This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009L0140-20201221
Directive 2009/140/EC of the European Parliament and of the Council of 25 November 2009 amending Directives 2002/21/EC on a common regulatory framework for electronic communications networks and services, 2002/19/EC on access to, and interconnection of, electronic communications networks and associated facilities, and 2002/20/EC on the authorisation of electronic communications networks and services (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02009L0140 — MT — 21.12.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2009/140/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 337 18.12.2009, p. 37) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 321 |
36 |
17.12.2018 |
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2009/140/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Novembru 2009
li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
▼M1 —————
Artikolu 4
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 5
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sal-25 ta’ Mejju 2011 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ tali dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mis-26 ta’ Mejju 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandhom isiru tali referenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali adottati minnhom fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
▼M1 —————
DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR IN-NEWTRALITÀ TAL-INTERNET
Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-preservazzjoni tal-karattru miftuħ u newtrali tal-Internet, b'kunsiderazzjoni sħiħa għar-rieda tal-koleġiżlaturi biex issa, in-newtralità tal-internet tkun imħaddna bħala objettiv politiku u prinċipju regolatorju li għandu jkun imħeġġeġ mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ( 1 ), flimkien mat-tisħiħ tar-rekwiżiti ta' trasparenza relatati ( 2 ) u l-ħolqien ta' setgħat ta' salvagwardja għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex ikunu evitati d-degradazzjoni tas-servizzi u x-xkiel jew it-tnaqqis tar-ritmu tat-traffiku fuq in-netwerks pubbliċi ( 3 ). Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri, billi fir-Rapport ta' Progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tagħmel kull sena, tintroduċi attenzjoni partikolari dwar kif il-“libertajiet tal-internet” taċ-ċittadini Ewropej qed ikunu salvagwardjati. Sadanittant, il-Kummissjoni se tissorvelja l-impatt tal-iżviluppi tas-suq u tat-teknoloġija fuq il-“libertajiet tal-internet” billi tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-aħħar tal-2010 dwar jekk hemmx bżonn gwida addizzjonali u se tapplika s-setgħat eżistenti tal-liġi ta' kompetizzjoni biex tittratta kwalunkwe prattika li tista’ titfaċċa kontra l-kompetittività.
( 1 ) L-Artikolu 8(4)(g) tad-Direttiva ta' Qafas.
( 2 ) L-Artikolu 20(1)(b) u 21(3)(c) u (d) tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali.
( 3 ) L-Artikolu 22(3) tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali.