej minn fniek imrobbija fl-irziezet li kienu ttrattati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 93/119/KE fil-biċċerija qabel u waqt il-qatla.

►(1) M1  

PAJJIŻRM (laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet)II. INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦAII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.NotiParti IKaxxa ta’ referenza I.7: isem il-pajjiż tal-oriġini, li jrid ikun l-istess bħal tal-pajjiż esportatur.Kaxxa ta’ referenza I.8: agħti l-kodiċi għat-territorju tal-oriġini, jekk ikun meħtieġ, kif jidher fil-kolonna 2 tat-Tabella tal-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009.Kaxxa ta’ referenza I.11: Isem, indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment tad-dispaċċ.Kaxxa ta’ referenza I.15: Indika n-numru(i) tar-reġistrazzjoni tal-vaguni tal-ferrovija u tat-trakkijiet, l-ismijiet tal-vapuri u, jekk ikunu magħrufa, in-numri tat-titjiriet tal-ajruplani. Fil-każ ta’ ġarr f’kontenituri, in-numru totali tagħhom u r-reġistrazzjoni tagħhom u fejn hemm numru tas-serje tas-siġill irid jiġi indikat fil-kaxxa I.23.Parti II(1) Laħam tal-fniek ifisser il-partijiet kollha ta’ fniek domestiċi li huma tajbin għall-konsum mill-bniedem.(2) Il-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-kolonna 2 tat-Tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.(3) Żomm kif jixraq.(4) Indika d-data jew id-dati tal-qatla.(5) Żomm jekk jixraq.Il-firma u t-timbru għandhom ikollhom kulur differenti minn dak tal-istampar.Nota għall-importatur: dan iċ-ċertifikat iservi għal skopijiet veterinarji biss u għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.Veterinarju uffiċjaliIsem (f’ittri kbar):Kwalifika u titlu:Data:Firma:Timbru:

►(1) M1  




ANNESS III

(kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)

Ċertifikat veterinarju mudell għat-transitu/ħażna ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati

Parti I: Dettalji tal-kunsinja mibgħutaPAJJIŻIċ-ċertifikat veterinarju għall-UEI.1. KunsinnaturIsemIndirizzNru Tel.I.2. Numru ta’ Ċertifikat ta’ riferenzaI.2.aI.3. Awtorità Ċentrali kompetentiI.4. Awtorità lokali kompetentiI.5. DestinatarjuIsemIndirizzKodiċi PostaliNru Tel.I.6. Persuna responsabbli mill-kunsinja fl-UEIsemIndirizzKodiċi PostaliNru Tel.I.7. Pajjiż ta’ oriġiniKodiċi ISOI.8. Reġjun ta’ oriġiniKodiċiI.9. Pajjiż ta’ destinazzjoniKodiċi ISOI.10. Reġjun ta’ destinazzjoniKodiċiI.11. Pajjiż ta’ oriġiniIsemNumru approvatIndirizzI.12. Post ta’ destinazzjoniCustoms warehouseShip supplierIsemNumru approvatIndirizzKodiċi PostaliI.13. Post ta’ tagħbijaI.14. Data ta’ tluqI.15. Mezz ta’ trasportAjruplanVaxxelVagunVejikolu tat-triqOħrajnIdentifikazzjoni:Referenzi Dokumentarji:I.16. BIP tad-dħul fl-UEI.17. Nru(Nri) tas-CITESI.18. Deskrizzjoni tal-prodottI.19. Kodiċi tal-Komodità (Kodiċi CN)I.20. KwantitàI.21. Temperatura ta’ prodottiAmbjentMkessaħFriżatI.22. Numru ta’ pakkettiI.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta’ siġillI.24. Tip ta’ ippakkettarI.25. Prodotti ċċertifikatiKonsum umanIkel tal-annimaliAktar ipproċessarUżu teknikuOħrajnI.26. Għat-tranżitu fl-UE lejn Pajjiż TerzPajjiż terzKodiċi ISOI.27.I.28. Identifikazzjoni tal-prodottiNumru tal-approvazzjoni tal-istabbilimentiSpeċi (Isem xjentifiku)Natura tal-oġġettiBiċċerijaimpjant tal-manifatturaMaħżen imkessaħNumru ta’ pakkettiPiż nett

Parti II: ĊertifikazzjoniPAJJIŻTransitu/ħażna ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulateII. INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦAII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b.II.1. Ċertifikat tas-saħħaJiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan niċċertifika li l-laħam tal-leporidae selvaġġi, tal-fniek imrobbija fl-irziezet u tal-mammali tal-art selvaġġi (1) deskritti f’dan iċ-ċertifikat:II.1.1 ġej minn pajjiż terz, jew minn parti minnu, li jidher fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009;(2) II.1.2 jikkonforma mal-kundizzjonijiet rilevanti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-dikjarazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiċ-ċertifikat mudell fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 119/2009.NotiParti IKaxxa ta’ referenza I.8: agħti l-kodiċi għat-territorju tal-oriġini, jekk ikun meħtieġ, kif jidher fil-kolonna 2 tat-Tabella tal-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 119/2009.Kaxxa ta’ referenza I.11: Isem, indirizz u n-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment tad-dispaċċ. Isem tal-pajjiż tal-oriġini li jrid ikun l-istess bħall-pajjiż tal-esportazzjoni.Kaxxa ta’ referenza I.15: Indika n-numru(i) tar-reġistrazzjoni tal-vaguni tal-ferrovija u tat-trakkijiet, l-ismijiet tal-vapuri u, jekk ikunu magħrufa, in-numri tat-titjiriet tal-ajruplani. Fil-każ ta’ ġarr f’kontenituri, in-numru totali tagħhom u r-reġistrazzjoni tagħhom u fejn hemm numru tas-serje tas-siġill irid jiġi indikat fil-kaxxa I.23.Kaxxa ta’ referenza I.19: uża l-kodiċi xieraq tas-Sistema Armonizzata xierqa (HS) tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana: 02.08.10 jew 02.08.90.Kaxxa ta’ referenza I.28: (Natura tal-prodott): agħżel waħda minn dawn li ġejjin: “leporidae bil-ġilda mqaxxra u bil-ġewwieni mneħħija”, “qatgħat”, “leporidae bil-ġilda mhux imqaxxra u mhux bil-ġewwieni mneħħija”.(Biċċerija) tinkludi stabbilimenti li jittrattaw it-tjurParti II(1) Laħam ta’ leporidae selvaġġi (fniek u fniek tal-liebru) mingħajr ġewwieni, ħlief fil-każ ta’ leporidae bil-ġilda mhux imqaxxra u mhux bil-ġewwieni mneħħija, laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet, laħam ta’ mammali tal-art selvaġġi, għajr l-annimali ungulati u l-leporidae, mingħajr ġewwieni.(2) Fil-każ ta laħam ta’ leporidae selvaġġi (WL) jew laħam ta’ fniek imrobbija fl-irziezet (RM) jew laħam ta’ mammali tal-art selvaġġi (WM).Il-firma u t-timbru għandhom ikollhom kulur differenti minn dak tal-istampar.Nota għall-importatur: dan iċ-ċertifikat iservi għal skopijiet veterinarji biss u għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.Veterinarju uffiċjaliIsem (f’ittri kbar):Kwalifika u titlu:Data:Firma:Timbru:




ANNESS IV

(kif imsemmi fl-Artikolu 6)



Tabella korrelattiva

Deċiżjoni 2000/585/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 2

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2a (a)

Artikolu 3

Artikolu 2a (b, ċ u d)

Artikolu 4

Artikolu 2b

Artikolu 5

Artikolu 4(1)

Artikolu 6

Artikolu 4(2)

Artikolu 7

Artikolu 3

Artikolu 8



( 1 ) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

( 2 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

( 3 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

( 4 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

( 5 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

( 6 ) ĠU L 251, 6.10.2000, p. 1.

( 7 ) ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

( 8 ) ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.

( 9 ) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.

( 10 ) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.

( 11 ) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

( 12 ) ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44.

( 13 ) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

Top